Brussell, 25.5.2016

COM(2016) 283 final

2016/0148(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2016) 164 final}
{SWD(2016) 165 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-Artikolu 21a tar-Regolament 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur, iktar ’il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament CPC”) 1 jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effiċjenza u l-mekkaniżmi operattivi ta’ dan ir-Regolament, u teżamina sew l-possibbiltà li jiġu inklużi liġijiet addizzjonali li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi fl-Anness tar-Regolament Wara din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tressaq, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva biex tbiddel ir-Regolament.

Fl-2012, il-Kummissjoni lestiet evalwazzjoni esterna 2 tal-funzjonament tar-Regolament CPC. Din kienet segwita b’konsultazzjoni pubblika 3 (2013-2014), is-Samit dwar il-Konsumatur fl-2013 4 , żewġ rapporti bijennali fl-2009 5 u fl-2012 6 u r-Rapport tal-Kummissjoni tal-2014 fuq il-funzjonament tar-Regolament CPC 7 . Il-valutazzjoni tal-impatt li tlestiet fl-2015 saret biex tevalwa l-bżonn ta’ proposta leġiżlattiva. Il-Kummissjoni akkwistat ukoll studji legali u ekonomiċi 8 biex tappoġġa l-evalwazzjoni tar-Regolament CPC. Il-konlużjoni ta’ din ir-reviżjoni, li kienet inizjalment mistennija fit-tmiem tal-2014, kienet posposta biex jitqiesu wkoll il-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni attwali.

L-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali 9 adottata mill-Kummissjoni fis-6 ta’ Mejju 2015 ħabbret li l-Kummissjoni għandha tissottometti proposta għar-reviżjoni tar-Regolament CPC, sabiex tiżviluppa mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni iżjed effiċjenti fost l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-konsumatur. L-Istrateġija għal Suq Uniku 10 adottata mill-Kummisjoni fit-28 ta’ Ottobru 2015 tenniet li l-Kummissjoni għandha ttejjeb l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur mill-awtoritajiet nazzjonali, permezz tar-riforma tar-Regolament CPC.

Ir-Rapport tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 21a tar-Regolament CPC, waqt li jqis ir-rapport fuq il-valutazzjoni tal-impatt tal-2015, jippreżenta r-riżultati miksuba fil-valutazzjoni tal-effiċjenza u l-mekkaniżmi operattivi tar-Regolament CPC. Dan jikkonkludi li jeħtieġ li r-Regolament attwali jiġi ssostitwit biex jirrispondi għall-isfidi tal-ekonomija diġitali u l-iżvilupp ta’ kummerċ bl-imnut transfruntier fl-UE. Ir-Rapport tal-Kummissjoni huwa adottat flimkien mal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li se jbiddel ir-Regolament CPC attwali.

Il-proposta għal Regolament modernizzat hija parti mill-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2016, 11 u bbażata fuq l-esperjenza tal-kooperazzjoni fl-infurzar tan-netwerk tas-CPC mill-2007. Dan il-memorandum ta’ spjegazzjoni jistipula r-raġunijiet għala qed issir il-proposta, jiffoka fuq l-elementi prinċipali tagħha, u partikolarment l-istrumenti ta’ kooperazzjoni ġodda li huma proposti.

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1.Il-kuntest tal-politika: il-bżonn ta’ mekkaniżmu formali għal kooperazzjoni fl-infurzar transfruntier

Ir-Regolament CPC jarmonizza l-qafas tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali fl-UE 12  b’tali mod li l-azzjoni ta’ infurzar tagħhom tista’ tkopri d-dimensjoni sħiħa tas-Suq Uniku 13 . Il-mira ewlenija tar-Regolament CPC hija li tiżgura ċertezza legali fis-Suq Uniku permezz tal-infurzar koerenti tal-acquis ewlieni tal-Unjoni dwar il-konsumatur kif elenkat fl-Anness tiegħu 14 . L-arranġamenti nazzjonali li hawn bħalissa mhumiex biżżejjed għall-infurzar tal-liġijiet tal-Unjoni dwar il-konsumatur f’kuntest transfruntier. Il-kooperazzjoni effettiva tal-infurzar transfruntier madwar l-Unjoni fost l-awtorijatiet pubbliċi hi għaldaqstant kruċjali sabiex tipprevjeni l-kummerċjanti li ma jikkonformawx milli jisfruttaw id-diskrepanzi territorjali jew limitazzjonijiet oħra fil-kapaċità tal-infurzar ta’ kull Stat Membru.

Attwalment, dan isir permezz ta’ mekkaniżmu ta’ twissijiet u mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka 15 , ikkumplimentati minn ġabra ta’ poteri minimi 16 li l-awtoritajiet nazzjonali jeħtieġu għal kooperazzjoni effiċjenti u legali bejn il-fruntieri. Hemm ukoll mekkaniżmu li jindirizza prattiċi ħżiena li jikkonċernaw iżjed minn żewġ pajjiżi 17 , li bih l-Istati Membri, bl-għajnuna tal-Kummissjoni, jindirizzaw flimkien il-kwistjonijiet ta’ interess komuni.

1.2.L-evalwazzjoni tat-tħaddim tar-Regolament CPC.

Fl-2012, il-Kummissjoni qabbdet kuntrattur biex iwettaq evalwazzjoni tar-Regolament CPC 18 , li kkonkludiet li r-Regolament CPC kien ta’ benefiċċju għall-awtoritajiet kompetenti, għall-konsumaturi u għall-kummerċjanti, u kkonfermat l-adegwatezza u r-rilevanza tal-għanijiet tiegħu 19 . Hi indikat madanakollu li dawn l-għanijiet ma ntlaħqux għal kollox u li l-potenzjal kollu tar-Regolament ma ġiex sfruttat 20 . Is-sejbiet ewlenin jikkonċernaw 21 :

Il-kamp t'applikazzjoni tar-Regolament: ir-rapport tal-evalwazzjoni ssuġġerixxa li jiġi eżaminat il-bżonn għal aġġornament tal-Anness tar-Regolament CPC biex jiżgura l-konsistenza bejn il-leġiżlazzjoni settorjali u orizzontali li bħalissa hemm elenkati fl-Anness, partikolarment, fis-setturi tat-trasport u tas-servizzi finanzjarji 22 .

Ir-restrizzjonijiet li jirriżultaw mid-differenzi fil-liġijiet proċedurali nazzjonali u mis-setgħat tal-infurzar: ir-rapport tal-evalwazzjoni ssuġġerixxa li jiġu eżaminati l-għażliet biex jinkludu l-istandards proċedurali minimi fir-Regolament CPC u biex jespandu is-setgħat investigattivi u tal-infurzar tal-awtoritajiet tas-CPC 23 sabiex jingħelbu id-diffikultajiet fir-rigward tal-effiċjenza tal-kooperazzjoni 24 .

Il-funzjonament tan-Netwerk tas-CPC u l-azzjonijiet komuni, u l-irwol tal-Kummissjoni u atturi oħra: Ir-rapport tal-evalwazzjoni indika li meta jkun hemm firxa ta’ każijiet ta’ ksur li jseħħu fl-istess ħin f’diversi Membri Stati, dawn ma jkunux jistgħu jiġu indirizzati bis-sħiħ taħt ir-Regolament CPC attwali 25 . Ir-rapport indika l-bżonn li tingħata aktar gwida lin-Netwerk tas-CPC fuq kif l-azzjonijet tal-infurzar 26 komuni għandhom jiġu użati u kkoordinati, li jinkludi kjarifika dwar l-irwol tal-Kummissjoni 27 f’dawn l-azzjonijiet.

1.3.Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Ir-Regolament CPC saħħaħ l-infurzar tal-liġijiet tal-konsumatur madwar l-UE 28 . Madankollu, livell għoli ta’ nuqqas ta’ konformità mal-liġijiet ewlenin tal-Unjoni dwar il-konsumatur għadu jippersisti fis-swieq ewlenin tal-konsumaturi. Il-qafas preżenti ma jipprovdix infurzar qawwi u ugwali ta’ dawn il-liġijiet madwar l-Unjoni, ħaġa li hija meħtieġa sabiex jiġi sostnut Suq Uniku għall-Kontenut Diġitali dinamiku.

Livell għoli ta’ nuqqas ta’ konformità mal-liġijiet ewlenin tal-Unjoni dwar il-konsumatur

Ir-rata attwali tan-negozju mhux konformi mal-acquis tal-Unjoni dwar il-konsumatur juri li l-infurzar mhuwiex daqshekk tajjeb. L-iskrinjar koordinat tal-websajts tal-kummerċ elettroniku (‘sweeps”) mwettqa mill-awtoritajiet tas-CPC mill-2007 juru li fis-swieq iċċekkjati hemm rati ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-konsumatur bażiċi (bejn it-32% u d-69%) 29 . Dawn ir-riżultati huma korroborati mid-dejta miċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur: żewġ terzi tas-37,000 ilment individwali li waslu fl-2014 kienu dwar ix-xiri transfruntier li sar onlajn 30 . Barra minn hekk, stima konservattiva bbażata fuq kampjun rappreżentattiv ta’ ħames setturi onlajn (ħwejjeġ, oġġetti elettroniċi, tar-rikreazzjoni, kreditu tal-konsumatur u pakketti tal-ivvjaġġar ) juru li xi 37% tal-kummerċ elettroniku tal-UE ma rrispettax il-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur fl-2014. Din toħloq detriment li huwa stmat li jiswa madwar EUR 770 miljun kull sena għal konsumaturi li jixtru minn pajjiżi oħrajn minn fuq l-internet fis-setturi mistħarrġa biss 31 .

