Brussell, 21.12.2016

COM(2016) 882 final

2016/0408(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Matul dawn l-aħħar sentejn, l-Unjoni Ewropea kienet qiegħda taħdem simultanjament fuq l-indirizzar tal-isfidi separati tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni tal-UE u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali. L-iskambju effettiv ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-aġenziji rilevanti tal-UE, huwa essenzjali sabiex jiġi pprovdut rispons b’saħħtu għal dawn l-isfidi u għall-bini ta’ Unjoni ta’ Sigurtà effettiva u ġenwina.

Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) hija l-aktar għodda ta’ suċċess għall-kooperazzjoni effettiva tal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni, tal-pulizija, dawk doganali u ġudizzjarji fl-UE u fil-pajjiżi assoċjati ta’ Schengen. Awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri bħall-pulizija, il-gwardji tal-fruntiera u l-uffiċjali tad-dwana jeħtieġ li jkollhom aċċess għal informazzjoni ta’ kwalità għolja dwar il-persuni jew l-oġġetti li jkunu qegħdin jiċċekkjaw, bi struzzjonijiet ċari dwar dak li jrid isir f’kull każ. Din is-sistema ta’ informazzjoni fuq skala kbira hija fil-qalba tal-kooperazzjoni ta’ Schengen u għandha rwol kruċjali fil-faċilitazzjoni tal-moviment liberu ta’ persuni fiż-żona Schengen. Tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti biex jidħlu u jikkonsultaw data dwar persuni mfittxija, persuni li jistgħu ma jkollhomx id-dritt li jidħlu jew li jibqgħu fl-UE, persuni neqsin – b’mod partikolari tfal – u oġġetti miżapproprjati, mitlufa jew li setgħu kienu nsterqu. Is-SIS ma fihiex biss informazzjoni dwar persuna jew oġġett partikolari iżda fiha wkoll struzzjonijiet ċari għall-awtoritajiet kompetenti dwar x’għandu jsir fir-rigward ta’ dik il-persuna jew oġġett ladarba jinstabu.

Fl-2016, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni komprensiva 1 tas-SIS, tliet snin wara li bdiet topera t-tieni ġenerazzjoni tagħha. Din il-valutazzjoni wriet li s-SIS kienet suċċess operazzjonali ġenwin. Fl-2015, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ċċekkjaw persuni u oġġetti kontra d-data miżmuma fis-SIS madwar 2,9 biljun darba u skambjaw ’il fuq minn 1,8 miljun biċċa informazzjoni supplimentari. Madankollu, kif imħabbar fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2017, filwaqt li titkompla l-ħidma fuq il-bini ta’ din l-esperjenza pożittiva, għandhom ikomplu jiġu msaħħa l-effikaċja u l-effiċjenza tas-sistema. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni qed tippreżenta l-ewwel sett ta’ tliet proposti sabiex jitjieb u jiġi estiż l-użu tas-SIS bħala riżultat tal-valutazzjoni filwaqt li tkompli bil-ħidma tagħha sabiex is-sistemi eżistenti u futuri tal-infurzar tal-liġi u tal-ġestjoni tal-fruntieri jsiru aktar interoperabbli, b’segwitu għall-ħidma li għaddejja tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabbiltà.

Dawn il-proposti jkopru l-użu tas-sistema (a) għall-ġestjoni tal-fruntieri, (b) għall-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, u (c) għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali. Flimkien, l-ewwel żewġ proposti jifformaw il-bażijiet ġuridiċi għall-istabbiliment, għat-tħaddim u għall-użu tas-SIS. Il-proposta għall-użu tas-SIS għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment tissupplimenta l-proposta għall-ġestjoni tal-fruntieri u tikkumplementa d-dispożizzjonijiet li jinsabu fiha. Tistabbilixxi kategorija ġdida ta’ twissija u tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tad-Direttiva 2008/115/KE 2 .

Minħabba l-ġeometrija varjabbli fil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-politiki tal-UE fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja, huwa neċessarju li jiġu adottati tliet strumenti legali separati li madankollu jaħdmu bla xkiel flimkien sabiex jippermettu l-operat u l-użu komprensiv tas-sistema.

B’mod parallel, bl-għan li tissaħħaħ u tittejjeb il-ġestjoni ta’ informazzjoni fil-livell tal-UE, f’April 2016, il-Kummissjoni bdiet proċess ta’ riflessjoni dwar “Sistemi ta’ Informazzjoni Aktar b’Saħħithom u Aktar Intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà” 3 . L-għan kumplessiv huwa li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti sistematikament ikollhom l-informazzjoni neċessarja mis-sistemi ta’ informazzjoni differenti għad-dispożizzjoni tagħhom. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, il-Kummissjoni kienet qiegħda tirrevedi l-arkitettura ta’ informazzjoni eżistenti biex jiġu identifikati lakuni fl-informazzjoni u punti mhux viżibbli li jirriżultaw minn nuqqasijiet fil-funzjonalitajiet tas-sistemi eżistenti, kif ukoll minn frammentazzjoni fl-arkitettura globali tal-ġestjoni tad-data tal-UE. B’appoġġ għal din il-ħidma l-Kummissjoni stabbiliet Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabbiltà, li s-sejbiet interim tiegħu informaw ukoll lil dan l-ewwel sett ta’ proposti rigward kwistjonijiet marbuta mal-kwalità tad-data 4 . Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President Juncker f’Settembru 2016 irrefera wkoll għall-importanza li jingħelbu n-nuqqasijiet attwali fil-ġestjoni ta’ informazzjoni u li jittejbu l-interoperabbiltà u l-interkonnettività bejn is-sistemi ta’ informazzjoni eżistenti.

Wara s-sejbiet tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabbiltà, li ser jiġu ppreżentati fl-ewwel nofs tal-2017, il-Kummissjoni ser tqis it-tieni sett ta’ proposti f’nofs l-2017 biex tkompli titjieb l-interoperabbiltà tas-SIS ma’ sistemi oħra tal-IT . Ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 5 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA) hija element daqstant importanti ta’ din il-ħidma u x’aktarx ser tkun is-suġġett ta’ proposti separati tal-Kummissjoni, fl-2017 wkoll. L-investiment fi skambju rapidu, effettiv u kwalitattiv ta’ informazzjoni u fil-ġestjoni ta’ informazzjoni u l-iżgurar tal-interoperabbiltà tal-bażijiet tad-data u tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE huwa aspett importanti fl-indirizzar tal-isfidi attwali marbuta mas-sigurtà.

Il-qafas legali attwali tat-tieni ġenerazzjoni tas-SIS – li jittratta l-użu tagħha għall-finijiet ta’ verifiki fil-fruntieri ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi huwa bbażat fuq strument preċedenti tal-ewwel pilastru, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 6 . Din il-proposta tissostitwixxi 7 l-istrument legali attwali sabiex:

isir obbligatorju għall-Istati Membri li jdaħħlu twissija fis-SIS fil-każijiet kollha fejn tkun inħarġet projbizzjoni fuq id-dħul lil ċittadin ta’ pajjiż terz b’residenza illegali skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE;

jiġu armonizzati l-proċeduri nazzjonali għall-użu tas-SIS fil-proċedura ta’ konsultazzjoni biex jiġi evitat li ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun soġġett għal projbizzjoni fuq id-dħul, ikollu permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru;

jiġi introdott tibdil tekniku għat-titjib tas-sigurtà u biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi;

jiġi indirizzat l-użu komplut minn tarf sa tarf tas-SIS, li ma jkoprix biss is-sistemi ċentrali u nazzjonali, iżda anki l-ħtiġijiet tal-utenti finali billi jiġi żgurat li dawn tal-aħħar jirċievu d-data kollha neċessarja biex iwettqu l-kompiti tagħhom u li jikkonformaw mar-regoli kollha dwar is-sigurtà meta jipproċessaw id-data fis-SIS.

Il-proposti jiżviluppaw u jtejbu s-sistema eżistenti, aktar milli jistabbilixxu waħda ġdida. Ir-reviżjoni tas-SIS ser tappoġġja u ssaħħaħ l-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea taħt l-Aġendi Ewropej ta’ Migrazzjoni u Sigurtà, u timplimenta:

(1)l-konsolidazzjoni tar-riżultati tal-ħidma dwar l-implimentazzjoni tas-SIS li saret fl-aħħar tliet snin li tinvolvi emendi tekniċi għas-SIS Ċentrali sabiex jiġu estiżi wħud mill-kategoriji ta’ twissija eżistenti u jiġu pprovduti funzjonalitajiet ġodda;

(2)rakkomandazzjonijiet għal tibdil tekniku u proċedurali li jirriżulta minn valutazzjoni komprensiva tas-SIS 8 ;

(3)talbiet minn utenti finali tas-SIS għal titjib tekniku; kif ukoll

(4)is-sejbiet interim tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabbiltà 9 fir-rigward tal-kwalità tad-data.

Għadd ta’ dispożizzjonijiet huma komuni għaż-żewġ testi, fid-dawl tal-fatt li din il-proposta hija intrinsikament marbuta mal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-SIS fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali. Dawn jinkludu miżuri li jkopru l-użu minn tarf sa tarf tas-SIS, li ma jinkludix biss l-operat tas-sistemi ċentrali u nazzjonali, iżda wkoll il-ħtiġijiet tal-utenti finali; miżuri msaħħa għall-kontinwità tan-negozju; miżuri li jindirizzaw il-kwalità, il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data, u dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-arranġamenti ta’ rapportar. Iż-żewġ proposti jestendu wkoll l-użu ta’ informazzjoni bijometrika 10 .

Bl-eskalazzjoni tal-kriżi tal-migrazzjoni u tar-refuġjati fl-2015, il-ħtieġa li jittieħdu passi effettivi biex tiġi indirizzata l-migrazzjoni irregolari żdiedet b’mod konsiderevoli. Fil-Pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar ir-ritorn 11 , il-Kummissjoni ħabbret li se tipproponi li jsir obbligatorju għall-Istati Membri li jintroduċu fis-SIS il-projbizzjonijiet kollha fuq id-dħul sabiex jgħinu biex jiġi evitat id-dħul mill-ġdid ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fiż-żona Schengen li ma jkollhomx permess li jidħlu u li jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri. Projbizzjonijiet fuq id-dħul maħruġa skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE għandhom effett madwar iż-żona kollha ta’ Schengen; għaldaqstant jistgħu jiġu inforzati fil-fruntieri esterni mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor għajr dak li jkun ħareġ il-projbizzjoni. Ir-Regolament eżistenti (KE) Nru 1987/2006 jippermetti biss iżda ma jeżiġix li l-Istati Membri jdaħħlu twissijiet għaċ-ċaħda tad-dħul u tar-residenza fuq il-bażi ta’ projbizzjonijiet ta’ dħul fis-SIS. Jista’ jinkiseb livell ogħla ta’ effikaċja u ta’ armonizzazzjoni jekk kemm-il darba jsir obbligatorju li l-projbizzjonijiet kollha fuq id-dħul jiddaħħlu fis-SIS.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kif ukoll ma’ strumenti legali eżistenti u futuri

Din il-proposta hija kompletament konsistenti u allinjata mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115/KE dwar il-ħruġ u l-infurzar ta’ projbizzjonijiet fuq id-dħul. Għalhekk tikkumplementa d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar projbizzjonijiet fuq id-dħul u tikkontribwixxi għall-infurzar effettiv ta’ dawn il-projbizzjonijiet fil-fruntieri esterni, filwaqt li tiffaċilita l-applikazzjoni tal-obbligi definiti mid-Direttiva dwar ir-Ritorn u tevita b’suċċess id-dħul mill-ġdid ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati fiż-żona Schengen.

Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta hija marbuta mill-qrib ma’ u tikkumplementa politiki oħra tal-Unjoni, jiġifieri:

(1)Is-sigurtà interna fir-rigward tar-rwol tas-SIS għall-prevenzjoni tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joħolqu theddida għas-sigurtà.

(2)Il-protezzjoni tad-data safejn din il-proposta tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali ta’ individwi li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata fis-SIS.

(3)Din il-proposta hija marbuta mill-qrib ma’ leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni u tikkumplementaha, jiġifieri:

(4)Il-ġestjoni tal-fruntieri esterni safejn din il-proposta tassisti lill-Istati Membri fil-kontroll tal-porzjon tagħhom tal-fruntieri esterni tal-UE u fit-tisħiħ tal-effikaċja tas-sistema tal-UE ta’ kontrolli fil-fruntieri esterni.

(5)Politika ta’ ritorn tal-UE li hi effettiva u li tikkontribwixxi u ssaħħaħ is-sistema tal-UE għad-detezzjoni u l-prevenzjoni tad-dħul mill-ġdid ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi wara r-ritorn tagħhom. Din il-proposta tgħin biex jitnaqqsu l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari lejn l-UE, wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni 12 .

(6)Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta rigward (i) il-possibbiltà li l-persunal tal-Aġenzija jwettaq analiżijiet tar-riskju u (ii) l-aċċess tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS fi ħdan l-Aġenzija għas-SIS għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) 13 proposta, kif ukoll (iii) għall-provvista ta’ interfaċċa teknika għall-aċċess tat-Timijiet tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-SIS, għat-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn u għall-membri tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni sabiex, fil-mandat tagħhom, ikollhom id-dritt li jaċċessaw u jfittxu data mdaħħla fis-SIS.

(7)Europol - qed jiġu proposti drittijiet usa’ ta’ aċċess u ta’ tiftix fid-data tas-SIS, fil-limiti tal-mandat tagħha.

Din il-proposta hija wkoll marbuta mill-qrib mal-leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni, u tikkumplementaha jiġifieri

(8)Sistema ta’ Dħul/Ħruġ li pproponiet kombinazzjoni ta’ marki tas-swaba’ u ta’ immaġini tal-wiċċ bħala identifikaturi bijometriċi għall-operat tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES); approċċ li din il-proposta tfittex li tirrifletti.

(9)ETIAS li pproponiet valutazzjoni bir-reqqa dwar is-sigurtà, fosthom verifika fis-SIS, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu ta’ viża li beħsiebhom jivvjaġġaw fl-UE.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta tuża l-Artikoli 77(2)(b) u (d) kif ukoll 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bħala l-bażijiet ġuridiċi għad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri u tal-immigrazzjoni illegali.

Ġeometrija varjabbli 

Din il-proposta tibni fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mal-verifiki fil-fruntieri. Għalhekk għandhom jiġu kkunsidrati l-konsegwenzi li ġejjin fid-diversi Protokolli u Ftehimiet ma' pajjiżi assoċjati:

Id-Danimarka: Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattati, id-Danimarka għandha tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament, jekk tkunx se timplimenta din il-proposta, li tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, fil-liġi nazzjonali tagħha.

Ir-Renju Unit u l-Irlanda: Skont l-Artikoli 4 u 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 li tikkonċerna t-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jeħdux sehem fir-Regolament (UE) 2016/399 (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen); lanqas ma jieħdu sehem f’xi wieħed mill-istrumenti legali l-oħra li huma magħrufa b'mod komuni bħala "l-acquis ta' Schengen", viz. l-istrumenti legali li jorganizzaw u japoġġaw it-tneħħija tal-verifiki fil-fruntieri interni u l-miżuri li jmorru magħhom rigward il-verifiki fil-fruntieri esterni. Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp ta’ dan l-acquis, u għalhekk, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhumiex marbutin bih jew soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu.

Il-Bulgarija u r-Rumanija: Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005. Dan ir-Regolament għandu jinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta’ Ġunju 2010 14 li, soġġetta għal xi restrizzjonijiet, daħħlet fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fil-Bulgarija u fir-Rumanija.

Ċipru u l-Kroazja: Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu, fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011.

Pajjiżi Assoċjati: Fuq il-bażi tal-ftehimiet rispettivi li jassoċjaw dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein għandhom ikunu marbuta bir-Regolament propost.

Sussidjarjetà 

Din il-proposta ser tiżviluppa u tibni fuq is-SIS eżistenti, li ilha topera mill-1995. Il-qafas intergovernattiv oriġinali ġie sostitwit minn strumenti tal-Unjoni fid-9 ta’ April 2013 (ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI). Analiżi sħiħa tas-sussidjarjetà twettqet f’okkażjonijiet preċedenti; l-għanijiet ta’ din l-inizjattiva huma li jkomplu jiġu rfinati d-dispożizzjonijiet eżistenti, jiġu indirizzati l-lakuni identifikati u li jitjiebu l-proċeduri operazzjonali.

Dan il-livell konsiderevoli ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri ma jistax jinkiseb permezz ta’ soluzzjonijiet deċentralizzati. Minħabba l-iskala, l-effetti u l-impatti tal-azzjoni, din il-proposta tista’ tintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni.

L-objettivi ta’ din il-proposta jinkludu, fost oħrajn, titjib tekniku biex titjieb l-effiċjenza tas-SIS, kif ukoll sforzi biex jiġi armonizzat l-użu tas-sistema fost l-Istati Membri parteċipanti kollha. Minħabba n-natura transnazzjonali ta’ dawn l-għanijiet u tal-isfidi biex jiġi żgurat skambju effettiv ta’ informazzjoni fil-ġlieda kontra t-theddid dejjem aktar diversifikat, l-UE qiegħda f’pożizzjoni tajba biex tipproponi soluzzjonijiet għal dawn il-kwistjonijiet, li ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom.

Jekk ma jiġux indirizzati l-limitazzjonijiet eżistenti għas-SIS, jeżisti r-riskju li jintilfu bosta opportunitajiet għal aktar effiċjenza u valur miżjud tal-UE u li jkun hemm punti inviżibbli li jfixklu l-ħidma tal-awtoritajiet kompetenti. Bħala eżempju, in-nuqqas ta’ regoli armonizzati dwar it-tħassir ta’ twissijiet superfluwi fis-sistema jista’ jwassal għall-ostakolar tal-moviment liberu ta’ persuni bħala prinċipju fundamentali tal-Unjoni.

Proporzjonalità

L-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li azzjoni mill-Unjoni ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fit-Trattat. Il-forma magħżula għal din l-azzjoni tal-UE għandha tippermetti li l-proposta tilħaq l-għan tagħha u li tkun implimentata bl-iktar mod effettiv possibbli. L-inizjattiva proposta tikkostitwixxi reviżjoni tas-SIS fir-rigward ta’ verifiki fil-fruntieri.

Il-proposta hija xprunata mill-prinċipji ta’ privatezza fid-disinn. F’termini tad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, din il-proposta hija proporzjonata peress li tipprovdi għal regoli speċifiċi dwar it-tħassir ta’ twissijiet u ma teħtieġx il-ġbir u l-ħżin ta’ data għal żmien itwal milli huwa assolutament meħtieġ sabiex is-sistema tkun tista' tiffunzjona u tilħaq l-objettivi tagħha. It-twissijiet tas-SIS fihom biss id-data li hija meħtieġa għall-identifikazzjoni u għal-lokalizzazzjoni ta’ persuna jew ta’ oġġett u biex jippermettu li tittieħed azzjoni operattiva xierqa. Id-dettalji addizzjonali l-oħra kollha huma pprovduti permezz tal-Uffiċċji SIRENE li jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.

Barra minn hekk, il-proposta tipprovdi għall-implimentazzjoni tas-salvagwardji u tal-mekkaniżmi kollha meħtieġa għall-protezzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data; partikolarment il-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-data personali tagħhom. Tinkludi wkoll dispożizzjonijiet mfassla speċifikament biex tissaħħaħ is-sigurtà tad-data personali ta’ individwi miżmuma fis-SIS.

Fil-livell tal-UE mhux se jkun hemm il-bżonn ta’ proċessi jew ta’ armonizzazzjoni ulterjuri biex is-sistema tiffunzjona. Il-miżura prevista hija proporzjonata fis-sens li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ f’termini ta’ azzjoni fil-livell tal-UE biex jintlaħqu l-objettivi definiti.

Għażla tal-istrument

Ir-reviżjoni proposta ser tieħu wkoll il-forma ta’ Regolament u ser tissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1987/2006. Dan l-approċċ ġie segwit ukoll fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u, peress li ż-żewġ strumenti huma intrinsikament marbuta, għandu jiġi applikat ukoll fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006. Id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI ġiet adottata bħala l-hekk imsejħa “strument tat-tielet pilastru” skont it-Trattat preċedenti dwar l-Unjoni Ewropea. Tali strumenti “tat-tielet pilastru” ġew adottati mill-Kunsill mingħajr il-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur. Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta tinsab fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) peress li l-istruttura tal-pilastri ma baqgħetx teżisti wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009. Il-bażi ġuridika tobbliga l-użu tal-proċedura leġislattiva ordinarja. Il-forma ta’ Regolament (tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandha tintgħażel billi d-dispożizzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Il-proposta ser tibni fuq u ssaħħaħ sistema ċentralizzata eżistenti li permezz tagħha l-Istati Membri jikkooperaw ma’ xulxin, ħaġa li tirrikjedi arkitettura u regoli operattivi vinkolanti komuni. Barra minn hekk, tistabbilixxi regoli mandatorji dwar l-aċċess għas-sistema inkluż għall-fini ta’ infurzar tal-liġi li huma uniformi għall-Istati Membri kollha kif ukoll għall-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja 15 (eu-LISA). L-eu-LISA ilha mid-9 ta’ Mejju 2013 responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-SIS Ċentrali, li tikkonsisti fil-kompiti kollha meħtieġa sabiex jiġi żgurat li s-SIS Ċentrali topera bis-sħiħ erbgħa u għoxrin (24) siegħa kuljum, sebat (7) ijiem fil-ġimgħa. Din il-proposta tibni fuq ir-responsabbiltajiet tal-eu-LISA fir-rigward tas-SIS.

Barra minn hekk, il-proposta tipprovdi għal regoli direttament applikabbli li jippermettu li s-suġġetti tad-data jaċċessaw id-data proprja kif ukoll rimedji mingħajr ma jkun hemm bżonn ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni ulterjuri f’dan ir-rigward.

Bħala konsegwenza, huwa biss Regolament li jista' jintgħażel bħala strument legali. 

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI 16 , tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ġenerali tas-sistema ċentrali tas-SIS II kif ukoll tal-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri.

L-evalwazzjoni mmirat speċifikament ir-reviżjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 bl-għan li jsiru l-proposti meħtieġa sabiex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu biex jintlaħaq livell ogħla ta’ armonizzazzjoni tal-kriterji meta jiddaħħlu t-twissijiet.

Ir-riżultati tal-evalwazzjoni enfasizzaw il-ħtieġa għal tibdil fil-bażi ġuridika tas-SIS sabiex ikun hemm rispons aħjar għal sfidi ġodda marbuta mas-sigurtà u mal-migrazzjoni. Dan jinkludi, pereżempju proposta għad-dħul obbligatorju ta’ projbizzjonijiet fuq id-dħul fis-SIS sabiex jiġu nfurzati aħjar, il-konsultazzjoni obbligatorja bejn l-Istati Membri biex tiġi evitata l-koeżistenza ta’ projbizzjoni ta’ dħul u permess ta’ residenza, il-possibilità li jiġu identifikati u lokalizzati individwi abbażi tal-marki tas-swaba’ tagħhom permezz tal-użu ta’ sistema awtomatizzata ġdida għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba’, u l-espansjoni tal-identifikaturi bijometriċi fis-sistema.

Ir-riżultati tal-evalwazzjoni wrew ukoll il-ħtieġa għal emendi legali għat-titjib tal-funzjonament tekniku tas-sistema u għas-simplifikazzjoni tal-proċessi nazzjonali. Dawn il-miżuri ser isaħħu l-effiċjenza u l-effikaċja tas-SIS billi jiġi faċilitat l-użu tagħha u jitnaqqas il-piż żejjed. Tfasslu miżuri addizzjonali sabiex titjieb il-kwalità tad-data u t-trasparenza tas-sistema permezz ta’ deskrizzjoni aktar ċara tal-kompiti speċifiċi ta’ rapportar tal-Istati Membri u tal-eu-LISA.

Ir-riżultati tal-evalwazzjoni komprensiva (ir-rapport ta’ evalwazzjoni u d-Dokument relatat ta’ Ħidma tal-Persunal ġew adottati fil-21 ta’ Diċembru 2016 17 ) ifformaw il-bażi tal-miżuri li jinsabu f’din il-proposta.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar ir-Ritorn 2008/115/KE, fl-2014 il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni dwar il-Politika ta’ Ritorn tal-UE 18 , li tirrapporta dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Hija kkonkludiet li għandu jkompli jissaħħaħ il-potenzjal tas-SIS fil-qasam tal-politika ta’ ritorn; tindika li r-reviżjoni tas-SIS II hija opportunità biex titjieb il-konsistenza bejn il-politika ta’ ritorn u s-SIS II, u tissuġġerixxi l-introduzzjoni ta’ obbligu fuq l-Istati Membri biex idaħħlu twissija dwar rifjut ta’ dħul fis-SIS II għal projbizzjonijiet fuq id-dħul maħruġa skont id-Direttiva dwar ir-Ritorn.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Matul l-evalwazzjoni tas-SIS mill-Kummissjoni, il-partijiet ikkonċernati, fosthom delegati tal-Kumitat SISVIS, intalbu jipprovdu kummenti u suġġerimenti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006. Dan il-Kumitat jinkludi rappreżentanti tal-Istati Membri kemm dwar kwistjonijiet operattivi ta’ SIRENE (kooperazzjoni transfruntiera fir-rigward tas-SIS) kif ukoll dwar kwistjonijiet tekniċi fl-iżvilupp u fil-manutenzjoni tas-SIS u l-applikazzjoni relatata ta’ SIRENE.

Bħala parti mill-proċess ta’ evalwazzjoni d-delegati wieġbu għal kwestjonarji dettaljati. Fejn kien hemm bżonn ta’ kjarifika ulterjuri jew is-suġġett kellu bżonn ikompli jiġi żviluppat dan intlaħaq permezz ta’ skambju ta’ emails jew intervisti mmirati.

Dan il-proċess iterattiv ippermetta li l-kwistjonijiet jitqajmu b’mod komprensiv u trasparenti. Matul l-2015 u l-2016, id-delegati tal-Kumitat SISVIS iddiskutew dawn il-kwistjonijiet waqt laqgħat u sessjonijiet ta’ ħidma dedikati.

