31.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/29 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta’ atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea”
(COM(2016) 799 final — 2016/0400 (COD))
(2017/C 288/04)
Relatur: |
Jorge PEGADO LIZ |
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 13.3.2017 Kunsill Ewropew, 13.3.2017 |
Bażi ġuridika |
L-Artikoli 43(2), 91, 100(2), 114, 153(2)(b), 168(4)(b), 172, u 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
|
Kompetenza |
Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
Adottata fis-sezzjoni speċjalizzata |
4.5.2017 |
Adottata fis-sessjoni plenarja |
1.6.2017 |
Sessjoni plenarja Nru |
526 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
156/0/1 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma segwietx l-opinjonijiet preċedenti tiegħu u li kellha terġa’ tibda n-negozjati għall-adattament ta’ għadd ta’ atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (PRS) mal-Artikoli 290 u 291 TFUE. |
1.2 |
Il-KESE jfakkar li fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu huwa ddefinixxa l-aktar direzzjoni adatta li fil-fehma tiegħu tippreserva l-valuri fundamentali involuti f’dan l-eżerċizzju, f’termini ta’ ċertezza tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-eżerċitar effettiv, bilanċjat u demokratiku tas-setgħat tal-istituzzjonijiet. |
1.3 |
Fil-fehma tiegħu, jenħtieġ li dawn il-prinċipji jiggwidaw l-eżerċizzju l-ġdid ta’ allinjament tal-atti legali li għadhom jaqgħu taħt il-PRS mas-sistema l-ġdida tal-atti delegati u tal-atti ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE. |
1.4 |
Mingħajr ħsara għal analiżi aktar speċifika waqt ir-reviżjoni ta’ kull att soġġett għall-opinjoni tiegħu, il-KESE jiddikjara b’mod sintetiku l-osservazzjonijiet li huwa jqis xierqa fuq kull waħda mill-proposti leġislattivi mħabbra fil-proposta. |
2. Il-proposta tal-Kummissjoni
2.1 |
Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tinnota li numru sinifikanti ta’ atti leġislattivi bażiċi soġġetti għar-regoli tad-Deċiżjoni 2006/512/KE tal-Kunsill (“Deċiżjoni dwar il-Proċedura ta’ Kumitat”) għad iridu jiġu adattati għall-Artikoli 290 u 291 TFUE skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (“Regolament dwar il-Proċedura ta’ Kumitat”). |
2.2 |
Hija kienet intrabtet li tadattahom sal-2013 u għaldaqstant ipproponiet tliet allinjamenti orizzontali fl-2013, imsejħa “Omnibus I, II u III”. |
2.3 |
Wara diskussjoni twila mal-PE u numru ta’ emendi għal dawn il-proposti, il-Kunsill irrifjuta li jappoġġja dan l-allinjament awtomatiku u kollettiv tal-atti kollha msejħa “PRS” ma’ atti delegati, minħabba li ma kienx garantit li l-esperti tal-Istati Membri kienu se jkunu sistematikament ikkonsultati fil-fażi preparatorja tal-atti delegati. Minħabba l-problemi istituzzjonali li nħolqu, il-Kummissjoni rtirat il-proposti tagħha. |
2.4 |
Wara r-reviżjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (FII) u l-adozzjoni tal-Ftehim Komuni dwar l-Atti Delegati annessi fih, il-Kummissjoni ppreżentat proposta ġdida li twieġeb għall-oġġezzjonijiet tal-Kunsill. Din tikkunsidra l-bidliet introdotti mill-Ftehim Interistituzzjonali l-ġdid fir-rigward tal-konsultazzjoni tal-esperti tal-Istati Membri fit-tħejjija tal-atti delegati u l-konsultazzjoni sinkronizzata mal-PE. |
2.5 |
Il-proposta hija maqsuma fi 13-il kapitolu tal-anness fejn il-168 att huma rreġistrati f’ordni kronoloġika u kklassifikati mill-Kummissjoni f’erba’ tabelli: Tabella 1 — l-atti li għalihom huwa propost allinjament mad-dispożizzjonijiet dwar l-atti ta’ implimentazzjoni għal ċerti awtorizzazzjonijiet; Tabella 2 — l-atti li għalihom hija prevista t-tneħħija ta’ ċerti awtorizzazzjonijiet; Tabella 3 — proposti adottati mill-Kummissjoni; Tabella 4 — atti li għalihom hemm ippjanati proposti. |