Għaldaqstant, hija meħtieġa proposta leġiżlattiva li tindirizza n-nuqqasijiet identifikati tar-Regolament CPC. L-għan ġenerali ta’ din il-proposta huwa l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi tas-CPC li huma moderni, effiċjenti u effettivi, li jnaqqsu d-detriment għall-konsumatur ikkawżat minn każijiet transfruntiera u mifruxa ta’ ksur tal-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur. Dan partikolarment jinkludi t-tnaqqis ta’ sitwazzjonijiet fejn każijiet transfruntiera importanti u mifruxa ta’ ksur ma jiġux skoperti jew indirizzati biżżejjed permezz tal-qafas tas-CPC, u jiżgura li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur jilħqu riżultati simili rigward l-istess prattiċi ħżiena.

1.4.Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet tal-politika eżistenti fil-qasam tal-politika

Il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mmodernizzat ir-Regolament CPC attwali billi jiġi approfondit il-livell ta’ armonizzazzjoni, sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet msemmija hawn fuq, u tingħata spinta lill-infurzar transfruntier tal-liġijiet tal-Unjoni dwar il-konsumatur fis-Suq Uniku.

Din il-proposta tiżviluppa l-prinċipji tar-Regolament CPC eżistenti fl-oqsma li għandhom bżonn jissaħħu minħabba li l-kamp ta' applikazzjoni u d-daqs tal-każijiet ta’ ksur fis-Suq Uniku qegħdin jiżdiedu, b’mod partikolari fuq l-internet. Wieħed minn dawn l-oqsma huwa dak tal-kooperazzjoni biex jiġu indirizzati każijiet ta’ ksur mifruxa. Fost strumenti oħra, qed tiġi proposta proċedura komuni fil-livell tal-Unjoni biex tindirizza każijiet ta’ ksur importanti li huma ta’ ħsara u li qed joħolqu tħassib f’ta’ mill-inqas 3/4 tal-Istati Membri, li flimkien jammontaw għal 3/4 tal-popolazzjoni tal-UE. Qed jiġi propost li l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tniedi l-proċedura komuni u li jkollha rwol ta’ koordinazzjoni obbligatorju f’din il-proċedura. Ikun ukoll obbligatorju li l-Istati Membri kkonċernati jipparteċipaw f’din l-azzjoni komuni.

L-għodda proposti huma pass sinifikanti ’il quddiem fil-kooperazzjoni fl-infurzar f’dak li jirrigarda rispons effettiv, effiċjenti u proporzjonat lejn il-każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni u bi ħsara sinifikanti għall-konsumaturi u għas-Suq Uniku.

Peress li l-bidliet proposti huma diversi, il-Kummissjoni tipproponi, f’konformità mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar, li r-Regolament CPC attwali jiġi ssostitwit b’Regolament ġdid li jikkonsolida dawn l-emendi.

1.5.Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Din il-proposta hija wkoll għal kollox konsistenti u kumpatibbli mal-politiki tal-Unjoni attwali, inkluż fis-settur tat-transport, fejn il-leġiżlazzjoni speċifika dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tipprovdi għal regoli dwar kumpens għall-konsumatur 32 . Din tissupplimenta l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni (skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet) disponibbli fl-istrumenti settorjali koperti bir-Regolament CPC.

Din il-proposta ma tidduplikax ir-regoli settorjali eżistenti f’din il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Ir-regoli eżistenti se jkunu applikati għall-kumpens tal-konsumatur fis-setturi kkonċernati wkoll fil-kuntest tas-CPC, partikolarment biex tikkalkula l-ammont li għandu jiġi kkumpensat (eż, fit-transport tal-passiġġieri bl-arju). Din il-proposta tissupplimenta dawn ir-regoli billi tipprovdi s-setgħat u l-proċeduri ta’ kooperazzjoni biex tindirizza każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u mifruxa f'pajjiżi oħra.

Dan ir-Regolament huwa konsistenti mal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni transfruntier taħt id-Direttiva dwar Kontijiet tal-Pagamenti u d-Direttiva dwar Kreditu Ipotekarju, li d-dispożizzjonijiet tagħhom huma koperti bir-Regolamenti CPC. Fid-dawl tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni eżistenti taħt dawn id-direttivi, il-Kapitolu III (mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka) mhux se japplika għall-ksur ta’ dawn id-direttivi fi ħdan l-Unjoni. Il-Kapitolu IV ser japplika bis-sħiħ għall-ksur mifrux ta’ dawn id-direttivi. Biex tiġi żgurata l-koerenza tal-azzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tkun informata dwar l-azzjonijiet koordinati u komuni taħt it-taqsimiet I u II tal-Kapitolu IV tar-Regolament safejn dawn jikkonċernaw ksur ta’ dawn iż-żewġ direttivi (l-irwol tal-osservatur).

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

2.1.Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta, bħal ma huwa l-każ tar-Regolament CPC preżenti, huwa l-Artikolu 114 tat-TFUE. Din il-proposta għandha l-għan li tneħħi d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u teqred l-ostakli fis-Suq Intern (l-Artikolu 26 tat-TFUE), u tfittex li tippreżerva u żżid l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta’ infurzar transfruntier għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-konsumatur.

2.2.Sussidjarjetà

Il-protezzjoni tal-konsumatur tappartjeni għall-kompetenzi kondiviżi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. Skont l-Artikolu 169 tat-TFUE, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi, inter alia, lejn il-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll tippromwovi d-dritt tagħhom għall-informazzjoni u l-edukazzjoni sabiex tissalvagwardja l-interessi tagħhom. It-tekonoloġiji diġitali huma bla fruntieri, u dawn joħolqu sfidi għall-infurzar tad-drittijiet tal-Unjoni dwar il-konsumatur mill-awtoritajiet pubbliċi, fejn l-azzjonijiet tagħhom huma mrażżna mill-fruntieri tal-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali tagħhom. Imma fl-istess ħin, il-kummerċjanti online jimplimentaw il-mudelli tan-negozju tagħhom kemm madwar l-Unjoni kif ukoll globalment, mingħajr ebda fruntiera.

B’hekk, sabiex jiġi żgurat l-infurzar konsistenti tal-liġijiet tal-konsumatur madwar l-Unjoni u sabiex jiġu indirizzati b'effiċjenza każijiet ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur mifruxa bejn bosta Stati Membri, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet armonizzati għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-infurzar pubbliċi. Fin-nuqqas ta’ qafas tal-Unjoni għal kooperazzjoni, l-Istati Membri se jkollhom bżonn jiddependu jew fuq in-numru kbir ta’ ftehimiet bilaterali jew fuq skambji ġudizzjarji u konsulari twal u ineffiċjenti ta’ evidenza u dokumenti. Barra minn hekk, deċiżjonijiet kontra kummerċjant li jinsab fi Stat Membru ieħor mhux dejjem ikunu infurzabbli. B’hekk l-infurzar f’każijiet transfruntiera jieħu żmien twil u spiss ikun ineffiċjenti, barra li jikkawża dewmien kbir u distakki fl-infurzar. Barra minn hekk, tali sistema tista’ tinkoraġġixxi r-rilokazzjoni tal-kummerċjanti ġewwa l-Unjoni, sabiex jevitaw il-konformità mad-deċiżjonijiet tal-infurzar meħuda minn Stat Membru partikolari. Dan imbagħad joħloq distorsjoni fil-kundizzjonijiet ugwali u għall-kompetizzjoni fis-Suq Uniku, u jnaqqas il-fiduċja tal-konsumatur fit-transazzjonijiet transfruntiera.