Il-Kummissjoni kkonsultat ukoll b’mod speċifiku mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri u mal-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni tas-Sorveljanza tas-SIS II fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. L-Istati Membri qasmu l-esperjenzi tagħhom dwar talbiet għall-aċċess mis-suġġetti u dwar il-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data billi wieġbu għal kwestjonarju dedikat. Minn Ġunju 2015 it-tweġibiet għal dan il-kwestjonarju informaw l-iżvilupp ta’ din il-proposta.

Internament, il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta’ Tmexxija Interservizzi li jinkludi s-Segretarjat Ġenerali u d-Direttorati Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni, għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà, u għall-Informatika. Dan il-grupp ta’ tmexxija mmonitorja l-proċess ta’ evalwazzjoni u pprovda gwida kif meħtieġ.

Is-sejbiet tal-evalwazzjoni qiesu wkoll l-evidenza miġbura matul iż-żjarat ta’ evalwazzjoni fuq il-post lill-Istati Membri, li eżaminaw fid-dettall il-mod kif is-SIS qiegħda tintuża fil-prattika. Dan kollu jinkludi diskussjonijiet u intervisti mal-prattikanti, mal-persunal tal-Uffiċċju SIRENE u mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Intalbu wkoll il-kummenti u s-suġġerimenti tal-awtoritajiet kompetenti dwar ir-ritorn tal-Istati Membri, b’mod partikolari dwar il-konsegwenzi tal-possibbiltà ta’ obbligu li fis-SIS jiġu introdotti twissijiet għall-projbizzjonijiet kollha fuq id-dħul maħruġa skont id-Direttiva 2008/115/KE, fil-kuntest tal-Grupp ta’ Kuntatt tal-Kummissjoni dwar id-Direttiva dwar ir-Ritorn, waqt il-laqgħat tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2015, tat-18 ta’ Marzu u tal-20 ta’ Ġunju 2016.

Fid-dawl ta’ dawn il-kummenti, din il-proposta tipprevedi miżuri għat-titjib tal-effiċjenza teknika u operattiva u l-effikaċja tas-sistema.

Ġbir u użu tal-kompetenzi

Minbarra l-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni fittxet ukoll kompetenzi esterni permezz ta’ erba' studji, li s-sejbiet tagħhom ġew inkorporati fl-iżviluppi ta’ din il-proposta:

Valutazzjoni Teknika tas-SIS (Kurt Salmon) 19

Din il-valutazzjoni identifikat il-kwistjonijiet ewlenin fil-funzjonament tas-SIS u l-ħtiġijiet futuri li għandhom jiġu indirizzati, filwaqt li qabel kollox identifikat tħassib fir-rigward tal-massimizzazzjoni tal-kontinwità tan-negozju u l-iżgurar li l-arkitettura ġenerali tkun tista’ tadatta għaż-żieda fir-rekwiżiti ta’ kapaċità.

Valutazzjoni tal-Impatt tal-ICT dwar it-Titjib Possibbli lill-Arkitettura tas-SIS II (Kurt Salmon) 20

Dan l-istudju vvaluta l-kost attwali tat-tħaddim tas-SIS fuq livell nazzjonali u vvaluta żewġ xenarji tekniċi possibbli għat-titjib tas-sistema. Iż-żewġ xenarji jinkludu sett ta’ proposti tekniċi li jiffokaw fuq titjib fis-sistema ċentrali u fl-arkitettura ġenerali.

“Valutazzjoni tal-Impatt tal-ICT dwar titjib tekniku lill-arkitettura tas-SIS II – Rapport Finali”, l-10 ta’ Novembru 2016, (Wavestone) 21

Dan l-istudju vvaluta l-impatti tal-ispejjeż fuq l-Istati Membri tal-implimentazzjoni ta’ kopja nazzjonali billi analizza tliet xenarji (sistema kompletament ċentralizzata, implimentazzjoni standardizzata tal-N.SIS żviluppata u pprovduta mill-eu-LISA lill-Istati Membri u implimentazzjoni distinta tal-N.SIS bi standards tekniċi komuni).

Studju dwar il-fattibbiltà u l-implikazzjonijiet tal-istabbiliment ta’ sistema mifruxa mal-UE kollha, fil-qafas tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għall-iskambju tad-dejta dwar id-deċiżjonijiet relatati mar-ritorn u l-monitoraġġ tal-konformità tagħhom (PwC) 22

Dan l-istudju jivvaluta l-fattibbiltà u l-implikazzjonijiet tekniċi u operattivi tat-tibdil propost għas-SIS bl-għan li jitjieb l-użu tagħha għar-ritorn ta’ migranti irregolari u għall-prevenzjoni tad-dħul mill-ġdid tagħhom.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-Kummissjoni ma wettqitx valutazzjoni tal-impatt.

It-tliet valutazzjonijiet indipendenti msemmija hawn fuq ifformaw il-bażi ta’ kunsiderazzjoni għall-impatti tat-tibdil fis-sistema minn perspettiva teknika. Barra minn hekk, sa mill-2013, il-Kummissjoni kkonkludiet żewġ reviżjonijiet tal-Manwal SIRENE, jiġifieri minn mindu bdiet topera s-SIS II fid-9 ta’ April 2013 u minn meta bdiet tapplika d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. Dan jinkludi evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu li wasslet għat-tnedija ta’ Manwal ġdid SIRENE 23 fid-29 ta’ Jannar 2015. Il-Kummissjoni adottat ukoll Katalogu tal-Aħjar Prattiki u Rakkomandazzjonijiet 24 . Barra minn hekk, l-eu-LISA u l-Istati Membri jwettqu titjib tekniku regolari u iterattiv għas-sistema. Huwa meqjus li issa dawn l-għażliet ġew eżawriti, u hemm bżonn ta’ aktar emendi ġenerali għall-bażi ġuridika. Iċ-ċarezza f’oqsma bħall-applikazzjoni ta’ sistemi għall-utenti finali kif ukoll regoli dettaljati dwar it-tħassir ta’ twissijiet, ma jistgħux jinkisbu biss permezz ta’ implimentazzjoni u infurzar imtejba.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni komprensiva tas-SIS kif kienet rikjesta mill-Artikoli 24(5), 43(3) u 50(5) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 59(3) u 66(5) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI u ppubblikat Dokument ta’ Ħidma akkumpanjanti tal-Persunal. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni komprensiva (ir-rapport ta’ evalwazzjoni u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal relatat ġew adottati fil-21 ta’ Diċembru 2016) ifformaw il-bażi tal-miżuri li jinsabu f’din il-proposta.

Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen, stabbilit fir-Regolament (UE) Nru. 1053/2013 25 jippermetti l-valutazzjoni ġuridika u operattiva perjodika tal-funzjonament tas-SIS fl-Istati Membri. L-evalwazzjonijiet isiru b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Permezz ta’ dan il-mekkaniżmu, il-Kunsill jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri individwali, abbażi tal-evalwazzjonijiet li jkunu saru bħala parti mill-programmi pluriennali u annwali. Bħala riżultat tan-natura individwali tagħhom, dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma jistgħux jissostitwixxu regoli legalment vinkolanti li fl-istess ħin ikunu applikabbli għall-Istati Membri kollha li jużaw is-SIS.

Il-Kumitat SISVIS jiddiskuti regolarment kwistjonijiet operattivi u tekniċi prattiċi. Għalkemm dawn il-laqgħat huma strumentali fil-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, l-eżitu ta’ dawn id-diskussjonijiet (tibdil leġiżlattiv assenti) ma jistax jirrimedja kwistjonijiet emerġenti minħabba, pereżempju, prattiki nazzjonali diverġenti.

It-tibdil propost f’dan ir-Regolament ma jippreżentax impatt ekonomiku jew ambjentali sinifikanti. Madankollu, dan it-tibdil huwa mistenni li jkollu impatt soċjali pożittiv sinifikanti, peress li jipprovdi għal aktar sigurtà billi jippermetti identifikazzjoni aħjar ta’ persuni li jużaw identitajiet foloz, ta’ kriminali li l-identità tagħhom tibqa' mhux magħrufa wara li jkunu wettqu reat serju kif ukoll ta’ migranti irregolari li japprofittaw ruħhom miż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. L-impatt ta’ dan it-tibdil fuq id-drittijiet fundamentali u fuq il-protezzjoni tad-data ġie kkunsidrat u stabbilit f’aktar dettall fit-taqsima li ġejja (“Drittijiet fundamentali”).

Il-proposta tfasslet bl-użu tal-korp sostanzjali ta’ evidenza miġbura li tipprovdi l-informazzjoni għall-valutazzjoni globali tat-tieni ġenerazzjoni tas-SIS, li esplorat il-funzjonament tas-sistema u oqsma possibbli għal titjib. Barra minn hekk, sar studju ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-ispejjeż, biex jiġi żgurat li l-arkitettura nazzjonali magħżula kienet l-aktar waħda xierqa u proporzjonata.

Id-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tad-data

Din il-proposta tiżviluppa u ttejjeb sistema eżistenti, aktar milli tistabbilixxi waħda ġdida, u b’hekk tibni fuq salvagwardji importanti u effettivi li diġà ġew implimentati. Madankollu, peress li s-sistema tkompli tipproċessa dejta personali, u se tipproċessa aktar kategoriji sensittivi ta’ data bijometrika, hemm impatti potenzjali fuq id-drittijiet fundamentali ta’ individwu. Dawn ġew ikkunsidrati bir-reqqa, u ġew stabbiliti salvagwardji addizzjonali biex il-ġbir u l-ipproċessar ulterjuri tad-data jiġu limitati għal dak li huwa strettament neċessarju u operazzjonalment meħtieġ, u biex l-aċċess għal din id-data jiġi ristrett għal dawk li jkollhom ħtieġa operazzjonali biex jipproċessawha. F’din il-proposta ġew stabbiliti skadenzi ċari għaż-żamma tad-data, u huma previsti u rikonoxxuti b’mod espliċitu d-drittijiet ta’ individwi li jaċċessaw u jikkoreġu data relatata magħhom u li jitolbu t-tħassir b’mod konformi mad-drittijiet fundamentali tagħhom (ara t-taqsima dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà).

Barra minn hekk, il-proposta ssaħħaħ il-miżuri biex jiġu mħarsa d-drittijiet fundamentali, peress li tistabbilixxi f’leġiżlazzjoni r-rekwiżiti għat-tħassir ta’ twissija u tintroduċi valutazzjoni tal-proporzjonalità fil-każ ta’ estensjoni ta’ twissija. Il-proposta tiddefinixxi salvagwardji estensivi u robusti għall-użu ta’ identifikaturi bijometriċi sabiex jiġi evitat inkonvenjent għal persuni innoċenti.

Il-proposta tirrikjedi wkoll is-sigurtà minn tarf sa tarf tas-sistema, li tiżgura protezzjoni akbar għall-informazzjoni maħżuna fiha. Bl-introduzzjoni ta’ proċedura ċara għall-ġestjoni ta’ inċidenti, kif ukoll kontinwità tan-negozju mtejba għas-SIS, din il-proposta hija konformi għal kollox mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea 26 mhux biss fir-rigward tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. L-iżvilupp u l-effikaċja kontinwa tas-SIS ser jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-persuni fis-soċjetà.

Il-proposta tipprevedi tibdil sinifikanti dwar identifikaturi bijometriċi. Barra l-marka tas-swaba', il-marki tal-pala tal-id għandhom jinġabru wkoll u jinħażnu jekk jintlaħqu r-rekwiżiti legali. Ir-reġistri tal-marki tas-swaba’ huma marbuta ma’ twissijiet alfanumeriċi fis-SIS kif previst fl-Artikolu 24. Fil-futur għandu jkun possibbli li ssir tfittxija f’din id-data dattilografika (marki tas-swaba’ u marki tal-pala tal-id) permezz ta’ marki tas-swaba’ li jinsabu f’post ta’ reat sakemm ir-reat jikkwalifika bħala reat gravi jew reat terroristiku u jkun hemm probabbiltà kbira li jappartjenu lill-awtur. Fil-każ ta’ inċertezza dwar l-identità ta’ persuna abbażi tad-dokumenti tagħha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqabblu l-marki tas-swaba’ kontra l-marki tas-swaba’ maħżuna fil-bażi tad-data tas-SIS.

Il-proposta teħtieġ il-ġbir u l-ħżin ta’ data addizzjonali (bħalma huma dettalji tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni personali) li tiffaċilita l-ħidma tal-uffiċjali fuq il-post biex jistabbilixxu l-identità ta’ persuna.

Il-proposta tiggarantixxi d-dritt tas-suġġett tad-data għal rimedji effettivi disponibbli biex jikkontesta kwalunkwe deċiżjoni, li f’kull każ għandu jinkludi rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONI GĦALL-BAĠIT

Is-SIS tikkostitwixxi sistema unika ta’ informazzjoni. Konsegwentement, in-nefqa prevista fi tnejn mill-proposti (dik attwali u l-Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali) ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala żewġ ammonti separati iżda bħala ammont uniku. L-implikazzjonijiet baġitarji tat-tibdil meħtieġ għall-implimentazzjoni taż-żewġ proposti huma inklużi f’dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva unika.

Minħabba n-natura komplementari tat-tielet proposta (dwar ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali) l-implikazzjonijiet baġitarji huma ttrattati separatament u f’dikjarazzjoni finanzjarja indipendenti li tindirizza biss l-istabbiliment ta’ din il-kategorija ta’ twissija speċifika.

Abbażi ta’ valutazzjoni tad-diversi aspetti tal-ħidma meħtieġa fir-rigward tan-netwerk, is-SIS Ċentrali mill-eu-LISA u l-iżviluppi nazzjonali fl-Istati Membri, iż-żewġ proposti għal Regolamenti ser jeħtieġu ammont globali ta’ EUR 64,3 miljun għall-perjodu 2018-2020.

Dan ikopri żieda fil-wisa' tal-banda ta’ TESTA-NG minħabba l-fatt li skont iż-żewġ proposti, in-netwerk ser jittrażmetti fajls bil-marki tas-swaba’ u bl-immaġini tal-wiċċ li jeħtieġu throughput u kapaċità ogħla (EUR 9,9 miljun). Ikopri wkoll l-ispejjeż tal-eu-LISA fir-rigward tan-nefqa tal-persunal u dik operattiva (EUR 17,6 miljun). L-eu-LISA informat lill-Kummissjoni li r-reklutaġġ ta’ tliet (3) aġenti kuntrattwali ġodda huwa ppjanat li jsir f’Jannar 2018 biex il-fażi ta’ żvilupp tinbeda fi żmien xieraq sabiex jiġi żgurat li l-funzjonalitajiet aġġornati tas-SIS jibdew joperaw fl-2020. Il-proposta attwali tinkludi emendi tekniċi għas-SIS Ċentrali sabiex jiġu estiżi uħud mill-kategoriji eżistenti ta’ twissija u jiġu pprovduti funzjonalitajiet ġodda. Id-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża ma’ din il-proposta tirrifletti dan it-tibdil.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet studju ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-ispejjeż sabiex jiġu vvalutati l-ispejjeż tal-iżviluppi nazzjonali meħtieġa minn din il-proposta 27 . L-ispiża stmata hija ta’ EUR 36,8 miljun li għandha titqassam permezz ta’ somma f’daqqa lill-Istati Membri. Għalhekk, kull Stat Membru għandu jirċievi l-ammont ta’ EUR 1,2 miljun biex jaġġorna s-sistema nazzjonali tiegħu skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’din il-proposta, inkluż għat-twaqqif ta’ kopja nazzjonali parzjali fejn dan ma jkunx għadu l-każ jew għal sistema ta’ backup.

Hemm ippjanat ipprogrammar mill-ġdid tal-bqija tal-pakkett Fruntieri Intelliġenti sabiex isir it-titjib u jiġu implimentati l-funzjonalitajiet previsti fiż-żewġ proposti. Ir-Regolament tal-fruntieri FSI 28 huwa l-istrument finanzjarju fejn ġie inkluż il-baġit għall-implimentazzjoni tal-pakkett Fruntieri Intelliġenti. L-Artikolu 5 tar-Regolament jipprevedi l-implimentazzjoni ta’ EUR 791 miljun permezz ta’ programm għall-istabbiliment ta’ sistemi tal-IT li jappoġġjaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15. Mill-EUR 791 miljun imsemmija hawn fuq, EUR 480 miljun huma riżervato għall-iżvilupp tas-Sistema ta’ Dħul-Ħruġ u EUR 210 miljun għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS). L-ammont li fadal ser jintuża parzjalment biex jiġu koperti l-ispejjeż tat-tibdil previst fiż-żewġ proposti li jikkonċernaw is-SIS

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-eu-LISA ser jirrevedu u jimmonitorjaw b’mod regolari l-użu tas-SIS, sabiex ikun żgurat li din tkompli tiffunzjona b’mod effettiv u effiċjenti. Il-Kummissjoni ser tkun megħjuna mill-Kumitat SISVIS biex timplimenta l-miżuri tekniċi u operattivi kif deskritt fil-proposta.

Barra minn hekk, dan ir-Regolament propost jinkludi dispożizzjoni fl-Artikolu 54(7) u (8) għal proċess ta’ reviżjoni u ta’ evalwazzjoni formali u regolari.

Kull sentejn, l-eu-LISA hija meħtieġa tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tekniku – inkluża s-sigurtà – tas-SIS, l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni li ssostniha, u l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri.

Barra minn hekk, kull erba’ snin, il-Kummissjoni hija meħtieġa twettaq, u taqsam mal-Parlament u mal-Kunsill, evalwazzjoni ġenerali tas-SIS u tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri. Din se:

teżamina r-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi;

tivvaluta jekk il-ġustifikazzjoni sottostanti għas-sistema għadhiex valida;

teżamina kif ir-Regolament qiegħed jiġi applikat lis-sistema ċentrali;

tevalwa s-sigurtà tas-sistema ċentrali;

tesplora implikazzjonijiet għall-funzjonament tas-sistema fil-ġejjieni.

L-eu-LISA attwalment hija inkarigata li tipprovdi statistika ta’ kuljum, fix-xahar u annwali dwar l-użu tas-SIS, sabiex jiġi żgurat monitoraġġ kontinwu tas-sistema u tal-funzjonament tagħha meta mqabbla mal-objettivi.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet ġodda tal-proposta

Dispożizzjonijiet li huma komuni għal din il-proposta u l-proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-SIS fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali:

Dispożizzjonijiet Ġenerali (Artikoli 1 – 3)

Arkitettura teknika u modi kif titħaddem is-SIS (Artikoli 4 – 14)

Responsabbiltajiet tal-eu-LISA (Artikoli 15 – 18)

Dritt ta’ aċċess u ż-żamma ta’ twissijiet (Artikoli 29, 30, 31, 33 u 34)

Regoli ġenerali dwar l-ipproċessar tad-data u l-protezzjoni tad-data (Artikoli 36 – 53)

Monitoraġġ u statistika (Artikolu 54)

L-użu minn tarf sa tarf tas-SIS 

B’aktar minn żewġ miljun utenti finali fl-awtoritajiet kompetenti madwar l-Ewropa kollha, is-SIS hija għodda użata b’mod wiesa’ u effettiva ferm għall-iskambju ta’ informazzjoni. Dawn il-proposti jinkludu regoli li jkopru l-operat sħiħ minn tarf sa tarf tas-sistema, inkluża s-SIS Ċentrali operata mill-eu-LISA, is-sistemi nazzjonali u l-applikazzjonijiet għall-utenti finali. Ma tindirizzax biss is-sistemi ċentrali u nazzjonali nfushom, iżda anki l-ħtiġijiet tekniċi u operattivi tal-utenti finali.

L-Artikolu 9(2) jispeċifika li l-utenti finali għandhom jirċievu d-data meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom (b’mod partikolari d-data kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tas-suġġett tad-data u biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa). Tipprovdi wkoll għal pjan ta’ azzjoni komuni għall-implimentazzjoni tas-SIS mill-Istat Membru, sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni fost is-sistemi nazzjonali kollha. L-Artikolu 6 jistabbilixxi li kull Stat Membru għandu jiżgura disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tad-data tas-SIS għall-utenti finali, sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji operattivi billi titnaqqas il-possibbiltà ta’ perjodi ta’ qtugħ.

L-Artikolu 10(3) jiżgura li s-sigurtà tal-ipproċessar tad-data tinkludi wkoll l-attivitajiet marbuta mal-ipproċessar tad-data tal-utent aħħari. L-Artikolu 14 jobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-persunal li jkollu aċċess għas-SIS jirċievi taħriġ regolari u kontinwu dwar ir-regoli tas-sigurtà tad-data u tal-protezzjoni tad-data.

Bħala riżultat tal-inklużjoni ta’ dawn il-miżuri, din il-proposta tkopri b’mod aktar komprensiv il-funzjonament sħiħ minn tarf sa tarf tas-SIS, b’regoli u obbligi li jittrattaw il-miljuni ta’ utenti finali madwar l-Ewropa. Sabiex jużaw is-SIS bl-aktar mod effikaċi l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull darba li l-utenti finali tagħhom ikunu intitolati li jwettqu tfittxija fil-bażi tad-data tal-pulizija jew tal-immigrazzjoni nazzjonali, iwettqu tfittxija parallela fis-SIS. B’hekk is-SIS tkun tista’ tissodisfa l-objettiv tagħha bħala l-miżura ewlenija ta’ kumpens fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jindirizzaw aħjar id-dimensjoni transfruntiera tal-kriminalità u l-mobbiltà tal-kriminali. Din it-tfittxija parallela għandha tibqa’ konformi mal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/680 29 .

Kontinwità tal-operat

Il-proposti jsaħħu d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontinwità tal-operat, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll għall-eu-LISA (l-Artikoli 4, 6, 7 u 15). Dawn jiżguraw li s-SIS tibqa’ funzjonali u aċċessibbli għall-persunal fuq il-post, anki jekk ikun hemm kwistjonijiet li jaffettwaw is-sistema.

Il-kwalità tad-dejta

Il-proposta żżomm il-prinċipju li l-Istat Membru, li huwa l-proprjetarju tad-data, jkun responsabbli wkoll għall-akkuratezza tad-data mdaħħla fis-SIS (l-Artikolu 39). Madankollu, huwa neċessarju li jkun previst mekkaniżmu ċentrali ġestit mill-eu-LISA li jippermetti lill-Istati Membri jirrevedu b’mod regolari dawk it-twissijiet li fihom l-oqsma obbligatorji tad-data jistgħu jqajmu tħassib dwar il-kwalità. Għalhekk l-Artikolu 15 tal-proposta jagħti s-setgħa lill-eu-LISA biex f’intervalli regolari tipproduċi rapporti dwar il-kwalità tad-data lill-Istati Membri. Din l-attività tista’ tiġi ffaċilitata permezz ta’ repożitorju tad-data għall-produzzjoni ta’ rapporti statistiċi u dwar il-kwalità tad-data (l-Artikolu 54). Dan it-titjib jirrifletti s-sejbiet provviżorji tal-grupp ta’ esperti ta’ livell għoli dwar sistemi ta’ informazzjoni u l-interoperabbiltà.

Ritratti u immaġni tal-wiċċ, data dattilografika u profili tad-DNA

Il-possibbiltà ta’ tiftix permezz tal-marki tas-swaba’ bl-għan li l-persuna tiġi identifikata, hija diġà stabbilita fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI. Il-proposti jagħmlu din it-tfittxija mandatorja jekk l-identità tal-persuna ma tkunx tista' tiġi aċċertata b’xi mod ieħor. Attwalment, l-immaġini tal-wiċċ jistgħu jintużaw biss biex tiġi kkonfermata l-identità ta’ persuna wara tfittxija alfanumerika, aktar milli bħala l-bażi għal tfittxija. Barra minn hekk, it-tibdil fl-Artikoli 22 u 28 jipprevedi l-użu ta’ immaġini tal-wiċċ, ritratti u marka tal-pala tal-id biex issir tfittxija fis-sistema u għall-identifikazzjoni ta’ persuni, meta din issir teknikament possibbli. Dattilografija tirreferi għall-istudju xjentifiku tal-marki tas-swaba’ bħala metodu ta’ identifikazzjoni. Esperti fid-dattilografija jirrikonoxxu li l-marki tal-pala tal-id għandhom il-karatteristika ta’ uniċità u li fihom punti ta’ referenza li jippermettu tqabbil preċiż u konklużiv daqs il-marki tas-swaba’. Il-marki tal-pala tal-id jistgħu jintużaw biex tiġi stabbilita l-identità ta’ persuna bl-istess mod li bih jintużaw il-marki tas-swaba’. It-teħid tal-marki tal-pala tal-id flimkien mal-għaxar marki rrumblati u ċatti ta’ persuna ilu prattika tal-pulizija għal għexieren ta’ snin. Hemm użu ewlieni wieħed tal-marki tal-pala tal-id, jiġifieri għal skopijiet ta’ identifikazzjoni meta s-suġġett ikun intenzjonalment jew mhux intenzjonalment għamel ħsara lill-ponot tas-swaba’ tiegħu. Dan jista’ jkun permezz ta’ attentat biex jevita l-identifikazzjoni jew li jittieħdulu l-marki tas-swaba’ jew minħabba ħsara kkawżata minn inċident jew xogħol manwali iebes. Matul id-diskussjoni dwar ir-regoli tekniċi tal-AFIS tas-SIS, l-Istati Membri rrapportaw suċċess konsiderevoli fl-identifikazzjoni ta’ migranti irregolari li kienu intenzjonalment għamlu ħsara lill-marki tas-swaba’ tagħhom f’tentattiv biex jevitaw l-identifikazzjoni. It-teħid ta’ marki tal-pala tal-id mill-awtoritajiet tal-Istati Membri ppermetta l-identifikazzjoni sussegwenti.

L-użu ta’ immaġini tal-wiċċ għall-identifikazzjoni għandu jiżgura konsistenza akbar bejn is-SIS u s-Sistema proposta ta’ Dħul/Ħruġ tal-UE, ta’ passaġġi elettroniċi u ta’ kjoskijiet self-service. Din il-funzjonalità ser tkun limitata għall-punti regolari ta’ qsim tal-fruntieri.

Aċċess għas-SIS mill-awtoritajiet – utenti istituzzjonali

Din is-subtaqsima hija maħsuba biex tiddeskrivi l-elementi l-ġodda fid-drittijiet ta’ aċċess fir-rigward tal-Aġenziji tal-UE (utenti istituzzjonali). Id-drittijiet ta’ aċċess tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma ġewx emendati.

