Brussell, 20.7.2016

COM(2016) 479 final

2016/0230(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2016) 246 final}
{SWD(2016) 249 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.    KUNTEST TAL-PROPOSTA

   Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

It-tibdil fil-klima huwa problema transkonfinali li ma tistax tissolva b’azzjoni nazzjonali jew lokali waħedha. Mill-1992, l-UE ħadmet biex tiżviluppa soluzzjonijiet konġunti u tmexxi ’l quddiem azzjoni globali biex tindirizza t-tibdil fil-klima.

Il-Ftehim ta’ Pariġi ġie adottat f’Diċembru 2015 fil-21in Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCC). Il-Ftehim jinkludi mira fit-tul u jiddeskrivi li l-kontribut mill-użu tal-art u l-foresti biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fit-tul se jkunu kritiċi 1 .

Din il-proposta timplimenta wkoll l-impenji tal-UE skont il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima. Fl-10 ta’ Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għall-UE biex tirratifika l-Ftehim ta’ Pariġi 2 . Din il-proposta segwiet il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi 3 .

Il-gwida tal-Kunsill Ewropew dwar l-inklużjoni tal-
użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) fil-Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 tal-UE hija wkoll riflessa fil-Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali tal-UE. L-UE ddikjarat li l-mira tagħha hija “tnaqqis assolut mill-emissjonijiet tas-sena bażi fl-ekonomija kollha”, li tilħaq “mill-inqas 40 % tnaqqis domestiku”, li tkopri 100 % tal-emissjonijiet tal-UE. Fir-rigward tal-LULUCF, żdied ukoll li “il-politika dwar kif għandhom jiġu inklużi l-Użu tal-Art, it-Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija fil-Qafas ta’ mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima għall-2030 għandha tiġi stabbilita malli l-kundizzjonijiet tekniċi jippermettu dan u fi kwalunkwe każ qabel l-2020.”
4  

L-għan ta’ din il-proposta huwa li tiddetermina kif is-settur tal-LULUCF se jiġi inkluż fil-qafas tal-politika għall-klima tal-UE mill-2021. Sal-lum, il-Protokoll ta' Kjoto ipoġġi limiti fuq l-UE y fuq kull wieħed mill-Istati membri tagħha, peress li għandhom bżonn li jiżguraw li s-settur tal-LULUCF ma jrendix emissjonijiet żejda. Madankollu, il-Protokoll ta’ Kjoto se jiskadi fl-aħħar tal-2020. Konsegwentement, il-governanza għas-settur tal-LULUCF teħtieġ li tiġi żviluppata aktar fi ħdan l-UE.

   Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-qafas ta’ politika għall-klima għall-2020 attwali jkopri l-maġġorparti tas-setturi u l-gassijiet serra. Dan jikkonsisti minn żewġ elementi ewlenin:

(a)L-iskema tal-UE għan-negozjar ta’ emissjonijiet (EU ETS);

(b)Is-setturi 5 barra mill-EU ETS huma indirizzati mid-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESD).

Il-progress lejn il-miri tal-2020 huwa assigurat permezz tal-obbligi ta’ rapportar u kontrolli tal-konformità annwali, stabbiliti fir-Regolament 525/2013/KE 6 .

L-emissjonijiet u l-assorbimenti 7 tal-gassijiet serra fil-LULUCF bħalissa huma koperti mill-obbligi internazzjonali skont il-Protokoll ta’ Kjoto biss, sal-2020. L-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni dwar il-LULUCF (529/2013/UE) attwali għaddejja u sal-2020 se tipprovdi sistemi kontabilistiċi mtejba. Mingħajr qafas legali li jikkonsolida din l-implimentazzjoni u li jiddefinixxi r-regoli applikabbli għall-perjodu ta’ wara l-2020, il-mod li bih il-LULUCF ikun inkluż fil-qafas globali jista’ jkun eteroġenu fl-UE kollha. Id-differenzi fir-regoli ta’ rapportar u dawk kontabilistiċi minn Stat Membru għall-ieħor jistgħu jaffettwaw il-funzjonament ottimu tas-suq uniku b’mod negattiv.

   Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Proposta legali għall-inklużjoni tal-LULUCF fil-Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 hija parti fundamentali mill-istrateġija tal-Kummissjoni għal Unjoni Ewropea reżiljenti b’politika dwar it-tibdil fil-klima li tħares’il quddiem, u ssostni d-dimensjoni ta’ dekarbonizzazzjoni tagħha. Il-prosposta hija meħtieġa wkoll għat-tlestija tal-qafas integrat għall-politiki dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija sal-2030 appoġġat mill-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2014.

Skont ir-regoli internazzjonali taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima tan-NU u l-Protokoll ta' Kjoto, l-emissjonijiet marbuta mal-bijomassa huma rrappurtati u kkontjati taħt il-LULUCF, jiġifieri l-użu tal-bijomassa fis-settur tal-enerġija għandu rata ta' żero. B’dan il-mod jiġi evitat l-għadd doppju tal-emissjonijiet.

2.    IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

   Bażi ġuridika

L-Artikoli 191 sa 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jikkonfermaw u jispeċifikaw l-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima. Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 192.

   Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

It-tibdil fil-klima huwa problema transkonfinali li ma tistax tissolva bl-azzjoni nazzjonali jew lokali waħedha. Il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea biex tieħu azzjoni fuq it-tibdil fil-klima ġejja mill-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Waqt li l-UE tindirizza l-impenji tat-tibdil fil-klima b’mod konġunt, il-LULUCF għandha tiġi indirizzata wkoll b’mod koordinat.

   Proporzjonalità

L-inklużjoni tal-LULUCF fil-Qafas għall-2030 se tipprovdi qafas komuni dwar kif is-settur jista’ jitqies għall-mira għat-tnaqqis konġunt tal-UE. L-għażla tal-azzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet varji relatati mal-LULUCF se tkun f’idejn l-Istati Membri, u b’hekk is-sussidjarjetà tiġi rrispettata wkoll bis-sħiħ.

   Għażla tal-istrument

Il-Kunsill Ewropew qabel fuq għan vinkolanti uniku għall-politika dwar il-klima u l-enerġija bejn l-2021 u l-2030, għal tnaqqis globali ta’ għall-anqas 40 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-ekonomija kollha taħt il-livelli tal-1990. Kemm għall-Istati Membri u kif ukoll għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, hemm stabbiliti rekwiżiti biex jikkontribwixxu fil-ksib tat-tnaqqis tal-emissjonijiet neċessarju. Din il-proposta takkumpanja dik għal Regolament [] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra annwali vinkolanti mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jintlaħqu l-impenji skont il-Ftehim ta’ Pariġi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima, li jkopri aktar minn nofs l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u l-għan tal-proposta l-aħjar li jintlaħaq permezz ta’ Regolament.

3.    RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKkONĊERNATA U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

   Evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ma kien hemm l-ebda evalwazzjoni ex-post relatata ma’ din il-proposta jew kontroll tal-idoneità marbuta magħha.

   Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Bejn Marzu u Ġunju 2015, il-Kummissjoni Ewropea wettqet konsultazzjoni pubblika dwar kif l-aħjar tindirizza l-emissjonijiet mill-agrikoltura, il-forestrija u użu tal-art ieħor fil-kuntest tal-Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030. B’kollox, waslu 138 kontribuzzjoni dwar l-għażliet tal-artikettura tal-politika, nofs dawk li wieġbu li ma kellhom l-ebda preferenza ċara, u madwar terz ta’ dawk li wieġbu, il-maġġoranza tagħhom NGOs tal-ambjent u organizzazzjonijiet tal-forestrija, kienu favur iż-żamma tal-LULUCF bħala pilastru separat fi ħdan il-qafas tal-politika għall-klima. L-għażla ta’ fużjoni tal-agrikoltura u l-LULUCF f’pilastru separat barra mill-ESD irċeviet l-inqas appoġġ. Il-gvernijiet nazzjonali wrew li l-aktar jippreferu huwa pilastru tal-LULUCF separat, possibbilment bi flessibbiltà, jew il-fużjoni tal-LULUCF fl-ESD. Is-sett wiesgħa ta’ opinjonijiet fisser li l-ebda għażla kkunsidrata mill-Kummissjoni ma setgħet tissodisfa dawn l-opinjonijiet kollha. Il-kontabbiltà tqieset fundamentali għall-integrità ambjentali mill-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu. Intwera interess qawwi għas-simplifikazzjoni tas-sistemi ta’ rapportar paralleli u t-tkomplija tal-livelli ta' referenza għall-foresti.

   Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

Il-valutazzjoni kwantitattiva tal-impatti futuri fl-UE huwa konsistenti mal-analiżi mwettqa għall-proposta tal-Qafas għall-2030 u r-Regolament [] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra annwali vinkolanti mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jintlaħqu l-impenji skont il-Ftehim ta’ Pariġi. Il-Kummissjoni kkuntrattat l-Università Teknika Nazzjonali ta’ Ateni, l-IIASA u l-EuroCare biex ifasslu xenarji tal-UE.

   Valutazzjoni tal-impatt

Il-Valutazzjoni tal-Impatt tħejjiet u ġiet żviluppata b’kooperazzjoni sħiħa mal-gwida applikabbli Regolamentazzjoni Aħjar, u ġiet evalwata mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, u rċeviet opinjoni Pożittiva. Titjib kif rakkomandat mill-Bord ġie inkorporat fil-verżjoni finali.

Fil-konklużjoni tal-valutazzjoni tal-impatt, pilastru awtonomu tal-politika tal-LULUCF, li jkompli jiġi użat flimkien mar-regola ta’ bla debitu, ġie identifikat bħala l-għażla preferuta. Grad limitat ta’ flessibbiltà bejn l-LULUCF u s-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS ikun permess, ġustifikat mill-ħtieġa li ġejja mill-potenzjal ta’ mitigazzjoni inferjuri tal-agrikolura u s-sehem tas-settur tal-agrikoltura għal kull Stat Membru. Din l-għażla tkun kompatibbli mal-għanijiet tas-sigurtà alimentari u l-bijodiversità u ma tirriżultax f’effetti ta’ okkupazzjoni negattivi. Tali għażla ibrida tillimita l-bidliet tal-arkitettura globali u għalhekk timminimizza l-piż amministrattiv u l-burokrazija żejda filwaqt li timmassimizza l-kontribuzzjonijiet għall-kisba globali tal-miri tal-UE għall-2030. L-inklużjoni tal-LULUCF abbażi ta’ tali għażla ibrida tagħti inċentiv ukoll għal azzjoni ta’ mitigazzjoni addizzjonali fis-settur tal-art u l-forestrija u għalhekk tkun konformi bis-sħiħ mal-viżjoni fit-tul biex tiġi limitata ż-żieda fit-temperatura ppreżentata fil-Ftehim ta’ Pariġi.

   Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Skont l-impenn tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-proposta tħejjiet b’mod inklussiv, abbażi tat-trasparenza u l-involviment kontinwu tal-partijiet ikkonċernati. Peress li l-kontabbiltà tal-LULUCF jsir fuq il-livell nazzjonali, bl-appoġġ tekniku ta' istituti jew aġenziji tar-riċerka, il-piż amministrattiv u l-ispejjeż assoċjati għall-konformità amministrattiva se jaffettwaw biss lill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. M'hemm l-ebda obbligi ta' rapportar diretti għall-mikrointrapriżi, l-SMEs jew intrapriżi oħra taħt il-leġiżlazzjoni attwali. Il-proposta mhix se tbiddle din is-sitwazzjoni.

