Brussell, 20.12.2017

COM(2017) 835 final

2017/0360(NLE)

PROPOSTA RAĠUNATA SKONT L-ARTIKOLU 7(1) TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEW DWAR L-ISTAT TAD-DRITT FIL-POLONJA

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar id-determinazzjoni ta’ riskju ċar ta’ ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Introduzzjoni

(1)L-Unjoni Ewropea hija stabbilita fuq sett ta' valuri komuni mnaqqxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”), li jinkludu r-rispett għall-istat tad-dritt. Il-Kummissjoni, lil hinn mill-kompitu tagħha li tiżgura r-rispett tal-liġi tal-UE, hija responsabbli wkoll, flimkien mal-Parlament Ewropew, mal-Istati Membri u mal-Kunsill, sabiex tiggarantixxi l-valuri komuni tal-Unjoni.

(2)Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll dokumenti mħejjija mill-Kunsill tal-Ewropa, li jibnu b'mod partikolari fuq l-għarfien espert tal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tal-Liġi (“Il-Kummissjoni ta' Venezja”), jipprovdu lista mhux eżawrjenti ta' dawn il-prinċipji u għalhekk jiddefinixxu t-tifsira ewlenija tal-istat tad-dritt. Dawn il-prinċipji jinkludu l-legalità, li timplika proċess trasparenti, responsabbli, demokratiku u pluralista għall-promulgazzjoni tal-liġijiet; iċ-ċertezza tad-dritt; is-separazzjoni tas-setgħat; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; il-qrati indipendenti u imparzjali; l-istħarriġ ġudizzjarju effettiv, li jinkludi r-rispett għad-drittijiet fundamentali; u l-ugwaljanza quddiem il-liġi 1 . Minbarra li jsostnu dawk il-prinċipji u l-valuri, l-istituzzjonijiet tal-Istat għandhom ukoll id-dmir ta' kooperazzjoni leali.

(3)Skont l-Artikolu 7(1) TUE, fuq proposta motivata minn terz tal-Istati Membri, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’ maġġoranza ta’ erbgħa minn ħamsa tal-membri tiegħu, wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jikkonstata li hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2. Qabel ma jipproċedi għal din il-konstatazzjoni, il-Kunsill għandu jisma’ l-Istat Membru in kwistjoni u jista' jagħmillu rakkomandazzjonijiet, skont l-istess proċedura.

(4)Din il-proposta motivata tistabilixxi, f’konformità mal-Artikolu 7(1) TUE, it-tħassib tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Istat tad-Dritt fil-Polonja. Tistieden lill-Kunsill biex jiddetermina, abbażi tal-istess dispożizzjoni, li hemm riskju ċar ta’ ksur serju min-naħa tar-Repubblika tal-Polonja tal-istat tad-dritt li huwa wieħed mill-valuri msemmija fl-Artikolu 2 TUE.

(5)It-tħassib tal-Kummissjoni jikkonċerna l-kwistjonijiet li ġejjin:

(1)in-nuqqas ta' rieżami kostituzzjonali indipendenti u leġittimu;

(2)l-adozzjoni mill-Parlament Pollakk ta' leġiżlazzjoni ġdida relatata mal-ġudikatura Pollakka li tqajjem tħassib gravi fir-rigward tal-indipendenza ġudizzjarja u żżid b'mod sinifikanti t-theddid sistemiku għall-istat tad-dritt fil-Polonja:

(a)il-liġi dwar il-Qorti Suprema; approvata mis-Senat fil-15 ta’ Diċembru 2017.

(b)il-liġi li temenda l-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji (“il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji”); ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali Pollakk fit-28 ta’ Lulju 2017 u li daħlet fis-seħħ fit-12 ta’ Awwissu 2017;

(c)il-liġi li temenda l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u ċerti liġijiet oħra (“il-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura”); approvata mis-Senat fil-15 ta’ Diċembru 2017;

(d)il-liġi li temenda l-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura u l-Prosekuzzjoni Pubblika, il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u ċerti liġijiet oħra (“il-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura”); ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali Pollakk fit-13 ta’ Ġunju 2017 u li daħlet fis-seħħ fl-20 ta’ Ġunju 2017.

2. Sfond Fattwali u Proċedurali

(6)Minn Novembru 2015, il-Kummissjoni ilha ssegwi mill-qrib l-iżviluppi dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja u ħadet azzjoni. Dawn l-iżviluppi kollha li jikkonċernaw l-istat tad-dritt fil-Polonja u d-djalogu tal-Kummissjoni mal-Gvern Pollakk taħt il-Qafas tal-Istat tad-Dritt 2 jinstabu fir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni (UE) 2016/1374 3 , (UE) 2017/146 4 u (UE) 2017/1520 5 . Ħarsa ġenerali tal-iżviluppi ewlenin hija ppreżentata iktar 'l isfel.

(7)Il-Qafas tal-Istat tad-Dritt jipprovdi gwida għal djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat biex jipprevjenu l-eskalazzjoni ta’ theddid sistemiku għall-istat tad-dritt. L-iskop ta’ dan id-djalogu huwa li jippermetti lill-Kummissjoni ssib soluzzjoni mal-Istat Membru kkonċernat sabiex jipprevjenu li jseħħ theddid sistemiku għall-istat tad-dritt li tista’ tiżviluppa f’“riskju ċar ta’ ksur serju” li jista’ potenzjalment jiskatta l-użu tal-“Proċedura tal-Artikolu 7 tat-TUE”. Il-Qafas għandu jintuża f'sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet ta' Stat Membru jkunu qed jieħdu miżuri jew qed jittolleraw sitwazzjonijiet li x'aktarx jaffettwaw b'mod sistematiku u negattiv l-integrità, l-istabbiltà jew il-funzjonament xieraq tal-istituzzjonijiet u tal-mekkaniżmi ta' salvagwardja stabbiliti fuq livell nazzjonali biex l-istat tad-dritt jiġi protett (“salvagwardji nazzjonali tal-istat tad-dritt”) 6 . Il-Qafas tal-Istat tad-Dritt fih tliet stadji. Fl-ewwel stadju (“valutazzjoni tal-Kummissjoni”) il-Kummissjoni tiġbor u teżamina l-informazzjoni kollha rilevanti u tivvaluta jekk hemmx indikazzjonijiet ċari ta’ theddida sistemika għall-istat tad-dritt. Jekk, bħala riżultat ta’ din il-valutazzjoni preliminari, il-Kummissjoni temmen li hemm theddida sistemika għall-istat tad-dritt, tibda djalogu mal-Istat Membru kkonċernat, billi tibgħat “Opinjoni dwar l-Istat tad-Dritt” fejn tissostanzja t-tħassib tagħha u tagħti lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jwieġeb. Fit-tieni stadju (“Rakkomandazzjoni tal-Istat tad-Dritt”), jekk il-kwistjoni ma tkunx ġiet solvuta b’mod sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista’ toħroġ “Rakkomandazzjoni tal-Istat tad-Dritt” indirizzata lill-Istat Membru. F’tali każ, il-Kummissjoni tindika r-raġunijiet għat-tħassib tagħha u tirrakkomanda li l-Istat Membru jsolvi l-problemi identifikati f’limitu ta’ żmien fiss u tinforma lill-Kummissjoni bil-passi meħuda għal dan il-għan. Fit-tielet stadju (“Segwitu għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni”), il-Kummissjoni tissorvelja s-segwitu mogħti mill-Istat Membru lir-Rakkomandazzjoni. Il-proċess sħiħ huwa bbażat fuq djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat.

(8)Matul dawn l-aħħar sentejn, il-Kummissjoni għamlet użu estensiv tal-possibbiltajiet mogħtija mill-Qafas tal-Istat tad-Dritt għal djalogu kostruttiv mal-awtoritajiet Pollakki. Matul dan il-proċess il-Kummissjoni dejjem sostanzjati it-tħassib tagħha b’mod oġġettiv u approfondit. Il-Kummissjoni ħarġet l-Opinjoni dwar l-Istat tad-Dritt u tliet Rakkomandazzjonijiet dwar l-Istat tad-Dritt. Skambjat iktar minn 25 ittra mal-awtoritajiet Pollakki dwar din il-kwistjoni. Numru ta’ laqgħat u kuntatti bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Pollakki seħħew ukoll, kemm f’Varsavja kif ukoll fi Brussell, fil-parti l-kbira qabel il-ħruġ tal-ewwel Rakkomandazzjoni dwar l-Istat tad-Dritt. Il-Kummissjoni dejjem għamlitha ċara li hija kienet lesta biex issegwi djalogu kostruttiv u ripetutament stiednet lill-awtoritajiet Pollakki għal laqgħat oħra għal dak il-għan.

2.1.Bidu tal-Qafas tal-Istat tad-Dritt

(9)Qabel l-elezzjonijiet ġenerali għas-Sejm tal-25 ta’ Ottubru 2015, fit-8 ta’ Ottubru, il-leġiżlatura li kienet waslet fi tmiemha ħatret ħames persuni biex “jinħatru” bħala mħallfin tat-Tribunal Kostituzzjonali mill-President tar-Repubblika. Tliet imħallfin jieħdu siġġu li jkun tbattal matul il-mandat tal-leġiżlatura li tkun waslet fi tmiemha, filwaqt li tnejn jieħdu siġġu li jkun tbattal matul il-mandat tal-leġiżlatura li jmiss li bdiet fit-12 ta’ Novembru 2015. Wara l-elezzjonijiet ġenerali, fid-19 ta’ Novembru 2015, is-Sejm, permezz ta’ proċedura aċċellerata, emenda l-Liġi dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, billi introduċa l-possibbiltà li jiġu annullati l-ħatriet ġudizzjarji mogħtija mil-leġiżlatura preċedenti u li jiġu maħtura ħames imħallfin ġodda. Fil-25 ta’ Novembru 2015, is-Sejm għadda mozzjoni li annullat il-ħames nominazzjonijiet mill-leġiżlatura preċedenti u fit-2 ta’ Diċembru ħatar ħames imħallfin ġodda.

(10)It-Tribunal Kostituzzjonali ġie invokat dwar id-deċiżjonijiet kemm tal-leġiżlatura preċedenti kif ukoll il-leġiżlatura li jmiss. Konsegwentement, it-Tribunal ta żewġ sentenzi, waħda fit-3 u d-9 ta’ Diċembru 2015. Fis-sentenza tiegħu tat-3 ta’ Diċembru 2015 7 , it-Tribunal Kostituzzjonali, fost l-oħrajn, iddeċieda li l-leġiżlatura preċedenti tas-Sejm kienet intitolata li taħtar tliet imħallfin biex jissostitwixxu l-imħallfin li l-mandat tagħhom skada fis-6 ta’ Novembru 2015. Fl-istess ħin, it-Tribunal iċċara li s-Sejm ma kienx intitolat li jaħtar liż-żewġ imħallfin biex jissostitwixxu lil dawk li l-mandat tagħhom skada f’Diċembru. Is-sentenza speċifikament semmiet ukoll l-obbligu għall-President tar-Repubblika biex minnufih jieħdu l-ġurament minn imħallef elett mis-Sejm. Fid-9 ta’ Diċembru 2015 8 , it-Tribunal Kostituzzjonali fost l-oħrajn invalida l-bażi ġuridika għall-ħatriet mill-leġiżlatura l-ġdida tas-Sejm tat-tliet imħallfin għall-postijiet vakanti li saru disponibbli fis-6 ta’ Novembru 2015 li għalihom il-leġiżlatura preċedenti kienet diġà legalment ħatret l-imħallfin.

(11)Fit-22 ta’ Diċembru 2015, is-Sejm adotta liġi li temenda l-liġi dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, li tikkonċerna l-funzjonament tat-Tribunal kif ukoll l-indipendenza tal-imħallfin tiegħu 9 .

(12)Fit-23 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni kitbet lill-Gvern Pollakk, biex tistaqsi dwar il-passi previsti fir-rigward taż-żewġ deċiżjonijiet tat-Tribunal Kostituzzjonali msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni ddikjarat li hija ser tistenna li l-liġi adottata fit-22 ta’ Diċembru 2015 ma titqiegħedx fis-seħħ sa ma l-kwistjonijiet kollha fir-rigward tal-impatt tagħha fuq l-indipendenza u l-funzjonament tat-Tribunal ikunu ġew evalwati b’mod sħiħ u korrett. Il-Kummissjoni rrakkomandat li l-awtoritajiet Pollakki jaħdmu fil-qrib mal-Kummissjoni ta’ Venezja. Fil-11 ta’ Jannar, il-Kummissjoni rċeviet risposta mill-Gvern Pollakk li ma neħħietx it-tħassib eżistenti.

(13)Fit-23 ta’ Diċembru 2015, il-Gvern Pollakk talab għall-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja dwar il-liġi adottata fit-22 ta’ Diċembru 2015. Madankollu, il-Parlament Pollakk ma stenniex din l-opinjoni qabel ma ħa aktar passi u l-liġi ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali u daħlet fis-seħħ fit-28 ta’ Diċembru 2015.

(14)F’Diċembru 2015 u Jannar 2016, numru ta’ liġijiet ġodda partikolarment sensittivi ġew adottati mis-Sejm, bosta fosthom permezz ta’ proċeduri leġiżlattivi aċċellerati, bħal, b’mod partikolari, liġi dwar il-midja 10 , Att ġdid dwar is-Servizz Ċivili 11 , liġi li temenda l-liġi dwar il-Pulizija u ċerti liġijiet oħrajn 12 kif ukoll liġi dwar l-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Pubblika 13 .

(15)Fit-13 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni kellha l-ewwel dibattitu ta’ orjentazzjoni sabiex tivvaluta s-sitwazzjoni fil-Polonja. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teżamina s-sitwazzjoni taħt il-Qafas tal-Istat tad-Dritt u tat mandat lill-Ewwel Viċi President Timmermans biex jidħol fi djalogu mal-istituzzjonijiet tar-Repubblika tal-Polonja sabiex jiġu ċċarati l-kwistjonijiet preżenti u jiġu identifikati soluzzjonijiet possibbli. Fl-istess jum, il-Kummissjoni informat lill-Gvern Pollak skont dan.

(16)Fid-19 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni kitbet lill-Gvern Pollakk biex toffri li tikkontribwixxi għarfien espert u tiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-liġi l-ġdida tal-midja. Fid-19 ta’ Jannar 2016, il-Gvern Pollakk kiteb lill-Kummissjoni biex jistabbilixxi l-fehmiet tiegħu dwar il-kwistjoni li tikkonċerna l-ħatra tal-imħallfin, b’referenza b’mod fost oħrajn għal użanza kostituzzjonali relatata mal-ħatra tal-imħallfin. 

(17)Fid-9 ta’ Marzu 2016, it-Tribunal Kostituzzjonali ddeċida li l-liġi adottata fit-22 ta’ Diċembru 2015 ma kinitx kostituzzjonali. Din is-sentenza s’issa għadha ma ġietx ippubblikata mill-Gvern f’Il-Ġurnal Uffiċjali, bir-riżultat li ma għandhiex effett legali. Il-Gvern uffiċjalment ġġustifika d-deċiżjoni tiegħu billi stqarr li t-Tribunal kellu jagħti s-sentenza fil-kworum preskritt bil-liġi, kif previsti mil-liġi li kienet iddikjarata bħala mhux kostituzzjonali. Madankollu, fit-Tribunal Kostituzzjonali kien hemm biss tnax-il imħallef legalment maħtura, u t-tliet imħallfin l-oħra maħtura mis-Sejm f’Ottubru 2015 kienu qed jistennew iċ-ċerimonja tal-ġurament mill-President tar-Repubblika.

(18)Fil-11 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni ta’ Venezja adottat l-opinjoni tagħha “dwar emendi għall-Att dwar it-Tribunal Kostituzzjonali tal-25 ta’ Ġunju 2015” 14 . Fir-rigward tal-ħatra tal-imħallfin, l-opinjoni talbet lill-Parlament Pollakk biex isib soluzzjoni fuq il-bażi tar-regola tal-istat tad-dritt, filwaqt li jirrispetta s-sentenzi tat-Tribunal. Qieset ukoll, fost l-oħrajn, li kworum ta’ attendenza għolja, ir-rekwiżit ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi għall-adozzjoni ta’ sentenzi u regola stretta li tagħmilha impossibbli li jiġu ttrattati każijiet urġenti, speċjalment fl-effett ikkombinat tagħhom, kienu jagħmlu t-Tribunal ineffettiv. Fl-aħħar nett, qieset li r-rifjut tal-pubblikazzjoni tas-sentenza tad-9 ta’ Marzu 2016 se japprofondixxi aktar il-kriżi kostituzzjonali fil-Polonja.

(19)Wara d-deċiżjoni tad-9 ta’ Marzu 2016, it-Tribunal Kostituzzjonali reġa’ beda l-aġġudikazzjoni tal-każijiet. Il-Gvern Pollakk ma pparteċipax f’dawn il-proċeduri. Barra minn hekk il-Gvern Pollakk irrifjuta li jippubblika deċiżjonijiet li ngħataw sussegwentement mit-Tribunal Kostituzzjonali.

(20)Fit-13 ta’ April 2016, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja, fost l-oħrajn biex iħeġġeġ lill-Gvern Pollakk biex jirrispetta, jippubblika u jimplimenta b’mod sħiħ mingħajr aktar dewmien is-sentenza tat-Tribunal Kostituzzjonali tad-9 ta’ Marzu 2016 u biex jiġu implimentati s-sentenzi tat-3 u d-9 ta’ Diċembru 2015, u jitlob lill-Gvern Pollakk sabiex jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja 15 .

(21)Fis-26 ta’ April 2016, l-Assemblea Ġenerali tal-Qorti Suprema tal-Polonja adottat riżoluzzjoni li tikkonferma li s-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali huma validi, anke jekk il-Gvern Pollakk jirrifjuta li jippubblikahom f’Il-Ġurnal Uffiċjali.

2.2.L-Opinjoni dwar l-Istat tad-Dritt

(22)Bejn Frar 2016 u Lulju 2016, il-Kummissjoni u l-Gvern Pollakk skambjaw numru ta’ ittri u ltaqgħu f’okkażjonijiet diversi 16 .

(23)Minkejja n-natura dettaljata u kostruttiva tal-iskambji bejn il-Kummissjoni u l-Gvern Pollakk, huma ma rnexxilhomx isolvu t-tħassib tal-Kummissjoni. Fl-1 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni adottat Opinjoni dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja. Wara d-djalogu li kien ilu għaddej mal-awtoritajiet Pollakki mit-13 ta’ Jannar, il-Kummissjoni qieset li kien neċessarju li tifformalizza l-valutazzjoni tagħha tas-sitwazzjoni attwali f’dik l-Opinjoni. L-Opinjoni stabbiliet it-tħassib tal-Kummissjoni u serviet biex tiffoka fuq id-djalogu kontinwu mal-awtoritajiet Pollakki lejn is-sejbien ta’ soluzzjoni.

(24)Fl-24 ta’ Ġunju 2016, il-Gvern Pollakk kiteb lill-Kummissjoni biex jirrikonoxxi l-wasla tal-Opinjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni fl-1 ta’ Ġunju 2016. L-ittra infurmat lill-Kummissjoni dwar l-istat attwali tal-ħidma Parlamentari fil-Polonja inkluż dwar liġi ġdida dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, u esprimet il-konvinzjoni li l-ħidma mwettqa fil-Parlament dwar liġi ġdida dwar it-Tribunal Kostituzzjonali kien il-mod it-tajjeb biex tinstab soluzzjoni kostruttiva.

(25)Fit-22 ta’ Lulju 2016, is-Sejm adotta liġi ġdida dwar it-Tribunal Kostituzzjonali li ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali fl-1 ta’ Awwissu 2016. Fi stadji varji tal-proċedura leġiżlattiva l-Kummissjoni kienet ipprovdiet kummenti u ddiskutiet il-kontenut tal-abbozz tal-liġi mal-awtoritajiet Pollakki.

2.3Ir-Rakkomandazzjoni dwar l-Istat tad-Dritt (UE) 2016/1374 (l-Ewwel Rakkomandazzjoni)

(26)Fis-27 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja. Fir-Rakkomandazzjoni tagħha, l-Kummissjoni spjegat iċ-ċirkostanzi li fihom iddeċidiet, fit-13 ta' Jannar 2016, li teżamina s-sitwazzjoni taħt il-Qafas tal-Istat tad-Dritt u li fihom adottat, fl-1 ta' Ġunju 2016, Opinjoni dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja. Ir-Rakkomandazzjoni spjegat ukoll li l-iskambji bejn il-Kummissjoni u l-Gvern Pollakk ma rnexxielhomx isolvu t-tħassib tal-Kummissjoni. Fir-Rakkomandazzjoni tagħha, il-Kummissjoni sabet li kien hemm theddida sistemika għall-istat tad-dritt fil-Polonja u rrakkomandat li l-awtoritajiet Pollakki jieħdu azzjoni xierqa sabiex jindirizzaw din it-theddida b'urġenza. B’mod partikolari, il-Kummissjoni rrakkomandat li l-awtoritajiet Pollakki: (a) jimplimentaw bis-sħiħ is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tat-3 u d-9 ta' Diċembru 2015 li jeżiġu li t-tliet imħallfin li kienu nnominati legalment f’Ottubru 2015 mis-seba' mandat tas-Sejm ikunu jistgħu jibdew jaqdu l-funzjonijiet ġudizzjarji tagħhom fit-Tribunal Kostituzzjonali, u li t-tliet imħallfin maħtura mit-tmien mandat tas-Sejm mingħajr bażi ġuridika valida ma jistgħux jibdew jaqdu l-funzjonijiet ġudizzjarji tagħhom; (b) jippubblikaw u jimplimentaw bis-sħiħ is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tad-9 ta' Marzu 2016 u jiżguraw li l-pubblikazzjoni tas-sentenzi futuri tkun awtomatika u ma tiddependi fuq l-ebda deċiżjoni tas-setgħat leġiżlattivi jew eżekuttivi; (c) jiżguraw li kull riforma tal-Liġi dwar it-Tribunal Kostituzzjonali tirrispetta s-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali, inklużi s-sentenzi tat-3 u d-9 ta’ Diċembru 2015 u s-sentenza tad-9 ta’ Marzu 2016, u jqisu bis-sħiħ l-Opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja; u jiżguraw li l-effettività tat-Tribunal Kostituzzjonali bħala garanti tal-Kostituzzjoni ma tiġix ippreġudikata minn rekwiżiti inkonsistenti mal-istat tad-dritt; (d) jiżguraw li t-Tribunal Kostituzzjonali jkun jista’ jirrevedi l-kompatibbiltà tal-liġi l-ġdida adottata fit-22 ta’ Lulju 2016 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali qabel id-dħul fis-seħħ tagħha u jippubblikaw u jimplimentaw b’mod sħiħ is-sentenza tat-Tribunal f’dan ir-rigward; (e) ma jiħdux azzjonijiet u ma jagħmlux dikjarazzjonijiet pubbliċi li jistgħu jdgħajfu l-leġittimità u l-effiċjenza tat-Tribunal Kostituzzjonali.

(27)Il-Kummissjoni stiednet lill-Gvern Pollakk biex isolvi l-problemi identifikati fir-rakkomandazzjoni fi żmien tliet xhur, u jinforma lill-Kummissjoni bil-passi li ttieħdu f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni saħqet li baqgħet lesta biex tkompli djalogu kostruttiv mal-Gvern Pollakk. Fit-tweġiba tiegħu tas-27 ta’ Ottubru 2016, il-Gvern Pollakk ma qabilx mal-punti kollha tal-pożizzjoni espressa fir-Rakkomandazzjoni u ma ħabbar l-ebda miżuri ġodda biex itaffi t-tħassib tal-istat tad-dritt indirizzat mill-Kummissjoni.

(28)Fit-30 ta' Lulju 2016, il-President tar-Repubblika ffirma l-Liġi tat-22 ta' Lulju 2016, li kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fl-1 ta' Awwissu 2016.

(29)Fil-11 ta’ Awwissu 2016, it-Tribunal Kostituzzjonali ta sentenza abbażi tal-Liġi tat-22 ta’ Lulju 2016 17 . Is-sentenza kkunsidrat li numru ta' dispożizzjonijiet ta' dik il-liġi, li kollha kienu identifikati wkoll bħala ta' tħassib mill-Kummissjoni fir-Rakkomandazzjoni tagħha tas-27 ta’ Lulju 2016, kienu antikostituzzjonali 18 . Madankollu, il-Gvern Pollakk ma rrikonoxxiex il-validità ta' din is-sentenza u ma ppubblikahiex fil-Ġurnal Uffiċjali.