L-Europol (l-Artikolu 30) u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta – kif ukoll it-timijiet tagħha, it-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn, u l-membri tat-tim ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni – u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS fi ħdan l-Aġenzija (l-Artikoli 31 u 32) għandhom l-aċċess għas-SIS u għad-data tas-SIS li jeħtieġu. Ġew stabbiliti salvagwardji xierqa sabiex ikun żgurat li d-data fis-sistema tkun protetta b’mod xieraq (inkluż ukoll id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 33, li jirrikjedu li dawn il-korpi jkunu jistgħu jaċċessaw biss id-data li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti tagħhom).

Dan it-tibdil jestendi l-aċċess għas-SIS lill-Europol għal twissijiet dwar rifjut ta’ dħul, sabiex jiġi żgurat li tkun tista' tagħmel l-aħjar użu mis-sistema fit-twettiq ta’ dmirijietha, u jżid dispożizzjonijiet ġodda li jiżguraw li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll it-timijiet tagħha jkunu jistgħu jaċċessaw is-sistema waqt it-twettiq ta’ operazzjonijiet differenti taħt il-mandat tagħhom biex jgħinu lill-Istati Membri. Barra minn hekk skont il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) 30 l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, permezz tal-ETIAS, se tivverifika fis-SIS jekk ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed japplika għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar huwiex suġġett ta’ twissija fis-SIS. Għal dan l-għan l-Unità Ċentrali tal-ETIASser ikollha aċċess ukoll għas-SIS 31 .

L-Artikolu 29(3) jistabbilixxi li l-awtoritajiet nazzjonali tal-viża jistgħu wkoll, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, jaċċessaw twissijiet dwar dokumenti maħruġa skont ir-Regolament 2008/.... dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-SIS fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali.

Dan ser jippermetti li dawn l-entitajiet jkollhom l-aċċess għas-SIS u għad-data tas-SIS li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti tagħhom, filwaqt li jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa biex jiġi żgurat li d-data fis-sistema tkun protetta b’mod xieraq (inklużi wkoll id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 35, li jeżiġu li dawn il-korpi jistgħu jaċċessaw biss id-data li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti tagħhom).

Rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza

Attwalment, skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament SIS II, Stat Membru jista’ jdaħħal twissija fis-SIS fir-rigward ta’ persuni soġġetti għal projbizzjoni fuq id-dħul abbażi ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-migrazzjoni. L-Artikolu 24(3) rivedut jeħtieġ li f’kull każ fejn tkun inħarġet projbizzjoni ta’ dħul lil ċittadin ta’ pajjiż terz b’residenza illegali tiddaħħal twissija fis-SIS skont id-dispożizzjonijiet li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE. Jistabbilixxi wkoll il-ħin u l-kundizzjonijiet għad-dħul ta’ tali twissijiet wara li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun ħalla t-territorji tal-Istati Membri f’konformità ma’ obbligu ta’ ritorn. Din id-dispożizzjoni ddaħħlet sabiex jiġi evitat li projbizzjonijiet fuq id-dħul ikunu viżibbli fis-SIS waqt li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ikun għadu preżenti fit-territorju tal-UE. Peress li projbizzjonijiet fuq id-dħul jipprojbixxu d-dħul mill-ġdid fit-territorji tal-Istati Membri, jistgħu jidħlu fis-seħħ biss wara r-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm intervall bejn il-mument tar-ritorn u l-attivazzjoni tat-twissija dwar ir-rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza fis-SIS.

Din il-proposta hija marbuta mill-qrib mal-proposta tal-Kummissjoni 32 dwar l-użu tas-SIS għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali, li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tiddaħħal twissija dwar deċiżjonijiet ta’ ritorn fis-SIS. Dik il-proposta tinkludi mekkaniżmu sabiex jiġi mmonitorjat jekk ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ ritorn effettivament jitilqux mit-territorju tal-UE u mekkaniżmu ta’ twissija f’każ ta’ nonkonformità. L-Artikolu 26 jistabbilixxi l-proċess ta’ konsultazzjoni li l-Istati Membri għandhom isegwu meta jiltaqgħu ma’ twissijiet dwar rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza – jew ikunu lesti li jdaħħlu tali twissijiet – li jkunu f’konflitt ma’ deċiżjonijiet ta’ Stati Membri oħra, bħal pereżempju permess ta’ residenza validu. Dawn ir-regoli għandhom jipprevjenu l-ħruġ, jew jirriżolvu, l-istruzzjonijiet konfliġġenti li dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu joħolqu, filwaqt li joffru gwida ċara għall-utenti finali dwar l-azzjonijiet li jridu jittieħdu f’sitwazzjonijiet bħal dawn u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar jekk twissija għandhiex titħassar.

L-Artikolu 27 (l-ex Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006) huwa intiż sabiex jiġi implimentat ir-reġim ta’ sanzjonijiet tal-UE li jaffettwa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma suġġetti ta’ restrizzjoni sabiex jiġu ammessi fit-territorju tal-UE skont l-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Sabiex ikunu jistgħu jiddaħħlu dawn it-twissijiet kien meħtieġ li tintalab l-informazzjoni minima meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuna, jiġifieri l-kunjom u d-data tat-twelid. Il-fatt li r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 irrinunzja għar-rekwiżit li tiddaħħal id-data tat-twelid ħoloq sfidi sinifikanti peress li, b’mod konformi mar-regoli tekniċi u l-parametri tat-tiftix tas-sistema, mingħajr data tat-twelid, ma tista' tinħoloq l-ebda twissija fis-SIS. Peress li l-Artikolu 27 huwa indispensabbli sabiex ikun hemm reġim effikaċi ta’ sanzjonijiet tal-UE ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità ma japplikax f’dan ir-rigward.

Sabiex tkun żgurata aktar konsistenza mad-Direttiva 2008/115/KE it-terminoloġija użata b’referenza għall-iskop tat-twissija (“rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza”) ġiet allinjata mal-kliem użat fid-Direttiva.

Distinzjoni bejn persuni b'karatteristiċi simili

Sabiex ikun żgurat li d-data tiġi pproċessata u maħżuna b’mod xieraq, u sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ duplikazzjoni u ta’ identifikazzjoni żbaljata, l-Artikolu 41 jistabbilixxi l-proċess li għandu jiġi segwit jekk, meta tiddaħħal twissija ġdida, ikun jidher li diġà hemm entrata b’karatteristiċi simili fis-SIS.

Protezzjoni u sigurtà tad-data

Din il-proposta tiċċara r-responsabbiltà għall-prevenzjoni, għar-rapportar u għar-rispons għal inċidenti li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà jew l-integrità tal-infrastruttura tas-SIS, tad-data tas-SIS jew ta’ informazzjoni supplimentari (l-Artikoli 10, 16 u 40).

L-Artikolu 12 fih dispożizzjonijiet dwar iż-żamma u t-tiftix f’reġistri li jkun fihom l-istorja ta’ twissijiet.

L-Artikolu 15(3) iżomm l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u jipprovdi li l-Kummissjoni tibqa’ responsabbli għall-ġestjoni kuntrattwali tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni, inklużi l-kompiti marbuta mal-implimentazzjoni tal-baġit u l-akkwist u t-tiġdid. Dawn il-kompiti ser jiġu ttrasferiti lill-eu-LISA fit-tieni sett ta’ proposti dwar is-SIS f’Ġunju 2017.

L-Artikolu 21 jestendi l-ħtieġa li l-Istati Membri jikkonsidraw il-proporzjonalità qabel joħorġu t-twissijiet biex japplikawha wkoll għad-deċiżjonijiet dwar jekk għandux jiġi estiż il-perjodu ta’ validità ta’ twissija. Madankollu, xi ħaġa ġdida hija li l-Artikolu 21(2)(c) jeħtieġ li f’kull ċirkostanza l-Istati Membri joħolqu twissija dwar dawk il-persuni li l-attività tagħhom taqa’ taħt l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Kategoriji ta’ data u pproċessar tad-data

Sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dejjem aktar preċiża għall-utenti finali sabiex tiġi ffaċilitata u titħaffef l-azzjoni meħtieġa kif ukoll sabiex tiġi permessa l-identifikazzjoni aħjar tas-suġġett ta’ twissija din il-proposta tespandi t-tipi ta’ informazzjoni (l-Artikolu 20) li jistgħu jinżammu dwar persuni li għalihom tkun inħarġet twissija, sabiex jinkludu wkoll:

jekk il-persuna tkunx involuta f’xi attività li taqa' taħt l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI;

jekk it-twissija tkunx relatata ma’ ċittadin tal-UE jew ma’ persuna oħra li tgawdi d-drittijiet tal-libertà ta’ moviment ekwivalenti għal dawk ta’ ċittadini tal-UE;

jekk deċiżjoni dwar ir-rifjut ta’ dħul tkunx ibbażata fuq dispożizzjonijiet fl-Artikolu 24 jew fl-Artikolu 27;

it-tip ta’ kontravvenzjoni (għal twissijiet maħruġa skont l-Artikolu 24(2));

dettalji tad-dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar ta’ persuna;

kopja bil-kulur tad-dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar tal-persuna;

ritratti u immaġini tal-wiċċ;

marki tas-swaba’ u marki tal-pala tal-id.

Huwa essenzjali li jkun hemm data xierqa sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni preċiża ta’ persuna li tiġi ċċekkjata fil-qsim ta’ fruntiera, li tkun soġġetta għal verifika interna jew li tapplika għal permess ta’ residenza. Identifikazzjoni mhux eżatta tista’ twassal għal kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali; tista’ twassal ukoll għal sitwazzjoni li fiha ma jkunux jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet ta’ segwitu xierqa minħabba li ma jkun hemm l-ebda għarfien dwar l-eżistenza jew il-kontenut ta’ twissija.

Rigward l-informazzjoni dwar id-deċiżjoni sottostanti, jistgħu jiġu identifikati erba’ raġunijiet: kundanna preċedenti kif imsemmija fl-Artikolu 24(2)(a), theddida serja għas-sigurtà kif imsemmija fl-Artikolu 24(2)(b), projbizzjoni fuq id-dħul kif imsemmija fl-Artikolu 24(3) u miżura restrittiva kif imsemmija fl-Artikolu 27. Sabiex jiġi żgurat li jittieħdu azzjonijiet adegwati f’każ ta’ hit, huwa wkoll neċessarju li jiġi indikat jekk it-twissija hijiex relatata ma’ ċittadin tal-UE jew ma’ persuna oħra li tgawdi drittijiet ta’ libertà ta’ moviment ekwivalenti għal dawk taċ-ċittadini tal-UE. Huwa essenzjali li jkun hemm data xierqa sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni preċiża ta’ persuna li tiġi ċċekkjata fil-qsim ta’ fruntiera, li tkun soġġetta għal verifika interna jew li tapplika għal permess ta’ residenza. Identifikazzjoni mhux eżatta tista’ twassal għal kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali; tista’ twassal ukoll għal sitwazzjoni li fiha ma jkunux jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet ta’ segwitu xierqa minħabba li ma jkun hemm l-ebda għarfien dwar l-eżistenza jew il-kontenut ta’ twissija.

Tespandi wkoll (l-Artikolu 42) il-lista ta’ data personali li tista’ tiddaħħal u tiġi pproċessata fis-SIS għall-fini tal-ittrattar ta’ identitajiet użati ħażin peress li aktar data tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-vittma u tal-awtur tal-identità użata ħażin. L-estensjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma tinvolvi ebda riskju peress li din id-data kollha tista' tiddaħħal biss wara l-kunsens tal-vittma ta’ identità użata ħażin. Din issa ser tinkludi wkoll:

immaġini tal-wiċċ;

marki tal-pala tal-id;

dettalji ta’ dokumenti tal-identità;

l-indirizz tal-vittma;

l-ismijiet ta’ missier u ta’ omm il-vittma.

L-Artikolu 20 jipprevedi informazzjoni aktar dettaljata fit-twissijiet. Jinkludi kategoriji għar-raġuni dwar ir-rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza u d-dettalji tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni personali tas-suġġetti tad-data. Din l-informazzjoni mtejba tippermetti l-identifikazzjoni aħjar tal-persuna kkonċernata, u min-naħa l-oħra sabiex l-utenti finali jieħdu deċiżjoni aktar informata. Għall-protezzjoni tal-utenti finali li jwettqu l-kontrolli, is-SIS ser turi wkoll jekk il-persuna li fir-rigward tagħha tkun inħarġet twissija, taqax taħt xi waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu 33 .

Il-proposta tagħmilha ċara li l-Istati Membri ma għandhomx jikkupjaw id-data mdaħħla minn Stat Membru ieħor f’fajls tad-data nazzjonali oħra (l-Artikolu 37).

Iż-żamma

L-Artikolu 34 jistabbilixxi l-qafas ta’ żmien għar-reviżjoni ta’ twissijiet. Il-perjodu ta’ żamma massimu ta’ twissijiet dwar projbizzjonijiet fuq id-dħul u ta’ permanenza ġie allinjat mat-tul ta’ żmien massimu possibbli ta’ projbizzjonijiet fuq id-dħul maħruġa skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/115/KE. Għalhekk, il-perjodu ta’ żamma massimu ser isir ta’ ħames snin; Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodi iqsar.

Tħassir

L-Artikolu 35 jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi li taħthom għandhom jitħassru twissijiet, li jwassal għal armonizzazzjoni akbar għal prattiki nazzjonali f’dan il-qasam. L-Artikolu 35 jistabbilixxi dispożizzjonijiet partikolari għall-persunal tal-Uffiċċju SIRENE sabiex b’mod proattiv iħassar twissijiet li ma jkunux għadhom meħtieġa jekk ma jirċievi l-ebda risposta mill-awtoritajiet kompetenti.

Drittijiet għas-suġġetti tad-data biex jaċċessaw id-data, jirrettifikaw data mhux preċiża u jħassru data maħżuna illegalment

Ir-regoli dettaljati dwar id-drittijiet tas-suġġett tad-data baqgħu l-istess peress li r-regoli eżistenti diġà jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni u huma konformi mar-Regolament (UE) 2016/679 34 u mad-Direttiva 2016/680 35 . B’żieda ma’ dan l-Artikolu 48 jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi li taħthom l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jikkomunikawx l-informazzjoni lis-suġġetti tad-data. Dan għandu jkun minħabba waħda mir-raġunijiet elenkati f’dan l-Artikolu, u għandha tkun miżura proporzjonata u neċessarja, f’konformità mal-liġi nazzjonali.

L-istatistika

Sabiex tinżamm ħarsa ġenerali tal-funzjonament tar-rimedji, l-Artikolu 49 jipprevedi sistema standard tal-istatistika li tipprovdi rapporti annwali dwar l-għadd ta’:

talbiet għal aċċess minn suġġetti tad-data;

talbiet għar-rettifika ta’ data mhux eżatta u għat-tħassir ta’ data maħżuna illegalment;

każijiet quddiem il-qrati;

każijiet fejn il-qorti tkun iddeċidiet favur ir-rikorrent; kif ukoll

osservazzjonijiet dwar każijiet ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet finali meħuda mill-qrati jew mill-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra dwar twissijiet li jkunu nħolqu mill-Istat li jkun ħareġ it-twissija.

Monitoraġġ u statistika

L-Artikolu 54 jistabbilixxi l-arranġamenti li jridu jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat il-monitoraġġ xieraq tas-SIS u l-funzjonament tagħha meta mqabbla mal-objettivi tagħha. Biex isir dan, l-eu-LISA hija inkarigata biex tipprovdi statistika ta’ kuljum, fix-xahar u annwali dwar kif tkun qed tintuża s-sistema.

L-Artikolu 54(5) jeħtieġ li l-eu-LISA tipprovdi rapporti statistiċi li tipproduċi lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tippermetti lill-Kummissjoni titlob rapporti addizzjonali tal-istatistika u dwar il-kwalità tad-data relatati mal-komunikazzjoni fis-SIS u f’SIRENE.

Bħala parti mill-ħidma tal-eu-LISA dwar il-monitoraġġ tal-funzjonament tas-SIS, l-Artikolu 54(6) jipprovdi għall-ħolqien u għall-ospitar ta’ repożitorju ċentrali ta’ data. Dan għandu jippermetti lill-persunal awtorizzat tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni, tal-Europol u tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex jaċċessaw id-data elenkata fl-Artikolu 54(3) sabiex jipproduċu l-istatistika meħtieġa. 

2016/0408 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(b) u (d) u 79(2)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti Nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) tikkostitwixxi għodda essenzjali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen kif integrati fil-qafas tal-Unjoni Ewropea. Is-SIS hija waħda mill-miżuri ewlenin ta’ kumpens li tikkontribwixxi biex jinżamm livell għoli ta’ sigurtà fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi tappoġġa l-kooperazzjoni operattiva bejn il-gwardji tal-fruntiera, l-awtoritajiet tal-pulizija, l-awtoritajiet doganali u dawk tal-infurzar tal-liġi f’materji kriminali u l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni.

(2)Is-SIS ġiet stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija progressiva ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom 36 (il-Konvenzjoni ta’ Schengen). L-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-SIS (SIS II) ġie fdat lill-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 37  u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/ĠAI (SIS) 38  u ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 39 kif ukoll bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI 40 . Is-SIS II issostitwixxiet is-SIS kif maħluqa skont il-Konvenzjoni ta’ Schengen.

(3)Tliet snin wara li bdiet titħaddem is-SIS II, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tas-sistema skont l-Artikoli 24(5), 43(5) u 50(5) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikoli 59 u 65(5) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal relatat ġew adottati fil-21 ta’ Diċembru 2016 41 . Ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f’dawn id-dokumenti għandhom ikunu riflessi, kif xieraq, f’dan ir-Regolament.

(4)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi l-bażi leġiżlattiva meħtieġa biex is-SIS tiġi regolata fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Ir-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali 42 jikkostitwixxi l-bażi leġislattiva meħtieġa biex is-SIS tiġi regolata fir-rigward ta’ materji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(5)Il-fatt li l-bażi leġiżlattiva meħtieġa biex is-SIS tiġi regolata tikkonsisti minn strumenti separati ma jaffettwax il-prinċipju li s-SIS tikkostitwixxi sistema waħda unika ta’ informazzjoni li għandha taħdem bħala tali. Ċerti dispożizzjonijiet ta' dawn l-istrumenti għalhekk għandhom ikunu identiċi.

(6)Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tas-SIS, l-arkitettura teknika tagħha u l-iffinanzjar tagħha, li jiġu stabbiliti regoli dwar l-operat u l-użu tagħha minn tarf sa tarf u li jiġu definiti r-responsabbiltajiet, il-kategoriji ta’ data li għandhom jiddaħħlu fis-sistema, l-għanijiet li għalihom id-data għandha tiddaħħal, il-kriterji biex tiddaħħal, l-awtoritajiet awtorizzati biex jaċċessaw id-data, l-użu ta’ identifikaturi bijometriċi u regoli ulterjuri dwar l-ipproċessar tad-data.

(7)Is-SIS tinkludi sistema ċentrali (SIS Ċentrali) u sistemi nazzjonali b’kopja sħiħa jew parzjali tal-bażi tad-data tas-SIS. Meta wieħed iqis li s-SIS hija l-aktar strument importanti għall-iskambju ta’ informazzjoni fl-Ewropa, huwa meħtieġ li jiġi żgurat l-operat mingħajr interruzzjoni tagħha fuq livell ċentrali kif ukoll dak nazzjonali. Għalhekk kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kopja parzjali jew sħiħa tal-bażi tad-data tas-SIS u għandu jwaqqaf sistema ta’ backup tagħha.

(8)Huwa meħtieġ li jinżamm manwal li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-iskambju ta’ ċerta informazzjoni supplimentari li tikkonċerna l-azzjoni meħtieġa mit-twissijiet. L-awtoritajiet nazzjonali f’kull Stat Membru (l-Uffiċċji SIRENE), għandhom jiżguraw l-iskambju ta’ din l-informazzjoni.

(9)Sabiex jinżamm l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni supplimentari dwar l-azzjoni li għandha tittieħed speċifikata fit-twissijiet, huwa xieraq li jissaħħaħ il-funzjonament tal-Uffiċċji SIRENE billi jiġu speċifikati r-rekwiżiti dwar ir-riżorsi disponibbli, it-taħriġ għall-utenti u l-ħin tar-rispons għall-mistoqsijiet li jaslu minn Uffiċċji SIRENE oħra.

(10)Il-ġestjoni operattiva tal-komponenti ċentrali tas-SIS tiġi eżerċitata minn Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja 43 (l-Aġenzija). Sabiex ikun possibbli li l-Aġenzija tiddedika r-riżorsi finanzjarji u personali neċessarji li jkopru l-aspetti kollha tal-ġestjoni operattiva tas-SIS Ċentrali, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-kompiti tagħha fid-dettall, b’mod partikolari fir-rigward tal-aspetti tekniċi tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.

(11)Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-eżattezza tad-data mdaħħla fis-SIS, l-Aġenzija għandha ssir responsabbli għat-tisħiħ tal-kwalità tad-data billi tintroduċi għodda ċentrali għall-monitoraġġ tal-kwalità tad-data, u biex f’intervalli regolari tipprovdi rapporti lill-Istati Membri.

(12)Sabiex ikun possibbli li jsir monitoraġġ aħjar tal-użu tas-SIS biex jiġu analizzati t-tendenzi li jittrattaw il-pressjoni migratorja u l-immaniġġjar tal-fruntieri, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista’ tiżviluppa kapaċità tal-ogħla livell għal rappurtar statistiku lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mingħajr ma tiġi pperikolata l-integrità tad-data. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit repożitorju ċentrali tal-istatistika. Kull statistika prodotta ma għandux ikun fiha data personali.

(13)Is-SIS għandu jkun fiha aktar kategoriji ta’ data li jippermettu lill-utenti finali jieħdu deċiżjonijiet informati abbażi ta’ twissija mingħajr telf ta’ ħin. Għalhekk twissijiet għall-fini ta’ rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza għandu jkun fihom informazzjoni dwar id-deċiżjoni li fuqha tkun ibbażata t-twissija. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni u jiġu skoperti identitajiet multipli, it-twissija għandha tinkludi referenza għad-dokument jew għan-numru ta’ identifikazzjoni personali u kopja ta’ tali dokument, fejn disponibbli.

(14)Is-SIS ma għandha taħżen l-ebda informazzjoni użata għat-tiftix bl-eċċezzjoni taż-żamma ta’ reġistri biex jiġi verifikat jekk it-tfittxija tkunx skont il-liġi, għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, għall-awtomonitoraġġ u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-N.SIS, kif ukoll għall-integrità u għas-sigurtà tad-data.

(15)Is-SIS II għandha tippermetti li tiġi pproċessata data bijometrika sabiex tassisti fl-identifikazzjoni affidabbli tal-individwi kkonċernati. Fl-istess perspettiva, is-SIS għandha tippermetti wkoll l-ipproċessar ta’ data dwar individwi li l-identità tagħhom tkun intużat ħażin (sabiex jiġu evitati inkonvenjenzi kkawżati mill-identifikazzjoni żbaljata tagħhom), soġġett għal salvagwardji xierqa; b’mod partikolari bil-kunsens tal-individwu kkonċernat u limitazzjoni stretta tal-iskopijiet li għalihom tali data tista’ tiġi pproċessata skont il-liġi.

(16)L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġament tekniċi neċessarji sabiex kull darba li l-utenti finali jkunu intitolati jwettqu tfittxija f’bażi tad-data nazzjonali tal-pulizija jew tal-immigrazzjoni, ifittxu wkoll b’mod parallel fis-SIS skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 44 . Dan għandu jiżgura li s-SIS tiffunzjona bħala l-miżura ewlenija ta’ kumpens fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u tiġi indirizzata aħjar id-dimensjoni transfruntiera tal-kriminalità u l-mobbiltà tal-kriminali.

(17)Jenħtieġ li dDan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ data dattilografika u ta’ immaġini tal-wiċċ għal skopijiet ta’ identifikazzjoni. L-użu ta’ immaġini tal-wiċċ għal skopijiet ta’ identifikazzjoni fis-SIS għandu jgħin ukoll biex tiġi żgurata konsistenza fi proċeduri ta’ kontroll fil-fruntieri fejn l-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità jeħtieġu l-użu ta’ data dattilografika u ta’ immaġini tal-wiċċ. It-tiftix permezz ta’ data dattilografika għandu jkun obbligatorju jekk ikun hemm xi dubju dwar l-identità ta’ persuna. L-immaġini tal-wiċċ għal skopijiet ta’ identifikazzjoni għandhom jintużaw biss fil-kuntest ta’ kontrolli regolari fil-fruntieri fi kjoskijiet self-service u f’passaġġi elettroniċi.

(18)Għandu jiġi permess li marki tas-swaba’ li jinstabu fuq post ta’ reat jiġu ċċekkjati kontra d-data dattilografika maħżuna fis-SIS jekk ikun jista’ jiġi stabbilit bi grad għoli ta’ probabbiltà li jappartjenu lill-awtur ta’ reat serju jew ta’ reat terroristiku. Reat serju għandu jirreferi għal reati elenkati fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI 45 u “reat terroristiku” għandu jirreferi għal reati skont il-liġi nazzjonali msemmija fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI 46 .

(19)Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu rabtiet bejn twissijiet fis-SIS. Il-ħolqien minn Stat Membru ta' rabtiet bejn żewġ twissijijiet jew aktar m’għandux ikollu impatt fuq l-azzjoni li trid tittieħed, il-perjodu ta' żamma tagħhom jew id-drittijiet għall-aċċess għall-twissijijiet.

(20)Jista’ jinkiseb livell ogħla ta’ effikaċja, armonizzazzjoni u konsistenza billi jsir obbligatorju li kull projbizzjoni fuq id-dħul maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tiddaħħal fis-SIS skont il-proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE 47 , u billi jitwaqqfu regoli komuni għad-dħul ta’ tali twissijiet wara r-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm intervall bejn il-mument li fih iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jitlaq miż-żona Schengen u l-attivazzjoni tat-twissija fis-SIS. Dan għandu jiżgura li l-projbizzjonijiet fuq id-dħul jiġu infurzati b’suċċess fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni, u effettivament iwaqqaf id-dħul mill-ġdid tagħhom fiż-żona Schengen.

