Brussell, 21.6.2017

COM(2017) 335 final

2017/0138(CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti transkonfinali rapportabbli

{SWD(2017) 236 final}
{SWD(2017) 237 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Il-ġlieda kontra l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa hija fost il-prijoritajiet politiċi fl-Unjoni Ewropea (UE), bil-għan li jinħoloq suq uniku aktar profond u aktar ġust. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni, fis-snin riċenti, ippreżentat għadd ta’ inizjattivi sabiex tiġi promossa sistema tat-taxxa aktar ġusta. It-titjib tat-trasparenza huwa wieħed mill-pilastri ewlenin fl-istrateġija tal-Kummissjoni biex jiġu miġġielda l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa. B'mod partikolari, l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa huwa kruċjali sabiex dawn jingħataw l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom b’mod effiċjenti.

L-Istati Membri qed isibuha dejjem aktar diffiċli biex jipproteġu l-bażijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom mill-erożjoni peress li l-istrutturi ta' ppjanar tat-taxxa qed isiru dejjem aktar sofistikati u qed jieħdu vantaġġ mill-mobilità akbar tal-kapital u tal-persuni fis-suq intern. Għaldaqstant, il-funzjonament xieraq tas-suq huwa mxekkel bid-distorsjonijiet u n-nuqqas ta’ ġustizzja. Dawn l-istrutturi dannużi jikkonsistu ġeneralment minn arranġamenti li jiżviluppaw f’diversi ġurisdizzjonijiet u li jittrasferixxu profitti taxxabbli lejn sistemi tat-taxxa ta’ benefiċċju jew għandhom l-effett li jnaqqsu l-kont totali tat-taxxa tal-kontribwent. B'riżultat ta' dan, l-Istati Membri ħafna drabi jesperjenzaw tnaqqis konsiderevoli fid-dħul mit-taxxa tagħhom li jfixkilhom milli japplikaw politiki tat-taxxa li jiffavorixxu t-tkabbir.

Rivelazzjonijiet riċenti, inklużi l-Panama Papers, enfasizzaw kif ċerti intermedjarji jidhru li għenu b’mod attiv lill-klijenti tagħhom biex jużaw arranġamenti ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa sabiex inaqqsu l-piż tat-taxxa u jaħbu l-flus barra mill-pajjiż. Filwaqt li xi tranżazzjonijiet kumplessi u strutturi korporattivi jista’ jkollhom għanijiet leġittimi għalkollox, jidher biċ-ċar ukoll li xi attivitajiet, inklużi strutturi barra mill-pajjiż, jistgħu ma jkunux leġittimi u f’xi każijiet, jistgħu jkunu anke illegali. Strutturi differenti u kumplessi, li ħafna drabi jinvolvu kumpanija li tkun tinsab f’pajjiż b'rata baxxa ta’ taxxa jew li mhijiex trasparenti, jintużaw biex tinħoloq distanza bejn is-sidien benefiċjarji u l-ġid tagħhom bil-għan li tiġi żgurata tassazzjoni baxxa jew l-ebda tassazzjoni u/jew biex isir il-ħasil tal-flus minn attività kriminali. Ċerti kontribwenti jużaw kumpaniji tal-isem irreġistrati f’rifuġji tat-taxxa/ta’ segretezza u jaħtru diretturi mandatarji (nominee) biex jaħbu l-ġid u l-introjtu tagħhom, li ħafna drabi jkunu ġejjin minn attività illegali, billi jaħbu l-identità tas-sidien veri tal-kumpaniji (sidien benefiċjarji).

Barra minn hekk, fl-UE huwa fis-seħħ l-Istandard Komuni ta’ Rappurtar (CRS) fir-rigward tal-informazzjoni dwar kontijiet barranin permezz tar-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2014/107 tad-9 ta’ Diċembru 2014 1 u japplika għall-informazzjoni relatata ma’ perjodi tat-taxxa li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2016. Għaldaqstant huwa kruċjali li l-informazzjoni li tista’ taħrab mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva tinqabad billi jitpoġġa obbligu fuq l-intermedjarji biex jirrapportaw dwar arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa.

Il-leġiżlazzjoni proposta tikkumplimenta regoli u inizjattivi oħra, bħar-Raba’ Direttiva dwar Kontra l-Ħasil tal-Flus 2 u r-reviżjoni attwali tagħha, li tieħu pożizzjoni kontra n-nuqqas attwali ta’ trasparenza jew l-inċertezza rigward is-sjieda benefiċjarja. L-għan huwa li jiżdiedu t-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni ġusta fi stadju bikri, biex b’hekk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jtejbu l-veloċità u l-preċiżjoni tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom u jieħdu deċiżjonijiet f’waqthom u infurmati dwar kif jipproteġu d-dħul mit-taxxa tagħhom. Jiġifieri, jekk l-awtoritajiet tat-taxxa jirċievu informazzjoni dwar arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa qabel ma dawn jiġu implimentati, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu jintraċċaw l-arranġamenti u jirreaġixxu għar-riskji tat-taxxa li joħolqu billi jieħdu miżuri xierqa biex irażżnuhom. Għaldaqstant, idealment jenħtieġ li l-informazzjoni tinkiseb bil-quddiem, jiġifieri qabel ma jiġi implimentat u/jew użat arranġament. Dan jippermetti lill-awtoritajiet jivvalutaw f’waqtu r-riskju ta’ dawn l-arranġamenti u jekk ikun meħtieġ, jirreaġixxu biex jeliminaw il-lakuni u jipprevjenu t-telf mid-dħul mit-taxxa. L-għan aħħari huwa li jiġi mfassal mekkaniżmu li jkollu effett ta’ deterrent; jiġifieri, mekkaniżmu li jiskoraġġixxi lill-intermedjarji milli jfasslu u jikkummerċjalizzaw dawn l-arranġamenti.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Saru diversi talbiet lill-UE biex tieħu rwol ta’ tmexxija fil-qasam u tkompli tinvestiga r-rwol tal-intermedjarji. B’mod partikolari, il-Parlament Ewropew talab għal miżuri aktar ħorox kontra l-intermedjarji li jgħinu fi skemi tal-evażjoni tat-taxxa 3 . L-Istati Membri, fil-Kunsill informali tal-ECOFIN ta’ April 2016 4 stiednu lill-Kummissjoni tikkunsidra inizjattivi dwar regoli ta’ żvelar obbligatorju ispirati mill-Azzjoni 12 tal-Proġett tal-OECD/G20 dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS) 5 , fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ diżinċentivi aktar effettivi għall-intermedjarji li jgħinu fl-iskemi tal-evażjoni tat-taxxa. F’Mejju 2016, il-Kunsill ippreżenta konklużjonijiet dwar strateġija esterna u miżuri kontra abbuż tat-trattat dwar it-taxxa 6 . F’dan il-kuntest, l-ECOFIN stieden“lill-Kummissjoni tikkunsidra inizjattivi leġiżlattivi dwar Regoli ta' Żvelar Obbligatorju ispirati mill-Azzjoni 12 tal-proġett tal-OECD dwar il-BEPS bil-għan li jiġu introdotti diżinċentivi aktar effettivi għall-intermedjarji li jgħinu fl-iskemi tal-evażjoni jew tal-evitar tat-taxxa” 7 [traduzzjoni mhux uffiċjali].

Bil-għan li titjieb it-trasparenza, l-Azzjoni 12 tal-proġett tal-OECD/G20 tirrakkomanda li l-pajjiżi jintroduċu sistema għall-iżvelar obbligatorju ta’ arranġamenti ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa iżda ma tiddefinixxix kwalunkwe standard minimu li jrid jiġi mħares. Ir-rapport finali dwar l-Azzjoni 12 ġie ppubblikat bħala parti mis-sett ta’ azzjonijiet tal-BEPS f’Ottubru 2015. Il-miżuri kontra l-BEPS, kif irrakkomandat mill-OECD, ġew approvati mill-G20 u l-parti l-kbira tal-Istati Membri tal-UE impenjaw ruħhom, fil-kapaċità tagħhom bħala membri tal-OECD, li jimplimentawhom. Barra minn hekk, il-President attwali tal-G20, il-Ġermanja, identifika ċ-ċertezza tat-taxxa bħala waħda mit-temi ewlenin tal-prijoritajiet tiegħu 8 . Għaldaqstant, l-għoti lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa b’informazzjoni f’waqtha dwar it-tfassil u l-użu ta’ arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa jipprovdihom b’għodda addizzjonali biex jieħdu miżuri xierqa kontra ċerti arranġamenti ta’ ppjanar tat-taxxa, li fl-aħħar mill-aħħar iżid iċ-ċertezza tat-taxxa u huwa kompatibbli għalkollox mal-prijoritajiet tal-G20.

Il-Komunikazzjoni ta’ Lulju 2016 dwar miżuri ulterjuri biex jittejbu t-trasparenza u l-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa 9 ddeskriviet il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-oqsma ta’ prijorità għal azzjoni fix-xhur li ġejjin fil-livell tal-UE u dak internazzjonali. Iż-żieda tat-trasparenza mill-intermedjarji ġiet identifikata bħala wieħed mill-oqsma għal azzjoni futura.

Il-leġiżlazzjoni proposta tindirizza l-prijorità politika wiesgħa għat-trasparenza fit-tassazzjoni, li hija prerekwiżit għall-ġlieda effettiva kontra l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa. Minn ftit snin ilu ’l hawn, l-Istati Membri tal-UE qablu fuq serje ta’ strumenti leġiżlattivi fil-qasam tat-trasparenza, li fil-kuntest tagħhom, l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa jridu jikkooperaw mill-qrib fl-iskambju tal-informazzjoni. Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE 10 issostitwiet id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE 11 u mmarkat il-bidu ta’ kooperazzjoni amministrattiva mtejba fost l-awtoritajiet tat-taxxa fl-UE. Stabbiliet għodod utli għal kooperazzjoni aħjar fl-oqsma li ġejjin: l-iskambju ta’ informazzjoni fuq talba; l-iskambji spontanji; l-iskambji awtomatiċi dwar lista eżawrijenti ta’ elementi; il-parteċipazzjoni f’inkjesti amministrattivi; il-kontrolli simultanji; u n-notifiki ta’ deċiżjonijiet dwar it-taxxa lil awtoritajiet oħra tat-taxxa.

L-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni huwa element ewlieni tal-leġiżlazzjoni proposta, peress li huwa previst li l-informazzjoni żvelata mill-intermedjarji lill-awtoritajiet tat-taxxa se tiġi mbagħad skambjata awtomatikament ma’ awtoritajiet tat-taxxa oħra fl-UE. Din hija l-aħħar inizjattiva f'serje ta’ inizjattivi tal-UE li jistabbilixxu rekwiżit għal skambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fi kwistjonijiet tat-taxxa:

·Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (DAC): din id-Direttiva tipprevedi l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli, fir-rigward ta’ ħames kategoriji mhux finanzjarji ta’ introjtu u kapital, b'effett mill-1 ta’ Jannar 2015: 1) dħul mill-impjieg, 2) ħlasijiet tad-direttur, 3) prodotti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja li mhumiex koperti minn Direttivi, 4) pensjonijiet, u 5) dritt ta’ proprjetà immobbli u d-dħul minnha;

·Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tas-16 ta’ Diċembru 2014 12 fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji bejn l-Istati Membru abbażi tal-Istandard Komuni ta’ Rappurtar (CRS) tal-OECD li jippreskrivi l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji miżmuma minn persuni li mhumiex residenti;

·Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 tat-8 ta’ Diċembru 2015 13 fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali tat-taxxa;

·Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 tal-25 ta’ Mejju 2016 14 fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni dwar rapportar għal kull pajjiż (CbCR) fost l-awtoritajiet tat-taxxa;

·Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva 2016/0107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2016 15 dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ta’ ċerti intrapriżi u fergħat. Ir-regoli proposti jipprevedu l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu li tagħti aċċess lill-pubbliku ġenerali għal dejta rilevanti dwar it-taxxa ta’ intrapriżi multinazzjonali abbażi ta’ pajjiż b'pajjiż. Din il-proposta għadha taħt diskussjoni quddiem il-Parlament u l-Kunsill f’konformità mal-proċedura ordinarja.

·Ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi 16 fir-rigward tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji abbażi tal-Istandard Komuni ta’ Rappurtar (CRS) tal-OECD.

Jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-istrumenti tat-taxxa eżistenti fil-livell tal-UE ma jinkludux dispożizzjonijiet espliċiti li jirrikjedu lill-Istati Membri biex jiskambjaw informazzjoni fil-każ ta' skemi ta' evitar u/jew ta’ evażjoni tat-taxxa li jsiru jafu dwarhom. Id-Direttiva dwar il-kooperazzjoni amministrattiva tinkludi obbligu ġenerali għall-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali biex jikkomunikaw informazzjoni b’mod spontanju lil awtoritajiet oħra tat-taxxa fl-UE f’ċerti ċirkostanzi. Dan jinkludi t-telf tat-taxxa fi Stat Membru jew l-iffrankar tat-taxxa li jirriżulta minn trasferimenti artifiċjali ta’ profitti fi ħdan gruppi ta’ kumpaniji. L-inizjattiva preżenti għandha l-għan li taqbad, permezz ttal-iżvelar mill-intermedjarji, arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa u jkunu soġġetti għal skambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni.

Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni (Inizjattivi futuri possibbli ta’ rilevanza għall-qasam ta’ politika)

L-effett ta’ deterrent għall-iżvelar ex ante propost ta’ arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa jista’ jitjieb jekk l-obbligu li tiġi żvelata informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa jiġi estiż lill-awdituri li huma mqabbda biex jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-kontribwenti. Dawn l-awdituri jiltaqgħu ma’ ammonti konsiderevoli ta’ dejta waqt li jwettqu l-kompiti professjonali tagħhom. Bħala parti minn dan, jistgħu jiskopru arranġamenti li jistgħu jikkwalifikaw bħala prattiki ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa. Il-benefiċċji potenzjali mill-iżvelar ta’ dawn l-arranġamenti lill-awtoritajiet fil-fatt jikkostitwixxu komplement għall-iżvelar obbligatorju ta’ skemi simili mill-intermedjarji, jiġifieri d-disinjaturi, il-promoturi, il-konsulenti, eċċ. Jista’ għalhekk jiġi previst li fil-futur titkompla din l-inizjattiva bl-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huwa l-bażi legali għal inizjattivi leġiżlattivi fil-qasam tat-tassazzjoni diretta. Għalkemm ma ssir l-ebda referenza espliċita għat-tassazzjoni direttta, l-Artikolu 115 jirreferi għal direttivi għall-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali bħala dawk li jaffettwaw direttament l-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq intern. Biex tiġi ssodisfata din il-kundizzjoni, huwa meħtieġ li l-leġiżlazzjoni proposta tal-UE fil-qasam tat-tassazzjoni diretta jkollha l-għan li tirrettifika l-inkonsistenzi eżistenti fil-funzjonament tas-suq intern. F’ħafna każijiet, dan jimplika li l-miżuri tal-UE jindirizzaw b’mod esklussiv sitwazzjonijiet transkonfinali.

In-nuqqas ta’ trasparenza jiffaċilita l-attivitajiet ta’ ċerti intermedjarji li huma involuti fil-promozzjoni u l-bejgħ ta’ arranġamenti ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa b’implikazzjonijiet transkonfinali. Bħala konsegwenza ta’ dan, l-Istati Membri qed isofru mit-trasferiment ta’ profitti, li normalment jiġu ġġenerati u jkunu taxxabbli fit-territorju tagħhom, lejn pajjiżi b'rata baxxa ta’ taxxa u li ħafna drabi jesperjenzaw erożjoni tal-bażijiet tat-taxxa tagħhom. Barra minn hekk, sitwazzjoni bħal din toħloq kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni tat-taxxa inġusta kontra negozji li jirrifjutaw li jinvolvu ruħhom f’dawn l-attivitajiet illeġittimi. Ir-riżultat aħħari huwa li tiġi mfixkla l-operazzjoni tas-suq intern. B'hekk, din is-sitwazzjoni tista’ tiġi indirizzata biss permezz ta’ approċċ uniformi mmirat lejn it-titjib tal-funzjonament tas-suq intern, kif preskritt fl-Artikolu 115 tat-TFUE.

Sussidjarjetà

L-esperjenza turi li d-dispożizzjonijiet nazzjonali kontra l-ippjanar aggressiv tat-taxxa ma jistgħux ikunu effettivi għalkollox. Dan għaliex għadd sinifikanti tal-istrutturi maħsuba biex jiġu evitati t-taxxi għandhom dimensjoni transkonfinali filwaqt li anke l-kapital u l-persuni qed isiru dejjem aktar mobbli, b’mod speċjali f’suq integrat, bħas-suq intern tal-UE. Il-ħtieġa għal azzjoni kollettiva fil-livell tal-UE biex tittejjeb is-sitwazzjoni attwali saret evidenti u tista’ tikkomplimenta b’mod utli l-inizjattivi eżistenti f’dan il-qasam, b’mod partikolari fil-kuntest tad-DAC. Dan jgħodd aktar u iktar minnu meta wieħed iqis li l-istrumenti eżistenti fil-livell nazzjonali wrew li huma biss parzjalment effettivi fiż-żieda tat-trasparenza.

F’dan id-dawl, is-suq intern jeħtieġ mekkaniżmu robust biex jiġu indirizzati dawn il-lakuni b’mod uniformi u biex jiġu rettifikati d-distorsjonijiet eżistenti billi jiġi żgurat li l-awtoritajiet tat-taxxa jirċievu informazzjoni xierqa u f’waqtha, dwar arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa b’implikazzjonijiet transkonfinali.

Filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-iżvelar obbligatorju għandu l-għan li jinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar arranġamenti b’dimensjoni lil hinn minn ġurisdizzjoni unika, huwa meħtieġ li wieħed jieħu sehem fi kwalunkwe inizjattiva bħal dinb'azzjoni fil-livell tal-UE, sabiex jiġi żgurat approċċ uniformi għall-problema identifikata. Azzjoni mhux koordinata meħuda mill-Istati Membri abbażi ta’ inizjattiva proprja toħloq taħlita mhux uniformi ta’ regoli dwar l-iżvelar ta’ arranġamenti minn intermedjarji. Bħala riżultat ta' dan, hemm mnejn li tibqa' tippersisti l-kompetizzjoni tat-taxxa inġusta fost l-Istati Membri.

Anke meta Stat Membru wieħed ikun involut f’arranġament ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa jew serje ta’ arranġamenti ma’ pajjiż terz, hemm element transkonfinali li jista’ joħloq ir-riskju ta' xkiel tal-funzjonament tas-suq intern. Jiġifieri, l-istruttura tas-suq intern hija bbażata fuq il-prinċipju taċ-ċirkolazzjoni libera ta’ persuni, oġġetti, servizzi u kapital u hija abbinata mal-benefiċċji li jinħolqu mid-direttivi dwar it-taxxa korporattiva. Minn dan isegwi li l-livell effettiv ta’ protezzjoni tas-suq intern huwa ġeneralment iddefinit b’referenza għall-Istat Membru l-aktar dgħajjef. Huwa għalhekk li arranġament ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa li jinvolvi Stat Membru wieħed fir-realtà jkollu impatt fuq l-Istati kollha.

Jekk id-deċiżjoni dwar dan l-element titħalla għal inizjattivi nazzonali individwali jfisser li xi wħud jiddeċiedu li jaġixxu, filwaqt li oħrajn le. Dan huwa partikolarment il-każ, minħabba li l-Azzjoni 12 tal-BEPS mhijiex standard minimu u l-implimentazzjoni tagħha fl-UE tista’ għalhekk tvarja sostanzjalment. Fil-fatt, 39 mill-131 parti kkonċernata wieġbu fil-konsultazzjoni pubblika li, f’każ li ma jkunx hemm azzjoni mill-UE, ma jiġi introdott l-ebda rekwiżit ta’ trasparenza u 107 partijiet ikkonċernati ddikjaraw li huwa probabbli jew li hemm probabbiltà kbira, li jiġu introdotti rekwiżiti ta’ trasparenza li jvarjaw. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, l-introduzzjoni ta’ obbligu ta’ rappurtar permezz tal-leġiżlazzjoni tal-UE konnessa mal-iskambju ta’ informazzjoni ssolvi l-problemi identifikati u tikkontribwixxi għat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern.

Aktar minn hekk, azzjoni dwar l-iżvelar fil-livell tal-UE se ġġib valur miżjud, meta mqabbla ma’ inizjattivi ta’ Stat Membru individwali fil-qasam. Dan għaliex, b’mod speċjali jekk ikun akkumpanjat mill-iskambju ta’ informazzjoni, il-iżvelar ta’ arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa jippermetti li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jiksbu stampa sħiħa tal-impatt tat-tranżazzjonijiet transkonfinali fuq il-bażi tat-taxxa ġenerali. Għaldaqstant, l-UE tinsab f’pożizzjoni aħjar minn kwalunkwe Stat Membru individwali li tiżgura l-effettività u l-kompletezza tas-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni.

Proporzjonalità

Ir-reazzjoni politika proposta hija limitata għall-indirizzar ta’ arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa b’element transkonfinali. Filwaqt li jiġi kkunsidrat li d-distorsjonijiet identifikati fil-funzjonament tas-suq intern normalment jespandu lil hinn mill-fruntieri ta’ Stat Membru wieħed, il-limitazzjoni tar-regoli komuni għal sitwazzjonijiet transkonfinali fl-UE tirrappreżenta l-minimu meħtieġ għall-indirizzar tal-problemi b’mod effettiv. Għaldaqstant, ir-regoli proposti jirrappreżentaw tweġiba proporzjonata għall-problema identifikata minħabba li ma jeċċedux dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-għan tat-Trattati għal suq intern li jiffunzjona aħjar mingħajr distorsjonijiet.

Għażla tal-istrument

Il-bażi legali għal din il-proposta huwa l-Artikolu 115 tat-TFUE li jistabbilixxi b’mod espliċitu li l-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam tista’ tiġi promulgata biss fil-forma legali ta’ Direttiva. Għalhekk mhuwiex permissibbli li jintuża tip differenti ta’ att legali tal-UE fir-rigward tal-adozzjoni ta’ regoli vinkolanti fit-tassazzjoni diretta.

Barra minn hekk, id-Direttiva proposta tikkostitwixxi l-ħames emenda tad-DAC mill-2014; issegwi għaldaqstant id-Direttivi tal-Kunsill 2014/107/UE, (UE) 2015/2376, (UE) 2016/881 u (UE) 2016/2258.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet

Il-leġiżlazzjoni proposta temenda d-DAC biex tipprevedi l-iżvelar obbligatorju ta’ arranġament ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa u biex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa biex jinkludi dawn l-arranġamenti. Għalhekk, ir-raġunament wara l-emendi proposti huwa relatat mal-indirizzar ta’ suġġett ġdid, sabiex jiġu msaħħa l-isforzi tal-Istati Membri biex irażżnu l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa. L-emendi proposti ma jirrettifikawx in-nuqqasijiet identifikati tal-istrument finanzjarju sottostanti (jiġifieri d-DAC) iżda minflok jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għal suġġett addizzjonali fejn il-ħtieġa għal azzjoni hija ġġustifikata abbażi tas-sejbiet tal-ħidma tal-OECD fuq l-Azzjoni 12 u l-konsultazzjonijiet tal-Kummissjoni mal-partijiet ikkonċernati.

Sa issa, id-DAC għadha ma ġietx evalwata. L-ewwel rapport f’dan ir-rigward għandu jinħareġ sal-1 ta’ Jannar 2018. Wara dan, il-Kummissjoni trid tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tad-DAC lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull ħames snin. Għaldaqstant, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja għall-evalwazzjoni tal-effettività tal-kooperazzjoni amministrattiva kif ukoll id-dejta statistika.

Il-leġiżlazzjoni proposta ġiet imfassla bl-aktar mod kosteffiċjenti. Għaldaqstant, il-qafas previst jagħmel użu, wara l-aġġustamenti meħtieġa, minn għodda eżistenti tal-IT għall-iskambju ta’ informazzjoni li ġiet stabbilita inizjalment biex takkomoda skambji dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali (DAC 3).

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Fl-10 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni Ewropew nediet Konsultazzjoni Pubblika biex tiġbor feedback dwar it-triq ’il quddiem għal azzjoni tal-UE dwar il-ħolqien ta’ diżinċentivi għal konsulenti u intermedjarji li jiffaċilitaw skemi ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa.

Ġew ippreżentati għadd ta’ opzjonijiet possibbli u l-partijiet ikkonċernati taw il-feedback tagħhom f’total ta’ 131 rispons. Il-maġġoranza tar-risposti ngħataw minn assoċjazzjonijiet tan-negozju/tal-kummerċ jew minn assoċjazzjonijiet professjonali b’27 % tat-tweġibiet u miċ-ċittadini privati b’20 % tat-tweġibiet. Mil-lat ġeografiku, il-maġġoranza tar-risposti waslu mill-Ġermanja b’24 % tar-rispons totali.

Minn dawk kollha li wieġbu, 46 wieġbu li kienu rċevew parir professjonali dwar it-taxxa u f’aktar minn nofs il-każijiet, dawn il-pariri ngħataw minn konsulenti tat-taxxa – l-akbar grupp professjonali (52 %). Barra minn hekk, 30 wieġbu li pprovdew pariri dwar it-taxxa, u nofshom iddikjaraw li żammew kuntatt mal-awtoritajiet tat-taxxa.

L-Istati Membri

Il-prinċipju sottostanti tal-leġislazzjoni proposta hija konformi max-xejriet tat-tassazzjoni internazzjonali, bħal dawk li jidhru fil-kuntest tal-proġett tal-OECD/G20 kontra l-BEPS. Il-parti l-kbira tal-Istati Membri huma membri tal-OECD, li bejn l-2013 u l-2015 organizzat konsultazzjonijiet pubbliċi estensivi ma’ partijiet ikkonċernati dwar kull punt ta’ azzjoni kontra l-BEPS. Konsegwentement, l-Istati Membri li huma membri tal-OECD ipparteċipaw f’diskussjonijiet fit-tul u dettaljati dwar l-azzjonijiet kontra l-BEPS fl-OECD u jenħtieġ li dawn jitqiesu li ġew ikkonsultati b’mod suffiċjenti rigward din l-inizjattiva.