Il-miżuri kollha f’din il-proposta jikkonċernaw sitwazzjonijiet transfruntiera jew każijiet ta’ ksur mifruxa li qegħdin iseħħu f’diversi Stati Membri. L-aspetti transkonfinali tal-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti bl-azzjonijiet individwali tal-Istati Membri. L-Istati Membri ma jistgħux jiżguraw kooperazzjoni u koordinazzjoni effiċjenti tal-attivitajiet tal-infurzar tagħhom. B’mod speċjali fi kwistjonijiet li jikkonċernaw diversi Stati Membri jew l-Unjoni sħiħa, jeħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza tar-riżultati tal-infurzar peress li dawn il-miżuri huma bbażati fuq il-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur, li fil-biċċa l-kbira tinkludi dispożizzjonijiet ta’ armonizzazzjoni massima. Għalhekk, partikolarment għal dawk il-kwistjonijiet li għandhom impatt madwar l-Unjoni (każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni fejn ta’ mill-inqas 21 Stat Membru jkun affettwat mill-ksur), il-Kummissjoni tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tieħu l-irwol ta’ koordinazjoni, minħabba l-iskala u l-ambitu tal-problema, il-bżonn biex tikkoordina ħafna awtoritajiet u biex tiżgura eżitu konsistenti għall-konsumaturi u l-kummerċjanti. F’dan ir-rigward, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni għandha tipproduċi benefiċċji ċari (meta mqabbla mal-azzjonijiet individwali tal-Istati Membri) f’termini ta’ effettività u effiċjenza mtejba għall-atturi kollha kkonċernati.

Fl-istess ħin, għall-każijiet ta’ ksur mifruxa li ma jilħqux il-limitu minimu għad-dimensjoni tal-Unjoni, il-proposta, b’mod konformi ma’ konsiderazzjonijiet ta’ sussidjarjetà, tipprevedi li tali azzjonijiet koordinati għandhom ikunu kkoordinati primarjament mill-Istati Membri. L-involviment tal-Kummissjoni bħala koordinatriċi f’tali azzjonijiet għandu jkun b’għażla, fejn xieraq, minħabba l-iskala u l-ambitu ta’ tali każijiet ta’ ksur.

Barra minn hekk, b’mod simili għar-Regolament CPC attwali, il-proposta tkopri l-każijiet ta’ ksur mifruxa fi ħdan l-Unjoni u, bħala element ġdid, il-każijiet ta’ ksur mifruxa li għandhom karatteristiċi komuni u jseħħu f’diversi Stati Membri jew fl-Istati Membri kollha. Din ma tkoprix każijiet ta’ ksur domestiċi li jseħħu fi Stat Membru wieħed biss.

L-armonizzazzjoni tas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti li tirriżulta minn dan ir-Regolament hija limitata għal każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni jew mifruxa, li għalihom is-setgħat disponibbli għall-awtoritajiet pubbliċi fil-liġi nazzjonali fil-biċċa l-kbira ma jistgħux jintużaw minħabba li l-użu tagħhom huwa limitat għal kwistjonijiet domestiċi biss. Is-setgħat minimi proposti għal kooperazzjoni fil-kuntest transkonfinali ma jistgħux jiddaħħlu minn kull Stat Membru b’mod individwali, minħabba li l-fruntieri ġurisdizzjonali ma jippermettux l-użu tagħhom bejn il-fruntieri nazzjonali, għal każijiet li jaffettwaw lil konsumaturi fi Stati Membri oħra. Għalhekk, pereżempju, l-evidenza miġbura permezz ta’ dawk is-setgħat li jkunu disponibbli nazzjonalment fuq bażi individwali ma tkunx tista’ tintuża fi Stat Membru ieħor għaliex ma tkunx inkisbet b’mod legali f’dak l-Istat Membru. Huwa minħabba dan li s-setgħat minimi li għandhom jintużaw f’kuntest transkonfinali għandhom jirriżultaw minn strument fil-livell tal-Unjoni li jmur lil hinn mil-limitazzjonijiet ġurisdizzjonali nazzjonali. Dawn il-limitazzjonijiet ġurisdizzjonali tal-azzjonijiet tal-infurzar tal-Istati Membri individwali huma diġà rikonoxxuti fil-premessi 2, 5, 6, 7 u 18 tar-Regolament CPC attwali.

2.3.Proporzjonalità

Din il-proposta ma taffettwax il-kompetenzi tal-Istati Membri fl-infurzar. Madankollu, jista’ jkun meħtieġ li xi Stati Membri ikollhom jadattaw il-liġijiet proċedurali nazzjonali tagħhom biex jiżguraw li l-awtoritajiet tas-CPC ikunu jistgħu jużaw b’mod effettiv is-setgħat minimi aġġornati f’kuntest transkonfinali, biex jikkooperaw u jindirizzaw każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u mifruxa.

Din il-proposta, b’mod simili għar-Regolament CPC attwali, tipprovdi għal sett komuni ta’ setgħat minimi għall-awtoritajiet kompetenti kollha fl-Istati Membri, fil-kuntest ta’ każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u mifruxa. Il-livell ta’ armonizzazzjoni magħżul huwa meħtieġ għal kooperazzjoni u skambji bla xkiel tal-evidenza fost l-awtoritajiet kompetenti, u biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni attwali fejn ċerti partijiet tal-acquis tal-Unjoni dwar il-konsumatur ma jistgħux jiġu infurzati b’mod konsistenti jew koerenti fis-Suq Uniku, peress l-awtoritajiet kompetenti f’xi Stati Membri m’għandhomx is-setgħat meħtieġa biex jinvestigaw u jwaqqfu dawk il-każijiet ta’ ksur. Iżda dan ma jaqbiżx dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-objettiv.

Għalhekk din il-proposta għandha ttejjeb il-kooperazzjoni fl-infurzar mingħajr ma timponi piż sproporzjonat jew eċċessiv fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri.

2.4.L-għażla tal-istrument

B’mod simili għar-Regolament CPC attwali, l-uniku strument xieraq biex jinkisbu l-għanijiet imsemmija hawn fuq huwa Regolament. Direttiva jew Direttiva Qafas ma tiksibx dawn l-objettivi għaliex wara t-traspożizzjoni jibqgħu jippersistu fruntieri ġurisdizzjonali, u b’hekk kunflitti ġurisdizzjonali.

3.RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI, IL-VALUTAZJONI TAL-IMPATT U R-RAPPORT DWAR IL-VALUTAZZJONI TAS-CPC

3.1.Konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati

Bejn Ottubru 2013 u Frar 2014, il-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni permezz tal-internet, 33  fid-dawl ta’ riforma possibbli tar-Regolament CPC 34 . Il-partijiet konċernati ġew mistiedna joffru l-opinjoni tagħhom fuq kif jistgħu jtejbu l-funzjonament u l-effettività tar-Regolament CPC, billi jiffukaw fuq tlett oqsma: (i) metodi għall-identifikazzjoni ta’ xejriet fis-suq u każijiet ta’ ksur; (ii) il-ħtieġa għal setgħat addizzjonali għall-kooperazzjoni u standards proċedurali komuni għall-awtoritajiet tal-infurzar; u (iii), minħabba r-restrizzjonijiet fil-baġits pubbliċi, jekk u kif l-infurzar koordinat fil-livell tal-Unjoni jista’ jgħin biex jindirizza b’mod iżjed effettiv il-każijiet ta’ ksur mifruxa tal-liġijiet tal-Unjoni dwar il-konsumatur li jagħmlu ħsara lill-konsumaturi u l-kummerċjanti madwar l-Ewropa.

B’kollox waslu xi 222 risposta li, b’mod ġenerali, kienu rappreżentattivi biżżejjed tal-partijiet interessati kollha li huma kkonċernati direttament mir-reviżjoni tar-Regolament CPC 35 .

Is-setgħat minimi addizzjonali kienu appoġġati sew mill-partijiet interessati (l-awtoritijiet pubbliċi, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, ECCs, il-konsumaturi tan-negozju u individwali), partikolarment is-setgħat biex jitwettqu xirjiet bħala test għal skopijiet investigattivi; setgħa espliċita (taħt kundizzjonijiet definiti) biex jissemmew kummerċjanti ħatja ta’ ksur; is-setgħa li jintolbu ħlasijiet ta’ penali biex jiġi rkuprat qligħ miksub b’mod illegali; u s-setgħa biex jintalbu miżuri interim, sakemm jitlestew il-proċeduri kollha. Dawn is-setgħat irċevew iżjed mill-50% tal-appoġġ minn kull grupp tal-partijiet konċernati 36 .

Fir-rigward tar-rimedju għall-konsumatur 37 , il-partijiet ewlenin li appoġġaw dawn il-miżuri kienu awtoritajiet mill-Ġermanja, l-Awstrija u r-Renju Unit. Xi Stati Membri oħra (pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant, l-Italja, l-Irlanda u l-Lussemburgu) kienu anqas ħerqana peress li huma beżgħu li tali miżuri jistgħu jiswew il-flus għall-awtoritajiet, waqt li awtoritajiet oħrajn kienu newtrali. L-assoċjazzjonijiet tan-negozju ukoll offrew anqas appoġġ għal din il-miżura 38 . Għall-kuntrarju, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur taw appoġġ qawwi għal din il-miżura (l-34 li wieġbu għal din il-konsultazzjoni pubblika, kienu kollha favur din il-miżura) 39 .

