Brussell, 21.6.2017

COM(2017) 322 final

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara
applikazzjoni mill-Finlandja - EGF/2017/002 FI/Microsoft 2


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 1 (ir-“Regolament tal-FEG”).

2.Fl-1 ta’ Frar 2017, il-Finlandja ppreżentat applikazzjoni EGF/2017/002 FI/Microsoft 2 għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara li ngħataw is-sensji 2   fil-Microsoft (Microsoft Mobile Oy) u fi 11-il fornitur u produttur downstream (minn hawn’ il quddiem “sensji”).

3.Wara l-valutazzjoni tagħha ta’ din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, skont id-dispożizzjonijiet kollha applikabbli tar-Regolament tal-FEG, il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG huma ssodisfati.

SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI

Applikazzjoni tal-FEG

EGF/2017/002 FI/Microsoft 2

L-Istat Membru

Il-Finlandja

Ir-reġjun(i) ikkonċernat(i) (il-livell NUTS 3 2)

Helsinki-Uusimaa (Uusimaa, FI1B1)

Länsi-Suomi (Pirkanmaa, FI197)

Etelä-Suomi (Varsinais-Suomi,FI1C1)

Id-data tat-tressiq tal-applikazzjoni:

L-1 ta' Frar 2017

Id-data ta’ konferma tal-wasla tal-applikazzjoni:

L-1 ta' Frar 2017

Id-data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali

Il-15 ta' Frar 2017

Id-data ta’ skadenza għall-għoti tal-informazzjoni addizzjonali

Id-29 ta' Marzu 2017

L-iskadenza għat-tlestija tal-valutazzjoni

Il-21 ta' Ġunju 2017

Il-kriterju ta’ intervent

L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG


L-intrapriża primarja

Microsoft (Microsoft Mobile Oy))


L-għadd ta’ intrapriżi kkonċernati

12

Is-settur(i) tal-attività ekonomika

(Id-Diviżjoni NACE Reviżjoni 2) 4

62 Attivitajiet ta' pprogrammar ta' kompjuters, konsulenza u attivitajiet oħra


L-għadd ta’ sussidjarji, fornituri u produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni

11

Il-perjodu ta’ referenza (erba’ xhur):

Mit-12 ta' Lulju 2016 sat-12 ta' Novembru 2016

L-għadd ta’ sensji matul il-perjodu ta’ referenza (a)

1 248

L-għadd ta’ sensji qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza (b)

0

L-għadd totali ta’ sensji

1 248

L-għadd totali ta' benefiċjarji eliġibbli

1 248

L-għadd totali ta’ benefiċjarji fil-mira

1 000

L-għadd ta’ żgħażagħ fil-mira barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs)

0

Il-baġit għal servizzi personalizzati (EUR)

5 559 300

Il-baġit għall-implimentazzjoni tal-FEG 5 (EUR)

   307 500

Il-baġit totali (EUR)

5 866 800

Il-kontribuzzjoni tal-FEG (60 %) (EUR)

3 520 080

VALUTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONI

Proċedura

4.Fl-1 ta’ Frar 2017, il-Finlandja ressqet applikazzjoni EGF/2017/002 FI/Microsoft 2 fi żmien 12-il ġimgħa mid-data li fiha ġew issodisfati l-kriterji tal-intervent stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-FEG. Il-Kummissjoni kkonfermat il-wasla tal-applikazzjoni fl-istess jum u talbet informazzjoni addizzjonali mingħand il-Finlandja fil-15 ta’ Frar 2017. Din l-informazzjoni addizzjonali ngħatat fi żmien sitt ġimgħat mid-data tat-talba. L-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa minn meta waslet l-applikazzjoni kompluta, li fihom il-Kummissjoni għandha tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, tiskadi fil-21 ta’ Ġunju 2017.