(21)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli mandatorji għall-konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali fil-każ li ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu jew jista’ jikseb permess ta’ residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra jew dritt ta’ soġġorn mogħtija fi Stat Membru wieħed, u Stat Membru ieħor ikollu l-intenzjoni li joħroġ jew ikun diġà daħħal twissija ta’ rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat. Tali sitwazzjonijiet joħolqu inċertezzi serji għall-gwardji tal-fruntiera, għall-pulizija u għall-awtoritajiet tal-immigrazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li jkun previst perjodu ta’ żmien obbligatorju għal konsultazzjoni rapida b’riżultat definit sabiex jiġi evitat li persuni li jirrappreżentaw theddida jkunu jistgħu jidħlu fiż-żona Schengen.

(22)Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38 48 .

(23)It-twissijiet ma għandhomx jinżammu fis-SIS għal aktar żmien minn dak meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom ikunu nħarġu. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet involuti fl-ipproċessar tad-data dwar individwi għal skopijiet differenti, huwa xieraq li l-perjodu massimu għaż-żamma ta’ twissijiet ta’ dħul u ta’ permanenza jiġi allinjat mat-tul massimu possibbli ta’ projbizzjonijiet fuq id-dħul maħruġa skont il-proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE. Għalhekk, il-perjodu ta’ żamma għal twissijiet dwar persuni għandu jkun ta’ massimu ħames snin. Bħala prinċipju ġenerali, twissijiet dwar persuni jenħtieġ li jiġu awtomatikament imħassra mis-SIS wara perjodu ta’ ħames snin. Deċiżjonijiet li jinżammu twissijijiet dwar persuni jenħtieġ li jiġu bbażati fuq valutazzjoni individwali komprensiva. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrevedu t-twissijiet dwar persuni fiż-żmien tal-perjodu definit u jżommu statistika dwar l-għadd ta’ twissijiet dwar persuni li l-perjodu ta’ żamma tagħhom ikun ġie estiż.

(24)Id-dħul u l-estensjoni tad-data ta’ skadenza ta’ twissija fis-SIS għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit neċessarju ta’ proporzjonalità, sabiex jiġi eżaminat jekk każ konkret huwiex adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed sabiex tiddaħħal twissija fis-SIS. F’każijiet ta’ reati skont l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu 49 jenħtieġ li dejjem tinħoloq twissija dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza filwaqt li jitqies il-livell għoli tat-theddida u l-impatt negattiv ġenerali li din l-attività tista’ tikkawża.

(25)L-integrità tad-data tas-SIS hija ta’ importanza primarja. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprovduti salvagwardji adegwati għall-ipproċessar tad-data fis-SIS fuq livell ċentrali kif ukoll fuq dak nazzjonali sabiex tiġi żgurata s-sigurtà minn tarf sa tarf tad-data. L-awtoritajiet involuti fl-ipproċessar tad-data jenħtieġ li jkunu marbuta bir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament dwar is-sigurtà u jkunu soġġetti għal proċedura uniformi dwar ir-rapportar ta’ inċidenti.

(26)Data pproċessata fis-SIS b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament m’għandhiex tiġi trasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

(27)Biex titjieb l-effiċjenza tal-ħidma tal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni meta jiddeċiedu dwar id-dritt ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jidħlu u joqogħdu fit-territorji tal-Istati Membri, kif ukoll dwar ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali, huwa xieraq li jingħatalhom aċċess għas-SIS skont dan ir-Regolament.

(28)Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/679 50 japplika għall-ipproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet tal-Istati Membri meta ma tapplikax id-Direttiva (UE)2016/680 51 . Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 52 għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni meta jkunu qegħdin iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom skont dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/680, tar-Regolament (UE) 2016/679 u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom ikomplu jiġu speċifikati f’dan ir-Regolament fejn ikun meħtieġ. Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol, japplika r-Regolament (UE) 2016/794 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi 53 (Ir-Regolament dwar il-Europol).

(29)Fir-rigward tal-kunfidenzjalità, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw għal uffiċjali jew għal impjegati oħrajn li jkunu impjegati u li jkunu qed jaħdmu b’rabta mas-SIS.

(30)Kemm l-Istati Membri kif ukoll l-Aġenzija għandhom iżommu pjanijiet ta’ sigurtà sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni ta’ obbligi ta’ sigurtà u għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sabiex kwistjonijiet ta’ sigurtà jiġu indirizzati minn perspettiva komuni.

(31)L-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali indipendenti għandhom jimmonitorjaw il-legalità tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri fir-rigward ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti d-drittijiet tas-suġġetti tad-data li jaċċessaw, jirrettifikaw u jħassru d-data personali tagħhom maħżuna fis-SIS, flimkien ma’ rimedji sussegwenti quddiem il-qrati nazzjonali kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi. Għalhekk, huwa xieraq li l-Istati Membri jintalbu jipprovdu statistika annwali.

(32)Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ sorveljanza jiżguraw li mill-inqas kull erba’ snin isir awditjar tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar tad-data fl-N.SIS tagħhom skont standards internazzjonali ta’ awditjar. L-awditjar għandu jew isir mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza, jew l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għandhom jordnaw l-awditjar direttament minn awditur indipendenti tal-protezzjoni tad-data. Jenħtieġ li l-awditur indipendenti jibqa’ taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tal-awtorità jew tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali li għalhekk hija stess għandha tordna u tipprovdi skop, kamp ta’ applikazzjoni u metodoloġija definiti b’mod ċar tal-awditjar kif ukoll gwida u superviżjoni dwar l-awditjar u r-riżultati finali tiegħu.

(33)Ir-Regolament (UE) 2016/794 (Ir-Regolament dwar il-Europol) jipprevedi li l-Europol tappoġġja u ssaħħaħ l-azzjonijiet li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja u jipprovdi analiżi u valutazzjonijiet dwar it-theddid. Sabiex il-Europol tiġi megħjuna fit-twettiq tal-kompiti tagħha, b’mod partikolari fi ħdan iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti, huwa xieraq li l-Europol titħalla taċċessa l-kategoriji ta’ twissija definiti f’dan ir-Regolament. Iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti tal-Europol għandu rwol strateġiku ewlieni fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni irregolari, għandu jikseb aċċess għal twissijiet dwar persuni li jiġu rifjutati dħul u residenza fit-territorju ta’ Stat Membru kemm minħabba raġunijiet kriminali kif ukoll minħabba nonkonformità mal-kundizzjonijiet ta’ dħul u ta’ permanenza.

(34)Sabiex jitnaqqas id-distakk fil-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar it-terroriżmu, b’mod partikolari dwar ġellieda terroristi barranin – fejn monitoraġġ tal-moviment tagħhom huwa kruċjali - jenħtieġ li l-Istati Membri jaqsmu l-informazzjoni dwar attività relatata mat-terroriżmu mal-Europol b’mod parallel mal-introduzzjoni ta’ twissija fis-SIS, kif ukoll hits u informazzjoni relatata. Dan għandu jippermetti liċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti tal-Europol jivverifika jekk fil-bażi tad-data tal-Europol ikunx hemm xi informazzjoni kuntestwali addizzjonali disponibbli u jipprovdi analiżi ta’ kwalità għolja li tikkontribwixxi għat-tħarbit ta’ netwerks tat-terroriżmu u, fejn possibbli, jiġu evitati l-attakki minnhom.

(35)Huwa wkoll neċessarju li jiġu stabbiliti regoli ċari għall-Europol dwar l-ipproċessar u t-tniżżil ta’ data tas-SIS li jippermettu l-aktar użu komprensiv tas-SIS sakemm jiġu rispettati l-istandards dwar il-protezzjoni tad-data kif previst f’dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2016/794. F’każijiet fejn tfittxijiet imwettqa mill-Europol fis-SIS jiżvelaw l-eżistenza ta’ twissija maħruġa minn Stat Membru, il-Europol ma tistax tieħu l-azzjoni meħtieġa. Għalhekk għandha tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jippermettilha li ssegwi l-każ. 

(36)Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54 jipprevedi li l-Istat Membru ospitanti jawtorizza lill-membri tat-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew lit-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn, skjerati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, biex jikkonsultaw bażi tad-data Ewropea, fejn din il-konsultazzjoni tkun meħtieġa għat-twettiq tal-għanijiet operattivi speċifikati fil-pjan operattiv dwar il-kontrolli fil-fruntieri, is-sorveljanza fil-fruntieri u r-ritorn. Aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil u l-Europol, jistgħu jibagħtu wkoll esperti bħala parti mit-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, li mhumiex membri tal-persunal ta’ dawk l-aġenziji tal-Unjoni. L-objettiv tal-iskjerament tat-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, tat-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn u tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni huwa li jipprovdu rinforz tekniku u operattiv lill-Istati Membri rikjedenti, speċjalment lil dawk li jkunu qegħdin jiffaċċjaw sfidi migratorji sproporzjonati. It-twettiq tal-kompiti assenjati lit-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, lit-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn u lit-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, jeħtieġ aċċess għas-SIS permezz ta’ konnessjoni tal-interfaċċa teknika tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mas-SIS Ċentrali. F’każijiet fejn tfittxijiet imwettqa mit-tim jew mit-timijiet tal-persunal fis-SIS jiżvelaw l-eżistenza ta’ twissija maħruġa minn Stat Membru, il-membru tat-tim jew tal-persunal ma jistax jieħu l-azzjoni meħtieġa sakemm ma jingħatax awtorizzazzjoni li jagħmel dan mingħand l-Istat Membru ospitanti. Għalhekk għandu jgħarraf lill-Istati Membri kkonċernati sabiex jippermettu s-segwitu tal-każ.

(37)Skont ir-Regolament (UE) 2016/1624 l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tħejji analiżi tar-riskji. Dawn l-analiżi tar-riskji għandhom ikopru l-aspetti kollha relevanti għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropea, b’mod partikolari t-theddid li jista' jaffettwa l-funzjonament jew is-sigurtà tal-fruntieri esterni. Twissijiet introdotti fis-SIS skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari t-twissijiet dwar ir-rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza huma informazzjoni rilevanti sabiex issir stima tat-theddid possibbli li jista' jaffettwa l-fruntieri esterni u għalhekk għandhom ikunu disponibbli fid-dawl tal-analiżi tar-riskji li għandhom jitħejjew mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. It-twettiq tal-kompiti assenjati lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fir-rigward tal-analiżi tar-riskji jeħtieġ aċċess għas-SIS. Barra minn hekk, skont il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) 55 l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ser twettaq verifiki fis-SIS permezz tal-ETIAS sabiex twettaq il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li teħtieġ, fost oħrajn, li jiġi aċċertat jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed japplika għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ikunx suġġett ta’ twissija fis-SIS. Għal dan il-għan jentħieġ li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jkollha wkoll aċċess għas-SIS sal-limitu meħtieġ biex twettaq il-mandat tagħha, jiġifieri għall-kategoriji ta’ twissija kollha dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet twissija għall-finijiet ta’ dħul u ta’ permanenza, u dawk li huma soġġetti għal miżura restrittiva maħsuba biex jiġi evitat id-dħul jew it-tranżitu fl-Istati Membri.

(38)Minħabba n-natura teknika tagħhom, il-livell ta’ dettall u l-ħtieġa għal aġġornamenti regolari, ċerti aspetti tas-SIS ma jistgħux jiġu koperti b’mod eżawrjenti mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Dawn jinkludu, pereżempju, regoli tekniċi dwar id-dħul tad-data, l-aġġornament, it-tħassir u t-tfittix tad-data, il-kwalità tad-data u r-regoli tat-tiftix relatati ma’ identifikaturi bijometriċi, regoli dwar il-kompatibbiltà u l-prijorità ta’ twissijiet, iż-żieda ta’ twissijiet, ir-rabtiet bejn it-twissijiet, l-istabbiliment ta’ data ta’ skadenza tat-twissijiet fil-limitu massimu ta’ żmien u l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari. Għalhekk is-setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ dawk l-aspetti jenħtieġ li jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Ir-regoli tekniċi dwar it-tiftix ta' twissijijiet jenħtieġ li jikkunsidraw it-tħaddim bla xkiel tal-applikazzjonijiet nazzjonali.

(39)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 56 . Il-proċedura għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2018/xxx (kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja) jenħtieġ li tkun l-istess.

(40)Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, jenħtieġ li kull sentejn, l-Aġenzija tipproduċi rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS Ċentrali u tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni, inkluża s-sigurtà tagħha, kif ukoll dwar l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari. Jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ valutazzjoni ġenerali kull erba’ snin.

(41)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment u r-regolazzjoni ta’ sistema konġunta ta’ informazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari relatata, ma jistgħux, minħabba n-natura proprja tagħhom, jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(42)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, B’mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiġi żgurat ambjent sigur għall-persuni kollha li jirrisjedu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u protezzjoni tal-migranti irregolari kontra l-esplojtazzjoni u t-traffikar billi jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-protezzjoni ta’ data personali.

(43)Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, għandha tiddeċiedi jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(44)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jipparteċipax, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE 57 ; għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(45)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tipparteċipax fih, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE 58 ; Għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(46)Fir-rigward tal-Islanda u tan-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja rigward l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 59 , li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE 60 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

(47)Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqrija flimkien mal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/849/KE 61  and 2004/860/KE 62

(48)Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 63 , li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE 64  u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE 65 .

(49)Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat mal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u għandu jinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija 66 .

(50)Dwar Ċipru u l-Kroazja dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq, jew inkella huwa relatat mal-acquis ta’ Schengen, fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011.

(51)L-ispejjeż stmati tal-aġġornament tas-sistemi nazzjonali tas-SIS u tal-implimentazzjoni tal-funzjonalitajiet ġodda, previsti f’dan ir-Regolament huma inqas mill-ammont li fadal fil-linja baġitarja għall-Fruntieri Intelliġenti fir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 67 . Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jerġa’ jalloka l-ammont, attribwit għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT li jappoġġjaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni skont l-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

(52)Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 għandu jitħassar.

(53)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-dejta ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fil-[...],



ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1
L-għan ġenerali tas-SIS

L-għan tas-SIS għandu jkun li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, inkluża ż-żamma ta’ sigurtà pubblika u ta’ politika pubblika u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri, u li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-moviment ta’ persuni fit-territorji tagħhom, bl-użu tal-informazzjoni komunikata permezz ta’ din is-sistema.

Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għad-dħul u għall-ipproċessar ta’ twissijiet dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi, l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari u ta’ data addizzjonali fis-SIS bil-għan li jiġu rifjutati d-dħul u l-permanenza fit-territorju tal-Istati Membri.

2.Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-arkitettura teknika tas-SIS, ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, ipproċessar tad-data ġenerali, id-drittijiet tal-persuni kkonċernati u r-responsabbiltà.

Artikolu 3
Definizzjonijiet

1.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“twissija” tfisser sett ta’ data, inklużi identifikaturi bijometriċi kif imsemmi fl-Artikolu 22, li jiddaħħal fis-SIS li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw persuna bil-għan li tittieħed azzjoni speċifika;

(b)“informazzjoni supplementari” tfisser l-informazzjoni li ma tagħmilx parti mid-data tat-twissija maħżuna fis-SIS, iżda marbuta ma’ twissijiet fis-SIS, li ser tiġi skambjata:

(1)biex Stati Membri jitħallew jikkonsultaw jew jinfurmaw lil xulxin meta jdaħħlu twissija;

(2)wara riżultat pożittiv għal tfittxija, sabiex tkun tista' tittieħed l-azzjoni adatta;

(3)meta l-azzjoni rikjesta ma tkunx tista’ tittieħed;

(4)meta tkun qed tiġi ttrattata l-kwalità tad-data fis-SIS;

(5)meta jkunu qed jittrattaw dwar il-kompatibbiltà u l-prijorità tat-twissijiet;

(6)meta jkunu qed jittrattaw dwar drittijiet ta’ aċċess.

(c)"data addizzjonali" tfisser id-data maħżuna fis-SIS u marbuta ma’ twissijiet fis-SIS li għandha tkun disponibbli minnufih għall-awtoritajiet kompetenti meta persuna li dwarha tkun iddaħħlet data fis-SIS tinstab bħala riżultat ta’ tfittxijiet li jsiru fiha;

(d)"ċittadin ta’ pajjiż terz" tfisser kull persuna li mhijiex ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 20 tat-TFUE, bl-eċċezzjoni ta’ persuni li jgawdu drittijiet ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dawk ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehimiet bejn min-naħa waħda l-Unjoni jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u min-naħa l-oħra pajjiżi terzi;

(e)“data personali” tfisser kull informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-data”).

(f)“persuna fiżika identifikabbli” hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, dejta dwar il-post, identifikatur onlajn jew aktar fatturi speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna fiżika;

(g)“ipproċessar ta’ data personali” tfisser kull attività jew sett ta’ attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta’ data personali, sew jekk b’mezzi awtomatizzati jew le, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħżin, l-adattament jew it-tibdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’xi mezz ieħor, l-allinjament jew il-kombinazzjoni, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

(h)“hit” fis-SIS tfisser:

(1)issir tfittxija mill-utent,

(2)it-tfittxija tiżvela li Stat Membru ieħor ikun daħħal twissija fis-SIS,

(3)id-data dwar it-twissija fis-SIS taqbel mad-data mfittxija, u

(4)ikunu rikjesti azzjonijiet ulterjuri bħala riżultat tal-ħit

(i)“Stat Membru emittenti” tfisser l-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija fis-SIS;

(j)“Stat Membru ta’ eżekuzzjoni” tfisser l-Istat Membru li jieħu l-azzjonijiet meħtieġa wara hit;

(k)“utenti finali” tfisser l-awtoritajiet kompetenti li jfittxu direttament fis-CS-SIS, fl-N.SIS jew f’kopja teknika tagħhom.

(l)"irkupru" tfisser irkupru kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(m)“projbizzjoni fuq id-dħul” tfisser projbizzjoni fuq id-dħul kif definit fil-punt 6 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(n)“data dattilografika” tfisser data dwar il-marki tas-swaba’ u dwar il-marki tal-pala tal-id li minħabba l-karattru uniku tagħhom ta’ uniċità u l-punti ta’ riferenza fihom jippermettu li jsir tqabbil preċiż u konklużiv dwar l-identità ta’ persuna;

(o)“reat serju” tfisser ir-reati elenkati fl-Artikolu 2(1) u (2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 68 ;

(p)“reati terroristiċi” tfisser ir-reati taħt il-liġi nazzjonali msemmija fl-Artikoli 1-4 tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 69 .

Artikolu 4
L-arkitettura teknika u l-modi kif għandha titħaddem is-SIS

1.Is-SIS għandha tkun magħmula minn:

(a)sistema ċentrali (is-SIS Ċentrali) magħmula minn:

funzjoni ta' appoġġ tekniku (is-“CS-SIS”) li jkun fiha bażi ta’ dejta, il-”bażi ta’ dejta tas-SIS”;

interfaċċa nazzjonali uniformi (NI-SIS);

(b)sistema nazzjonali (N.SIS) f’kull Stat Membru, li tkun magħmula mis-sistemi ta’ data nazzjonali li jikkomunikaw mas-SIS Ċentrali. L-N.SIS għandu jkun fiha fajl ta’ data (“kopja nazzjonali”), li jkun fih kopja sħiħa jew parzjali tal-bażi tad-data tas-SIS kif ukoll backup tal-N.SIS. L-N.SIS u l-backup tagħha jistgħu jintużaw simultanjament biex tiġi żgurata d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni għall-utenti finali;

(c)infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn is-CS-SIS u n-NI-SIS (l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni) li tipprovdi netwerk virtwali kriptat dedikata lid-dejta tas-SIS u lill-iskambju ta’ bejn l-Uffiċċji SIRENE kif hemm imsemmi fl-Artikolu 7(2)

2.Id-data fis-SIS għandha tiddaħħal, tiġi aġġornata, imħassra u mfittxija permezz tad-diversi N.SIS. Għandu jkun hemm kopja nazzjonali sħiħa disponibbli għall-fini ta’ twettiq ta’ tfittxijiet awtomatiċi fit-territorju ta’ kull Stat Membru li juża kopja bħal din. Il-kopja nazzjonali parzjali għandu jkun fiha mill-inqas id-data elenkata fl-Artikolu 20(2) (a)-(v) ta’ dan ir-Regolament. Ma għandux ikun possibbli li wieħed ifittex fajls ta’ data tal-N.SIS ta’ Stati Membri oħra.

3.Is-CS-SIS għandha twettaq sorveljanza teknika u funzjonijiet amministrattivi u jkollha backup tas-CS-SIS, li tkun kapaċi tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tas-CS-SIS prinċipali f’każ ta’ difett fis-sistema. Is-CS-SIS u l-backup tas-CS-SIS għandhom ikunu allokati fiż-żewġ siti tekniċi tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 70 ("l-Aġenzija"). Is-CS-SIS jew il-backup tas-CS-SIS jista' jkun fihom kopja addizzjonali tal-bażi tad-data tas-SIS u jistgħu jintużaw simultanjament f’operazzjoni attiva sakemm kull waħda minnhom tkun kapaċi tipproċessa t-tranżazzjonijiet kollha relatati ma’ twissijiet fis-SIS.

4.Is-CS-SIS għandha tipprovdi s-servizzi meħtieġa għad-dħul u għall-ipproċessar ta’ data fis-SIS, inklużi tfittxijiet fil-bażi tad-data tas-SIS. Is-CS-SIS għandha:

(a)tipprovdi aġġornament onlajn tal-kopji nazzjonali;

(b)tiżgura sinkronizzazzjoni u konsistenza bejn il-kopji nazzjonali u l-bażi tad-data tas-SIS;

(c)tipprovdi l-operazzjonijiet ta' inizjalizzazzjoni u r-restawr tal-kopji nazzjonali;

(d)tipprovdi disponibbiltà mingħajr interruzzjoni.

Artikolu 5
Spejjeż

1.L-ispejjeż tat-tħaddim, tal-manutenzjoni u tal-iżvilupp ulterjuri tas-SIS Ċentrali u tal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

2.Dawn l-ispejjeż għandhom jinkludu l-ħidma magħmula fir-rigward tas-CS-SIS li tiżgura l-forniment tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 4(4).

3.L-ispejjeż għall-istabbiliment, għat-tħaddim, għall-manutenzjoni u għall-iżvilupp ulterjuri ta’ kull N.SIS għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat.

KAPITOLI II

RESPONSABBILTAJIET TAL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 6
Sistemi nazzjonali

Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment, għat-tħaddim, għall-manutenzjoni u għall-iżvilupp ulterjuri tal-N.SIS tiegħu u għall-kollegament tal-N.SIS tiegħu mal-NI-SIS.

Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-operat kontinwu tal-N.SIS, il-konnessjoni tagħha mal-NI-SIS u d-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tad-data tas-SIS lill-utenti finali.

Artikolu 7
L-Uffiċċju N.SIS u l-Uffiċċju SIRENE

1.Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità (l-Uffiċċju N.SIS), li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-N.SIS tagħha.

Din l-awtorità għandha tkun responsabbli għat-tħaddim bla xkiel u għas-sigurtà tal-N.SIS, għandha tiżgura l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti għas-SIS u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Għandha tkun responsabbli biex tiżgura li l-funzjonalitajiet kollha tas-SIS jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali b’mod xieraq.

Kull Stat Membru għandu jittrażmetti t-twissijiet tiegħu permezz tal-Uffiċċju N.SIS tiegħu.

2.Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li għandha tiżgura l-iskambju u d-disponibbiltà tal-informazzjoni supplimentari kollha (l-Uffiċċju SIRENE) skont id-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE, kif imsemmi fl-Artikolu 8.

Dawk l-Uffiċċji għandhom jikkoordinaw ukoll il-verifika tal-kwalità tal-informazzjoni li tiddaħħal fis-SIS. Għal dawk l-iskopijiet għandu jkollhom aċċess għad-data pproċessata fis-SIS.

3.L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Aġenzija dwar l-uffiċċju N.SIS II tagħhom u dwar l-Uffiċċju SIRENE tagħhom. L-Aġenzija għandha tippubblika l-lista tagħhom flimkien mal-lista msemmija fl-Artikolu 36(8).

Artikolu 8
Skambju ta’ informazzjoni supplimentari

1.L-informazzjoni supplimentari għandha tiġi skambjata skont id-dispożizzjonijiet tal-manwal SIRENE u bl-użu tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi tekniċi u personali meħtieġa sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà kontinwa u l-iskambju tal-informazzjoni supplimentari. F’każ li l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri jistgħu jużaw mezzi tekniċi oħrajn protetti b’mod adegwat għall-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.

2.Informazzjoni supplimentari għandha tintuża biss għall-iskop li għalih tkun ġiet trażmessa skont l-Artikolu 43 sakemm ma jinkisibx kunsens minn qabel mill-Istat Membru emittenti.

3.L-Uffiċċji SIRENE għandhom iwettqu l-kompitu tagħhom b’mod rapidu u effiċjenti, b’mod partikolari billi jwieġbu għal talbiet kemm jista’ jkun malajr iżda mhux aktar tard minn 12-il siegħa wara l-wasla tat-talba.

4.Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 55(2) fil-forma ta’ manwal imsejjaħ il-‘‘Manwal SIRENE”.    

Artikolu 9
Konformità teknika u funzjonali

1.Meta jkun qed jistabbilixxi l-N.SIS tiegħu, kull Stat Membru għandu josserva l-istandards komuni, il-protokolli u l-proċeduri tekniċi stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-N-SIS tiegħu mas-CS-SIS, għat-trażmissjoni fil-pront u effettiva tad-data. Dawk l-istandards komuni, il-protokolli u l-proċeduri tekniċi għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 55(2).

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tas-servizzi provduti mis-CS-SIS, li d-data maħżuna fil-kopja nazzjonali tkun, permezz tal-aġġornamenti awtomatiċi msemmija fl-Artikolu 4(4), identika u konsistenti mal-bażi tad-data tas-SIS, u li tfittxija fil-kopja nazzjonali tagħhom tipproduċi riżultat ekwivalenti għal dak ta’ tfittxija fil-bażi tad-data tas-SIS. L-utenti finali għandhom jirċievu d-data meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom, b’mod partikolari d-data kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tas-suġġett tad-data u biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa.