Fir-rigward tal-istandards fuq kif tieħu ħsieb il-ksur fi ħdan ir-Regolament CPC sabiex jingħelbu id-differenzi attwali fir-regoli proċedurali nazzjonali, 88% ta’ dawk li wieġbu appoġġaw il-possibbiltà li jiddaħħlu kriterji/standards proċedurali komuni 40 . Oqsma fejn l-introduzzjoni tal-istandards kienu kkunsidrati bħala partikolarment rilevanti u li ġew appoġġati minn aktar minn 55% inkludew: il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-infurzar; l-aċċess għad-dokumenti; il-ġbir tal-evidenza; l-investigazzjoni tal-websajts; u l-aċċettazzjoni tar-riżultati ta’ investigazzjoni minn awtorità msieħba 41 .

Kważi dawk kollha li wieġbu (190 wieġbu l-mistoqsija) għarfu li każijiet ta’ ksur mifruxa jitolbu azzjoni speċifika 42 . Iżjed minn nofs l-awtoritajiet tal-infurzar huma interessati fi proċedura unika tal-UE biex tindirizza tali każijiet ta’ ksur; awtoritajiet oħra ġeneralment jirrikonoxxu li hija meħtieġa koordinazzjoni aħjar biex tindirizza tali ksur b’mod effettiv 43 . L-organizzazzjonijiet tan-negozju appoġġaw l-iżvilupp ta’ koordinazzjoni tal-infurzar fil-livell tal-Unjoni, għaliex jaraw b’mod ċar il-benefiċċji ta’ one-stop shop u ta’ regoli uniformi għan-negozju tagħhom 44 . L-organizzazzjonijiet tal-konsumatur ukoll appoġġaw b’mod qawwi l-proċedura tal-kooperazzjoni fl-infurzar fil-livell tal-Unjoni 45 .

Prattikament l-awtoritajiet tal-infurzar kollha, fil-prinċipju, appoġġaw it-titjib tal-mekkaniżmu ta'sorveljanza 46 . Iċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur (83%), l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur (75%) u n-negozji (62%) kollha sejħu għal iżjed possibbiltajiet sabiex ikunu jistgħu jinfluwenzaw il-prijoritizzazzjoni tal-infurzar u jissenjalaw każijiet ta’ ksur permezz tal-mekkaniżmu ta’ twissija 47 . L-awtoritajiet pubbliċi kienu aktar kawti dwar l-involviment ta’ partijiet terzi fil-mekkaniżmu ta’ sorveljanza tas-suq, għaliex huma jibżgħu li dawn jistgħu jħallu impatt negattiv fuq il-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet tagħhom 48 .

Dawn ir-riżultati ġew ikkunsidrati fil-proposta li jiġi ssostitwit ir-Regolament CPC.

3.2.Ir-Rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 21a tar-Regolament CPC.

F’konformità mal-Artikolu 21a tar-Regolament CPC, flimkien ma’ din il-proposta, il-Kummissjoni qed tadotta Rapport li jevalwa l-effettività tar-Regolament CPC. Ir-Rapport jippreżenta r-riżultat ta’ din ir-reviżjoni u jikkonferma li l-implimentazzjoni tar-Regolament CPC fl-2007 wasslet għall-iżvilupp ta’ mezz pubbliku effettiv sabiex jiġu mħarsa l-interessi kollettivi tal-konsumaturi madwar l-UE.

Dan ir-Rapport jidentifika wkoll l-isfidi li hemm fil-kooperazzjoni tas-CPC. Dan jikkonferma l-problemi prinċipali marbutin mal-effettività tal-mekkaniżmi operazzjonali tas-CPC, li diġà ġew enfasizzati mill-evalwazzjoni esterna. Dan ir-Rapport jikkonkludi li l-Anness jeħtieġ li jiġi aġġornat sabiex jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għal leġiżlazzjoni importanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur li attwalment mhijiex koperta bir-Regolament. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li ġejja hija proposta għal inklużjoni fl-Anness tar-Regolament CPC: id-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju, id-Direttiva dwar il-Kont tal-Ħlas, ir-Regolament dwar id-Drittijiet tal-Passiġieri Ferrovjarja, ir-Regolament dwar id-drittijiet ta’ persuni b'diżabilità u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, id-dispożizzjonijiet tal-ipprezzar tar-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru, u l-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar is-Servizzi 49 . Dan ir-Rapport jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu r-rapidità, l-aġilità, u l-konsistenza tal-kooperazzjoni fl-infurzar tas-CPC, u b’hekk il-protezzjoni tal-konsumatur, b’mod partikolari fuq l-internet.

3.3.Valutazzjoni tal-impatt

Ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt imħejji mill-Kummissjoni jkopri aspetti relatati ma’ din il-proposta. Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatarju tal-Kummissjoni ta opinjoni pożittiva f’Novembru tal-2015 li kienet suġġetta għal kummenti, li ġew ikkunsidrati kif meħtieġ 50 .

Ġew eżaminati ħames għażliet tal-politika. L-għażla preferuta kienet l-għażla li jiġi rrivedut ir-Regolament CPC billi jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u tissaħħaħ l-effiċjenza tiegħu 51 . Din l-għażla ta’ politika hija implimentata f’din il-proposta. Għalkemm l-għażla ppreferuta tinvolvi spiża ogħla mill-għażliet tal-politika “ebda bidla” jew “liġi flessibbli” (1 u 2), din ser tikseb l-għanijiet tal-politika bi spiża raġonevoli għall-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni, b’mod partikolari meta mqabbla mal-għażliet tal-politika 4 u 5. Din se ttejjeb l-effettività tal-azzjoni pubblika u l-governanza tas-swieq transkonfinali tal-imnut fl-Unjoni li ser issir iżjed ġusta u aktar trasparenti għall-kummerċjanti u l-konsumaturi. L-ispiża tal-azzjoni pubblika u l-ispiża tat-transazzjoni għall-atturi ekonomiċi ser jonqsu. Din ġeneralment ser ittejjeb il-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni.

Din il-proposta mhux se tbiddel il-kompetenzi tal-Istati Membri fl-infurzar. L-Istati Membri se jibqgħu responsabbli għall-istruttura istituzzjonali tagħhom u n-nomina tal-awtoritajiet tas-CPC u entitajiet oħrajn taħt ir-Regolament CPC.

Min ser jintlaqat u kif

Il-konsumaturi li jixtru servizzi u prodotti b’mod transkonfinali, kemm jekk mhux fuq l-internet jew fuq l-internet, huma milquta mill-proposta, peress li l-għan prinċipali tagħha huwa li żżid il-protezzjoni tagħhom f’dawk is-swieq. Il-proposta se teqred parzjalment ir-riskju tad-detriment għall-konsumatur, fejn il-konsumaturi jistgħu ibatu, pereżempju, meta prodotti li jinxtraw minn pajjiż barrani ma jaslulhomx jew meta jingħataw informazzjoni qarrieqa dwar l-arranġamenti ta’ ħlas jew inkella jittieħdilhom debitu permezz ta’ settings awtomatiċi mingħajr il-kunsens espliċitu tagħhom. Il-konsumaturi ser jibbenefikaw minn livell ogħla ta’ protezzjoni meta jixtru b’mod transkonfinali, speċjalment fuq l-internet. Kien stmat għas-subsett tal-ħames swieq online studjati fil-valutazzjoni tal-impatt, li tnaqqis ta’ 10 punti fir-rata ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ 37% tista’ tnaqqas id-detriment minn stima ta’ EUR 770 miljun fis-sena għal madwar EUR 539 miljun, fi kliem ieħor, bi 30% 52 . Azzjoni ġdida tas-CPC kontra każijiet ta’ ksur mifruxa tista’ tnaqqas b’mod sinifikanti id-detriment għall-konsumatur madwar l-UE. Għalkemm it-tnaqqis attwali tad-detriment għall-konsumatur ser jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi individwali ta’ kull każ, ġie stmat li, pereżempju, l-azzjoni koordinata tas-CPC kontra l-kummerċjalizzazzjoni qarrieqa ta’ xirjiet in-app naqqset id-detriment għall-konsumatur b’EUR 68 miljun 53 .

Ir-rappreżentanti tal-interessi tal-konsumatur u ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net) jistgħu jkollhom informazzjoni u kompetenza siewja, imma bħalissa ma jipprovdux din id-data b’mod sistematiku lill-awtoritajiet tas-CPC. Huma se jkunu mistiedna jagħmlu dan fir-Regolament il-ġdid. Dan għandu jgħin lill-awtoritajiet tas-CPC biex jidentifikaw l-oqsma ta’ prijorità fl-Unjoni jew iwissi lill-awtoritajiet tas-CPC dwar prattiċi ħżiena transkonfinali jew mifruxa li qegħdin ifeġġu.