L-eliġibbiltà tal-applikazzjoni

L-intrapriżi u l-benefiċjarji kkonċernati

5.L-applikazzjoni tirrigwarda 1 248 ħaddiem li ngħataw is-sensja f’Microsoft Oy(Microsoft Mobile Oy) u 11-il fornitur u produttur downstream. L-intrapriża ewlenija topera fis-settur ekonomiku kklassifikat fid-Diviżjoni 62 ta’ NACE Reviżjoni 2 Ipprogrammar ta' kompjuters, konsulenza u attivitajiet oħra. Is-sensji li ngħataw mill-Microsoft Mobile Oy jinsabu prinċipalment fir-reġjuni tal-livell NUTS 2 ta’ Helsinki-Uusimaa, Länsi-Suomi u Etelä-Suomi.

L-intrapriżi u l-għadd ta’ sensji matul il-perjodu ta’ referenza

Microsoft Mobile Oy

1 191

Manpower Group Solutions

14

Accenture Oy

5

Sale Nordic Oy

1

HCL Technologies Ltd

3

Spellpoint Oy

1

ISS Palvelut OyManpower

20

Symbio Finland Oy

3

JOT Automation Oy

1

Tieto Oy

2

Lionbridge Oy

6

Varamiespalvelu-Group Oy

1



L-għadd totali ta’ intrapriżi: 12

L-għadd totali ta’ sensji: 

1 248

L-għadd totali ta’ ħaddiema indipendenti li l-attività tagħhom waqfet: 

0

L-għadd totali ta’ ħaddiema eliġibbli u ħaddiema indipendenti:

1 248

Il-kriterji ta’ intervent

6.Il-Finlandja ppreżentat l-applikazzjoni skont il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG, li jitlob li tal-anqas 500 ħaddiem jingħataw is-sensja matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f'intrapriża fi Stat Membru, inklużi ħaddiema li jingħataw is-sensja minn fornituri u produtturi downstream..

7.Il-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur tal-applikazzjoni huwa mit-12 ta’ Lulju 2016 sat-12 ta’ Novembru 2016.

8.Is-sensji matul il-perjodu ta' referenza huma kif ġej:

1 191 ħaddiem li ngħataw is-sensja minn Microsoft,

57 ħaddiema li ngħataw is-sensja fil-11-il fornitur u produttur tal-Microsoft.

Il-kalkolu tas-sensji u l-waqfien tal-attività

9.Is-sensji mogħtija matul il-perjodu ta' referenza ġew ikkalkulati kif ġej:

1 248 mid-data tal-avviż individwali tal-impjegatur biex ikeċċi l-ħaddiem.

Il-benefiċjarji eliġibbli

10.L-għadd totali ta’ benefiċjarji eliġibbli huwa ta’ 1 248.

Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni

11.Sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni, il-Finlandja ġabet l-argument li, ir-raġuni prinċipali wara t-tnaqqis fil-forza tax-xogħol hija kompetizzjoni globali fis-settur tat-telefonija ċellulari u telf konsegwenti fis-sehem mis-suq mill-Microsoft Mobile Oy (u s-sistema operattiva tagħha bbażata fuq Windows).

12.Wara l-akkwist tan-negozju tat-telefonija ċellulari tan-Nokia mill-Microsoft (l-Istati Uniti), fl-2014 ġiet stabbilita l-Microsoft Mobile Oy li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Espoo, il-Finlandja. Madwar 4 700 impjegat tan-Nokia ġew trasferiti għall-Microsoft Mobile Oy fil-Finlandja.

13.In-Nokia kienet qed tuża esklużivament is-sistema operattiva Windows tal-Microsoft. Microsoft Mobile Oy kompliet b’din il-prattika. Sa nofs l-2013, din is-sistema operattiva kellha sehem mis-suq globali ta’ 3,3 %, sehem li naqas għal 0,8 % fl-2016. Is-sistemi operattivi tal-kompetituri bħall-Android żiedu s-sehem tas-suq tagħhom għal 82,2 % u l-iOS (Apple) żiedet is-sehem tagħha għal 14,6 % sal-bidu tal-2016 6   7 .