3. Sfond — opinjonijiet u rapporti tal-KESE
3.1 |
F’Lulju 2013, il-KESE adotta rapport ta’ informazzjoni dettaljat ħafna li l-għan tiegħu kien li “jenfasizza r-realtajiet tal-proċedura ta’ delega leġislattiva li ddaħħlet mit-Trattat ta’ Lisbona”. |
3.2 |
Fih innota li “in-natura legali preċiża tal-atti ddelegati għadha mhux definita b’mod ċar; il-kunċett ta’ miżuri ‘mhux essenzjali’ huwa interpretat mill-Qorti f’diversi modi skont l-oqsma kkonċernati; u l-flessibbiltà li għandha l-Kummissjoni tidher pjuttost estensiva peress li huwa f’idejn il-Kummissjoni li tipproponi l-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta’ żmien tad-delegi”. |
3.2.1 |
Huwa semma “għadd ta’ kwistjonijiet[…] dwar it-trasparenza tas-sistema ta’ konsultazzjoni minn qabel li toriġina f’dokument li mhuwiex legalment vinkolanti, bl-isem ta’ Common Understanding on practical arrangements for the use of delegated acts tal-4 ta’ April 2011”. |
3.2.2 |
Barra minn hekk huwa nnota li “l-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-TFUE hija prevista f’Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2009, att li mhuwiex legalment vinkolanti, filwaqt li r-regoli dwar l-eżerċitar tal-poteri tal-implimentazzjoni jinbtu minn regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011, att legali ta’ applikazzjoni ġenerali, ilkoll elementi li huma obbligatorji u ta’ applikazzjoni diretta”. |
3.2.3 |
Huwa kkonkluda li “għad hemm id-dubji dwar is-sempliċità tal-proċedura, jekk il-pubbliku Ewropew huwiex verament jifhem x’hemm involut, l-użu ‘korrett’ ta’ din il-proċedura u l-effikaċja tal-mekkaniżmi ta’ kontroll”. Għalhekk, il-KESE ppropona li jfassal opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar is-suġġett sabiex ikun jista’ jieħu pożizzjoni dwar l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet miksuba b’mod oġġettiv f’dan ir-rapport għal titjib possibbli tal-proċedura leġislattiva tal-UE. |
3.3 |
F’Lulju u f’Settembru 2013, il-KESE rċieva żewġ proposti għal regolamenti “li jadatta għadd ta’ atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 tat-TFUE” (COM(2013) 451 final) u “li jadatta għadd ta’ atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-TFUE” (COM(2013) 452 final), imbagħad, fit-18 ta’ Novembru u fl-10 ta’ Diċembru, reġa’ rċieva proposta oħra għal regolament “li jadatta għadd ta’ atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE” (COM(2013) 751 final). Dawn ir-regolamenti kienu msejħa Omnibus I, II u III. |
3.3.1 |
Fl-opinjonijiet tiegħu tas-16 ta’ Ottubru u tat-2 ta’ Jannar, huwa enfasizza b’mod partikolari li, għalkemm meħtieġ, dan l-“allinjament kollettiv” ta’ aktar minn 165 strument legali (regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet) li jaqgħu taħt 12-il qasam differenti kien iqajjem għadd ta’ mistoqsijiet ġuridiċi u prattiċi. |
3.3.2 |
Għalhekk, “ċerti elementi tal-proċedura ta’ delega għadhom mhumiex ċari […] l-idea ta’ ‘elementi mhux essenzjali’ għad trid tiġi definita. Għad trid issir ukoll valutazzjoni preċiża tat-tħaddim tal-mekkaniżmu”. |
3.3.3 |
Barra minn hekk, huwa nnota li “uħud mill-proposti għal regolament għandhom għażliet li ma jqisux il-qafas stabbilit mill-atti leġiżlattivi bażiċi u jaslu biex jipprevedu li d-delega titwettaq matul perjodu indeterminat jew li jistabbilixxu skadenzi qosra ħafna għall-iskrutinju mill-Parlament u l-Kunsill”. |
3.3.4 |