L-awtoritajiet tas-CPC u l-uffiċji uniċi ta' kooperazzjoni: bħalissa dawn qed iġarrbu spejjeż amministrattivi ogħla bħala konsegwenza tal-ineffiċjenzi fil-kooperazzjoni transkonfinali (bħal spejjeż ogħla ta’ investigazzjoni). Minħabba t-titjib fil-koordinazzjoni tal-infurzar, l-awtoritajiet nazzjonali se jevitaw l-irduppjar tal-isforzi tagħhom. B’mod partikolari, il-ġbir flimkien tar-riżorsi biex jiġu indirizzati każijiet ta’ ksur mifruxa se jwassal għall-iffrankar: pereżempju, azzjoni kkoordinata waħda tista’ tissostitwixxi 28 azzjoni nazzjonali, u tirriżulta fi ffrankar nett minn madwar EUR 180,000 (fil-każ ta’ azzjoni kkoordinata li tirnexxi) għal madwar EUR 815,000 (fil-każ ta’ azzjoni li ma tirnexxix) 54 . Jista’ jkun meħtieġ li xi Stati Membri ikollhom jadattaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom sabiex jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jiżguraw l-użu mingħajr xkiel tal-evidenza/l-eżitu ta’ investigazzjonijiet ta’ awtoritajiet tas-CPC oħrajn, u biex jiżguraw li s-setgħat minimi addizzjonali biex jikkooperaw f’kuntest transkonfinali jistgħu jintużaw b’mod effettiv b’mod konformi ma’ regoli proċedurali nazzjonali. Fuq medda ta’ żmien medju, huwa stmat li ser ikun hemm iffrankar mill-koordinazzjoni, li għandu jpatti għall-ispejjeż ta’ darba tal-adattament.

Operaturi ekonomiċi: Il-manifatturi, kummerċjanti, bejjiegħa, swieq online, intermedjarji, speċjalment dawk li joperaw online u offline f’aktar minn Stat Membru wieħed, ibatu minn inċertezzi u spejjeż ogħla kkawżati mill-kumplessitajiet u d-diversità tat-28 reġim ta’ infurzar eżistenti fl-UE. L-approċċi tal-infurzar diverġenti bejn l-Istati Membri jeħtieġu li tali kummerċjanti għandhom jiksbu kompetenza legali dwar kull waħda minn dawn is-sistemi. Barra minn hekk, in-negozjanti kollha jbatu minn kompetizzjoni żleali minn kummerċjanti mhux konformi, li żviluppaw mudelli ta’ negozju li jippermettulhom jevadu l-liġijiet u jagħmlu ħsara lil konsumaturi minn pajjiżi oħrajn. Din il-proposta se żżid iċ-ċertezza legali għan-negozji u l-infurzar transkonfinali aktar konsistenti u koerenti ser jagħti spinta lill-kompetittività tal-kummerċjanti li jimxu mal-liġi u jtejjeb il-kundizzjonijiet ugwali fis-Suq Uniku. Din il-proposta ma timponi ebda obbligu legali addizzjonali fuq is-settur tan-negozju.

Il-każijiet ta’ ksur mifruxa li jolqtu lill-konsumaturi madwar l-Unjoni jeħtieġu risposta b’saħħitha u konsistenti fil-livell tal-Unjoni. L-irwol tal-Kummissjoni fin-netwerk tas-CPC se jiżdied, b’mod partikolari għall-koordinazzjoni ta’ miżuri kontra każijiet ta’ ksur mifruxa li jilħqu l-livell minimu tad-dimensjoni tal-Unjoni.

3.4.Drittijiet fundamentali

Din il-proposta se jkollha impatt pożittiv fuq id-drittijiet fundamentali, peress li ser tippermetti t-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi, b’mod partikolari minħabba l-aċċess ġust u miftuħ għal prodotti u servizzi madwar l-Unjoni. Skont l-Artikolu 52 fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kull limitazzjoni fuq l-eżerċitar tad-drittijiet fundamentali hija suġġetta għall-prinċipji tal-proporzjonalità u n-neċessità, u għar-rimedji effettivi li huma disponibbli fil-qrati nazzjonali. Dan ir-Regolament ser jiżgura wkoll smigħ xieraq, trasparenza u d-dritt tad-difiża għan-negozji li jistgħu jkunu kkonċernati mill-azzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti taħt il-Kapitolu IV tar-Regolament CPC.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Huwa stmat li kull sena ser ikun hemm madwar erba’ azzjonijiet komuni kontra każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni. Dan se jikkawża ammont ta’ xogħol addizzjonali għall-Kummissjoni, li huwa stmat li se jeħtieġ żewġ uffiċjali full-time 55 biex jikkoordinaw dawn l-azzjonijiet komuni 56 . Dawn ir-riżorsi ser jinkisbu permezz tar-ridistribuzzjoni u l-iffukar mill-ġdid tal-persunal attwali. Il-Kummissjoni għandha ġġarrab ukoll spejjeż addizzjonali fil-monitoraġġ tal-iffunzjonar tal-mekkaniżmi ta’ assistenza reċiproka u ta’ twissija 57 . L-ispejjeż addizzjonali totali tal-Kummissjoni għall-irwol imsaħħaħ tagħha fil-koordinazzjoni u l-monitoraġġ huma stmati li se jkunu taħt it-EUR 300,000 fis-sena u dawn l-ispejjeż se jkunu koperti mir-riallokazzjoni interna tar-riżorsi.

Għalhekk, l-implikazzjonijiet baġitarji huma diġà previsti fil-Programm tal-Konsumatur 2014-2020 58 attwali u huma konformi mal-Qafas Finanzjarju Multiannwali. Id-dettalji huma stabbiliti fid-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża ma' din il-proposta.

5.ELEMENTI OĦRA

5.1.Dħul fis-seħħ u l-bażi ta’ dejta tas-CPC

Il-proposta tinkludi li d-dħul fis-seħħ tar-Regolament jiġi mdewwem b’sena sabiex l-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni Ewropea jagħmlu l-arranġamenti prattiċi meħtieġa u l-bidliet leġiżlattivi meħtieġa. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni eżistenti 59 ikollhom jiġu ssostitwiti sabiex jitqiesu l-bidliet li se ġġib il-proposta. Il-bażi ta’ dejta tas-CPC u l-pjattaforma għall-iskambju ta’ informazzjoni għandhom jiġu modifikati sabiex jitqiesu l-bidliet li se ġġib din il-proposta.

5.2.Spjegazzjoni tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-proposta

Il-proposta tikkonsisti fi 8 kapitoli li fihom hemm 53 artikolu u Anness wieħed.

Kapitolu I - Dispożizzjonijiet Introduttorji

Dan il-kapitolu jiddefinixxi l-kamp t'applikazzjoni ut-termini prinċipali użati fir-Regolament. Meta mqabbel mar-Regolament attwali, dan jaġġorna id-definizzjonijiet biex jikkunsidraw l-estensjoni tar-Regolament għal każijiet ta’ ksur mifruxa u ksur li jkun waqaf (ksur ta’ żmien qasir li jkun waqaf qabel ma’ setgħu jittieħdu miżuri ta’ infurzar, iżda li xorta kapaċi baqgħu jagħmlu ħsara lill-konsumaturi wara, bħal kampanji qarrieqa tal-kummerċjalizzazzjoni online għal żmien qasir).

Sabiex jiżgura infurzar koerenti u konsistenti għall-ksur li waqaf u ċertezza legali f’kuntest transkonfinali, ir-Regolament jintroduċi perjodu ta’ preskrizzjoni għall-possibiltà li jiġu imposti l-penali (ħames snin mit-tmiem ta’ dak il-ksur) u jiffissa regoli għall-kalkolu tal-perjodu ta’ preskrizzjoni u għas-sospensjoni tiegħu.

Kapitolu II – Awtoritajiet kompetenti u s-setgħat tagħhom

Il-kapitolu jiddefinixxi kif għandhom jiġu nnominati l-awtoritajiet kompetenti u l-uffiċċji uniċi ta’ kooperazzjoni għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Se jiċċara mill-ġdid l-irwol tal-uffiċċji uniċi ta’ kooperazzjoni. Se jappella lill-Istati Membri biex jiżguraw il-kooperazzjoni bla tfixkil bejn il-membri tan-netwerk tal-infurzar fit-territorju tagħhom. Dan jirrekjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra jappoġġaw ix-xogħol tal-awtoritajiet kompetenti, peress li dan huwa essenzjali, partikolarment f’każijiet fejn il-miżuri kriminali huma meħtieġa sabiex iwaqqfu il-ksur.

Dan il-Kapitolu jistabilixxi is-setgħat minimi tal-awtoritajiet kompetenti li huma meħtieġa għall-kooperazzjoni u għall-infurzar tal-acquis tal-Unjoni dwar il-konsumatur f’kuntest transfonfinali. Meta mqabbel mar-Regolament attwali, ġew miżjuda aktar setgħat minimi, bħas-setgħa li jsiru xirjiet tal-ittestjar u li jitwettaq xiri bil-moħbi, is-setgħa li jiġu adottati miżuri interim, li jiġu mblukkati websajts, is-setgħa li jiġu imposti penali penaliu li jiġi ssalvagwardjat il-kumpens għall-konsumatur f’kuntest transkonfinali. Xi wħud mis-setgħat minimi eżistenti ġew ikkjarifikati sabiex jiġi żgurat li jkollhom ambitu u applikazzjoni ekwivalenti fl-Istati Membri kollha, pereżemju, is-setgħa li jintalbu informazzjoni u dokumenti jew is-setgħa li jitwettqu spezzjonijiet fuq il-post. L-Istati Membri se jżommu l-possibilità li jiddeċiedu jekk l-awtoritajiet kompetenti għandhomx jeżerċitaw is-setgħat minimi direttament taħt l-awtorità tagħhom stess jew jekk dawn is-setgħat għandhomx jiġu eżerċitati permezz ta’ rikors lill-qrati.