Bil-bosta, l-aktar bidla proposta sinifiknati hija li jiġu ssimplifikati ż-żewġ sistemi eżistenti paralleli ta' rapportar f'sistema unika. Dan se jnaqqas l-piż amministrattivu l-ispejjeż għall-Istati Membri u l-Kummissjoni. Dwar l-impatti amministrattivi tal-bidliet fir-regoli tal-kontabbiltà, dawn huma mistennija li jkunu minimi, peress li r-regoli rilevanti tal-kontabbiltà diġà ġew stabbiliti bħala konsegwenza tad-Deċiżjoni 529/2013/UE dwar il-LULUCF. L-ispejjeż amministrattivi tar-reġim eżistenti kienu analizzati fil-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-proposta għad-Deċiżjoni eżistenti dwar il-LULUCF (SWD (2012) 41 final).

Il-proposta tidentifika l-flessibilità u s-sinerġiji tal-mitigazzjoni kosteffikaċi bejn l-attivitajiet kollha marbuta mal-agrikoltura u l-użu tal-art. Il-proposta hija allinjata mad-Direttiva dwar l-INSPIRE (Id-Direttiva 2007/2/KE) li tikkonċerna d-dejta diġitali u ġeografika.

Din il-proposta mhijiex inizjattiva fi ħdan il-Programm dwar l-Idoneità tar-Regolamentazzjoni.

   Drittijiet fundamentali

Peress li l-politika proposta prinċipalment tindirizza lill-Istati Membri bħala atturi istituzzjonali, din hija konsistenti mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

4.    IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-impatti indiretti fuq il-baġits tal-Istati Membri se jiddependu fuq l-għażla tal-politiki u l-miżuri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass serra u azzjoni ta’ mitigazzjoni oħra fis-settur tal-użu tal-art koperta minn din l-inizjattiva magħżula f’kull pajjiż speċifiku. Il-proposta telimina wieħed mill-oqfsa tar-rapportar (mit-tnejn eżistenti), is-simplifikazzjoni tal-proċess tal-kontabbiltà meta mqabbel ma’ dak meħtieġ skont il-Protokoll ta’ Kjoto. Dan se jnaqqas l-ispejjeż amministrattivi għall-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea. Din il-proposta għandha implikazzjonijiet limitati ħafna għall-baġit tal-UE, li huma ppreżentati fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża.

5.    ELEMENTI OĦRAJN

   Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-integrità ambjentali dejjem għandha tittieħed inkonsiderazzjoni meta jkunu qed jitqiesu l-għażliet li jippermettu l-użu mtejjeb tal-flessibbiltà. L-attivitajiet ta’ mitigazzjoni fil-LULUCF għandhom jirriżultaw f’titjib addizzjonali, sostenibbli u li jista’ jitkejjel tal-bjar tal-karbonju. Biex dawn il-kundizzjonijiet jiġu assigurati hemm bżonn ta' sistemi rigorużi ta’ monitoraġġ, rapportar u verifikazzjoni.

L-obbligi internazzjonali skont il-qafas tal-UNFCCC se jfissru li l-eżerċizzju tar-rapportar jibqa’ annwali. Il-monitoraġġ u r-rapportar jibqgħu jiddependu fuq ir-rekwiżiti speċifikati fir-Regolament 525/2013/KE, emendat apposta b'dan ir-Regolament. Ir-Regolament 525/2013/KE għandu jkun ikkomplimentat aktar sabiex joħloq qafas komprensiv ta’ monitoraġġ u konformità għal wara l-2020 għas-setturi kollha li ma jaqgħux taħt l-ETS, inkluż il-LULUCF. Hemm ippjanat li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu integrati fil-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li għaliha hemm prevista proposta tal-Kummissjoni sal-aħħar tal-2016 fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni u tista’ tkun simplifikata aktar bħala parti minn dik il-proposta. Il-kontabbiltà tal-azzjonijiet tal-LULUCF titwettaq l-aħjar fuq perjodi ta’ żmien itwal. Biex jiġi integrat il-LULUCF mas-setturi l-oħra f’dawk li ma jaqgħux taħt l-ETS, il-kontrolli tal-konformità se jitwettqu kull ħames snin.

   Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Artikolu 1: Suġġett

Dan l-Artikolu jispjega li r-Regolament jistabbilixxi dawn l-impenji tal-Istati Membri lejn l-ilħuq tal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2030, u regoli għall-kontabbiltà u l-kontroll tal-konformità.

Artikolu 2: Kamp ta’ Applikazzjoni

L-Artikolu jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kopertura tal-Regolament. Jirrifletti l-kopertura tal-leġiżlazzjoni tal-UE eżistenti għall-Istati Membri skont il-Protokoll ta’ Kjoto (529/2013/UE). Il-kamp ta’ applikazzjoni obbligatorju huwa essenzjalment foresti u art agrikola, u art li nbidel l-użu tagħha minn dawn l-użi jew għalihom. L-approċċ propost jiskarta l-qafas tar-rapportar tal-Protokoll ta’ Kjoto parallel u jissimplifika s-sistema permezz tal-qafas tar-rapportar “terrestri” tal-UNFCCC. Il-kamp ta’ applikazzjoni jinkludi l-gassijiet serra CO2, CH4 u N2O.

Artikolu 3: Definizzjonijiet

L-Artikolu jiddefinixxi terminoloġija speċifika.

Artikolu 4: Impenji

L-impenn ta’ kull Stat Membru huwa li jiżgura li s-settur tal-LULUCF, wara l-applikazzjoni tar-regoli tal-kontabbiltà speċifikati fir-Regolament, u filwaqt li jqis il-flessibbiltajiet, ma għandux ikollu emissjonijiet netti fit-territorju tagħhom. Dan il-prinċipju jissemma fil-Valutazzjoni tal-Impatt bħala r-“regola ta’ bla debitu”.

Artikolu 5: Regoli tal-kontabbiltà ġenerali

L-Artikolu jistabbilixxi regoli ġenerali biex jiġi evitat l-għadd doppju, għall-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet bejn il-kategoriji tal-użu tal-art u għall-għoti ta’ spjegazzjoni għal kull raggruppament ta’ karbonju, ħlief dawk li jaqgħu taħt regola de minimis. Huwa bbażat mill-qrib fuq ir-regoli tal-kontabbiltà ġenerali fid-Deċiżjoni 529/2013/UE, u jżid regola dinamika għat-tranżizzjoni tal-kategoriji tal-użu tal-art.

Artikolu 6: Kontabbiltà għall-art forestali u l-art deforestata

Dan l-Artikolu jippreżenta regoli tal-kontabbiltà speċifiċi għall-użu tal-art mibdula minn (deforestata) u għal foresti (afforestata). Dawn il-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art huma kontabilizzati bl-użu ta’ approċċ “gross-nett”, jiġifieri kontabbiltà tal-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha kemm huma tul il-perjodu. Dan essenzjalment l-istess bħal fid-Deċiżjoni 529/2013/UE, ħlief għall-introduzzjoni tal-għażla li jintużaw 30 sena minflok il-valur prestabbilit għal bdil ta’ kategoriji tal-użu tal-art għall-foresti. L-użu ta’ dan il-valur minflok il-valur prestabbilit għandu jkun debitament ġustifikat fl-inventarju tal-gassijiet serra tal-Istati Membri ppreżentati lill-UNFCCC, skont il-Linji Gwida tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Artikolu 7: Kontabbiltà għar-raba’ ġestit, il-bwar ġestiti u l-art mistagħdra ġestita

Dan l-artikolu jippreżenta regoli tal-kontabbiltà speċifiċi għar-raba’, bwar u art mistagħdra ġestiti, inklużi l-kategoriji tal-art li tinbidel minn dawn il-kategoriji u għalihom Din il-bidla fl-użu tal-art hija kontabilizzata relattiva għall-emissjonijiet jew l-assorbimenti meta mqabbla ma’ referenza storika.

Hija essenzjalment l-istess bħal fid-Deċiżjoni 529/2013/UE, ħlief li qed tiġi proposta referenza storika aktar reċenti sabiex ittejjeb il-preċiżjoni tal-estimi, tallinja aħjar mal-bqija tas-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS, u tissimplifika l-kontabbiltà billi tnaqqas il-ħtieġa tas-serje tal-ħin storika.

Artikolu 8: Kontabbiltà għall-ġestjoni tal-foresti

Dan l-Artikolu jipprovdi għar-regoli tal-kontabbiltà għall-ġestjoni tal-foresti bl-użu ta’ livell ta' referenza għall-foresti biex jiġu esklużi l-effetti ta’ karatteristiċi naturali u speċifiċi għall-pajjiż. Dan huwa bbażat mill-qrib fuq ir-regoli rilevanti fid-Deċiżjoni 529/2013/UE. L-Artikolu jistabbilixxi wkoll qafas ta’ governanza tal-UE li għandu jintuża fid-dawl tal-iskadenza tal-Protokoll ta’ Kjoto wara l-2020. Id-dispożizzjonijiet jimmiraw li jsaħħu l-preċiżjoni u t-trasparenza tal-livelli ta' referenza għall-foresti u l-proċess li jistabbilixxihom. Dan għandu jinkludi l-konsultazzjoni tal-partijiet interessati fl-Istati Membri u reviżjoni assistita mill-esperti tal-Istati Membri.

Artikolu 9: Kontabbiltà għall-prodotti tal-injam maħsud

Dan l-Artikolu jiddetermina l-approċċ kontabilistiku għal dan ir-raggruppament ta’ karbonju fl-art forestali u l-foresti ġestiti. Il-metodoloġija hija essenzjalment l-istess meta mqabbla mad-Deċiżjoni 529/2013/UE.

Artikolu 10: Kontabbiltà għal disturbi naturali

Dan l-Artikolu jippermetti lill-Istati Membri jeskludu emissjonijiet minn disturbi naturali (nirien f’foresti, invażjoni minn pesti, eċċ.) mill-kontijiet tagħhom. Il-metodoloġija hija essenzjalment l-istess meta mqabbla mad-Deċiżjoni 529/2013/UE. L-istabbiliment ta’ livell ta’ bażi, fl-assenza tar-reviżjoni tal-Protokoll ta’ Kjoto, jeħtieġ li jkun trasparenti. Il-Kummissjoni għalhekk se tiżgura li l-gwida u r-regoli applikabbli ikunu ġew irrispettati.

Artikolu 11: Flessibbiltajiet

Dan l-Artikolu jipprovdi għall-Istati Membri biex jikkompensaw għall-emissjonijiet minn kategorija ta’ kontabbiltà tal-art waħda bl-assorbimenti minn kategorija ta’ kontabbiltà tal-art oħra fit-territorju tagħhom. Dan jippermetti wkoll lil Stat Membru biex jakkumula assorbimenti netti identifikati fil-kontijiet tagħhom tul perjodu ta’ 10 snin. Assorbimenti eċċessivi jistgħu jiġu trasferiti lil Stat Membru ieħor biex jgħinu fl-iżgurar tal-konformità mar-regola ta’ bla debitu. Fl-aħħar nett, sabiex jisfruttaw il-flessibbiltajiet, l-Istati Membri huma meħtieġa jiżguraw monitoraġġ xieraq konformi ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12: Kontroll tal-konformità

Dan l-Artikolu jippreżenta r-rekwiżiti għall-Istati Membri biex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq għal finijiet ta’ kontabbiltà, u jistabbilixxi kontrolli tal-konformità regolari mill-Kummissjoni. Sabiex tiżgura standard ta’ kwalità għoli, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se tassisti lill-Kummissjoni f’din il-ħidma.