Wara analiżi sistematika tal-proposti kollha, il-KESE rrakkomanda lill-Kummissjoni “li tadatta l-eżerċizzju tagħha ta’ ‘allinjament kollettiv’ billi tqis iktar l-ispeċifiċitajiet ta’ ċerti atti leġiżlattivi bażiċi” u “lill-Kunsill u lill-Parlament li jkunu viġilanti kemm jista’ jkun u li jevalwaw bir-reqqa l-atti kollha inklużi f’dan l-eżerċizzju ta’ ‘allinjament’”. |
3.3.5 |
Jekk l-eżerċizzju għandu jissokta skont kif propost mill-Kummissjoni, il-KESE enfasizza l-importanza:
|
3.3.6 |
Fl-aħħar nett, il-Kumitat talab li jitqies l-impatt tal-qafas regolatorju l-ġdid, bil-preżentazzjoni lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kumitat stess ta’ rapport perjodiku dwar l-effikaċja, it-trasparenza u t-tixrid tal-informazzjoni. |
3.4 |
Sadanittant, il-Kummissjoni kienet ippubblikat proposta ta’ ftehim interistituzzjonali vinkolanti, ibbażata fuq l-Artikolu 295 tat-TFUE, li kien parti mill-qafas tal-pakkett “Tfassil Aħjar tal-Liġijiet” li jittratta atti delegati f’żewġ annessi speċifiċi. |
3.4.1 |
Fl-opinjoni tiegħu ta’ Lulju 2015, il-KESE: “jinsab sodisfatt […] bl-isforzi tal-Kummissjoni għal bilanċ ġust bejn il-valuri fundamentali li huma r-rispett għan-‘norma ġuridika’, il-parteċipazzjoni demokratika, it-trasparenza, il-prossimità taċ-ċittadini u d-dritt għal informazzjoni wiesgħa dwar il-proċeduri leġislattivi, min-naħa l-waħda, u s-simplifikazzjoni leġislattiva, regolamentazzjoni aktar flessibbli, adattata aħjar għall-interessi involuti, u fejn l-aġġornament u r-reviżjoni huma ffaċilitati, min-naħa l-oħra”. |
3.4.2 |
Il-KESE laqa’ wkoll il-fatt li “l-Kummissjoni timpenja ruħha li tiġbor l-għarfien espert kollu meħtieġ qabel l-adozzjoni ta’ atti delegati […], inkluż permezz tal-konsultazzjoni mal-esperti mill-Istati Membri u permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi u li hi tipproponi l-istess metodu konsultattiv għall-atti ta’ implimentazzjoni”. |
3.4.3 |
Madankollu, il-KESE beża’ li dawn il-konsultazzjonijiet kollha jtawlu b’mod eċċessiv u mingħajr bżonn il-ħin biex jitħejjew l-atti. |
3.4.4 |
Huwa ma kienx jaqbel kompletament mal-approċċ ta’ każ b’każ li jiddistingwi kwistjonijiet li jridu jkunu s-suġġett ta’ atti delegati jew atti ta’ implimentazzjoni, minħabba li l-kriterji użati kienu ambigwi u setgħu jagħtu lok għal diversi interpretazzjonijiet. |
3.4.5 |
Il-KESE kien partikolarment kontra:
|
3.4.6 |
Il-KESE xtaq li l-linji gwida jistipulaw biċ-ċar li d-delegi jkunu delimitati fit-totalità tagħhom, jiġifieri:
|
3.4.7 |
Huwa sostna li “l-abbozzar tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE jista’ jittejjeb, u li fil-każ ta’ reviżjoni tat-trattati, iridu jiġu mtejba. L-applikazzjoni tagħhom trid issir b’mod aħjar sabiex jiġi evitat li d-deċiżjonijiet dwar l-għażla tal-istrument legali jkunu aktar politiċi milli tekniċi”. |
3.5 |
Peress li ma kienx hemm qbil bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar il-proċedura ta’ allinjament kollettiv, il-Kummissjoni kellha tirtira l-proposti tagħha u tissottometti din il-proposta. |
4. Kummenti ġenerali
4.1 |
Minħabba l-opinjonijiet preċedenti tiegħu, il-KESE jistaqsi jekk dewmien ta’ aktar minn erba’ snin f’qasam daqstant sensittiv huwiex iġġustifikat. |
4.2 |
Fil-fatt, il-KESE kien stabbilixxa b’mod ċar il-linji gwida ġenerali li ġejjin:
|
4.3 |
Ma qabilx mal-Kummissjoni wkoll fuq il-punti mfakkra fil-paragrafu 3.3.5 aktar ‘il fuq. |
4.4 |
Uħud minn dawn l-aspetti negattivi ġew korretti f’din il-proposta. Madankollu għad fadal ċerti punti ta’ nuqqas ta’ qbil:
|
5. Kummenti speċifiċi
L-analiżi dettaljata ta’ kull waħda mill-168 proposta annessi tippermettilna nqajmu dawn id-dubji:
Tabella 1
L-atti li għalihom huwa propost allinjament mad-dispożizzjonijiet dwar l-atti ta’ implimentazzjoni għal ċerti awtorizzazzjonijiet