Fit-2 ta’ Marzu 2017, id-DĠ TAXUD organizza laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma IV u l-Istati Membri kellhom l-opportunità li jiddiskutu l-iżvelar ta’ arranġamenti potenzjalment aggressivi tat-taxxa minn intermedjarji segwiti minn skambju awtomatiku ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet tat-taxxa.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni organizzat diskussjonijiet immirati ma’ rappreżentanti tal-Istati Membri li diġà għandhom esperjenza prattika fir-rigward ta’ regoli ta’ żvelar obbligatorju fil-livell nazzjonali.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-Kummisjsoni wettqet valutazzjoni tal-impatt dwar alternattivi politiki rilevanti li rċevew opinjoni pożittiva mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fl-24 ta’ Mejju 2017 (SEC(2017) 307) 17 . Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju għamel għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għal titjib li tttieħdu f’kunsiderazzjoni fir-rapport finali tal-valutazzjoni tal-impatt (SWD(2017) 236) 18 .

Ġew ivvalutati għażliet ta’ politika differenti kontra l-kriterji tal-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza meta pparagunati max-xenarju bażi. L-isfida kienet kif se titfassal sistema proporzjonata biex jiġu mmirati l-aktar forom aggressivi ta' ppjanar tat-taxxa. Ir-rapport tal-OECD dwar l-Azzjoni 12 tal-proġett BEPS jagħti eżempji tal-approċċi meħuda mill-awtoritajiet tat-taxxa f’għadd ta’ ġurisdizzjonijiet madwar id-dinja, inklużi t-tliet sistemi nazzjonali tal-iżvelar obbligatorju li jeżistu fl-UE, jiġifieri fl-Irlanda, il-Portugall u r-Renju Unit.

Il-konsultazzjoni pubblika stipulat lista ta’ għażliet ta’ politika għall-partijiet ikkonċernati. Xi wħud minn dawn l-għażliet kellhom x'jaqsmu mat-tip ta’ strument legali xieraq għall-inizjattiva proposta. Jiġifieri, jekk il-leġiżlazzjoni jew liġi mhux vinkolanti fil-forma ta’ Rakkomandazzjoni jew Kodiċi ta' Kondotta tippreżentax l-aħjar soluzzjoni. Fost l-għażliet li bnew fuq regoli vinkolanti, il-partijiet ikkonċernati ġew mistiedna jikkunsidraw prinċipalment il-possibilità li jaqblu fuq qafas komuni għall-iżvelar ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa, jew inkellali jabbinaw l-iżvelar ma’ skambju awtomatiku tad-dejta żvelata mal-awtoritajiet tat-taxxa kollha fl-UE.

Wara konsultazzjonijiet ma’ partijiet ikkonċernati, sar evidenti li l-għażliet ta’ politika kollha disponibbli li involvew regoli vinkolanti jwasslu għall-istess riżultat. Għaldaqstant, jekk hemm żvelar (obbligatorju) ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa, dan jippermetti dejjem xi forma ta’ skambju ta’ informazzjoni. Dan għaliex skambju spontanju jifforma parti mill-qafas ġenerali tad-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva. Għalhekk, l-iskambju ta’ informazzjoni huwa preżenti f’forom distinti taħt l-għażliet ta’ politika kollha li jinvolvu l-iżvelar tad-dejta.

Ġie kkunsidrat ukoll li l-uniku paragun reali bejn l-għażliet ta’ politika jista’ fil-prattika jitfassal bejn kuntest fejn hemm obbligu li tiġi żvelata informazzjoni dwar arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa (abbinat mal-iskambju ta’ informazzjoni) u kuntest fejn ma hemmx obbligu bħal dan, jiġifieri 'l hekk imsejjaħ status quo. Barra minn hekk, il-prospett għal-limitazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni għal skambji spontanji ma jidhirx konsistenti mas-serje ta’ inizjattivi li l-Kummissjoni wettqet dan l-aħħar fil-qasam tat-Trasparenza. Għaldaqstant, il-qafas għall-iskambju ta’ informazzjoni, kemm fir-regoli li jimplimentaw l-istandard komuni ta' rappurtar (CRS) fl-UE u f’deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali, jinvolvi skambji awtomatiċi.

Għażla ppreferuta

L-għażla ppreferuta hija rekwiżit għall-Istat Membri (i) li jistabbilixxu obbligu espliċitu tal-awtoritajiet tat-taxxi nazzjonali tagħhom għal żvelar obbligatorju ta’ skemi ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa b’element transkonfinali; u (ii) li jiġi żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa jiskambjaw awtomatikament din l-informazzjoni mal-awtoritajiet tat-taxxa ta’ Stati Membri oħra permezz tal-mekkaniżmu previst fid-DAC.

Benefiċċju tal-għażla ppreferuta

Ir-rekwiżit tar-rappurtar skont sistema obbligatorja ta’ żvelar iżid il-pressjoni fuq l-intermedjarji biex iżommu lura milli jfasslu, jikkummerċjalizzaw u jimplimentaw arranġamenti ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa. Bl-istess mod, il-kontribwenti jkunu inqas inklinati li joħolqu jew li jużaw dawn l-iskemi jekk ikunu jafu li l-iskemi se jkollhom jiġu rrapportati taħt sistema ta’ żvelar obbligatorju. Attwalment, l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom għarfien limitat dwar l-arranġamenti ta’ ppjanar tat-taxxa mhux domestiċi u tali żvelar jipprovdihom b’informazzjoni f’waqtha biex ikunu jistgħu jirreaġixxu malajr b’miżuri operattivi, tibdil leġiżlattiv u/jew regolatorju. Barra minn hekk, id-dejta tista’ tintuża għall-finijiet ta' valutazzjoni tar-riskju u awditjar. Dawn il-benefiċċji jgħinu lill-Istati Membri jipproteġu l-bażijiet tat-taxxa diretti tagħhom u jżidu/jiġbru d-dħul mit-taxxa. Sistema ta’ żvelar obbligatorju tgħin ukoll biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għal korporazzjonijiet billi l-kumpaniji l-kbar huma aktar probabbli li jużaw dawn l-iskemi għall-finijiet tal-evitar tat-taxxa f’kuntest transkonfinali mill-SMEs. Minn perspettiva soċjetali, sistema ta’ żvelar obbligatorju tipprovdi ambjent tat-taxxa aktar ġust minħabba l-benefiċċji msemmija qabel.

Kostijiet tal-għażla ppreferuta

Il-kostijiet tal-proposta f’termini tad-dħul mit-taxxa nazzjonali jiddependu fuq il-mod kif l-Istati Membri jaġġustaw il-leġiżlazzjoni tagħhom u jallokaw ir-riżorsi tagħhom biex jikkonformaw mal-obbligi ta' żvelar tagħhom. Madankollu, huwa previst li s-sistemi eżistenti ta’ rappurtar u ta’ skambju ta’ informazzjoni, bħad-direttorju ċentrali għal deċiżjonijiet tat-taxxa antiċipati, jipprovdu qafas li jista’ jakkomoda l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar arranġamenti ta’ ppjanar tat-taxxa rapportabbli bejn awtoritajiet nazzjonali.

Il-kostijiet għall-intermedjarji jenħtieġ li jkunu limitati ħafna peress li l-informazzjoni rapportabbli x’aktarx tkun disponibbli fl-iskedi tas-sommarji li jippromwovu skema lill-kontribwenti. Il-kontribwenti, taħt sett limitat ta’ ċirkonstanzi biss, ikunu mitluba jirrapportaw dawk l-iskemi huma stess u jġarrbu kostijiet relatati mal-obbligi ta’ rappurtar.

Idoneità regolatorja

Il-proposta tfasslet b’mod li kemm jista’ jkun tnaqqas il-piżijiet regolatorji għall-intermedjarji, il-kontribwenti u l-amministrazzjonijiet pubbliċi. Ir-rispons politiku preferut jirrappreżenta tweġiba proporzjonata għall-problema identifikata minħabba li ma jeċċedix dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb l-għan tat-Trattati għal suq intern li jiffunzjona aħjar mingħajr distorsjonijiet. Fil-fatt, ir-regoli komuni se jkunu limitati bil-ħolqien ta’ qafas komuni minimu meħtieġ għall-iżvelar ta’ arranġamenti potenzjalment dannużi. Pereżempju:

(i)    Ir-regoli jistabbilixxu b’mod ċar ir-responsabbiltajiet ta’ rapportar biex jiġi evitat ir-rapportar doppju.

(ii)    Ir-regoli komuni huma limitati għall-indirizzar ta’ arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa b’element transkonfinali fl-UE.

(iii)    Ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ pubblikazzjoni tal-iskemi tat-taxxi rapportati, unikament l-iskambju awtomatiku bejn l-Istati Membri tal-UE.

(iv)    L-impożizzjoni ta’ penali għan-nonkonformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva f’liġi nazzjonali se tibqa’ taħt il-kontroll sovran tal-Istati Membri.

Barra minn hekk, l-approċċ armonizzat jiġi konkluż meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu infurmati dwar l-arranġamenti potenzjalment aggressivi. Minn hemm ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif isegwu l-każijiet ta’ arranġamenti illeġittimi.

Strumenti legali

F’termini ta’ għażliet leġiżlattivi, ġew ikkunsidrati tliet possibbiltajiet:

i.Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (strument mhux vinkolanti) biex l-Istati Membri jitħeġġu jintroduċu sistema ta’ żvelar obbligatorju u riferiment għall-grupp tal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar it-tassazzjoni tan-negozji;

ii.Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE għal intermedjarji (strument mhux vinkolanti) għal ċerti professjonijiet regolati;

iii.Direttiva tal-UE (strument vinkolanti) li jirrikejdi lill-Istati Membri jintroduċu sistema ta’ żvelar obbligatorju kkombinat ma’ skambju ta’ informazzjoni.

Il-valutazzjoni tal-għażliet differenti wasslet għal għażla ppreferuta fil-forma ta’ Direttiva. L-analiżi turi li din l-għażla għandha vantaġġi ċari f’termini ta’ effettività, effiċjenza u koerenza billi tindirizza l-problemi identifikati bl-inqas kost. Barra minn hekk, l-għażla ta’ Direttiva tibqa’ vantaġġuża meta mqabbla mal-alternattiva li ma tittieħed l-ebda azzjoni.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Ara d-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta' implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali tal-effettività tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni kif ukoll tar-riżultati prattiċi miksuba. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni rilevanti u lista ta’ dejta statistika, li hija determinata mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura tal-Artikolu 26(2) (miżuri ta’ implimentazzjoni), għall-evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull ħames snin, li jenħtieġ li jibdew jgħoddu wara l-1 ta’ Jannar 2013. Ir-riżultati ta’ din il-proposta (li temenda d-DAC) għandhom jiġu inklużi fir-rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li se jinħareġ sal-1 ta’ Jannar 2023.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-leġiżlazzjoni proposta tikkonsisti prinċipalment mill-elementi li ġejjin:

·Żvelar lill-awtoritajiet tat-taxxa abbinat mal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni (AEoI)

Id-Direttiva proposta timponi obbligu fuq l-intermedjarji li jiżvelaw arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa lill-awtoritajiet tat-taxxa jekk ikunu involuti f’arranġamenti bħal dawn, bħala parti mill-professjoni tagħhom, billi jfassluhom u jippromwovuhom. L-obbligu huwa limitat għal sitwazzjonijiet transkonfinali, jiġifieri sitwazzjonijiet f’aktar minn Stat Membru wieħed jew fi Stat Membru u pajjiż terz. Għaldaqstant, huwa f’dawn iċ-ċirkostanzi biss li, minħabba l-impatt potenzjali fuq il-funzjonament tas-suq intern, li tista' tiġi ġġustifikata l-ħtieġa li jiġi promulgat sett komuni ta’ regoli, minflok ma titħalla l-kwistjoni biex tiġi indirizzata fil-livell nazzjonali. Biex tkun żgurata l-effettività massima tal-miżuri proposti minħabba d-dimensjoni transkonfinali tal-arranġamenti rapportabbli, l-informazzjoni żvelata għandha tiġi skambjata awtomatikament fost l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali. Fil-prattika, ir-regoli jipproponu li l-iskambju jitwettaq bl-introduzzjoni tal-arranġamenti żvelati f'direttorju ċentrali li l-Istati Membri kollha jkollhom aċċess għalih.

Il-Kummissjoni se jkollha wkoll aċċess limitat għall-informazzjoni skambjata (jiġifieri fil-livell li hija intitolata għalih għal deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali) sabiex timmonitorja l-funzjonament xieraq tad-Direttiva.

·Min hu responsabbli għall-iżvelar

L-obbligu tal-iżvelar jikkonċerna dawk il-“persuni” (jiġifieri persuni jew entitajiet fiżiċi jew ġuridiċi mingħajr personalità ġuridika) li huma identifikati bħala intermedjarji.

Nuqqas ta’ intermedjarju fit-tifsira tad-Direttiva

L-obbligu ta’ żvelar jista’ ma jkunx infurzabbli fuq intermedjarju minħabba l-Privileġġ Professjonali Legali jew sempliċement għax l-intermedjarju ma jkollux preżenza fl-Unjoni. Jista’ jkun il-każ ukoll li ma jkun hemm l-ebda intermedjarju għax kontribwent ifassal u jimplimenta skema interna. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-awtoritajiet tat-taxxa mhumiex se jitilfu l-opportunità li jirċievu informazzjoni dwar arranġamenti relatati mat-taxxa li huma potenzjalment konnessi ma’ strutturi aggressivi. Minflok, l-obbligu ta’ żvelar jiġi mbagħad ittrasferit lill-kontribwenti li jużaw l-arranġament.