Artikolu 13: Reġistru

Dan l-Artikolu għandu x’jaqsam mal-użu tar-Reġistru għat-tranżazzjonijiet filwaqt li jiżgura li ma jsirx għadd doppju.

Artikolu 14: Eżerċizzju ta’ delega

Il-proposta tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati skont il-proċeduri rilevanti.

Artikolu 15: Eżami

Eżami tal-elementi kollha tar-Regolament biex jiġi determinat jekk għadhomx tajbin għal dan il-għan

għandu jitwettaq fl-2024, u wara kull 5 snin.

Artikolu 16: Emendi konsegwenzjali fir-Regolament Nru 525/2013/UE

Ir-Regolament Nru 525/2013/UE qed jiġi emendat sabiex jiżgura li l-rekwiżiti ta’ rapportar li bħalissa japplikaw għal-LULUCF jitkomplew fil-qafas ta’ dak ir-Regolament. L-Istati Membri huma meħtieġa li kull sena jirrapportaw l-emissjonijiet ta’ GHG rilevanti tagħhom kull sena u se jibqgħu jirrapportaw kull sentejn dwar il-projezzjonijiet u l-politiki tagħhom u l-miżuri implimentati biex tiġi żgurata l-konformità mal-miri tagħhom. Ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ għal-LULUCF qed jissaħħu biex tiġi żgurata l-integrità ambjentali tal-kontabbiltà.

2016/0230 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 8 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 9 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Mira vinkolanti ta’ tnaqqis domestiku ta’ mill-anqas 40 % ta’ gassijiet serra fis-settur ekonomiku kollu sal-2030 meta mqabbel mal-1990 ġiet approvata fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2014 dwar il-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030. Il-laqgħa tal-Kunsill tas-6 ta’ Marzu 2015 approvat formalment dan il-kontribut tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha bħala l-Kontribut Maħsub Determinat fil-Livell Nazzjonali tagħhom.

(2)Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ipprevedew li l-mira għandha titwettaq b’mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffikaċi possibbli, bit-tnaqqis fl-iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet (ETS) u s-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS li jammontaw għal 43 % u 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005 rispettivament, bl-isforzi distribwiti abbażi tal-PDG per capita relattiv.

(3)Fl-10 ta’ Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għall-UE biex tirratifika l-Ftehim ta’ Pariġi. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha kif ikkonfermat fl-impenn għal kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") fis-6 ta’ Marzu 2015.  10

(4)Il-Ftehim ta’ Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul f’konformità mal-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sal-1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali. Sabiex tintlaħaq din il-mira, il-Partijiet għandhom iħejju, jikkomunikaw u jżommu kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali. Il-Ftehim ta’ Pariġi jissostitwixxi l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta’ Kjoto tal-1997 li mhux se jitkompla wara l-2020. Il-Ftehim ta’ Pariġi jitlob ukoll bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta’ gassijiet serra fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu, u jistieden lill-Partijiet biex jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jtejbu, kif xieraq, bjar u riżervi ta’ gassijiet serra, inklużi foresti.

(5)Il-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta’ Ottubru 2014 irrikonoxxa wkoll l-għanijiet multipli tas-settur tal-agrikoltura u l-użu tal-art, bil-potenzjal ta’ mitigazzjoni inferjuri kif ukoll il-ħtieġa ta’ żgurar ta’ koerenza bejn l-għanijiet tas-sigurtà alimentari u tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-aħjar mod biex tħeġġeġ l-intensifikazzjoni sostenibbli tal-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li tottimizza l-kontribut tas-settur għall-mitigazzjoni u s-sekwestru tal-gassijiet serra, fosthom permezz tal-afforestazzjoni, u biex tistabbilixxi politika dwar kif jiġi inkluż l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (“LULUCF”) fil-Qafas ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għall-2030 malli l-kundizzjonijiet tekniċi jippermettu dan u fi kwalunkwe każ qabel l-2020.

(6)Is-settur tal-LULUCF jista’ jikkontribwixxi b’diversi modi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari billi jitnaqqsu l-emissjonijiet, u jinżammu u jiżdiedu r-riżervi u l-ħażniet tal-karbonju. Sabiex il-miżuri li għandhom l-għan li b’mod partikolari jżidu s-sekwestru tal-karbonju jkunu effettivi, hemm bżonn tal-istabbiltà u l-adattabbiltà fit-tul tar-raggruppamenti tal-karbonju.

(7)Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 11 bħala l-ewwel pass, tistabbilixxi regoli tal-kontabbiltà applikabbli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF u b'hekk ikkontribwiet għall-iżvilupp tal-politika għall-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF fl-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu jibni fuq ir-regoli tal-kontabbiltà eżistenti, u jaġġornahom u jtejjibhom għall-perjodu 2021-2030. Għandu jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli tal-kontabbiltà u l-obbligu biex jiżgura li s-settur tal-LULUCF globali ma jiġġenerax emissjonijiet netti. Din ma għandha tistabbilixxi l-ebda obbligu ta’ kontabbiltà jew ta’ rapportar għal partijiet privati.

(8)Sabiex jiġu determinati kontijiet preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 (il-“Linji Gwida tal-IPCC”), il-valuri rapportati kull sena skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013/KE għall-kategoriji tal-użu tal-art u l-konverżjonijiet fost il-kategoriji tal-użu tal-art għandhom jiġu użati, biex b’hekk jiġu simplifikati l-approċċi użati skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto. Art li tiġi konvertita f’kategorija tal-użu tal-art oħra għandha tiġi meqjusa fi tranżizzjoni għal dik il-kategorija għall-valur prestabbilit ta’ 20 sena fil-Linji Gwida tal-IPCC.

(9)L-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti jiddependu fuq għadd ta’ ċirkostanzi naturali, l-istruttura tal-klassi tal-età, kif ukoll il-prattiki ta’ ġestjoni tal-passat u tal-preżent. L-użu ta’ sena bażi ma jagħmilhiex possibbli li dawk il-fatturi u l-impatti ċikliċi li jirriżultaw jiġu riflessi fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti jew il-varjazzjoni interannwali tagħhom. Ir-regoli tal-kontabbiltà rilevanti għandhom minflok jipprovdu għall-użu ta’ livelli referenzjarji biex jiġu esklużi l-effetti ta’ karatteristiċi naturali u speċifiċi għall-pajjiż. Fl-assenza tar-reviżjoni internazzjonali skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto, għandha tiġi stabbilita proċedura ta’ reviżjoni biex tiġi żgurata t-trasparenza u titjieb il-kwalità tal-kontabbiltà f’din il-kategorija.

(10)Meta l-Kummissjoni tagħżel li tiġi assistita min tim ta’ reviżjoni espert skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2016)3301) fir-reviżjoni tal-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali, din għandha tibni fuq il-prattika tajba u l-esperjenza tar-reviżjonijiet esperti skont l-UNFCCC, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta’ esperti nazzjonali u rakkomandazzjonijiet, u tagħżel numru suffiċjenti ta’ esperti mill-Istati Membri.

(11)Il-Linji Gwida tal-IPCC miftiehma fuq livell internazzjonali jiddikjaraw li l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ bijomassa jistgħu jiġu kontabilizzati bħala żero fis-settur tal-enerġija bil-kondizzjoni li dawn l-emissjonijiet jittieħed kont tagħhom fis-settur tal-LULUCF. Fl-UE, l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta’ bijomassa huma kontabilizzati bħala żero skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 525/2013, b’hekk il-konsistenza mal-Linji Gwida tal-IPCC tiġi żgurata biss jekk dawn l-emissjonijiet ikunu koperti b’mod preċiż skont dan ir-Regolament.

(12)L-użu sostenibbli miżjud ta’ prodotti tal-injam maħsud jista’ jillimita b’mod sostanzjali l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-atmosfera u jsaħħaħ l-assorbimenti ta’ gassijiet serra mill-atmosfera. Ir-regoli tal-kontabbiltà għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jirriflettu b’mod preċiż fil-kontijiet tagħhom il-bidliet fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud meta dawn iseħħu, biex jiġu pprovduti inċentivi għall-użu msaħħaħ ta’ prodotti tal-injam maħsud b’ċikli twal tal-ħajja. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kwistjonijiet metodoloġiċi relatati mal-kontabbiltà għal prodotti tal-injam maħsud.

(13)Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi li mhumiex fil-kontroll ta’ Stat Membru, u mhumiex influwenzati b’mod materjali minnu, jistgħu jirriżultaw f’emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ natura temporanja fis-settur tal-LULUCF, jew jistgħu jikkawżaw inverżjonijiet ta’ assorbimenti preċedenti. Peress li inverżjoni tista’ tkun ukoll ir-riżultat ta’ deċiżjonijiet ta’ ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu siġar, dan ir-Regolament għandu jiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b’mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-Istati Membri bil-possibbiltà limitata li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Madankollu, il-mod li bih l-Istati Membri japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ma għandux iwassal għal sottokontabilizzazzjoni eċċessiva.

(14)Skont il-preferenzi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu politiki nazzjonali xierqa għall-kisba tal-impenji tagħhom fil-LULUCF, inkluża l-possibbiltà ta’ emissjonijiet kumpensaturi minn waħda mill-kategoriji tal-art mill-assorbimenti minn kategorija tal-art oħra. Għandhom ikunu jistgħu wkoll jakkumulaw assorbimenti netti tul il-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2030. In-negozjar fost l-Istati Membri għandu jkompli bħala għażla addizzjonali għall-għajnuna tal-konformità. Wara l-prattika fit-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto, għandu jkun hemm possibbiltà għal Stat Membru biex juża s-superament tal-objettivi tiegħu skont ir-Regolament [] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jintlaħqu l-impenji skont il-Ftehim ta’ Pariġi u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima sabiex jiżgura l-konformità tiegħu mal-impenn tiegħu skont dan ir-Regolament.

(15)Sabiex jiġi żgurat rapportar effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi u verika tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità mal-impenji tal-Istati Membri, rekwiżiti ta’ rapportar għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 b’dan ir-Regolament, u kontrolli tal-konformità skont dan ir-Regolament għandhom iqisu dawn ir-rapporti. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jiġi emendat skont dan. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġi simplifikati aktar biex jikkunsidraw kull bidla rilevanti fir-rigward tal-governanza integrata tal-Unjoni tal-Enerġija li għaliha hija prevista proposta sal-aħħar tal-2016 fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni.