(30)Fis-16 ta' Awwissu 2016, il-Gvern Pollakk ippubblika 21 sentenza tat-Tribunal mogħtija f'perjodu mis-6 ta' April 2016 sad-19 ta' Lulju 2016. Madankollu, is-sentenzi tad-9 ta’ Marzu 2016 u tal-11 ta’ Awwissu 2016 ma ġewx ippubblikati mill-Gvern.

(31)Fl-14 ta’ Settembru 2016, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja 19 , li fost l-oħrajn tappella lill-Gvern Pollakk sabiex jikkoopera mal-Kummissjoni skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera kif stabbilit fit-Trattat.

(32)Fl-14 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ta’ Venezja adottat l-opinjoni tagħha dwar il-liġi tat-22 ta’ Lulju 2016 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali 20 . Minkejja titjib meta mqabbel mal-liġi emendatorja tat-22 ta’ Diċembru 2015, l-opinjoni nnutat li l-liġi l-ġdida dwar it-Tribunal Kostituzzjonali kif adottata iddewwem u xxekkel il-ħidma tiegħu b’mod konsiderevoli, u possibbilment trendi l-ħidma tiegħu ineffettiva, kif ukoll timmina l-indipendenza tiegħu billi teżerċita kontroll fuq il-funzjonament tiegħu. L-opinjoni kkritikat ukoll is-sistema li kandidati jkunu proposti għall-pożizzjoni ta’ President tat-Tribunal lill-President tar-Repubblika, li tista’ twassal għal sitwazzjoni fejn kandidat maħtur ma jgawdix minn appoġġ ta’ numru sostanzjati ta’ mħallfin. L-opinjoni enfasizzat ukoll li l-problema tal-ħatra tal-imħallfin kienet għadha ma ġietx solvuta kif irrakkomandat u li l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni fil-liġi tat-22 ta’ Lulju 2016 li teħtieġ li l-President tat-Tribunal jassenja kawżi għat-tliet imħallfin ta’ Diċembru tkun kuntrarja għas-sentenzi tat-Tribunal. L-opinjoni kkonkludiet li permezz tal-adozzjoni tal-liġi, il-Parlament Pollakk assuma setgħat ta' reviżjoni kostituzzjonali li ma kellux meta kien jimxi mal-leġiżlatura ordinarja. Hi kkunsidrat li l-Parlament Pollakk u l-Gvern komplew jisfidaw il-pożizzjoni tat-Tribunal bħala l-arbitru finali ta’ kwistjonijiet kostituzzjonali u attribwew din l-awtorità lilhom infushom: ħolqu ostakli ġodda għall-funzjonament effettiv tat-Tribunal, u aġixxew sabiex idgħajfu iktar l-indipendenza tiegħu. Skont l-opinjoni, bil-prolongament tal-kriżi kostituzzjonali, huma ostakolaw it-Tribunal Kostituzzjonali, li ma jistax jaqdi l-irwol kostituzzjonali tiegħu bħala gwardjan tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. Il-Gvern Pollakk iddeċieda li ma jipparteċipax fis-seduta tal-Kummissjoni ta' Venezja fl-14 ta' Ottubru 2016 għax qies li l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja kienet unilaterali u ma kkunsidratx il-pożizzjoni tal-Gvern.

(33)Fil-31 ta’ Ottubru 2016, il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti 21 esprima tħassib dwar l-impatt negativ tar-riformi leġiżlattivi, inklużi l-emendi fil-liġi dwar it-Tribunal Kostituzzjonali ta’ Novembru u Diċembru 2015 u Lulju 2016, in-nuqqas ta' osservanza tas-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali, il-funzjonament u l-indipendenza tat-Tribunal u l-implimentazzjoni tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi. Il-Kumitat ħeġġeġ lill-Polonja biex tippubblika immedjatament b'mod uffiċjali s-sentenzi kollha tat-Tribunal, biex ma tintroduċix miżuri li jostakolaw il-funzjonament effettiv tiegħu u biex tiżgura proċess trasparenti u imparzjali għall-ħatra tal-membri tiegħu u għas-sigurtà tal-pussess, li jissodisfa r-rekwiżiti ta' legalità kollha skont il-liġi domestika u internazzjonali.

(34)Fis-7 ta’ Novembru 2016, it-Tribunal Kostituzzjonali ta sentenza dwar il-kostituzzjonalità tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tat-22 ta’ Lulju dwar l-għażla tal-President u l-Viċi President tat-Tribunal 22 , b’dikjarazzjoni li l-kostituzzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-President tat-Tribunal għandu jkun maħtur mill-President tar-Repubblika minn fost kandidati li kisbu vot ta’ maġġoranza fl-Assemblea Ġenerali tat-Tribunal.

(35)Fl-1 u t-2 ta Diċembru 2016, is-Senat adotta l-liġi tat-30 ta’ Novembru 2016 dwar l-istatus legali tal-imħallfin tat-Tribunal Kostituzzjonali (“il-liġi dwar l-Istatus tal-Imħallfin”) u l-liġi tat-30 ta’ Novembru 2016 dwar l-organizzazzjoni u l-proċedimenti quddiem it-Tribunal Kostituzzjonali (“il-liġi dwar l-Organizzazzjoni u l-Proċedimenti”).

(36)Fl-14 ta’ Diċembru 2016, il-Parlament Ewropew kellu dibattitu dwar is-sitwazzjoni dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja. Matul dan id-dibattitu, il-Kummissjoni talbet b'mod urġenti lill-awtoritajiet Pollakki biex ma jpoġġux fis-seħħ il-liġijiet il-ġodda qabel ma t-Tribunal Kostituzzjonali jkollu l-okkażjoni li jeżamina l-kostituzzjonalità tagħhom.

(37)Fil-15 ta’ Diċembru 2016, is-Senat adotta l-Liġi tat-13 ta’ Diċembru 2016 li timplimenta l-Liġi dwar l-Organizzazzjoni u l-Proċedimenti u l-Liġi dwar l-Istatus tal-Imħallfin (“Implimentazzjoni tal-Liġi”).

(38)Fid-19 ta’ Diċembru 2016, il-President tar-Repubblika ffirma t-tliet liġijiet ġodda li jirregolaw il-funzjonament tat-Tribunal Kostituzzjonali li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali. Fl-istess ġurnata, il-President tar-Repubblika ħatar lill-Imħallef Julia Przylębska, imħallef eletta mis-Sejm il-ġdid għall-pożizzjoni ta' Aġent President tat-Tribunal Kostituzzjonali.

(39)Fl-20 ta' Diċembru 2016, l-Imħallef Julia Przylębska ħatret lit-tliet imħallfin maħtura mit-tmien terminu tas-Sejm mingħajr bażi ġuridika valida biex jibdew jaqdu dmirijiethom fit-Tribunal u sejħet laqgħa tal-Assemblea Ġenerali għall-istess ġurnata. Fid-dawl tal-avviż qasir imħallef wieħed ma setax jipparteċipa u talab li l-laqgħa tiġi posposta għall-ġurnata ta’ wara, li l-imħallef Julia Przyłębska rrifjutat. Fost erbatax-il imħallfin preżenti għal-laqgħa, tlieta biss kienu mħallfin li nħatru b’mod illegali u tlieta mħallfin kienu maħtura permezz ta’ vot mill-maġġoranza governattiva attwali 23 . Ġew eletti żewġ kandidati: Julia Przyłębska u Mariusz Muszyński, u ġew ippreżentati bħala kandidati lill-President tar-Repubblika. Fil-21 ta' Diċembru 2016, il-President tar-Repubblika ħatar lill-Imħallef Julia Przyłębska fil-kariga ta' President tat-Tribunal Kostituzzjonali.

2.4.Ir-Rakkomandazzjoni dwar l-Istat tad-Dritt (UE) 2016/146 (it-Tieni Rakkomandazzjoni)

(40)Fil-21 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni adottat it-tieni Rakkomandazzjoni kumplimentari dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja. Il-Kummissjoni sabet li, filwaqt li xi wħud mill-kwistjonijiet li tqajmu fl-ewwel Rakkomandazzjoni tagħha kienu ġew indirizzati, kwistjonijiet importanti baqgħu ma ssolvewx, u sadanittant kien tqajjem tħassib ġdid. Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-proċedura li kienet wasslet għall-ħatra ta' President ġdid tat-Tribunal Kostituzzjonali qajmet tħassib serju fir-rigward tal-istat tad-dritt. Il-Kummissjoni kkonkludiet li kien għad hemm theddida sistemika għall-istat tad-dritt fil-Polonja u stiednet lill-Gvern Pollakk biex isolvi l-problemi identifikati bħala kwistjoni ta’ urġenza, fi żmien xahrejn. Il-Kummissjoni nnotat li hi baqgħet lesta li ssegwi djalogu kostruttiv mal-Gvern Pollakk abbażi tar-Rakkomandazzjoni.

(41)Fl-20 ta’ Frar 2017, il-Gvern Pollakk wieġeb għar-Rakkomandazzjoni hawn fuq imsemmija. It-tweġiba ma qablitx mal-valutazzjonijiet stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni u ma ħabbret l-ebda azzjoni ġdida sabiex jiġi indirizzat it-tħassib identifikat mill-Kummissjoni. It-tweġiba enfasizzat li l-ħatra tal-President il-ġdid tat-Tribunal fil-21 ta’ Diċembru 2016 kif ukoll id-dħul fis-seħħ tat-tliet liġijiet il-ġodda li jirregolaw il-funzjonament tat-Tribunal Kostituzzjonali ħolqu l-kundizzjonijiet xierqa għall-funzjonament tat-Tribunal wara perjodu ta’ paraliżi kkawżat minn ġlied politiku mill-politiċi tal-oppożizzjoni li fihom daħal ukoll l-eks President tat-Tribunal.

(42)Fl-10 ta' Jannar 2017, il-Viċi President tat-Tribunal Kostituzzjonali kien obbligat mill-President tat-Tribunal li kien għadu kif inħatar juża l-liv li kien fadallu. Fl-24 ta’ Marzu 2017 il-liv obbligatorju ġie mġedded sal-aħħar ta’ Ġunju 2017, minkejja t-talba tal-Viċi President biex ikompli l-ħidma tiegħu bħala mħallef fit-Tribunal mill-1 ta’ April 2017. Fit-12 ta' Jannar 2017, il-Ministru tal-Ġustizzja nieda proċedura quddiem it-Tribunal Kostituzzjonali biex isir rieżami tal-kostituzzjonalità tal-elezzjoni, fl-2010, ta' tliet imħallfin tat-Tribunal. Wara din il-proċedura, ma ġewx assenjati aktar każijiet lil dawn it-tliet imħallfin. Fis-16 ta' Jannar 2017, il-President tal-Kummissjoni ta' Venezja ħareġ dikjarazzjoni li fiha esprima t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni li kienet qed tmur għall-agħar fit-Tribunal.

(43)Fl-20 ta’ Jannar 2017, il-Gvern Pollakk ħabbar riforma komprensiva tal-ġudikatura li tinkludi sett ġdid ta’ liġijiet, inkluż abbozzi tal-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji biex jiġu ppreżentati matul l-2017.

(44)Fl-1 ta' Marzu 2017, grupp ta' 50 membru tas-Sejm talab lit-Tribunal Kostituzzjonali biex jistabbilixxi n-nuqqas ta' kostituzzjonalità tad-dispożizzjonijiet tal-liġi fuq il-Qorti Suprema li abbażi tagħhom l-Ewwel President tal-Qorti Suprema kien ġie elett.

(45)Fil-11 ta’ Mejju 2017, is-Sejm adotta l-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura li ġiet ippubblikata fit-13 ta’ Ġunju 2017.

(46)Fis-26 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni infurmat il-Kunsill dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Polonja. Kien hemm qbil ġenerali fil-Kunsill li l-istat tad-dritt huwa ta' interess komuni u responsabbiltà komuni tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri. Maġġoranza kbira ħafna tal-Istati Membri kienu ta' sostenn għar-rwol u l-isforzi tal-Kummissjoni biex tindirizza din il-kwistjoni. L-Istati Membri appellaw lill-Gvern Pollakk biex jerġa' jibda d-djalogu mal-Kummissjoni bil-għan li jirrisolvi l-kwistjonijiet pendenti u stennew li jinżammu aġġornati kif xieraq fil-Kunsill Affarijiet Ġenerali.

(47)Fit-23 ta’ Ġunju 2017, il-Kunsill Ewropew b’mod ġenerali approva r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż indirizzati lill-Istati Membri fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017. Ir-rakkomandazzjoni indirizzata lill-Polonja fiha premessa li tenfasizza li “Iċ-ċertezza legali u l-fiduċja fil-kwalità u l-prevedibbiltà regolatorja, it-taxxa u politika u istituzzjonijiet oħra huma fatturi importanti li jistgħu jippermettu żieda fir-rata tal-investiment. L-istat tad-dritt u ġudikatura indipendenti huma wkoll essenzjali f’dan il-kuntest. L-indirizzar ta’ tħassib serju fir-rigward tal-istat tad-dritt ser jgħin biex itejjeb iċ-ċertezza legali”. Fil-11 ta’ Lulju 2017, ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż ġew adottati mill-Kunsill 24 .

(48)Fil-5 ta’ Lulju 2017, wara t-tmiem tal-mandat tal-Viċi President ta’ qabel tat-Tribunal Kostituzzjonali, il-President tar-Repubblika ħatar Viċi President ġdid tat-Tribunal, is-Sur Mariusz Muszyński, minkejja l-fatt li hu kien wieħed mit-tlett imħallfin fit-Tribunal maħtura illegalment.

(49)Fit-12 ta' Lulju 2017, grupp ta' membri tas-Sejm ressaq abbozz ta' liġi dwar il-Qorti Suprema li kienet tistipula, fost oħrajn, it-tneħħija u l-irtirar sfurzat tal-imħallfin kollha tal-Qorti Suprema, barra dawk indikati mill-Ministru tal-Ġustizzja.

(50)Fit-13 ta' Lulju 2017, il-Kummissjoni kitbet lill-Gvern Pollakk biex tesprimi t-tħassib tagħha dwar il-proposti leġiżlattivi riċenti relatati mas-sistema ġudizzjarja u mal-Qorti Suprema, enfasizzat l-importanza li tieqaf milli tadotta dawn il-proposti sabiex tippermetti djalogu importanti, u stiednet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Pollakk u lill-Ministru tal-Ġustizzja Pollakk għal laqgħa dwar dan mill-aktar fis possibbli. Fl-14 ta' Lulju 2017, il-Gvern Pollakk kiteb lill-Kummissjoni fejn tenna l-ispjegazzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali.

(51)Fil-15 ta’ Lulju 2017, is-Senat approva l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji.

(52)Fid-19 ta' Lulju 2017, il-Gvern Pollakk wieġeb l-ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2017, fejn irrefera għar-riformi leġiżlattivi attwali tal-ġudikatura Pollakka u fejn talab lill-Kummissjoni tippreżenta t-tħassib konkret tagħha relatat mal-liġijiet il-ġodda sabiex ikun hemm aktar diskussjoni. Il-Kummissjoni wieġbet għall-ittri tal-Gvern Pollakk tal-14 u d-19 ta’ Lulju 2017 permezz tal-ittra tat-28 ta’ Lulju 2017.

(53)Fit-22 ta’ Lulju 2017, is-Senat approva l-liġi dwar il-Qorti Suprema li ntbagħtet lill-President tar-Repubblika għall-iffirmar flimkien mal-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji.

(54)Fl-24 ta' Lulju 2017, il-President tar-Repubblika għamel dikjarazzjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu li jirreferi lura lis-Sejm il-liġi dwar il-Qorti Suprema u l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura.

(55)Fil-25 ta' Lulju 2017, il-President tar-Repubblika ffirma l-liġi li temenda l-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji.

2.5.    Ir-Rakkomandazzjoni dwar l-Istat tad-Dritt (UE) 2017/1520 (it-Tielet Rakkomandazzjoni)

(56)Fis-26 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni adottat it-tielet Rakkomandazzjoni rigward l-Istat tad-Dritt fil-Polonja, kumplimentari għar-Rakkomandazzjonijiet tagħha tas-27 ta’ Lulju u l-21 ta’ Diċembru 2016. F’din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni qieset l-iżviluppi li seħħew fil-Polonja sa mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2016. It-tħassib tal-Kummissjoni jikkonċerna l-kwistjonijiet li ġejjin:

(1)in-nuqqas ta' rieżami kostituzzjonali indipendenti u leġittimu;

(2)l-adozzjoni mill-Parlament Pollakk ta' leġiżlazzjoni ġdida relatata mal-ġudikatura Pollakka li tqajjem tħassib gravi fir-rigward tal-indipendenza ġudizzjarja u żżid b'mod sinifikanti t-theddid sistemiku għall-istat tad-dritt fil-Polonja:

(a)il-liġi li temenda l-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji (“il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji”); ippubblikata f'Il-Ġurnal Offiċjali Pollakk fit-28 ta’ Lulju 2017 u li daħlet fis-seħħ fit-12 ta’ Awwissu 2017;

(b)il-liġi li temenda l-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura u l-Prosekuzzjoni Pubblika, il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u ċerti liġijiet oħra (“il-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura”); ippubblikata f'Il-Ġurnal Offiċjali Pollakk fit-13 ta’ Ġunju 2017 u li daħlet fis-seħħ fl-20 ta’ Ġunju 2017;

(c)il-liġi li temenda l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u ċerti liġijiet oħra (“il-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura”); approvata mis-Senat fil-15 ta’ Lulju 2017; din il-liġi ġiet irrinvijata quddiem is-Sejm fl-24 ta’ Lulju 2017 u ma daħlitx fis-seħħ;

(d)il-liġi dwar il-Qorti Suprema; approvata mis-Senat fit-22 ta’ Lulju 2017; din il-liġi ġiet irrinvijata quddiem is-Sejm fl-24 ta’ Lulju 2017 u ma daħlitx fis-seħħ.

(57)Fit-tielet Rakkomandazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni ta' theddida sistemika għall-istat tad-dritt fil-Polonja kif ippreżentata fir-Rakkomandazzjonijiet tagħha tas-27 ta' Lulju 2016 u tal-21 ta' Diċembru 2016 iddeterjorat serjament. B’mod partikolari:

(1)Il-ħatra illegali tal-President tat-Tribunal Kostituzzjonali, l-ammissjoni tat-tliet imħallfin maħtura mit-tmien leġiżlatura tas-Sejm mingħajr bażi ġuridika valida, il-fatt li wieħed minn dawn l-imħallfin inħatar bħala Viċi President tat-Tribunal, il-fatt li tliet imħallfin li kienu maħtura skont il-liġi f'Ottubru 2015 mil-leġiżlatura ta' qabel ma setgħux jassumu l-funzjoni ta' mħallef fit-Tribunal, kif ukoll l-iżviluppi sussegwenti fit-Tribunal deskritti hawn fuq de facto wasslu għall-kompożizzjoni kompleta mill-ġdid tat-Tribunal barra l-proċess kostituzzjonali normali għall-ħatra ta' mħallfin. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tqis li l-indipendenza u l-leġittimità tat-Tribunal Kostituzzjonali huma mdgħajfa serjament u, konsegwentement, il-kostituzzjonalità tal-liġijiet Pollakki ma tistax tibqa' tiġi ggarantita b'mod effettiv. Is-sentenzi mogħtija mit-Tribunal taħt dawn iċ-ċirkostanzi ma jistgħux jibqgħu jitqiesu li jipprovdu rieżami kostituzzjonali effettiv;

(2)Il-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura li diġà qiegħda fis-seħħ, u l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u l-liġi dwar il-Qorti Suprema jekk jidħlu fis-seħħ, idgħajfu strutturalment l-indipendenza tal-ġudikatura fil-Polonja u jkollhom impatt immedjat u konkret fuq il-funzjonament indipendenti tal-ġudikatura kollha kemm hi. Peress li l-indipendenza tal-ġudikatura hija komponent ewlieni tal-istat tad-dritt, dawn il-liġijiet ġodda jżidu b'mod sinifikanti t-theddida sistemika għall-istat tad-dritt kif identifikat f'Rakkomandazzjonijiet preċedenti;

(3)B'mod partikolari, it-tneħħija tal-imħallfin tal-Qorti Suprema, il-possibbiltà tal-ħatra tagħhom mill-ġdid u miżuri oħra li hemm fil-liġi dwar il-Qorti Suprema jaggravaw b'mod serju ħafna t-theddida sistemika tal-istat tad-dritt;

(4)Il-liġijiet il-ġodda jqajmu tħassib serju fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħhom mal-Kostituzzjoni Pollakka kif enfasizzata b'għadd ta' dikjarazzjonijiet, b'mod partikolari mill-Qorti Suprema, mill-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, l-Ombudsman Pollakk, l-Assoċjazzjoni tal-Kamra tal-Avukati u assoċjazzjonijiet ta' mħallfin u avukati, u partijiet interessati relevanti oħra. Madankollu, kif spjegat hawn fuq, rieżami kostituzzjonali effettiv ta' dawn il-liġijiet ma għadux possibbli;

(5)Fl-aħħar, azzjonijiet u dikjarazzjonijiet pubbliċi kontra l-imħallfin u l-qrati mill-Gvern Pollakk u mill-membri Parlamentari mill-maġġoranza li tiggverna fil-Polonja ħassru l-fiduċja fis-sistema ġudizzjarja kollha kemm hi. Il-Kummissjoni tenfasizza l-prinċipju ta' kooperazzjoni leali bejn korpi tal-istat li hu, kif enfasizzat fl-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja, prekundizzjoni kostituzzjonali fi stat demokratiku ggvernat fuq l-istat tad-dritt.

(58)Il-Kummissjoni stiednet lill-Gvern Pollakk biex isolvi l-problemi identifikati f'din ir-Rakkomandazzjoni fi żmien xahar minn meta jirċievi din ir-Rakkomandazzjoni, u biex jinforma lill-Kummissjoni bil-passi li jittieħdu f'dan ir-rigward. B’mod partikolari, il-Kummissjoni rrakkomandat li l-awtoritajiet Pollakki:

(1)Jirrestawraw l-indipendenza u l-leġittimità tat-Tribunal Kostituzzjonali bħala garanti tal-Kostituzzjoni Pollakka;

(2)jippubblikaw u jimplimentaw b'mod sħiħ is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tad-9 ta' Marzu 2016, tal-11 ta' Awwissu 2016 u tas-7 ta' Novembru 2016;

(3)jiżguraw li l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u l-liġi dwar il-Qorti Suprema ma jidħlux fis-seħħ u li l-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura tiġi rtirata jew emendata sabiex tiġi żgurata l-konformità tagħha mal-Kostituzzjoni u mal-istandards Ewropej dwar l-indipendenza ġudizzjarja;

(4)ma jieħdu l-ebda miżura li tinterferixxi mal-mandat tal-imħallfin tal-Qorti Suprema u l-funzjoni tagħhom;

(5)jiżguraw li kwalunkwe riforma tal-ġustizzja issostni l-istat tad-dritt u tikkonforma mal-liġi tal-UE u mal-istandards Ewropej dwar l-indipendenza ġudizzjarja u tkun ippreparata b'kooperazzjoni mill-qrib mal-ġudikatura u l-partijiet kollha interessati;

(6)ma jieħdux azzjonijiet u ma jagħmlux dikjarazzjonijiet pubbliċi li jistgħu jdgħajfu aktar il-leġittimità tat-Tribunal Kostituzzjonali, il-Qrati Suprema, il-qrati ordinarji, l-imħallfin, individwalment jew kollettivament, jew il-ġudikatura kollha kemm hi.

(59)Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-awtoritajiet Pollakki biex ma jieħdu l-ebda miżura biex ineħħu jew jisfurzaw l-irtirar tal-imħallfin tal-Qrati Suprema peress li dawn il-miżuri jaggravaw b'mod serju ħafna t-theddida sistemika għall-istat tad-dritt. Il-Kummissjoni indikat li, f'każ li l-awtoritajiet Pollakki jieħdu xi miżura ta' din ix-xorta, il-Kummissjoni tkun lesta li tattiva immedjatament l-Artikolu 7(1) TUE.

(60)Fil-31 ta’ Lulju 2017, is-Sejm ġiet notifikata formalment bid-deċiżjoni tal-President tar-Repubblika biex jagħmel veto għal-liġi li temenda l-Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-Liġi dwar il-Qorti Suprema.

(61)Fl-4 ta’ Awwissu u s-16 ta’ Awwissu 2017 il-Gvern Pollakk kiteb lill-Kummissjoni b’talba għal kjarifiki għar-Rakkomandazzjonijiet tagħha tas-26 ta’ Lulju 2017, li għalihom il-Kummissjoni wieġbet permezz ta’ ittri tat-8 ta’ Awwissu u l-21 ta’ Awwissu 2017 rispettivament.