Artikolu 10
Sigurtà – l-Istati Membri

1.Kull Stat Membru għandu, fir-rigward tal-N.SIS tiegħu, jadotta l-miżuri meħtieġa, inkluż pjan ta’ sigurtà, pjan tal-kontinwità tan-negozju u pjan ta’ rkupru minn diżastru, sabiex:

(a)fiżikament jipproteġi d-dejta, inkluż billi jagħmel pjanijiet ta’ kontinġenza għall-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika;

(b)jiċħad l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal faċilitajiet li jipproċessaw id-data użati għall-ipproċessar ta' data personali (kontroll tal-aċċess għall-faċilitajiet);

(c)jipprevjeni l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati tal-mezzi tad-data (kontroll tal-mezzi tad-data);

(d)jipprevjeni li tiddaħħal data b’mod mhux awtorizzat kif ukoll l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali maħżuna (kontroll tal-ħżin);

(e)jipprevjeni l-użu ta’ sistemi awtomatizzati ta’ pproċessar ta’ dejta minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-dejta (kontroll tal-utent);

(f)jiżgura li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta' proċessar ta' data jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom permezz ta' identitajiet tal-utenti individwali u uniċi u modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali biss (kontroll tal-aċċess għad-data);

(g)jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt għal aċċess għas-SIS jew għall-faċilitajiet ta' proċessar ta' data joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet għal persuni li huma awtorizzati jaċċessaw, jidħlu, jaġġornaw, iħassru u jfittxu d-data u jagħmlu dawn il-profili disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali imsemmija fl-Artikolu 50(1) mingħajr dewmien fuq talba tagħhom (profili tal-persunal);

(h)jiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tista' tiġi trażmessa dejta personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-dejta (kontroll tal-komunikazzjoni);

(i)jiżgura li jkun sussegwentement possibbli li jiġi verifikat u stabbilit liema data personali tkun iddaħħlet f'sistemi awtomatizzati ta' proċessar ta' data, meta, minn min u għal liema skop iddaħħlet id-data (kontroll tad-dħul);

(j)jipprevjeni l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali waqt trasferimenti ta’ data personali jew waqt trasportazzjoni ta' mezzi tad-data b'mod partikolari b'tekniki kriptografiċi adatti (kontroll tat-trasport);

(k)jimmonitorjata l-effikaċja tal-miżuri tas-sigurtà msemmija f’dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern (awtoverifika).

2.L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-sigurtà dwar l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari, fosthom il-protezzjoni u s-sigurtà tal-bini tal-Uffiċċju SIRENE.

3.L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 dwar is-sigurtà fir-rigward tal-ipproċessar tad-data tas-SIS mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 29.

Artikolu 11
Kunfidenzjalità -
l-Istati Membri

Kull Stat Membru għandu japplika r-regoli tiegħu ta’ segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta’ kunfidenzjalità lill-persuni u lill-korpi kollha li meħtieġa jaħdmu bid-data tas-SIS u bl-informazzjoni supplimentari, skont il-liġi nazzjonali tiegħu. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawn il-persuni jħallu l-kariga jew l-impjieg jew wara t-tmiem tal-attivitajiet ta’ dawn il-korpi.

Artikolu 12
Żamma ta’ reġistri fuq livell nazzjonali

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull aċċess u kull skambju ta’ data personali fis-CS-SIS jiġi rreġistrat fl-N.SIS tagħhom għall-finijiet ta’ verifika dwar jekk it-tfittxija tkunx skont il-liġi jew le, għall-fini ta’ monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, ta’ awtomonitoraġġ u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-N.SIS, l-integrità u s-sigurtà tad-data.

2.Ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, l-istorja tat-twissija, id-data u l-ħin tal-attività tal-ipproċessar tad-data, it-tip ta’ data użata biex issir tfittxija, referenza għat-tip ta’ data trażmessa u l-isem kemm tal-awtorità kompetenti kif ukoll tal-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data.

3.Jekk it-tfittxija ssir permezz ta’ data dattilografika jew permezz ta’ immaġini tal-wiċċ skont l-Artikolu 22 ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, it-tip ta’ data użata biex issir tfittxija, referenza għat-tip ta’ data trażmessa u l-isem kemm tal-awtorità kompetenti kif ukoll tal-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data.

4.Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru mhux qabel sena, u mhux iktar tard minn tliet snin, wara li jkunu nħolqu.

5.Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal perjodu itwal jekk ikunu meħtieġa għal proċeduri ta’ monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

6.L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli milli jivverifikaw jekk it-tfittxijiet ikunux skont il-liġi jew le, li jimmonitorjaw il-legalità tal-ipproċessar tad-data, li jagħmlu awto-monitoraġġ u jiżguraw il-funzjonament tajjeb tal-N.SIS, l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollhom aċċess, fil-limiti tal-kompetenza tagħhom u fuq talba tagħhom, għal dawn ir-reġistri sabiex jiżguraw li huma jwettqu l-kompiti tagħhom.

Artikolu 13
Awto monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess ta' data tas-SIS tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma' dan ir-Regolament u għandha tikkopera, fejn meħtieġ, mal-awtorità nazzjonali ta' kontroll.

Artikolu 14
Taħriġ tal-persunal

Qabel ma jingħata awtorizzazzjoni biex jipproċessa data maħżuna fis-SIS u perjodikament wara li jkun ingħata aċċess għad-data tas-SIS, il-persunal tal-awtoritajiet li jkollu dritt li jaċċessa s-SIS għandu jirċievi taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-data, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-proċeduri dwar l-ipproċessar tad-data kif stabbilit fil-Manwal ta’ SIRENE. Il-persunal għandu jiġi mgħarraf dwar kull reat kriminali u penali rilevanti.

KAPITOLU III

RESPONSABBILTAJIET TAL-AĠENZIJA

Artikolu 15
Tmexxija ope
rattiva

1.L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-SIS Ċentrali. L-Aġenzija għandha tiżgura, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, li għas-SIS Ċentrali tintuża dejjem l-aħjar teknoloġija disponibbli, bl-użu ta’ analiżi tal-kost-benefiċċji.

2.L-Aġenzija għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti li ġejjin relatati mal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni:

(a)superviżjoni;

(b)sigurtà;

(c)il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur;

3.Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-obbligazzjonijiet l-oħra kollha relatati mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, b’mod partikolari:

(a)obbligazzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit;

(b)akkwist u tiġdid;

(c)kwistjonijiet kuntrattwali.

4.L-Aġenzija għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti li ġejjin relatati mal-Uffiċċji SIRENE u mal-komunikazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE:

(a)il-koordinazzjoni u l-immaniġġjar tal-ittestjar;

(b)il-manutenzjoni u l-aġġornament tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni u l-ġestjoni tal-impatt ta’ tibdil tekniku fejn dan jaffettwa kemm is-SIS u l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċji SIRENE.

5.L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm mekkaniżmu u proċeduri għat-twettiq ta’ kontrolli dwar il-kwalità fuq id-data fis-CS-SIS u għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tipprovdi rapport regolari lill-Kummissjoni li jkopri l-kwistjonijiet li jinqalgħu u l-Istati Membri kkonċernati. Dan il-mekkaniżmu, il-proċeduri u l-interpretazzjoni tal-konformità tal-kwalità tad-data għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 55(2).

6.Tmexxija operattiva tas-SIS Ċentrali għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha meħtieġa biex is-SIS Ċentrali tibqa’ tiffunzjona għal 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa b'mod konformi ma' dan ir-Regolament, speċjalment ix-xogħol ta’ manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa għat-tħaddim bla xkiel tas-sistema. Dawk il-kompiti jinkludu wkoll attivitajiet ta’ ttestjar li jiżguraw li s-SIS Ċentrali u s-sistemi nazzjonali joperaw skont ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 16
Sigurtà

1.L-Aġenzija għandha tadotta l-miżuri neċessarji, inkluż pjan ta’ sigurtà, pjan ta’ kontinwità tan-negozju u pjan ta’ rkupru minn diżastru għas-SIS Ċentrali u għall-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni sabiex:

(a)fiżikament tipproteġi d-dejta, inkluż billi tagħmel pjanijiet ta’ kontinġenza għall-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika;

(b)tiċħad l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal faċilitajiet li jipproċessaw id-data użati għall-ipproċessar ta' data personali (kontroll tal-aċċess għall-faċilitajiet);

(c)tipprevjeni l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati tal-mezzi tad-data (kontroll tal-mezzi tad-data);

(d)tipprevjeni li tiddaħħal data b’mod mhux awtorizzat kif ukoll l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali maħżuna (kontroll tal-ħżin);

(e)tipprevjeni l-użu ta’ sistemi awtomatizzati ta’ pproċessar ta’ dejta minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-dejta (kontroll tal-utent);

(f)tiżgura li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta' proċessar ta' data jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom permezz ta' identitajiet tal-utenti individwali u uniċi u modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali biss (kontroll tal-aċċess għad-data);

(g)toħloq profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet għal persuni li huma awtorizzati jaċċessaw id-data jew il-faċilitajiet ta’ pproċessar tad-data u tagħmel dawn il-profili disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data msemmi fl-Artikolu 51 mingħajr dewmien fuq talba tiegħu (profili tal-persunal);

(h)tiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tista' tiġi trażmessa dejta personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-dejta (kontroll tal-komunikazzjoni);

(i)tiżgura li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali ddaħħlet f'sistemi awtomatiċi ta' proċessar tad-data, meta u minn min iddaħħlet id-data (kontroll tad-dħul);

(j)timpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali waqt trasferimenti ta’ data personali jew waqt waqt trasportazzjoni ta' medja tad-data, b'mod partikolari b'teknika kriptografika adatta (kontroll tat-trasport);

(k)tikkontrolla l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u tieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mas-sorveljanza interna sabiex tiżgura konformità ma' dan ir-Regolament (awtoawditjar).

2.L-Aġenzija għandha tieħu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-sigurtà f’dak li għandu x’jaqsam mal-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari permezz tal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni.

Artikolu 17
Kunfidenzjalità – l-Aġenzija

1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija għandha tapplika regoli adatti ta’ segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra ta’ kunfidenzjalità ta’ standards komparabbli għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament għall-persunal kollu tagħha meħtieġ li jaħdem bid-data tas-SIS. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawk il-persuni jħallu l-kariga jew l-impjieg tagħhom jew wara t-tmiem tal-attivitajiet tagħhom.

2.L-Aġenzija għandha tieħu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-kunfidenzjalità f'dak li għandu x’jaqsma mal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari permezz tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.

Artikolu 18
Żamma ta’ reġistri fuq livell ċentrali

1.L-Aġenzija għandha tiżgura li kull aċċess u l-iskambji kollha ta’ data personali fis-CS-SIS jiġu rreġistrati għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 12(1).

2.Ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, l-istorja tat-twissijiet, id-data u l-ħin tad-data trażmessa, it-tip ta’ data użata biex isiru tfittxijiet, ir-referenza għat-tip ta’ data trażmessa u l-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-ipproċessar tad-data.

3.Jekk it-tfittxija ssir permezz ta’ data dattilografika jew permezz ta’ immaġini tal-wiċċ skont l-Artikolu 22 u 28 ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, it-tip ta’ data użata biex issir tfittxija, referenza għat-tip ta’ data trażmessa u l-isem kemm tal-awtorità kompetenti kif ukoll tal-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data.

4.Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru mhux qabel sena, u mhux iktar tard minn tliet snin, wara li jkunu nħolqu. Ir-reġistri li jinkludu l-istorja tat-twissijiet għandhom jitħassru wara perjodu ta’ bejn sena u tliet snin wara li jitħassru t-twissijiet.

5.Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal perjodu itwal jekk ikunu meħtieġa għal proċeduri ta’ monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

6.L-awtoritajiet kompetenti responsabbli milli jivverifikaw jekk it-tfittxija hijiex skont il-liġi jew le, li jimmonitorjaw il-legalità tal-ipproċessar tad-data, u li jieħdu ħsieb l-awto-monitoraġġ, l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tas-CS-SIS, l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollhom aċċess, fil-limiti tal-kompetenza tagħhom u fuq talba tagħhom, għal dawk ir-reġistri għall-fini li jwettqu l-kompiti tagħhom.

KAPITOLU IV

INFORMAZZJONI LILL-PUBBLIKU

Artikolu 19
Kampanji ta’ informazzjo
ni dwar is-SIS

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandha regolarment twettaq kampanji li jinformaw lill-pubbliku dwar l-objettivi tas-SIS, id-data maħżuna, l-awtoritajiet li jkollhom aċċess għas-SIS u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data. L-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll tagħhom, jippjanaw u jimplimentaw il-linji politiċi meħtieġa biex jinfurmaw liċ-ċittadini tagħhom b'mod ġenerali dwar is-SIS.

KAPITOLU V

TWISSIJIET MAĦRUĠA FIR-RIGWARD TA' ĊITTADINI TA’ PAJJIŻ TERZ GĦALL-ISKOP LI JKUNU RRIFJUTATI D-DĦUL U R-PERMANENZA

Artikolu 20
Kategoriji ta' data

1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1) jew għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jipprevedi l-ħażna ta' data addizzjonali, is-SIS għandu jkun fiha biss dawk il-kategoriji ta' data li jingħataw minn kull wieħed mill-Istati Membri, kif meħtieġ għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 24.

2.L-informazzjoni dwar il-persuni li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet twissija għandha tinkludi biss id-data li ġejja:

(a)kunjom(ijiet);

(b)isem/ismijiet;

(c)isem/ismijiet fit-twelid;

(d)ismijiet u psewdonimi użati qabel;

(e)kwalunkwe karatteristika fiżika speċifika u oġġettiva li ma tinbidilx;

(f)il-post tat-twelid;

(g)data tat-twelid;

(h)sess;

(i)nazzjonalità/nazzjonalitajiet;

(j)jekk il-persuna kkonċernata hijiex armata, vjolenti, maħruba jew tkun involuta f’attività kif imsemmi fl-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu;

(k)ir-raġuni għat-twissija;

(l)l-awtorità li qed toħroġ it-twissija;

(m)referenza għad-deċiżjoni li wasslet għat-twissija;

(n)l-azzjoni li għandha tittieħed;

(o)rabta/iet ma’ twissijiet oħrajn maħruġa fis-SIS skont l-Artikolu 38;

(p)jekk il-persuna kkonċernata hijiex membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE jew persuna oħra li tgawdi drittijiet ta’ moviment liberu kif imsemmi fl-Artikolu 25;

(q)jekk id-deċiżjoni dwar ir-rifjut ta’ dħul tkunx ibbażata fuq:

kundanna preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 24(2)(a);

theddida serja għas-sigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 24(2)(b);

projbizzjoni fuq id-dħul kif imsemmi fl-Artikolu 24(3); jew

miżura restrittiva kif imsemmi fl-Artikolu 27;

(r)it-tip ta’ reat (għal twissijiet maħruġa skont l-Artikolu 24(2) ta’ dan ir-Regolament);

(s)il-kategorija tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna;

(t)il-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna;

(u)in-numru/i tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna;

(v)id-data tal-ħruġ tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna;

(w)ritratti u immaġini tal-wiċċ;

(x)data dattilografika;

(y)kopja bil-kulur tad-dokument ta’ identifikazzjoni.

3.Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal, tiġi aġġornata, titħassar u ssir tfittxija fid-data msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 55(2).

4.Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex issir tfittxija tad-data msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 55(2). Dawn ir-regoli tekniċi għandhom ikunu simili għal tiftix fis-CS-SIS, f’kopji nazzjonali u f’kopji tekniċi, kif imsemmi fl-Artikolu 36 u għandhom ikunu bbażati fuq standards komuni stabbiliti u żviluppati permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 55(2).

Artikolu 21
Proporzjonalità

1.Qabel ma tinħareġ twissija u meta jiġi estiż il-perjodu ta’ validità ta’ twissija, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk il-każ huwiex adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed li jistħoqqlu li tiddaħħal twissija fis-SIS.

2.Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 24(2) l-Istati Membri għandhom, fiċ-ċirkostanzi kollha, joħolqu twissija marbuta ma’ ċittadin ta' pajjiż terz jekk ir-reat jaqa’ taħt l-Artikoli 1 – 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu 71 .

Artikolu 22
Regoli speċifiċi biex jiddaħħlu ritratti, immaġini tal-wiċċ u data dattilografika

1.Id-data msemmija fl-Artikolu 20(2)(w) u (x) għandha tiddaħħal fis-SIS biss wara verifika tal-kwalità sabiex jiġi żgurat li jkun intlaħaq standard minimu dwar il-kwalità tad-data.

2.L-istandards ta’ kwalità għandhom jiġu stabbiliti għall-ħżin tad-data msemmija fil-paragrafu 1. L-ispeċifikazzjoni ta’ dawn l-istandards għandha tiġi stabbilita permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni u tiġi aġġornata skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 55(2).

Artikolu 23
Rekwiżit biex tiddaħħal twissija

1.Ma tistax tiddaħħal twissija mingħajr id-data msemmija fl-Artikoli 20(2)(a), (g),(k),(m),(n) u (q). Meta twissija tkun ibbażata fuq deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 24(2) għandha tiddaħħal ukoll id-data msemmija fl-Artikolu 20(2)(r).

2.Barra minn hekk, għandha tiddaħħal ukoll id-data l-oħra kollha elenkata fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 24
Kundizzjonijiet biex jinħarġu twissijiet dwar rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza

1.Data dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet twissija għall-finijiet ta’ rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza għandha tiddaħħal fis-SIS abbażi ta’ twissija nazzjonali li tirriżulta minn deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji kompetenti skont ir-regoli ta’ proċedura stabbiliti bil-liġi nazzjonali meħuda abbażi ta’ valutazzjoni individwali. Appelli kontra dawn id-deċiżjonijiet għandhom isiru skont il-liġi nazzjonali.

2.Twissija għandha tiddaħal meta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ibbażata fuq theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika jew għas-sigurtà nazzjonali li tista' tiġi mill-preżenza ta' ċittadin ta' pajjiż terz inkwistjoni fit-territorju ta' Stat Membru. Din is-sitwazzjoni għandha tirriżulta b'mod partikolari fil-każ ta':

(a)ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun instab ħati fi Stat Membru ta’ reat li jġorr piena li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà ta’ mill-inqas sena;

(b)ċittadin ta’ pajjiż terz li fir-rigward tiegħu jkun hemm raġunijiet serji sabiex wieħed jemmen li jkun wettaq reat serju jew li fir-rigward tiegħu jkun hemm indikazzjonijiet ċari dwar l-intenzjoni li jwettaq tali reat fit-territorju ta’ Stat Membru.

3.Twissija għandha tiddaħħal meta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun projbizzjoni fuq id-dħul maħruġa skont il-proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE. L-Istat Membru emittenti għandu jiżgura li t-twissija tidħol fis-seħħ fis-SIS mar-ritorn taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat. Il-konferma dwar ir-ritorn għandha tiġi komunikata lill-Istat Membru emittenti f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/xxx [ir-Regolament dwar ir-Ritorn].

Artikolu 25
Kundizzjonijiet biex jiddaħħlu twissijiet dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma benefiċjarji tad-
dritt għal moviment liberu fl-Unjoni

1.Twissija dwar ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa benefiċjarju tad-dritt għal moviment liberu fl-Unjoni, fis-sens tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 72 għandha tiddaħħal skont il-miżuri adottati għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.Fejn ikun hemm hit dwar twissija skont l-Artikolu 24 dwar ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun benefiċjarju tad-dritt għal moviment liberu fl-Unjoni, l-Istat Membru li jeżegwixxi t-twissija għandu jikkonsulta minnufih mal-Istat Membru emittenti, permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari, sabiex jiddeċiedi mingħajr dewmien dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.

Artikolu 26
Proċedura ta’ konsultazzjoni

1.Meta Stat Membru jikkunsidra li joħroġ permess ta’ residenza jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun is-suġġett ta’ twissija għal rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza mdaħħla minn Stat Membru ieħor, għandu l-ewwel jikkonsulta lill-Istat Membru emittenti permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari u għandhom jitqiesu l-interessi ta’ dak l-Istat Membru. L-Istat Membru emittenti għandu jipprovdi tweġiba definittiva fi żmien sebat ijiem. Meta Stat Membru jkun qed jikkunsidra l-għoti ta’ permess jew ta’ awtorizzazzjoni oħra li toffri d-dritt ta’ permanenza jiddeċiedi li jagħtiha, it-twissija ta’ rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza għandha titħassar.

2.Meta Stat Membru jikkunsidra li jdaħħal twissija ta’ rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza li tikkonċerna ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun id-detentur ta’ permess ta’ residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra li toffri d-dritt ta’ permanenza maħruġa minn Stat Membru ieħor, għandu l-ewwel jikkonsulta lill-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari u għandu jqis l-interessi ta’ dak l-Istat Membru. L-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess għandu jipprovdi tweġiba definittiva fi żmien sebat ijiem. Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess jiddeċiedi li jżommu, ma għandhiex tiddaħħal it-twissija ta’ rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza.

3.Fil-każ ta’ hit dwar twissija ta’ rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza li tikkonċerna ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun id-detentur ta’ permess ta’ residenza validu jew ta’ awtorizzazzjoni oħra li toffri d-dritt ta’ permanenza, l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandu jikkonsulta minnufih lill-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza u lill-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija, rispettivament, permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari sabiex jiddeċiedi mingħajr dewmien jekk l-azzjoni tkunx tista' tittieħed. Jekk jiġi deċiż li jinżamm il-permess ta’ residenza, it-twissija għandha titħassar.

4.Fuq bażi annwali l-Istati Membri għandhom jipprovdu statistika lill-Aġenzija dwar il-konsultazzjonijiet li jkunu saru skont il-paragrafi minn 1 sa 3.

Artikolu 27
Kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ twissijiet dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu soġġetti għal miżuri restrittivi

1.Twissijiet li jirrigwardaw ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li jkunu s-suġġett ta’ miżura restrittiva intiża biex timpedixxi d-dħul jew it-tranżitu fit-territorju tal-Istati Membri, meħuda skont l-atti legali adottati mill-Kunsill, inklużi miżuri li jimplimentaw projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar maħruġa mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, għandhom, sakemm ikunu ssodisfati l-ħtiġiet dwar il-kwalità tad-data, jiddaħħlu fis-SIS għall-fini tar-rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza.

2.L-Istat Membru responsabbli għad-dħul, l-aġġornament, u t-tħassir ta' dawn it-twissijiet f'isem l-Istati Membri kollha għandu jinħatar fil-mument tal-adozzjoni tal-miżura rilevanti meħuda skont l-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-proċedura għall-ħatra tal-Istat Membru responsabbli għandha tiġi stabbilita u żviluppata permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 55(2).

KAPITOLU VI

TIFTIX PERMEZZ TA’ DATA BIJOMETRIKA

Artikolu 28
Regoli speċifiċi għall-verifika jew għal tiftix permezz ta’ ritratti, ta’ immaġini tal-wiċċ u ta’ data da
ttilografika

1.Ir-ritratti, l-immaġini tal-wiċċ u d-data dattilografika għandhom jiġu aċċessati mis-SIS sabiex tiġi verifikata l-identità ta’ persuna li tkun instabet bħala riżultat ta’ tfittxija alfanumerika magħmula fis-SIS.

2.Id-data dattilografika tista' tintuża wkoll għall-identifikazzjoni ta’ persuna. Data dattilografika maħżuna fis-SIS għandha tintuża biss għal skopijiet ta’ identifikazzjoni jekk l-identità tal-persuna ma tkunx tista’ tiġi aċċertata b’mezzi oħra.

3.Huwa possibbli wkoll li ssir tfittxija fid-data dattilografika maħżuna fis-SIS fir-rigward ta’ twissijiet maħruġa skont l-Artikolu 24 permezz ta’ settijiet kompluti jew mhux kompluti ta’ marki tas-swaba’ jew ta’ marki tal-pala tal-id li jkunu nstabu f’postijiet ta’ delitti li tkun qed issirilhom investigazzjoni u fejn ikun jista’ jiġi stabbilit bi grad għoli ta’ probabbiltà li jappartjenu lill-awtur tar-reat sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jistabbilixxu l-identità tal-persuna bl-użu ta’ xi bażi tad-data nazzjonali, Ewropea jew internazzjonali oħra.

4.Hekk kif dan isir teknikament possibbli, u filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ affidabbiltà ta’ identifikazzjoni, jistgħu jintużaw ritratti u immaġini tal-wiċċ għall-identifikazzjoni ta’ persuna. Identifikazzjoni bbażata fuq ritratti jew fuq immaġini tal-wiċċ għandha tintuża biss fil-kuntest tal-punti regolari tal-qsim tal-fruntieri fejn jintużaw sistemi self-service u sistemi awtomatizzati ta’ kontroll fil-fruntieri.

KAPITOLU VII

DRITT GĦALL-AĊĊESS U Ż-ŻAMMA TA’ TWISSIJIET

Artikolu 29
Awtoritajiet li għandhom id-dritt li jaċċessaw it-twissijiet

1.L-aċċess għal data mdaħħla fis-SIS u d-dritt ta’ tfittxija ta’ tali data direttament jew f’kopja tad-data tas-SIS għandu jkun riżervat għall-awtoritajiet responsabbli għall-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’:

(a)kontroll fil-fruntieri, skont ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen);

(b)kontrolli doganali u mill-pulizija mwettqa fl-Istat Membru kkonċernat, u l-koordinazzjoni ta’ tali kontrolli mill-awtoritajiet maħtura;

(c)attivitajiet oħrajn ta’ infurzar tal-liġi mwettqa għall-prevenzjoni, għall-identifikazzjoni u għall-investigazzjoni ta’ reati kriminali fl-Istat Membru kkonċernat;

(d)eżami tal-kundizzjonijiet u t-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mad-dħul u mal-permanenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri, inkluż dwar permessi ta’ residenza u viżi għal permanenza twila, u għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

(e)eżaminar tal-applikazzjonijiet tal-viżi u t-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ dawn l-applikazzjonijiet inkluż dwar l-annullament, ir-revoka jew l-estensjoni ta’ viżi skont ir-Regolament (UE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 73 .