14.Dan it-tnaqqis seħħ minkejja l-fatt li l-Microsoft Mobile Oy nidiet apparat mobbli ġdid u investiet f’disinn, komponenti u l-kummerċjalizzazzjoni 8 .. Il-kompetituri joffru prodotti tal-ħardwer u tas-sistema operattiva irħas li huma attraenti ħafna għal klijenti ġodda kemm fis-swieq emerġenti u kif ukoll fl-Ewropa.

15.L-applikazzjoni attwali hija l-kontinwazzjoni ta’ sensiela ta’ applikazzjonijiet preċedenti mill-Finlandja, madwar it-tnaqqis ta’ Nokia (EGF/2007/003 FI/Perlos, EGF/2012/006 FI/Nokia Salo, EGF/2013/001 FI/Nokia, EGF/2015/001 FI/Broadcom, EGF/2015/005 FI/Computer Programming, EGF/2016/001 FI/Microsoft u EGF/2016/008 FI/Nokia Network Systems).

Avvenimenti li wasslu għas-sensji u l-waqfien tal-attività

16.Il-manifattura ta’ apparati mobbli qed jiċċaqalqu b’mod kontinwu għal pajjiżi b’salarji aktar baxxi, fejn il-kondizzjonijiet tax-xogħol huma sikwit foqra 9 . Il-pagi baxxi huma parti mill-kosteffettività 10 . Apparati ċellulari rħas huma f’domanda kbira fis-swieq emerġenti. L-importazzjoni Ewropea qiegħda tikber ukoll 11 ..

17.It-telf tas-sehem mis-suq min-Nokia hu dovut għad-dħul aggressiv fis-suq ta’ diversi manifatturi tas-smartphones tal-Lvant tal-Asja, li jibbenefikaw minn spiża baxxa tax-xogħol u tal-manifattura.

18.Ir-rebbieħa f’din il-kompetizzjoni kienu l-manifatturi bbażati fl-Istati Uniti u fl-Asja li qegħdin jużaw is-softwer operattiv tal-Android u tal-iOS.

19.L-Android għandu mijiet ta’ sħab, speċjalment fl-Asja, li kull sena joħoroġu telefowns ġodda. Hemm diversi għażliet tal-Android fil-firxa ta’ prezzijiet medji u prezzijiet baxxi. Dan huwa kruċjali fis-swieq bħall-Indja, l-Afrika u l-Lvant Nofsani.

20.Il-manifattura ta’ apparat mobbli ġiet trasferita mill-Korea t’Isfel lejn iċ-Ċina u iktar reċentement, anke f’pajjiżi irħas, bħall-Vjetnam 12 .

21.F’Mejju 2016, il-Microsoft ħabbret tnaqqis sa 1 350 impjieg fil-Microsoft Mobile Oy fil-Finlandja. L-attivitajiet kollha tal-Microsoft Mobile Oy qed jagħlqu. 550 impjegat li tilfu l-impjieg tagħhom fir-reġjun ta’ Ħelsinki-Uusimaa, 500 fiż-żona ta’ Pirkanmaa (ir-reġjun ta’ Länsi-Suomi ) u 300 f’Salo (Etelä-Suomi reġjun)

22.Hemm għaddej intervent tal-FEG (EGF/2016/001 FI/Microsoft) immirat biex jappoġġa lill-ħaddiema li aktar kmieni ngħataw is-sensja mill-Microsoft. Il-benefiċjarji fil-mira ta’ din il-proposta huma separati mill-benefiċjarji ta’ dak il-każ.

L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali u l-impjiegi

Ir-reġjuni tan-NUTS 2 affettwati huma Helsinki-Uusimaa, Etelä-Suomi and Länsi-Suomi.

Helsinki-Uusimaa

23.Fil-perjodu 2012-2016, il-ħafna sensji li ngħataw kienu jikkonċernaw l-aktar l-industrija tal-elettronika u l-industrija tas-softwer. Fil-ħarifa tat-2016 saru sensji f’diversi setturi tal-manifattura u tal-kostruzzjoni.

24.Fit-tielet kwart tal-2016, in-numru ta’ persuni impjegati fis-settur tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni f’Uusimaa kien ta’ 6 000 anqas mis-sena ta’ qabel. Il-qgħad fost il-gruppi b’edukazzjoni għolja u professjonisti tal-ICT għadu qed jikber 13 .