(62)Fit-28 ta’ Awwissu 2017, il-Gvern Pollakk wieġeb għar-Rakkomandazzjoni tas-26 ta’ Lulju 2017. It-tweġiba ma qablitx mal-valutazzjonijiet stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni u ma ħabbret l-ebda azzjoni ġdida sabiex jiġi indirizzat it-tħassib identifikat mill-Kummissjoni.

(63)Fit-30 ta’ Awwissu 2017, l-opinjoni tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-OSCE (ODIHR) ikkonkludiet li l-liġi sospiża dwar il-Qorti Suprema mhijiex konformi ma’ standards internazzjonali dwar l-indipendenza ġudizzjarja 25 .

(64)Fil-11 ta’ Settembru 2017, il-Gvern Pollakk beda kampanja msejħa “Qrati Ġusti” bl-għan li jikseb appoġġ soċjali għar-riforma ġudizzjarja li għaddejja. Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-qrati ordinarji ppubblikaw diversi dikjarazzjonijiet li jirrettifikaw l-allegazzjonijiet diretti kontra qrati, imħallfin u l-Kunsill matul il-kampanja.

(65)Fil-11 ta’ Settembru 2017, it-Tribunal Kostituzzjonali f’panel ta’ ħames imħallfin iddikjara li ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili ma kienux kostituzzjonali li jippermetti lill-qrati ordinarji u l-Qorti Suprema li jivvalutaw il-legalità tal-ħatra tal-President u l-Viċi President tat-Tribunal 26 .

(66)Fit-13 ta’ Settembru 2017, il-Ministru tal-Ġustizzja beda jeżerċita s-setgħat tiegħu li jkeċċi presidenti u viċi presidenti tal-qrati skont il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji.

(67)Fil-15 ta’ Settembru u t-18 ta’ Ottubru 2017, il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura kkritika d-deċiżjonijiet tal-Ministru tal-Ġustizzja li jkeċċi lil presidenti tal-qrati. Il-Kunsill indika li tali setgħa arbitrarja tal-Ministru tal-Ġustizzja tikser il-prinċipju kostituzzjonali tal-indipendenza tal-qrati u tista’ jkollha effett mhux mixtieq fuq l-imparzjalità tal-imħallfin.

(68)Fil-15 ta’ Settembru 2017, is-Sejm ħatar persuna għal pożizzjoni ta’ Imħallef diġà okkupata fit-Tribunal Kostituzzjonali, u l-President tar-Repubblika aċċetta l-ġurament fil-15 ta’ Settembru 2017.

(69)Fil-15 ta’ Settembru 2017 is-Sejm adotta l-liġi dwar l-Istitut Nazzjonali tal-Libertà - Ċentru għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili li jiċċentralizza d-distribuzzjoni ta’ fondi inkluż għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

(70)Fit-22 ta’ Settembru 2017, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti ddiskutew ir-rapporti dwar il-Polonja sottomessi fi ħdan il-qafas tat-tielet reviżjoni perjodika li jkun fiha rakkomandazzjonijiet dwar indipendenza ġudizzjarja u l-istat tad-dritt.

(71)Fil-25 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni infurmat il-Kunsill dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Polonja. Kien hemm qbil wiesa’ dwar il-fatt li l-Istat tad-Dritt hu ta’ interess komuni u responsabbiltà komuni u dwar il-ħtieġa għall-Polonja u l-Kummissjoni li jidħlu fi djalogu sabiex tinstab soluzzjoni.

(72)Fis-26 ta’ Settembru 2017, il-President tar-Repubblika bagħat lis-Sejm żewġ abbozzi ta’ liġijiet dwar il-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura.

(73)Fit-3 ta’ Ottubru 2017, is-Sejm bagħtet żewġ abbozzi ta’ liġijiet presidenzjali dwar il-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura għall-konsultazzjoni lill-partijiet interessati rilevanti, inkluż l-Ombudsman, il-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura.

(74)Fis-6 u fil-25 ta’ Ottubru 2017, il-Qorti Suprema ppubblikat l-opinjonijiet tagħha dwar iż-żewġ abbozzi ta’ liġijiet dwar il-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura. L-opinjonijiet iqisu li l-abbozz ta’ liġi dwar il-Qorti Suprema irażżan b’mod sostanzjali l-indipendenza tagħha u li l-abbozz ta’ liġi dwar il-Kunsill għall-Ġudikatura ma jistax jiġi rrikonċiljat mal-kunċett ta’ stat demokratiku rregolat bl-istat tad-dritt.

(75)Fil-11 ta’ Ottubru 2017, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa adottat riżoluzzjoni dwar il-forom ġodda ta’ theddid għall-istat tad-dritt fl-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa, tesprimi tħassib ukoll dwar l-iżviluppi fil-Polonja, li jpoġġu f’riskju r-rispett tal-istat tad-dritt, u, b’mod partikolari, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat 27 .

(76)Fit-13 ta’ Ottubru 2017, in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli tal-Ġudikatura (ENCJ) ħareġ opinjoni 28 dwar l-abbozz ta’ liġi ġdida dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura, filwaqt li enfasizza l-inkonsistenza tagħha mal-istandards Ewropej dwar il-Kunsilli tal-Ġudikatura.

(77)Fit-23 ta’ Ottubru 2017, wara t-tielet ċiklu tal-Eżami Perjodiku Universali tal-Polonja, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem talab li l-awtoritajiet Pollakki jaċċettaw ir-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-rispett għall-indipendenza ġudizzjarja.

(78)Fl-24 ta’ Ottubru 2017, it-Tribunal Kostituzzjonali f’panel li jinkludi żewġ imħallfin maħtura illegalment ddikjara l-antikostituzzjonalità ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-Qorti Suprema, li fuq il-bażi tagħha, fost affarijiet oħra, inħatar l-Ewwel President attwali tal-Qorti Suprema.

(79)Fl-24 ta’ Ottubru 2017, it-Tribunal Kostituzzjonali, f’panel kompost minn żewġ imħallfin maħtura b’mod illegali, iddikjara l-kostituzzjonalità ta’ dispożizzjonijiet tat-tliet liġijiet dwar it-Tribunal Kostituzzjonali ta’ Diċembru 2016, inklużi d-dispożizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom, iż-żewġ imħallfin ġudikanti maħtura illegalment fil-kawża tħallew jaġġudikaw fit-Tribunal Kostituzzjonali. Il-mozzjoni tal-Ombudsman Pollakk dwar l-esklużjoni taż-żewġ imħallfin maħtura illegalment minn din il-kawża kienet ġiet miċħuda mit-Tribunal Kostituzzjonali.

(80)Fis-27 ta’ Ottubru 2017, ir-Relatur Speċjali tan-NU dwar l-Indipendenza tal-Imħallfin u l-Avukati, is-Sur Diego García-Sayán, ippreżenta osservazzjonijiet preliminari 29 , li skonthom iż-żewġ abbozzi ta’ liġijiet dwar il-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura jqajmu għadd ta’ tħassib rigward l-indipendenza tal-ġudikatura.

(81)Fil-31 ta’ Ottubru 2017, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura adotta opinjoni dwar l-abbozz ta’ liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura ippreżentat mill-President tar-Repubblika. Il-Kunsill josserva li l-abbozz ta’ liġi huwa fundamentalment inkompatibbli mal-Kostituzzjoni Pollakka billi jipprovdi lis-Sejm bis-setgħa li taħtar imħallfin-membri tal-Kunsill u ttemm b’mod prematur il-mandati kostituzzjonalment protetti tal-imħallfin-membri tal-Kunsill attwali.

(82)Fl-10 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill Konsultattiv ta’ Mħallfin Ewropej (CCJE) adotta dikjarazzjoni li tqajjem tħassib dwar l-indipendenza ġudizzjarja fil-Polonja 30 .

(83)Fil-11 ta’ Novembru 2017, l-Ombudsman bagħat ittra lill-President tar-Repubblika li tinkludi valutazzjoni taż-żewġ abbozzi ta’ liġijiet dwar il-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura u tirrakkomanda li dawn ma għandhomx jiġu adottati peress li ma jiggarantixxux li l-fergħa ġuridika tibqa’ indipendenti mill-eżekuttiv u li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt kostituzzjonali tagħhom li jkollhom aċċess għal qorti indipendenti.

(84)Fit-13 ta’ Novembru 2017, l-OSKE-ODIHR adotta opinjoni dwar l-abbozz ta’ liġi ġdida dwar il-Qorti Suprema u ddikjara li d-dispożizzjonijiet rieżaminati huma inkompatibbli ma’ standards internazzjonali dwar l-indipendenza ġudizzjarja 31 .

(85)Fil-15 ta’ Novembru 2017, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u d-demokrazija fil-Polonja, billi esprima appoġġ biex ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni, kif ukoll għall-proċeduri ta’ ksur, waqt li qies li attwalment is-sitwazzjoni fil-Polonja tirrappreżenta riskju ċar ta’ ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE 32 .

(86)Fl-24 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill tal-Avukatura u s-Soċjetajiet tal-Liġi tal-Ewropa (CCBE) stieden lill-awtoritajiet Pollakki biex ma jadottawx iż-żewġ abbozzi ta’ liġijiet dwar il-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura billi dawn jistgħu jxekklu s-separazzjoni tas-setgħat iggarantita mill-Kostituzzjoni Pollakka 33 . Fid-29 ta’ Novembru 2017, l-Organizzazzjoni tal-Imħallfin “Iustitia”, il-Fondazzjoni ta’ Helsinki għad-Drittijiet tal-Bniedem u Amnesty International ħarġu dikjarazzjoni konġunta li tikkritika l-proċedura leġiżlattiva fuq iż-żewġ abbozzi ta’ liġijiet presidenzjali. 

(87)Fil-5 ta’ Diċembru 2017, in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli tal-Ġudikatura (ENCJ) adotta opinjoni oħra li tikkritika l-abbozz ta’ liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura minħabba li ma tirrispettax l-istandards tal-ENCJ 34 .

(88)Fit-8 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ta’ Venezja, fuq talba tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, adottat opinjoni dwar l-abbozz ta’ liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura, l-abbozz ta’ liġi dwar il-Qorti Suprema, u l-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji, kif ukoll opinjoni dwar il-liġi dwar l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku 35 . Il-Kummissjoni ta’ Venezja eżaminat il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji, l-abbozz ta’ liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura u l-abbozz ta’ liġi dwar il-Qorti Suprema proposti mill-President tar-Repubblika. Hija waslet għall-konklużjoni li l-liġi u l-abbozzi tal-liġijiet, speċjalment meħuda flimkien u fil-kuntest tal-liġi tal-2016 dwar l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, jippermettu li s-setgħat leġiżlattivi u eżekuttivi jindaħlu b’mod sever u estensiv fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, u b’hekk joħolqu theddida serja għall-indipendenza ġudizzjarja bħala element ewlieni tal-istat tad-dritt. Hija appellat lill-President tar-Repubblika biex jirtira l-proposti tiegħu u jibda djalogu qabel il-proċedura ta’ leġiżlazzjoni tkompli għaddejja. Hija ħeġġet ukoll lill-Gvern Pollakk jikkunsidra mill-ġdid l-emendi reċenti għal-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji.

(89)Fit-8 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem ħareġ dikjarazzjoni li fiha jesprimi dispjaċir dwar l-adozzjoni mis-Sejm tal-liġijiet dwar il-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura li jkomplu jdgħajfu l-indipendenza tal-ġudikatura.

(90)Fit-8 ta’ Diċembru 2017, iż-żewġ abbozzi ta’ liġijiet ġew adottati mis-Sejm. Fil-15 ta’ Diċembru 2017, iż-żewġ liġijiet kienu approvati mis-Senat.

3.In-nuqqas ta' rieżami kostituzzjonali indipendenti u leġittimu

(91)Fuq perjodu ta’ sena, sitt liġijiet konsekuttivi ġew adottati dwar it-Tribunal Kostituzzjonali Pollakk. Dawn il-liġijiet ġodda qajmu għadd ta’ tħassib fir-rigward tal-istat tad-dritt li huwa ppreżentat hawn taħt u deskritt fid-dettall fit-tliet Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt fil-Polonja. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tisottolinja li fejn tkun ġiet stabbilita sistema ġudizzjarja kostituzzjonali, l-effettività tagħha hija komponent ewlieni tal-istat tad-dritt.

3.1. Il-kompożizzjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali

(92)Minkejja s-sentenzi msemmja fil-paragrafu 10 hawn fuq, it-tliet imħallfin innominati mil-leġiżlatura preċedenti għadhom ma bdewx jaħdmu bħala mħallfin fit-Tribunal Kostituzzjonali u l-ġurament tagħhom ma tteħidx mill-President tar-Repubblika. Għall-kuntrarju ta’ dan, il-ġurament tat-tliet imħallfin innominati mil-leġiżlatura l-ġdida mingħajr bażi ġuridika valida ttieħed mill-President tar-Repubblika u, fl-20 ta’ Diċembru 2016, wara tmiem il-mandat tal-ex President tat-Tribunal, huma ġew ammessi biex jibdew jaqdu l-funzjoni tagħhom bħala mħallfin mill-Aġent President tat-Tribunal (ara hawn taħt).

(93)Fit-tliet Rakkomandazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni rrakomandat li l-awtoritajiet Pollakki jimplimentaw bis-sħiħ is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tat-3 u tad-9 ta’ Diċembru 2015 li jeżiġu li t-tliet imħallfin li ġew innominati legalment f’Ottubru 2015 mil-leġiżlatura preċedenti jkunu jistgħu jieħdu l-funzjoni tagħhom ta’ mħallef fit-Tribunal Kostituzzjonali, u li t-tliet imħallfin innominati mil-leġiżlatura l-ġdida mingħajr bażi ġuridika ma jaġġudikawx aktar mingħajr ma jiġu eletti b’mod validu.

(94)Fit-tweġiba tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2016, il-Gvern Pollakk jikkunsidra li s-sentenzi tat-3 u tad-9 ta' Diċembru 2015 tat-Tribunal ma speċifikawx liema mħallfin kellhom jibdew jaqdu l-funzjoni tagħhom u jikkunsidra li l-leġiżlatura l-ġdida tas-Sejm innominat b'mod legali l-ħames imħallfin f'Diċembru 2015. Dan ir-raġunament iqajjem tħassib serju dwar l-istat tad-dritt għax jiċħad kwalunkwe effett taż-żewġ sentenzi ta' Diċembru u jikkontradixxi r-raġunament tat-Tribunal kif imtenni b'mod konsistenti, inkluż fis-sentenza tiegħu tal-11 ta' Awwissu 2016; f’din is-sentenza, it-Tribunal Kostituzzjonali sab li dispożizzjoni tal-liġi, dwar it-Tribunal Kostituzzjonali tat-22 ta’ Lulju 2016 li tippermetti li t-tliet imħallfin innominati mil-leġiżlatura l-ġdida mingħajr bażi ġuridika valida jibdew jaqdu l-funzjoni tagħhom filwaqt li jużaw il-postijiet vakanti li għalihom il-leġiżlatura preċedenti tas-Sejm kienet diġà nnominat legalment tliet imħallfin 36 , kienet inkostituzzjonali. It-tweġiba tirrikonoxxi li fid-dispożittiv tas-sentenza tat-3 ta' Diċembru 2015, it-Tribunal Kostituzzjonali indirizza d-dmir tal-President tar-Repubblika li b'mod immedjat jieħu l-ġurament minn imħallef elett fit-Tribunal mis-Sejm. Madankollu ssostni li s-sentenza ma tistax torbot lil awtoritajiet oħra biex japplikaw dispożizzjonijiet bil-mod speċifikat f'każ partikolari. Din l-interpretazzjoni tillimita l-impatt tas-sentenzi tat-3 u tad-9 ta' Diċembru 2015 għal sempliċi obbligu għall-Gvern li jippubblikahom iżda jiċħdilhom kwalunkwe effett legali u operazzjonali ulterjuri, b'mod partikolari fir-rigward tal-obbligu tal-President tar-Repubblika li jieħu l-ġurament tal-imħallfin inkwistjoni. Din l-interpretazzjoni tmur kontra l-prinċipju ta' kooperazzjoni leali bejn il-korpi tal-Istat li hu, kif enfasizzat fl-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja, prekundizzjoni kostituzzjonali fi stat demokratiku rregolat bl-istat tad-dritt.

(95)Anki l-Kummissjoni ta’ Venezja tqis li soluzzjoni għall-kunflitt attwali fuq il-kompożizzjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali għandha tkun ibbażata fuq l-obbligu li s-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali jiġu rispettati u implimentati bis-sħiħ u b’hekk tistieden lill-korpi kollha tal-Istat u b’mod partikolari lis-Sejm biex jirrispettaw b’mod sħiħ u jimplimentaw is-sentenzi 37 .

(96)Biex nikkonkludu, it-tliet imħallfin li ġew innominati legalment f'Ottubru 2015 bil-leġiżlatura preċedenti għadhom ma jistgħux jassumu l-funzjoni ta' mħallef tat-Tribunal Kostituzzjonali. B'kuntrast, it-tliet imħallfin innominati mingħajr bażi ġuridika valida mit-tmien leġiżlatura tas-Sejm kienu ammessi biex jieħdu l-kariga tagħhom mill-aġent President tat-Tribunal. B’konsegwenza ta’ dan, l-awtoritajiet Pollakki għadhom ma implimentawx bis-sħiħ is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tat-3 u tad-9 ta’ Diċembru 2015.

3.2. Il-pubblikazzjoni tas-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali

(97)Il-Gvern Pollakk jirrifjuta li jippubblika ċerti sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali, b’mod partikolari s-sentenza tad-9 ta’ Marzu 2016, li ddikjarat mhux kostituzzjonali l-liġi adottata fit-22 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Liġi dwar it-Tribunal Kostituzzjonali 38 . 

(98)Il-Gvern Pollakk ikkontesta l-legalità ta’ din is-sentenza, hekk kif it-Tribunal Kostituzzjonali ma applikax il-proċedura prevista mil-liġi adottata fit-22 ta’ Diċembru 2015. Madanakollu, il-liġi stess tat-22 ta’ Diċembru 2015 kienet soġġetta għal rieżami kostituzzjonali mit-Tribunal Kostituzzjonali. Għalhekk, fir-Rakkomandazzjoni tagħha tas-27 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni spjegat li t-Tribunal Kostituzzjonali kien korrett meta ma applikax il-proċedura prevista mil-liġi adottata fit-22 ta’ Diċembru 2015 39 . Dan kien rikonoxxut ukoll mill-Kummissjoni ta' Venezja 40 . Il-Kummissjoni tqis li s-sentenza tad-9 ta’ Marzu 2016 hija vinkolanti u trid tiġi rrispettata. 

(99)Il-gvern Pollakk irrifjuta wkoll li jippubblika sentenzi oħrajn, b’mod partikolari s-sentenza tal-11 ta’ Awwissu 2016 li tirrigwarda l-liġi tat-22 ta’ Lulju 2016 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali u s-sentenza tas-7 ta’ Novembru 2016 li tirrigwarda d-dispożizzjonijiet tal-liġi tat-22 ta’ Lulju 2016 dwar l-għażla tal-kandidati għall-kariga ta’ President tat-Tribunal. Dawn iż-żewġ sentenzi huma ta’ importanza partikolari għal-leġittimità u l-funzjonament tat-Tribunal: l-ewwel sentenza tikkonferma r-raġunament li t-tliet imħallfin innominati mil-leġiżlatura l-ġdida mingħajr bażi ġuridika valida ma jistgħux jibdew jaqdu l-funzjoni tagħhom bħala mħallef, filwaqt li t-tieni sentenza tirrigwarda rekwiżit proċedurali għall-ħatra tal-President tat-Tribunal li ma ġiex issodisfat għall-ħatra tal-President attwali.

(100)Ir-rifjut tal-Gvern li jippubblika s-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali jqajjem tħassib serju fir-rigward tal-istat tad-dritt, billi l-konformità mas-sentenzi finali hija rekwiżit essenzjali inerenti fl-istat tad-dritt. B’mod partikolari, fejn il-pubblikazzjoni ta’ sentenza hija prerekwiżit biex din issir effettiva u fejn tali pubblikazzjoni taqa’ taħt l-awtorità tal-Istat minbarra l-qorti li tkun qatgħet is-sentenza, kontroll ex post mill-awtorità tal-Istat rigward il-legalità tas-sentenza huwa inkompatibbli mal-istat tad-dritt. Ir-rifjut li tiġi ppubblikata s-sentenza jiċħad l-effett legali u operazzjonali awtomatiku ta’ sentenza vinkolanti u finali, u jikser il-prinċipji tal-istat tad-dritt tal-legalità u s-separazzjoni tas-setgħat.

(101)Fit-tliet Rakkomandazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni rrakkomandat li l-awtoritajiet Pollakki jippubblikaw u jimplimentaw bis-sħiħ is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali u jiżguraw li l-pubblikazzjoni tas-sentenzi futuri tkun awtomatika u ma tiddependi fuq l-ebda deċiżjoni tas-setgħat leġiżlattivi jew eżekuttivi. Madankollu, it-tliet sentenzi importanti msemmija hawn fuq għadhom ma ġewx ippubblikati.

3.3. Il-ħatra tal-President tat-Tribunal u l-iżviluppi sussegwenti

(102)Fl-2016, ġew adottati tliet liġijiet li bidlu b’mod sinifikanti l-proċedura għall-ħatra tal-President tat-Tribunal Kostituzzjonali. Dawn il-liġijiet kienu adottati fid-dawl tat-tmiem tal-mandat tal-President preċedenti tat-Tribunal f'Diċembru 2016. Dawn il-liġijiet stabilixxew reġim tranżitorju billi stabilixxew il-funzjoni ġdida ta’ aġent President tat-Tribunal li jopera sakemm jinħatar il-President il-ġdid. L-aġent President huwa responsabbli għat-tmexxija tal-proċess ta’ għażla ġdid għall-ħatra tal-President il-ġdid. Ir-rwol tal-Viċi President (li l-mandat tiegħu kien għadu attiv) tnaqqas b’għadd ta’ bidliet leġiżlattivi 41 .

(103)Wara n-nomina tagħha, l-aġent President il-ġdid immedjatament ħa għadd ta’ deċiżjonijiet importanti, b’mod partikolari li t-tliet imħallfin innominati illegalment f’Diċembru 2015 mil-leġiżlatura l-ġdida tas-Sejm jieħdu posthom u jipparteċipaw fil-proċess li jagħmel il-proċedura tal-għażla kollha kemm hi antikostituzzjonali.

(104)Kif spjegat fir-Rakkomandazzjoni tagħha tal-21 ta' Diċembru 2016 42 , il-Kummissjoni tqis li l-proċedura li wasslet għall-ħatra ta' President ġdid tat-Tribunal hija fundamentalment żbaljata fir-rigward tal-istat tad-dritt. Il-proċedura kienet inbdiet minn aġent President li l-ħatra tiegħu qajmet tħassib serju dwar il-prinċipji ta' separazzjoni tas-setgħat u l-indipendenza tal-ġudikatura kif imħarsa mill-Kostituzzjoni Pollakka. Barra minn hekk, il-fatt li l-proċedura ħalliet li t-tliet imħallfin innominati illegalment f'Diċembru 2015 bil-leġiżlatura l-ġdida tas-Sejm jipparteċipaw fil-proċess, għamel il-proċedura tal-għażla kollha kemm hi antikostituzzjonali. Bl-istess mod, il-fatt li l-imħallfin eletti legalment f'Ottubru 2015 ma setgħux jipparteċipaw fil-proċess b'mod ugwali kellu impatt fuq l-eżitu, u għaldaqstant ivvizzja l-proċess. Barra minn hekk, in-notifika qasira ħafna għall-konvokazzjoni tal-Assemblea Ġenerali u r-rifjut li tiġi posposta l-laqgħa qajjem tħassib serju. Fl-aħħar nett, l-elezzjoni tal-kandidati minn sitt imħallfin biss kienet inkompatibbli mas-sentenza tat-Tribunal tas-7 ta' Novembru 2016 li skontha l-Artikolu 194(2) tal-Kostituzzjoni jrid jinftiehem li jistipula li l-President tat-Tribunal għandu jkun maħtur mill-President tar-Repubblika minn fost kandidati li kisbu vot ta' maġġoranza fl-Assemblea Ġenerali tat-Tribunal. 