(16)L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se tassisti lill-Kummissjoni, kif xieraq f’konformità mal-programm ta’ ħidma annwali tagħha, bis-sistema ta’ rapportar annwali tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra, il-valutazzjoni ta’ informazzjoni dwar politiki u miżuri u projezzjonijiet nazzjonali, l-evalwazzjoni ta’ politiki u miżuri addizzjonali ppjanati, u l-kontrolli tal-konformità mwettqa mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

(17)Biex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta’ dejta u t-titjib tal-metodoloġija, l-użu tal-art għandu jiġi nnumerat u rapportat bl-użu ta’ traċċar ġeografiku ta’ kull żona ta’ art, li jikkorrispondi mas-sistemi ta’ ġbir ta’ dejta nazzjonali u tal-UE. Għall-ġbir ta’ dejta għandu jsir l-aħjar użu ta’ programmi u stħarriġ eżistenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri fosthom LUCAS, l-Istħarriġ Qafas Statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta u Copernicus, il-Programm tal-Unjoni ta' Osservazzjoni u Monitoraġġ tad-Dinja. Il-ġestjoni tad-dejta, inkluż il-kondiviżjoni għall-użu mill-ġdid u d-disseminazzjoni tar-rapportar għandha tikkonforma mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea.

(18)Sabiex jipprovdi għal kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta’ flessibbiltajiet u konformità tat-traċċar, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tekniku ta’ definizzjonijiet, valuri, listi ta’ gassijiet serra u raggruppamenti ta’ karbonju, l-aġġornament tal-livelli referenzjarji, il-kontabbiltà tat-tranżazzjonijiet u r-reviżjoni tar-rekwiżiti ta’ metodoloġija u informazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għandhom ikunu fi strument legali uniku li jikkombina d-dispożizzjonijiet ta’ kontabbiltà skont id-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regulament (UE) Nru 525/2013, ir-Regolament [] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u dan ir-Regolament. Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anke fil-livell ta’ esperti jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(19)Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u sussegwentement kull 5 snin sabiex jiġi vvalutat il-funzjonament kumplessiv tiegħu. Din ir-reviżjoni tista’ tiġi informata mir-riżultati tal-inventarju globali tal-Ftehim ta’ Pariġi.

(20)Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-impenji tal-Istati Membri dwar l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (“LULUCF”) li jiżguraw li jintlaħaq l-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2030, kif ukoll ir-regoli għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mil-LULUCF u l-kontroll tal-konformità tal-Istati Membri ma’ dawn l-impenji.

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I, kif rapportati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 li jseħħu fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art fit-territorji tal-Istati Membri tul il-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2030

(a)art forestali: użu tal-art rapportat bħala raba’, bur, art mistagħdra, insedjamenti, u art oħra konvertita f’foresta;

(b)art deforestata: użu tal-art rapportat bħala foresta konvertita f’raba’, bur, art mistagħdra, insedjamenti, u art oħra;

(c)raba’ ġestita: użu tal-art rapportat bħala raba’ li jibqa’ raba’ u bur, art mistagħdra, insedjament, art oħra konvertita f’raba’ u raba’ konvertit f’art mistagħdra, insedjament u art oħra;

(d)bwar ġestiti: użu tal-art rapportat bħala bur li jibqa’ bur u raba’, art mistagħdra, insedjament, art oħra konvertita f’bur u bur konvertit f’art mistagħdra, insedjament u art oħra;

(e)foresti ġestiti: użu tal-art rapportat bħala foresta li tibqa’ foresta.

2. Stat Membru jista’ jagħżel li jinkludi art mistagħdra ġestita, definita bħala użu tal-art rapportat bħala art mistagħdra li tibqa’ art mistagħdra, u insedjament, art oħra konvertita f’art mistagħdra u art mistagħdra konvertita f’insedjament u art oħra, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4. Fejn Stat Membru jagħżel li jagħmel hekk, għandu jagħti rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti minn art mistagħdra ġestita skont dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“bir” tfisser kwalunkwe proċess, attività jew mekkaniżmu li jneħħi gass serra, aerosol, jew prekursur ta’ gass serra mill-atmosfera;

(b)“sors” tfisser kwalunkwe proċess, attività jew mekkaniżmu li jirrilaxxa gass serra, aerosol jew prekursur ta’ gass serra fl-atmosfera;

(c) “ħażna tal-karbonju” tfisser il-massa ta’ karbonju maħżun f’raggruppament tal-karbonju;

(d)“raggruppament tal-karbonju” tfisser il-karatteristika jew is-sistema bijoġeokimika sħiħa jew parti minnha li fiha jinħażen il-karbonju, kwalunkwe prekursur ta’ gass serra li fih il-karbonju jew kwalunkwe gass serra li fih il-karbonju;

(e)“prodott tal-injam maħsud” tfisser kwalunkwe prodott tal-injam maħsud li ma jkunx għadu fis-sit fejn jiġi maħsud l-injam;

(f)“foresta” tfisser żona ta’ art definita mill-valuri minimi għad-daqs taż-żona, il-kopertura ta’ qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta’ ħżin, u l-għoli potenzjali tas-siġar meta jimmaturaw fil-post fejn jikbru s-siġar. Hija tinkludi żoni bis-siġar, inklużi gruppi ta’ siġar naturali żgħar li jkunu qed jikbru, jew pjantaġġuni li għad iridu jilħqu l-valuri minimi għall-kopertura ta’ qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta’ ħżin jew għoli tas-siġar minimu, inkluża kwalunkwe żona li normalment tkun tifforma parti miż-żona tal-foresta iżda li fuqha temporanjament ma jkun hemm l-ebda siġra b’riżultat ta’ intervent tal-bniedem, bħall-ħsad, jew b’riżultat ta’ kawżi naturali, iżda li tista’ tkun mistennija terġa’ ssir foresta;

(g)“disturbi naturali” ifissru kwalunkwe avveniment mhux antropoġeniku jew ċirkostanza mhux antropoġenika li jikkawża/tikkawża emissjonijiet sinifikanti fil-foresti u li l-Istat Membru rilevanti ma jkollu l-ebda kontroll fuq l-okkorrenza tiegħu/tagħha, sakemm dak l-Istat Membru, b’mod oġġettiv ma jkunx jista’ jillimita b’mod sinifikanti l-effett fuq l-emissjonijiet ta’ dawk l-avvenimenti jew iċ-ċirkostanzi, anke wara li dawn jokkorru;

(h)“ossidazzjoni istantanja” tfisser metodu tal-kontabbiltà li jassumi li r-rilaxx fl-atmosfera tal-kwantità sħiħa tal-karbonju maħżun fil-prodotti tal-injam maħsud iseħħ mal-ħsad;

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati biex timplimenta l-paragrafu 1 skont l-Artikolu 14 biex tadatta d-definizzjonijiet fil-paragrafu 1 għal żviluppi xjentifiċi jew progress tekniku u biex tiżgura l-konsistenza bejn dawk id-definizzjonijiet u kwalunkwe bidla f’definizzjonijiet rilevanti fil-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 (il-“Linji Gwida tal-IPCC”).

Artikolu 4

Impenji

Għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030, waqt li jqis il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikolu 11, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ma jaqbżux l-assorbimenti, ikkalkulata bħala s-somma tal-emissjoniijet u l-assorbimenti totali fit-territorju tagħhom fil-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2 kombinat, kif kontabilizzati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Regoli tal-kontabbiltà ġenerali

1. Kull Stat Membru għandu jħejji u żjomm kontijiet li jirriflettu b’mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2. L-Istat Membru għandu jiżgura l-preċiżjoni, il-kompletezza, il-konsistenza, il-komparabilità u t-trasparenza tal-kontijiet tagħhom u ta’ dejta oħra pprovduta skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-emissjonijiet b’sinjal pożittiv (+) u l-assorbimenti b’sinjal negattiv (-).

2.   L-Istati Membri għandhom jipprevjenu kwalunkwe għadd doppju ta’ emissjonijiet jew assorbimenti b’mod partikolari bil-kontabbiltà għal emissjonijiet jew assorbimenti li jirriżultaw minn aktar minn kategorija ta’ kontabbiltà tal-art waħda taħt kategorija waħda biss.

3. L-Istati Membri għandhom jibdlu foresti, raba’, bwar, art mistagħdra, insedjamenti, u art oħra mill-kategorija ta’ tali art konvertita f’tip ieħor ta’ art għall-kategorija ta’ tali art li tibqa’ tal-istess tip ta’ art wara 20 sena mid-data tal-konverżjoni.

4.   L-Istati Membri, fil-kontijiet tagħhom għal kull kategorija ta’ kontabbiltà tal-art, għandhom jinkludu kwalunkwe bidla fil-ħażna ta’ karbonju tar-raggruppament ta’ karbonju elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I. Stati Membri jista’ jagħżel li ma jinkludix fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażna ta’ karbonju tar-raggruppamenti ta’ karbonju fejn ir-raggruppament ta’ karbonju mhux sors, ħlief għall-bijomassa tal-wiċċ u l-prodotti tal-injam maħsud f'foresti ġestiti.

5. L-Istati Membri għandhom iżommu rekord komplet u preċiż tad-dejta kollha użata fil-preparazzjoni tal-kontijiet tagħhom.

6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14 biex temenda l-Anness I sabiex jiġu riflessi l-bidliet fil-Linji Gwida tal-IPCC.

Artikolu 6

Kontabbiltà għall-art forestali u l-art deforestata

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti minn art forestali u art deforestata, bħala emissjonijiet u assorbimenti totali għal kull sena tul il-perjodi ta’ bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030.

2. Permezz ta’ deroga mir-rekwiżit biex jiġi applikat valur prestabbilit fl-Artikolu 5(3), Stat Membru jista’ jibdel raba, bwar, art mistagħdra, insedjamenti u art oħra mill-kategorija ta’ tali art konvertita f’foresta għall-kategorija ta’ foresta li tibqa’ foresta wara 30 sena mid-data tal-konverżjoni.

3.   Fil-kalkoli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti fuq art forestali u art deforestata, kull Stat Membru għandu jiddetermina ż-żona tal-foresta bl-użu tal-istess unità tal-valutazzjoni spazjali speċifikata fl-Anness II.

Artikolu 7

Kontabbiltà għar-raba’ ġestit, il-bwar ġestiti u l-art mistagħdra ġestita

1. L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mir-raba’ ġestita kkalkulata bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta’ bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub bil-multiplikazzjoni b’ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali tal-Istati Membri li jirriżultaw mir-raba’ ġestita fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-bwar ġestiti kkalkulata bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta’ bejn l-2021 sal-2025 u bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b’ħamsa tal-emissjonijiet u assorbimenti medji annwali tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-bwar ġestiti fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.

3. Meta Stat Membru jagħżel li jinkludi l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 2, dan għandu jinnotifika dik l-għażla lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020 għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025 u sal-31 ta’ Diċembru 2025 għall-perjodu ta’ bejn l-2026 u l-2030.

4. L-Istati Membri li għażlu li jinkludu l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-impenn tagħhom skont l-Artikolu 2 għandhom jagħtu rendikont l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita, ikkalkulata bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta’ bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 sal-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b’ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.

Artikolu 8

Kontabbiltà għall-ġestjoni tal-foresti

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-foresti ġestiti, kkalkulat bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta’ bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b’ħamsa tal-livell ta' referenza għall-foresti. Livell ta' referenza għall-foresti huwa stima tal-emissjonijiet u l-assorbimenti netti annwali medji li jirriżultaw mill-foresti ġestiti fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru tul il-perjodi ta’ bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030.