Numru fl-Anness |
Titolu tal-Att (1) |
Il-kummenti tal-KESE |
||||||
2 |
Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 |
L-Artikolu 12(a) jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kummentarju: fl-2013, kemm il-Kunsill kif ukoll il-Parlament Ewropew kienu favur perjodu fiss ta’ ħames snin b’tiġdid awtomatiku wara rapport mill-Kummissjoni li għandu jiġi ppreżentat qabel l-iskadenza tad-delega. Hawnhekk, il-Kummissjoni tqis li l-awtorizzazzjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat hija ġustifikata minħabba l-fatt li l-leġislatur għandu l-possibbiltà li jirrevoka awtorizzazzjoni fil-każijiet kollha u f’kull ħin (ara p. 8 tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2016) 799 final). |
||||||
6 |
Id-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2008 |
Id-deċiżjoni tirrigwarda l-kompetenzi ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Kumment: il-Kummissjoni tassumi, rigward l-għażla bejn awtorizzazzjoni ta’ atti delegati jew ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li l-valutazzjoni tal-2013 (il-proposti Omnibus) għadha valida peress li la n-negozjati rigward dawn il-proposti, la l-ġurisprudenza dwar is-suġġett, u lanqas ir-riżultat tal-FII ma ppermettew li jkunu definiti kriterji ġodda li kienu jeħtieġu valutazzjoni komprensiva mill-ġdid (ara p. 5 tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2016) 799 final). |
||||||
53 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 |
L-Artikolu 17(3) il-ġdid, ma jipprovdix il-perjodu tal-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni li tadotta atti delegati. L-Artikolu 48a l-ġdid jispeċifika li l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(3) u fl-Artikolu 48 għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament Omnibus. Kumment:
|
||||||
58 |
Ir-Regolament (KE) Nru 530/1999 tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 |
L-Artikolu 10(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment: ara l-kaxxa 2 tat-tabella. |
||||||
59 |
Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 |
L-Artikolu 5(b) il-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. |
||||||
60 |
Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 |
L-Artikolu 3(1)(a) l-ġdid, jipprovdi li kull Stat Membru għandu jiġbor l-informazzjoni statistika. L-Artikolu 5 il-ġdid dwar l-eżattezza tal-istatistika jipprovdi li l-ġbir tal-informazzjoni għandu jkun imsejjes fuq “prospetti kompletati”. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 10(a) dwar l-eżerċizzju tad-delega jipprovdi li din għandha tiġi eżerċitata għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn data li trid tiġi stabbilita sussegwentement. Kumment: il-KESE jinnota li l-kunċett ta’ “prospetti kompletati” jista’ japplika għal data personali kif definita fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u jenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE ddeċiediet li din ma tistax tkun soġġetta għal proċedura ta’ delega (ara l-Kawża C-355/10, Il-Parlament vs il-Kunsill, u l-Opinjoni tal-KESE ĠU C 67/104, 6.3.2014). |
||||||
61 |
Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 |
L-Artikolu 11(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment: ara l-kaxxa 2 tat-tabella. |
||||||
64 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 |
L-Artikolu 13(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment: ara l-kaxxa 2 tat-tabella. |
||||||
67 |
Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 |
L-Artikolu 9(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment: ara l-kaxxa 2 tat-tabella. |
||||||