(105)Il-Kummissjoni tinnota wkoll li wara l-ħatra tal-President tat-Tribunal Konstituzzjonali għadd ta' żviluppi komplew dgħajfu l-leġittimità tat-Tribunal. B'mod partikolari: il-Viċi President tat-Tribunal, li l-kariga tiegħu hija rikonoxxuta fil-Kostituzzjoni, kien obbligat mill-President tat-Tribunal li ġie maħtur ġdid juża' l-liv li kien fadallu sal-aħħar tal-mandat tiegħu; b’konsegwenza ta’ azzjoni mressqa mill-Prosekutur Ġenerali biex jisfida l-validità tal-elezzjoni fl-2010 ta’ tliet imħallfin tat-Tribunal Kostituzzjonali, dawn l-imħallfin kienu sussegwentement esklużi mill-attivitajiet ġudizzjarji tat-Tribunal; il-President il-ġdid tat-Tribunal biddel il-komposizzjoni tal-gruppi tal-ġudikatura li jisimgħu l-kawżi u l-kawżi ġew assenjati mill-ġdid lil panels li jikkonsistu parzjalment minn imħallfin maħtura illegalment; talbiet, b’mod partikolari mill-Ombudsman, bl-għan li jitneħħew l-imħallfin li nħatru illegalment mill-panels aġudikanti tal-każijiet ġew miċħuda; għadd importanti ta’ sentenzi nqatgħu minn tal-gruppi tal-ġudikatura li kienu jinkludu mħallfin maħtura illegalment; fl-aħħar, wara tmiem il-mandat tal-Viċi President, imħallef maħtur illegalment inħatar bħala l-Viċi President il-ġdid tat-Tribunal.

(106)Dawn l-iżviluppi de facto wasslu għall-kompożizzjoni kompleta mill-ġdid tat-Tribunal Kostituzzjonali lil hinn mill-proċess kostituzzjonali normali għall-ħatra tal-imħallfin.

(107)It-tweġiba tal-awtoritajiet Pollakki għar-Rakkomandazzjoni kumplementari tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2016 ma ttaffix it-tħassib tal-Kummissjoni, u ma ħabbret l-ebda miżura konkreta biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imqajma. It-tweġiba tinjora s-sentenza tas-7 ta' Novembru 2016 li skontha l-Kostituzzjoni teżiġi li l-President tat-Tribunal għandu jkun maħtur minn fost kandidati li kisbu vot ta' maġġoranza fl-Assemblea Ġenerali tat-Tribunal. It-tweġiba tinjora wkolli l-fatt li l-Kostituzzjoni b’mod espliċitu li tirrikonoxxi l-kariga ta’ Viċi President li hi soġġetta għall-istess proċedura tal-ħatra bħall-President tat-Tribunal. Rigward il-ħatra ta' aġent President tat-Tribunal Kostituzzjonali, it-tweġiba ma tidentifika l-ebda bażi ġuridika fil-Kostituzzjoni, u tqis li kien mekkaniżmu ta' aġġustament eċċezzjonali determinat minn ċirkustanzi straordinarji. Barra minn hekk, it-tweġiba tal-awtoritajiet Pollakki għar-Rakkomandazzjoni kumplementari tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2017 ma taffietx it-tħassib tal-Kummissjoni.

(108)Fir-Rakkomandazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni qajmet ukoll tħassib ieħor relatat mat-tliet liġijiet adottati f'Diċembru tal-2016. Il-liġijiet fihom għadd ta’ dispożizzjonijiet li ma jirrispettawx sentenzi preċedenti tat-Tribunal kostituzzjonali u żiedu tħassib ġdid partikolarment dwar proċediment dixxiplinari, il-possibilità ta’ rtirar bikri, ir-rekwiżiti ġodda għall-imħallfin tat-Tribunal u l-bidliet sinifikanti fl-organizzazzjoni interna tat-Tribunal.

3.4. L-effet kombinat fuq l-indipendenza u l-leġitimità tat-Tribunal

(109)Il-Kummissjoni tqis li minħabba l-liġijiet adottati fl-2016 u l-iżviluppi wara l-ħatra tal-aġent President, l-indipendenza u l-leġittimità tat-Tribunal Kostituzzjonali hija mfixkla b’mod serju u li l-kostituzzjonalità tal-liġijiet Pollakki ma tistax tibqa’ effettivament garantita 43 .

(110)Fir-Rakkomandazzjoni tagħha tas-26 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rrakkomandat lill-awtoritajiet Pollakki sabiex jieħdu l-azzjoni li ġejja:

- terġa' tinkiseb l-indipendenza u l-leġittimità tat-Tribunal Kostituzzjonali bħala garanti tal-Kostituzzjoni Pollakka billi jiżguraw li l-imħallfin, il-President u l-Viċi President tagħha jiġu eletti u maħtura legalment u billi jimplimentaw b'mod sħiħ is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tat-3 u tad-9 ta' Diċembru 2015 li jirrikjedu li t-tliet imħallfin li kienu nnominati legalment f'Ottubru 2015 mil-leġiżlatura ta' qabel ikunu jistgħu jassumu l-funzjoni ta' mħallef fit-Tribunal Kostituzzjonali, u li t-tliet imħallfin innominati mil-leġiżlatura l-ġdida mingħajr bażi ġuridika valida ma jibqgħux jaġġudikaw mingħajr ma jkunu eletti b'mod validu 44 ;

- ikunu ppubblikati u implimentati bis-sħiħ is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali.

(111)L-ebda waħda mill-azzjonijiet irrakkomandati mill-Kummissjoni ma ġiet implimentata:

(1)    It-tliet imħallfin li ġew innominati legalment f'Ottubru 2015 bil-leġiżlatura preċedenti għadhom ma jistgħux jassumu l-funzjoni ta' mħallef tat-Tribunal Kostituzzjonali. B'kuntrast, it-tliet imħallfin innominati mingħajr bażi ġuridika valida mit-tmien leġiżlatura tas-Sejm kienu ammessi jassumu l-kariga tagħhom mill-aġent President tat-Tribunal;

(2)Tliet deċiżjonijiet importanti tat-Tribunal Kostituzzjonali tad-9 ta’ Marzu 2016, tal-11 ta’ Awwissu 2016 u tas-7 ta’ Novembru 2016 għadhom ma ġewx ippubblikati;

(3)Wara tmiem il-mandat tal-President ta' qabel tat-Tribunal Kostituzzjonali, għadu ma ġiex maħtur President ġdid b'mod legali. Il-President preċedenti ma ġiex sostitwit mill-Viċi President tat-Tribunal iżda minn aġent President u, sussegwentement, mill-persuna maħtura bħala President tat-Tribunal fil-21 ta' Diċembru 2016. Il-ħatra tal-President il-ġdid tat-Tribunal Kostituzzjonali saret qabel ma seta jsir ir-rieżami effettiv tal-liġi dwar l-istatus tal-imħallfin, tal-liġi dwar l-Organizzazzjoni u tal-Proċedimenti u tal-liġi Implimentattiva.

(112)Il-fatt li l-kostituzzjonalità tal-liġijiet Pollakki ma għadhiex tista’ tkun garantita b’mod effettiv hija kwistjoni ta’ tħassibb partikolari fir-rigward tar-rispett tal-istat tad-dritt peress li, kif ġie spjegat fir-Rakkomandazzjonijiet tas-27 ta’ Lulju u tal-21 ta’ Diċembru 2016, għadd ta’ atti leġiżlattivi ġodda, partikolarment sensittivi ġew adottati mill-Parlament Pollakk, bħall-Att tas-Servizz Ċivili 45 ġdid, liġi li temenda l-liġi dwar il-Pulizija u ċerti liġijiet oħra 46 u liġijiet dwar l-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Pubblika 47 , liġi dwar l-Ombudsman u l-emendi ta’ ċerti liġijiet oħra 48 , liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Midja 49 u liġi dwar l-antiterroriżmu 50 .

(113)Barra minn hekk, l-impatt negattiv fuq l-istat tad-dritt tan-nuqqas ta' rieżami kostituzzjonali indipendenti u leġittimu fil-Polonja issa huwa aggravat serjament mill-fatt li l-kostituzzjonalità tal-liġijiet il-ġodda relatati mas-sistema ġudizzjarja Pollakka msemmija hawn fuq fil-paragrafu 5(2) u analizzata aktar fit-Taqsima 4 ma tkunx tista' tiġi vverifikata u ggarantita minn tribunal kostituzzjonali indipendenti aktar.

4.It-theddid għall-indipendenza tal-Ġudikatura Ordinarja

(114)Il-liġi dwar il-Qorti Suprema, il-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura, il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u l-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura fihom għadd ta' dispożizzjonijiet li jqajmu tħassib gravi fir-rigward tal-prinċipji tal-indipendenza tal-ġudikatura u s-separazzjoni tas-setgħat.

4.1.Il-liġi dwar il-Qorti Suprema

4.1.1. Is-sensja u l-irtirar obbligatorju tal-imħallfin tal-Qorti Suprema attwali

(115)Il-liġi dwar il-Qorti Suprema tnaqqas l-età tal-irtirar tal-imħallfin tal-Qorti Suprema minn 70 għall-65 51 . Din il-miżura tapplika għall-imħallfin kollha li għandhom kariga bħalissa. L-imħallfin li jkunu laħqu l-età ta’ 65 sena, jew se jilħqu dik l-età fi żmien 3 xhur mid-dħul fis-seħħ tal-liġi, se jiġu rtirati 52 .

(116)Billi tbaxxi l-età tal-irtirar u tapplikaha għall-imħallfin tal-Qorti Suprema, il-liġi ttemm il-mandat u potenzjalment tirtira għadd sinifikanti ta’ mħallfin tal-Qorti Suprema attwali: 31 minn 83 (37 %) skont il-Qorti Suprema. L-applikazzjoni ta’ tali tnaqqis fl-età tal-irtirar tal-imħallfin tal-Qorti Suprema attwali għandha impatt negattiv qawwi fuq din il-Qorti speċifika, li hija komposta minn imħallfin li min-natura tagħhom huma fi tmiem il-karriera tagħhom. Tali rtirar obbligatorju ta’ għadd sinifikanti ta’ mħallfin tal-Qorti Suprema attwali jippermetti rikompożizzjoni estensiva u immedjata tal-Qorti Suprema. Tali possibbiltà tqajjem tħassib partikolari fir-rigward tas-separazzjoni tas-setgħat, b’mod partikolari meta titqies flimkien mar-riformi simultanji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura. Fil-fatt: minħabba t-tnaqqis fl-età tal-irtirar, l-imħallfin ġodda kollha se jinħatru mill-President tar-Repubblika, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura l-ġdid, li se jkunu fil-biċċa l-kbira ddominati minn ħatriet politiċi. Irtirar obbligatorju tal-imħallfin attwali tal-Qorti Suprema jqajjem ukoll tħassib fir-rigward tal-prinċipju ta’ pożizzjoni fissa tal-imħallfin, li hija element ewlieni tal-indipendenza tal-imħallfin kif stabbilita fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem 53 , u fl-istandards Ewropej 54 . Fl-opinjoni tagħha dwar l-abbozz ta’ liġi dwar il-Qorti Suprema, il-Kummissjoni ta’ Venezja tenfasizza li l-irtirar kmieni tal-imħallfin li jippresjedu bħalissa ddgħajjef kemm is-sigurtà tal-pussess tagħhom u l-indipendenza tal-Qorti b’mod ġenerali 55 .

(117)L-imħallfin għandhom jiġu mħarsa kontra t-tkeċċija permezz tal-eżistenza ta’ salvagwardji effettivi kontra indħil żejjed jew pressjoni minn setgħat oħra tal-Istat 56 . L-indipendenza ġudizzjarja teħtieġ garanziji xierqa sabiex jipproteġu l-persuna ta’ dawk li għandhom il-kompitu li jaġġudikaw f’tilwima 57 . Il-fatt li l-imħallfin ma jistgħux jitneħħew mill-eżekuttiv matul il-mandat tal-kariga tagħhom hija konsegwenza tal-indipendenza tagħhom u b’hekk inkluża fil-garanziji tal-Artikolu 6(1) tal-QEDB 58 . Għaldaqstant, l-imħallfin għandhom jitneħħew biss individwalment, jekk dan ikun iġġustifikat abbażi ta' proċedura dixxiplinarja li tikkonċerna l-attività individwali tagħhom u l-preżentazzjoni tal-garanziji kollha għall-ħarsien f'soċjetà demokratika. L-imħallfin ma jistgħux jitneħħew bħala grupp u l-imħallfin ma jistgħux jitneħħew għal raġunijiet ġenerali mhux relatati mal-imġiba individwali tagħhom. Dawn il-garanziji u s-salvagwardji huma neqsin fil-każ preżenti u d-dispożizzjonijiet ikkonċernati jikkostitwixxu ksur sfaċċat tal-indipendenza tal-imħallfin tal-Qorti Suprema u tas-separazzjoni tas-setgħat 59 , u għalhekk tal-istat tad-dritt.

(118)Barra minn hekk, il-mandat ta’ sitt snin tal-Ewwel President attwali, stabbilit fil-kostituzzjoni, se jintemm b’mod prematur (kostituzzjonalment għandu jintemm fi tmiem l-2020). Jekk il-mandat tal-ewwel President jintemm, il-ħatra ta’ “l-Ewwel aġent President” mill-President tar-Repubblika sseħħ barra mill-proċedura normali 60 : skont il-kostituzzjoni, l-Ewwel President għandu jkun maħtur mill-President tar-Repubblika minn fost kandidati proposti mill-Assemblea Ġenerali tal-Qorti Suprema 61 . Tali terminazzjoni prematura ta’ mandat minqux fil-kostituzzjoni tikkostitwixxi ksur serju tal-prinċipju ta’ pożizzjoni fissa u ta’ sigurtà ta’ pussess. Il-ħatra tal-Ewwel aġent President skont proċedura ad hoc mingħajr l-involviment tal-ġudikatura tqajjem tħassib serju fir-rigward tal-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat.

(119)Skont il-memorandum ta’ spjegazzjoni, ir-rikompożizzjoni tal-Qorti Suprema hija indispensabbli minħabba l-mod kif il-Qorti Suprema ġestit il-każijiet ta’ “dekomunizzazjoni” wara l-1989 u minħabba li fil-Qorti għad hemm imħallfin li ħadmu għar-reġim preċedenti, jew ħadu deċiżjonijiet taħtu 62 . Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem enfasizzat b’mod ċar li l-proċess tat-tisfija jrid ikun individwalizzat (pereżempju, għandhom isiru distinzjonijiet bejn livelli differenti ta’ involviment mar-reġim preċedenti) u tqis li miżuri ta’ tisfija li jseħħu ħafna wara t-tmiem tar-reġim komunista jistgħu jkunu inqas iġġustifikati fid-dawl li tonqos il-possibilità li jkun hemm riskji matul demokraziji ġodda 63 . Hemm miżuri proporzjonati oħra li l-Istat jista’ jadotta sabiex jittratta ma’ mħallfin individwali li jkollhom sfond komunista (li jinkludi proċedimenti trasparenti applikati f’każijiet individwali quddiem korpi imparzjali li jaġixxu abbażi ta’ kriterji stabbiliti minn qabel bil-liġi) 64 .

(120)Fl-opinjoni tagħha dwar l-abbozz ta’ liġi dwar il-Qorti Suprema, il-Kummissjoni ta’ Venezja tqis li huwa diffiċli li wieħed jara għaliex persuna li kienet meqjusa bħala xierqa għat-twettiq ta’ dmirijiet uffiċjali għal bosta snin oħra f’daqqa waħda titqies li mhux tajba. Il-memorandum ta' spjegazzjoni tal-liġi jista’ jinftiehem li jimplika li, b’riżultat tar-riforma, bosta mħallfin anzjani, li ħafna minnhom servew taħt ir-reġim preċedenti, jirtiraw. Jekk din l-interpretazzjoni hija korretta, dan l-approċċ mhuwiex aċċettabbli: jekk l-awtoritajiet jiddubitaw il-lealtà tal-imħallfin individwali, huma għandhom japplikaw il-proċeduri dixxiplinari jew ta’ tisfija eżistenti, mingħajr ma jbiddlu l-età tal-irtirar.

(121)Il-Kummissjoni ta’ Venezja tikkonkludi li t-tneħħija bikrija ta’ għadd kbir ta’ imħallfin tal-Qorti Suprema (inkluż l-Ewwel President) billi tapplika għalihom, b’effett immedjat, età ta’ rtirar aktar baxxa tikser id-drittijiet individwali tagħhom u tista’ tfixkel l-indipendenza tal-ġudikatura fit-totalità tagħha; huma għandhom jitħallew iservu sal-età tal-irtirar li teżisti bħalissa 65 . Il-Kummissjoni ta’ Venezja tenfasizza b’mod partikolari li l-irtirar kmieni tal-imħallfin li jippresjiedu bħalissa ddgħajjef kemm is-sigurtà tal-pussess tagħhom u l-indipendenza tal-Qorti b’mod ġenerali 66 .

(122)Fl-aħħar nett, dawn id-dispożizzjonijiet iqajmu tħassib kostituzzjonali. Kif osservat mill-Qorti Suprema u mill-Ombudsman, it-tkeċċija u l-irtirar furzat tal-imħallfin attwali tal-Qorti Suprema jiksru l-prinċipju ta’ ġudikatura indipendenti u jolqtu b’mod dirett id-dritt għal qorti indipendenti. L-Ombudsman jinnota li l-istituzzjoni tal-Ewwel aġent President tal-Qorti Suprema tikkostitwixxi ksur tal-istat tad-dritt billi tikser il-prinċipju ta’ nonassunzjoni tal-kompetenzi tas-setgħat tal-Istat, il-prinċipju ta’ separazzjoni u bilanċ tas-setgħat, u l-prinċipju ta’ indipendenza ġudizzjarja.

4.1.2. Is-setgħa li jittawwal il-mandat tal-imħallfin tal-Qorti Suprema

(123)Skont il-liġi, l-imħallfin tal-Qorti Suprema affettwati mill-età tal-irtirar imnaqqsa u li jixtiequ jestendu l-mandat attiv tagħhom jistgħu jagħmlu talba lill-President tar-Repubblika 67 .

(124)Fir-rigward tas-setgħa tal-President tar-Repubblika li jiddeċiedi li jtawwal il-mandat attiv ta’ mħallfin tal-Qorti Suprema, ma hemm l-ebda kriterji, l-ebda perjodu ta’ żmien għat-teħid ta’ deċiżjoni u ebda stħarriġ ġudizzjarju previst fil-liġi. Imħallef li talab l-estensjoni huwa “f’idejn” id-deċiżjoni tal-President tar-Repubblika. Barra minn hekk, il-President tar-Repubblika jkun f’pożizzjoni li jiddeċiedi dwar l-estensjoni darbtejn (kull darba għal tliet snin). Dawn l-elementi jaffettwaw is-sigurtà ta’ pussess u se jippermettu lill-President tar-Repubblika li jeżerċita influwenza fuq imħallfin attivi fil-Qorti Suprema. Is-sistema tmur kontra r-Rakkomandazzjoni tal-KtE tal-2010 li tirrikjedi li d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-għażla u l-karriera tal-imħallfin għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi stabbiliti minn qabel mil-liġi u li għandu jkun hemm awtorità kompetenti u indipendenti mfassla f’parti sostanzjali mill-ġudikatura awtorizzata sabiex tagħmel rakkomandazzjonijiet jew tesprimi opinjonijiet li l-awtorità tal-ħatra rilevanti ssegwi fil-prattika 68 . Dan jirrikjedi wkoll li l-imħallfin ikkonċernati għandu jkollhom id-dritt li jikkontestaw deċiżjoni dwar il-karriera tagħhom 69 . 

(125)Ir-reġim tal-irtirar il-ġdid se jkollu impatt negattiv fuq l-indipendenza tal-imħallfin 70 . Ir-regoli l-ġodda joħolqu għodda addizzjonali li biha l-President tar-Repubblika jista' jeżerċita influwenza fuq imħallfin individwali. B’mod partikolari, in-nuqqas ta’ kwalunkwe kriterju għall-prolongazzjoni tal-mandati jippermetti diskrezzjoni bla bżonn, u dan idgħajjef il-prinċipju ta’ pożizzjoni fissa tal-imħallfin. Filwaqt li tnaqqas l-età tal-irtirar, il-liġi tippermetti li l-imħallfin ikollhom mandat estiż mill-President tar-Repubblika għal massimu ta’ 6 snin. Barra minn hekk, ma hemmx perjodu ta' żmien stipulat biex il-President tar-Repubblika jieħu deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-mandat, u dan jippermetti lill-President li jżomm l-influwenza fuq l-imħallfin ikkonċernati għall-bqija taż-żmien tal-mandat ġudizzjarju tagħhom. Anki qabel ma tintlaħaq l-età tal-irtirar, is-sempliċi prospett li trid issir talba lill-President għal tali estensjoni jista’ jagħmel pressjoni fuq l-imħallfin ikkonċernati.

(126)Fl-opinjoni tagħha dwar l-abbozz ta’ liġi dwar il-Qorti Suprema, il-Kummissjoni ta’ Venezja tenfasizza li din is-setgħa tal-President tar-Repubblika tagħtih influwenza eċċessiva fuq l-imħallfin tal-Qorti Suprema li qegħdin joqorbu lejn l-età tal-irtirar. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ta’ Venezja tikkonkludi li l-President tar-Repubblika bħala politiku elett ma għandux ikollu setgħa diskrezzjonali biex jestendi l-mandat ta’ mħallef tal-Qorti Suprema lil hinn mill-età ta’ rtirar 71 .

(127)Ir-regoli l-ġodda jqajmu wkoll tħassib dwar il-kostituzzjonalità. Skont il-Qorti Suprema u l-opinjonijiet tal-Ombudsman, il-mekkaniżmu l-ġdid tal-estensjoni ta’ mandati ġudizzjarji ma jirrispettax il-prinċipju ta’ legalità u s-separazzjoni tas-setgħat. 

4.1.3. L-appell straordinarju

(128)Il-liġi tintroduċi forma ġdida ta’ stħarriġ ġudizzjarju tas-sentenzi u d-deċiżjonijiet finali u vinkolanti, l-appell straordinarju 72 . Fi żmien tliet snin 73 mid-dħul fis-seħħ tal-liġi, il-Qorti Suprema tkun tista’ tibdel 74 kompletament jew parzjalment 75 kull sentenza finali mogħtija minn qorti Pollakka f’dawn l-aħħar 20 sena, inklużi s-sentenzi li ngħataw mill-Qorti Suprema, ħlief għal xi eċċezzjonijiet 76 . Is-setgħa li jitressaq appell hija konferita fost l-oħrajn lill-Prokuratur Ġenerali u l-Ombudsman 77 . Il-motivi tal-appell huma wesgħin: l-appell straordinarju jista’ jiġi ppreżentat jekk ikun meħtieġ li jiġu żgurati l-istat tad-dritt u l-ġustizzja soċjali, u d-deċiżjoni ma tistax titħassar jew tiġi emendata permezz ta’ rimedji straordinarji oħra, u jew (1) tkun tikser il-prinċipji jew id-drittijiet u l-libertajiet, minquxin fil-Kostituzzjoni, ta’ persuni u ċittadini; jew (2) tkun tikser il-liġi b’mod flagranti abbażi ta’ misinterpretazzjoni jew ta’ applikazzjoni ħażina; jew (3) jkun hemm kontradizzjoni ovvja bejn il-konklużjonijiet tal-qorti u l-evidenza miġbura 78 .

(129)Din il-proċedura straordinarja ġdida ta’ appell tqajjem tħassib fir-rigward tal-prinċipju taċ-ċertezza legali li huwa l-komponent ewlieni tal-istat tad-dritt 79 . Kif innutat il-Qorti tal-Ġustizzja, għandha tinġibed l-attenzjoni dwar l-importanza, kemm għas-sistema ġuridika tal-UE kif ukoll għas-sistemi ġuridiċi nazzjonali, tal-prinċipju ta’ res judicata: “sabiex jiġu żgurati kemm l-istabbiltà tal-liġi u r-relazzjonijiet ġuridiċi kif ukoll l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, huwa importanti li d-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jkunu saru definittivi wara li jkunu ntużaw id-drittijiet tal-appell kollha, jew wara l-iskadenza tal-limiti ta’ żmien previsti f’dan ir-rigward, ma jkunux jistgħu jiġu aktar kkuntestati” 80 . Kif ġie nnutat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, stħarriġ straordinarju ma għandux ikun “appell moħbi”, u “s-sempliċi possibbiltà li jkun hemm żewġ fehmiet dwar is-suġġett ma tistax titqies bħala raġuni għal eżami mill-ġdid” 81 .

(130)Il-Kummissjoni ta’ Venezja, fl-opinjoni tagħha dwar l-abbozz ta’ liġi dwar il-Qorti Suprema, enfasizzat li l-proċedura ta’ appell straordinarja hija perikoluża għall-istabbiltà tas-sistema ġuridika Pollakka. L-opinjoni tinnota li se jkun possibbli li jerġa’ jinfetaħ kwalunkwe każ li ġie deċiż fil-pajjiż f’dawn l-aħħar 20 sena, prattikament abbażi ta’ kwalunkwe raġuni, u s-sistema tista’ twassal għal sitwazzjoni fejn ebda sentenza qatt aktar ma tkun finali 82 .