·Aktar minn persuna waħda tikkwalifika bħala intermedjarju jew kontribwent

Hija ħaġa komuni li intermedjarju jżomm preżenza f’diversi Stati permezz ta’ uffiċċji, ditti, eċċ. u li jista’ wkoll jinvolvi atturi indipendenti lokali oħra fl-għoti ta’ pariri dwar it-taxxa rigward ċerti arranġamenti. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-intermedjarju biss li jkollu r-responsabbiltà fil-konfront tal-kontribwent(i) għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-arranġament(i) għandu jippreżenta l-informazzjoni mitluba lill-awtoritajiet tat-taxxa.

Jekk l-obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni jkun ġie ttrasferit lill-kontribwent u aktar minn parti relatata waħda tkun intenzjonata li tuża l-istess arranġamenti transkonfinali rapportabbli tat-taxxa, il-kontribwent biss li kien responsabbli mill-qbil dwar l-arranġament(i) mal-intermedjarju għandu jġorr l-oneru tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni.

·Żmien għall-iżvelar u l-AEoI

Billi l-iżvelar għandu possibbiltajiet aħjar li jikseb l-effett ta’ deterrent previst tiegħujekk l-informazzjoni rilevanti tilħaq lill-awtoritajiet tat-taxxa fi stadju aktar bikri, il-leġiżlazzjoni proposta tippreskrivi li l-arranġamenti transkonfinali lrapportabbli jiġu żvelati qabel ma fil-fatt jiġu implimentati l-iskemi. Skont din il-premessa, l-intermedjarji għandhom jiżvelaw l-arranġamenti rapportabbli fi żmien ħamest ijiem li jibdew fil-jum ta' wara li dawn l-arranġamenti jsiru disponibbli għall-kontribwent għall-implimentazzjoni.

Jekk l-iżvelar jiġi trasferit lill-kontribwenti fin-nuqqas ta’ intermedjarju responsabbli, l-għażla taż-żmien għall-iżvelar tkun ftit aktar tard; jiġifieri, fi żmien ħamest ijiem li jibdew fil-jum ta' wara li jkun ġie implimentat l-arranġament transkonfinali rapportabbli jew l-ewwel pass f’serje ta’ dawn l-arranġamenti.

L-iskambju sussegwenti ta’ informazzjoni dwar dawn l-arranġamenti għandu jseħħ kull tliet xhur. Minħabba l-iżvelar bikri ta’ din l-informazzjoni, l-awtoritajiet tat-taxxa l-aktar konnessimal-arranġament se jiksbu kontribut biżżejjed biex iwettqu azzjoni kontra l-evitar tat-taxxa li tkun seħħet qabel.

·Lista ta’ karatteristiki distintivi minflok id-definizzjoni ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa

Jekk isir sforz biex jiġi definit il-kunċett ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa hemm ir-riskju li jkun eżerċizzju li jitwettaq għalxejn. Dan għaliex l-istrutturi ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa evolvew matul is-snin u saru partikolarment kumplessi u huma dejjem soġġetti għal modifiki u aġġustamenti kostanti biex jirreaġixxu għal kontromiżuri difensivi mill-awtoritajiet tat-taxxa. F’dan id-dawl, il-leġiżlazzjoni proposta tinkludi kumpilazzjoni tal-karatteristiċi u tal-elementi ta’ tranżazzjonijiet li jippreżentaw indikazzjoni qawwija tal-evitar jew l-abbuż tat-taxxa. Dawn il-karatteristiċi u l-elementi jissejħu “karatteristiki distintivi” u huwa biżżejjed li arranġament jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ wieħed minnhom biex jiġi trattat bħala rapportabbli lill-awtoritajiet tat-taxxa.

·AEoI permezz tan-netwerk komuni ta’ komunikazzjoni tal-UE (CCN)

Fir-rigward tal-aspetti operattivi tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni, id-Direttiva proposta tirreferi għall-mekkaniżmu introdott mid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376, jiġifieri n-netwerk komuni ta’ komunikazzjoni (NKK). Dan se jservi bħala qafas komuni għall-iskambji, u għal dan il-għan, se jitkabbar il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.

L-informazzjoni se tiġi rreġistrata fuq direttorju ċentrali sikur dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni. L-Istati Membri se jimplimentaw ukoll serje ta’ arranġamenti prattiċi, inklużi miżuri biex tiġi standardizzata l-komunikazzjoni tal-informazzjoni kollha mitluba permezz tal-ħolqien ta’ formola standard. Dan se jinvolvi l-ispeċifikar tar-rekwiżiti lingwistiċi għall-iskambju previst ta’ informazzjoni u għaldaqstant it-titjib tan-NKK.

·Penali effettivi għal nuqqas ta’ konformità fil-livell nazzjonali

Il-leġiżlazzjoni proposta tħalliha f’idejn l-Istati Membri biex jistabbilixxu penali applikabbli kontra l-ksur tar-regoli nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva fl-ordni ġuridika nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li l-qafas komuni jiġi implimentat. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

·Miżuri ta’ implimentazzjoni

Sabiex jinkisbu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva proposta u, b’mod aktar preċiż, l-iskambju awtomatiku u obbligatorju tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet tat-taxxa, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni fuq is-suġġetti li ġejjin:

i.Li tadotta formola standard b’għadd limitat ta’ komponenti, inklużi l-arranġamenti lingwistiċi;

ii.Li tadotta l-arranġamenti prattiċi neċessarji għat-titjib tad-direttorju ċentrali dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni.

Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

·Atti delegati

Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa potenzjali għall-aġġornament tal-karatteristiki distintivi abbażi tal-informazzjoni miksuba minn arranġamenti żvelati, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2017/0138 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti transkonfinali rapportabbli

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 115 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 19 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 20 ,

Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)Sabiex jiġu akkomodati inizjattivi ġodda fil-qasam tat-trasparenza tat-taxxa fil-livell tal-Unjoni, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE 21 kienet is-suġġett ta’ serje ta’ emendi matul dawn l-aħħar snin. F’dan il-kuntest, id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2014/107 22 introduċiet standard komuni ta' rappurtar (CRS) għal informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji fl-Unjoni. L-istandard li ġie żviluppat fi ħdan il-Forum Globali tal-OECD jippreskrivi għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji miżmuma minn persuni mhux residenti għal finijiet ta’ taxxa u jistabbilixxi qafas għal dan l-iskambju madwar id-dinja kollha. Id-Direttiva 2011/16/UE ġiet emendata mid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 23 li pprevediet l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali tat-taxxa transkonfinali u mid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 24 li pprevediet l-iżvelar u l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni dwar rapportar għal kull pajjiż (CbCR) tal-intrapriżi multinazzjonali bejn l-awtoritajiet tat-taxxa. Konxja mill-użu li l-informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jista’ jkollha għall-awtoritajiet tat-taxxa, id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/2258 25 imponiet obbligu fuq l-Istati Membri li jagħtu lill-awtoritajiet tat-taxxa aċċess għal proċeduri ta’ diliġenza dovuta għall-konsumatur applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 . Għalkemm id-Direttiva 2011/16/UE ġiet emendata diversi drabi sabiex jitjiebu l-mezzi li l-awtoritajiet tat-taxxa jistgħu jużaw biex jiġġieldu kontra l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, għad hemm il-ħtieġa li jiġu rinfurzati ċerti aspetti speċifiċi ta’ trasparenza tal-qafas eżistenti tat-tassazzjoni.

(2)L-Istati Membri jsibuha dejjem aktar diffiċli li jipproteġu l-bażijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom mill-erożjoni peress li l-istrutturi tal-ippjanar tat-taxxa evolvew tant li saru partikolarment sofistikati u ħafna drabi jieħdu vantaġġ mill-mobilità miżjuda kemm tal-kapital kif ukoll tal-persuni fis-suq intern. Dawn l-istrutturi ġeneralment ikkonsistu minn arranġamenti li jiġu żviluppati f’diversi ġurisdizzjonijiet u jittrasferixxu l-profitti taxxabbli lejn sistemi tat-taxxa li huma aktar ta’ benefiċċju jew li għandhom l-effett li jnaqqsu l-kont totali tat-taxxa tal-kontribwent. Bħala riżultat ta' dan, l-Istati Membri ħafna drabi jesperjenzaw tnaqqis konsiderevoli fid-dħul mit-taxxa tagħhom li jfixkilhom milli japplikaw politiki tat-taxxa li jiffavorixxu t-tkabbir. Huwa għalhekk fundamentali li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri jiksbu informazzjoni komprensiva u rilevanti dwar arranġamenti potenzjalment aggressivi tat-taxxa. Din l-informazzjoni tippermetti li dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jirreaġixxu fil-pront kontra prattiki tat-taxxa dannużi u jagħlqu lakuni bil-promulgazzjoni ta’ leġiżlazzjoni jew billi jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju adegwati u awditjar tat-taxxa.

(3)Meta jiġi kkunsidrat li l-parti l-kbira tal-arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa hija mifruxa fuq aktar minn ġurisdizzjoni waħda, l-iżvelar tal-informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti jwassal għal riżultati pożittivi addizzjonali fejn dik l-informazzjoni ġiet skambjata wkoll fost l-Istati Membri. B’mod partikolari, l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn amministrazzjonijiet tat-taxxa hija kruċjali biex dawn l-awtoritajiet jiġu pprovduti bl-informazzjoni neċessarja biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni fejn josservaw prattiki tat-taxxa aggressivi.

(4)Bir-rikonoxximent ta’ kif qafas trasparenti għall-iżvilupp ta’ attività ta’ negozju jista’ jikkontribwixxi għat-trażżin tal-evitar u l-evażjoni tat-taxxa fis-suq intern, il-Kummissjoni ntalbet twettaq inizjattivi fir-rigward tal-iżvelar obbligatorju ta’ arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa fuq il-linji tal-Azzjoni 12 tal-proġett tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS). F’dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew talab miżuri aktar severi kontra intermedjarji li jgħinu f’arranġamenti li jistgħu jwasslu għall-evitar u l-evażjoni tat-taxxa.

(5)Huwa neċessarju li jitfakkar kif ċerti intermedjarji finanzjarji u fornituri oħra ta’ pariri dwar it-taxxa jidhru li għenu b’mod attiv lill-klijenti tagħhom biex jaħbu l-flus barra mill-pajjiż. Barra minn hekk, għalkemm is-CRS introdott mid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2014/107 27 huwa pass sinifikanti ’l quddiem fl-istabbiliment ta’ qafas tat-taxxa trasparenti fl-Unjoni, tal-anqas f’termini ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji, xorta waħda jista’ jitjieb.

(6)L-iżvelar ta’ arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa ta’ dimensjoni transkonfinali jista’ jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-isforzi għall-ħolqien ta’ ambjent ta’ tassazzjoni ġusta fis-suq intern. F’dan id-dawl, l-obbligu fuq l-intermedjarji li jinfurmaw lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar ċerti arranġamenti transkonfinali li jistgħu potenzjalment jintużaw għal finijiet tal-evitar tat-taxxa jikkostitwixxi pass fid-direzzjoni t-tajba. Sabiex tiġi żviluppata politika aktar komprensiva, ikun importanti wkoll li bħala t-tieni pass, wara l-iżvelar, l-awtoritajiet tat-taxxa jikkondividu informazzjoni mal-pari tagħhom fi Stati Membri oħra. Dawn l-arranġamenti jenħtieġ li jsaħħu wkoll l-effettività tas-CRS. Barra minn hekk, ikun kruċjali li l-Kummissjoni tingħata aċċess għal ammont suffiċjenti ta’ informazzjoni sabiex tkun tista’ timmonitorja l-funzjonament xieraq ta’ din id-Direttiva. Dan l-aċċess għall-informazzjoni mill-Kummissjoni ma jeżonerax lil Stat Membru mill-obbligi tiegħu li jinnotifika kull għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni.

(7)Huwa rikonoxxut li l-iżvelar ta’ arranġamenti ta’ ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa jkollu iktar ċans li jikseb l-effett ta’ deterrent previst tiegħu fejn l-informazzjoni rilevanti tkun laħqet lill-awtoritajiet tat-taxxa fi stadju bikri, fi kliem ieħor qabel ma l-arranġamenti żvelati jkunu ġew implimentati b'mod effettiv. Meta l-obbligu ta’ żvelar jiġi trasferit lill-kontribwenti, ikun prattiku li l-obbligu ta’ żvelar ta’ dawk l-arranġamenti ta’ ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa jiġi impost fi stadju aktar tard, billi l-kontribwenti jistgħu ma jkunux konxji tan-natura tal-arranġamenti fil-mument meta jibdewhom. Biex jiġu ffaċilitati l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, l-iskambju awtomatiku sussegwenti ta’ informazzjoni dwar dawn l-arranġamenti jista’ jseħħ kull tliet xhur.