2.   Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 jiġi negattiv fir-rigward tal-livell ta' referenza għall-foresti, Stat Membru għandu jinkludi l-assorbimenti netti totali fil-kontijiet tal-foresta ġestita ta’ mhux aktar minn ekwivalenti ta’ 3,5 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b’ħamsa.

3.   L-Istati Membri għandhom jiddereminaw il-livell ta' referenza għall-foresti l-ġdid abbażi tal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness IV. Huma għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali inkluż livell ġdidta' referenza għall-foresti, sal-31 ta’ Diċembru 2018 għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025 u sat-30 ta’ Ġunju 2023 għall-perjodu ta’ bejn l-2026 u l-2030.

Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jkun fih l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u jinkludi livell ta' referenza għall-foresti ġdid propost ibbażat fuq il-kontinwazzjoni tal-prattika u l-intensità tal-ġestjoni forestali attwali, kif dokumentat bejn l-1990 u l-2009 għal kull tip ta’ foresta u għal kull klassi ta’ età fil-foresti nazzjonali, espressi f’ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2 fis-sena.

Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jsir pubbliku u għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni pubblika.

4. L-Istati Membri għandhom juru konsistenza bejn il-metodi u d-dejta użata biex jistabbilixxu l-livell ta' referenza għall-foresti fil-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u dawk użati fir-rapportar għall-foresti ġestiti. L-aktar tard li Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni korrezzjoni teknika tal-livell referenzjarju tiegħu, jekk ikollu bżonn li jiżgura l-konsistenza ,huwa fl-aħħar tal-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025 jew bejn l-2026 u l-2030.

5. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u l-korrezzjonijiet tekniċi u tivvaluta l-punt sa fejn il-livelli ta' referenza għall-foresti ġodda proposti jew ikkoreġuti ġew determinati skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 5(1). Il-punt sa fejn dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 5(1), il-Kummissjoni tista’ tikkalkula mill-ġdid il-llivelli ta' referenza għall-foresti ġodda proposti jew ikkoreġuti.

6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness II fid-dawl tar-reviżjoni mwettqa skont il-paragrafu (5) biex taġġorna l-livelli ta' referenza għall-foresti tal-Istati Membri bbażati fuq il-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali jew il-korrezzjonijiet tekniċi ppreżentati, u kwalunkwe kalkolu mill-ġdid li jkun sar fil-kuntest tar-reviżjoni. Sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati, il-livelli ta' referenza għall-foresti ta’ Stat Membru kif speċifikati fl-Anness II għandhom ikomplu japplikaw għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025 u/jew bejn l-2026 u l-2030.

Artikolu 9

Kontabbiltà għall-prodotti tal-injam maħsud

Fil-kontijiet skont l-Artikolu 6(1) u 8(1) relatati mal-prodotti tal-injam maħsud, l-Istati Membri għandhom jirriflettu l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-bidliet fir-raggruppament ta’ prodotti tal-injam maħsud li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin bl-użu tal-funzjoni ta’ diżintegrazzjoni tal-ewwel grad, il-metodoloġiji u skont il-valuri prestabbiliti ta’ nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness V:

(a)    karta;

(b)    panewijiet tal-injam;

(c)    injam issegat.

Artikolu 10

Kontabbiltà għal disturbi naturali

1.   Fl-aħħar tal-perjodi ta’ bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kontijiet tagħhom għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-foresti u l-foresti ġestiti li jirriżultaw minn disturbi naturali li jaqbżu l-emissjonijiet medji kkawżati minn disturbi naturali fil-perjodu ta’ bejn l-2001 u l-2020, esklużi l-anomaliji statistiċi (“livell ta’ bażi”) kif ukoll marġni kkalkulat skont dan l-Artikolu u l-Anness VI.

2. Meta Stat Membru japplika l-paragrafu 1, dan għandu jippreżenta lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-livell ta’ bażi għal kull kategorija ta’ kontabbiltà tal-art determinata fil-paragrafu 1 u dwar id-dejta u l-metodoloġiji użati skont l-Anness VI.

3. Meta Stat Membru japplika l-paragrafu 1, dan għandu jeskludi mill-kontabbiltà sal-2030 l-assorbimenti sussegwenti kollha fuq l-art affettwata minn disturbi naturali.

4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 14 biex tirrevedi l-metodoloġija u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni fl-Anness VI sabiex jiġu riflessi l-bidliet fil-Linji Gwida tal-IPCC.

Artikolu 11

Flessibbiltajiet

1. Meta l-emissjonijiet totali jaqbżu l-assorbimenti fi Stat Membru u dak l-Istat Membru ikun ħassar l-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet annwali skont ir-Regolament [ ] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 din il-kwantità se jittieħed kont tagħha għall-konformità tal-Istat Membru mal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4.

2. Il-punt sa fejn l-assorbimenti jaqbżu l-emissjonijiet fi Stat Membru u wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe kwantità li titqies skont l-Artikolu 7 tar-Regolament [ ] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030, dak l-Istat Membru jista’ jittrasferixxi l-kwantità li jifdallu lil Stat Membru ieħor. Il-kwantità trasferita għandu għandha titqies fil-valutazzjoni tal-konformità tal-Istat Membru riċeventi mal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4.

3. Il-punt sa fejn l-assorbimenti jaqbżu l-emissjonijiet fi Stat Membru fil-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025, u wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe kwantità li titqies skont l-Artikolu 7 tar-Regolament [ ] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 jew trasferiti lil Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 2, dak l-Istat Membru jista’ jġemma’ l-kwantità li jifdallu sal-perjodu ta’ bejn l-2026 u l-2030.

4. Sabiex jiġi evitat għadd doppju, il-kwantità ta’ assorbimenti netti meqjusa skont l-Artikolu 7 tar-Regolament [ ] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għandu jitnaqqas mill-kwantità ta’ Stat Membru disponibbli għat-trasferiment lil Stat Membru ieħor jew għat-tfaddil skont il-paragrafi 2-3.

5. Jekk Stat Membru ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ stabbiliti fl-Artikolu 7(1) da) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, l-Amministraturi Ċentrali maħtur skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jipprojbixxi temporanjament lil dak l-Istat Membru milli jittrasferixxi jew iġemma’ skont il-paragrafi 2-3.

Artikolu 12

Kontroll tal-konformità

1. Fl-2007 u l-2032, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport ta’ konformità bil-bilanċ tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra totali rispettivament għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2025 jew bejn l-2026 u l-2030 fuq kull kategorija ta’ kontabbiltà tal-art speċifikata fl-Artikolu 2, bl-użu tar-regoli tal-kontabbiltà stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2. Il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni komprensiva tar-rapporti tal-konformità għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-Artikolu 4.

3. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-qafas ta’ monitoraġġ u konformità skont dan l-Artikolu, b’konformità mal-programm ta’ ħidma annwali.

Artikolu 13

Reġistru

1. Il-Kummissjoni għandha għandha tirreġistra l-kwantitajiet ta’ emissjonijiet u assorbimenti għal kull kategorija kontabilistika tal-art f’kull Stat Membru u tiżgura kontabbiltà preċiża fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet skont l-Artikolu 11 tar-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013. L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq kontroll awtomatizzat fuq kull tranżazzjoni skont dan ir-Regolament, u fejn meħtieġ, jimblokka t-tranżazzjonijiet biex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda irregolarità. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati biex timplimenta l-paragrafu 1 skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Eżerċizzju ta’ delega

1. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 3, 5, 8 sa 10 u 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 2 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ atti delegati diġà fis-seħħ.

4. Qabel l-adozzjoni ta’ att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont il-paragrafi preċedenti għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 15

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta’ Frar 2024 u sussegwentement kull ħames snin dwar l-operazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-kontribut tagħha għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2030 globali tal-UE u l-kontribut tagħha għall-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, u tista’ tagħmel proposti jekk xieraq.

Artikolu 16

Emendi fir-Regolament Nru 525/2013/UE

Ir-Regolament Nru 525/2013/UE huwa hawn emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 7(1) huwa emendat kif ġej:

(a) jiddaħħal il-punt (da) li ġej:

“(da) Mill-2023, l-emissjonijiet u l-assorbimenti koperti mill-Artikolu 2 tar-Regolament [] [dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030] skont il-metodoloġiji speċifikati fl-Anness IIIa ta’ dan ir-Regolament;

(b)    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Stat Membru jista’ jitlob deroga mill-punt (da) biex japplika metodoloġija differenti minn dik speċifikata fl-Anness IIIa jekk it-titjib tal-metodoloġija meħtieġ ma setax jinkiseb fil-ħin biex jitqies it-titjib fl-inventorji tal-gassijiet serra tal-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2030, jew l-ispiża tat-titjib tal-metodoloġija jkun għoli b’mod sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji tal-applikazzjoni ta’ tali metodoloġija biex tittejjeb il-kontabbiltà għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minħabba l-importanza baxxa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mir-raggruppamenti ta’ karbonju konċernati. L-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw mid-deroga għandhom jippreżentaw talba motivata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020, fejn jindikaw l-iskeda ta’ żmien sa meta it-titjib tal-metodoloġija jista’ jiġi implimentat u/jew il-metodoloġija alternattiva proposta, u valutazzjoni tal-impatti potenzjali fuq l-eżattezza tal-kontabbiltà. Il-Kummissjoni tista’ titlob li tingħata informazzjoni addizzjonali f’perijodu ta’ żmien raġonevoli speċifiku. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li t-talba hija ġustifikata, għandha tagħti d-deroga. Jekk it-talba tiġi miċħuda, il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.”

2.     Fl-Artikolu 13(1)(c), il-punt (ix) jiżdied il-punt li ġej:

"(ix)     mill-2023, informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali implimentati biex jintlaħaqu l-impenji tagħhom skont ir-Regolament [] dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u informazzjoni dwar politiki u miżuri nazzjonali addizzjonali ppjanati u miżuri maħsuba bil-għan li jillimitaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew li jtejbu bjar lil hinn mill-impenji tagħhom skont dak ir-Regolament;”

3. Fl-Artikolu 14(1), jiddaħħal il-punt (bb) li ġej:

"(bb)    mill-2023, projezzjonijiet tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra totali u stimi separati għall-emissjonijiet u assorbimenti ta’ gassijiet serra previsti koperti mir-Regolament [] dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030.”

4. Jiddaħħal l-Anness IIIa li ġej:

Anness IIIa

Metodoloġiji għall-monitoraġġ u r-rapportar imsemmija fl-Artikolu 7(1)(da)

Id-dejta ta’ konverżjoni tal-użu tal-art spazjalment espliċita għall-identifikazzjoni u t-traċċar ta’ kategoriji tal-użu tal-art u konverżjonijiet fost il-kategoriji tal-użu tal-art.

Il-metodoloġija tal-Grad 1 li tuża fattur ta’ emissjoni u valuri ta’ parametri standard skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006.

Għall-emissjonijiet u l-assorbimenti minn raggruppament ta’ karbonju li jifforma mill-inqas 25-30% tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti f’kategorija ta’ sors jew bir li hija prijoritizzata fi ħdan sistema ta’ inventarju nazzjonali ta’ Stat Membru peress li l-istima tiegħu għandha influwenza sinifikanti fuq l-inventarju ta’ gassijiet serra totali ta’ pajjiż f’termini tal-livell assolut ta’ emissjonijiet u assorbimenti, ix-xejra fl-emissjonijiet u l-assorbimenti, jew l-inċertezza fl-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-kategoriji tal-użu tal-art, mill-inqas metodoloġija tal-Grad 2 li tuża fattur ta’ emissjoni u valuri ta’ parametri determinati nazzjonalment kalibrati għaċ-ċirkostanzi nazzjonali skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra.