(131)L-appell straordinarju ġdid jqajjem wkoll tħassib ta’ kostituzzjonalità. Skont il-Qorti Suprema u l-Ombudsman, il-liġi taffettwa l-prinċipju ta’ stabbiltà tal-ġurisprudenza u tal-finalità tas-sentenzi 83 , il-prinċipju li tiġi protetta l-fiduċja fl-istat u fil-liġi, kif ukoll id-dritt li każ jinstema’ fi żmien raġonevoli 84 .

4.1.4. Dispożizzjonijiet oħra

(132)Kif enfasizzat fl-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja u ta’ korpi oħra 85 , għadd ta’ dispożizzjonijiet oħra fil-Liġi dwar il-Qorti Suprema jqajmu tħassib fir-rigward tal-prinċipji ta’ indipendenza ġudizzjarja u tas-separazzjoni tas-setgħat.

(133)Il-liġi l-ġdida tistabbilixxi sistema dixxiplinarja ġdida ta’ mħallfin tal-Qorti Suprema. Huma previsti żewġ tipi ta’ uffiċjali tad-dixxiplina: l-uffiċjal tad-dixxiplina tal-Qorti Suprema maħtur mill-Kulleġġ tal-Qorti Suprema għal mandat ta’ erba’ snin 86 , u l-uffiċjal tad-dixxiplina straordinarju maħtur skont il-każ mill-President tar-Repubblika, minn fost l-imħallfin tal-Qorti Suprema, l-imħallfin ordinarji, l-imħallfin u l-prosekuturi tal-qorti militari 87 . Skont il-liġi Pollakka, l-uffiċjali dixxiplinarji biss jistgħu jiddeċiedu dwar it-tnedija ta’ proċedimenti dixxiplinari kontra l-imħallfin. Il-ħatra ta’ uffiċjal straordinarju mill-President tar-Repubblika sseħħ mingħajr l-involviment tal-ġudikatura u hija l-istess bħal talba biex tinbeda inkjesta preliminari. Il-ħatra ta’ uffiċjal tad-dixxiplina straordinarju fi proċediment dixxiplinari teskludi lill-uffiċjal tad-dixxiplina tal-Qorti Suprema minn dan il-proċediment 88 . Il-fatt li l-President tar-Repubblika (u f’xi każijiet ukoll lill-Ministru tal-Ġustizzja 89 ) għandu s-setgħa li jeżerċita influwenza fuq proċedimenti dixxiplinari kontra mħallfin tal-Qorti Suprema billi jaħtar uffiċjal tad-dixxiplina li jinvestiga l-każ (“l-uffiċjal tad-dixxiplina”) li jeskludi lill-uffiċjal tad-dixxiplina tal-Qorti Suprema minn proċediment li jkun għaddej, toħloq tħassib fir-rigward tal-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat li jista’ jaffettwa l-indipendenza ġudizzjarja. Tali tħassib tqajjem ukoll fl-opinjonijiet tal-OSCE-ODHIR u tal-Qorti Suprema 90

(134)Il-liġi tneħħi wkoll ġabra ta’ garanziji proċedurali fi proċedimenti dixxiplinari kontra mħallfin ordinarji 91 u mħallfin tal-Qorti Suprema 92 : l-evidenza miġbura bi ksur tal-liġi tista’ tintuża kontra mħallef 93 ; taħt ċerti kundizzjonijiet, l-evidenza ppreżentata mill-imħallef ikkonċernat tista’ tiġi injorata 94 ; il-preskrizzjoni għal każijiet dixxiplinari għandha tiġi sospiża għall-perjodu ta’ proċedimenti dixxiplinari, li jfisser li mħallef jista’ jkun soġġett għal proċediment għal durata indefinita 95 ; fl-aħħar nett, il-proċedimenti dixxiplinari jistgħu jibqgħu għaddejjin anki jekk l-imħallef ikkonċernat kien assenti (inkluż meta l-assenza kienet ġustifikata 96 ). Is-sistema dixxiplinari l-ġdida tqajjem ukoll tħassib fir-rigward tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti tal-proċess ġust tal-Artikolu 6(1) KEDB li huma applikabbli għall-proċedimenti dixxiplinari kontra l-imħallfin 97 .

(135)Il-liġi timmodifika l-istruttura interna tal-Qorti Suprema, u tissupplimentaha b’żewġ sezzjonijiet ġodda. Sezzjoni ġdida tal-kontroll straordinarju u tal-kwistjonijiet pubbliċi se tivvaluta każijiet imressqa skont il-proċedura ta’ appell straordinarju l-ġdida 98 . Jidher li din is-sezzjoni l-ġdida se tkun magħmula fil-maġġoranza tagħha minn imħallfin ġodda 99 u se tivverifika l-validità tal-elezzjonijiet ġenerali u lokali, u teżamina t-tilwim elettorali, inkluż it-tilwim elettorali fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew 100 . Barra minn hekk, is-sezzjoni dixxiplinari awtonoma ġdida 101 kkostitwita biss minn imħallfin ġodda 102 se tiġi fdata bil-kompiti ta’ stħarriġ fl-ewwel u fit-tieni istanza ta’ każijiet dixxiplinari kontra mħallfin tal-Qorti Suprema 103 . Dawn iż-żewġ sezzjonijiet fil-biċċa l-kbira awtonomi magħmula minn imħallfin ġodda jqajmu tħassib dwar is-separazzjoni tas-setgħat. Kif indikat mill-Kummissjoni ta’ Venezja, filwaqt li ż-żewġ sezzjonijiet huma parti mill-Qorti Suprema, fil-prattika huma fuq is-sezzjonijiet l-oħra, u dan joħloq ir-riskju li s-sistema ġudizzjarja kollha kemm hi se tkun iddominata minn dawn is-sezzjonijiet li jikkonsistu f’imħallfin ġodda eletti b’influwenza deċiżiva tal-maġġoranza fil-gvern 104 . Barra minn hekk, il-Kummissjoni ta’ Venezja tenfasizza li l-liġi se tagħmel l-istħarriġ ġudizzjarju tat-tilwim elettorali partikolarment vulnerabbli għal influwenza politika, u b’hekk toħloq riskju serju għall-funzjonament tad-demokrazija Pollakka 105 .

(136)Il-liġi tintroduċi mħallfin onorarji, li għandhom jinħatru mis-Senat tar-Repubblika 106 , għal proċedimenti quddiem il-Qorti Suprema dwar l-appelli straordinarji u l-każijiet dixxiplinari eżaminati mill-Qorti Suprema. Kif ġie osservat mill-Kummissjoni ta’ Venezja, l-introduzzjoni ta’ mħallfin onorarji għaż-żewġ sezzjonijiet tal-Qorti Suprema tqiegħed l-effiċjenza u l-kwalità tal-ġustizzja f’periklu 107 .

4.2 Il-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura.

(137)Skont il-Kostituzzjoni Pollakka, l-indipendenza tal-imħallfin hi salvagwardjata mill-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura 108 . Ir-rwol tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura għandu impatt dirett fuq l-indipendenza tal-imħallfin b'mod partikolari fir-rigward tal-promozzjoni, it-trasferiment, il-proċedimenti dixxiplinari, it-tneħħija u l-irtirar kmieni tagħhom. Pereżempju, il-promozzjoni ta’ mħallef (eż. minn qorti distrettwali għal qorti reġjonali) teħtieġ li l-President tar-Repubblika jerġa’ jaħtar l-imħallef għal darb’oħra, u għalhekk il-proċedura għall-valutazzjoni u l-ħatra ġudizzjarja li tinvolvi l-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura tkun trid terġa’ tiġi segwita. Barra minn hekk, assistenti li diġà qegħdin iwettqu kompiti ta’ mħallef għandhom jiġu evalwati mill-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura qabel il-ħatra tagħhom bħala mħallfin mill-President tar-Repubblika.

(138)Għal din ir-raġuni, fl-Istati Membri fejn ġie stabbilit Kunsill għall-Ġudikatura, l-indipendenza tiegħu hija partikolarment importanti biex tiġi evitata influwenza żejda mill-Gvern jew mill-Parlament fuq l-indipendenza tal-imħallfin 109 .

(139)Il-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura żżid it-tħassib dwar l-indipendenza tal-ġudikatura b’mod ġenerali billi tipprevedi t-terminazzjoni qabel il-waqt tal-mandat tal-imħallfin membri kollha tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, u billi tistabbilixxi sistema kompletament ġdida għall-ħatra tal-imħallfin membri tiegħu li tippermetti livell għoli ta’ influwenza politika.

(140)Skont l-Artikolu 6 tal-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura l-mandati tal-imħallfin membri attwali tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura se jintemmu b'mod prematur. Din it-terminazzjoni deċiża bis-setgħat leġiżlattivi tqajjem tħassib dwar l-indipendenza tal-Kunsill u s-separazzjoni tas-setgħat. Il-Parlament se jikseb influwenza deċiżiva fuq il-kompożizzjoni tal-Kunsill għad-detriment tal-influwenza tal-imħallfin infushom. Din ir-rikompożizzjoni tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura diġà tista’ sseħħ fi żmien xahar u nofs mill-pubblikazzjoni tal-liġi 110 . It-terminazzjoni prematura tqajjem ukoll tħassib kostituzzjonali, kif enfasizzat fl-opinjoni tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, tal-Qorti Suprema u tal-Ombudsman.

(141)Barra minn hekk, is-sistema l-ġdida għall-ħatra ta’ mħallfin membri tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura tqajjem tħassib serju. Standards Ewropej stabbiliti sew, b’mod partikolari r-Rakkomandazzjoni tal-2010 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, jistipulaw li “jenħtieġ li, mhux inqas min-nofs il-membri tal-[Kunsilli għall-Ġudikatura], ikunu mħallfin magħżula mill-kollegi tagħhom mil-livelli kollha tal-ġudikatura u b’rispett għall-pluraliżmu fil-ġudikatura” 111 . Hija responsabbiltà tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi ġudizzjarji tagħhom, inkluż jekk għandhomx jistabbilixxu Kunsill għall-Ġudikatura. Madankollu, fejn ġie stabbilit Kunsill bħal dak, kif inhu l-każ fil-Polonja, l-indipendenza tiegħu trid tiġi ggarantita skont l-istandards Ewropej.

(142)Sal-adozzjoni tal-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, is-sistema Pollakka kienet għalkollox konformi ma' dawn l-istandards peress li l-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura kien kompost minn maġġoranza ta' mħallfin magħżula minn imħallfin oħra. L-Artikoli 1(1) u 7 tal-liġi li temenda l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura se jbiddlu radikalment dan ir-reġim billi jipprovdu li l-15-il imħallef membru tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura jiġu maħtura, u jistgħu jiġu maħtura mill-ġdid, mis-Sejm 112 . Barra minn hekk, ma hemm l-ebda garanzija li taħt il-liġi l-ġdida s-Sejm se taħtar membri mħallfin tal-Kunsill approvati mill-ġudikatura, peress li kandidati għal dawn il-karigi jistgħu jiġu ppreżentati mhux biss minn gruppi ta’ 25 imħallef, iżda wkoll minn gruppi ta’ mill-inqas 2000 ċittadin 113 . Barra minn hekk, il-lista finali ta’ kandidati li għalihom is-Sejm se tagħti approvazzjoni en bloc hija stabbilita minn qabel minn kumitat tas-Sejm 114 . Ir-regoli l-ġodda dwar il-ħatra tal-imħallfin membri tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura jżidu b'mod sinifikanti l-influwenza tal-Parlament fuq il-Kunsill u jaffettwaw b'mod negattiv l-indipendenza tiegħu b'kontradizzjoni mal-istandards Ewropej. Il-fatt li l-membri mħallfin se jiġu maħtura mis-Sejm b’maġġoranza ta’ sittin fil-mija ma jtaffix dan it-tħassib, peress li membri mħallfin xorta mhux se jiġu magħżula mill-pari tagħhom. Barra minn hekk, f’każ li ma tintlaħaqx maġġoranza ta’ sittin fil-mija, il-membri mħallfin tal-Kunsill se jiġu maħtura mis-Sejm b’maġġoranza assoluta tal-voti.

(143)Din is-sitwazzjoni tqajjem tħassib mill-perspettiva tal-indipendenza tal-ġudikatura. Pereżempju, imħallef ta' qorti distrettwali li jkollu jagħti sentenza f'kawża politikament sensittiva, filwaqt li l-imħallef qiegħed fl-istess ħin japplika għall-promozzjoni biex isir imħallef ta' qorti reġjonali, jista' jkollu t-tendenza li jsegwi l-pożizzjoni ppreferuta mill-maġġoranza politika sabiex ma jipperikolax il-possibbiltà tiegħu li jikseb promozzjoni. Anke jekk dan ir-riskju ma jseħħx, ir-reġim il-ġdid ma jipprovdix garanziji suffiċjenti biex jassigura d-dehra ta’ indipendenza li hija kruċjali biex tinżamm il-fiduċja li t-tribunali f’soċjetà demokratika jridu jispiraw fil-pubbliku 115 . L-assistenti mħallfin se jkollhom jiġu vvalutati minn Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura influwenzat politikament qabel il-ħatra tagħhom bħala mħallfin.

(144)Il-Kummissjoni ta’ Venezja tikkonkludi li l-elezzjoni tal-15-il membru tal-ġudikatura tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura mill-Parlament, flimkien mas-sostituzzjoni immedjata tal-membri attwalment attivi, se jwasslu għal politiċizzazzjoni estensiva ta’ dan il-korp. Il-Kummissjoni ta’ Venezja tirrakkomanda li, minflok, il-membri tal-ġudikatura tal-NCJ għandhom jiġu eletti mill-kollegi tagħhom, skont l-Att attwali 116 . Hija osservat ukoll li l-liġi ddgħajjef l-indipendenza tal-Kunsill fir-rigward tal-maġġoranza fil-Parlament u tikkontribwixxi biex tiddgħajjef l-indipendenza tal-ġustizzja kollha kemm hi 117 .

(145)Fl-opinjonijiet tagħhom dwar l-abbozz ta’ liġi, il-Qorti Suprema, il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-Ombudsman qajjmu għadd ta’ punti ta’ tħassib rigward il-kostituzzjonalità tar-reġim il-ġdid. B’mod partikolari, il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura jinnota li skont il-kostituzzjoni Pollakka, il-Kunsill iservi bħala kontrapiż għall-parlament li kien kostituzzjonalment awtorizzat biex jiddeċiedi dwar il-kontenut tal-liġi. Il-ħatra politika ta’ membri mħallfin u t-tmiem prematur tal-mandati tal-membri mħallfin attwali tal-Kunsill għalhekk tikser il-prinċipji ta’ separazzjoni tas-setgħat u l-indipendenza ġudizzjarja. Kif spjegat fir-Rakkomandazzjonijiet preċedenti, stħarriġ kostituzzjonali effettiv ta' dawn id-dispożizzjonijiet mhuwiex possibbli fil-preżent.

4.3. Il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji

4.3.1. L-età tal-irtirar u s-setgħa li jitwal il-mandat tal-imħallfin

(146)L-Artikoli 1(26)b-ċ u 13(1) tal-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji jistipula li r-reġim tal-irtirar applikabbli għall-imħallfin ordinarji se jonqos minn 67 għal 60 għall-imħallfin nisa u minn 67 għal 65 għall-imħallfin irġiel u l-Ministru tal-Ġustizzja se jingħata s-setgħa jiddeċiedi fuq l-estensjoni tal-mandati ġudizzjarji (sal-età ta’ 70) abbażi ta’ kriterji vagi. Sakemm tittieħed din id-deċiżjoni l-imħallfin ikkonċernati jibqgħu fil-kariga.

(147)Ir-reġim tal-irtirar il-ġdid se jkollu impatt negattiv fuq l-indipendenza tal-imħallfin 118 . Ir-regoli l-ġodda joħolqu għodda addizzjonali li biha l-Ministru tal-Ġustizzja jista' jeżerċita influwenza fuq imħallfin individwali. B’mod partikolari, il-kriterji vagi għall-prolongazzjoni tal-mandati jippermettu diskrezzjoni bla bżonn, u dan idgħajjef il-prinċipju li l-imħallfin ma jitneħħewx 119 . Filwaqt li tonqos l-età tal-irtirar, il-liġi tippermetti li l-imħallfin ikollhom il-mandat tagħhom estiż mill-Ministru tal-Ġustizzja sa massimu ta’ għaxar snin għall-imħallfin nisa u ħames snin għall-imħallfin irġiel. Barra minn dan, ma hemmx perjodu ta' żmien stipulat biex il-Ministru tal-Ġustizzja jieħu deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-mandat, u dan jippermetti lill-Ministru tal-Ġustizzja jżomm l-influwenza fuq l-imħallfin ikkonċernati għall-bqija taż-żmien tal-mandat ġudizzjarju tagħhom. Anki qabel ma tintlaħaq l-età tal-irtirar, is-sempliċi prospett li trid issir talba lill-Ministru tal-Ġustizzja għal dik l-estensjoni tista’ tagħmel pressjoni fuq l-imħallfin konċernati.

(148)Billi titnaqqas l-età tal-irtirar tal-imħallfin filwaqt li l-estensjoni tal-mandat ġudizzjarju tkun suġġetta għad-deċiżjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja, ir-regoli l-ġodda jdgħajfu l-prinċipju li l-imħallfin ma jitneħħewx, u din hija element ewlieni tal-indipendenza tal-imħallfin skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Fost ir-rekwiżiti ta' qorti indipendenti, il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li l-imħallfin għandhom igawdu minn indipendenza personali u operazzjonali fil-qadi ta' dmirijiethom u għandhom ukoll jiġu mħarsa kontra t-tneħħija permezz tal-eżistenza ta' salvagwardji effettivi kontra indħil żejjed jew pressjoni mill-eżekuttiv 120 . Id-dispożizzjonijiet ikkonċernati wkoll mhumiex konformi mal-istandards Ewropej, li skonthom, l-imħallfin għandu jkollhom iż-żmien tal-mandat iggarantit sal-età tal-irtirar mandatorja, fejn teżisti dik l-età tal-irtirar. Il-Kummissjoni ta’ Venezja taqsam it-tħassib tal-Kummissjoni 121 .

(149)Il-Kummissjoni tinnota li r-regoli l-ġodda wkoll iqajmu tħassib kostituzzjonali. Skont l-opinjoni tal-Qorti Suprema 122 , il-fatt li l-Ministru tal-Ġustizzja jitħalla jiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-mandat ta’ mħallef, flimkien mat-tnaqqis fl-età tal-irtirar tal-imħallfin, jikser il-prinċipju li l-imħallfin ma għandhomx jitneħħew (art. 180(1) tal-Kostituzzjoni). Kif spjegat hawn fuq, il-Kummissjoni tfakkar li stħarriġ kostituzzjonali effettiv ta' dawn id-dispożizzjonijiet mhuwiex possibbli fil-preżent.

(150)It-tweġiba tal-awtoritajiet Pollakki għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2017 ma ttaffix it-tħassib tal-Kummissjoni u ma ssemmi l-ebda miżura konkreta biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li qajmet il-Kummissjoni. It-tweġiba tinjora l-pressjoni li l-Ministru tal-Ġustizzja jista’ jeżerċita fuq imħallfin individwali qabel ma jiddeċiedi li jagħti l-kunsens tiegħu lill-imħallfin ikkonċernati biex jibqgħu fil-kariga wara li jkunu laħqu l-età tal-irtirar.

4.3.2. Il-presidenti tal-qorti

(151)Fis-sistema ġudizzjarja Pollakka, il-presidenti tal-qorti għandhom rwol doppju: ma għandhomx biss ir-responsabbiltà bħala maniġers tal-qorti, iżda jagħmlu wkoll funzjonijiet ġudizzjarji. Il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji tqajjem tħassib fir-rigward tal-indipendenza personali tal-presidenti tal-qrati meta jkunu qegħdin jaqdu l-funzjoni ġudizzjarja tagħhom.

Is-setgħa tat-tneħħija

(152)L-Artikoli 17(1) u 18(1) tal-liġi l-ġdida dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji jinkludu regoli dwar it-tneħħija tal-presidenti u l-viċi presidenti tal-qorti. Matul perjodu ta’ sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-liġi, il-Ministru tal-Ġustizzja huwa mogħti s-setgħa li jneħħi l-presidenti tal-qrati mingħajr ma jkun marbut minn kriterji konkreti, mingħajr ebda obbligu li jagħti raġunijiet, u mingħajr ebda possibbiltà li l-ġudikatura twaqqaf dawn id-deċiżjonijiet. Barra minn dan, ma jeżisti l-ebda stħarriġ ġudizzjarju kontra deċiżjoni ta' tneħħija tal-Ministru tal-Ġustizzja.

(153)It-tħassib tal-Kummissjoni jirrigwarda s-setgħat tal-Ministru tal-Ġustizzja matul dan il-perjodu ta’ sitt xhur. Wara dan il-perjodu ta’ sitt xhur, f'konformità mal-Artikolu 1(7), il-Ministru tal-Ġustizzja xorta se jkun jista’ jneħħi l-presidenti tal-qrati, iżda l-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura jkollu jiġi kkonsultat mill-Ministru tal-Ġustizzja u jkun jista’ jwaqqaf it-tneħħija ppjanata permezz ta’ riżoluzzjoni adottata b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti 123 .

Setgħa tal-ħatra

(154)Skont l-Artikolu 1(6) tal-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji, il-Ministru jingħata s-setgħa li jaħtar il-presidenti tal-qrati. L-uniċi kriterji applikabbli huma li l-president tal-qorti jrid ikun maħtur minn fost l-imħallfin tal-qorti tal-appell jew tal-qorti reġjonali, għall-pożizzjoni ta’ president ta’ qorti tal-appell; minn fost l-imħallfin tal-qorti tal-appell, tal-qorti reġjonali jew tal-qorti distrettwali, għall-pożizzjoni ta’ president ta’ qorti reġjonali; u minn fost l-imħallfin tal-qorti reġjonali jew tal-qorti distrettwali, għall-pożizzjoni ta’ president ta’ qorti distrettwali. Ma hemm l-ebda obbligu li l-Ministru tal-Ġustizzja jikkonsulta l-ġudikatura għal tali deċiżjoni. Wara li jinħatar il-president tal-qorti biss, il-Ministru jippreżenta l-president il-ġdid lill-assemblea ġenerali tal-imħallfin tal-qorti rilevanti. Din is-setgħa tal-Ministeru tal-Ġustizzja biex jaħtar president tal-qorti ma tinbidilx wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt xhur.

L-effetti tas-setgħat tat-tneħħija u tal-ħatra

(155)Minħabba li l-presidenti tal-qorti huma mħallfin attivi, is-setgħat ta’ hawn fuq biex matul il-perjodu ta’ sitt xhur jitneħħew u jinħatru b’mod arbitrarju l-presidenti tal-qorti, jippermettu lill-Ministru tal-Ġustizzja li jżomm influwenza fuq il-presidenti tal-qorti li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza personali tagħhom meta jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji. Pereżempju, president tal-qorti li jintalab jagħti sentenza f'kawża sensittiva kontra l-Istat jista' jħoss il-pressjoni mill-Ministru tal-Ġustizzja biex jaġixxi skont il-pożizzjoni tal-Gvern sabiex jevita li jitneħħa bħala president tal-qorti, iktar milli jiddeċiedi fuq il-każ b’mod indipendenti abbażi tal-merti tiegħu. L-indipendenza ġudizzjarja teħtieġ li l-imħallfin ma jkunux subordinati għal kwalunkwe korp ieħor fl-aġġudikazzjoni ta’ każijiet u jiġu protetti kontra interventi jew pressjonijiet esterni li jistgħu jipperikolaw l-indipendenza tad-deċiżjoni tagħhom fir-rigward tal-proċedimenti mressqa quddiemhom 124 .

(156)Saħansitra għal imħallfin li jfittxu li jsiru presidenti tal-qorti, tali setgħa diskrezzjonali tal-Ministru tal-Ġustizzja tista’ tinfluwenza l-mod kif jaġġudikaw il-kawżi, b’mod partikolari dwar każijiet politiċi sensittivi sabiex ma jnaqqsux iċ-ċans li jinħatru bħala presidenti tal-qorti. B'riżultat ta' dan, l-indipendenza personali tagħhom tkun bl-istess mod affettwata, meta jkunu qed jaġġudikaw il-kawżi.