Kapitolu III – Mekkaniżmu ta’ Assistenza Reċiproka

Il-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka jikkonsisti f’żewġ strumenti: talbiet għall-informazzjoni li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jiksbu informazzjoni u evidenza bejn il-fruntieri u talbiet għal miżuri ta’ infurzar, li jippermettu lil awtorità kompetenti waħda titlob lil awtorità kompetenti oħra fi Stat Membru differenti biex tieħu miżuri ta’ infurzar.

Dan il-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka għandu jintuża biex jindirizza każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni, li jaffettwaw lill-konsumaturi fi Stat Membru wieħed iżda li għandhom element transkonfinali (pereżempju, meta l-kummerċjant responsabbli jkun jinsab fi Stat Membru ieħor). Dan ir-Regolament jistabbilixxi mill-ġdid li l-awtorità mitluba għandha obbligu li twieġeb għal talba għal assistenza reċiproka fi ħdan l-iskadenza stabbilita mill-miżuri ta’ implimentazzjoni. Flimkien ma’ dawn is-setgħat stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtorità mitluba tista’ tuża setgħat oħra mogħtija mil-liġi nazzjonali biex jitwaqqaf il-ksur. Ladarba ssir it-talba għal assistenza reċiproka, l-awtorità mitluba taġixxi f’isem il-konsumaturi mill-Istat Membru tal-awtorità applikanti, daqslikieku kienu l-konsumaturi tagħha stess.

Sabiex l-Istati Membri b’sistemi ta’ infurzar li jinvolvu l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jkunu jistgħu japprofittaw bis-sħiħ mill-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka, ir-Regolament jiddefinixxi l-irwol tal-korpi nnominati li lilhom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu struzzjonijiet biex iwaqqfu ksur jew biex jiksbu l-evidenza meħtieġa. Il-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka jista’ jintuża f’azzjonijiet kontra il-każijiet ta’ ksur mifruxa (Kapitolu IV), b’mod partikolari meta l-evidenza tkun tinstab fi Stat Membru li ma jkunx ikkonċernat bil-ksur mifrux.

Dan ir-Regolament isaħħaħ mill-ġdid il-mekkaniżmu li jsolvi nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka. L-irwol tal-Kummissjoni fi ħdan il-mekkaniżmu ta’ assistenza pubblika huwa msaħħaħ minn monitoraġġ sistematiku, gwida lill-awtoritajiet kompetenti u l-possibilità li tadotta opinjonijiet meta jintalbu mill-awtoritajiet kompetenti jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

Kapitolu IV – Sorveljanza , investigazzjoni u mekkaniżmu ta’ infurzar ikkoordinati għal każijiet ta’ ksur mifruxa.

Dan il-Kapitolu jipprovdi għal istrumenti biex jindirizzaw każijiet ta’ ksur mifruxa. Dawn jinkludu azzjonijiet ikkoordinati (Taqsima I), azzjonijiet komuni kontra każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni (Taqsima II) u investigazzjonijiet ikkoordinati tas-swieq tal-konsumatur (Artikolu 32).

Taqsima I

L-azzjonijiet ikkoordinati biex jindirizzaw każijiet ta’ ksur mifruxa li ma jilħqux il-limiti minimi għad-dimensjoni tal-Unjoni huma strument flessibbli, li jippermettu lill-awtoritjiet kompetenti jagħżlu l-iżjed mezzi xierqa minn fost dawk ipprovduti fir-Regolament, sabiex jindirizzaw il-ksur mifrux. Dawn l-azzjonijiet għandhom fil-prinċipju jkunu kkoordinati mill-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni tista’ tassumi rwol ta’ koordinazzjoni biss meta dan ikun meħtieġ minħabba l-ambitu tal-ksur jew meta l-ksur aktarx li jkun ser jikkawża ħsara sostanzjali għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi.

It-taqsima tistabbilixxi l-għażliet għal investigazzjoni kkoordinata u miżuri tal-infurzar. Fejn ikun xieraq, l-eżitu tal-investigazzjoni kkoordinata u l-valutazzjoni tal-każ għandu jkun stabbilit f’pożizzjoni komuni. Biex tiġi żgurata konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw awtorità waħda biex tieħu miżuri tal-infurzar f’isem konsumaturi fi Stati Membri oħrajn ikkonċernati mill-ksur. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġixxu wkoll fl-istess ħin fl-Istati Membri kollha kkonċernati jew f’uħud minnhom.

Meta ma jkunx possibbli li tiġi ddelegata l-partiċipazzjoni f’azzjoni kkoordinata lil korpi nnominati, dawn il-korpi jistgħu jingħataw struzzjonijiet biex jieħdu miżuri ta’ infurzar ta’ segwitu f’azzjoni kkoordinata. Iżda dan huwa possibbli biss meta l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn jaqblu u jekk jiġi żgurat li s-segretezza professjonali u kummerċjali taħt dan ir-Regolament ikunu rrispettati.

Taqsima II

Din it-taqsima tistabbilixxi strument ġdid biex jiġu indirizzati każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni li aktarx li jagħmlu ħsara lill-konsumaturi f’parti kbira tal-Unjoni. Din tistabbilixxi l-limiti minimi li jiddeterminaw liema każijiet suspetti ta’ ksur għandhom dimensjoni tal-Unjoni. Il-limitu minimu huwa bbażat fuq żewġ kriterji, f’termini tan-numru ta’ pajjiżi u l-popolazzjoni kkonċernata, li t-tnejn li huma għandhom jiġu sodisfatti.

Il-Kummissjoni tistabbilixxi jekk il-limiti minimi tad-dimensjoni tal-Unjoni humiex sodisfatti u tniedi l-azzjoni komuni b’deċiżjoni. Hija għandha l-obbligu wkoll li tikkoordina l-investigazzjoni u miżuri oħrajn li l-Istati Membri għandhom jieħdu biex jintemm il-ksur. Il-parteċipazzjoni f’azzjoni komuni hija obbligatorja għall-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri kkonċernati mill-ksur. Din it-taqsima tiddefinixxi wkoll ir-raġunijiet li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw li jipparteċipaw fl-azzjoni komuni. Il-Kummissjoni tagħlaq l-azzjoni b’deċiżjoni meta jkunu sodisfatti r-raġunijiet għall-għeluq.

L-istrument ewlieni tal-azzjoni komuni huwa l-pożizzjoni komuni tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati li tkun fiha l-eżitu tal-investigazzjoni. Il-pożizzjoni komuni għandha tkun ikkomunikata lill-kummerċjant responsabbli għall-ksur u l-kummerċjant għandu jingħata l-possibilità li jinstema’ dwar il-pożizzjoni komuni.

L-għan primarju tal-pożizzjoni komuni għandu jkun li jintemm il-ksur u li tiżgura, fejn meħtieġ, kumpens għall-konsumatur permezz ta’ impenji tal-kummerċjant responsabbli għall-ksur. Fejn ikun improbabbli li ser jiġu offruti impenji (eż. każijiet ta’ ksur li jinvolvu kummerċjanti qarrieqa), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipproċedu direttament għall-miżuri tal-infurzar meħtieġa sabiex jitwaqqaf il-ksur. Din l-għażla trid tkun disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw li l-kummerċjanti ma jabbużawx mill-proċedura sabiex jaħarbu mill-infurzar.

Għal miżuri tal-infurzar ta’ segwitu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu l-awtorità kompetenti li tkun fl-aħjar pożizzjoni biex tieħu l-miżuri tal-infurzar li jwaqqfu l-ksur. Ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti li jawtorizza lil awtorità kompetenti waħda biex taġixxi f’isem l-oħrajn jippermettilha taġixxi f’isem il-konsumaturi minn Stati Membri oħrajn, daqslikieku kienu l-konsumaturi tagħha stess. Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu wkoll miżuri ta’ infurzar fl-istess ħin.

Taqsima III

Din it-taqsima tipprovdi għal dispożizzjonijiet komuni għal proċeduri għal azzjonijiet ikkoordinati u komuni, bħad-dritt tal-kummerċjanti li jinstemgħu, l-irwol tal-koordinatur, it-teħid ta’ deċiżjonijiet u r-reġim tal-lingwa. Barra minn hekk, tistabbilixxi mill-ġdid il-bażi ġuridika għal investigazzjonijiet miftiehma tas-swieq tal-konsumaturi (sweeps).