L-Istati Membri huma mħeġġa japplikaw il-metodoloġija tal-Grad 3 li tuża mmudellar mhux parametriku kalibrat għaċ-ċirkostanzi nazzjonali, li tiddeskrivi l-interazzjoni fiżika tas-sistema bijofiżika, skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006. "

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Għan(ijiet)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibilità mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontributi tal-partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030.

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 12  

Qasam tal-politika: L-Azzjoni Klimatika

Attività ABB: Azzjoni klimatika fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali (Kodiċi ABB 34 02 01)

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida 

Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 13  

Il-proposta/inizjattiva hi relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma’azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Din il-proposta hija parti mil-leġiżlazzjoni li timplimenta l-pakkett għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 li qabel fuqu l-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2014, sabiex tinkiseb il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2030 tal-UE ta’ għall-anqas -40 % meta mqabbel mal-1990 domestikament b’mod kosteffettiv u tikkontribwixxi għal-limitazzjoni tat-tisħin globali.

Il-proposta hija parti mill-għaxar prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni, element importanti tal-Qafas Strateġiku għall-Unjoni tal-Enerġija.

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/iċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati

Jiddeterminaw kif il-LULUCF se jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-għanijiet ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet stabbiliti mill-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2014 għall-Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, għas-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS.

Attività/ajiet konċernata/i ABM/ABB

Azzjoni klimatika

1.4.3.Riżultat(i) u impatti mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-proposta se tiddefinixxi kif il-LULUCF se jikkontribwizzi għal tnaqqis ta’ 30 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra madwar l-UE kollha fis-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS sal-2030 meta mqabbel mal-2005.

Il-proposta tistabbilixxi l-impenji tal-Istati Membri għall-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (“LULUCF”) li jiżguraw li jilħqu l-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2030. Barra minn hekk tiddefinixxi r-regoli għall-kontabbiltà tal-emissjonijiet u l-assorbimenti mil-LULUCF u l-kontrolli tal-konformità tal-Istati Membri ma’ dawn l-impenji.

Huwa rakkomandati kontrolli tal-konformità inqas frekwenti, jiġifieri kull ħames snin minflok kull sena, li jnaqqsu l-piż amministrattiv kemm fuq l-Istati Membri kif ukoll fuq il-Kummissjoni Ewropea. Ma hemm l-ebda obbligu ta’ rapportar dirett jew konsegwenzi amministrattivi oħra għan-negozji, SMEs jew mikrointrapriżi.

Il-proposta hija indirizzata lill-Istati Membri bħala atturi istituzzjonali. Il-politika proposta għandha tiġi implimentata fil-livell nazzjonali u għalhekk l-aktar li taffettwa huma l-amministraturi nazzjonali tagħhom. Skont in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali implimentati mill-Istati Membri, dawn jaffettwaw partijiet interessati varji fis-setturi kkonċerati.

Aktar impatti jiddependu fuq il-politiki u l-miżuri nazzjonali magħżula f’kull pajjiż speċifiku

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Indikatur nru 1: Il-livell ta’ emissjonijiet u assorbimenti netti fis-settur tal-LULUCF f’kull Stat Membru.

Indikatur nru 2: L-użu tal-flessibbiltà mogħtija mil-LULUCF fl-Istati Membri.

Indikatur nru 3: L-istabbiliment tal-livelli ta' referenza għall-foresti tal-Istati Membri għall-perjodi ta’ bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u 2030.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) f’perjodu qasir jew fit-tul

L-Istati Membri għandhom jilħqu l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali tagħhom fl-2030. Biex jikkonformaw mal-proposta, dawn għandhom jimplimentaw politiki u miżuri u dispożizzjonijiet legali u amministrattivi meħtieġa fil-livell nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-miżuri ta’ implimentazzjoni rilevanti għall-perjodu ta’ wara l-2020. Dawn jinkludu d-determinazzjoni tal-livelli ta' referenza għall-foresti għal kull Stat Membru.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

It-tibdil fil-klima huwa problema transkonfinali. Billi l-għan tal-azzjoni proposta ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment, il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-livell Ewropew u, fejn possibbli, fil-livell globali hija meħtieġa u l-azzjoni tal-UE hija ġustifikata għal raġunijiet ta’ sussidjarjetà. L-UE u l-Istati Membri tagħha jipparteċipaw b’mod konġunt fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi. L-azzjoni konġunta tippermetti lill-UE tindirizza kwistjonijiet kemm tal-ekwità kif ukoll tal-effiċjenza, filwaqt li tilħaq objettiv ambjentali ambizzjuż. L-Artikoli 191 sa 193 tat-TFUE jikkonfermaw il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima.

1.5.3.Tagħlim miksub minn esperjenzi simili fil-passat

L-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra fil-LULUCF bħalissa huma koperti mill-obbligi internazzjonali skont il-Protokoll ta’ Kjoto biss, sal-2020. Sa issa, il-Protokoll ta’ Kjoto jqiegħed restrizzjonijiet fuq l-UE u kull wieħed mill-Istati Membri tagħha għandu jiżgura li s-settur tal-LULUCF ma jipproduċix emissjonijiet żejda. Madankollu, il-Protokoll ta’ Kjoto se jiskadi fl-aħħar tal-2020. Konsegwentement, il-governanza għas-settur tal-LULUCF jeħtieġ li tiġi żviluppata aktar fi ħdan l-UE; bħalissa din hija pprovduta mid-Deċiżjoni dwar il-LULUCF (529/2013/UE). L-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni dwar il-LULUCF (529/2013/UE) attwali għaddejja u sal-2020 se tipprovdi sistemi kontabilistiċi mtejba. Mingħajr qafas legali li jikkonsolida din l-implimentazzjoni u li jiddefinixxi r-regoli applikabbli għall-perjodu ta’ wara l-2020, il-mod li bih il-LULUCF ikun inkluż fil-qafas globali jista’ jkun eteroġenu madwar l-UE kollha. Id-differenzi fir-regoli ta’ rapportar u dawk kontabilistiċi minn Stat Membru għall-ieħor jistgħu jaffettwaw il-funzjonament ottimu tas-suq uniku b’mod negattiv.

1.5.4.Sinerġija possibbli u kompatibilità ma’ strumenti oħra xierqa

Il-proposta tkompli l-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tal-isforzi tal-UE attwali għas-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS sal-2030 u hija parti integrali mill-Qafas ta’ politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 kif ukoll l-istrateġija għall-qafas tal-Kummissjoni għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b’politika dwar it-tibdil fil-klima li tħares ’il quddiem. B’mod partikolari, din tikkontribwixxi għall-għoti tar-raba’ dimensjoni tal-Unjoni tal-Enerġija għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija.

L-Istati Membri huma responsabbli għall-politiki u l-miżuri ta’ implimentazzjoni biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom, u ftit minnhom huma mistennija wkoll jgħinu fil-kisba tal-impenji tal-UE għall-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika. Il-gwida, il-faċilitazzjoni u l-ħarsa ġenerali tal-proċess biex dan jiġi stabbilit, b’mod partikolari l-livelli ta' referenza għall-foresti, se jiġu żgurati mill-Kummissjoni.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva b’durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

◻Proposta/inizjattiva b’durata illimitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS,

u wara operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 14  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu fdati lil:

◻ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ korpi tal-liġi pubblika;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk ikun indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok inkludi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-proposta tissostitwixxi d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (id-Deċiżjoni dwar il-LULUCF) attwali bl-obbligi aġġornati ta’ monitoraġġ u rapportar għall-Istati Membri u kompiti ta’ ġestjoni għall-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tkompli tiġi appoġġjata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fil-monitoraġġ tal-progress tal-Istati Membri fl-ilħuq tal-obbligi tagħhom skont din il-proposta.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-monitoraġġ tal-progress u l-valutazzjoni tal-konformità se jiddependu fuq qafas komprensiv eżistenti ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika stabbilit parzjalment fil-proposta, u parzjalment fir-Regolament dwar Mekkaniżmu għall-Monitoraġġ (MMR) u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu. Iċ-ċiklu robust ta’ rapportar u konformità kif definit skont l-ESD se jinżamm skont din il-proposta. L-Istati Membri għandhom obbligu li jikkonformaw mal-limiti annwali tal-emissjonijiet u trajettorja lineari fil-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2030 għalkemm il-kontroll tal-konformità attwali se jkun organizzat kull 5 snin.

Biex jiġi żgurat li l-valutazzjoni tal-konformità tiddependi fuq dejta preċiża, l-inventarji tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) ippreżentati mill-Istati Membri se jibqgħu jiġu riveduti mill-Kummissjoni. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se tkompli tikkoordina l-kontroll tat-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabilità u l-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata.

Ir-rekwiżiti eżistenti se jibqgħu għall-Istati Membri biex kull tieni sena jirrapportaw dwar il-politiki u l-miżuri implimentati sabiex jiksbu l-impenji tagħhom skont din il-proposta kif ukoll dwar il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet tagħhom.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Stati Membri li ma jirrapportawx jew ma jirrapportawx fil-ħin l-emissjonijiet annwali ta’ gassijiet serra tagħhom.

Stati Membri li jimplimentaw approċċi differenti għad-determinazzjoni tal-livelli ta' referenza għall-foresti.

2.2.2.Tagħrif li jikkonċerna l-istabbiliment tas-sistema ta’ kontroll intern

Grazzi għas-sistema ta’ rapportar annwali diġà eżistenti u stabbilita sew għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Istati Membri stabbiliti fir-Regolament dwar Mekkaniżmu għall-Monitoraġġ hemm proċeduri stabbiliti biex jiġi żgurat li r-rapporti tal-emissjonijiet jaslu fil-ħin u li kwalunkwe Stat Membru li ma jissodisfax l-obbligi ta’ rapportar tiegħu jista’ jiġi megħjun.

2.2.3.Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ errur

Ir-riskju ta’ errur mhuwiex applikabbli.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-monitoraġġ tal-progress tal-Istati Membri lejn l-impenji tagħhom skont din il-proposta jiddependi fuq sistema eżistenti u stabbilita sew għall-kontroll tal-kwalità u l-verifika tar-rapporti annwali tagħhom dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Dan jiżgura li kwalunkwe diskrepanza jew irregolarità fir-rigward tad-dejta tal-emissjonijiet irrapportata jiġu indirizzati u kkoreġuti fil-ħin għall-kontroll tal-konformità.

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

Il-linji baġitarji eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribut

 

Diff/Mhux diff 15 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 16

mill-pajjiżi kandidati 17

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

2

34.02.01

Diff.

LE

LE

LE

LE

5

34.01

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba: Mhux applikabbli

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribut

Numru
[…][Intestatura…………………………………]

Diff/Mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[…][XX.SS.SS.SS]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

[Din it-taqsima għandha timtela bl-użu tal-  ispreadsheet dwar id-dejta tal-baġit ta’ natura amministrattiva  (it-tieni dokument fl-Anness għal din id-dikjarazzjoni finanzjarja) u mtella’ fuq is-CISNET għal skopijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.]