2.Għall-finijiet tal-Artikolu 24(2) u (3) u tal-Artikolu 27 id-dritt ta’ aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS u d-dritt li ssir tfittxija diretta f’din id-data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll minn awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, inklużi dawk responsabbli mill-bidu ta’ prosekuzzjonijiet pubbliċi fi proċedimenti kriminali u għal inkjesti ġudizzjarji qabel l-akkuża, fil-qadi ta’ dmirijiethom, kif previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u mill-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni tagħhom.

3.Id-dritt ta’ aċċess għad-data dwar dokumenti li jikkonċernaw persuni mdaħħla skont l-Artikolu 38(2)(j) u (k) tar-Regolament (UE) 2018/xxx [kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali] u d-dritt ta’ tiftix f’din id-data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1(d). L-aċċess għad-data minn dawn l-awtoritajiet għandu jiġi rregolat mil-liġi ta' kull Stat Membru.

4.L-awtoritajiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 36(8).

Artikolu 30
Aċċess għad-data tas-SIS mill-Europol

1.L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għandu jkollha fil-mandat tagħha, id-dritt ta’ aċċess u ta’ tiftix fid-data mdaħħla fis-SIS.

2.Fejn tfittxija mill-Europol tiżvela l-eżistenza ta’ twissija fis-SIS, il-Europol għandha tgħarraf lill-Istat Membru emittenti permezz tal-mezzi definiti fir-Regolament (UE) 2016/794.

3.L-użu ta’ informazzjoni miksuba minn tfittxija fis-SIS huwa soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru kkonċernat. Jekk l-Istat Membru jagħti l-permess għall-użu ta’ tali informazzjoni, l-immaniġġar tagħha mill-Europol għandu jkun irregolat mir-Regolament (UE) 2016/794. L-Europol tista’ tikkomunika biss tali informazzjoni lil terzi pajjiżi u korpi terzi bil-kunsens tal-Istat Membru kkonċernat.

4.L-Europol tista' titlob għal aktar informazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/794.

5.Il-Europol:

(a)mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3, 4 u 6, ma għandhiex tikkollega partijiet mis-SIS jew tittrasferixxi d-data li jkun hemm fiha li għaliha jkollha aċċess lil xi sistema oħra tal-kompjuter għall-ġbir u għall-ipproċessar tad-data mħaddma mill-Europol jew fl-Europol u lanqas ma għandha tniżżel jew tikkopja xi parti mis-SIS;

(b)għandha tillimita l-aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS għall-impjegati tal-Europol li jkunu speċifikament awtorizzati;

(c)għandha tadotta u tapplika miżuri previsti fl-Artikoli 10 u 11;

(d)għandha tagħti l-permess lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex jirrevedi l-attivitajiet tal-Europol fit-twettiq tad-dritt tiegħu ta’ aċċess u ta’ tiftix fid-data mdaħħla fis-SIS.

6.Id-data tista’ tiġi kkupjata biss għal skopijiet tekniċi, sakemm tali kkupjar ikun meħtieġ biex il-persunal debitament awtorizzat tal-Europol iwettaq tfittxija diretta. Id-dispożizzjonjiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal tali kopji. Il-kopja teknika għandha tintuża għall-iskop ta’ ħżin ta’ data tas-SIS waqt it-tfittxija f’dik id-data. Ladarba tkun saret it-tfittxija fid-data din għandha titħassar. Dawn l-użi ma għandhomx jiġu interpretati bħala tniżżil jew ikkuppjar illegali ta’ data tas-SIS. L-Europol ma għandhiex tikkopja data ta’ twissijiet jew data addizzjonali maħruġa mill-Istati Membri jew mis-CS-SIS f’sistemi oħra tal-Europol.

7.Kull kopja, kif imsemmi fil-paragrafu 6, li twassal għal bażi tad-data offlajn tista' tinżamm biss għal perjodu ta’ mhux aktar minn 48 siegħa. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż f’emerġenza sakemm tintemm is-sitwazzjoni ta’ emerġenza. L-Europol għandha tirrapporta kull estensjoni lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

8.L-Europol tista’ tirċievi u tipproċessa informazzjoni supplimentari dwar twissijiet korrispondenti fis-SIS sakemm ir-regoli dwar l-ipproċessar tad-data msemmija fil-paragrafi (2)-(7) jiġu applikati kif xieraq.

9.Għall-fini ta’ verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, ta’ awtomonitoraġġ u tal-iżgurar tas-sigurtà u tal-integrità xierqa tad-data, jenħtieġ li l-Europol iżżomm reġistri ta’ kull aċċess u tfittxija fis-SIS. Tali reġistri u dokumentazzjoni ma għandhomx jitqiesu bħala tniżżil jew ikkuppjar illegali ta’ xi parti mis-SIS.

Artikolu 31
Aċċes
s għad-data tas-SIS mit-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, minn timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn, u minn membri tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni

1.Skont l-Artikolu 40(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet Ewropej tal-Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tat-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn kif ukoll il-membri tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, fil-mandat tagħhom, għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw u li jfittxu d-data mdaħħla fis-SIS.

2.Il-membri tat-timijiet Ewropej tal-Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tat-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn kif ukoll il-membri tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom jaċċessaw u jfittxu data mdaħħla fis-SIS skont il-paragrafu 1 permezz tal-interfaċċa teknika stabbilita u miżmuma mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta kif imsemmi fl-Artikolu 32(2).

3.Fejn tfittxija minn membru tat-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tat-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn jew minn membru tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni tiżvela l-eżistenza ta’ twissija fis-SIS, l-Istat Membru emittenti għandu jiġi informat b’dan. Skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet jistgħu jaġixxu biss bi tweġiba għal twissija fis-SIS taħt istruzzjonijiet minn u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta’ gwardji tal-fruntieri jew ta’ persunal involut f’kompiti relatati mar-ritorn tal-Istat Membru ospitanti li fih ikunu qegħdin joperaw. L-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jaġixxu f'ismu.

4.Kull każ ta’ aċċess u kull tfittxija mwettqa minn membru tat-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tat-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn jew minn membru tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom jiġu rreġistrati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 u kull użu li jagħmlu mid-data li jkunu aċċessaw għandu jiġi reġistrat.

5.L-aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS għandu jkun limitat għal membru tat-timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tat-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn jew minn membru tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u ma għandux jiġi estiż lil xi membru ieħor tat-tim.

6.Għandhom jiġu adottati u applikati miżuri li jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità kif previst fl-Artikoli 10 u 11.

Artikolu 32
Aċċess għad-data tas-SIS mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, għall-fini tal-analiżi ta’ theddid li jista’ jaffettwa l-funzjonament jew is-sigurtà tal-fruntieri esterni, għandu jkollha d-dritt li taċċessa u li tfittex fid-data mdaħħla fis-SIS, skont l-Artikoli 24 u 27.

2.Għall-finijiet tal-Artikolu 31(2) u tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tistabbilixxi u żżomm interfaċċa teknika li tippermetti konnessjoni diretta mas-SIS Ċentrali.

3.Fejn tfittxija mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tiżvela l-eżistenza ta’ twissija fis-SIS, għandha tgħarraf lill-Istat Membru emittenti.

4.Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tagħhamogħtija lilha bir-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollha d-dritt li taċċessa u li tivverifika d-data mdaħħla fis-SIS skont l-Artikoli 24 u 27.

5.Fejn verifika mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-finijiet tal-paragrafu 2 tiżvela l-eżistenza ta’ twissija fis-SIS għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 22 tar-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS).

6.Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jiġi interpretat li jaffettwa d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/1624 dwar il-protezzjoni tad-data u r-responsabbiltà għal kwalunkwe proċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta’ tali data min-naħa tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

7.Kull aċċess u kull tfittxija mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiġu rreġistrati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 u għandu jiġi reġistrat kull użu li jsir mid-data aċċessata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

8.Ħlief fejn ikun meħtieġ biex jitwettqu l-kompiti għall-finijiet tar-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) l-ebda parti tas-SIS ma għandha tkun konnessa ma’ xi sistema tal-kompjuter għall-ġbir u għall-ipproċessar ta’ data li tkun imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew fiha u lanqas ma għandu jsir trasferiment lil tali sistema tad-data li tinsab fis-SIS li għaliha jkollha aċċess l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-ebda parti mis-SIS ma għandha titniżżel. Ir-reġistri tal-aċċess u tat-tfittxijiet ma għandhomx jiġu interpretati li huma tniżżil jew ikkuppjar ta’ data fis-SIS.

9.Għandhom jiġu adottati u applikati miżuri li jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità kif previst fl-Artikoli 10 u 11.

Artikolu 33
Ambitu ta' aċċess

L-utenti finali, inklużi l-Europol, u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, jistgħu jaċċessaw biss id-data li jeħtieġu għall-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 34
perjodu taż-żamma tat-twissijiet

1.Twissijiet li jiddaħħlu fis-SIS skont dan ir-Regolament għandhom jinżammu biss għaż-żmien meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet li għalihom ikunu ddaħħlu.

2.Stat Membru li joħroġ twissija għandu, fi żmien ħames snin minn meta jdaħħal it-twissija tiegħu fis-SIS, jirrevedi l-ħtieġa taż-żamma tagħha.

3.Kull Stat Membru għandu, fejn xieraq, jistabbilixxi perjodi iqsar ta' reviżjoni skont il-liġi nazzjonali tiegħu.

4.F’każijiet fejn il-persunal tal-Uffiċċju SIRENE, li huwa responsabbli għall-koordinazzjoni u għall-verifika tal-kwalità tad-data, jagħraf li twissija dwar persuna tkun laħqet l-għan tagħha u li għandha titħassar mis-SIS, il-persunal għandu jinnotifika lill-awtorità li tkun ħolqot it-twissija biex tressaq din il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-awtorità. L-awtorità għandu jkollha 30 jum kalendarju mill-wasla ta’ din in-notifika biex tindika li t-twissija tħassret jew sejra titħassar jew għandha tiddikjara r-raġunijiet għaż-żamma tat-twissija. Jekk il-perjodu ta’ 30 jum jiskadi mingħajr tali risposta t-twissija għandha titħassar mill-persunal tal-Uffiċċju SIRENE. L-Uffiċċji SIRENE għandhom jirrapportaw kull kwistjoni rikorrenti f’dan il-qasam lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali tagħhom.

5.Fil-perjodu ta’ reviżjoni, l-Istat Membru li jkun qed joħroġ it-twissija jista’, wara valutazzjoni individwali komprensiva li għandha tkun reġistrata, jiddeċiedi li jżomm it-twissija għal aktar żmien, jekk dan jirriżulta neċessarju għall-finijiet li għalihom tkun inħarġet it-twissija. F'dan il-każ il-paragrafu 2 għandu japplika wkoll għall-estensjoni. Kull estensjoni ta' twissija għandha tiġi kkomunikata lis-CS-SIS.

6.It-twissijiet għandhom jitħassru awtomatikament wara l-perjodu ta’ reviżjoni msemmi fil-paragrafu 2 ħlief meta l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija jkun informa lis-CS-SIS dwar l-estensjoni tat-twissija skont il-paragrafu 5. Is-CS-SIS għandha awtomatikament tinforma lill-Istati Membri dwar tħassir skedat ta' data mis-sistema erba' xhur minn qabel.

7.L-Istati Membri għandhom iżommu statistika dwar l-għadd ta’ twissijiet li l-perjodu ta’ żamma tagħhom ikun ġie estiż skont il-paragrafu 5.

Artikolu 35
Tħassir ta’ twissijiet

1.Twissijiet dwar rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza skont l-Artikolu 24 għandhom jitħassru meta l-awtorità kompetenti tkun irtirat id-deċiżjoni li permezz tagħha tkun iddaħħlet it-twissija, fejn applikabbli, wara l-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 26.

2.Twissijiet li jirrigwardaw ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta’ miżura restrittiva kif imsemmi fl-Artikolu 27 għandhom jitħassru meta l-miżura ta’ implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq vjaġġar tkun ġiet mitmuma, sospiża jew annullata.

3.Twissijiet maħruġa fir-rigward ta’ persuna li tkun kisbet ċittadinanza f’xi Stat li ċ-ċittadini tiegħu huma benefiċjarji tad-dritt ta’ moviment liberu fl-Unjoni għandhom jitħassru hekk kif l-Istat Membru emittenti jsir jaf, jew jiġi informat skont l-Artikolu 38 li l-persuna inkwistjoni tkun kisbet din iċ-ċittadinanza.

KAPITOLU VIII

REGOLI ĠENERALI GĦALL-IPPROĊESSAR TAD-DATA

Artikolu 36
Ipproċessar tad-data tas-SIS

1.L-Istati Membri jistgħu jipproċessaw id-data msemmija fl-Artikolu 20 għall-finijiet ta’ rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza fit-territorji tagħhom.

2.Id-data tista' tiġi kkupjata biss għal finijiet tekniċi, dment li tali kkupjar ikun meħtieġ sabiex l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 29 iwettqu tfittxija diretta. Id-dispożizzjonjiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal tali kopji. Stat Membru ma għandux jikkopja data tat-twissija jew data addizzjonali mdaħħla minn Stat Membru ieħor mill-N.SIS tiegħu jew mis-CS-SIS f’fajls oħra ta’ data nazzjonali.

3.Kopji tekniċi, kif imsemmi fil-paragrafu 2, li jwasslu għal bażijiet ta’ dejta offlajn jistgħu jinżammu biss għal perjodu li ma jeċċedix it-48 siegħa. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż f’każ ta’ emerġenza sakemm tintemm is-sitwazzjoni ta’ emerġenza.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, ma għandhomx ikunu permessi kopji tekniċi li jwasslu għal bażijiet ta’ data offlajn li jkunu se jintużaw minn awtoritajiet li joħorġu l-viżi, ħlief għal kopji li jsiru biex jintużaw biss f’emerġenza jekk in-netwerk ikun ilu indisponibbli għal aktar minn 24 siegħa.

L-Istati Membri għandhom iżommu inventarju aġġornat ta’ dawk il-kopji, jagħmlu dan l-inventarju disponibbli għall-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali tagħhom, u jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk tal-Artikolu 10, jiġu applikati fir-rigward ta’ dawk il-kopji.

4.L-aċċess għal tali data għandu jkun awtorizzat biss fil-limiti tal-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 29 u lill-persunal debitament awtorizzat.

5.Kull ipproċessar ta’ informazzjoni li tinsab fis-SIS għal finijiet li mhumiex dawk li għalihom tkun iddaħħlet fis-SIS għandu jkun marbut ma’ każ speċifiku u ġġustifikat mill-ħtieġa li tiġi evitata theddida imminenti serja għall-politika pubblika u għas-sigurtà pubblika, abbażi ta’ raġunijiet serji ta’ sigurtà nazzjonali jew għall-finijiet tal-prevenzjoni ta’ reat kriminali serju. Għal dan l-għan għandha tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija.

6.Data dwar dokumenti relatati ma’ persuni elenkati skont l-Artikolu 38(2)(j) u (k) tar-Regolament (UE) 2018/xxx tista’ tintuża mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 29(1)(d) skont il-liġijiet ta’ kull Stat Membru.

7.Kull użu ta' data li ma jikkonformax mal-paragrafi minn 1 sa 6 għandu jitqies bħala użu ħażin skont il-liġi ta' kull Stat Membru.

8.Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Aġenzija lista tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu li huma awtorizzati li jfittxu direttament fid-data li tinsab fis-SIS skont dan ir-Regolament, kif ukoll f’kull tibdil fil-lista. Il-lista għandha tispeċifika, għal kull awtorità, f’liema data tista’ tifittex u għal liema finijiet. L-Aġenzija għandha tiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.Sakemm il-liġi tal-Unjoni ma tistabbilixxix dispożizzjonijiet speċifiċi, għandha tapplika l-liġi ta’ kull Stat Membru għad-data mdaħħla fl-N.SIS tiegħu.

Artikolu 37
Data tas-SIS u fajls nazzjonali

1.L-Artikolu 36(2) ma għandux jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jżomm fil-fajl nazzjonali tiegħu d-data tas-SIS li fir-rigward tagħha ttieħdet azzjoni fit-territorju tiegħu. Tali data għandha tinżamm fil-fajls nazzjonali għal perjodu massimu ta’ tliet snin, ħlief jekk xi dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi nazzjonali jipprevedu perjodu ta’ żamma itwal.

2.L-Artikolu 36(2) ma għandux jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jżomm fil-fajls nazzjonali tiegħu d-data li tinsab fi twissija partikolari maħruġa fis-SIS minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 38
Informazzjoni f’każ ta’ non-eżekuzzjoni ta’ twissija

Jekk azzjoni mitluba ma tistax titwettaq, l-Istat Membru mitlub ghandu jinforma minnufih lill-Istat Membru li jkun qed joħroġ it-twissija.

Artikolu 39
Kwalità tad-data pproċessata fis-SIS

1.Stat Membru li jkun qed joħroġ twissija għandu jkun responsabbli li jassigura li d-data hi eżatta, aġġornata u hi mdaħħla fis-SIS b'mod legali.

2.L-Istat Membru li jkun ħareġ twissija biss għandu jkun awtorizzat li jimmodifika, iżid ma', jikkoreġi, jaġġorna jew iħassar data li jkun daħħal hu.

3.Jekk Stat Membru għajr dak li jkun ħareġ it-twissija jkollu evidenza li tissuġġerixxi li parti mid-data tkun fattwalment inkorretta jew tkun inħażnet illegalment, huwa għandu, permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplementari, jinforma lill-Istat Membru emittenti kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn 10 ijiem wara li jkun sar jaf b’din l-evidenza. L-Istat Membru emittenti għandu jiċċekkja l-komunikazzjoni u, jekk meħtieġ, jikkoreġi jew iħassar mingħajr dewmien l-entrata inkwistjoni.

4.Meta fi żmien xahrejn mill-mument meta l-evidenza tkun ġiet żvelata għall-ewwel darba, l-Istati Membri ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim, kif deskritt fil-paragrafu 3, l-Istat Membru li ma jkunx ħareġ it-twissija għandu jissottometti l-kwistjoni lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali kkonċernati għal deċiżjoni.

5.L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni supplementari meta persuna tilmenta li mhijiex il-persuna msemmija fit-twissija. Jekk l-eżitu tal-verifika juri li fil-fatt hemm żewġ persuni differenti, il-persuna li tilmenta għandha tiġi mgħarrfa bil-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 42.

6.Fejn persuna tkun diġà s-suġġett ta' twissija fis-SIS, Stat Membru li jdaħħal twissija ulterjuri għandu jilħaq qbil dwar id-dħul tat-twissija mal-Istat Membru li jkun daħħal l-ewwel twissija. Il-qbil għandu jintlaħaq abbażi tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

Artikolu 40
Inċidenti relatati mas-sigurtà

1.Kull każ li għandu impatt jew li jista’ jkollu impatt fuq is-sigurtà tas-SIS u li jista’ jagħmel ħsara jew jikkawża t-telf ta’ data fis-SIS għandu jitqies bħala inċident relatat mas-sigurtà, speċjalment fejn seta’ kien hemm aċċess għad-data jew fejn id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data tkun ġiet jew setgħet ġiet kompromessa.

2.Inċidenti relatati mas-sigurtà għandhom jiġu mmaniġġjati sabiex jiġi żgurat rispons mgħaġġel, effettiv u xieraq.

3.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar inċidenti relatati mas-sigurtà. L-Aġenzija għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar inċidenti relatati mas-sigurtà.

4.L-Istati Membri għandhom jingħataw informazzjoni rigward inċident relatat mas-sigurtà li għandu jew jista’ jkollu impatt fuq it-tħaddim tas-SIS fi Stat Membru jew fi ħdan l-Aġenzija jew dwar id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data mdaħħla jew mibgħuta minn Stati Membri oħra, u din għandha tiġi rrapportata f’konformità mal-pjan għall-ġestjoni ta’ inċidenti pprovdut mill-Aġenzija.

Artikolu 41
Distinzjoni bejn persuni b'karatteristiċi simili

Fejn, meta tiddaħħal twissija ġdida, jidher li diġà hemm persuna fis-SIS bl-istess element ta’ deskrizzjoni tal-identità, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

(a)l-Uffiċċju SIRENE għandu jikkuntattja lill-awtorità rikjedenti biex jiċċara jekk it-twissija hijiex dwar l-istess persuna jew le;

(b)meta l-kontroverifika tiżvela li s-suġġett tat-twissija l-ġdida u l-persuna diġà fis-SIS huma tabilħaqq l-istess persuna, l-uffiċċju SIRENE għandu japplika l-proċedura biex jiddaħħlu twissijiet multipli kif imsemmi fl-Artikolu 39(6). Jekk l-eżitu tal-verifika jkun li fil-fatt jeżistu żewġ persuni differenti, l-Uffiċċju SIRENE għandu japprova t-talba biex tiddaħħal twissija oħra billi jżid l-elementi meħtieġa sabiex tiġi evitata kull identifikazzjoni żbaljata.

Artikolu 42
Data addizzjonali sabiex jiġu ttrattati l-identitajiet użati ħażin

1.Fejn tista’ tqum konfużjoni bejn il-persuna li fil-fatt kienet maħsuba bħala s-suġġett ta’ twissija u persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin, l-Istat Membru emittenti għandu, soġġett għall-kunsens espliċitu ta’ dik il-persuna, iżid data relatata ma’ din tal-aħħar mat-twissija sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi ta’ identifikazzjoni żbaljata.

2.Id-data relatata ma’ persuna li l-identità tagħha ntużat ħażin għandha tintuża biss għall-finijiet li ġejjin:

(a)biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiddistingwi bejn il-persuna li l-identità tagħha intużat ħażin u l-persuna attwalment intenzjonata bħala s-suġġett tat-twissija;

(b)biex il-persuna li l-identità tagħha tkun intużat ħażin tkun tista’ tipprova l-identità tagħha u tistabbilixxi li l-identità tagħha ntużat ħażin.

3.Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, id-data personali li ġejja biss tista' tiddaħħal u tkompli tiġi pproċessata fis-SIS:

(a)kunjom(ijiet);

(b)isem/ismijiet;

(c)isem/ismijiet fit-twelid;

(d)ismijiet użati qabel u kull psewdonimu possibbilment imdaħħla separatament;

(e)kull karatteristika oġġettiva u fiżika speċifika mhux soġġetta għal bidla;

(f)post tat-twelid

(g)data tat-twelid;

(h)sess;

(i)immaġini tal-wiċċ;

(j)marki tas-swaba';

(k)nazzjonalità/nazzjonalitajiet;

(l)il-kategorija tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna

(m)il-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna

(n)in-numru(i) tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna

(o)id-data tal-ħruġ tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna

(p)l-indirizz tal-vittma

(q)l-isem ta’ missier il-vittma

(r)l-isem ta’ omm il-vittma

4.Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal u tkompli tiġi pproċessata d-data msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu stabbiliti permezz tal-miżuri ta’ implimentazzjoni stabbiliti u żviluppati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 55(2).

5.Id-data msemmija fil-paragrafu 3 għandha titħassar fl-istess ħin li fih titħassar it-twissija korrispondenti jew aktar kmieni jekk il-persuna titlob dan.

6.Awtoritajiet li għandhom dritt għal aċċess għat-twissija korrispondenti biss jista' jkollhom aċċess għad-data msemmija fil-paragrafu 3. Huma jistgħu jagħmlu dan għall-iskop uniku li jevitaw identifikazzjoni żbaljata.

Artikolu 43
Rabtiet bejn twissijiet

1.Stat Membru jista’ joħloq rabta bejn it-twissijiet li jdaħħal fis-SIS. L-effett ta’ tali rabtiet għandu jkun li tiġi stabbilita relazzjoni bejn żewġ twissijiet jew aktar.

2.Il-ħolqien ta’ rabta m’għandux jaffettwa l-azzjoni speċifika li għandha tittieħed abbażi ta’ kull twissija marbuta jew il-perjodu ta' konservazzjoni ta’ kull waħda mit-twissijiet marbutin.

3.Il-ħolqien ta’ rabtiet m’għandux jaffettwa d-drittijiet għal aċċess previsti f’dan ir-Regolament. L-awtoritajiet mingħajr dritt ta' aċċess għal ċerti kategoriji ta' twissijijiet ma għandhomx ikunu jistgħu jaraw ir-rabta ma' twissija li ma għandhomx aċċess għaliha.

4.Stat Membru għandu joħloq rabta bejn twissijiet fejn ikun hemm ħtieġa operattiva.

5.Meta Stat Membru jqis li l-ħolqien ta’ rabta minn Stat Membru ieħor bejn twissijijiet huwa inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tiegħu jew ma’ obbligi internazzjonali, hu jista’ jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li ma jista’ jkun hemm ebda aċċess għar-rabta mit-territorju nazzjonali tiegħu jew mill-awtoritajiet tiegħu li jkunu allokalti barra mit-territorju tiegħu.

6.Ir-regoli tekniċi għall-konnessjoni ta’ twissijiet għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati skont il-proċedura ta’ eżami definita fl-Artikolu 55(2).

Artikolu 44
Skop u perjodu ta' żamma ta’ informazzjoni supplimentari

1.L-Istati Membri għandhom iżommu referenza għad-deċiżjonijiet li jwasslu għal twissija fl-Uffiċċju SIRENE biex jappoġġjaw l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.

2.Id-data personali miżmuma f'fajls mill-Uffiċċju SIRENE bħala riżultat ta’ informazzjoni skambjata, għandha tinżamm biss għal dak iż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom ingħatat. F’kull każ, għandha titħassar mhux aktar tard minn sena wara li t-twissija relatata tkun tħassret mis-SIS.

3.Il-paragrafu 2 ma għandux jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jżomm f'fajls nazzjonali data relatata ma’ twissija partikolari li dak l-Istat Membru kien ħareġ jew ma’ twissija marbuta ma’ azzjoni li tkun ittieħdet fuq it-territorju tiegħu. Il-perjodu li għalih tali data tista’ tinżamm f’tali fajls għandu jkun irregolat mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 45
Trasferiment ta' data personali lil partijiet terzi

Data pproċessata fis-SIS u l-informazzjoni supplimentari relatata skont dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi trasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

KAPITOLU IX

PROTEZZJONI TAD-DEJTA

Artikolu 46
Leġ
iżlazzjoni applikabbli

1.    Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Aġenzija skont dan ir-Regolament.

2.     Ir-Regolament 2016/679 għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament sakemm ma japplikawx id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680.