(157)Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-presidenti tal-qorti, fil-kapaċità tagħhom bħala maniġers tal-qorti, għandhom setgħat importanti fuq imħallfin oħra. Is-setgħa diskrezzjonali tal-Ministru tal-Ġustizzja li jneħħi u jaħtar il-presidenti tal-qorti tista’ tinfluwenza l-mod kif il-presidenti tal-qorti jużaw dawn is-setgħat bħala maniġers tal-qrati fuq imħallfin oħra. Dan jista’ jirriżulta f’interferenza fl-indipendenza personali ta’ dawn l-imħallfin. Is-setgħat mogħtija lill-Ministru tal-Ġustizzja għalhekk ikollhom effett indirett anki fuq l-indipendenza tal-imħallfin li huma suġġetti għall-awtorità tal-presidenti tal-qorti esposti għall-influwenza tal-Ministru tal-Ġustizzja. Pereżempju, il-presidenti tal-qorti għandhom is-setgħa li jissostitwixxu l-imħallfin fil-funzjoni tagħhom ta’ kapijiet tad-diviżjoni jew kapijiet tat-taqsima tal-qrati 125 , is-setgħa li joħorġu notifika bil-miktub lil dawn il-kapijiet ta’ diviżjoni u lit-taqsima li tista’ tkun konnessa ma’ tnaqqis fl-allowance tal-kariga li jirċievu dawn il-kapijiet tad-diviżjoni u tat-taqsima f’każ ta’ nuqqasijiet 126 , kif ukoll is-setgħa ta’ trasferiment tal-imħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom fi ħdan l-istruttura ta’ qorti li jippresjedu fuqha (li tkopri d-distrett ġudizzjarju rilevanti ta’ qorti partikolari, u tista’ tinkludi postijiet ta’ xogħol li jinsabu fi bliet differenti) 127 . 

(158)Fl-opinjoni tagħha 128 , il-Kummissjoni ta’ Venezja enfasizzat li l-liġi l-ġdida tippermetti lis-setgħat eżekuttivi li jinterferixxu b’mod serju u estensiv fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja u hi ta’ theddida serja għall-indipendenza ġudizzjarja bħala element ewlieni tal-istat tad-dritt. Il-liġi ma tħarisx biżżejjed lill-presidenti tal-qorti kontra tneħħijiet arbitrarji, u d-deċiżjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja biex jaħtar / ineħħi president tal-qorti jenħtieġ li tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura jew mill-assemblea ġenerali ta’ mħallfin tal-qorti rispettiva, meħuda b’maġġoranza sempliċi ta’ voti. Barra minn hekk, fir-Regoli ta’ Proċedura, il-Ministru tal-Ġustizzja huwa kompetenti sabiex jistabbilixxi “regoli dettaljati dwar l-assenjazzjoni tal-kawżi” u l-“metodu ta’ allokazzjoni każwali tal-kawżi” u jista’ jistabbilixxi wkoll regoli speċjali fejn l-allokazzjoni każwali ta’ kawżi hija impossibbli jew ineffiċjenti. Kif enfasizzat mill-Kummissjoni ta’ Venezja, din is-setgħa tista’ tintuża biex tinterferixxi mas-sistema ta’ allokazzjoni każwali ta’ kawżi; l-istabbiliment ta’ metodu ta’ distribuzzjoni ta’ kawżi ma għandux jaqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-Ministru tal-Ġustizzja 129 .

(159)Barra minn hekk, l-opinjonijiet tal-Qorti Suprema, tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u tal-Ombudsman indikaw li d-dispożizzjonijiet ikkonċernati jqajmu tħassib kostituzzjonali. B'mod partikolari, il-fatt li titħalla tali possibbiltà ta' tneħħija tal-presidenti tal-qorti bħal dik mill-Ministru tal-Ġustizzja tinjora' l-prinċipji tal-indipendenza ġudizzjarja u s-separazzjoni tas-setgħat. Madankollu, fiċ-ċirkustanzi attwali, il-kostituzzjonalità ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma tistax aktar tiġi verifikata u garantita minn tribunal kostituzzjonali indipendenti.

(160)Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem stabbilixxiet rabta ċara bejn tneħħija mill-kariga ta’ president tal-qorti u l-indipendenza ġudizzjarja. Fil-kawża ta’ Baka, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet li t-tneħħija qabel iż-żmien tal-applikant mill-pożizzjoni tiegħu bħala President tal-Qorti Suprema, anki jekk l-applikant baqa’ fil-kariga bħala mħallef, iktar milli serviet l-għan proprju li żżomm l-indipendenza tal-ġudikatura, dan għelbitu 130 .

(161)Skont l-informazzjoni disponibbli, il-Ministru tal-Ġustizzja sa issa neħħa 24 u ħatar mill-inqas 32 president tal-qorti (din iċ-ċifra tinkludi ħatriet għal karigi battala regolari).

(162)It-tweġiba tal-awtoritajiet Pollakki għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2017 ma ttaffix it-tħassib tal-Kummissjoni, u ma ssemmi l-ebda miżura konkreta biex jiġu indirizzati il-kwistjonijiet li qajmet il-Kummissjoni. It-tweġiba tiċħad li s-setgħat tal-Ministru tal-Ġustizzja jinterferixxu mal-indipendenza tal-presidenti tal-qorti bħala mħallfin li jieħdu deċiżjonijiet fuq kawżi u tenfasizza li s-setgħat tal-Ministru jikkonċernaw biss attivitajiet amministrattivi tal-presidenti tal-qorti. Madankollu, it-tweġiba ma tikkunsidrax li s-setgħa biex b’mod arbitrarju jitneħħew presidenti tal-qorti matul il-perjodu ta’ sitt xhur tippermetti lill-Ministru jżomm influwenza fuq il-presidenti tal-qorti li jista’ jaffettwa l-indipendenza personali tagħhom fl-aġġudikazzjoni ta’ każijiet.

4.3.2. Tħassib ieħor

(163)Il-Ministru tal-Ġustizzja jista’ jindirizza “rimarki bil-miktub” lil president ta’ qorti inferjuri dwar il-ġestjoni ħażina allegata mill-president tal-qorti tiegħu. Bħala riżultat ta’ dawn ir-“rimarki bil-miktub”, il-president tal-qorti inferjuri jista’ jsofri tnaqqis tal-allowance tal-kariga sa 50 % għal massimu ta’ sitt xhur 131 . Il-Ministru nnifsu jista’ joħroġ “avviż bil-miktub” indirizzat lill-president jew lill-viċi president tal-qorti tal-appell, u jnaqqas l-allowance tal-kariga skont dan. Peress li kull tnaqqis tal-emolumenti ta’ mħallef bħala konsegwenza tal-imġiba tal-imħallef għandu jitqies bħala sanzjoni dixxiplinarja 132 , il-Ministru tal-Ġustizzja ma għandux jiddeċiedi fuq tali tnaqqis waħdu mingħajr l-ebda deċiżjoni ġudizzjarja sottostanti.

4.4. Leġiżlazzjoni oħra

4.4.1. Il-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali għall-Ġudikatura

(164)Leġiżlazzjoni oħra ġiet adottata mil-leġiżlatura l-ġdida li jqajjem tħassib rigward l-indipendenza ġudizzjarja u s-separazzjoni tas-setgħat.

(165)Skont l-Artikoli 2(1) u 2(36) tal-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura, l-assistenti mħallfin huma fdati bil-kompiti ta’ mħallef fi qrati distrettwali għal perjodu ta’ erba’ snin. B'mod partikolari, l-assistenti mħallfin ikollhom permess jaġixxu bħala mħallef wieħed fi qrati distrettwali.

(166)Madankollu, skont is-sistema ġudizzjarja Pollakka, l-assistenti mħallfin ma għandhomx l-istess status ta’ mħallfin 133 . L-assistenti mħallfin jinħatru għat-terminu limitat ta’ erba’ snin u wara 36 xahar ikunu jistgħu jibdew japplikaw għall-proċedimenti ġodda biex isiru mħallfin. L-assistenti mħallfin mhumiex suġġetti għall-istess garanziji biex iħarsu l-indipendenza ġudizzjarja bħal dawk applikabbli għall-imħallfin pereżempju fir-rigward tal-ħatra, li mhix suġġetta għall-istess proċedura bħal tal-imħallfin. B'differenza għall-kariga tal-imħallfin, il-kariga tal-assistanti mħallfin li jaqdu l-funzjonijiet ġudizzjarji mhix prevista fil-Kostituzzjoni. Dan juri li l-istatus tagħhom, kif ukoll il-garanziji għall-indipendenza tagħhom, jistgħu jiġu mmodifikati bil-liġi ordinarja, u ma jirrikjedu l-ebda tibdil tal-Kostituzzjoni 134 . Il-fatt li l-assistenti mħallfin jitħallew jaġixxu bħala mħallfin uniċi fi qrati distrettwali jagħmel il-kwistjoni tal-indipendenza tagħhom saħansitra aktar importanti.

(167)Matul il-proċess leġiżlattiv tal-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura, il-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura esprimew it-tħassib tagħhom dwar jekk il-garanziji għall-indipendenza tal-assistenti mħallfin jikkonformawx mal-Kostituzzjoni u jekk humiex suffiċjenti biex jissodifaw ir-rekwiżiti ta' smigħ xieraq imnaqqax fl-Artikolu 6(1) QEDB 135 . Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem affermat li r-reġim preċedenti dwar l-assistenti mħallfin fil-Polonja ma kienx jissodisfa dawn il-kriterji 136 .

(168)It-tweġiba tal-awtoritajiet Pollakki riċevuta fit-28 ta’ Awwissu 2017 għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2017 ma ttaffix it-tħassib tal-Kummissjoni, u ma ssemmi l-ebda miżura konkreta biex jiġu indirizzati il-kwistjonijiet li qajmet il-Kummissjoni.

4.4.2. Liġijiet oħra

(169)Il-liġijiet dwar l-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Pubblika 137 amalgamaw l-uffiċċju tal-Ministru tal-Ġustizzja u dak tal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali, u żdiedu b’mod sinifikanti s-setgħat tal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali fil-ġestjoni tas-sistema tal-prosekuzzjoni, fosthom il-kompetenzi l-ġodda li jippermettu lill-Ministru tal-Ġustizzja biex jintervjeni direttament f’kawżi individwali.

(170)Kif enfasizzat mill-Kummissjoni ta’ Venezja 138 , filwaqt li tirrikonoxxi li l-indipendenza jew l-awtonomija tal-uffiċċju tal-prosekutur mhijiex ta’ natura kategorika daqs dik tal-qrati, meta jitqiesu flimkien, l-amalgamazzjoni tal-uffiċċju tal-Ministru tal-Ġustizzja u tal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali, is-setgħat miżjuda tal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali fil-konfront tas-sistema ta’ prosekuzzjoni, is-setgħat miżjuda tal-Ministru tal-Ġustizzja fir-rigward tal-ġudikatura skont il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u l-pożizzjoni dgħajfa ta’ kontrolli fuq dawn is-setgħat, jirriżultaw fl-akkumulazzjoni ta’ wisq setgħat għal persuna waħda. Dan għandu konsegwenzi negattivi diretti għall-indipendenza tas-sistema tal-prosekuzzjoni mill-isfera politika, iżda wkoll għall-indipendenza tal-ġudikatura u b’hekk is-separazzjoni tas-setgħat u l-istat tad-dritt fil-Polonja.

5.Is-sejba ta’ riskju ċar ta’ ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

(171)Skont l-Artikolu 7(1) TUE, fuq proposta motivata minn terz tal-Istati Membri, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’ maġġoranza ta’ erbgħa minn ħamsa tal-membri tiegħu, wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jikkonstata li hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 TUE. Qabel ma jipproċedi għal din il-konstatazzjoni, il-Kunsill għandu jisma’ l-Istat Membru in kwistjoni u jista' jagħmillu rakkomandazzjonijiet, f'konformità mal-istess proċedura 139 .

(172)Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li s-sitwazzjoni deskritta fit-taqsimiet preċedenti tirrappreżenta riskju ċar ta’ ksur serju mir-Repubblika tal-Polonja tal-istat tad-dritt imsemmi fl-Artikolu 2 TUE. Il-Kummissjoni waslet għal din il-konklużjoni wara li qieset il-fatti msemmija hawn fuq.

(173)Il-Kummissjoni tosserva li, fi żmien sentejn, aktar minn 13-il liġi konsekuttiva ġew adottati b'mod li affettwaw l-istruttura sħiħa tas-sistema ġudizzjarja fil-Polonja: it-Tribunal Kostituzzjonali, il-Qorti Suprema, il-qrati ordinarji, il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, is-servizz ta’ prosekuzzjoni u l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura. Ix-xejra komuni ta’ dawn il-bidliet leġiżlattivi kollha hija li s-setgħat eżekuttivi jew leġiżlattivi ġew sistematikament permessi li jinterferixxu b’mod sinifikanti mal-kompożizzjoni, is-setgħat, l-amministrazzjoni u l-funzjonament ta’ dawn l-awtoritajiet u l-korpijiet. Il-bidliet leġiżlattivi u l-effetti tagħhom flimkien ipoġġu f’riskju serju l-indipendenza tal-ġudikatura u s-separazzjoni tas-setgħat fil-Polonja li huma komponenti ewlenin tal-istat tad-dritt. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li tali attività leġiżlattiva intensa saret mingħajr konsultazzjoni xierqa tal-partijiet ikkonċernati kollha, mingħajr spirtu ta’ kooperazzjoni leali meħtieġ bejn l-awtoritajiet tal-istat u mingħajr ma tqiesu l-opinjonijiet minn firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali.

(174)Il-Kummissjoni wettqet djalogu intensiv mal-awtoritajiet Pollakki sa minn Jannar 2016 sabiex jinstabu soluzzjonijiet għat-tħassib li qajmet. Matul dan il-proċess, il-Kummissjoni dejjem issostanzjat it-tħassib tagħha b’mod oġġettiv u bir-reqqa. Skont il-Qafas tal-Istat tad-Dritt, il-Kummissjoni ħarġet Opinjoni segwita minn tliet Rakkomandazzjonijiet dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja. Hija skambjat numru ta’ ittri u għamlet laqgħat mal-awtoritajiet Pollakki. Il-Kummissjoni dejjem għamlitha ċara li hija kienet lesta li ssegwi djalogu kostruttiv u ripetutament stiednet lill-awtoritajiet Pollakki għal laqgħat ulterjuri għal dan l-għan. Madankollu, minkejja dawn l-isforzi, id-djalogu ma neħħiex it-tħassib tal-Kummissjoni.

(175)Minkejja l-ħruġ ta’ tliet Rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni, is-sitwazzjoni ddeterjorat b’mod kontinwu. B'mod partikolari:

(1)Il-ħatra illegali tal-President tat-Tribunal Kostituzzjonali, l-ammissjoni tat-tliet imħallfin maħtura mit-tmien (8) leġiżlatura tas-Sejm mingħajr bażi ġuridika valida, il-fatt li wieħed minn dawn l-imħallfin inħatar bħala Viċi President tat-Tribunal, il-fatt li tliet imħallfin li kienu maħtura skont il-liġi f'Ottubru 2015 mil-leġiżlatura ta' qabel ma setgħux jassumu l-funzjoni ta' mħallef fit-Tribunal, kif ukoll l-iżviluppi sussegwenti fit-Tribunal deskritti hawn fuq de facto wasslu għall-kompożizzjoni kompleta mill-ġdid tat-Tribunal li taqa' barra mill-proċess kostituzzjonali normali għall-ħatra ta' mħallfin. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tqis li l-indipendenza u l-leġittimità tat-Tribunal Kostituzzjonali huma mdgħajfa serjament u, konsegwentement, il-kostituzzjonalità tal-liġijiet Pollakki ma tistax tibqa' tiġi ggarantita b'mod effettiv. Is-sentenzi mogħtija mit-Tribunal taħt dawn iċ-ċirkostanzi ma jistgħux jibqgħu jitqiesu li jipprovdu stħarriġ kostituzzjonali effettiv.

(2)Il-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-liġi dwar il-Qorti Suprema, flimkien ukoll mal-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura, u l-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji jżidu b’mod sinifikanti t-theddida sistemika għall-istat tad-dritt kif identifikat fir-Rakkomandazzjonijiet preċedenti. It-tħassib ewlieni huwa miġbura fil-qosor kif ġej:

(a)Fir-rigward tal-Qorti Suprema,

l-irtirar obbligatorju ta’ għadd sinifikanti ta’ mħallfin tal-Qorti Suprema attwali flimkien mal-possibbiltà li jiġi estiż il-mandat ġudizzjarju attiv tagħhom, kif ukoll ir-reġim dixxiplinarju l-ġdid għall-imħallfin tal-Qorti Suprema, strutturalment idgħajfu l-indipendenza tal-imħallfin tal-Qorti Suprema, filwaqt li l-indipendenza tal-ġudikatura hija komponent ewlieni tal-istat tad-dritt;

l-irtirar obbligatorju ta’ għadd sinifikanti ta’ mħallfin tal-Qorti Suprema attwali jippermetti wkoll rikompożizzjoni estensiva u immedjata tal-Qorti Suprema. Tali possibbiltà tqajjem tħassib fir-rigward tas-separazzjoni tas-setgħat, b’mod partikolari meta titqies flimkien mar-riformi simultanji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura. Fil-fatt, l-imħallfin ġodda kollha tal-Qorti Suprema se jinħatru mill-President tar-Repubblika, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura l-ġdid, li se jkunu fil-biċċa l-kbira ddominati minn ħatriet politiċi. Għaldaqstant, il-maġġoranza parlamentari attwali se tkun tista’ tiddetermina, minn tal-inqas indirettament, il-kompożizzjoni futura tal-Qorti Suprema sa punt ferm akbar milli kieku jkun possibbli f’sistema fejn ir-regoli eżistenti dwar it-tul ta’ mandati ġudizzjarji joperaw normalment — tkun xi tkun id-durata u bi kwalunkwe korp tal-istat li għandu s-setgħa li jiddeċiedi fuq ħatriet ġudizzjarji;

il-proċedura ta’ appell straordinarju l-ġdida tqajjem tħassib fir-rigward taċ-ċertezza legali u, meta titqies flimkien mal-possibbiltà ta’ rikompożizzjoni kbira u immedjata tal-Qorti Suprema, fir-rigward tas-separazzjoni tas-setgħat.

(b)Fir-rigward ta’ qrati ordinarji,

billi titnaqqas l-età tal-irtirar tal-imħallfin filwaqt li l-estensjoni tal-mandat ġudizzjarju tkun suġġetta għad-deċiżjoni diskrezzjonali tal-Ministru tal-Ġustizzja, ir-regoli l-ġodda jdgħajfu l-prinċipju li l-imħallfin ma jitneħħewx, u dan huwa element fondamentali tal-indipendenza tal-imħallfin;

is-setgħa diskrezzjonali tal-Ministru tal-Ġustizzja li jaħtar u jneħħi l-presidenti tal-qrati mingħajr ma jkun marbut minn kriterji konkreti, mingħajr ebda obbligu ta’ motivazzjoni, bl-ebda possibbiltà għall-ġudikatura li twaqqaf dawn id-deċiżjonijiet u mingħajr ebda stħarriġ ġudizzjarju disponibbli jistgħu jaffettwaw l-indipendenza personali tal-presidenti tal-qrati u tal-imħallfin l-oħra.

(c)Fir-rigward tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura,

it-tħassib dwar l-indipendenza globali tal-ġudikatura qed jiżdied minħabba t-terminazzjoni tal-mandat tal-imħallfin membri kollha tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u bil-ħatra mill-ġdid tal-imħallfin membri skont proċess li jippermetti grad għoli ta’ influwenza politika.

(176)Il-liġijiet il-ġodda jqajmu tħassib serju rigward il-kompatibilità tagħhom mal-Kostituzzjoni Pollakka kif enfasizzat f’għadd ta’ opinjonijiet, b’mod partikolari mill-Qorti Suprema, il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-Ombudsman. Madankollu, kif spjegat fir-Rakkomandazzjoni tal-Istat tad-Dritt tas-26 ta’ Lulju 2017, stħarriġ kostituzzjonali effettiv ta' dawn il-liġijiet ma għadux possibbli.

(177)Azzjonijiet u dikjarazzjonijiet pubbliċi kontra l-imħallfin u l-qrati mill-Gvern Pollakk u mill-membri Parlamentari mill-maġġoranza li tiggverna ħassru l-fiduċja fis-sistema ġudizzjarja kollha kemm hi. Il-Kummissjoni tenfasizza l-prinċipju ta' kooperazzjoni leali bejn korpi tal-istat li hu, kif enfasizzat fl-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja, prekundizzjoni kostituzzjonali fi stat demokratiku ggvernat fuq l-istat tad-dritt.

(178)Peress li l-indipendenza tal-ġudikatura hija komponent ewlieni tal-istat tad-dritt, dawn il-liġijiet ġodda, notevolment l-effett kombinat tagħhom, se jżidu b'mod sinifikanti t-theddida sistemika għall-istat tad-dritt kif identifikat f'Rakkomandazzjonijiet preċedenti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ta’ Venezja enfasizzat li l-bidliet proposti kollha jamplifikaw l-effett negattiv ta’ kull waħda minnhom sal-punt li dan iqiegħed f’riskju serju l-indipendenza tal-partijiet kollha tal-ġudikatura fil-Polonja 140 .

(179)Il-fatt li l-awtoritajiet Pollakki, wara s-sospensjoni tal-liġijiet dwar il-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura adottata f’Lulju 2017, ma użawx din l-okkażjoni biex jikkunsidraw it-tħassib espress mill-Kummissjoni fit-tielet Rakkomandazzjoni tagħha kif ukoll minn atturi oħra, b’mod partikolari l-Kummissjoni ta’ Venezja, juri b’mod ċar nuqqas ta’ rieda min-naħa tal-awtoritajiet Pollakki biex jindirizzaw it-tħassib.

(180)Il-konsegwenzi tas-sitwazzjoni huma partikolarment serji:

(1)Peress li l-indipendenza u l-leġittimità tat-Tribunal Kostituzzjonali huma mdgħajfa serjament, il-kostituzzjonalità tal-liġijiet Pollakki ma tistax tibqa’ tiġi ggarantita b’mod effettiv. Din is-sitwazzjoni hija partikolarment inkwetanti fir-rigward tar-rispett tal-istat tad-dritt peress li, kif ġie spjegat fir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, għadd ta’ atti leġiżlattivi ġodda, partikolarment sensittivi ġew adottati mill-Parlament Pollakk, bħall-Att tas-Servizz Ċivili ġdid 141 , il-liġi li temenda l-liġi dwar il-Pulizija u ċerti liġijiet oħra 142 u l-liġijiet dwar l-Uffiċċju tal-Persekuzzjoni Pubblika 143 , il-liġi dwar l-Ombudsman u li temenda ċerti liġijiet oħra 144 , il-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Midja 145 u l-liġi kontra t-terroriżmu 146 .

(2)Ir-rispett għall-istat tad-dritt mhuwiex biss prerekwiżit għall-ħarsien tal-valuri fundamentali kollha elenkati fl-Artikolu 2 TUE. Huwa wkoll prerekwiżit għas-sostenn tad-drittijiet u l-obbligi kollha li joħorġu mit-Trattati u biex tiġi stabbilita fiduċja reċiproka taċ-ċittadini, in-negozji u l-awtoritajiet nazzjonali fis-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri l-oħra kollha.

(3)Il-Kummissjoni tenfasizza li l-funzjonament xieraq tal-istat tad-dritt huwa wkoll essenzjali b’mod partikolari għall-operat bla xkiel tas-Suq Intern u ambjent li jiffavorixxi l-investiment 147 , għaliex l-operaturi ekonomiċi jridu jkunu jafu li se jiġu ttrattati b'mod ugwali taħt il-liġi. Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa essenzjali wkoll għal fiduċja reċiproka fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, b’mod partikolari għal kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva f’materji ċivili u kriminali li hija bbażata fuq ir-rikonoxximent reċiproku. Dan ma jistax jiġi assigurat mingħajr ġudikatura indipendenti f'kull Stat Membru.

(181)Il-Kummissjoni tfakkar li fejn tkun ġiet stabbilita sistema ġudizzjarja kostituzzjonali, l-effettività tagħha hija komponent ewlieni tal-istat tad-dritt.

(182)Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li jkun xi jkun il-mudell tas-sistema ġudizzjarja magħżula, l-indipendenza tal-ġudikatura trid tiġi salvagwardjata bħala kwistjoni tal-liġi tal-UE. Hija responsabbiltà tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi ġudizzjarji tagħhom, inkluż jekk għandhomx jistabbilixxu Kunsill għall-Ġudikatura li r-rwol tiegħu hu li jissalvagwardja l-indipendenza ġudizzjarja. Madankollu, fejn tali Kunsill ġie stabbilit minn Stat Membru, kif inhu l-każ fil-Polonja fejn il-Kostituzzjoni Pollakka inkarigat b'mod espliċitu lill-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura bil-kompitu li jissalvagwardja l-indipendenza ġudizzjarja, l-indipendenza ta' dak il-Kunsill trid tiġi ggarantita b'konformità mal-istandards Ewropej.