(8)Biex ikun żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern u biex jiġu evitati lakuni fil-qafas propost tar-regoli, l-obbligu għall-iżvelar jenħtieġ li jiġi impost fuq l-atturi kollha li huma normalment involuti fit-tfassil, il-kummerċjalizzazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-ġestjoni tal-implimentazzjoni ta’ tranżazzjoni transkonfinali rapportabbli jew serje ta’ tranżazzjonijiet bħal dawn kif ukoll fuq dawk li jipprovdu assistenza jew parir. Lanqas ma jenħtieġ li jiġi injorat li f’ċerti każijiet l-obbligu ta’ żvelar ma jkunx infurzabbli fuq intermedjarju minħabba l-privileġġ professjonali legali jew meta ma jkunx hemm intermedjarju minħabba li, pereżempju, il-kontribwent ifassal u jimplimenta skema interna. F’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun għaldaqstant kruċjali li l-awtoritajiet tat-taxxa ma jitilfux l-opportunità li jirċievu informazzjoni dwar arranġamenti relatati mat-taxxa li huma potenzjalment konnessi ma’ ppjanar aggressiv tat-taxxa. F'dawn il-każijiet, ikun għalhekk meħtieġ li l-obbligu ta’ żvelar jiġi trasferit lill-kontribwent li jibbenefika mill-arranġament.

(9)L-arranġamenti ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa evolvew matul is-snin u saru dejjem aktar kumplessi u huma dejjem soġġetti għal modifiki u aġġustamenti kostanti bħala reazzjoni għall-kontromiżuri difensivi mill-awtoritajiet tat-taxxa. Meta jiġi kkunsidrat dan kollu, ikun aktar effettiv li wieħed jipprova jindividwa arranġamenti potenzjalment aggressiv tat-taxxa bil-kompilazzjoni ta’ lista ta' karatteristiċi u elementi tat-tranżazzjonijiet li jippreżentaw indikazzjoni qawwija ta’ evitar jew ta' abbuż tat-taxxa aktar milli jiddefinixxu l-kunċett ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa. Dawn l-indikazzjonijiet jissejħu “karatteristiki distintivi”.

(10)Peress li l-għan primarju ta’ din il-leġiżlazzjoni jenħtieġ li jiffoka fuq l-iżgurar tal-funzjonament xieraq tas-suq intern, ikun kruċjali jekk ma ssirx regolamentazzjoni fil-livell tal-Unjoni lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet previsti. Għal din ir-raġuni jkun meħtieġ li tiġi limitata kwalunkwe regola komuni dwar l-iżvelar għal sitwazzjonijiet transkonfinali, jiġifieri sitwazzjonijiet f’aktar minn Stat Membru wieħed jew fi Stat Membru u pajjiż terz. F’dawn iċ-ċirkostanzi, minħabba l-impatt potenzjali fuq il-funzjonament tas-suq intern, tista' tiġi ġġustifikata l-ħtieġa li jiġi promulgat sett komuni ta’ regoli, minflok ma titħalla l-kwistjoni biex tiġi indirizzata fil-livell nazzjonali.

(11)Filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-arranġamenti żvelati jenħtieġ li jkollhom dimensjoni transkonfinali, ikun importanti li tiġi kondiviża l-informazzjoni rilevanti mal-awtoritajiet tat-taxxa fi Stati Membri oħra sabiex tiġi żgurata l-effettività massima ta’ din id-Direttiva fl-iskoraġġiment ta’ prattiki ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa. Il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-kuntest ta’ deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta' trasferiment jenħtieġ li jintuża wkoll biex jiġi akkomodat l-iskambju obbligatorju u awtomatiku ta’ informazzjoni żvelata dwar arranġamenti ta’ ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa fost l-awtoritajiet tat-taxxa fl-Unjoni.

(12)Sabiex jiġi faċilitat l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni u jitjieb l-użu effiċjenti tar-riżorsi, jenħtieġ li l-iskambji jitwettqu permezz tan-netwerk komuni ta' komunikazzjoni (NKK) żviluppat mill-Unjoni. F’dan il-kuntest, l-informazzjoni tiġi rreġistrata f'direttorju ċentrali sikur dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw serje ta’ arranġamenti prattiċi, inklużi miżuri biex tiġi standardizzata l-komunikazzjoni tal-informazzjoni kollha mitluba bil-ħolqien ta’ formola standard. Jenħtieġ ukoll li jiġu speċifikati r-rekwiżiti lingwistiċi għall-iskambju previst ta’ informazzjoni u għaldaqstant it-titjib tan-NKK.

(13)Sabiex jiġu mtejba l-prospetti għall-effettività ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali kontra l-ksur ta’ regoli nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva u jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikatifil-prattika b'mod effettiv, li jkunu proporzjonali u li jkollhom effett dissważiv.

(14)Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni f’konnessjoni mal-aġġornar tal-karatteristiki distintivi sabiex fil-lista tal-karatteristiki distintivi jiġu inklużi arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa jew serje ta’ arranġamenti b’reazzjoni għal informazzjoni aġġornata dwar dawk l-arranġamenti jew is-serje ta’ arranġamenti li tirriżulta mill-iżvelar obbligatorju ta’ dawn l-arranġamenti.

(15)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u b’mod partikolari għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet tat-taxxa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tadotta formola standard b’għadd limitat ta’ komponenti, inklużi l-arranġamenti lingwistiċi. Għall-istess raġuni, jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tadotta l-arranġamenti prattiċi neċessarji għat-titjib tad-direttorju ċentrali dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 .

(16)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 . Kwalunkwe proċessar ta’ dejta personali mwettaq fil-qafas ta’ din id-Direttiva jrid jikkonforma mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(17)Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. 

(18)Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern bl-iskoraġġiment tal-użu tal-arranġamenti transkonfinali ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri meta jaġixxu individwalment b’mod mhux koordinat, iżda pjuttost jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-fatt li għandu fil-mira tiegħu skemi li jiġu żviluppati biex potenzjalment jieħdu vantaġġ minn ineffiċjenzi fis-suq li joriġinaw fl-interazzjoni fost regoli tat-taxxa nazzjonali mhux ugwali, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkiseb dak l-għan, b’mod speċjali meta jiġi kkunsidrat li huwa limitat għal arranġamenti ta’ dimensjoni transkonfinali ta’ aktar minn Stat Membru wieħed jew ta’ Stat Membru u pajjiż terz.

(19)Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2011/16/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2011/16/UE hija emendata kif ġej:

(1)L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt 9 huwa emendat kif ġej:

(i)il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)għall-finijiet tal-Artikolu 8(1) u l-Artikoli 8a, 8aa u 8aaa, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni definita minn qabel lil Stat Membru ieħor, mingħajr talba minn qabel, f’intervalli regolari stabbiliti minn qabel. Għall-finijiet tal-Artikolu 8(1), ir-referenza għall-informazzjoni disponibbli hija relatata mal-informazzjoni fil-fajls tat-taxxa tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni, li tista’ tiġi rkuprata f'konformità mal-proċeduri dwar il-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni f’dak l-Istat Membru;”

(ii)il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva minbarra l-Artikolu 8(1) u (3a) u l-Artikoli 8a, 8aa u 8aaa, il-komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni definita minn qabel ipprovduta fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-punt;"

(b)jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“18.“arranġament transkonfinali” tfisser arranġament jew serje ta’ arranġamenti f’aktar minn Stat Membru wieħed jew fi Stat Membru u pajjiż terz fejn tal-anqas tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)mhux il-partijiet kollha għall-arranġament jew għas-serje ta’ arranġamenti huma residenti għal finijiet tat-taxxa fl-istess ġurisdizzjoni;

(b)waħda jew aktar mill-partijiet għall-arranġament jew għas-serje ta’ arranġamenti hija simultanjament residenti għal finijiet tat-taxxa f’aktar minn ġurisdizzjoni waħda;

(c)waħda jew aktar mill-partijiet għall-arranġamenti jew għas-serje ta’ arranġamenti twettaq negozju f’ġurisdizzjoni oħra permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab f’dik il-ġurisdizzjoni u l-arranġament jew is-serje ta’ arranġamenti jiffurmaw parti jew it-totalità tan-negozju ta’ dak l-istabbiliment permanenti;

(d)waħda jew aktar mill-partijiet għall-arranġamenti jew għas-serje ta’ arranġamenti twettaq negozju f’ġurisdizzjoni oħra permezz ta’ stabbiliment permanenti li ma jinsabx f’dik il-ġurisdizzjoni u l-arranġament jew is-serje ta’ arranġamenti jiffurmaw parti jew it-totalità tan-negozju ta’ dak l-istabbiliment permanenti;

(e)tali arranġament jew serje ta’ arranġamenti għandhom impatt relatat mat-taxxa f'tal-anqas żewġ ġurisdizzjonijiet.

19.“arranġament transkonfinali rapportabbli” tfisser kwalunkwe arranġament transkonfinali jew serje ta’ arranġamenti li jissodisfaw tal-anqas waħda mill-karatteristiki distintivi stipulati fl-Anness IV.

20.“karatteristika distintiva” tfisser karatteristika tipika ta’ arranġament jew ta' serje ta’ arranġamenti li hija elenkata fl-Anness IV.

21.“intermedjarji” tfisser kwalunkwe persuna li għandha r-responsabbiltà fil-konfront tal-kontribwent għat-tfassil, il-kummerċjalizzazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-aspetti tat-taxxa ta’ arranġament transkonfinali rapportabbli, jew serje ta’ dawn l-arranġamenti, matul il-provvediment ta’ servizzi relatati mat-tassazzjoni. “Intermedjarji” tfisser ukoll kwalunkwe persuna bħal din li timpenja ruħha li tipprovdi, direttament jew permezz ta’ persuni oħra li għandha relazzjoni magħhom, għajnuna materjali, assistenza jew parir fir-rigward tat-tfassil, il-kummerċjalizzazzjoni, l-organizzazzjoni jew il-ġestjoni tal-aspetti tat-taxxa ta’ arranġament transkonfinali rapportabbli.

Sabiex tkun intermedjarju, persuna għandha tissodisfa tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

(a)tkun inkorporata fil-liġijiet ta’ Stat Membru u/jew regolata minnhom;

(b)tkun residenti għal finijiet tat-taxxa fi Stat Membru;

(c)tkun irreġistrata ma’ assoċjazzjoni professjonali relatata ma’ servizzi legali, ta’ tassazzjoni jew ta’ konsulenza f’tal-anqas Stat Membru wieħed;

(d)tkun ibbażata f'tal-anqas Stat Membru wieħed minn fejn il-persuna teżerċita l-professjoni tagħha jew tipprovdi servizzi legali, ta’ tassazzjoni jew ta’ konsulenza.

22.“kontribwent” tfisser kwalunkwe persuna li tuża arranġament transkonfinali rapportabbli jew serje ta’ tali arranġamenti sabiex tottimizza potenzjalment il-pożizzjoni tat-taxxa tagħha.

23.“intrapriża assoċjata” tfisser kontribwent li huwa relatat ma’ kontribwent ieħor f’tal-anqas wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)kontribwent jipparteċipa fil-ġestjoni ta’ kontribwent ieħor billi jkun f’pożizzjoni li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq il-kontribwent l-ieħor;

(b)kontribwent jipparteċipa fil-kontroll ta’ kontribwent ieħor permezz ta’ parteċipazzjoni li taqbeż l-20 % tad-drittijiet tal-vot;

(c)kontribwent jipparteċipa fil-kapital ta’ kontribwent ieħor permezz ta’ dritt ta' sjieda li, direttament jew indirettament, jaqbeż l-20 % tal-kapital;

Jekk l-istess kontribwenti jipparteċipaw fil-ġestjoni, il-kontroll jew il-kapital ta’ aktar minn kontribwent wieħed, il-kontribwenti kollha kkonċernati għandhom jitqiesu bħala intrapriżi assoċjati.

F’parteċipazzjonijiet indiretti, it-twettiq tar-rekwiżiti taħt il-punti (b) u (c) għandu jiġi stabbilit bil-multiplikazzjoni tar-rati ta’ parteċipazzjoni tul il-livelli suċċessivi. Kontribwent li jkollu iżjed minn 50 % tad-drittijiet tal-vot għandu jitqies li għandu 100 %.

Individwu, il-konjuġi tiegħu u l-axxendenti jew id-dixxendenti diretti tiegħu għandhom jiġu ttrattati bħala kontribwent wieħed."

(2)fit-Taqsima II tal-Kapitolu II jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 8aaa

Kamp ta’ applikazzjoni u kundizzjonijiet għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni dwar arranġamenti transkonfinali rapportabbli

1.Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jitlob lill-intermedjarji jippreżentaw informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti dwar arranġament transkonfinali lrapportabbli jew serje ta’ dawn l-arranġamenti fi żmien ħamest ijiem ta' ħidma, li jibdew fil-jum ta' wara li l-arranġament transkonfinali rapportabbli jew serje ta’ arranġamenti bħal dawn ikunu saru disponibbli għall-implimentazzjoni mill-intermedjarju għal kontribwent wieħed jew aktar wara kuntatt ma’ dak il-kontribwent jew dawk il-kontribwenti, jew jekk l-ewwel pass f’serje ta’ arranġamenti jkun diġà ġie implimentat.

