15.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/22


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 214/06)

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 69, fin-Nota ta’ Spjega għas-subintestatura tan-NM “1211 90 86 Oħrajn”, bejn il-punt 5 u l-aħħar sentenza jiddaħħal it-test li ġej:

“6.

Ħliefa ta’ żerriegħet il-briegħed (Plantago ovata) fil-forma ta’ frak eteroġenju, miksub permezz tad-dris.”

Fil-paġna 71, bejn in-Nota ta’ Spjega għas-subintestatura tan-NM “1302 20 10 u 1302 20 90 sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati” u n-Nota ta’ Spjega għas-subintestatura tan-NM “1302 31 00 Agar-agar” jiddaħħal it-test li ġej:

1302 31 00

sa

1302 39 00

Muċilaġni u materjali li jħaxxnu, modifikati jew le, derivati minn prodotti veġetali

Sakemm il-prodott jew jintefaħ fl-ilma kiesaħ jew jinħall fil-misħun, il-kriterji msemmijin fin-Noti ta’ Spjega tas-SA tal-intestatura 1302 , (C), l-ewwel paragrafu, ikunu ssodisfati.”

Fil-paġna 71, fin-Nota ta’ Spjega għas-subintestatura tan-NM “1302 39 00 Oħrajn”, wara l-punt 4 jiddaħħal it-test li ġej:

“5.

Idrokollojdi miksuba mill-ħliefa ta’ żerriegħet il-briegħed (Plantago ovata).”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.