3.    Għall-ipproċessar ta’ data mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tad-detezzjoni, tal-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali inkluża s-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2016/680.

Artikolu 47
Dritt ta’ aċċess, ta’ rettifika ta’ data mhux eżatta u ta’ tħassir ta’ data maħżuna illegalment

1.Id-dritt tas-suġġetti tad-data li jkollhom aċċess għal data relatata magħhom imdaħħla fis-SIS u li jeżiġu li tali data tiġi rettifikata jew imħassra għandu jiġi eżerċitat skont il-liġi tal-Istat Membru li mingħandu jinvokaw dak id-dritt.

2.Jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi hekk, l-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali għandha tiddeċiedi jekk l-informazzjoni għandhiex tiġi komunikata u b’liema mezzi.

3.Stat Membru għajr dak li jkun ħareġ it-twissija jista' jikkomunika informazzjoni dwar tali data biss jekk ikun l-ewwel ta, lill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija, opportunità biex jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu. Dan għandu jsir permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.

4.Stat Membru għandu jieħu deċiżjoni li ma jikkomunikax l-informazzjoni lis-suġġett tad-data, kollha kemm hi jew parzjalment, skont il-liġi nazzjonali, sal-punt li, u sakemm tali restrizzjoni parzjali jew kompleta tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika b’kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet fundamentali u għall-interessi leġittimi tal-persuna fiżika kkonċernata, sabiex:

(a)ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(b)ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

(c)tiġi protetta s-sigurtà pubblika;

(d)tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali;

(e)jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn.

5.L-individwu kkonċernat għandu jiġi informat kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ mhux aktar tard minn 60 jum mid-data li fiha japplika għal aċċess jew aktar kmieni jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi hekk.

6.Il-persuna kkonċernata għandha tiġi informata dwar is-segwitu mogħti lill-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha ta’ rettifika u ta’ tħassir kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha tapplika għal rettifika jew tħassir jew aktar kmieni jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi hekk.

Artikolu 48
Dritt għall-informazzjoni

1.Ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta' twissija maħruġa skont dan ir-Regolament għandhom ikunu mgħarrfa skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub, flimkien ma' kopja jew referenza għad-deċiżjoni nazzjonali li tagħti lok għat-twissija, kif imsemmi fl-Artikolu 24(1).

2.Din l-informazzjoni ma għandhiex tingħata:

(a)fejn:

i)id-data personali ma nkisbitx miċ-ċittadin tal-pajjiż terz inkwistjoni;

kif ukoll

(ii)l-għoti tal-informazzjoni tirriżulta impossibbli jew tkun tirrikjedi sforz sproporzjonat;

(b)fejn iċ-ċittadin tal-pajjiż terz inkwistjoni diġà għandu l-informazzjoni;

(c)fejn il-liġi nazzjonali tippermetti għal restrizzjoni tad-dritt għal informazzjoni, b'mod partikolari sabiex tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-individwazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

Artikolu 49
Rimedji

1.Kull persuna tista’ tressaq azzjoni quddiem il-qrati jew quddiem l-awtorità kompetenti taħt il-liġi nazzjonali ta’ kull Stat Membru biex taċċessa, tirrettifika jew tħassar informazzjoni jew biex tikseb kumpens b’rabta ma’ twissija li tkun tirrigwardaha.

2.L-Istati Membri jimpenjaw ruħhom reċiprokament li jinforzaw id-deċiżjonijiet finali meħuda mill-qrati jew mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53.

3.Sabiex tinkiseb ħarsa ġenerali konsistenti dwar il-funzjonament ta’ rimedji l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għandhom jiġu mistiedna biex jiżviluppaw sistema standard ta’ statistika għar-rappurtar annwali dwar:

(a)l-għadd ta’ talbiet għall-aċċess mis-suġġetti ppreżentati lill-kontrollur tad-data u l-għadd ta’ każijiet fejn ikun ingħata aċċess għad-data;

(b)l-għadd ta’ talbiet għall-aċċess mis-suġġetti ppreżentati lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali u l-għadd ta’ każijiet fejn ikun ingħata aċċess għad-data;

(c)l-għadd ta’ talbiet għar-rettifika ta’ data mhux eżatta u t-tħassir ta’ data maħżuna illegalment lill-kontrollur tad-data u l-għadd ta’ każijiet fejn id-data tkun ġiet ikkorreġuta jew imħassra;

(d)l-għadd ta’ talbiet għar-rettifika ta’ data mhux eżatta u t-tħassir ta’ data maħżuna illegalment ippreżentata lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali;

(e)l-għadd ta’ każijiet li jinstemgħu quddiem il-qrati;

(f)l-għadd ta’ każijiet fejn il-qorti tkun iddeċidiet favur l-applikant fi kwalunkwe aspett tal-każ;

(g)kull osservazzjoni dwar każijiet ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet finali meħuda mill-qrati jew mill-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra dwar twissijiet li jkunu nħolqu mill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija.

Ir-rapporti mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għandhom jintbagħtu lill-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 52.

Artikolu 50
Superviżjoni tal-N.SIS

1.Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità(jiet) ta’ sorveljanza nazzjonali maħtura f’kull Stat Membru u mogħtija s-setgħat imsemmija fil-Kapitolu VI tad-Direttiva (UE) 2016/680 jew fil-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2016/679 jimmonitorjaw b’mod indipendenti l-legalità tal-ipproċessar tad-data personali fis-SIS fit-territorju tagħhom u t-trażmissjoni tagħha mit-territorju tagħhom, u l-iskambju u l-ipproċessar ulterjuri ta’ informazzjoni supplimentari.

2.L-awtorità nazzjonali ta’ kontroll għandha tiżgura li mill-inqas kull erba’ snin isir awditjar tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar tad-data fl-N.SIS skont l-istandards ta’ awditjar internazzjonali. L-awditjar għandu jew isir mill-awtorità(jiet) ta’ sorveljanza nazzjonali, jew l-awtorità(jiet) ta’ sorveljanza nazzjonali għandhom jordnaw direttament l-awditjar minn awditur indipendenti tal-protezzjoni tad-data. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom f’kull ħin iżommu kontroll fuq u jerfgħu r-responsabbiltajiet tal-awditur indipendenti.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Awtorità Nazzjonali ta' Kontroll ikollha riżorsi biżżejjed biex twettaq il-kompiti fdati lilha skont dan ir-Regolament.

Artikolu 51
Superviżjoni tal-Aġenzija

1.Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li l-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ data personali tal-Aġenzija jsiru skont dan ir-Regolament. Id-dmirijiet u l-poteri msemmijin fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001għandhom japplikaw kif xieraq.

2.Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li mill-inqas kull erba’ snin isir awditjar tal-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ data personali tal-Aġenzija skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar. Għandu jinbagħat rapport dwar dan l-awditjar lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Aġenzija, lill-Kummissjoni u lill-Awtoritajiet ta’ Sorveljanza Nazzjonali. L-Aġenzija għandha tingħata opportunità li tikkumenta qabel jiġi adottat ir-rapport.

Artikolu 52
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.L-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, għandhom jikkooperaw b’mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom u għandhom jiżguraw superviżjoni koordinata tas-SIS.

2.Huma għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq tal-awditjar u ta’ spezzjonijiet, jeżaminaw diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u ta’ atti legali oħra applikabbli tal-Unjoni, jistudjaw problemi li joħorġu mill-eżerċizzju ta’ sorveljanza indipendenti jew permezz tal-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kull problema u jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet ta’ protezzjoni tad-data, skont kif ikun meħtieġ.

3.Għall-iskopijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena bħala parti mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679. L-ispejjeż u s-servizzi ta’ appoġġ ta’ dawn il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Bord stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679. Għandhom jiġu adottati r-regoli ta’ proċedura fl-ewwel laqgħa. Metodi ta’ ħidma ulterjuri għandhom jiġu żviluppati b’mod konġunt skont il-bżonn.

4.Kull sentejn il-Bord stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679 għandu jibgħat rapport konġunt dwar l-attivitajiet fir-rigward ta’ sorveljanza koordinata lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni

KAPITOLU X

RESPONSABBILITÀ

Artikolu 53
Responsabbiltà

1.Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal kull ħsara kkawżata lil persuna minħabba l-użu tal-N.SIS. Dan għandu japplika wkoll għal ħsara kkawżata mill-Istat Membru emittenti, fejn dan tal-aħħar ikun daħħal data fattwalment mhux eżatta jew ikun ħażen data illegalment.

2.Meta l-Istat Membru li tittieħed azzjoni kontrih ma jkunx l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija, dan tal-aħħar għandu jintalab jirrimborża, wara talba, l-ammonti mħallsa bħala kumpens sakemm l-użu tad-data mill-Istat Membru li jkun għamel it-talba għal rimborż ma jmurx kontra dan ir-Regolament.

3.Meta xi nuqqas minn Stat Membru li jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament jikkawża ħsara lis-SIS, dan l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għall-ħsara, sakemm u sa fejn l-Aġenzija jew l-Istati Membri l-oħrajn li jkunu qegħdin jipparteċipaw fis-SIS ma jkunux ħadu passi raġonevoli sabiex tiġi evitata li ssir ħsara jew li jiġi minimizzat l-impatt tagħha.

KAPITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 54
Monitoraġġ u statistika

1.L-Aġenzija għandha tiżgura li jkun hemm proċeduri fis-seħħ għall-monitoraġġ tal-funzjonament tas-SIS meta mqabbel mal-objettivi, f’termini ta’ riżultati, kosteffettività, sigurtà u kwalità tas-servizz.

2.Għall-finijiet ta’ manutenzjoni teknika, rapportar u statistika, l-Aġenzija għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa relatata mal-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa fis-SIS Ċentrali.

3.L-Aġenzija għandha tipproduċi statistika kuljum, fix-xahar u annwali li turi l-għadd ta’ rekords għal kull kategorija ta’ twissija, l-għadd ta’ hits għal kull kategorija ta’ twissija fis-sena, l-ammont ta’ drabi li saret tfittxija fis-SIS u l-ammont ta’ drabi li s-SIS ġiet aċċessata għall-finijiet tad-dħul, tal-aġġornament jew tat-tħassir ta’ twissija bħala total u għal kull Stat Membru, inkluża statistika dwar il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 26. L-istatistika prodotta ma għandux ikun fiha data personali. Ir-rapport annwali tal-istatistika għandu jiġi ppubblikat.

4.L-Istati Membri kif ukoll l-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jipprovdu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 7 u 8.

5.L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta b’kull rapport statistiku li tipproduċi. Sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni ta’ atti legali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ titlob lill-Aġenzija biex tipprovdi rapporti statistiċi speċifiċi addizzjonali, kemm regolari kif ukoll ad-hoc, dwar il-prestazzjoni jew l-użu tas-SIS u tal-komunikazzjoni f’SIRENE.

6.Għall-fini tal-paragrafi minn 3 sa 5 ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 15(5), l-Aġenzija għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita repożitorju ċentrali fis-siti tekniċi tagħha li jkun fih id-data msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 15(5) li ma jippermettix l-identifikazzjoni ta’ individwi u li jippermetti li l-Kummissjoni u l-aġenziji msemmija fil-paragrafu 5 jiksbu rapporti u statistika personalizzati. L-Aġenzija għandha tagħti lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta aċċess għar-repożitorju ċentrali permezz ta’ aċċess sigur permezz tal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni b’kontroll tal-aċċess u profili ta’ utenti speċifiċi unikament għall-fini ta’ rapportar u ta’ statistika.

Għandhom jiġu stabbiliti u żviluppati regoli dettaljati dwar l-operat tar-repożitorju ċentrali u regoli dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data applikabbli għar-repożitorju permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 55(2).

7.Sentejn wara li tibda titħaddem is-SIS u kull sentejn wara dan, l-Aġenzija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS Ċentrali u tal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni, inkluża s-sigurtà tagħhom, u dwar l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri.

8.Tliet snin wara li tibda titħaddem is-SIS u kull erba’ snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi valutazzjoni ġenerali tas-SIS Ċentrali u tal-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. Din il-valutazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi, u valutazzjoni tal-validità kontinwa tal-ġustifikazzjoni sottostanti, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-SIS Ċentrali, is-sigurtà tas-SIS Ċentrali u kull implikazzjoni għal operazzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 55
Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 56

Emendi għar-Regolament (UE) 515/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 74 ġie emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu 6 li ġej:

“6. Matul il-fażi ta’ żvilupp l-Istati Membri għandhom jirċievu allokazzjoni addizzjonali ta’ EUR 36,8 miljun li għandha tiġi distribwita permezz ta’ somma f’daqqa għall-allokazzjoni bażika tagħhom u għandhom jiddedikaw dan il-finanzjament kompletament lis-sistemi nazzjonali tas-SIS sabiex jiġi żgurat it-titjib malajr u effettiv tagħhom f’konformità mal-implimentazzjoni tas-SIS Ċentrali kif rikjest fir-Regolament (UE) 2018/…* u fir-Regolament (UE) 2018/…** 

*Ir-Regolament dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u fir-Regolament (ĠU…..

**Ir-Regolament (UE 2018/…dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fil-fruntieri u fir-Regolament (ĠU …)”

Artikolu 57
Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni;

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE tal-4 ta’ Mejju 2010 dwar il-Pjan tas-Sigurtà għas-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni 75 .

L-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen 76 .

Artikolu 58
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

1.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.Għandu japplika mid-data stabbilita mill-Kummissjoni wara li:

(a)jkunu ġew adottati l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa;

(b)l-Istati Membri jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni li jkunu għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jipproċessaw id-data fis-SIS u biex jiskambjaw informazzjoni supplimentari skont dan ir-Regolament;

(c)L-Aġenzija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar it-tlestija tal-attivitajiet kollha ta’ ttestjar fir-rigward tas-CS-SIS u tal-interazzjoni bejn is-CS-SIS u l-N.SIS.

3.Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri b’mod konformi mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Għan(ijiet)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.MIŻURI TA' ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fil-fruntieri u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006.

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 77  

Qasam ta' politika: Migrazzjoni u Affarijiet Interni (Titolu 18)

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

 Il-proposta/inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida 

 Il-proposta/inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 78  

 Il-proposta/inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Għan – “Lejn politika ġdida dwar il-migrazzjoni”

F’diversi okkażjonijiet il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li tiġi riveduta l-bażi ġuridika tas-SIS sabiex jiġu indirizzati sfidi ġodda fir-rigward tas-sigurtà u tal-migrazzjoni. Pereżempju, fl-“Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni 79 ”, il-Kummissjoni ddikjarat li l-ġestjoni aktar effiċjenti tal-fruntieri timplika li jsir użu aħjar mill-opportunitajiet provduti mis-sistemi u mit-teknoloġiji tal-IT. Fl-“Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà 80 ” il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li fl-2015-2016 tivvaluta s-SIS u li teżamina possibbiltajiet biex tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar stabbiliti fuq livell nazzjonali. Fil-“Pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra t-traffikar tal-migranti” 81 , il-Kummissjoni ddikjarat li kienet qed tikkunsidra li jsir obbligatorju għall-awtoritajiet tal-Istati Membri li jdaħħlu l-projbizzjonijiet kollha fuq id-dħul fis-SIS sabiex ikun possibbli li jiġu infurzati madwar l-UE kollha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se tesplora l-possibbiltà u l-proporzjonalità tal-introduzzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar ir-ritorn maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jiġi eżaminat jekk migrant irregolari maqbud huwiex soġġett għal deċiżjoni ta’ ritorn maħruġa minn Stat Membru ieħor. Fl-aħħar nett, f’ “Sistemi ta’ Informazzjoni Aktar b’Saħħithom u Aktar Intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà” 82 , il-Kummissjoni enfasizzat li kienet qed tesplora funzjonalitajiet addizzjonali possibbli fis-SIS bi proposti relatati biex tiġi riveduta l-bażi ġuridika tas-sistema.

Bħala riżultat tal-valutazzjoni ġenerali tas-sistema u kompletament konformi mal-għanijiet pluriennali tal-Kummissjoni, kif iddikjarat fil-komunikazzjonijiet imsemmija hawn fuq u fil-Pjan Strateġiku għall-2016-2020 tad-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni 83 , din il-proposta għandha l-għan li tirriforma l-istruttura, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fil-qasam tal-verifiki fil-fruntieri.

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet AB M/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru

Pjan ta’ Ġestjoni tal-2017 tad-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni - Għan speċifiku Nru 1.2:

Ġestjoni effettiva tal-fruntieri – il-preservazzjoni tal-ħajjiet u s-sigurtà fil-fruntieri esterni tal-UE

Attività/ajiet konċernata/i ABM/ABB

Kapitolu 18 02 – Sigurtà Interna

1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-għanijiet ewlenin tal-politika huma:

1). Li tikkontribwixxi biex jinżamm livell għoli ta’ sigurtà fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja fl-UE;

2) Li jiġu msaħħa l-effikaċja u l-effiċjenza tal-kontroll fil-fruntieri;

Il-valutazzjoni ġenerali tas-SIS, li saret mid-DĠ HOME fl-2015-2016, titjib tekniku rrakkomandat fis-sistema u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri nazzjonali fil-qasam tal-immaniġġjar tar-rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza. Pereżempju, ir-Regolament attwali dwar is-SIS II jippermetti biss u ma jeħtieġx li l-Istati Membri joħorġu twissijiet dwar ir-rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza fis-sistema. Xi Stati Membri sistematikament idaħħlu l-projbizzjonijiet kollha fuq id-dħul fis-SIS, filwaqt li oħrajn ma jagħmlux dan. Għalhekk, il-proposta attwali ser tikkontribwixxi għall-kisba ta’ livell ogħla ta’ armonizzazzjoni f’dan il-qasam billi jsir obbligatorju li jiddaħħlu l-projbizzjonijiet kollha fuq id-dħul fis-SIS, u jiġu definiti regoli komuni dwar id-dħul ta’ twissijiet fis-sistema u speċifikazzjoni dwar ir-raġuni sottostanti għat-twissija.

Il-proposta l-ġdida tintroduċi miżuri li jindirizzaw il-ħtiġijiet operattivi u tekniċi tal-utenti finali. B’mod partikolari, l-oqsma ġodda ta’ data għal twissijiet eżistenti ser jippermettu li l-gwardji tal-fruntieri jkollhom l-informazzjoni neċessarja biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv. Barra minn hekk, il-proposta tenfasizza speċifikament l-importanza tad-disponibbiltà mingħajr interruzzjoni tas-SIS, peress li perjodi ta’ qtugħ jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq il-ħila li jitwettqu kontrolli fil-fruntieri esterni. Għalhekk, din il-proposta ser ikollha effett ferm pożittiv fuq l-effikaċja tal-kontrolli fil-fruntieri.

Ladarba jiġu adottati u implimentati, dawn il-proposti ser iżidu wkoll il-kontinwità tan-negozju – l-Istati Membri ser ikunu obbligati li jkollhom kopja nazzjonali sħiħa jew parzjali u backup tagħha. Dan ser jippermetti li s-sistema tibqa’ kompletament funzjonali u operazzjonali għall-uffiċjali fil-post.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Matul l-aġġornament tas-sistema

Wara l-approvazzjoni tal-abbozz tal-proposta u l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, is-SIS ser tiġi aġġornata sabiex jiġu armonizzati aħjar il-proċeduri nazzjonali għall-użu tas-sistema, jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema billi jitjiebu l-livelli ta’ informazzjoni disponibbli għall-utenti finali sabiex l-uffiċjali li jwettqu l-kontrolli jkunu informati aħjar, u jiġi introdott tibdil tekniku biex titjieb is-sigurtà u jgħin sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi. L-eu-LISA ser tikkoordina l-ġestjoni tal-proġett ta’ titjib tas-sistema. L-eu-LISA ser twaqqaf struttura ta’ ġestjoni tal-proġett u tipprovdi skeda ta’ żmien dettaljata bi stadji importanti għall-implimentazzjoni tat-tibdil propost li tippermetti li l-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-proposta.

Għan speċifiku - Dħul fl-operat tal-funzjonalitajiet aġġornati tas-SIS fl-2020.

Indikatur – tlestija b’suċċess ta’ ttestjar komprensiv tas-sistema riveduta qabel it-tnedija.

Ladarba s-sistema tkun qed topera

Ladarba s-sistema tkun qed topera, l-eu-LISA se tiżgura li jkun hemm proċeduri fis-seħħ għall-monitoraġġ tal-funzjonament tas-SIS skont l-objettivi, f’termini ta’ riżultati, kosteffettività, sigurtà u kwalità tas-servizz. Sentejn wara li tkun bdiet titħaddem is-SIS u kull sentejn wara dan, l-eu-LISA hija obbligata tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS Ċentrali u tal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni, inkluża s-sigurtà tagħhom, u dwar l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-eu-LISA għandha tipproduċi statistika ta’ kuljum, fix-xahar u annwali li turi l-għadd ta’ reġistri għal kull kategorija ta’ twissija, l-għadd ta’ hits għal kull kategorija ta’ twissija fis-sena, l-ammont ta’ drabi li saret tfittxija fis-SIS u l-ammont ta’ drabi li s-SIS ġiet aċċessata għall-finijiet tad-dħul, tal-aġġornament jew tat-tħassir ta’ twissija bħala total u għal kull Stat Membru.

Tliet snin wara li tibda titħaddem is-SIS u kull erba’ snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi valutazzjoni ġenerali tas-SIS Ċentrali u tal-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. Din il-valutazzjoni ġenerali tinkludi eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-għanijiet, u valutazzjoni tal-validità kontinwa tal-ġustifikazzjoni sottostanti, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-SIS Ċentrali, is-sigurtà tas-SIS Ċentrali u kull implikazzjoni għal operazzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni tibgħat il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid/u jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil

1. Kontribuzzjoni għaż-żamma ta’ livell għoli ta’ sigurtà fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja tal-UE;

2. L-infurzar tal-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali, it-terroriżmu u theddid ieħor għas-sigurtà;

3. L-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-SIS bl-introduzzjoni ta’ elementi ġodda għal twissijiet dwar rifjut ta’ dħul u ta’ permanenza;

4. Tisħiħ tal-effikaċja tal-kontroll fil-fruntieri;

5. Żieda fl-effiċjenza tal-ħidma tal-gwardji tal-fruntiera u tal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni;

6. Kisba ta’ livell ogħla ta’ effikaċja u ta’ armonizzazzjoni tal-proċeduri nazzjonali u l-iżgurar tal-infurzabbiltà ta’ projbizzjonijiet fuq id-dħul fiż-żona Schengen;

7. Kontribuzzjoni għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Is-SIS hija l-bażi tad-data prinċipali tas-sigurtà fl-Ewropa. Fin-nuqqas ta’ kontrolli fil-fruntieri interni, il-ġlieda effettiva kontra l-kriminalità u t-terroriżmu kisbet dimensjoni Ewropea. Għalhekk, is-SIS hija indispensabbli fir-rigward tal-appoġġ għall-kontrolli tal-fruntieri esterni u l-verifiki fuq immigranti irregolari li jinstabu fit-territorju nazzjonali. L-objettivi ta’ din il-proposta jirrigwardaw titjib tekniku biex tiġi mtejba l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema u biex jiġi armonizzat l-użu tagħha fl-Istati Membri parteċipanti kollha. In-natura transnazzjonali ta’ dawn l-għanijiet, flimkien mal-isfidi sabiex jiġi żgurat skambju effettiv ta’ informazzjoni fil-ġlieda kontra t-theddid li dejjem jinbidel, ifissru li l-UE hija fl-aħjar pożizzjoni biex tipproponi soluzzjonijiet għal dawn il-problemi. L-objettivi ta’ titjib tal-effiċjenza u l-użu armonizzat tas-SIS, jiġifieri, iż-żieda fil-volum, fil-kwalità u fil-ħeffa tal-iskambju ta’ informazzjoni permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni ċentralizzata fuq skala kbira mmexxija minn aġenzija regolatorja (eu-LISA) ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri waħedhom u jeħtieġu intervent fil-livell tal-UE. Jekk ma jiġux indirizzati l-kwistjonijiet preżenti, is-SIS se tkompli topera f’konformità mar-regoli attwalment applikabbli, u b’hekk jintilfu l-opportunitajiet biex tiġi massimizzata l-effiċjenza u l-valur miżjud tal-UE identifikati permezz tal-valutazzjoni tas-SIS u l-użu tagħha mill-Istati Membri.

Fl-2015 biss, l-awtoritajiet nazzjonali għamlu madwar 2,9 biljun tfittxija fis-SIS u skambjaw ’il fuq minn 1,8 miljun biċċa informazzjoni supplimentari - dimostrazzjoni ċara tal-kontribut vitali tas-sistema għall-kontrolli fil-fruntieri esterni. Dan il-livell għoli ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri ma kienx jintlaħaq permezz ta’ soluzzjonijiet deċentralizzati, u kien ikun impossibbli li jintlaħqu dawn ir-riżultati fuq livell nazzjonali. Barra minn hekk, is-SIS uriet li hija l-aktar għodda effettiva għall-iskambju ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tipprovdi valur miżjud tal-UE peress li tippermetti li s-servizzi tas-sigurtà nazzjonali jikkooperaw b’mod rapidu, kunfidenzjali u effiċjenti. Il-proposti l-ġodda se jkomplu jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ kontroll fil-fruntieri tal-Istati Membri tal-UE. Barra minn hekk, bħala sinjal ċar tal-valur miżjud tal-involviment tal-UE, l-Europol u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta se jingħataw aċċess sħiħ għas-sistema skont il-kompetenzi tagħhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

It-tagħlimiet ewlenin meħuda mill-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni kienu:

1. Il-fażi ta’ żvilupp jenħtieġ li tibda biss wara li l-ħtiġiet tekniċi u operazzjonali jkunu ġew kompletament definiti. L-iżvilupp jista’ jseħħ biss ladarba l-istrumenti legali sottostanti, li jistabbilixxu l-għan, il-kamp ta’ applikazzjoni, il-funzjonijiet u d-dettalji tekniċi tagħha jkunu ġew adottati b’mod definittiv.