25.Fl-2012–2016, il-ħafna sensji fl-ibliet ta’ Ħelsinki, Espoo u Vantaa, fil-biċċa l-kbira, kienu jikkonċernaw l-industrija tal-elettronika u l-industrija tas-softwer. Dawn il-kumpaniji taw is-sensja lil aktar minn 5 000 ħaddiem fl-2012-2016.

26.Madwar 72 % tal-persuni li ngħataw is-sensja mill-Microsoft fir-reġjun huma ta’ edukazzjoni għolja.

Länsi-Suomi

27.Iż-żona ta’ Pirkanmaa hi l-aktar waħda milquta mis-sensji tal-Microsoft Mobile Oy f’dan ir-reġjun.

28.Fl-2016, l-Uffiċċju tal-Impjiegi u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-Uffiċċju TE) ta’ Pirkanmaa rrapporta total ta’ 38 077 persuna qiegħda li qed ifittxu impjieg. Dawk il-persuni qiegħda li qed ifittxu impjieg kienu jammontaw għal 14,6 % tal-forza tax-xogħol 14 .

29.L-Uffiċċju TE ta’ Pirkanmaa, bħalissa rreġistra madwar 1 700 persuna qiegħda li qed ifittxu impjieg fis-settur tal-ICT. Fl-2016, persuni qiegħda għal żmien twil kienu jammontaw għal 40 % ta’ dawk reġistrati qiegħda u li qed ifittxu impjieg fis-settur tal-ICT Pirkanmaa.

30.Il-grupp okkupazzjonali li qed jaffaċċja l-akbar żieda fil-qgħad huwa dak tal-ispeċjalisti, b’livell għoli ta’ edukazzjoni. Fir-reġjun, f’Settembru 2016, kien reġistrat total ta’ 6 084 persuna b’lawrja akkademika bħala qiegħda li qed ifittxu xogħol. Ir-rata tal-qgħad ta’ ħaddiema b’edukazzjoni għolja fis-settur tat-teknoloġija kiber mis-sena l-oħra bi 8,1 p.p. fir-reġjun.

Etelä-Suomi

31.F’dan ir-reġjun fiż-żona, il-belt ta’ Salo hija l-aktar milquta mis-sensji tal-Microsoft Mobile Oy. Skont l-Uffiċċju TE, 300 impjegat se jitilfu l-impjieg tagħhom mal-Microsoft f’Salo, .

32.Il-belt ta’ Salo tilfet total ta’ 6 900 impjieg bejn l-2007 u l-2014, tnaqqis ta’ 26 p.p. f’impjiegi. Bħala riżultat tat-tmiem tal-produzzjoni tat-telefown ċellulari preċedenti tan-Nokia u t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, il-qgħad żdied b'aktar mid-doppju bejn l-2008 u l-2016 f’dan is-settur.

33.Ir-rata tal-qgħad fir-reġjun żdiedet b’aktar minn għaxar punti perċentwali, minn 7,0 għal 17.5 %. Din il-bidla kienet eċċezzjonali meta mqabbla anki ma’ muniċipalitajiet Finlandiżi oħra bil-preżenza ta’ Nokia/Microsoft 15 .

34.Kien hemm żieda fil-proporzjon ta’ persuni b’edukazzjoni għolja fost dawk qiegħda f’Salo.

Il-benefiċjarji fil-mira u l-azzjonijiet proposti

Il-benefiċjarji fil-mira

35.L-għadd stmat ta’ ħaddiema ssensjati li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri huwa ta’ 1 000. It-tqassim ta' dawn il-ħaddiema skont is-sess, iċ-ċittadinanza u l-grupp ta’ età huwa kif ġej:

Il-kategorija

L-għadd ta'
benefiċjarji fil-mira

Sess:

Irġiel:

740

(74,0 %)

Nisa:

260

(26,0 %)

Ċittadinanza:

Ċittadini tal-UE:

955

(95,5 %)