(183)Il-Kummissjoni tinnota wkoll li firxa wiesgħa ta’ atturi fil-livell Ewropew u internazzjonali esprimew it-tħassib profond tagħhom dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Polonja 148 u li l-Parlament Ewropew sostna li s-sitwazzjoni attwali fil-Polonja tirrappreżenta riskju ċar ta’ ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE 149 .

(184)Wara sentejn ta’ djalogu mal-awtoritajiet Pollakki li ma wassalx għal riżultati u ma evitax deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni, huwa meħtieġ u proporzjonat li tinbeda fażi ġdida ta’ djalogu li jinvolvi formalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(185)Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, u skont l-Artikolu 7(1) TUE, il-Kummissjoni tissottometti l-proposta motivata attwali lill-Kunsill, filwaqt li tistieden lill-Kunsill jiddetermina li hemm riskju ċar ta’ ksur serju mir-Repubblika tal-Polonja tal-istat tad-dritt li huwa wieħed mill-valuri msemmija fl-Artikolu 2 TUE u biex jindirizza rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Polonja f’dan ir-rigward. Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward tali determinazzjoni hija mehmuża ma’ din il-proposta motivata.

(186)Il-proposta motivata attwali skont l-Artikolu 7(1) TUE qed tinħareġ fl-istess żmien tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2017 rigward l-istat tad-dritt fil-Polonja. Il-Kummissjoni hija lesta, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, biex tikkunsidra mill-ġdid il-proposta motivata attwali jekk l-awtoritajiet Pollakki jimplimentaw l-azzjonijiet rakkomandati stabbiliti f’dik ir-Rakkomandazzjoni fit-terminu preskritt fiha.

2017/0360 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar id-determinazzjoni ta’ riskju ċar ta’ ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea partikolarment l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta motivata mill-Kummissjoni Ewropea 150 ,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew 151 ,

Billi:

(1)L-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”), li huma komuni għall-Istati Membri u li jinkludu r-rispett għall-istat tad-dritt.

(2)Fil-proposta motivata tagħha, il-Kummissjoni tippreżenta t-tħassib tagħha relatat man-nuqqas ta’ stħarriġ kostituzzjonali indipendenti u leġittimu u mal-adozzjoni mill-Parlament Pollakk tal-liġi dwar il-Qorti Suprema 152 , il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji 153 , il-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura 154 u l-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura 155 li fihom dispożizzjonijiet li jqajmu tħassib serju rigward l-indipendenza ġudizzjarja, is-separazzjoni tas-setgħat u ċ-ċertezza tad-dritt. B’mod partikolari, it-tħassib ewlieni huwa marbut mar-reġimi l-ġodda tal-irtirar ta’ mħallfin tal-Qorti Suprema u l-imħallfin tal-qrati ordinarji, proċedura tal-appell straordinarja ġdida fil-Qorti Suprema, it-tneħhija u l-ħatra ta’ presidenti tal-qrati ordinarji u t-terminazzjoni tal-mandat u l-proċedura tal-ħatra ta’ mħallfin membri tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura.

(3)Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-awtoritajiet Pollakki naqsu milli jieħdu l-azzjonijiet rakkomandati fir-Rakkomandazzjoni tagħha tas-27 ta’ Lulju 2016 156 , u r-Rakkomandazzjonijiet kumplimentari tal-21 ta’ Diċembru 2016 157 u s-26 ta’ Lulju 2017 158 sabiex tiġi indirizzata t-theddida sistemika għall-istat tad-dritt identifikata f’dawn ir-Rakkomandazzjonijiet.

(4)Fl-20 ta’ Diċembru 2017, flimkien mal-proposta motivata tagħha skont l-Artikolu 7(1) TUE, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni oħra rigward l-istat tad-dritt fil-Polonja. Madankollu, il-Polonja naqset milli tieħu l-azzjonijiet rakkomandati fiż-żmien stabbilit f’dik ir-Rakkomandazzjoni.

(5)Id-djalogu li l-Kummissjoni mexxiet mal-awtoritajiet Pollakki skont il-Qafas tal-Istat tad-Dritt mit-13 ta’ Jannar 2016 għalhekk ma taffiex it-tħassib imsemmi hawn fuq.

(6)Fil-15 ta’ Novembru 2017, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni li tiddikjara li s-sitwazzjoni attwali fil-Polonja tirrappreżenta riskju ċar ta’ ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE.

(7)Firxa wiesgħa ta’ atturi fil-livell Ewropew u internazzjonali esprimew it-tħassib profond tagħhom dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Polonja, inkluża l-Kummissjoni ta’ Venezja, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kunsill Konsultattiv ta’ Mħallfin Ewropej, il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, tar-Relatur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-indipendenza tal-imħallfin u l-avukati, in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Unjoni Ewropea, in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, il-Kunsill tal-Ghaqdiet Ewropej tal-Avukati tal-Ewropa kif ukoll bosta organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. 

(8)Fil [...] 2018, il-Kunsill sema’ lir-Repubblika tal-Polonja skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 7(1) TUE.

(9)Ikun xi jkun il-mudell tas-sistema ġudizzjarja magħżul fi Stat Membru, l-istat tad-dritt imnaqqax fl-Artikolu 2 TUE jimplika rekwiżiti relatati mal-indipendenza tal-ġudikatura, is-separazzjoni tas-setgħat u ċ-ċertezza tad-dritt.

(10)Dan jagħti lok għal tħassib kbir li, bħala konsegwenza tal-liġijiet li ġew adottati dan l-aħħar imsemmija hawn fuq, ir-reġim legali fil-Polonja ma jibqax konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti.

(11)Ir-rispett għall-istat tad-dritt mhuwiex biss prerekwiżit għall-ħarsien tal-valuri fundamentali kollha elenkati fl-Artikolu 2 TUE. Huwa wkoll prerekwiżit għas-sostenn tad-drittijiet u l-obbligi kollha li joħorġu mit-Trattati u biex tiġi stabbilita fiduċja reċiproka taċ-ċittadini, in-negozji u l-awtoritajiet nazzjonali fis-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri l-oħra kollha.

(12)Il-funzjonament xieraq tal-istat tad-dritt huwa wkoll essenzjali għall-operat bla xkiel tas-Suq Intern għaliex l-operaturi ekonomiċi jrid ikollhom iċ-ċertezza li se jiġu ttrattati b'mod ugwali taħt il-liġi.

(13)Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa essenzjali għall-fiduċja reċiproka fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, b’mod partikolari għal kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva fi kwistjonijiet ċivili u kriminali li hija bbażata fuq ir-rikonoxximent reċiproku.

(14)Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn korpi tal-istat huwa prekundizzjoni kostituzzjonali fi stat demokratiku rregolat mill-istat tad-dritt.

(15)Għal dawk ir-raġunijiet, jenħtieġ li jiġi determinat, skont l-Artikolu 7(1) TUE, li hemm riskju ċar ta’ ksur serju mir-Repubblika tal-Polonja tal-istat tad-dritt bħala wieħed mill-valuri msemmija fl-Artikolu 2 TUE.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

 Hemm riskju ċar ta’ ksur serju tal-istat tad-dritt min-naħa tar-Repubblika tal-Polonja.

Artikolu 2

Il-Kunsill jirrakkomanda li r-Repubblika tal-Polonja tieħu l-azzjonijiet li ġejjin fi żmien tliet xhur minn notifika ta’ din id-Deċiżjoni:

(a)terġa' tistabbilixxi l-indipendenza u l-leġittimità tat-Tribunal Kostituzzjonali bħala garanti tal-Kostituzzjoni Pollakka billi jiġi żgurat li l-imħallfin, il-President u l-Viċi President tagħha jiġu eletti u maħtura legalment, billi jiġu implementati b'mod sħiħ is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tat-3 u tad-9 ta' Diċembru 2015 li jirrikjedu li t-tliet imħallfin li kienu maħtura legalment f'Ottubru 2015 mil-leġiżlatura ta' qabel ikunu jistgħu jassumu l-funzjoni ta' mħallef fit-Tribunal Kostituzzjonali, u li t-tliet imħallfin maħtura mill-leġiżlatura l-ġdida mingħajr bażi ġuridika valida ma jibqgħux jaġġudikaw mingħajr ma jkunu eletti b'mod validu;

(b)jiġu ppubblikati u implimentati b'mod sħiħ is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tad-9 ta' Marzu 2016, tal-11 ta' Awwissu 2016 u tas-7 ta' Novembru 2016;

(c)jiġi żgurat li l-liġi dwar il-Qorti Suprema, il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji, il-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura jiġu emendati sabiex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti relatati mal-indipendenza tal-ġudikatura, is-separazzjoni tas-setgħat u ċertezza tad-dritt;

(d)tiżgura li kwalunkwe riforma fil-ġustizzja tiġi mħejjija f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ġudikatura u l-partijiet ikkonċernati kollha, inkluża l-Kummissjoni ta’ Venezja;

(e)toqgħod lura minn azzjonijiet u ma tagħmilx dikjarazzjonijiet pubbliċi li jistgħu jdgħajfu aktar il-leġittimità tat-Tribunal Kostituzzjonali, il-Qorti Suprema, il-qrati ordinarji, l-imħallfin, individwalment jew kollettivament, jew il-ġudikatura fl-intier tagħha. 