Kapitolu V –Mekkaniżmu ta’ Sorveljanza

Il-mekkaniżmu ta’ sorveljanza ġdid jissostitwixxi s-sistema preżenti ta’ twissijiet tas-CPC. Din tgħaqqad it-twissijiet taħt ir-Regolament CPC attwali ma’ skambju usa’ ta’ informazzjoni li huma rilevanti u meħtieġa sabiex il-każijiet ta’ ksur mifruxa jinqabdu fil-ħin.

Entitajiet oħra jistgħu jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta’ twissija permezz ta’ twissijiet esterni. Hemm żewġ kategoriji ta’ entitajiet li jistgħu jkunu involuti fil-mekkaniżmu ta’ twissija. Il-korpi nnominati u ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi huma involuti bis-saħħa tar-Regolament. It-tieni kategorija tinkludi l-entitajiet innominati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni minn fost l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u entitajiet oħrajn li għandhom il-kompetenza xierqa u interess leġittimu fil-protezzjoni tal-konsumatur li jistgħu jieħdu sehem fil-mekkaniżmu tat-twissijiet. L-aċċess ta’ dawk l-entitajiet kollha għall-mekkaniżmu tat-twissijiet huwa limitat għall-ħolqien ta’ “twissijiet għall-informazzjoni”. F’konformità mar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali, huma mhux se jkollhom aċċess għall-informazzjoni jew it-twissijiet oħra skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Kapitolu VI – Attivitajiet oħrajn mifruxa madwar l-UE

B’mod simili għar-Regolament CPC attwali, dan il-Kapitolu jipprovdi għal koordinazzjoni, kooperazzjoni u skambji ta’ informazzjoni dwar attivitajiet oħrajn marbuta mal-kooperazzjoni fl-infurzar.

Kapitolu VII- Segretezza professjonali u kummerċjali u arranġamenti oħrajn

Is-segretezza professjonali hija ta’ importanza kruċjali, mhux biss biex tipproteġi l-interessi tal-partijiet terzi iżda wkoll biex tiżgura l-effettività tal-investigazzjoni u sabiex tipprevjeni l-qerda tal-evidenza. Ir-Regolament jiżgura l-protezzjoni tas-sigrieti professjonali u kummerċjali. Jipprovdi wkoll li l-informazzjoni miġbura bl-użu tas-setgħat minimi taħt ir-Regolament għandhom jintużaw biss għall-iskopijiet li jiżguraw konformità mal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. Ir-Regolament jiżgura wkoll li l-evidenza u s-sejbiet tal-investigazzjoni miksuba permezz tal-użu ta’ setgħat minimi jitsgħu jintużaw mingħajr ebda xkiel bejn il-fruntieri, b’mod partikolari meta jkun meħtieġ li jiġu indirizzati każijiet ta’ ksur mifruxa.

Dan ir-Regolament jissostitwixxi l-obbligu ta’ rapportaġġ bijennali tar-Regolament attwali bi pjanijiet tal-infurzar nazzjonali bijennali, li għandhom jiżguraw il-prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet u l-użu iżjed effiċjenti tar-riżorsi sabiex jiġu miġġielda każijiet ta’ ksur fis-Suq Uniku. Minħabba n-natura transkonfinali tal-każijiet ta’ ksur taħt dan ir-Regolament, li l-effetti tagħhom jestendu lil hinn mill-fruntieri ġurisdizzjonali ta’ Stat Membru wieħed, ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji għall-impożizzjoni ta’ penali għal dawk il-każijiet ta’ ksur.

Anness

L-Anness li fih tinsab il-lista tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni rationae materiae tar-Regolament. Meta mqabbel mar-Regolament eżistenti, l-Anness huwa aġġornat biex ineħħi leġiżlazzjoni li m’għadhiex fis-seħħ u huwa emendat sabiex jestendi l-applikazzjoni tar-Regolament għal aktar strumenti tal-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur.

L-estensjoni tal-Anness għal aktar strumenti tal-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur għandha tapplika qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2016/0148 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Fid-dawl tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 60 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 61 jipprovdi regoli u proċeduri armonizzati biex jiffaċilità l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet transkonfinali dwar il-protezzjoni tal-konsumatur. L-Artikolu 21a jipprovdi għal reviżjoni tal-effettività u l-mekkaniżmi operattivi ta’ dak ir-Regolament u skont dak l-Artikolu, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 mhuwiex suffiċjenti biex jindirizza b’mod effettiv l-isfidi tal-infurzar tas-Suq Uniku, u b’mod partikolari s-Suq Uniku Diġitali,

(2)L-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali adottata mill-Kummissjoni fis-6 ta’ Mejju 2015 identifikat bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha l-bżonn li ttejjeb il-fiduċja tal-konsumatur b’infurzar aktar rapidu, aġli u konsistenti tar-regoli tal-konsumatur. L-Istrateġija għal Suq Uniku adottata mill-Kummissjoni fit-28 ta’ Ottubru 2015 tenniet li l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandu jissaħħaħ aktar permezz tar-Regolament dwar il-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumatur,

(3)L-infurzar ineffettiv riżultanti tal-każijiet ta’ ksur transkonfinali, partikolarment fl-ambjent diġitali, jippermetti lill-kummerċjanti biex jaħarbu mill-infurzar billi jmorru x’imkien ieħor fl-Unjoni stess, li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni għal kummerċjanti li josservaw il-liġi u li joperaw domestikament jew b’mod transkonfinali, u b’hekk jagħmel ħsara diretta lill-konsumaturi u jnaqqas il-kunfidenza tal-konsumaturi fit-transazzjonijiet transkonfinali u fis-Suq Uniku. Għalhekk huwa meħtieġa livell ogħla ta’ armonizzazzjoni li jistabbilixxi kooperazzjoni effettiva u effiċjenti fl-infurzar bejn l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti sabiex jaqbdu, jinvestigaw u jordnaw it-tmiem ta’ każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta’ ksur mifruxa,

(4)Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa netwerk ta’ awtoritajiet pubbliċi kompetenti madwar l-Unjoni. Hija meħtieġa koordinazzjoni effettiva fost l-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw fin-netwerk, kif ukoll ma’ awtoritajiet pubbliċi oħrajn fil-livell tal-Istati Membri. L-irwol ta’ koordinazzjoni tal-uffiċċju uniku ta’ kooperazzjoni għandu jkun fdat lil awtorità kompetenti f’kull Stat Membru li jkollha biżżejjed setgħat u riżorsi biex twettaq dan l-irwol importanti fin-netwerk tal-awtoritajiet kompetenti,

(5)Il-konsumaturi għandhom ikunu protetti wkoll minn każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni li jdumu għal żmien qasir, u minn każijiet ta’ ksur mifruxa li jdumu biss għal żmien qasir iżda li l-effetti ta’ ħsara tagħhom jistgħu jkomplu għal ħafna żmien wara li jkun waqaf il-ksur. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat meħtieġa biex jinvestigaw u jordnaw it-tmiem ta’ tali ksur fil-futur,

(6)L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom sett minimu ta’ setgħat ta’ investigazzjoni u infurzar biex japplikaw dan ir-Regolament b’mod effettiv, biex jikkooperaw ma’ xulxin, u biex jiskoraġġixxu lill-kummerċjanti milli jikkommettu ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta’ ksur mifruxa. Dawn is-setgħat għandhom ikunu adegwati biex jindirizzaw l-isfidi tal-infurzar tal-kummerċ elettroniku u tal-ambjent diġitali fejn il-possibbiltajiet li kummerċjant jista’ jaħbi b’mod faċli jew ibiddel l-identità tiegħu huma ta’ tħassib partikolari. Dawn is-setgħat għandhom jiżguraw li l-evidenza tkun tista’ tiġi skambjata b’mod validu bejn l-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb infurzar effettiv fuq livell ugwali fl-Istati Membri kollha,

(7)L-Istati Membri jistgħu jagħżlu jekk l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitawx dawn is-setgħat direttament taħt l-awtorità tagħhom stess jew b’rikors lill-qrati kompetenti. Jekk Stat Membru jagħżel li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’rikors lill-qrati kompetenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-setgħat jistgħu jiġu eżerċitati b’mod effettiv u f’waqtu, u li l-ispiża tal-eżerċitar ta’ dawn is-setgħat tkun proporzjonata u ma tfixkilx l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament,

(8)Meta jkunu qed jirrispondu għal talbiet li jsiru permezz tal-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fejn xieraq, jużaw ukoll setgħat jew miżuri oħrajn mogħtija lilhom fuq livell nazzjonali, inkluża s-setgħa li tibda jew tirreferi l-kwistjonijiet għal prosekuzzjoni kriminali. Huwa ta’ importanza assoluta li l-qrati u awtoritajiet oħra, partikolarment dawk involuti fi prosekuzzjoni kriminali, ikollhom il-mezzi u s-setgħat meħtieġa biex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti b’mod effettiv u f’waqtu,

(9)L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu f’pożizzjoni li jistgħu jitfħu investigazzjonijiet fuq l-inizjattiva tagħhom stess jekk isiru jafu b’każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni jew b’każijiet ta’ ksur mifruxa b’mezzi oħra minbarra lmenti tal-konsumaturi. Dan huwa partikolarment meħtieġ biex jiżgura kooperazzjoni effettiva fost l-awtoritajiet kompetenti meta jkunu qegħdin jindirizzaw każijiet ta’ ksur mifruxa.