2.Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jagħti lill-intermedjarji d-dritt ta’ rinunzja mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar arranġament transkonfinali rapportabbli jew serje ta’ dawn l-arranġamenti fejn ikunu intitolati għal privileġġ professjonali legali skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni dwar dan l-arranġament jew is-serje ta’ arranġamenti għandu jkun ir-responsabbiltà tal-kontribwent u l-intermedjarji għandhom jinfurmaw lill-kontribwenti b'din ir-responsabbiltà minħabba l-privileġġ.

L-intermedjarji jistgħu jkunu intitolati biss għal rinunzja skont l-ewwel subparagrafu sal-punt li joperaw fil-limiti tal-liġijiet nazzjonali rilevanti li jiddefinixxu l-professjonijiet tagħhom.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li, fejn ma jkun hemm l-ebda intermedjarju fis-sens tal-punt 21 tal-Artikolu 3, l-obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni dwar arranġament transkonfinali rapportabbli jew serje ta’ dawn l-arranġamenti għandu jkun ir-responsabbiltà tal-kontribwent. Il-kontribwent għandu jippreżenta informazzjoni fi żmien ħamest ijiem ta' ħidma, li jibdew fil-jum ta' wara li jkun ġie implimentat l-arranġament transkonfinali rapportabbli jew is-serje ta’ dawn arranġamenti jew l-ewwel pass f’serje ta’ dawn l-arranġamenti.

3.Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li, fejn aktar minn intermedjarju wieħed ikun involut f’arranġament transkonfinali lrapportabbli jew serje ta’ arranġamenti bħal dawn, l-intermedjarju biss li jkollu r-responsabbiltà fil-konfront tal-kontribwent għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-arranġament jew is-serje ta’ arranġamenti għandu jippreżenta informazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li, fejn l-obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni dwar arranġament transkonfinali rapportabbli jew serje ta’ dawn l-arranġamenti jkun ir-responsabbiltà tal-kontribwent u arranġament jew serje wieħed ta’ dawn l-arranġamenti jintuża minn aktar minn kontribwent wieħed li jkunu intrapriżi assoċjati, il-kontribwent biss li jkun responsabbli sabiex jiftiehem fuq l-arranġament jew fuq is-serje ta’ arranġamenti mal-intermedjarju għandu jippreżenta l-informazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1.

4.Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jitlob lill-intermedjarji u l-kontribwenti jippreżentaw informazzjoni dwar arranġamenti transkonfinali rapportabbli li ġew implimentati bejn [data tal-ftehim politiku] u l-31 ta’ Diċembru 2018. L-intermedjarji u l-kontribwenti, kif xieraq, għandhom jippreżentaw informazzjoni dwar dawk l-arranġamenti transkonfinali rapportabbli sal-31 ta’ Marzu 2019.

5.L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fejn ġiet ippreżentata l-informajzzoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, tikkomunika l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha, f'konformità mal-arranġamenti prattiċi adottati skont l-Artikolu 21(1).

6.L-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata minn Stat Membru skont il-paragrafu 5 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)l-identifikazzjoni ta’ intermedjarji u kontribwenti, inklużi isimhom, ir-residenza tagħhom għal finijiet tat-taxxa, u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-kontribwent (TIN) u, fejn xieraq, il-persuni li huma intrapriżi assoċjati għall-intermedjarju jew il-kontribwent;

(b)id-dettalji tal-karatteristiki distintivi stipulati fl-Anness IV li minħabba fihom għandhom jiġu rappurtati l-arranġamenti transkonfinali jew is-serje ta’ dawn l-arranġamenti;

(c)sommarju tal-kontenut tal-arranġament transkonfinali rapportabbli jew is-serje ta’ dawn l-arranġamenti, inkluża referenza għall-isem li bih huma magħrufin b'mod komuni, jekk ikun hemm, u deskrizzjoni f’termini astratti tal-attivitajiet jew l-arranġamenti ta’ negozju rilevanti, mingħajr ma jirriżulta fl-iżvelarta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali, jew ta' proċess kummerċjali, jew ta' informazzjoni li l-iżvelar tagħha jmur kontra l-ordni pubblika;

(d)id-data li fiha għandha tinbeda jew li fiha bdiet l-implimentazzjoni tal-arranġament transkonfinali rapportabbli jew tal-ewwel pass f’serje ta’ dawn l-arranġamenti;

(e)id-dettalji tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tat-taxxa li l-applikazzjoni tagħhom toħloq benefiċċju fuq it-taxxa, jekk applikabbli;

(f)il-valur tat-tranżazzjoni jew is-serje ta’ tranżazzjonijiet inklużi f’arranġament transkonfinali rapportabbli jew serje ta’ dawn l-arranġamenti;

(g)l-identifikazzjoni tal-Istati Membri l-oħra li huma involuti, jew li x’aktarx ikunu kkonċernati mill-arranġament transkonfinali rapportabbli jew minn serje ta’ dawn l-arranġamenti;

(h)l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe persuna fl-Istati Membri l-oħra, jekk ikun hemm, li x’aktarx tiġi affettwata mill-arranġament transkonfinali rapportabbli jew minn serje ta’ dawn l-arranġamenti, li tindika ma' liema Stati Membri huma konnessi l-intermedjarji jew il-kontribwenti affettwati.

7.Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inklużi miżuri biex tiġi standardizzata l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, bħala parti mill-proċedura li tistabbilixxi l-formola standard prevista fl-Artikolu 20(5).

8.Il-Kummissjoni ma għandux ikollha aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (c) u (h) tal-paragrafu 6.

9.L-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni għandu jseħħ fi żmien xahar mill-aħħar perjodu ta' tliet xhur li fih ġiet ippreżentata l-informazzjoni. L-ewwel informazzjoni għandha tiġi komunikata sa tmiem l-ewwel kwart tal-2019.”.

(3)fl-Artikolu 20, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.Il-Kummissjoni għandha tadotta formoli standard, inklużi l-arranġamenti lingwistiċi, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2), fil-każijiet li ġejjin:

(a)għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali u arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta' trasferiment skont l-Artikolu 8a qabel l-1 ta’ Jannar 2017;

(b)għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar arranġamenti transkonfinali rapportabbli skont l-Artikolu 8aaa qabel l-1 ta’ Jannar 2019.

Dawk il-formoli standard ma għandhomx jeċċedu l-komponenti għall-iskambju ta’ informazzjoni elenkati fl-Artikoli 8a(6) u 8aaa(6), u tali oqsma relatati oħra li huma konnessi ma’ dawn il-komponenti li huma meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet tal-Artikolu 8a u 8aaa rispettivament.

L-arranġamenti lingwistiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jipprekludu lill-Istati Membri milli jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 8a u 8aaa fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Madankollu, dawk l-arranġamenti lingwistiċi jistgħu jipprevedu li l-elementi ewlenin ta’ tali informazzjoni jintbagħtu wkoll b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.”.

(4)fl-Artikolu 21, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2017, tiżviluppa u tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku għal direttorju ċentrali sikur tal-Istati Membri dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8a għandha tiġi rreġistrata sabiex jiġi ssodisfat l-iskambju awtomatiku previst f’dawk il-paragrafi.

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2018, tiżviluppa u tipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku għal direttorju ċentrali sikur tal-Istati Membri dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni fejn l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata fil-qafas tal-paragrafi 5 , 6 u 7 tal-Artikolu 8aaa għandha tiġi rreġistrata sabiex jiġi ssodisfat l-iskambju awtomatiku previst f’dawk il-paragrafi.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f'dak id-direttorju. Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll aċċess għall-informazzjoni rreġistrata f’dak id-direttorju, iżda fil-limitazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8a(8) u 8aaa(8). L-arranġamenti prattiċi meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

Sakemmdak id-direttorju ċentrali sikur isir operattiv, l-iskambju awtomatiku previst fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8a u l-paragrafi 5, 6 u 7 tal-Artikolu 8aaa għandu jitwettaq f'konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-arranġamenti prattiċi applikabbli.”.

(5)fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw valutazzjoni annwali lill-Kummissjoni dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni msemmi fl-Artikoli 8, 8a, 8aa u 8aaa kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-forma u l-kundizzjonijiet tal-komunikazzjoni għal dik il-valutazzjoni annwali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).”.

(6)fil-Kapitolu V, jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 23aa

Emendi għall-Anness IV

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26a biex temenda l-Anness IV, sabiex tinkludi fil-lista tal-karatteristiki distintivi, arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa jew serje ta’ arranġamenti bħala reazzjoni għal informazzjoni aġġornata dwar dawk l-arranġamenti jew is-serje ta’ arranġamenti li tirriżulta mill-iżvelarobbligatorju ta’ dawn l-arranġamenti.”.

(7)l-Artikolu 25a huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 25a

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u dwar l-Artikoli 8aa u 8aaa, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.”.

(8)fil-Kapitolu VII, jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 26a

Eżerċitar tad-delega

1.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 23aa għal perjodu ta' żmien indeterminat li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 23aa tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Kunsill.

5.Att delegat adottat skont l-Artikolu 23aa għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn ta’ notifika ta’ dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill jinforma lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjona. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill.

Artikolu 26aa

Notifika lill-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat dwar l-adozzjoni tal-atti delegati mill-Kummissjoni, dwar kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom u dwar ir-revoka ta’ delega tas-setgħat mill-Kunsill.”.

(9)Jiżdied l-Anness IV, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2019.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir dik ir-referenza.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam ta’ politika kkonċernat fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Għanijiet

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod ta’ ġestjoni ppjanat

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta' partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti transkonfinali rapportabbli

1.2.Qasam ta’ politika kkonċernat fl-istruttura ABM/ABB 31  

14

14.03

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 32  

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għan

1.4.1.L-għan strateġiku pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017 jelenka “Tassazzjoni Aktar Ġusta tal-Kumpaniji” fost il-prijoritajiet tiegħu. Wieħed mill-punti li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-tema huwa “l-implimentazzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-UE tal-ftehim internazzjonali dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS) (leġiżlattiv/mhux leġiżlattiv, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt)”. Il-proposta preżenti għall-iżvelar obbligatorju ta’ informazzjoni dwar arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa tiddependi fil-parti l-kbira tagħha fuq is-sejbiet u d-dejta tal-Azzjoni 12 tal-proġett tal-OECD dwar il-BEPS dwar l-Iżvelar Obbligatorju.

1.4.2.Għan speċifiku u attività ABM/ABB ikkonċernata

Għan speċifiku

L-għan tal-leġiżlazzjoni proposta huwa li jiżdiedu t-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni fi stadju bikri, peress li dan jenħtieġ li jippermetti lill-awtoritajiet itejbu l-veloċità u l-preċiżjoni tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom u jieħdu deċiżjonijiet f’waqthom u infurmati dwar kif jipproteġu d-dħul mit-taxxa tagħhom. Jiġifieri, jekk l-awtoritajiet tat-taxxa jirċievu informazzjoni dwar arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa qabel ma dawn jiġu implimentati, jenħtieġ li jkunu jistgħu jintraċċaw l-arranġamenti u jirreaġixxu għar-riskji tat-taxxa li joħolqu billi jieħdu miżuri xierqa biex irażżnuhom. Għaldaqstant, idealment jenħtieġ li l-informazzjoni tinkiseb bil-quddiem, jiġifieri qabel ma jiġi implimentat u/jew użat arranġament. Dan jippermetti lill-awtoritajiet jivvalutaw f’waqtu r-riskju ta’ dawn l-arranġamenti u jekk ikun meħtieġ, jirreaġixxu biex jeliminaw il-lakuni u jipprevjenu t-telf mid-dħul mit-taxxa. L-għan aħħari huwa li jiġi mfassal mekkaniżmu li jkollu effett ta’ deterrent; jiġifieri, mekkaniżmu li jiskoraġġixxi lill-intermedjarji milli jfasslu u jikkummerċjalizzaw dawn l-arranġamenti.

Attività ABM/ABB ikkonċernata

ABB 3

1.4.3.Riżultat u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-ewwel nett, l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar informazzjoni żvelata dwar arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa jfisser li l-Istati Membri kollha se jkunu jistgħu jivvalutaw b’mod xieraq jekk xi arranġament jew serje ta’ arranġamenti humiex se jħallu impatt fuqhom (anki jekk mhux b’mod intenzjonat) u jiddeċiedu jekk jirreaġixxux skont dan.