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

Tkabbir sostenibbli: Riżorsi Naturali

DĠ: CLIMA

Sena 2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

34.02.01

Impenji

(1)

1,0

0,6

1,6

Pagamenti

(2)

0,6

0,760

0,240

1,6

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 18  

Numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ CLIMA

Impenji

=1+1a +3

1,0

0,6

1,6

Pagamenti

=2+2a

+3

0,6

0,760

0,240

1,6






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

1,0

0,6

1,6

Pagamenti

(5)

0.6

0.760

0.240

1.6

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA <….>
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

1,0

0,6

1,6

Pagamenti

=5+ 6

0,6

0,760

0,240

1,6

F’każ li iżjed minn intestatura waħda tkun affettwata mill-proposta / l-inizjattiva:

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 4

tal-qafas finanzjarju plurieannali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

1,0

0,6

1,6

Pagamenti

=5+ 6

0,6

0,760

0,240

1,6

Il-miżuri proposti se jitwettqu skont il-pakkett finanzjarju għal-LIFE, kif miftiehem skont il-QFP 2014-2020.



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

DĠ: CLIMA

• Riżorsi umani

0,268

0,402

0,402

0,536

1,608

• Nefqa amministrattiva oħra

0,015

0,015

0,015

0,015

0,060

TOTAL DĠ CLIMA

Approprjazzjonijiet

0,283

0,417

0,417

0,551

1,668

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju plurieannali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

0,283

0,417

0,417

0,551

1,668

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Is-sena
2017

Is-sena
2018

Is-sena
2019

Is-sena
2020

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju plurieannali
 

Impenji

1,283

1,017

0,417

0,551

3,268

Pagamenti

0,883

1,177

0,657

0,551

3,268

3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ Euro (sa tliet punti deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Is-sena
2017

Is-sena
2018

Is-sena
2019

Is-sena
2020

TOTAL

OUTPUTS

Tip 19

Spiża medja

Le

Spiża

Le

Spiża

Le

Spiża

Le

Spiża

Le

Spiża

Le

Spiża

Le

Spiża

Nru Totali

Spiża Totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 20

- Output

AA mal-JRC

0,500

1

0,500

1

0,5

- Output

SER

Konsultazzjoni minn esperti fil-foresti

0,500

1

0,500

1

0,5

- Output

SER IT Reġistru tal-UE ta’ modulu ġdid

0,600

1

0,600

1

0,6

-Output

Trasferiment lill-EUROSTAT għal
LUCAS

2,5

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

2

1,0

1

0,600

3

1,6

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

1

0,5

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

SPIŻA TOTALI

2

1,0

1

0,600

3

1,6

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Is-sena
2017

Is-sena
2018

Is-sena
2019

Is-sena
2020

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju plurieannali

Riżorsi umani

0,268

0,402

0,402

0,536

1,608

Nefqiet amministrattivi oħra

0,015

0,015

0,015

0,015

0,060

Subtotal INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju plurieannali

0,283

0,417

0,417

0,551

1,668

Barra mill-INTESTATURA 5 21
tal-qafas finanzjarju plurieannali

Riżorsi umani

Nefqiet oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju plurieannali

TOTAL

0,283

0,417

0,417

0,551

1,668

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun neċessarju, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Is-sena
2017

Is-sena
2018

Is-sena 2019

Is-sena 2020

• Postijiet tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

2

3

3

4

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time: FTE) 22

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“finanzjament globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  23

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

2

3

3

4

34 huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal tad-DĠ li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band’oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

It-tim tal-AD attwali se jkompli jimmaniġġja l-inizjattiva tal-LULUCF. L-AD addizzjonali meħtieġ għall-ġestjoni tal-proġett ta’ żvilupp ta’ modulu ġdid fis-sistema ta’ Reġistru tal-UE ddedikata lil-LULUCF mill-2018 u AD addizzjonali tan-negozjar ieħor b’miżuri forestali u livelli ta' referenza għall-foresti mill-2020.

Persunal estern

3.2.4.Kompatibilità mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tirrikjedi l-programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

Mhux Applikabbli

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega dak li hemm bżonn, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

Mhux Applikabbli

3.2.5.Kontributi tal-partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Is-sena
N

Is-sena
N+1

Is-sena
N+2

Is-sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Linja tad-dħul baġitarju:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

L-impatt tal-proposta/l-inizjattiva 24

Is-sena
N

Is-sena
N+1

Is-sena
N+2

Is-sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għal dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i tan-nefqa baġitarja affettwat/i.

[…]

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[…]

(1) Il-mira fit-tul il-ġdida kienet definita bħala kisba ta’ “bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu”. Il-Ftehim ta’ Pariġi, Artikolu 4(1)
(2) Il-Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, COM/2016/0395 final
(3) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Wara Pariġi: valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u li takkumpanja l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, COM/2016/0110 final
(4) Intended Nationally Determined Contribution of the EU and its Member States, tas-6 ta’ Marzu 2015 http://www4.unfccc.int/submissions/INDC/Published%20Documents/Latvia/1/LV-03-06-EU%20INDC.pdf
(5) L-hekk imsejjaħ settur “li ma jaqax taħt l-ETS” b’aktar minn 55 % tal-emissjonijiet totali tal-UE, pereżempju l-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport, it-tisħin tal-bini, l-emissjonijiet mhux tas-CO2 mill-agrikoltura u l-iskart
(6) Ir-Regolament 525/2013/KE dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE
(7) Meta s-CO2 jiġi assorbit mill-atmosfera, pereżempju meta jikbru s-siġar u l-pjanti, dan jissejjaħ “assorbiment”, b’kuntrast ma’ emissjoni li sseħħ meta l-bijomassa tinħaraq jew tiddiżintegra.
(8) ĠU C , , p. .
(9) ĠU C , , p. .
(10) http://www4.unfccc.int/submissions/indc/Submission%20Pages/submissions.aspx
(11) Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabbiltà dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma’ dawk l-attivitajiet (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 80).
(12) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: baġit ibbażat fuq l-attività.
(13) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(14) Id-dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(15) Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(16) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(17) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(18) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE: bl-użu ta’ pakkett finanzjarju għal-LIFE kif miftiehem skont il-QFP 2014-2020.
(19) Outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu forniti (pereżempju: numru ta’ skambji ta’ studenti finanzjati, numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(20) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/ċi ...”
(21) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(22) AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.
(23) Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji “BA”).
(24) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.

Brussell, 20.7.2016

COM(2016) 479 final

ANNESSI

ta'

Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

{SWD(2016) 246 final}
{SWD(2016) 249 final}


ANNESSI

ta'

Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

Anness I: Il-gassijiet serra u raggruppamenti tal-karbonju

A. Il-gassijiet serra skont l-Artikolu 2:

(a)id-diossidu tal-karbonju (CO2);

(b)il-metan (CH4);

(c)l-ossidu nitruż (N2O)

espressi f’termini ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti għad- CO2 determinat skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013.

B. Raggruppament ta' karbonju skont l-Artikolu 5(4)

(a)il-bijomassa tal-wiċċ;

(b)il-bijomassa ta' taħt l-art;

(c)iż-żibel;

(d)l-injam mejjet;

(e)il-karbonju organiku fil-ħamrija;

(f)għall-art afforestata u għall-art afforestata ġestita il-prodotti tal-injam maħsud.

Anness II: Il-valuri minimi għad-daqs tal-erja, il-kopertura tal-qċaċet tas-siġar u l-għoli tas-siġar u l-livelli ta’ referenza għall-foresti

Il-valuri minimi għad-daqs tal-erja, il-kopertura tal-qċaċet tas-siġar u l-għoli tas-siġar

L-Istat Membru

L-erja (ha)

Il-kopertura tal-qċaċet (%)

L-għoli tas-siġar (m)

Il-Beġju

0,5

20

5

Il-Bulgarija

0,1

10

5

Il-Kroazja

0,1

10

2

Ir-Repubblika Ċeka

0,05

30

2

Id-Danimarka

0,5

10

5

Il-Ġermanja

0,1

10

5

L-Estonja

0,5

30

2

L-Irlanda

0,1

20

5

Il-Greċja

0,3

25

2

Spanja

1,0

20

3

Franza

0,5

10

5

L-Italja

0,5

10

5

Ċipru

 

 

 

Il-Latvja

0,1

20

5

Il-Litwanja

0,1

30

5

Il-Lussemburgu

0,5

10

5

L-Ungerija

0,5

30

5

Malta

 

 

 

In-Netherlands

0,5

20

5

L-Awstrija

0,05

30

2

Il-Polonja

0,1

10

2

Il-Portugall

1,0

10

5

Ir-Rumanija

0,25

10

5

Is-Slovenja

0,25

30

2

Is-Slovakkja

0,3

20

5

Il-Finlandja

0,5

10

5

L-Iżvezja

0,5

10

5

Ir-Renju Unit

0,1

20

2



Il-livelli ta’ referenza għall-foresti ta' Stat Membru, inkluż il-prodotti tal-injam maħsud

L-Istat Membru

L-ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju (CO2) mill-gassijiet serra (Gg) fis-sena

Il-Beġju

–2 499

Il-Bulgarija

-7 950

Il-Kroazja

-6 289

Ir-Repubblika Ċeka

-4 686

Id-Danimarka

409

Il-Ġermanja

-22 418

L-Estonja

–2 741

L-Irlanda

-142

Il-Greċja

-1 830

Spanja

-23 100

Franza

-67 410

L-Italja

-22 166

Ċipru

-157

Il-Latvja

-16 302

Il-Litwanja

-4 552

Il-Lussemburgu

-418

L-Ungerija

-1 000

Malta

-49

In-Netherlands

-1 425

L-Awstrija

-6 516

Il-Polonja

-27 133

Il-Portugall

-6 830

Ir-Rumanija

-15 793

Is-Slovenja

-3 171

Is-Slovakkja

-1 084

Il-Finlandja

-20 466

L-Iżvezja

-41 336

Ir-Renju Unit

-8 268



Anness III Is-snin bażi għall-finijiet ta' kalkolu

tal-limitu massimu skont Artikolu 8(2).