ċittadini mhux tal-UE:

45

(4,5 %)

Grupp ta’ età:

15-24 sena:

0

(0 %)

25-29 sena:

25

(2,5 %)

30-54 sena:

925

(92,5 %)

55-64 sena:

50

(5,0 %)

iktar minn 64 sena:

0

(0 %)

L-eliġibbiltà tal-azzjonijiet proposti

36.Is-servizzi personalizzati li jridu jiġu pprovduti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja jikkonsistu mill-azzjonijiet li ġejjin:

Il-miżuri ta’ kowċing u miżuri oħrajn ta’ tħejjija dawn il-miżuri se jinkludu taħriġ dwar tiftix għal impjieg, appoġġ għall-mobilità tax-xogħol (servizzi tal-EURES), gwida individwali (job coaching), coaching fil-karrieri u valutazzjonijiet tal-esperti.

Impjiegi u servizzi tan-negozju: dawn il-miżuri se jinkludu l-appoġġ għal persuni indipendenti li qed ifittxu impjieg, il-valutazzjoni tal-kompetenzi, try-outs u avvenimenti ta’ reklutaġġ.

It-taħriġ: din il-miżura se tinkludi taħriġ vokazzjonali, taħriġ kontinwu u ta’ bidla, ta’ edukazzjoni mill-ġdid, taħriġ relatat mal-mobilità intraprenditorjali u tax-xogħol. 

Għotja għall-istart-ups: din il-miżura se tipprovdi għotjiet lill-istart-ups biex jitħeġġeġ il-ħolqien ta’ attivitajiet tan-negozju, biex jitnieda u jiġi stabbilit negozju full-time, fl-ICT jew f’setturi oħrajn.

Sussidju tal-pagi: din il-miżura se tappoġġa t-tħaddim f’impjieg ġdid billi jitnaqqsu l-ispejjeż tas-salarji. Is-sussidju fuq is-salarju hu 30-50 % tal-ispejjeż tas-salarji.

Allowances għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni: din il-miżura hija biex tkopri l-ispejjeż li jirriżultaw lil dawk li qed ifittxu x-xogħol matul it-taħriġ.

37.L-azzjonijiet proposti deskritti hawnhekk jikkostitwixxu miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fil-qafas tal-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG. Dawn l-azzjonijiet ma jissostitwixxux miżuri passivi ta’ protezzjoni soċjali.

38.Il-Finlandja pprovdiet l-informazzjoni meħtieġa dwar azzjonijiet li huma obbligatorji għall-intrapriża kkonċernata permezz tal-liġi nazzjonali jew skont il-ftehimiet kollettivi. Huma kkonfermaw li kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhijiex sejra tieħu post dawn l-azzjonijiet.

Il-baġit stmat

39.L-ispejjeż totali stmati huma ta' EUR 5 866 800, li jinkludu nefqa ta' EUR 5 559 300 għal servizzi personalizzati u nefqa ta' EUR 307 500 għal attivitajiet preparatorji, ta' ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar.

40.Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mitluba mingħand il-FEG hija ta' EUR 3 520 080 (60 % tal-ispejjeż totali).

L-azzjonijiet

L-għadd stmat ta’ parteċipanti

L-ispiża stmata għal kull parteċipant
(f’EUR)

L-ispejjeż totali stmati

(f’EUR)

Servizzi personalizzati (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament tal-FEG)

Miżuri ta’ kkowċjar u miżuri preparatorji oħrajn (Valmennukset ja muut valmentavat toimenpiteet)

195

1 200

234 000

Is-servizzi ta’ impjieg u tan-negozju (Työllisyys- ja yrityspalvelut)

800

606

484 800

It-taħriġ (Koulutus)

535

6 000

3 210 000

L-għotja għal negozju ġdid (Starttiraha)

18

8 000

144 000

Is-subtotal (a):

Il-perċentwal tal-pakkett ta' servizzi personalizzati

4 072 800

(73,26 %)

L-allowances u l-inċentivi (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG)

Is-sussidju għall-paga (Palkkatuki)