69 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 |
L-Artikolu 10(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment: ara l-kaxxa 2 tat-tabella. |
||||||
70 |
Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 |
L-Artikolu 15(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. L-Artikolu 8(a) l-ġdid jipprevedi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. |
||||||
73 |
Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 |
L-Artikolu 6(a) l-ġdid jipprevedi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. |
||||||
74 |
Ir-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 |
L-Artikolu 8(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment:
|
||||||
89 |
Id-Deċiżjoni Nru 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
L-Artikolu 21(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment: ara l-kaxxa 2 tat-tabella. |
||||||
99 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 |
L-Artikolu 31(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment: ara l-kaxxa 2 tat-tabella. |
||||||
104 |
Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE tal-11 ta’ Diċembru 1997. |
L-Artikolu 8(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment: ara l-kaxxa 2 tat-tabella. |
||||||
114 |
Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 |
L-Artikolu 10(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment: ara l-kaxxa 2 tat-tabella. |
||||||
143 |
Direttiva 2002/46/KE tal-10 ta’ Ġunju 2002 |
L-Artikolu 12(a) jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment:
|
||||||
144 |
Id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 |
L-Artikolu 27(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment:
|
||||||
147 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 |
L-Artikolu 34 il-ġdid jipprevedi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment:
|
||||||
151 |
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 |
L-Artikolu 13(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment:
|
||||||
152 |
Id-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 |
L-Artikolu 28(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment:
|
||||||
158 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 |
L-Artikolu 24(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment:
|
||||||
159 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 |
L-Artikolu 13(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment:
|
||||||
165 |
Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 |
L-Artikolu 24(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment:
|
||||||
166 |
Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 |
L-Artikolu 27(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment: ara l-kaxxa 2 tat-tabella. |
||||||
167 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 |
L-Artikolu 51(a) l-ġdid jipprovdi li l-perjodu ta’ setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati mogħti lill-Kummissjoni huwa perjodu ta’ żmien indeterminat li jibda minn data partikolari. Kumment: ara l-kaxxa 2 tat-tabella. |
Tabella 2
L-atti li għalihom hija prevista t-tneħħija ta’ ċerti awtorizzazzjonijiet;
Numru fl-Anness |
Titolu tal-Att (2) |
Il-kummenti tal-KESE |
2 |
Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 |
Artikolu 12(a) OK. Kontra perjodu ta’ żmien indeterminat. |
7 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1257/96 tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 1996 |
OK. |
36 |
Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 |
Artikolu 11(a) OK. Kontra perjodu ta’ żmien indeterminat. |
54 |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 |