It-tieni nett, il-fatt li hemm aktar trasparenza fir-rigward ta’ arranġamenti potenzjalment aggressivi jenħtieġ li joħloq inċentiv akbar biex ikun żgurat li l-kompetizzjoni tat-taxxa ssir aktar ġusta. Barra minn hekk, l-iżvelar obbligatorju u l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar arranġamenti ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa jenħtieġ li jiskoraġġixxi lill-intermedjarji u lill-kontribwenti milli jippromwovu u jinvolvu ruħhom rispettivament fl-ippjanar aggressiv tat-taxxa, ladarba l-awtoritajiet tat-taxxa ta’ aktar minn Stat Membru wieħed issa se jkollhom l-informazzjoni biex jiskoraġġixxu u jirreaġixxu għal dawn il-prattiki ta’ ppjanar tat-taxxa.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Il-proposta se tiġi rregolata mir-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/16/UE li qed temenda fir-rigward ta’ dan li ġej: i) il-forniment annwali mill-Istati Membri ta’ statistika dwar l-iskambju ta’ informazzjoni; u ii) il-preżentazzjoni ta’ rapport mill-Kummissjoni abbażi ta’ dik l-istatistika, inkluż dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit li jrid jiġi ssodisfat fuq terminu qasir jew twil

Id-Direttiva 2011/16/UE dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva se tiġi emendata biex timponi obbligu primarju fuq intermedjarji, u bħala proċedura ta’ riżerva, fuq il-kontribwenti biex jiżvelaw arranġamenti ta’ ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa lill-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom. Imbagħad, dawn l-awtoritajiet se jikkondividu l-informazzjoni tagħhom mal-Istati Membri l-oħra permezz ta’ sistema ta’ skambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet se jkunu mitluba jippreżentaw l-informazzjoni żvelata f’direttorju ċentrali li l-Istati Membri kollha se jkollhom aċċess għalih. Il-Kummissjoni se tingħata aċċess limitat għad-Direttorju sabiex ikun żgurat li tista’ tkun infurmata b’mod suffiċjenti biex timmonitorja l-funzjonament tad-Direttiva.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-involviment tal-UE fl-iżvelar se ġġib valur miżjud, kif imqabbel ma’ inizjattivi ta’ Stat Membru individwali fil-qasam. Dan għaliex, b’mod speċjali jekk ikun akkumpanjat minn skambju ta’ informazzjoni, l-iżvelar ta’ arranġamenti ta’ ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa jippermetti lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa jiksbu l-istampa sħiħa tal-impatt ta’ tranżazzjonijiet transkonfinali fuq il-bażi tat-taxxa globali. L-UE hija għaldaqstant f’pożizzjoni aħjar minn kwalunkwe Stat Membru individwali li tiżgura l-effettività u l-kompletezza tas-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Fl-Irlanda, il-Portugall u r-Renju Unit (UK) joperaw skemi għall-iżvelar obbligatorju ta’ skemi ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa. Mid-dejta ppubblikata fir-Renju Unit, jirriżulta li l-Gvern uża informazzjoni li kiseb biex jintroduċi firxa ta’ miżuri kontra l-evitar tat-taxxa kull sena. Mill-2004, ġie promulgat total ta’ 49 miżura, li permezz tagħhom twaqqfu GBR 12-il biljun f’opportunitajiet ta’ evitar. Her Majesty's Revenue and Customs (HMRC - l-Uffiċċju tat-Taxxi u d-Dwana tal-Maestà Tagħha) innota li kien hemm evidenza empirika konsiderevoli li DOTAS biddel l-ekonomija tal-evitar.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Peress li l-proposta hija maħsuba biex temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva, il-proċeduri, l-arranġamenti u l-għodod tal-IT li diġà huma stabbiliti jew li qegħdin jiġu żviluppati fil-kuntest ta’ dik id-Direttiva se jkunu disponibbli biex jintużaw għall-finijiet ta’ din il-proposta.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

 Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija mill-2017 sal-2021,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod ta’ ġestjoni ppjanat 33  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Din il-proposta tibni fuq il-qafas u s-sistemi eżistenti għall-iskambu awtomatiku ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali li ġew żviluppati skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/16/UE fil-kuntest ta’ emenda preċedenti. Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, għandhom jiżviluppaw forom u formati standardizzati għall-iskambju ta’ informazzjoni permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni. Fir-rigward tan-netwerk komuni ta’ komunikazzjoni (NKK) li jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni hija responsabbli għall-iżvilupp ta’ dan in-netwerk u l-Istati Membri se jimpenjaw ruħhom biex joħolqu l-infrastruttura domestika xierqa li tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni permezz tan-netwerk komuni ta’ komunikazzjoni.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li:

- Jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali dwar l-effettività tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikoli 8, 8a, 8aa (u l-8aaa propost) kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba;

- Jipprovdu lista ta’ dejta statistika li hija determinata mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura tal-Artikolu 26(2) (miżuri ta’ implimentazzjoni), għall-evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Fl-Artikolu 27 tad-Direttiva dwar il-kooperazzjoni amministrattiva (DAC), il-Kummissjoni impenjat ruħha li tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tad-DAC kull ħames snin, li jibdew wara l-1 ta’ Jannar 2013. Ir-riżultati ta’ din il-proposta (li temenda d-DAC) se jiġu inklużi fir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li se jinħareġ sal-1 ta’ Jannar 2023.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju identifikat

Ġew identifikati r-riskji potenzjali li ġejjin:

- Peress li l-istruttura u l-karatteristiċi tal-iskemi ta’ ppjanar tat-taxxa jevolvu b’mod kostanti, li jista’ jirriżulta f’sitwazzjoni fejn xi wħud mill-karatteristiki distintivi jiskadu fis-snin li ġejjin, id-Direttiva tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex taġġorna l-lista ta’ karatteristiki distintivi sabiex tinkludi arranġamenti ta’ ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa abbażi ta’ informazzjoni ġdida miksuba mill-iżvelar obbligatorju ta’ dawn l-arranġamenti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 26a u għandha temenda l-Anness.

- L-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jipprovdu lill-Kummissjoni b’dejta statistika li se tkun il-bażi tal-evalwazzjoni tad-Direttiva. Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tippreżenta rapport ibbażat fuq din id-dejta kull ħames snin.

- Rigward, b’mod speċifiku, l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni, l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jikkomunikaw lill-Kummizzjoni valutazzjoni annwali tal-effettività ta’ dan l-iskambju.

2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġie stabbilita

Biex timmonitorja l-applikazzjoni kif suppost tad-Direttiva, il-Kummissjoni jkollha aċċess limitat għad-Direttorju Ċentrali fejn l-Istati Membri se jippreżentaw informazzjoni dwar skemi ta’ ppjanar transkonfinali u potenzjalment aggressiv tat-taxxa.

Il-programm ta’ azzjoni Komunitarju biex itejjeb is-sistemi ta’ tassazzjoni indiretta tas-suq intern (Fiscalis) se jappoġġa s-sistema ta’ kontroll intern, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-11 ta’ Diċembru 2013, billi jipprovdi fondi għal dan li ġej:

- Azzjonijiet Konġunti (eż. fil-forma ta’ gruppi ta’ proġetti);

- il-bini ta’ Sistemi tal-Informazzjoni Ewropej.

L-elementi ewlenin tal-istrateġija ta’ kontroll huma:

Kuntratti ta’ akkwist

Il-proċeduri ta’ kontroll għal akkwist definiti fir-Regolament Finanzjarju: kull kuntratt ta’ akkwist jiġi stabbilit wara l-proċedura stabbilita ta’ verifika mis-servizzi tal-Kummissjoni għal pagament, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-obbligi kuntrattwali u l-ġestjoni finanzjarja u ġenerali b'saħħitha. Miżuri kontra l-frodi (kontrolli, rapporti, eċċ) huma previsti fil-kuntratti kollha konklużi bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarji. It-termini dettaljati ta’ referenza jiġu abbozzati u jiffurmaw il-bażi ta’ kull kuntratt speċifiku. Il-proċess ta’ aċċettazzjoni jsegwi b’mod strett il-metodoloġija TAXUD TEMPO: ir-riżultati jiġu rieżaminati, u jekk ikun meħtieġ emendati u finalment aċcettati (jew miċħuda) b’mod espliċitu. Ma tista’ titħallas l-ebda fattura mingħajr “ittra ta’ aċcettazzjoni”.

Verifika teknika ta’ akkwist

Id-DĠ TAXUD iwettaq kontrolli fuq ir-riżultati u jissorvelja l-operat u s-servizzi mwettqa mill-kuntratturi. Iwettaq ukoll aditjar tal-kwalità u s-sigurtà tal-kuntratturi tagħhom fuq bażi regolari. L-awditjar tal-kwalità jivverifika l-konformità tal-proċessi effettivi tal-kuntratturi mar-regoli u l-proċeduri ddefiniti fil-pjanijiet ta’ kwalità tagħhom. L-awditjar tas-sigurtà jiffoka fuq il-proċessi speċifiċi, il-proċeduri u l-istabbiliment.

Minbarra l-kontrolli ta’ hawn fuq, id-DĠ TAXUD iwettaq il-kontrolli finanzjarji tradizzjonali:

Verifiki ex ante tal-impenji

L-impenji kollha fid-DĠ TAXUD jiġu verifikati mill-Kap tal-Unità tal-HR u tal-Finanzi. B’riżultat ta' dan, 100 % tal-ammonti impenjati jiġu koperti mill-verifika ex ante. Il-proċedura tagħti livell għoli ta’ garanzija fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

Verifika ex ante tal-pagamenti

100 % tal-pagamenti huwa verifikati ex ante. Barra minn hekk, tal-inqas pagament wieħed (mill-kategoriji kollha ta’ nfiq) kull ġimgħa jintgħażel b’mod każwali għal verifika ex ante mwettqa mill-kap tal-Unità tal-HR u tal-Finanzi. Ma hemm l-ebda mira għal dak li jirrigwarda l-kopertura, billi l-għan ta’ din il-verifika huwa l-iċċekkjar “każwali” tal-pagamenti sabiex jiġi verifikat li l-pagamenti kollha jkunu preparati f’konformità mar-rekwiżiti. Il-pagamenti li jifdal jiġu pproċessati skont ir-regoli fis-seħħ kuljum.

Id-Dikjarazzjonijiet tal-Uffiċjali ta’ Awtorizzazzjoni b’Sottodelegazzjonijiet (AOSD)

L-Uffiċjali ta’ Awtorizzazzjoni b’Sottodelegazzjoni kollha jiffirmaw dikjarazzjonijiet li jappoġġaw ir-Rapport tal-Attività Annwali għas-sena kkonċernata. Dawn id-dikjarazzjonijiet ikopru l-operazzjonijiet skont il-programm. L-AOSD jiddikjaraw li l-operazzjonijiet konnessi mal-implimentazzjoni tal-baġit ikunu twettqu f'konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda, li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll stabbiliti jkunu pprovdew garanzija sodisfaċenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet u li r-riskji assoċjati ma’ dawn l-operazzjonijiet ikunu ġew identifikati tajjeb u rrapportati u li l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni jkunu ġew implimentati.

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ errur

Il-kontrolli stabbiliti jippermettu li d-DĠ TAXUD ikollu garanzija biżżejjed tal-kwalità u tar-regolarità tal-infiq u jnaqqas ir-riskju ta’ nonkonformità. Il-miżuri tal-istrateġija tal-kontroll ta’ hawn fuq inaqqsu r-riskji potenzjali taħt il-mira ta’ 2 % u jilħqu lill-benefiċjarji kollha. Kwalunkwe miżura addizzjonali għat-tnaqqis ulterjuri tar-riskju tirriżulta f'kostijiet sproporzjonalment għoljin u għaldaqstant mhumiex previsti li jsiru.

Il-kostijiet ġenerali involuti sabiex tiġi implimentata l-istrateġija ta’ kontroll ta’ hawn fuq – għall-infiq kollu skont il-programm Fiscalis 2020 – huma limitati għal 1.6 % tat-total tal-pagamenti magħmula. Dan il-proporzjon mhuwiex mistenni li jinbidel għal din l-inizjattiva.

Il-programm tal-istrateġija ta’ kontroll jillimita r-riskju ta’ nonkonformità għal prattikament żero u huwa wkoll proporzjonat mar-riskji involuti.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, fosthom verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, f'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 35 bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi tip ta’ attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

14.03.01

Diff./Mhux diff 36 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 37

mill-pajjiżi kandidati 38

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1A – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

Titjib tal-funzjonament xieraq tas-sistemi tat-tassazzjoni

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.SS.SS.SS]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

[Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża  l-ispreadsheet dwar id-dejta baġitarja ta’ natura amministrattiva  (it-tieni dokument fl-anness ta’ din id-dikjarazzjoni finanzjarja) u tittella’ fis-CISNET għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.]

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

1A

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

DĠ: TAXUD

Sena
N 39

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Sena
N+4

Sena
N+5

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Numru tal-linja baġitarja 14.03.01

Impenji

(1)

0.060

0.260

0.060

0.050

0.050

0.480

Pagamenti

(2)

0.060

0.260

0.060

0.050

0.050

0.480

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2 a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi 40  

Numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ TAXUD

Impenji

=1+1a +3

0.060

0.260

0.060

0.050

0.050

0.480

Pagamenti

=2+2a

+3

0.060

0.260

0.060

0.050

0.050

0.480






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0.060

0.260

0.060

0.050

0.050

0.480

Pagamenti

(5)

0.000

0.060

0.260

0.060

0.050

0.050

0.480

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 1A
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0.060

0.260

0.060

0.050

0.050

0.480

Pagamenti

=5+ 6

0.000

0.060

0.260

0.060

0.050

0.050

0.480

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0.060

0.260

0.060

0.050

0.050

0.480

Pagamenti

(5)

0.000

0.060

0.260

0.060

0.050

0.050

0.480

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta' referenza)

Impenji

=4+ 6

0.060

0.260

0.060

0.050

0.050

0.480

Pagamenti

=5+ 6

0.000

0.060

0.260

0.060

0.050

0.050

0.480





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Total tan-nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Sena
N+4

TOTAL

DĠ: TAXUD

• Riżorsi umani

0.069

0.069

0.028

0.014

0.014

0.194

• Nefqa amministrattiva oħra

0.004

0.004

0.002

0.001

0.001

0.012

TOTAL għad-DĠ TAXUD

Approprjazzjonijiet

0.073

0.073

0.030

0.015

0.015

0.206

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0.073

0.073

0.030

0.015

0.015

0.206

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 41

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Sena
N+4

Sena
N+5

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0.133

0.333

0.090

0.065

0.065

0.686

Pagamenti

0.073

0.133

0.290

0.075

0.065

0.050

0.686

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Sena

N+4

TOTAL

OUTPUTS

Tip 42

Kost medju

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 43 ...