2. Il-Kummissjoni tkun wettqet (u tkompli twettaq) konsultazzjonijiet frekwenti mal-partijiet konċernati rilevanti, fosthom mad-delegati tal-Kumitat SISVIS taħt il-proċedura ta’ Kumitat. Dan il-Kumitat jinkludi rappreżentanti tal-Istati Membri kemm dwar kwistjonijiet operattivi ta’ SIRENE (kooperazzjoni transfruntiera fir-rigward tas-SIS) kif ukoll kwistjonijiet tekniċi fl-iżvilupp u fil-manutenzjoni tas-SIS u l-applikazzjoni relatata ta’ SIRENE. It-tibdil propost b’dan ir-Regolament ġie diskuss b’mod trasparenti u komprensiv f’laqgħat u f’sessjonijiet ta’ ħidma dedikati. Barra minn hekk, internament, il-Kummissjoni stabbiliet Grupp ta’ Tmexxija Interservizz li jinkludi s-Segretarjat-Ġenerali u d-Direttorati Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni, għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, għar-Riżorsi Umani u s-Sigurtà, u għall-Informatika. Dan il-grupp ta’ tmexxija mmonitorja l-proċess ta’ evalwazzjoni u pprovda gwida kif meħtieġ.

3. Il-Kummissjoni fittxet ukoll parir espert estern permezz ta’ tliet studji, li s-sejbiet tagħhom ġew inkorporati fl-iżviluppi ta’ din il-proposta:

- SIS Technical Assessment (Valutazzjoni Teknika tas-SIS) (Kurt Salmon) – il-valutazzjoni identifikat kwistjonijiet ewlenin li għandhom x’jaqsmu mas-SIS u l-ħtiġijiet futuri li għandhom jiġu kkunsidrati; identifikat tħassib fir-rigward tal-massimizzazzjoni tal-kontinwità tan-negozju u l-iżgurar li l-arkitettura ġenerali tkun tista’ tadatta għaż-żieda dejjem akbar fir-rekwiżiti ta’ kapaċità.

- ICT Impact Assessment of Possible Improvements to the SIS II Architecture (Valutazzjoni tal-impatt tal-ICT ta’ Titjib Possibbli lill-Arkitettura tas-SIS II) (Kurt Salmon) – l-istudju vvaluta l-ispejjeż attwali tat-tħaddim tas-SIS fuq livell nazzjonali u vvaluta tliet xenarji tekniċi possibbli għat-titjib tas-sistema. Ix-xenarji kollha jinkludu sett ta’ proposti tekniċi li jiffokaw fuq titjib fis-sistema ċentrali u fl-arkitettura ġenerali;

-Study on the feasibility and implications of setting up within the framework of the Schengen Information System an EU-wide system for exchanging data on and monitoring compliance with return decisions (PwC)- dan l-istudju jivvaluta l-fattibilità u l-implikazzjonijiet tekniċi u operattivi tat-tibdil propost għas-SIS bil-għan li jitjieb l-użu tagħha għar-ritorn ta’ migranti irregolari u għall-prevenzjoni tad-dħul mill-ġdid tagħhom.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Din il-proposta għandha titqies bħala l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li jinsabu fil-Komunikazzjoni tas-6 ta’ April 2016 dwar “Sistemi ta’ Informazzjoni Aktar b’Saħħithom u Aktar Intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà 84 ” li tenfasizza l-ħtieġa li l-UE li ssaħħaħ u ttejjeb is-sistemi tal-IT, l-arkitettura tad-data u l-iskambju ta’ informazzjoni tagħha fil-qasam tal-infurzar tal-liġi, tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tal-ġestjoni tal-fruntieri.

Barra minn hekk, il-proposta hija konsistenti ma’ għadd ta’ politiki tal-Unjoni f’dan il-qasam:

a) Is-sigurtà interna fir-rigward tar-rwol tas-SIS għall-prevenzjoni tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ta’ theddida għas-sigurtà;

b) Il-protezzjoni tad-data sa fejn din il-proposta għandha tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali dwar ir-rispett għall-ħajja privata ta’ individwi li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata fis-SIS.

Il-proposta hija kompatibbli wkoll ma’ leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri:

a) Politika effettiva ta’ ritorn tal-UE sabiex issaħħaħ is-sistema tal-UE u tikkontribwixxi għaliha f’dak li għandu x’jaqsam mad-detezzjoni u l-prevenzjoni tad-dħul mill-ġdid ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi wara r-ritorn tagħhom. Dan għandu jikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-inċentivi għal migrazzjoni irregolari lejn l-UE, li huwa wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni 85 .b) Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta 86 : fir-rigward tal-possibbiltà għall-persunal tal-Aġenzija li jwettaq analiżi tar-riskji, kif ukoll għat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, għat-timijiet ta’ persunal involuti f’kompiti relatati mar-ritorn u għall-membri tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni sabiex, fil-mandat tagħhom, ikollhom id-dritt li jaċċessaw u jfittxu fid-data mdaħħla fis-SIS;

c) Il-kontrolli fil-fruntieri esterni, sa fejn dan ir-Regolament jassisti lill-Istati Membri individwali fil-kontroll tal-porzjon tagħhom tal-fruntieri esterni tal-UE u fil-bini ta’ fiduċja fl-effikaċja tas-sistema tal-UE ta’ ġestjoni tal-fruntieri;

d) L-Europol sa fejn din il-proposta tagħti drittijiet addizzjonali lill-Europol sabiex, fil-mandat tagħha, taċċessa u tfittex fid-data mdaħħla fis-SIS

Il-proposta hija kompatibbli wkoll ma’ leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri:

a) Sistema ta’ Dħul/Ħruġ 87  li tipproponi kombinazzjoni ta’ marki tas-swaba’ u ta’ immaġini tal-wiċċ bħala identifikaturi bijometriċi għall-operat tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES); approċċ li din il-proposta tfittex li tirrifletti.

b) l-ETIAS li pproponiet valutazzjoni bir-reqqa tas-sigurtà, fosthom verifika fis-SIS, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li biħsiebhom jivvjaġġaw fl-UE u li huma eżentati mill-obbligu ta’ viża.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ duratata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sal-[JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

 Proposta/initizjattiva ta’ durata illimitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2018 sal-2020,

u wara tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ ġestjoni ppjanat(i) 88  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

☑mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ Lil pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻lill-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

☑lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safkemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-Kummissjoni ser tkun responsabbli għall-ġestjoni ġenerali tal-politika u l-eu-LISA ser tkun responsabbli għall-iżvilupp, għat-tħaddim u għall-manutenzjoni tas-sistema.

Is-SIS tikkostitwixxi sistema unika ta’ informazzjoni. Konsegwentement, jenħtieġ li n-nefqa prevista fi tnejn mill-proposti (dik attwali u l-Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali) ma tiġix kkunsidrata bħala żewġ ammonti separati iżda bħala ammont uniku. L-implikazzjonijiet baġitarji tat-tibdil meħtieġ għall-implimentazzjoni taż-żewġ proposti huma inklużi f’dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva unika.

2.MIŻURI TA' ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-eu-LISA se jirrevedu u jimmonitorjaw regolarment l-użu tas-SIS, sabiex ikun żgurat li din tkompli tiffunzjona b’mod effettiv u effiċjenti. Il-Kummissjoni se tkun megħjuna mill-Kumitat biex jiġu implimentati l-miżuri tekniċi u operattivi kif deskritt f’din il-proposta.

Barra minn hekk, dan ir-Regolament propost jinkludi dispożizzjonijiet fl-Artikolu 54(7) u (8) għal proċess formali u regolari ta’ reviżjoni u ta’ valutazzjoni.

Kull sentejn, l-eu-LISA hija meħtieġa tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tekniku – inkluża s-sigurtà – tas-SIS, l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni li ssostniha, u l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri.

Barra minn hekk, kull erba’ snin, il-Kummissjoni hija meħtieġa twettaq, u taqsam mal-Parlament u mal-Kunsill, valutazzjoni ġenerali tas-SIS u tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri. Din se:

a) teżamina r-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi;

b) tevalwa jekk il-ġustifikazzjoni sottostanti għas-sistema għadhiex valida;

c) teżamina kif ir-Regolament qiegħed jiġi applikat għas-sistema ċentrali;

d) tevalwa s-sigurtà tas-sistema ċentrali;

e) tesplora l-implikazzjonijiet għall-iffunzjonar futur tas-sistema.

2.2.Barra minn hekk, l-eu-LISA hija meħtieġa wkoll li tipprovdi statistika ta’ kuljum, fix-xahar u annwali dwar l-użu tas-SIS, sabiex jiġi żgurat monitoraġġ kontinwu tas-sistema u l-funzjonament tagħha meta mqabbla mal-objettivi. Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Ġew identifikati r-riskji li ġejjin:

1. Diffikultajiet potenzjali għall-eu-LISA fil-ġestjoni tal-iżviluppi ppreżentati fil-proposta attwali b’mod parallel ma’ żviluppi oħra li għaddejjin (pereżempju l-implimentazzjoni tal-AFIS fis-SIS) u l-iżviluppi futuri (eż. is-sistema ta’ Dħul-Ħruġ, l-ETIAS u t-titjib tal-Eurodac). Dan ir-riskju jista’ jiġi mitigat billi jiġi żgurat li l-eu-LISA jkollha biżżejjed persunal u riżorsi biex twettaq dawn il-kompiti u l-immaniġġjar kontinwu tal-kuntrattur responsabbli biex din Tinżamm f’Kundizzjoni ta’ Operat Tajjeb (MWO).

2. Diffikultajiet għall-Istati Membri

2.1 Dawn id-diffikultajiet huma primarjament ta’ natura finanzjarja. Pereżempju, il-proposti leġiżlattivi jinkludi l-iżvilupp obbligatorju ta’ kopja nazzjonali parzjali f’kull N.SIS II. L-Istati Membri li għadhom ma żviluppawx waħda jridu jagħmlu dan l-investiment. Bl-istess mod, l-implimentazzjoni nazzjonali tad-Dokument ta’ Kontroll tal-Interfaċċa jenħtieġ li tkun implimentazzjoni kompluta. Dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan se jkollhom jipprevedu dan fil-baġits tal-Ministeri relevanti. Dan ir-riskju jista’ jiġi mitigat permezz tal-provvista ta’ finanzjament tal-UE għall-Istati Membri, pereżempju mill-komponent tal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) dwar il-Fruntieri.

2.2 Is-sistemi nazzjonali għandhom ikunu allinjati mal-ħtiġijiet ċentrali u diskussjonijiet mal-Istati Membri dwar dan jistgħu jintroduċu dewmien fl-iżvilupp. Dan ir-riskju jista’ jiġi mitigat permezz ta’ involviment bikri mal-Istati Membri dwar din il-kwistjoni sabiex jiġi żgurat li tkun tista' tittieħed azzjoni fi żmien xieraq.

2.2.2.Tagħrif dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

Ir-responsabbiltajiet għall-komponenti ċentrali tas-SIS jiġu eżerċitati mill-eu-LISA. Sabiex ikun possibbli li jsir monitoraġġ aħjar tal-użu tas-SIS biex jiġu analizzati t-tendenzi li jittrattaw il-pressjoni migratorja, il-ġestjoni tal-fruntieri u r-reati kriminali, l-Aġenzija għandha tkun tista’ tiżviluppa kapaċità tal-ogħla livell għar-rappurtar statistiku lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

Il-kontijiet tal-eu-LISA għandhom jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri u soġġetti għall-proċedura ta’ rilaxx. Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni se jwettaq awditjar f’kooperazzjoni mal-awditur intern tal-Aġenzija.

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ errur

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti.

Il-miżuri previsti kontra l-frodi huma stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 1077/2011 li jipprovdi kif ġej:

1. Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

2. L-Aġenzija għandha tkun parti mill-Ftehim Interistituzzjonali dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u għandha tippubblika, mingħajr dewmien, id-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija.

3. Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-ftehimiet ta’ implimentazzjoni u l-istrumenti li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu jwettqu, jekk meħtieġ, kontrolli fuq il-post fost dawk li jirċievu finanzjament mill-Aġenzija u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni ta’ dan.

Skont din id-dispożizzjoni, id-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li tikkonċerna t-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali detrimentali għall-interessi tal-Unjoni ġiet adottata fit-28 ta’ Ġunju 2012.

Se tapplika l-istrateġija għall-prevenzjoni u l-kxif ta’ frodi ta' DG HOME.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwata/i

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni



[Intestatura 3 –Sigurtà u Ċittadinanza

Diff./Mhux diff 89 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 90

mill-pajjiżi kandidati 91

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

18.0208 – Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen

Diff

LE

LE

IVA

LE

18.020101 – Appoġġ għall-ġestjoni tal-fruntieri u politika komuni dwar il-viżi biex jiġi faċilitat vjaġġar leġittimu

Diff

LE

LE

IVA

LE

18.0207 – L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA).

Diff

LE

LE

IVA

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

3

Sigurtà u Ċittadinanza

DĠ HOME

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

18.0208 – Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen

Impenji

(1)

6,234

1,854

1,854

9,942

Pagamenti

(2)

6,234

1,854

1,854

9,942

18.020101 (Fruntieri u Viża)

Impenji

(1)

18,405

18,405

36,810

Pagamenti

(2)

18,405

18,405

36,810

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
għad-DĠ HOME

Impenji

=1+1a +3

6,234

20,259

20,259

46,752

Pagamenti

=2+2a

+3

6,234

20,259

20,259

46,752

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

3

Sigurtà u Ċittadinanza

eu-LISA

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Titolu 1: Spejjeż tal-persunal

Impenji

(1)

0,210

0,210

0,210

0,630

Pagamenti

(2)

0,210

0,210

0,210

0,630

Titolu 2: Nefqa fuq l-infrastruttura u operatorja

Impenji

(1a)

0

0

0

0

Pagamenti

(2a)

0

0

0

0

Titolu 3: Nefqa operazzjonali

Impenji

(1a)

12,893

2,051

1,982

16,926

Pagamenti

(2a)

2,500

7,893

4,651

15,044

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
għall-eu-LISA

Impenji

=1+1a +3

13,103

2,261

2,192

17,556

Pagamenti

=2+2a

+3

2,710

8,103

4,861

15,674

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l- INTESTATURA <….>
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

19,337

22,520

22,451

64,308

Pagamenti

=5+ 6

8,944

28,362

25,120

62,426

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

"Nefqa amministrattiva"

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-Approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 92

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

Pagamenti

3.2.3.1L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali tal-eu-LISA

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena
2018

Sena

2019

Sena
2020

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 93

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 94
L-Iżvilupp ta’ Sistema Ċentrali

- Kuntrattur

1

5,013

5,013

- Softwer

1

4,050

4,050

- Ħardwer

1

3,692

3,692

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1

12,755

12,755

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2
Manutenzjoni tas-Sistema Ċentrali

- Kuntrattur

1

0

1

0,365

1

0,365

0,730

Softwer

1

0

1

0,810

1

0,810

1,620

Ħardwer

1

0

1

0,738

1

0,738

1,476

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2

1,913

1,913

3,826

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 3
Laqgħat/Taħriġ

Attivitajiet ta’ taħriġ

1

0,138

1

0,138

1

0,069

0,345

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 3

0,138

0,138

0,069

0,345

KOST TOTALI

12,893

2,051

1,982

16,926

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

3.2.3.2Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' DG HOME

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena
2018

Sena

2019

Sena
2020

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 95

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 96

L-Iżvilupp ta’ Sistema Nazzjonali


L-Iżvilupp ta’ Sistema Nazzjonali

1

1

1,221

1

1,221

2,442

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2

Infrastruttura

1

1

17,184

1

17,184

34,368

KOST TOTALI

18,405

18,405

36,810

3.2.3.3L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-eu-LISA - Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

Uffiċjali (Gradi AD)

Uffiċjali (Gradi AST)

Persunal b'kuntratt

0,210

0,210

0,210

0,630

Persunal temporanju

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

0,210

0,210

0,210

0,630

Ir-reklutaġġ huwa ppjanat għal Jannar 2018. Il-persunal kollu jrid ikun disponibbli sa minn kmieni fl-2018 sabiex l-iżvilupp ikun jista' jibda fi żmien xieraq bil-ħsieb li jiġi żgurat li r-Riformulazzjoni tas-SIS II tibda topera fl-2020. It-tliet (3) Aġenti Kuntrattwali (AK) ġodda huma meħtieġa biex jiġu koperti l-ħtiġijiet kemm għall-implimentazzjoni tal-proġett kif ukoll għal sostenn operazzjonali u għall-manutenzjoni wara l-iskjerament sal-produzzjoni. Dawn ir-riżorsi ser jintużaw għal:

Appoġġ tal-implimentazzjoni tal-proġett bħala membri tat-tim tal-proġett, inklużi attivitajiet bħalma huma: id-definizzjoni ta’ rekwiżiti u ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi, il-kooperazzjoni u l-appoġġ lill-Istati Membri matul l-implimentazzjoni; l-aġġornamenti tad-Dokument ta’ Kontroll tal-Interface (ICD), is-segwitu tal-konsenji kuntrattwali, it-twassil tad-dokumentazzjoni u l-aġġornamenti eċċ.

Attivitajiet li jappoġġjaw it-tranżizzjoni sabiex tibda topera s-sistema f’kooperazzjoni mal-kuntrattur (rilaxxi ta’ segwitu, aġġornamenti tal-proċess operazzjonali, taħriġ (inklużi attivitajiet ta’ taħriġ tal-Istati Membri), eċċ.

Appoġġ għall-attivitajiet fit-tul, definizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet, tħejjijiet kuntrattwali f’każ li jkun hemm tfassil mill-ġdid tas-sistema (eż. minħabba r-rikonoxximent tal-immaġini) jew fil-każ li l-kuntratt il-ġdid tas-SIS II ta’ Żamma f’Kundizzjoni ta’ Operat Tajjeb (MWO) ikollu jiġi emendat biex ikopri t-tibdil addizzjonali (minn perspettiva teknika u baġitarja)

L-infurzar tal-appoġġ tat-tieni livell wara d-Dħul fis-Seħħ (EiO), matul il-manutenzjoni u l-operazzjonijiet kontinwi.

Għandu jiġi nnotat li t-tliet riżorsi l-ġodda (FTE CA) ser jaġixxu b’mod addizzjonali għar-riżorsi tat-timijiet interni li ser jiġu ddedikati wkoll għall-proġett/segwitu kuntrattwali u finanzjarju/attivitajiet operazzjonali. L-użu ta’ CAs ser jipprovdi durata adegwata u kontinwità tal-kuntratti biex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju u l-użu tal-istess persuni speċjalizzati għal attivitajiet ta’ sostenn operazzjonali wara l-konklużjoni tal-proġett. Minbarra dan, l-attivitajiet ta’ sostenn operazzjonali jeħtieġu aċċess għal ambjent ta’ Produzzjoni li ma jistgħux jiġu assenjati lil kuntratturi jew lil persunal estern.

3.2.3.4Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Fulltime: FTE) 97

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  98

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani mitluba għandhom jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ, ma' kull allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jimmaniġġja skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Hemm ippjanat ipprogrammar mill-ġdid tal-bqija tal-pakkett Fruntieri Intelliġenti tal-Fond għas-Sigurtà Interna sabiex jiġu implimentati l-funzjonalitajiet u t-tibdil previsti fiż-żewġ proposti. Ir-Regolament tal-fruntieri FSI huwa l-istrument finanzjarju fejn ġie inkluż il-baġit għall-implimentazzjoni tal-pakkett tal-Fruntieri Intelliġenti. L-Artikolu 5 jipprevedi l-implimentazzjoni ta’ EUR 791 miljun permezz ta’ programm għat-twaqqif ta’ sistemi tal-IT li jappoġġjaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15. Mis-EUR 791 miljun imsemmija hawn fuq, EUR 480 miljun huma riżervati għall-iżvilupp tas-Sistema ta’ Dħul-Ħruġ u EUR 210 miljun għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS). Il-bqija, EUR 100,828 miljun ser jintuża parzjalment biex jiġu koperti l-ispejjeż tat-tibdil, previst fiż-żewġ proposti.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

☑ Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament mingħand terzi persuni.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul mixxellanju

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja tad-dħul baġitarju:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

L-impatt tal-proposta/inizjattiva 99

2018

2019

2020

2021

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu 6313 – kontribuzzjonijiet mill-Pajjiżi Assoċjati ta’ Schengen (CH, NO, LI, IS).

p.m

p.m

p.m

p.m

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwata/i.

18.02.08 (Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen), 18.02.07 (eu-LISA)

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

Il-baġit għandu jinkludi kontribuzzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.

(1) Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) skont l-Artikolu 24 (5), 43 (3) u 50 (5) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikoli 59 (3) u 66(5) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI u Dokument ta’ Ħidma akkumpanjanti tal-Persunal. (ĠU…).
(2) Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(3) COM(2016) 205 final tas-6.4.2016.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/C 257/03 tas-17.6.2016.
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).
(7) Għal spjegazzjoni dwar ir-raġuni għalfejn twettqet sostituzzjoni minflok riformulazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali, ara t-Taqsima 2 “L-għażla tal-istrument”.
(8) Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) skont l-Artikolu 24 (5), 43 (3) u 50 (5) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikoli 59 (3) u 66(5) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI u Dokument ta’ Ħidma akkumpanjanti tal-Persunal. (ĠU…).
(9) Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli - ir-Rapport tal-President tal-21 ta’ Diċembru 2016.
(10) Għal spjegazzjoni dettaljata dwar it-tibdil inkluż f’din il-proposta ara t-Taqsima 5 “Elementi oħrajn”
(11) COM(2015) 453 final.
(12) COM(2015) 240 final.
(13) COM(2016) 731 final.
(14) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17).
(15) Stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p.1).
(16) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63)
(17) Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) skont l-Artikoli 24 (5), 43 (3) u 50 (5) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikoli 59 (3) u 66 (5) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI u Dokument ta’ Ħidma akkumpanjanti tal-Persunal. 
(18) COM(2014) 199 final.
(19) RAPPORT FINALI tal-Kummissjoni Ewropea — Valutazzjoni teknika tas-SIS II.
(20) Ir-RAPPORT FINALI tal-Kummissjoni Ewropea — il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-ICT dwar it-Titjib Possibbli lill-Arkitettura tas-SIS II tal-2016.
(21) RAPPORT FINALI tal-Kummissjoni Ewropea — Valutazzjoni tal-Impatt tal-ICT dwar it-titjib tekniku lill-arkitettura tas-SIS II – Rapport Finali”, l-10 ta’ Novembru 2016, (Wavestone).
(22) Studju dwar il-fattibbiltà u l-implikazzjonijiet tal-istabbiliment ta’ sistema mifruxa mal-UE kollha fil-qafas tas-SIS għall-iskambju tad-dejta dwar id-deċiżjonijiet relatati mar-ritorn u l-monitoraġġ tal-konformità tagħhom, l-4 ta’ April 2015, PwC.
(23) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/219 tad-29 ta' Jannar 2015 li tissostitwixxi l-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/115/UE dwar il-Manwal SIRENE u miżuri oħra ta’ implimentazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni (SIS II) ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (ĠU L 44, 18.2.2015, p. 75).
(24) Rakkomandazzjoni tal-Kummissoni li tistabbilixxi katalgu ta’ rakkomandazzjonijiet u tal-aħjar prattiki għall-applikazzjoni korretta tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II), u għall-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jimplimentaw u jużaw is-SIS II (C(2015)9169/1).
(25) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas- 16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p.27).
(26) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2012/C 326/02).
(27) Wavestone "Valutazzjoni tal-Impatt tal-ICT tat-titjib tekniku fir-rigward tal-arkitettura ta’ SIS II – ir-Rapport Finali", 10 ta’ Novembru 2016, ix-Xenarju 3 Distinct N. SIS II Implementation.
(28) Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
(29) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(30) COM (2016)731 final.
(31) L-Unità Ċentrali tal-ETIAS ingħatat l-aċċess għall-Artikoli 24 u 27 ta’ dan ir-Regolament.
(32) COM (2016)...
(33) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).
(34) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(35) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(36) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19 . Il-Konvenzjoni kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1160/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 191, 22.7.2005, p.18 ).
(37) ĠU L 328, 13.12.2001, p. 4 .
(38) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) 2001/886/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) ( ĠU L 328, 13.12.2001, p. 1 )
(39) Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).
(40) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen Tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p.63).
(41) Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) skont l-Artikolu 24 (5), 43 (3) u 50 (5) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikoli 59 (3) u 66(5) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI u Dokument ta’ Ħidma akkumpanjanti tal-Persunal. 
(42) Ir-Regolament (UE) 2018/…
(43) Stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p.1).
(44) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI ĠU L 119, 4.5.2016 ,(ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(45) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill (2002/584/ĠAI) tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.07.2002, p. 1).
(46) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).
(47) Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(48) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
(49) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).
(50) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(51) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(52) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p.1).
(53) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 25.5.2016, p. 53).
(54) Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).
(55) COM (2016)731 final.
(56) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(57) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(58) ĠU L 64, 7.3.2002, p.20.
(59) ĠU L 176, 10.7.1999, p.36.
(60) ĠU L 176, 10.7.1999, p.31.
(61) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen ( ĠU L368, 15.12.2004, p. 26 ).
(62) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, u l-Konfederazzjoni Svizzera, dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen ( ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78 ).
(63) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(64) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat b’mod partikolari mal-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).
(65) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(66) ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17.
(67) Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
(68) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill (2002/584/ĠAI) tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.07.2002, p. 1).
(69) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).
(70) Stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p.1).
(71) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).
(72) ĠU L 158, 30.4.2004, p.77.
(73) Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1)
(74) Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
(75) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE tal-4 ta’ Mejju 2010 dwar il-Pjan tas-Sigurtà għas-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni (ĠU L 112, 5.5.2010, p.31).
(76) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.
(77) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(78) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(79) COM(2015) 240 final.
(80) COM(2015) 185 final.
(81) COM(2015) 285 final.
(82) COM(2016) 205 final.
(83) Ares(2016)2231546 – 12/05/2016.
(84) COM(2016) 205 final.
(85) COM(2015) 240 final.
(86) Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251 tas-16.9.2016, p. 1).
(87) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul u Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata d-dejta ta' dħul u ħruġ u d-dejta taċ-ċaħda ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet għall-aċċess fl-EES għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011, COM(2016) 194 final).
(88) Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(89) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(90) L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(91) Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(92) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(93) Outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(94) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “L-għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi…’
(95) Outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(96) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “L-għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi…”
(97) AC= Aġent Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Subalterni fid-Delegazzjonijiet.
(98) Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
(99) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.