OK. Kontra perjodu ta’ żmien indeterminat. |
57 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98 tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 |
LE. Id-delega hija wiesgħa wisq u tirrigwarda aspetti essenzjali. |
66 |
Ir-Regolament (KE) Nru 458/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2007 |
OK. Kontra perjodu ta’ żmien indeterminat. |
92 |
Id-Direttiva 2009/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 |
OK. Kontra perjodu ta’ żmien indeterminat. |
133 |
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 |
LE. Id-definizzjoni tal-ksur u tat-telf ta’ reputazzjoni tajba taqa’ taħt id-drittijiet tal-personalità. |
168 |
Id-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 |
OK. |
Tabella 3
Proposti adottati mill-Kummissjoni
Qasam |
Strument |
Referenza tal-Proposta |
Il-kummenti tal-KESE |
CLIMA |
Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 |
COM(2015) 337 |
L-Artikolu 23 il-ġdid Wisq delegazzjonijiet f’suġġetti sensittivi u essenzjali, jenħtieġ li jkun rivedut. Kontra l-perjodu ta’ żmien indeterminat. |
CNECT |
Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 |
COM(2016) 590 |
L-Artikolu 109 il-ġdid b’referenza għall-Artikoli 40, 60, 73, 102 u 108. Wisq delegazzjonijiet f’suġġetti sensittivi u essenzjali anki fl-Annessi, jenħtieġ li jkun rivedut. Skemi għal perjodi ta’ żmien differenti (l-Artikolu 73(7), u l-Artikolu 109). |
CNECT |
Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 |
COM(2016) 590 |
L-Artikolu 109 il-ġdid b’referenza għall-Artikoli 40, 60, 73, 102 u 108. Wisq delegazzjonijiet f’suġġetti sensittivi u essenzjali anki fl-Annessi. Skemi għal perjodi ta’ żmien differenti (l-Artikolu 73(7), u l-Artikolu 109). |
CNECT |
Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 |
COM(2016) 590 |
L-Artikolu 109 il-ġdid b’referenza għall-Artikoli 40, 60, 73, 102 u 108. Wisq delegazzjonijiet f’suġġetti sensittivi u essenzjali anki fl-Annessi, jenħtieġ li jkun rivedut. Skemi għal perjodi ta’ żmien differenti (l-Artikolu 73(7), u l-Artikolu 109). |
ENER |
Id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 |
COM(2015) 496 |
L-Artikolu 10. OK għad-delega. Kontra l-perjodu ta’ żmien indeterminat. |
GROW |
Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 |
COM(2014) 28 final |
Il-Kummissjoni tixtieq tuża atti delegati (xi għaxra), skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, li jfisser limitazzjoni tal-kontenut attwali tar-Regolament. Ċerti punti tal-proposta li għalihom huwa previst l-użu ta’ atti delegati jirrigwardaw l-emissjonijiet tal-vetturi u l-limiti korrispondenti. Preċiżament minħabba l-importanza tagħhom, dawn il-kwistjonijiet dejjem ġew deċiżi mill-koleġislaturi. Il-KESE qajjem diversi drabi fl-opinjonijiet tiegħu l-kwistjoni ta’ użu eċċessiv ta’ atti delegati. Huwa għandu dubji dwar it-trasparenza tas-sistema, l-użu tajjeb tal-proċeduri u l-effikaċja tal-mekkaniżmi ta’ kontroll. |
GROW |
Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 |
COM(2016) 31 final |
L-Artikolu 88. Wisq atti delegati fuq punti essenzjali. Kontra l-perjodu ta’ żmien indeterminat. |
GROW |
Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 |
COM(2014) 581 final |
L-Artikolu 55. OK għad-delegi u l-perjodu ta’ ħames snin. |
GROW |
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 |
COM(2014) 28 final |