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Ara t-Taqsima 2, l-Anness I tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014, “Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt”, COM(2014) 158 finali.
(2)    Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014, “Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt”, COM(2014) 158 finali.
(3)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1374 tas-27 ta' Lulju 2016 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja ( ĠU L 217, 12.8.2016, p. 53 ).
(4)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/146 tal-21 ta' Diċembru 2016 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja kumplimentari għar-Rakkomandazzjoni (UE) 2016/1374 ( ĠU L 22, 27.1.2017, p. 65 ).
(5)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1520 tas-26 ta' Lulju 2017 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja kumplimentari għar-Rakkomandazzjoni (UE) 2016/1374 u (UE) 2017/146 (ĠU L 228, 2.9.2017, p. 19).
(6)    Paragrafu 4.1 tal-Komunikazzjoni COM(2014) 158 finali.
(7)    K 34/15.
(8)    K 35/15.
(9)    Il-Liġi tal-22 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Liġi tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali fit-28 ta’ Diċembru; il-punt 2217.
(10)    Il-Liġi tat-30 ta' Diċembru 2015 li temenda l-Liġi dwar ix-Xandir, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali fis-7 ta' Jannar 2016, il-punt 25. 
(11)    Il-liġi tat-30 ta' Diċembru 2015 li temenda l-liġi dwar is-Servizz Pubbliku u ċerti atti oħra, ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali fit-8 ta' Jannar 2016, il-punt 34. 
(12)    Il-liġi tal-15 ta' Jannar 2016 li temenda l-liġi dwar il-Pulizija u liġijiet oħra, ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali fl-4 ta' Frar 2016, il-punt 147. 
(13)    Il-Liġi tat-28 ta’ Jannar 2016 dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali fil-15 ta’ Frar 2016, il-punt 177; Il-Liġi tat-28 ta’ Jannar 2016 - ir-Regolamenti li jimplimentaw l-Att - il-Liġi dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fil-15 ta’ Frar 2016, il-punt 178. 
(14)    Opinjoni nru. 833/2015, CDL-AD(2016)001 ('CDL-AD(2016)001').
(15)    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ April dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja (2015/3031 (RSP)).
(16)    Ittri mill-Kummissjoni tal-1 ta’ Frar 2016 u tat-3 ta’ Marzu 2016; ittri mill-Gvern Pollak tad-29 ta’ Frar 2016, tal-21 ta’ Marzu 2016, tal-31 ta’ Marzu 2016 u tal-24 ta’ Ġunju 2016; laqgħat bejn il-Kummissjoni u l-Gvern Pollakk tal-5 ta’ April 2016, l-24 ta’ Mejju 2016 u s-26 ta’ Mejju 2016.
(17)    K 39/16.
(18)    Il-bażijiet ta’ antikostituzzjonalità kienu primarjament il-prinċipji tas-seperazzjoni u l-bilanċ tas-setgħat, l-indipendenza tal-qrati u t-tribunali minn fergħat oħra ta’ setgħa, l-indipendenza tal-imħallfin u l-prinċipju tal-integrità u l-effiċjenza tal-istituzzjonijiet pubbliċi.
(19)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2016 dwar l-iżviluppi reċenti fil-Polonja u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali kif stipulati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2016/2774(RSP)).
(20)    Opinjoni nru. 860/2016, CDL-AD(2016)026 ('CDL-AD(2016)026').
(21)    Osservazzjonijiet konklużivi dwar is-seba’ rapport perjodiku tal-Polonja.
(22)    K 44/16; it-Tribunal ġie mġiegħel ibiddel il-kompożizzjoni tiegħu minn formazzjoni plenarja għal formazzjoni ta’ ħames imħallfin minħabba r-rifjut tat-tliet imħallfin tat-Tribunal sabiex jipparteċipaw fil-kawża u fid-dawl tal-fatt li t-tliet imħallfin li kienu maħtura legalment f’Ottubru 2015 mis-seba’ mandat tas-Sejm ma kinux bdew jaqdu l-funzjonijiet ġudizzjarji tagħhom fit-Tribunal (ara -Digriet l-ordinanza tal-President tat-Tribunal Kostituzzjonali tas-7 ta’ Novembru 2016).
(23)    Il-minuti tad-deliberazzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tal-Imħallfin tat-Tribunal Kostituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 2016.
(24)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2017 dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Polonja għall-2017 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Polonja għall-2017.
(25)    L-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-OSCE (ODIHR), it-30 ta’ Awwissu 2017, Opinjoni dwar Ċerti Dispożizzjonijiet tal-Abbozz tal-Att dwar il-Qorti Suprema tal-Polonja.
(26)    K 10/17.
(27)    PACE, il-11 ta’ Ottubru 2017, ir-Riżoluzzjoni 2188 (2017), New threats to the rule of law in Council of Europe member States: selected examples (Theddid ġdid għall-istat tad-dritt fl-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropea: eżempji magħżula).
(28)    ENCJ, it-13 ta’ Ottubru 2017, Opinjoni tal-Bord Eżekuttiv ENCJ dwar it-talba ta’ Krajowa Rada Sądownictwa (il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura) mill-Polonja.
(29)    Ir-rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-indipendenza tal-imħallfin u l-avukati, is-27 ta’ Ottubru 2017, Osservazzjonijiet preliminari fuq iż-żjara uffiċjali fil-Polonja (it-23 - is-27 ta’ Ottubru 2017).
(30)    CCJE(2017) 9, l-10 ta’ Novembru 2017, Rapport dwar is-Sitwazzjoni dwar l-Indipendenza tal-Ġudikatura fil-Polonja.
(31)    OSKE-ODIHR, it-13 ta’ Novembru 2017, Opinion on Certain Provisions of the Draft Act on the Supreme Court of Poland (as of 26 September 2017).
(32)    Ir-Riżoluzzjoni tal-15 ta’ Novembru 2017 tal-Parlament Ewropew dwar il-qagħda tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja (2017/2931(RSP)).
(33)    CCBE, l-24 ta’ Novembru 2017, ir-Riżoluzzjoni tas-Sessjoni Plenarja tal-Kunsill tal-Avukaturi u s-Soċjetajiet Legali tal-Ewropa (CCBE).
(34)    ENCJ, il-5 ta’ Diċembru 2017, Opinion of the ENCJ Executive Board on the adoption of the amendments to the law on the National Council for the Judiciary.
(35)    L-Opinjoni 904/2017 CDL(2017)035 tal-Kummissjoni ta’ Venezja dwar l-abbozz tal-att li jemenda l-Att dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura, dwar l-abbozz tal-att li jemenda l-Att dwar il-Qorti Suprema propost mill-President tal-Polonja, u dwar l-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji (“CDL(2017)035”), u l-Opinjoni 892/2017 CDL(2017)037 tal-Kummissjoni ta’ Venezja dwar l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku kif emendata (“CDL(2017)037”).
(36)    Il-Kummissjoni ta’ Venezja fl-opinjoni tagħha tal-14 ta’ Ottubru 2016 qieset ukoll li din id-dispożizzjoni mhix soluzzjoni konformi mal-prinċipju tal-istat tad-dritt (CDL-AD(2016)026, il-paragrafu 106).
(37)    L-Opinjoni CDL-AD(2016)001, il-paragrafu 136.
(38)    Il-liġi tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fit-30 ta’ Lulju 2015, il-punt 1064, kif emendata. Il-liġi adottata fit-22 ta’ Diċembru 2015 ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fit-28 ta’ Diċembru; il-punt 2217. L-emendi fost l-oħrajn żiedu l-kworum ta’ attendenza tal-imħallfin għas-smigħ tal-każijiet, laqqgħu l-maġġoranzi meħtieġa fit-Tribunal Kostituzzjonali biex ma jaqtgħu sentenzi fil-formazzjoni plenarja, talbu għall-immaniġġjar ta’ każijiet f’ordni kronoloġika u pprovdew dewmien minimu għas-seduti.
(39)    Ara t-Taqsima 3 tar-Rakkomandazzjoni.
(40)    Il-Kummissjoni ta’ Venezja ddikjarat fuq dan il-punt li sempliċi att leġislattiv, li jhedded li jiddiżattiva l-kontroll kostituzzjonali, għandu wkoll jiġi evalwat għall-kostituzzjonalità qabel ma jkun jista’ jiġi applikat mill-Qorti. [...] L-idea stess tas-supremazija tal-Kostituzzjoni timplika li din il-liġi, li allegatament tipperikola l-ġustizzja kostituzzjonali, għandha tkun ikkontrollata - u jekk ikun hemm bżonn, annullata - mit-Tribunal Kostituzzjonali qabel ma tidħol fis-seħħ"; l-Opinjoni CDL-AD(2016)001, il-paragrafu 41.
(41)    Ara t-Taqsima 5.2 tar-Rakkomandazzjoni (UE) 2017/146.
(42)    Ara t-taqsimiet 5.3 u 5.4 tar-Rakkomandazzjoni (UE) 2017/146.
(43)    Skont l-Artikolu 188 tal-Kostituzzjoni, it-Tribunal Kostituzzjonali jirregola dwar il-konformità tal-istatuti u tal-ftehimiet internazzjonali mal-Kostituzzjoni; dwar il-konformità ta’ statut ma’ ftehimiet internazzjonali ratifikati li r-ratifika tagħhom teħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-istatut; dwar il-konformità ta’ dispożizzjonijiet legali maħruġa minn korpi Statali ċentrali għall-Kostituzzjoni, ftehimiet u statuti ratifikati internazzjonalment; dwar il-konformità mal-kostituzzjoni tal-iskopijiet jew l-attivitajiet ta’ partiti politiċi; u dwar ilmenti relatati ma’ ksur kostituzzjonali. Skont l-Artikolu 189 tal-Kostituzzjoni, it-Tribunal Kostituzzjonali jiddeċiedi wkoll f’tilwim dwar l-awtorità bejn korpi kostituzzjonali ċentrali tal-Istat.
(44)    Ara r-Rakkomandazzjoni (UE) 2017/146 u r-Rakkomandazzjoni (UE) 2016/1374.
(45)    Il-Liġi tat-30 ta' Diċembru 2015 li temenda l-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku u ċerti atti oħra, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fit-8 ta' Jannar 2016, il-punt 34.
(46)    Il-Liġi tal-15 ta' Jannar 2016 li temenda l-Liġi dwar il-Pulizija u liġijiet oħra, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fl-4 ta' Frar 2016, il-punt 147.
(47)    Il-Liġi tat-28 ta’ Jannar 2016 dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fil-15 ta’ Frar 2016, il-punt 177; Il-Liġi tat-28 ta’ Jannar 2016 - ir-Regolamenti li jimplimentaw l-Att - il-Liġi dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fil-15 ta’ Frar 2016, il-punt 178.
(48)    Il-liġi tat-18 ta' Marzu 2016 li temenda l-liġi dwar il-Pulizija u liġijiet oħra, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali fis-17 ta' Mejju 2016, il-punt 677.
(49)    Il-Liġi tat-22 ta’ Ġunju 2016 dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Midja, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fid-29 ta’ Ġunju 2016, il-punt 929.
(50)    Il-Liġi tal-10 ta' Ġunju 2016 dwar azzjonijiet kontra t-terroriżmu, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fl-24 ta' Ġunju 2016, il-punt 904.
(51)    L-Artikolu 37(1) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema. Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għal imħallfin tal-Qorti Amministrattiva Suprema, peress li l-Artikolu 49 tal-liġi tal-25 ta’ Lulju 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-qrati amministrattivi tistipula li kwistjonijiet relatati mal-Qorti Amministrattiva Suprema li mhumiex irregolati minn dan l-att (is-sistema tal-irtirar mhiex) huma rregolati mutatis mutandis mil-liġi dwar il-Qorti Suprema.
(52)    L-Artikolu 111(1) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 111(3) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema, l-imħallfin kollha tal-kamra militari (irrispettivament mill-età) se jitkeċċew u jiġu rtirati mingħajr il-possibbiltà li jitolbu lill-President tar-Repubblika biex jittawwal il-mandat attiv tagħhom.
(53)    Il-Kawża tal-QEDB Campbell u Fell vs. ir-Renju Unit, it-28 ta’ Ġunju 1984, il-paragrafu 80; Il-Kawża Henryk Urban u Ryszard Urban vs. il-Polonja, it-30 ta’ Novembru 2011, il-paragrafu 45; Il-Kawża Fruni vs is-Slovakkja, il-21 ta’ Ġunju 2011, il-paragrafu 145; u l-Kawża Brudnicka u oħrajn vs. il-Polonja, it-3 ta’ Marzu 2005, il-paragrafu 41.
(54)    Il-paragrafi 49 u 50 tar-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar l-imħallfin: indipendenza, effiċjenza u responsabiltajiet (“2010 CoE Rakkomandazzjoni”).
(55)    CDL(2017)035 il-paragrafu 48.
(56)    Il-Kawża C-53/03 Syfait u Oħrajn., il-31 ta’ Mejju 2005, il-paragrafu 31; Il-Kawża C-103/97 Köllensperger u Atzwanger, l-4 ta’ Frar 1999, il-paragrafu 20.
(57)    Kawża C222/13 TDC, id-9 ta’ Ottubru 2014, il-paragrafi 29-32; Il-Kawża C-506/04 Wilson, id-19 ta’ Settembru 2006, il-paragrafu 53; Il-Kawża C-103/97 Köllensperger u Atzwanger, l-4 ta’ Frar 1999, il-paragrafi 20-23; Il-Kawża C-54/96 Dorsch Consult, it-12 ta’ Settembru 1997, il-paragrafu 36; Il-Kawża C-17/00, De Coster, id-29 ta’ Novembru 2001, il-paragrafi 18-21; Kawża C-403/16, Hassani, it-13 ta’ Diċembru 2017, il-paragrafu 40; Il-Kawża tal-QEDB Baka vs. l-Ungerija, 20261/12, it-23 ta’ Ġunju 2016, il-paragrafu 121.
(58)    Il-Kawża tal-QEDB Campbell u Fell vs. ir-Renju Unit, A80 (1984), it-28 ta’ Ġunju 1984, il-paragrafu 80.
(59)    Ir-regoli l-ġodda jikkontradixxu l-prinċipju ta’ pożizjoni fissa tal-imħallfin bħala element ewlieni tal-indipendenza tal-imħallfin kif minqux fir-Rakkomandazzjoni KtE tal-2010 (il-paragrafu 49). Għaldaqstant, l-imħallfin tal-Qorti Suprema jenħtieġ li jkollhom iż-żmien tal-mandat iggarantit u l-mandati tagħhom ma għandhomx jiġu tterminati qabel iż-żmien. Barra dan, deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-għażla u l-karriera tal-imħallfin jenħtieġ li jiġu bbażati fuq kriterji oġġettivi li jkunu stabbiliti bil-liġi u mill-awtoritajiet kompetenti minn qabel, u fejn il-gvern jew is-setgħa leġiżlattiva tieħu deċiżjonijiet dwar l-għażla jew il-karriera tal-imħallfin, awtorità indipendenti u kompetenti li parti sostanzjali minnha tkun ġejja mill-ġudikatura jenħtieġ li tkun awtorizzata li tagħmel rakkomandazzjonijiet jew tesprimi opinjonijiet li l-awtorità rilevanti tal-ħatra timxi magħhom fil-prattika (il-paragrafi 44-48).
(60)    Skont l-Artikolu 111(4) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema, il-President tar-Repubblika jħalli t-tmexxija tal-Qorti Suprema f’idejn imħallef tal-Qorti Suprema tal-għażla tiegħu. Tali “l-Ewwel aġent President” jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu sakemm l-Assemblea Ġenerali tal-imħallfin tippreżenta ħames kandidati għall-kariga tal-Ewwel President tal-Qorti Suprema (l-Artikolu 12). L-Assemblea Ġenerali tal-imħallfin tal-Qorti Suprema jkunu jistgħu jippreżentaw dawn il-kandidati mhux qabel ma jinħatru mill-anqas 110 imħallef tal-Qorti Suprema.
(61)    L-Artikolu 183(3) tal-Kostituzzjoni Pollakka jistipula li l-Ewwel President tal-Qorti Suprema jinħatar mill-President tar-Repubblika għal mandat ta’ sitt snin minn fost kandidati proposti mill-Assemblea Ġenerali tal-Imħallfin tal-Qorti Suprema.
(62)    Il-paġna 2 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni.
(63)    QEDB, il-Kawża Sõro vs. l-Estonja, it-3 ta’ Settembru 2015, il-paragrafi 60-62.
(64)    Il-paragrafi 44-47 u 50 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2010.
(65)    L-Opinjoni CDL(2017)035 il-paragrafu 130.
(66)    L-Opinjoni CDL(2017)035 il-paragrafu 48.
(67)    It-talba għandha ssir permezz tal-Ewwel President tal-Qorti Suprema li jipprovdi opinjoni dwar it-talba tal-imħallef. Għat-tiġdid tal-mandat tal-Ewwel President, l-Ewwel President jeħtieġ li jipprovdi lill-President tar-Repubblika l-opinjoni tal-kulleġġ tal-Qorti Suprema. Fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni, il-President tar-Repubblika jista’ jfittex opinjoni nonvinkolanti mill-NCJ (ara l-Artikolu 37(2) sa (4) moqri flimkien mal-Artikolu 111(1) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema. Huwa nnotat li skont l-opinjoni tal-Qorti Suprema, skont il-kostituzzjoni tali deċiżjoni mill-President tar-Repubblika tkun teħtieġ kontrofirma tal-Prim Ministru, f’konformità mal-Artikolu 144(1) u (2) tal-Kostituzzjoni Pollakka.
(68)    Il-paragrafi 46 u 47. Dan ir-reġim iqajjem ukoll tħassib mal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-Tisħiħ tal-Indipendenza u l-Imparzjalità tal-Ġudikatura CM(2016)36 final (fi C. ii; il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 2016) u mal-parametri referenzjarji tas-CCJE (l-Opinjoni Nru 1 dwar Standards dwar l-Indipendenza tal-Ġudikatura u l-Pożizzjoni Fissa tal-Imħallfin, il-paragrafu 25).
(69)    Il-paragrafu 48 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2010.
(70)    Il-paragrafu 49 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2010.
(71)    L-Opinjoni CDL(2017)035 il-paragrafi 51 u 130.
(72)    Article 89(1) of the law on the Supreme Court.
(73)    L-Artikolu 115 tal-liġi dwar il-Qorti Suprema. Wara l-perjodu ta’ tliet snin, l-appell ikun irid jiġi ppreżentat fi żmien ħames snin minn meta s-sentenza kkonċernata tkun finali u legali, u fi żmien sena jekk ikun sar l-appell ta’ kassazzjoni, sakemm ma jkunx sar appell straordinarju għad-detriment tal-konvenut, f’dan il-każ l-appell jista’ jiġi ppreżentat sa mhux aktar tard minn sena wara li d-deċiżjoni ssir finali (jew, jekk ikun ġie ppreżentat l-appell ta’ kassazzjoni, sa mhux aktar tard minn sitt (6) xhur wara l-eżami tal-appell ta’ kassazzjoni); ara l-Artikolu 89(4) tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema.
(74)    Jekk ikunu għaddew ħames snin minn meta d-deċiżjoni kkontestata tkun saret finali u kellha effetti legali irriversibbli jew kienet iġġustifikata mill-prinċipji jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni u ċittadini minquxin fil-Kostituzzjoni, il-Qorti Suprema tista’ tillimita ruħha li tikkonferma li d-deċiżjoni kkontestata hija bi ksur tal-liġi u tindika ċ-ċirkostanzi li wassluha biex tagħti din id-deċiżjoni (ara l-Artikolu 89(4) u l-Artikolu 115(2) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema).
(75)    L-Artikolu 91(1) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.
(76)    Il-każijiet kriminali ma jistgħux jiġu straordinarjament appellati għad-detriment tal-konvenut wara li tgħaddi sena minn meta d-deċiżjoni tkun saret finali (jew, jekk ikun ġie ppreżentat appell ta’ kassazzjoni, sa mhux aktar tard minn sitt (6) xhur wara l-eżami tal-appell ta’ kassazzjoni); mhemmx ukoll il-possibbiltà ta’ appelli kontra sentenzi li jistabbilixxu n-nullità ta’ żwieġ, li jannullaw żwieġ jew li jagħtu divorzju (ħlief meta parti jew iż-żewġ partijiet jerġgħu jiżżewwġu wara li d-deċiżjoni tkun saret finali) jew li jiddeċiedu dwar adozzjoni. L-appell straordinarju ma jistax jirrigwarda offiżi żgħar minuri jew reati fiskali minuri; ara l-Artikolu 90(3) u (4) tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema.
(77)    L-Artikolu 89(2) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.
(78)    L-Artikolu 89(1), il-punti 1-3 tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema.
(79)    Il-kawża tal-QEDB Brumărescu vs. ir-Rumanija, it-28 ta’ Ottubru 1999, il-para. 61; il-kawża Ryabykh vs. ir-Russja, it-3 ta’ Marzu 2003, il-paragrafi 54 u 57; il-kawża Miragall Escolano u oħrajn vs. Spanja, il-25 ta’ Jannar 2000, il-para. 33; kif ukoll Phinikaridou vs. Ċipru, l-20 ta’ Diċembru 2007, il-paragrafu 52.
(80)    Il-kawża C-224/01 Köbler, it-30 ta’ Settembru 2003, il-para. 38.
(81)    Moreira Ferreira vs. il-Portugall (nru 2), il-11 ta’ Lulju 2017 (final), il-para. 62.
(82)    L-Opinjoni CDL(2017)035 il-paragrafi 58, 63 u 130.
(83)    Iż-żewġ prinċipji kienu meqjusin mit-Tribunal Kostituzzjonali bħala parti mill-istat tad-dritt; ara s-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali SK 7/06 tal-24 ta’ Ottubru 2007 u SK 77/06 tal-1 ta’ April 2008.
(84)    Is-sentenza SK 19/05 tat-28 ta’ Novembru 2006; SK 16/05 tal-14 ta’ Novembru 2007;
(85)    B’mod partikolari, l-opinjonijiet tal-Qorti Suprema tas-6 u tat-23 ta’ Ottubru, u tat-30 ta’ Novembru 2017, l-opinjoni tal-Ombudsman tal-11 ta’ Novembru 2017 u l-opinjoni tal-OSCE-ODIHR tat-13 ta’ Novembru 2017.
(86)    L-Artikolu 74 tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.
(87)    L-Artikolu 76(8) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema; il-President tar-Repubblika jista’ jaħtar l-uffiċjal tad-dixxiplina straordinarju minn fost il-prosekuturi proposti mill-Prosekutur tal-Istat jekk każ dixxiplinari jkun dwar imġiba ħażina dixxiplinari li taqa’ taħt il-kriterji ta’ reat intenzjonat suġġett ta' akkuża pubblika jew reati fiskali intenzjonati.
(88)    L-Artikolu 76(8) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.
(89)    Skont l-Artikolu 76(9) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema, il-Ministru tal-Ġustizzja jista’ jinnotifika lill-President tar-Repubblika dwar il-ħtieġa li jaħtar uffiċjal tad-dixxiplina straordinarju jekk ikun hemm każ ta’ imġiba ħażina dixxiplinari li taqa’ taħt il-kriterji ta’ reat intenzjonat imħarrek abbażi ta' akkuża pubblika jew reat fiskali intenzjonat. Jidher li jekk każ ikunx jissodisfa dawn il-kriterji se jiġi ddeterminat b’mod awtonomu mill-Ministru tal-Ġustizzja u mill-President tar-Repubblika peress li d-deċiżjonijiet tagħhom dwar il-ħatra ta’ uffiċjal tad-dixxiplina straordinarju ma jistgħux jiġu appellati.
(90)    L-opinjoni tal-OSKE-ODIHR tat-13 ta’ Novembru 2017; il-paragrafi 119-121; l-opinjoni tal-Qorti Suprema tas-6 ta’ Ottubru, il-paġna 34.
(91)    According to Article 108(17)-(19) of the law on the Supreme Court, the Minister of Justice is given the power to set the number of and appoint disciplinary judges for ordinary court judges without consulting the judiciary. Additionally, the Minister of Justice would be able to personally control disciplinary cases conducted against ordinary court judges through disciplinary officers and an extraordinary disciplinary officer of the Minister of Justice appointed by himself (including under certain circumstances also from the prosecutors). Disciplinary officers appointed by the Minister of Justice would be able to reopen closed investigations at request of the Minister of Justice.
(92)    According to the law, provisions enshrined in the Law on Ordinary Court Organisation including those concerning procedural aspects of disciplinary proceedings apply mutatis mutandis to Supreme Court judges; cf. Article 72(1) and Article 108 in conjunction with Article 10(1) of the law on the Supreme Court. The law on the Supreme Court amends in its Article 108 the law on Ordinary Courts Organisation.
(93)    Article 108(23) of the law on the Supreme Court in terms of Article 115c added to the law on Ordinary Courts Organisation.
(94)    Jekk l-evidenza tkun ġiet ippreżentata wara t-terminu preskritt, ara l-Artikolu 108(22) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.
(95)    L-Artikolu 108(13), il-punt b tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.
(96)    L-Artikolu 108(23) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.
(97)    Il-Kawża tal-QEDB, Vilho Eskelinen u oħrajn vs. il-Finlandja, tad-19 ta’ April 2007, il-paragrafu 62; il-Kawża Olujić vs. il-Kroazja, il-5 ta’ Frar 2009, il-paragrafi 34-43; il-Kawża Harabin vs. is-Slovakkja, l-20 ta’ Novembru 2012, il-paragrafi 118-124; u l-Kawża Baka vs. l-Ungerija, it-23 ta’ Ġunju 2016, il-paragrafi 100-119.
(98)    L-Artikolu 26 u l-Artikolu 94 tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.
(99)    L-Artikolu 134 tal-liġi dwar il-Qorti Suprema. dik li kienet l-ewwel sezzjoni tal-affarijiet tax-xogħol, tas-sigurtà soċjali u tal-affarijiet pubbliċi hija maqsuma f’żewġ sezzjonijiet, is-sezzjoni tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali u s-sezzjoni l-ġdida tal-kontroll straordinarju u tal-affarijiet pubbliċi; din is-sezzjoni l-ġdida se tkun komposta minn imħallfin ġodda billi l-imħallfin attwali kollha huma trasferiti lejn is-sezzjoni tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali; l-imħallfin attwali tal-Qorti Suprema jistgħu jitolbu trasferiment lejn din is-sezzjoni l-ġdida.
(100)    Lista sħiħa tal-kompiti trattati minn din is-sezzjoni tinsab fl-Artikolu 26.
(101)    Il-president tas-sezzjoni dixxiplinari huwa awtonomu fir-rigward tal-Ewwel President tal-Qorti Suprema u l-baġit ta’ dik is-sezzjoni jista’ jiġi miżjud b’mod sostanzjali meta mqabbel mal-baġit kumplessiv tal-Qorti Suprema (ara l-Artikolu 7(2) u (4), u l-Artikolu 20 tal-liġi dwar il-Qorti Suprema).
(102)    Skont l-Artikolu 131 tal-liġi dwar il-Qorti Suprema, sakemm ikunu ġew maħtura l-imħallfin kollha tal-Qorti Suprema fis-Sezzjoni Dixxiplinari, l-imħallfin tal-Qorti Suprema ma jistgħux jiġu trasferiti għal post f’dik is-Sezzjoni.
(103)    Lista sħiħa tal-kompiti trattati mis-sezzjoni dixxiplinari tinsab fl-Artikolu 27 tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.
(104)    Opinjoni CDL(2017)035, il-paragrafu 92.
(105)    Opinjoni CDL(2017)035, il-paragrafu 43.
(106)    L-Artikolu 61(2) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.
(107)    L-Opinjoni CDL(2017)035, il-paragrafu 67.
(108)    L-Artikolu 186(1) tal-Kostituzzjoni Pollakka: “Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura għandu jissalvagwardja l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin”.
(109)    Pereżempju, fil-kuntest ta' proċedimenti dixxiplinari mwettqa minn Kunsill kontra mħallfin, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem staqsiet dwar il-livell ta' influwenza tal-awtoritajiet leġiżlattivi jew eżekuttivi peress li l-Kunsill kien kompost minn maġġoranza ta' membri maħtura direttament minn dawn l-awtoritajiet; Il-Kawża tal-QEDB Ramos Nunes de Carvalho E Sá vs. il-Portugall, 55391/13, 57728/13 u 74041/13, il-21 ta’ Ġunju 2016, il-paragrafu 77.
(110)    Il-mandati tal-imħallfin membri attwali jiskadu fil-jum ta’ qabel il-bidu ta’ mandat konġunt tal-imħallfin membri l-ġodda tal-Kunsill, iżda mhux aktar tard minn 90 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi. L-iskeda ta’ żmien hija kif ġej: fi żmien tlett ijiem mill-pubblikazzjoni tal-liġi, il-Marixxall tas-Sejm iħabbar il-bidu tal-proċedura ta’ nomina. Fi żmien 21 jum minn dan l-avviż, il-kandidati għal karigi ta’ mħallfin membri tal-Kunsill jiġu ppreżentati lill-Marixxall tas-Sejm mill-entitajiet awtorizzati (gruppi ta’ mill-anqas 25 imħallef jew 2000 ċittadin). Wara li jgħaddi dan it-terminu, il-marixxall jittrażmetti l-lista tal-kandidati lill-klabbs parlamentari li se jkollhom sebat ijiem biex jipproponu sa disa’ kandidati minn dik il-lista. Sussegwentement, issir il-proċedura ta’ ħatra skont id-dispożizzjonijiet regolari (ara hawn taħt); ara l-Artikolu 6 7 tal-Liġi li temenda l-Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-Artikolu 1(1), u (3) f’termini tal-Artikoli 11a u 11d miżjuda tal-Liġi li temenda l-Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura.
(111)    Il-para 27; ara wkoll C punt (ii) tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2016; il-paragrafu 27 tal-Opinjoni tas-CCJE Nru 10 dwar il-Kunsill għall-Ġudikatura għas-servizz tas-soċjetà; u l-paragrafu 2.3 tar-Rapport għall-2010-11 tal-ENCJ “Kunsilli għall-Ġudikatura”.
(112)    Il-Kostituzzjoni tistipula li l-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura huwa kompost minn membri ex officio (l-Ewwel President tal-Qorti Suprema, il-Ministru tal-Ġustizzja, il-President tal-Qorti Amministrattiva Suprema u persuna maħtura mill-president) u l-membri eletti. Il-membri eletti jikkonsistu minn erba' deputati “magħżula mis-Sejm”, żewġ senaturi “magħżula mis-Senat” u 15-il imħallef (“magħżula minn fost” il-qrati komuni, amministrattivi u militari u mill-Qorti Suprema).
(113)    L-Artikolu 1(3) tal-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura li jżid l-Artikolu 11a(2) u (3): huwa nnutat li kull grupp (ta’ mħallfin u ta’ ċittadini) jista’ jressaq iktar minn nomina waħda għal membru mħallef tal-Kunsill.
(114)    Jekk il-klabbs parlamentari ma jippreżentawx, b’kollox, 15-il kandidat, il-Presidium tas-Sejm se jagħżilhom sabiex joħloq lista ta’ 15-il kandidat li mbagħad tiġi trażmessa lill-kumitat tas-Sejm (ara l-Artikolu 1(3) li jżid l-Artikolu 11c u l-Artikolu 11d(1)-(4)).
(115)    Il-Kawżi tal-QEDB Morice vs. Franza, 29369/10, it-23 ta’ April 2015, para. 78; Ċipru vs. it-Turkija, 25781/94, l-10 ta’ Mejju 2001, para. 233.
(116)    L-Opinjoni CDL(2017)035 il-paragrafu 130.
(117)    L-Opinjoni CDL(2017)035 il-paragrafu 31.
(118)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-2010 tal-KtE, para. 49.
(119)    Skont il-liġi, il-Ministru tal-Ġustizzja jiddeċiedi dwar jekk jestendix il-mandat ta' mħallef jew le, u “jqis l-użu razzjonali tal-persunal komuni tal-qorti u l-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-ammont ta' xogħol ta' qrati partikolari” (ara l-art. 1(26)(b) tal-liġi).
(120)    Il-Kawża C-53/03 Syfait u Oħrajn., il-31 ta’ Mejju 2005, il-paragrafu 31; Il-Kawża C-103/97 Köllensperger u Atzwanger, l-4 ta’ Frar 1999, il-paragrafu 20.
(121)    L-Opinjoni CDL-AD(2017)035, il-paragrafi 100-109.
(122)    Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' April 2017.
(123)    L-Artikolu 1(7) tal-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji jipprevedi li jekk l-NCJ jonqos milli jagħti opinjoni fi żmien 30 jum mill-jum li fih il-Ministru tal-Ġustizzja jippreżenta t-tneħħija ppjanata, dan ma għandux ikun ta’ ostaklu għal tneħħija.
(124)    Il-Kawża C-503/15, Margarit Panicello, is-16 ta’ Frar 2017, il-paragrafi 37-38; Il-Kawża C-203/14 Consorci Sanitari del Maresme, is-6 ta’ Ottubru 2015, il-paragrafu 19; Il-Kawża C222/13 TDC, id-9 ta’ Ottubru 2014, il-paragrafu 30; Il-Kawżi Konġunti C-58/13 sa C-59/13 Torresi, is-17 ta’ Lulju 2014, il-paragrafu 22; Il-Kawża C-506/04 Wilson, id-19 ta’ Settembru 2006, il-paragrafu 51.
(125)    Skont l-Artikoli 17(2) u 18(2) tal-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji s-setgħa tal-presidenti tal-qrati tal-appell u dawk reġjonali li jissostitwixxu l-imħallfin fil-funzjoni tagħhom ta’ kapijiet ta’ diviżjoni, viċi kapijiet ta’ diviżjoni, kapijiet tat-taqsima u mħallfin ta’ spezzjoni tingħata għal sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-liġi.
(126)    l-Art. 1(13)(b) tal-liġi dwar Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji.
(127)    l-Art. 1(5)(b) tal-liġi dwar Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji.
(128)    L-Opinjoni CDL-AD(2017)035, il-paragrafu 125.
(129)    L-Opinjoni CDL-AD(2017)035, il-paragrafu 120.
(130)    Il-Kawża tal-QEDB Baka vs. l-Ungerija, 20261/12, it-23 ta’ Ġunju 2016, il-paragrafu 172.
(131)    Il-Ministru tal-Ġustizzja jista’ jeżerċita influwenza fuq presidenti tal-qrati tal-appell billi jivvaluta l-prestazzjoni tagħhom; filwaqt li valutazzjoni negattiva tista’ twassal għal penali finanzjarji imposti fuq presidenti tal-qrati, valutazzjoni pożittiva tista’ tirriżulta f’żieda fl-allowance tal-kariga tal-presidenti; L-Artikolu (13)-(15) tal-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji.
(132)    L-Opinjoni CDL-AD(2017)035, il-paragrafi 114-117.
(133)    L-assistenti mħallfin, għalkemm huma inkarigati bid-dmirijiet ta' mħallef, jinħatru mill-Ministru tal-Ġustizzja direttament b'involviment minimu tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura.
(134)    L-indipendenza tal-imħallef għandha tkun minquxa fil-kostituzzjoni b’regoli aktar speċifiċi mogħtija fil-livell leġiżlattiv (ara pereż. ir-Rakkomandazzjoni tal-KtE 2010, il-paragrafu 7). Jenħtieġ li jiġi nnotat ukoll li l-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura fl-opinjonijiet tagħhom qajmu kwistjonijiet tal-kostituzzjonalità ta' din il-liġi.
(135)    Opinjoni tal-Qorti Suprema tat-3 ta' Frar 2017; opinjoni tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura tal-10 ta’ Frar 2017.
(136)    Il-QEDB fil-Kawża Henryk Urban u Ryszard Urban vs. il-Polonja, 23614/08, it-28 ta’ Frar 2011; Il-QEDB fil-Kawża Mirosław Garlicki vs. il-Polonja, 36921/07, l-14 ta’ Settembru 2011; Il-QEDB fil-Kawża Pohoska vs. il-Polonja, 33530/06 l-10 ta’ April 2012.
(137)    Il-Liġi tat-28 ta’ Jannar 2016 dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fil-15 ta’ Frar 2016, il-punt 177; Il-Liġi tat-28 ta’ Jannar 2016 - ir-Regolamenti li jimplimentaw l-Att - il-Liġi dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fil-15 ta’ Frar 2016, il-punt 178.
(138)    L-Opinjoni CDL(2017)037, il-paragrafi 28 u 115.
(139)    Ara wkoll il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2003: Ir-rispett għall-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni u l-promozzjoni tagħhom, COM(2003) 606 finali.
(140)    L-Opinjoni CDL-AD(2017)035, il-paragrafu 131.
(141)    Il-Liġi tat-30 ta' Diċembru 2015 li temenda l-liġi dwar is-Servizz Pubbliku u ċerti atti oħra, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fit-8 ta' Jannar 2016, il-punt 34.
(142)    Il-Liġi tal-15 ta' Jannar 2016 li temenda l-Liġi dwar il-Pulizija u liġijiet oħra, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali fl-4 ta' Frar 2016, il-punt 147.
(143)    Il-Liġi tat-28 ta’ Jannar 2016 dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fil-15 ta’ Frar 2016, il-punt 177; Il-Liġi tat-28 ta’ Jannar 2016 - ir-Regolamenti li jimplimentaw l-Att - il-Liġi dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali fil-15 ta’ Frar 2016, il-punt 178.
(144)    Il-liġi tat-18 ta' Marzu 2016 li temenda l-liġi dwar il-Pulizija u liġijiet oħra, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali fis-17 ta' Mejju 2016, il-punt 677.
(145)    Il-Liġi tat-22 ta’ Ġunju 2016 dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Midja, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fid-29 ta’ Ġunju 2016, il-punt 929.
(146)    Il-Liġi tal-10 ta' Ġunju 2016 dwar azzjonijiet kontra t-terroriżmu, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fl-24 ta' Ġunju 2016, il-punt 904.
(147)    Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Polonja għall-2017 u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza tal-Polonja għall-2017 premessa 14; ĠU L 261, 9.8.2017, p. 88-91.
(148)    Il-Kummissjoni ta’ Venezja, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kunsill Konsultattiv ta’ Mħallfin Ewropej, il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, ir-Relatur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-indipendenza tal-imħallfin u l-avukati, in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Unjoni Ewropea, in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, il-Kunsill tal-Ghaqdiet Ewropej tal-Avukati kif ukoll bosta organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħal Amnesty International u n-Netwerk dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija. 
(149)    Il-paragrafu 16 tar-Riżoluzzjoni tat-15 ta’ Novembru 2017 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u d-demokrazija fil-Polonja; ir-Riżoluzzjoni tat struzzjonijiet lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern biex ifassal rapport speċifiku bil-ħsieb li ssir votazzjoni plenarja fuq proposta motivata li titlob lill-Kunsill biex jaġixxi skont l-Artikolu 7(1) TUE.
(150)    [DAĦĦAL ir-referenza]
(151)    ĠU C […], […], p. […].
(152)    Il-liġi dwar il-Qorti Suprema, adottata mis-Sejm fit-8 ta’ Diċembru 2017 u approvata mis-Senat fil- [...]
(153)    Il-liġi li temenda l-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji adottata mis-Sejm fit-12 ta’ Lulju 2017 u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali fl-28 ta’ Lulju 2017.
(154)    Il-liġi li temenda l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u ċerti liġijiet oħra adottata mis-Sejm fit-8 ta’ Diċembru 2017 u approvata mis-Senat fil- [...].    
(155)    Il-liġi li temenda l-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura u l-Prosekuzzjoni Pubblika, il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u ċerti liġijiet oħra adottati mis-Sejm fil-11 ta’ Mejju 2017 u pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali fit-13 ta’ Ġunju 2017.
(156)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1374 tas-27 ta’ Lulju 2016 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja; ĠU L 217, 12.8.2016, p. 53.
(157)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/146 tal-21 ta' Diċembru 2016 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja kumplimentari għar-Rakkomandazzjoni (UE) 2016/1374; ĠU L 22, 27.1.2017, p. 65.
(158)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1520 tas-26 ta' Lulju 2017 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja kumplimentari għar-Rakkomandazzjoni (UE) 2016/1374 u (UE) 2017/146; ĠU L 228, 2.9.2017, p. 19.