26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/12


Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

(2016/C 146/12)

Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen

Barra mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

L–ESTONJA

Informazzjoni li tieħu post l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 434 tat-4.12.2014

Skond il-liġi ta' l-Estonja, persuni barranin li jaslu l-Estonja mingħajr ittra ta' stedina, fuq talba ta' xi gwardja uffiċjali tal-fruntiera, għandhom jipprovdu evidenza meta jidħlu fil-pajjiż li għandhom mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex ikopru l-ispejjeż taż-żjara tagħhom fl-Estonja u għal meta jħalluha. Mezzi finanzjarji suffiċjenti għall kull jum permess huma kkonsidrati li huma 0,2-il darba tas-salarju minimu fix-xahar implimentatati mill-Gvern tar-Repubblika, jiġifieri EUR 86.

Inkella, il-persuna li tagħmel l-istedina jkollha tieħu r-responsabbiltà għall-ispejjeż taż-żjara tal-barrani u tat-tluq tiegħu mill-Estonja.

Lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22

 

ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18

 

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19

 

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8

 

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7

 

ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5

 

ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6

 

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8

 

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16

 

ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13

 

ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44

 

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8

 

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3

 

ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13

 

ĠU C 98, 5.4.2013, p. 3

 

ĠU C 269, 18.9.2013, p. 2

 

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 1

 

ĠU C 152, 20.5.2014, p. 25

 

ĠU C 224, 15.7.2014, p. 31

 

ĠU C 434, 4.12.2014, p. 3

 

ĠU C 447, 13.12.2014, p. 32

 

ĠU C 38, 4.2.2015, p. 20

 

ĠU C 96, 11.3.2016, p. 7.


(1)  Ara l-lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti fi tmiem dan l-aġġornament.