L-Artikolu 15(a) l-ġdid. Il-Kummissjoni tixtieq tuża atti delegati (xi għaxra), skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, li jfisser limitazzjoni tal-kontenut attwali tar-Regolament. Ċerti punti tal-proposta li għalihom huwa previst l-użu ta’ atti delegati jirrigwardaw l-emissjonijiet tal-vetturi u l-limiti korrispondenti. Preċiżament minħabba l-importanza tagħhom, dawn il-kwistjonijiet dejjem ġew deċiżi mill-koleġislaturi. Il-KESE qajjem diversi drabi fl-opinjonijiet tiegħu l-kwistjoni ta’ użu eċċessiv ta’ atti delegati. Huwa għandu dubji dwar it-trasparenza tas-sistema, l-użu tajjeb tal-proċeduri u l-effikaċja tal-mekkaniżmi ta’ kontroll. |
ENV |
Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 |
COM(2015) 595 |
L-Artikolu 38(a) l-ġdid. OK għad-delegi. Kontra l-perjodu ta’ żmien indeterminat. |
ENV |
Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999. |
COM(2015) 594 |
Le għad-delega. L-Artikolu 16 il-ġdid huwa vag wisq. Kontra l-perjodu ta’ żmien indeterminat. |
ENV |
Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1994 |
COM(2015) 593 |
OK. |
ENV |
Ir-Regolament (KE) Nru 338/97 tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 1996 |
COM(2012) 403 |
OK għall-atti ta’ implimentazzjoni u l-atti delegati (l-Artikoli 19 u 20). Kontra l-perjodu ta’ żmien indeterminat. |
ESTAT |
Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 |
Tħassir propost minn COM(2016)551 |
OK għat-tħassir. |
MOVE |
Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 |
COM(2013) 622 |
LE għad-delegi. Kunċett vag wisq ta’ progress tekniku u xjentifiku. Kontra l-perjodu ta’ żmien indeterminat. |
MOVE |
Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Marzu 2002 |
COM(2011) 828 |
L-Artikolu 12. OK għad-delegi. Kontra l-perjodu ta’ żmien indeterminat. |
MOVE |
Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE tat-23 ta’ Lulju 1996. |
COM(2016) 82 final |
OK għad-delegi (l-Artikolu 29). Kontra l-perjodu ta’ żmien indeterminat. |
MOVE |
Direttiva tal-Kunsill 91/672/KE tas-16 ta’ Diċembru 1991 |
COM(2016) 82 final |
OK għad-delegi (l-Artikolu 29). Kontra l-perjodu ta’ żmien indeterminat. |
MOVE |
Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 |
COM(2016) 369 |
OK għad-delegi u għall-perjodu ta’ żmien indeterminat b’mod eċċezzjonali. |
MOVE |
Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta’ April 1999 |
COM(2016) 371 |
L-Artikolu 13. OK għad-delegi u għall-perjodu ta’ żmien indeterminat b’mod eċċezzjonali. |
MOVE |
Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta’ Ġunju 1998 |
COM(2016) 370 |
L-Artikolu 12(a). OK għad-delegi u għall-perjodu ta’ żmien indeterminat b’mod eċċezzjonali. |
SANTE |
Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 |
COM(2014) 557 |
OK għad-delegi (l-Artikolu 87(a)). Kontra l-perjodu ta’ żmien indeterminat. |
Tabella 4
Atti li għalihom hemm ippjanati proposti
Qasam |
Strument |
Il-kummenti tal-KESE |
AGRI |
Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 |
Ebda kumment għal dawn l-atti kollha peress li t-test mhuwiex disponibbli. |
CLIMA |
Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 |
|
ENER |
Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 |
|
ENER |
Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 |
|
ENER |
Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 |
|
ENV |
Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 |
|
ENV |
Direttiva tal-Kunsill 86/278/KE tat-12 ta’ Ġunju 1986 |
|
ESTAT |
Ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 |
|
ESTAT |
Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 |
Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2017.
President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Georges DASSIS
(1) Għal dawn l-atti, fl-2013 kien diġà ġie propost l-allinjament ta’ xi dispożizzjonijiet mad-dispożizzjonijiet dwar l-atti ta’ implimentazzjoni.
(2) Fil-każ ta’ dawn l-atti, fl-2013 kienet diġà ġiet proposta t-tneħħija ta’ xi dispożizzjonijiet.