Speċifikazzjonijiet

0.060

0.060

0.120

Żvilupp

0.140

0.140

Manutenzjoni

0.020

0.010

0.010

0.040

Appoġġ

0.020

0.020

0.020

0.020

0.080

Taħriġ

-

ITSM (Infrastruttura, ospitar, liċenzji, eċċ.),

0.040

0.020

0.020

0.020

0.100

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1

0.060

0.260

0.060

0.050

0.050

0.480

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

0.060

0.260

0.060

0.050

0.050

0.480

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 44

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Sena
N+4

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0.069

0.069

0.028

0.014

0.014

0.194

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0.004

0.004

0.002

0.001

0.001

0.012

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0.073

0.073

0.030

0.015

0.015

0.206

Barra mill-INTESTATURA 5 45
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0.073

0.073

0.030

0.015

0.015

0.206

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Sena N+4

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0.5

0.5

0.2

0.1

0.1

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 46

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  47

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTAL

0.5

0.5

0.2

0.1

0.1

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Preparazzjoni ta’ laqgħat u korrispondenza mal-Istati Membri; ħidma fuq formoli, formats tal-IT u d-Direttorju Ċentrali;

Kuntrattar ta’ kuntratturi esterni biex jagħmlu xogħol fuq is-sistema tal-IT.

Persunal estern

Mhux Applikabbli

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta' partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 48

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1–29).
(2) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(3)

   Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta’ natura jew effett simili ( 2016/2038(INI) ) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2016- 0310+0+DOC+XML+V0//EN

(4) Il-Kunsill Informali tal-ECOFIN tat-22 ta’ April 2016.
(5) Il-Proġett tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-bażi tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti – BEPS (2015): " Abbozz ta’ Diskjussjoni Pubblika dwar l-Azzjoni 12 tal-BEPS: Regoli ta’ Żvelar Obbligatorju ". Għal aktar kjarifiki ara wkoll l-entrata fil-glossarju.
(6) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2016), Konklużjonijiet dwar il-“ Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Esterna għal Tassazzjoni Effettiva u Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra l-abbuż tat-trattat dwar it-taxxa − Konklużjonijiet tal-Kunsill ”, 25.5.2016 (Mejju 2016 Konklużjonijiet ECOFIN).
(7) Konklużjonijiet tal-ECOFIN ta' Mejju 2016, punt 12.
(8) Il-prijoritajiet tal-G20: https://www.g20.org/Webs/G20/EN/G20/Agenda/agenda_node.html  
(9) Il-Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni dwar miżuri ulterjuri biex jittejbu t-trasparenza u l-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, COM(2016) 451 final , 5.7.2016 (Komunikazzjoni Panama).
(10) Id-Direttiva tal-Kunsill (EU) 2011/16 tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1977 dwar assistenza reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u t-taxxi fuq premiums tal-assigurazzjoni (ĠU L 336, 27.12.1977, pp. 15-20).
(12) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2014/107 tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.2.2014, p. 1).
(13) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 tat-8 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 1).
(14) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 tal-25 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 146, 3.6.2016, p. 8).
(15) Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva 2016/0107 (COD) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2016 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat.
(16) Xi wħud minn dawn il-ftehimiet li jikkonċernaw ċerti pajjiżi terzi Ewropej huma konklużi mill-Unjoni.
(17) http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/?fuseaction=ia&language=mt
(18) http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/?fuseaction=ia&language=mt  
(19) ĠU C , , p. .
(20) ĠU C , , p. .
(21) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2011/16 tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).
(22) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2014/107 tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.2.2014, p. 1).
(23) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 tat-8 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 1).
(24) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 tal-25 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 146, 3.6.2016, p. 8).
(25) Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/2258 tas-6 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (ĠU L 342, 16.12.2016, p. 1).
(26) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(27) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2014/107 tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.2.2014, p. 1).
(28) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(29) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(30) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(31) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(32) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(33) Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(34) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), ĠU L 136 p. 1, 31.5.1999.
(35)    Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra, ĠU L 292 p. 2, 15.11.96.
(36) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux-diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(37) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(38) Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(39) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(40) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(41) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(42) L-outputs huma prodotti u servizzi li jridu jiġu fornuti (eż.: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ kilometri ta’ toroq mibnija. eċċ.).
(43) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għanijiet speċifiċi...”.
(44) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(45) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(46) AC = Aġent Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.
(47) Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
(48) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 21.6.2017

COM(2017) 335 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill

li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti transkonfinali rapportabbli

{SWD(2017) 236 final}
{SWD(2017) 237 final}


“ANNESS IV
KARATTERISTIKI DISTINTIVI

Il-karatteristiki distintivi ġeneriċi u speċifiċi fil-kategorija B jistgħu jisqiesu biss meta jissodisfaw “il-kriterju tal-vantaġġ prinċipali”.

Il-kriterju tal-vantaġġ prinċipali

Il-kriterju se jiġi ssodisfat jekk il-vantaġġ prinċipali ta’ arranġament jew ta’ serje ta’ arranġamenti huwa li jikseb vantaġġ fuq it-taxxa jekk jista’ jiġi stabbilit li l-vantaġġ huwa r-riżultat li wieħed jista’ jistenna li jikseb minn dan l-arranġament, jew minn serje ta’ arranġamenti, inkluż billi jieħu vantaġġ tal-mod speċifiku li l-arranġament jew is-serje ta’ arranġamenti huma strutturati.

A.    Karatteristiki distintivi ġeneriċi

1.Arranġament jew serje ta’ arranġamenti fejn il-kontribwent jintrabat li jikkonforma ma’ kundizzjoni ta’ kunfidenzjalità li tista’ tirrikjedi li ma jiżvelax kif l-arranġament jista’ jikseb benefiċċju fuq it-taxxa fil-konfront ta’ intermedjarji oħra jew tal-awtoritajiet tat-taxxa.

2.Arranġament jew serje ta’ arranġamenti fejn l-intermedjajrju huwa intitolat li jirċievi ħlas (jew imgħax, remunerazzjoni għall-kostijiet finanzjarji u għal spejjeż oħra) għall-arranġament jew għal serje ta’ arranġamenti u li dan il-ħlas ikun stabbilit b’referenza għal:

(a)l-ammont ta’ benefiċċju fuq it-taxxa miksub mill-arranġament jew minn serje ta’ arranġamenti; jew

(b)jekk il-benefiċċju fuq it-taxxa jinkisibx jew le mill-arranġament jew minn serje ta’ arranġamenti. Dan ikun jinkludi obbligu fuq l-intermedjarju ta’ rifużjoni parzjali jew sħiħa tal-ħlas jekk il-benefiċċju maħsub fuq it-taxxa, miksub mill-arranġament jew minn serje ta’ arranġamenti ma jinkisibx parzjalment jew sħiħ.

3.Arranġament jew serje ta’ arranġamenti li jinvolvu l-użu ta’ dokumentazzjoni standardizzata inklużi l-formoli standard. Id-dokumentazzjoni hija komunement disponibbli għal aktar minn kontribwent wieħed u ma tridx tkun imfassla apposta biex il-kontribwent ikun jista’ jimplimenta l-arranġament jew is-serje ta’ arranġamenti.

B.    Karatteristiki distintivi speċifiċi li jistgħu jkunu relatati mal-kriterju tal-vantaġġ prinċipali

1.Arranġament jew serje ta’ arranġamenti li permezz tagħhom il-kontribwent juża t-telf biex inaqqas l-obbligazzjoni tat-taxxa, anke bit-trasferiment ta’ dak it-telf f’ġurisdizzjoni oħra jew bl-aċċellerazzjoni fl-użu ta’ dak it-telf.

2.Arranġament jew serje ta’ arranġamenti li għandhom l-effett li jikkonvertu l-introjtu f’kapital, donazzjoni jew kategoriji oħra ta’ dħul li huma ntaxxati f’livell aktar baxx.

3.Arranġament jew serje ta’ arranġamenti li jinkludu tranżazzjonijiet ċirkolari (circular transactions) li jirriżultaw mir-round-tipping ta’ fondi, b’mod partikolari bl-involviment ta’ entitajiet intermedjajri mingħajr l-ebda funzjoni jew tranżazzjoni primarja kummerċjali oħra li jikkumpensaw jew jikkanċellaw lil xulxin jew li għandhom karatteristiċi simili oħra.

C.    Karatterstiki distintivi speċifiċi relatati mat-tranżazzjonijiet transkonfinali

1.Arranġament jew serje ta’ arranġamenti li jinvolvu arranġamenti transkonfinali li jistgħu jitnaqqsu magħmula bejn żewġ partijiet relatati jew aktar fejn isseħħ mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)ir-riċevitur mhuwiex residenti għal finijiet ta’ taxxa fl-ebda ġurisdizzjoni tat-taxxa;

(b)għalkemm ir-riċevitur huwa residenti f’ġursidizzjoni għal finijiet ta’ taxxa, dik il-ġurisdizzjoni:

i.ma timponi l-ebda taxxa korporattiva; jew

ii.timponi taxxa korporattiva b’rata tat-taxxa żero jew b’rata tat-taxxa korporattiva statutorja inqas minn nofs il-medja tar-rata tat-taxxa korporattiva statutorja fl-Unjoni, kif tkun tinsab fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti; jew

iii.tiġi inkluża f’lista ta’ ċerti ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li ġew ivvalutati mill-Istati Membri b’mod kollettiv jew fi ħdan il-qafas ta’ organizzazzjoni internazzjonali li jitqiesu li għandhom sistemi tat-taxxa dannużi.

(c)il-pagament jibbenefika mill-eżenzjoni parzjali jew sħiħa mit-taxxa f’ġurisdizzjoni fejn ir-riċevitur huwa residenti għal finijiet ta’ taxxa;

(d)il-pagament jibbenefika minn sistema tat-taxxa preferenzjali f’ġurisdizzjoni fejn ir-riċevitur huwa residenti għal finijiet ta’ taxxa;

(e)hemm diskrepanza fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2016/1164 fir-rigward tad-diskrepanzi ibridi ma’ pajjiżi terzi, li ġiet adottata mill-Kunsill tal-Ministri fit-23 ta’ Mejju 2017.

2.L-istess assi huma soġġetti għal deprezzament f’aktar minn ġurisdizzjoni waħda.

3.Aktar minn kontribwent wieħed jista’ jitlob il-ħelsien mit-tassazzjoni doppja fir-rigward tal-istess element ta’ introjtu f’ġurisdizzjonijiet differenti.

4.Hemm arranġament jew serje ta’ arranġamenti li jinkludu t-trasferimenti ta’ assi u fejn hemm differenza materjali fl-ammont li qed jiġi trattat bħala pagabbli, b’kunsiderazzjoni tal-assi involuti f’dawk il-ġurisdizzjonijiet.

D.    Karatterstiki distintivi speċifiċi dwar l-iskambju awtomatiku ta’ arranġamenti ta’ informazzjoni fl-Unjoni

Arranġament jew serje ta’ arranġamenti li jevitaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew il-ftehimiet dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni, inklużi l-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi, u li għandhom l-effett li jevitaw li jirrappurtaw l-intorjtu tal-kontribwent lill-Istat fejn huwa residenti fih għal finijiet ta’ taxxa. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkludu:

(a)l-użu ta’ ġurisdizzjonijiet li mhumiex marbuta bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew bi ftehimiet dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni;

(b)il-klassifikazzjoni mill-ġdid tat-tipi ta’ introjtu f’kategoriji li mhumiex soġġetti għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni;

(c)l-użu ta’ entitajiet u strutturi ġuridiċi li mhumiex koperti bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew bi ftehimiet dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni;

(d)l-użu ta’ ġurisdizzjonijet b’sistemi inadegwati jew dgħajfa ta’ infurzar tal-leġiżlazzjoni kontra l-ħasil tal-flus. Dan jinkludi s-sitwazzjonijiet ikkaratterizzati minn nuqqas ta’ regoli għall-identifikazzjoni tas-sjieda benefiċjarja tal-entitajiet ġuridiċi, inklużi t-trusts, il-fondazzjonijiet u l-veikoli bi skop speċjali jew meta jintużaw il-persuni nominati jew il-prokuri biex jaħbu l-identità tas-sid benefiċjarju.

E.    Karatterstiki distintivi dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment

1.Arranġament jew serje ta’ arranġamenti li ma jikkonformawx mal-prinċipju ta’ distakkament jew mal-linji gwida tal-OECD dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment, inkluż id-distribuzzjoni tal-profitt bejn membri differenti tal-istess grupp korporattiv.

2.Arranġament jew serje ta’ arranġamenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transkonfinali iżda li ma jiġux irrappurtati jew skambjati.”