L-Istat Membru

Is-Sena Bażi

Il-Beġju

1990

Il-Bulgarija

1988

Il-Kroazja

1990

Ir-Repubblika Ċeka

1990

Id-Danimarka

1990

Il-Ġermanja

1990

L-Estonja

1990

L-Irlanda

1990

Il-Greċja

1990

Spanja

1990

Franza

1990

L-Italja

1990

Ċipru

 

Il-Latvja

1990

Il-Litwanja

1990

Il-Lussemburgu

1990

L-Ungerija

1985-87

Malta

 

In-Netherlands

1990

L-Awstrija

1990

Il-Polonja

1988

Il-Portugall

1990

Ir-Rumanija

1989

Is-Slovenja

1986

Is-Slovakkja

1990

Il-Finlandja

1990

L-Iżvezja

1990

Ir-Renju Unit

1990

Anness IV: Il-pjan nazzjonali tal-kontabbiltà tal-forestrija li fih il-livell ta' referenza aġġornat għall-foresti ta' Stat Membru

A. Il-kriterji għad-determinazzjoni tal-livelli ta' referenza għall-foresti

Il-livelli ta’ referenza għall-foresti ta' Stat Membru għandhom jiġu determinati skont il-kriterji li ġejjin:

(a)Il-livelli ta’ referenza għandhom ikunu konsistenti mal-mira li jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar tal-gassijiet serra fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu;

(b)Il-livelli ta’ referenza għandhom jiżguraw li s-sempliċi preżenza ta’ ħażniet tal-karbonju hija eskluża mill-kontabbiltà;

(c)Il-livelli ta’ referenza għandhom jiżguraw sistema robusta u kredibbli tal-kontabbiltà, biex jiggarantixxu li l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-użu tal-bijomassa ssirilhom il-kontabbiltà kif suppost;

(d)Il-livelli ta’ referenza għandhom jinkludu r-raggruppament tal-karbonju tal-prodotti tal-injam maħsud filwaqt li jipprovdu tqabbil bejn l-ossidazzjoni istantanja assunta u l-applikazzjoni tal-funzjoni ta’ diżintegrazzjoni tal-ewwel grad u l-valuri ta’ nofs il-ħajja;

(e)Il-livelli ta’ referenza għandhom iqisu l-objettiv li jsir kontribut għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, kif stabbilit fl-Istrateġija tal-UE għall-Foresti, il-politiki dwar il-foresti nazzjonali tal-Istati Membri, u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità;

(f)Il-livelli ta’ referenza għandhom ikunu konsistenti mal-projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar kif irrappurtati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013;

(g)Il-livelli ta’ referenza għandhom ikunu konsistenti mal-inventarji tal-gassijiet serra u mad-dejta storika rilevanti u għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni trasparenti, kompluta, konsistenti, komparabbli u preċiża. B’mod partikulari, il-mudell użat biex jitfassal il-livell ta’ referenza għandu jkun kapaċi jirripproduċi dejta storika mill-inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra.

B. Elementi tal-pjan nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija

Il-pjan nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija mressaq skont l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a)Deskrizzjoni ġenerali tat-tfassil tal-livell ta’ referenza u deskrizzjoni dwar kif dawn il-kriterji tqiesu f’dan ir-Regolament;

(b)L-identifikazzjoni tar-raggruppamenti tal-karbonju u l-gassijiet serra li ġew inklużi fil-livell ta’ referenza, ir-raġunijiet għala raggruppament tal-karbonju tħalla barra mit-tfassil tal-livell ta’ referenza u turija tal-konsistenza bejn il-raggruppament inklużi fil-livell ta’ referenza;

(c)Deskrizzjoni ta’ approċċi, metodi u mudelli, inkluża informazzjoni kwantitattiva, użati fit-tfassil tal-livell ta’ referenza, konsistenti mal-aktar rapport tal-inventarju nazzjonali reċenti u l-informazzjoni dokumentarja dwar il-prattika ta’ ġestjoni u l-intensità tal-foresti;

(d)Deskrizzjoni ta’ kif il-partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati u kif tqiesu l-opinjonijiet tagħhom;

(e)Informazzjoni dwar kif ir-rati tal-ħsad huma mistennija jiżviluppaw taħt xenarji ta’ politika differenti;

(f)Deskrizzjoni ta’ kif kull wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin tqiesu fit-tfassil tal-livell ta’ referenza:

(1)Iż-żona soġġetta għal ġestjoni tal-foresti;

(2)L-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti u mill-prodotti tal-injam maħsud kif jidher fl-inventarji tal-gassijiet serra u fid-dejta storika rilevanti,

(3)Karatteristiċi tal-foresti, inkluża struttura tal-klassi tal-età, żidiet, it-tul ta' rotazzjoni u informazzjoni oħra dwar attivitajiet ta’ ġestjoni tal-foresti taħt “xenarju ta' żamma tal-istatus quo”;

(4)Ir-rati storiċi u futuri tal-ħsad diżaggregati bejn l-enerġija u l-użi mhux tal-enerġija.

Anness V: Funzjoni ta’ diżintegrazzjoni tal-ewwel grad u valuri standard ta' nofs il-ħajja għall-prodotti tal-injam maħsud

Kwestjonijiet metodoloġiċi

Jekk ma jkunx possibbli li ssir distinzjoni bejn il-prodotti tal-injam maħsud fuq l-art afforestata u fuq l-art afforestata ġestita, Stat Membru jista’ jagħżel li jgħodd il-prodotti tal-injam maħsud bil-preżunzjoni li l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha seħħew fuq art afforestata ġestita.

Il-prodotti tal-injam maħsud fil-miżbliet ta' skart solidu u l-prodotti tal-injam maħsud għall-finijiet tal-enerġija għandhom jingħaddu abbażi ta' ossidazzjoni istantanja.

Il-prodotti importati tal-injam maħsud, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, ma għandhomx jingħaddu mill-Istat Membru li jkun qed jimportahom ("l-approċċ ta' produzzjoni").

Għal prodotti tal-injam maħsud esportati, id-dejta speċifika għall-pajjiż tirreferi għall-valuri ta' nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż u l-użu ta' prodotti tal-injam maħsud fil-pajjiż li qed jimportahom.

Il-valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż għal prodotti tal-injam maħsud imqiegħda fis-suq tal-Unjoni ma għandhomx jiddevjaw minn dawk użati mill-Istat Membru importatur.

Fħall-finijiet ta' informazzjoni biss, fis-sottomissjoni tagħhom l-Istati Membri jistgħu jipprovdu dejta dwar is-sehem tal-injam għall-finijiet ta' enerġija li kien importat minn barra l-Unjoni, u l-pajjiżi ta' oriġini ta' tali injam.

L-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġiji u valuri ta' nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż minflok il-metodoloġiji u l-valuri standard ta' nofs il-ħajja speċifikati f'dan l-Anness, sakemm dawk il-metodoloġiji u l-valuri jiġu ddeterminati abbażi ta' dejta trasparenti u verifikabbli u li l-metodi użati jkunu tal-anqas dettaljati u preċiżi daqs dawk speċifikati fl-Anness III.  

Funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad li tibda b'i = 1900 u tkompli sas-sena attwali:

(a)

 

b'.0

(b)

fejn:

= sena

= il-ħażna tal-karbonju tar-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud fil-bidu tas-sena i, fi

= il-valur kostanti tad-diżintegrazzjoni tal-ewwel grad mogħti f'unitajiet ta' sena-1 ( , fejn hija nofs il-ħajja tar-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud, mogħti fi snin.)

= l-influss fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud matul is-sena , Gg C sena-1

= it-tibdil fil-ħażna tal-karbonju tar-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud matul is-sena , Gg sena-1.

Valuri standard ta' nofs il-ħajja:

Valur ta' nofs il-ħajja tfisser l-għadd ta' snin li jridu jgħaddu biex il-kwantità ta' karbonju maħżun f'kategorija waħda tal-prodotti tal-injam maħsud tonqos għal nofs il-valur inizjali tiegħu; Valuri standard ta' nofs il-ħajja (HL):

L-Istati Membri jistgħu jissupplimentaw dawk il-kategoriji b'informazzjoni dwar il-qxur tas-siġar, dment li d-dejta disponibbli tkun trasparenti u verifikabbli. L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll subkategoriji speċifiċi għall-pajjiż ta' kwalunkwe kategorija minn dawn.

Anness VI: Kalkolu tal-livelli ta' bażi għal disturbi naturali

1. Għall-kalkolu tal-livell ta' bażi għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

(a)il-livelli storiċi ta’ emissjonijiet ikkawżati minn disturbi naturali;

(b)it-tip(i) ta' disturbi naturali inklużi fl-istima;

(c)l-istimi tat-total ta' emissjonijiet annwali għal dawk it-tipi ta' disturbi naturali għall-perjodu 2001-2020, elenkati skont il-kategoriji tal-kontabbilta tal-art;

(d)dimostrazjozni tal-konsistenza fis-serje temporali fil-paramentri rilevanti kollha, inklużi ż-żona minima, il-metodoloġiji għall-istima tal-emissjonijiet, il-koperturi ta' raggruppamenti u gassijiet.

2. Il-livell ta' bażi jiġi kkalkulat bħala l-medja tas-serje temporali 2001-2020, eskluż is-snin kollha fejn jiġu reġistrati livelli anormali ta’ emissjonijiet, jiġifieri esklużi l-livelli statistiċi kollha barra l-limitu. L-identifikazzjoni tal-livelli statistiċi barra l-limitu għandha ssir kif ġej:

(a)ikkalkula l-valur aritmetiku medju u d-devjazzjoni standard tas-serje temporali kollha 2001-2020;

(b)eskludi mis-serje temporali s-snin kollha fejn l-emissjonijiet annwali jkunu barra mid-doppju tad-devjazzjoni standard madwar il-medja;

(c)ikkalkula mill-ġdid il-valur aritmetiku medju u d-devjazzjoni standard tas-serje temporali 2001-2020 u naqqas is-snin esklużi f'(b);

(d)irrepeti (b) u (c) sakemm ma jiġi identifikat ebda livell barra l-limitu.

3. Wara li jiġi kkalkolat il-livell ta' bażi skont il-punt 2 ta’ dan l-Anness, jekk l-emissjonijiet f’sena partikolari fil-perjodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030 jaqbżu l-livell ta' bażi kif ukoll il-marġini, l-ammont ta’ emissjonijiet li jaqbżu l-livell ta' bażi jista' jiġi eskluż skont l-Artikolu 10. Il-marġni għandu jkun ugwali għal livell ta' probabilità ta’ 95%.

4.   L-emissjonijiet li ġejjin ma jistgħux jiġu esklużi:

(a)l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' ħsad u qtugħ ta' salvataġġ li twettqu fuq dawk l-artijiet wara l-okkorrenza tad-disturbi naturali;

(b)l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ħruq preskritt li jkun seħħ fuq dawk l-artijiet f’dik is-sena partikolari tal-perjodu mill-2021 sal-2025 jew mill-2026 sal-2030;

(c)l-emissjonijiet fuq artijiet li kienu soġġetti għal deforestazzjoni wara l-okkorrenza ta' disturbi naturali.

5.  Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 10(2) jinkludu dan li ġej:

(a)l-identifikazzjoni taż-żoni tal-artijiet kollha affettwati minn disturbi naturali f'dik is-sena partikolari, inklużi ż-żona ġeografika tagħhom, is-sena u t-tipi ta' disturbi naturali;

(b)evidenza li ma tkun seħħet ebda deforestazzjoni matul il-bqija tal-perjodu mill-2021 sal-2025 jew mill-2026 sal-2030 fuq artijiet li kienu affettwati minn disturbi naturali u li fir-rigward tagħhom l-emissjonijiet ġew esklużi mill-kontijiet;

(c)deskrizzjoni ta’ metodi u kriterji verifikabbli li għandhom jintużaw biex tiġi identifikata d-deforestazzjoni fuq dawk l-artijiet fis-snin ta' wara tal-perjodu mill-2021 sal-2025 jew mill-2026 sal-2030;

(d)fejn hu fattibbli, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru ħa biex jippreveni jew jillimita l-impatt ta' dawk id-disturbi naturali;

(e)fejn hu fattibbli, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru ħa biex jirrijabilita l-artijiet affettwati minn dawk id-disturbi naturali.