163

9 000

1 467 000

Allowances għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni (Liikkuvuusavustus)

130

150

19 500

Is-subtotal (b):

Il-perċentwal tal-pakkett ta' servizzi personalizzati:

1 486 500

(26,74 %)

L-azzjonijiet skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-FEG

1. L-attivitajiet ta' tħejjija

9 000

2. Il-ġestjoni

143 000

3. L-informazzjoni u l-pubbliċità

115 500

4. Il-kontroll u r-rapportar

 40 000

Is-subtotal (c):

Il-perċentwal tal-ispejjeż totali:

307 500

(5,24 %)

L-ispejjeż totali (a + b + c):

5 866 800

Il-kontribuzzjoni tal-FEG (60 % tal-ispejjeż totali)

3 520 080

*: % huwa arrondat, ċifri mhux

41.L-ispejjeż tal-azzjonijiet identifikati fit-tabella ta' hawn fuq bħala azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG ma jaqbżux il-35 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati. Il-Finlandja kkonfermat li dawn l-azzjonijiet jiddependu fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta’ tiftix ta’ impjieg jew ta’ taħriġ.

42.Il-Finlandja kkonfermat li l-ispejjeż tal-investimenti għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, il-ftuħ ta’ negozji u l-akkwiżizzjonijiet minn impjegati mhux se jaqbżu l-EUR 15 000 għal kull benefiċjarju.

Il-perjodu ta' eliġibbiltà tan-nefqa

43.Il-Finlandja bdiet tipprovdi s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fit-12 ta’ Lulju 2016. Għalhekk, in-nefqa fuq l-azzjonijiet se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mit-12 ta’ Lulju 2016 sal-1 ta’ Frar 2019.

44.Il-Finlandja bdiet iġġarrab in-nefqa amministrattiva sabiex timplimenta l-FEG fit-12 ta’ Lulju 2016. Għalhekk, in-nefqa għall-attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità kif ukoll dawk ta' kontroll u rapportar għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mit-12 ta’ Ġunju 2016 sat-1 ta’ Awwissu 2019.

Kumplimentarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati minn fondi nazzjonali jew tal-Unjoni

45.Is-sorsi ta’ prefinanzjament nazzjonali jew kofinanzjament huma l-punt tas-servizzi tal-impjieg pubbliku fil-fergħa amministrattiva tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u x-Xogħol (MEE). Xi servizzi se jkunu ffinanzjati wkoll mill-ispejjeż operattivi taċ-Ċentri għall-Iżvilupp Ekonomiku (Ċentri ELY) u l-Uffiċċji Uffiċċji TE.

46.Il-Finlandja kkonfermat li l-miżuri deskritti hawn fuq li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhux se jirċievu wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni.

Proċeduri għall-konsultazzjoni tal-benefiċjarji fil-mira jew ir-rappreżentanti tagħhom jew is-sħab soċjali kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali

47.Il-Finlandja indikat li l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal b’konsultazzjoni ma’ grupp ta’ ħidma, li kien jinkludi rappreżentanti miċ-Ċentri ELY, l-uffiċċji TE tar-reġjuni kkonċernati, il-Microsoft, l-Industriji tat-Teknoloġija tal-Finlandja, Trade Union Pro, l-Unjoni tal-Inġiniera Professjonali fil-Finlandja u tal-Aġenzija Finlandiża tal-Finanzjament għall-Innovazzjoni.

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll

48.L-applikazzjoni tinkludi deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll li tispeċifika r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti. Il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita mill-MEE, li taġixxi bħala awtorità ta’ ġestjoni u ċertifikazzjoni għall-FEG u bħala korp intermedjarju għat-tqassim tal-fondi tal-FEG. Il-funzjonijiet ta’ ġestjoni għall-FEG ġew assenjati lid-Dipartiment tal-Impjiegi u l-Intraprenditorija.

49.Il-funzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni huma fi ħdan l-Unità tar-Riżorsi Umani u tal-Amministrazzjoni. Il-ħlasijiet lill-benefiċjarji jsiru permezz taċ-Ċentri reġjunali ELY u l-Uffiċċji TE.

50.Fir-rigward tal-verifika, il-korp responsabbli huwa l-Unità tal-Verifika Interna indipendenti, li jopera taħt is-Segretarju Permanenti tal-MEE.

Impenji pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat

51.Il-Finlandja pprovdiet l-assigurazzjonijiet meħtieġa kollha rigward dawn li ġejjin:

il-prinċipji tal-ugwaljanza tat-trattament u ta' nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fil-kuntest tal-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom,

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar is-sensji kollettivi ġew issodisfati,

l-intrapriżi li taw is-sensji, li komplew bl-attivitajiet tagħhom wara s-sensji, ikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom li jikkontrollaw is-sensji u pprovdew għall-ħaddiema tagħhom kif xieraq,

l-azzjonijiet proposti mhumiex se jirċievu għajnuna finanzjarja minn fondi oħrajn jew minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat,

l-azzjonijiet proposti se jikkumplimentaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali,

il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se tkun konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Proposta baġitarja

52.Il-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 16 .

53.Wara li eżaminat l-applikazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-FEG, u b'kont meħud tal-għadd ta' benefiċjarji fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-ispejjeż stmati, il-Kummissjoni qed tipproponi li timmobilizza l-FEG għall-ammont ta' EUR 3 520 080, li jirrappreżenta 60 % tal-ispejjeż totali tal-azzjonijiet proposti, sabiex tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni.

54.Id-deċiżjoni proposta għall-mobilizzazzjoni tal-FEG se tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kif stabbilit fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 17 .

Atti relatati

55.Fl-istess waqt li tippreżenta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment tal-ammont ta' EUR 3 520 080 għall-intestatura baġitarja rilevanti.

56.Fl-istess waqt li se tadotta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li se jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara
applikazzjoni mill-Finlandja - EGF/2017/002 FI/Microsoft 2

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 18 , u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 19 , u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u fil-każ ta' persuni li jaħdmu għal rashom meta l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u biex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 20 .

(3)Fl-1 ta’ Frar 2017, il-Finlandja ppreżentat applikazzjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, fir-rigward tas-sensji fil-Microsoft Oy (Microsoft Mobile Oy) u 11-il fornitur u produttur downstream u l-waqfien ta’ attivitajiet. Din ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 3 520 080 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja.

(5)Biex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 3 520 080 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hija għandha tapplika minn [the date of its adoption]*.

21Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) Skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-FEG.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1046/2012 tat-8 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fejn tidħol it-trażmissjoni tas-serje kronoloġiċi għat-tqassim reġjonali l-ġdid (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 34).
(4) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.
(5) Skont ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.
(6) www.statista.com/chart/4112/smartphone-market-share
(7) https://www.strategyanalytics.com/strategy-analytics/news/strategy-analytics-press-releases/strategy-analytics-press-release/2016/11/02/strategy-analytics-android-captures-record-88-percent-share-of-global-smartphone-shipments-in-q3-2016#.WTosOjclGUl
(8) www.statista.com/chart/4112/smartphone-market-share
(9) http://www.businessinsider.com/samsung-factory-working-conditions-2012-11?r=US&IR=T&IR=T
(10) http://comptryx.com/product/global_salary_survey
(11) https://www.kantarworldpanel.com/global/News/Android-Share-Tops-75-in-Europes-Largest-Markets
(12) http://www.thanhniennews.com/business/samsung-shifts-plants-from-china-to-vietnam-to-protect-margins-392.html
(13) http://julkaisut.valtioneuvosto.fi/bitstream/handle/10024/78927/TKAT_Oct_2016_en.pdf?sequence=1
(14) http://julkaisut.valtioneuvosto.fi/bitstream/handle/10024/78927/TKAT_Oct_2016_en.pdf?sequence=1
(15) http://www.itproportal.com/2015/07/20/nokias-woes-pushing-finnish-town-salo-further- into-recession/
(16) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(17) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(18) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(19) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(20) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(21)  Date to be inserted by the Parliament before the publication in OJ.