(10)L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għall-evidenza, id-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa, biex jiddeterminaw jekk seħħx ksur fi ħdan l-Unjoni jew ksur mifrux, u b’mod partikolari biex jidentifikaw il-kummerċjant responsabbli, irrispettivament minn min jippossjedi l-evidenza, l-informazzjoni jew id-dejta, minn fejn tinstab, jew x’inhu l-format tagħha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jitolbu direttament li partijiet terzi fil-katina ta' valur diġitali jipprovdu l-evidenza, id-dejta u l-informazzjoni kollha meħtieġa.

(11)L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jivverifikaw konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u li jiksbu evidenza dwar ksur fi ħdan l-Unjoni jew każijiet ta’ ksur mifruxa, speċjalment dawk li jseħħu matul jew wara x-xiri ta’ oġġetti jew servizzi. Għalhekk huma għandu jkollhom is-setgħa li jagħmlu xirjiet tal-ittestjar u li jixtru prodotti jew servizzi b'identità moħbija,

(12)B’mod partikolari fl-ambjent diġitali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jwaqqfu l-ksur malajr u b’mod effettiv, b’mod partikolari meta l-kummerċjant li jkun qed ibiegħ l-oġġetti u s-servizzi jaħbi l-identità tiegħu jew imur f’post ieħor fl-Unjoni jew ġo pajjiż terz biex jevita l-infurzar. F’każijiet fejn ikun hemm riskju ta’ ħsara serja u irreparabbli lill-konsumaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jadottaw miżuri interim biex jipprevjenu tali ħsara jew inaqqsuha, li jinkludu, fejn meħtieġ, is-sospensjoni ta’ websajt, dominju jew sit, servizz jew kont diġitali simili. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom is-setgħa li jneħħu websajt, dominju jew sit, servizz jew kont diġitali simili, jew li jġiegħlu lil fornitur terz ta’ servizzi jagħmel dan.

(13)Sabiex jiġi żgurat li l-kummerċjanti jkunu skoraġġuti b’mod suffiċjenti milli jikkommettu jew jirrepetu xi ksur, u li mhumiex se jibbenefikaw minn dawk il-każijiet ta’ ksur, ir-regoli dwar il-penali li ġew adottati mill-Istati Membri skont ir-rekwiżiti tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi għandhom ikunu applikati wkoll għal każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta’ ksur mifruxa. Għall-istess raġunijiet, il-konsumaturi għandhom ikunu intitolati għal rimedji għal ħsara kkawżata minn tali ksur.

(14)Fir-rigward tar-rimedji għall-konsumaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu miżuri proporzjonati, ġusti u raġonevoli li jipprevjenu jew inaqqsu r-riskju ta’ rikorrenza jew ripetizzjoni tal-ksur, li jikkunsidraw b’mod partikolari l-benefiċċji antiċipati għall-konsumaturi u l-ispejjeż amministrattivi raġonevoli li aktarx se jkunu assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri. Meta l-konsumaturi kkonċernati ma jkunux jistgħu jiġu identifikati jew meta ma jkunux jistgħu jiġu identifikati mingħajr spiża sproporzjonata għall-kummerċjant responsabbli, l-awtorità kompetenti tista’ tordna li r-restituzzjoni ta’ profitti miksuba permezz ta’ ksur titħallas lit-teżor pubbliku jew lil benefiċjarju nnominat mill-awtorità kompetenti jew taħt leġiżlazzjoni nazzjonali,

(15)L-effettività u l-effikaċja tal-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka għandhom jitjiebu. L-informazzjoni mitluba għandha tkun ipprovduta b’mod tempestiv u l-miżuri tal-infurzar meħtieġa għandhom ikunu adottati b’mod tempestiv. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tiffissa perjodi ta’ żmien vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti biex iwieġbu għal talbiet għall-informazzjoni u għall-infurzar, u jiċċaraw aspetti proċedurali u ta’ natura oħra għall-immaniġġjar tal-informazzjoni u talbiet għall-infurzar, permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni.

(16)Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi b’mod aħjar li tikkoordina u timmonitorja l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka, tagħti gwida, tagħmel rakkomandazzjonijiet u toħroġ opinjonijiet lill-Istati Membri meta jinqalgħu l-problemi. Il-Kummissjoni għandha tkun ukoll kapaċi b’mod aħjar li tgħin, b’mod effettiv u ta’ malajr, lill-awtoritajiet kompetenti biex isolvu tilwim dwar l-interpretazzjoni tal-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti li jirriżultaw mill-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka,

(17)Għandhom jiġu pprovduti regoli armonizzati li jistabbilixxu l-proċedura għall-koordinazzjoni tas-sorveljanza, l-investigazzjoni u l-infurzar tal-każijiet ta’ ksur mifruxa. Azzjonijiet ikkoordinati kontra l-każijiet ta’ ksur mifruxa għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu l-iżjed għodda xierqa u effiċjenti sabiex iwaqqfu l-każijiet ta’ ksur mifruxa u biex jiżguraw kumpens għall-konsumatur,

(18)L-iskrining ikkoordinat ta’ websajts tal-kummerċ elettroniku online (sweeps) huwa forma oħra ta’ koordinazzjoni tal-infurzar li rriżulta li huwa għodda effettiva kontra l-ksur li għandu jinżamm u jissaħħaħ fil-futur,

(19)Il-każijiet ta’ ksur mifruxa li għandhom dimensjoni tal-Unjoni jistgħu jikkawżaw ħsara fuq skala kbira lill-maġġoranza tal-konsumaturi fl-Unjoni. Dawn għalhekk jeħtieġu proċedura speċifika ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni, bil-Kummissjoni bħala koordinatriċi obbligatorja. Sabiex jiġi żgurat li l-proċedura titnieda b’mod tempestiv, koerenti u effettiv u li l-kundizzjonijiet jiġu vverifikati b’mod uniformi, il-Kummissjoni għandha tkun inkarigata li tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għat-tnedija tal-proċedura humiex sodisfatti. L-evidenza u l-informazzjoni miġbura matul l-azzjoni komuni għandhom jintużaw mingħajr ebda xkiel fil-proċedimenti nazzjonali fejn meħtieġ,

(20)Fil-kuntest ta’ każijiet ta’ ksur mifruxa u każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni, id-drittijiet tad-difiża tal-kummerċjanti kkonċernati għandhom ikunu rrispettati. Dan jeħtieġ, b’mod partikolari, li l-kummerċjant jingħata d-dritt li jinstema’ u li juża l-lingwa li jixtieq jagħżel matul il-proċedimenti,

(21)Jekk il-kummerċjant responsabbli għall-ksur mifrux jew il-ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni jonqos milli jwaqqaf il-ksur volontarjament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnominaw awtorità kompetenti fi Stat Membru biex tieħu l-azzjoni ta'infurzar adattata biex tippreżerva d-drittijiet tal-konsumaturi li joqogħdu fl-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati mill-ksur. Dik l-awtorità kompetenti għandha tkun innominata, waqt li titqies il-kapaċità tagħha li tieħu azzjoni kontra l-kummerċjant, pereżempju meta l-kummerċjant ikun stabbilit fl-Istat Membru ta’ dik l-awtorità. L-awtorità kompetenti nnominata għandha taġixxi daqslikieku l-konsumaturi tal-Istati Membri l-oħrajn kienu l-konsumaturi tagħha stess. Fejn meħtieġ, sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ekstraterritorjali ta’ din il-liġi, l-Istati Membri kollha jew bosta minnhom li jkunu kkonċernati mill-ksur għandhom jitħallew jadottaw miżuri tal-infurzar fl-istess ħin, biex jipproteġu l-konsumaturi tagħhom stess jew konsumaturi li joqogħdu fi Stati Membri oħrajn. Din tista’ tkun meħtieġa, pereżempju, biex twaqqaf ksur ta’ natura simili minn sussidjarji ta’ kumpanija, li jkunu stabbiliti f’aktar minn Stat Membru wieħed, li jaffettwaw il-konsumaturi ta’ dawk l-Istati Membri biss, mingħajr ebda element transkonfinali evidenti (każijiet ta’ ksur parallel),

(22)Il-mekkaniżmu ta’ sorveljanza u l-mekkaniżmu ta’ twissija għandhom jissaħħu biex jiżguraw li l-każijiet ta’ ksur mifruxa jinqabdu b’mod tempestiv u effettiv. L-informazzjoni li għandha tkun skambjata u s-segwitu meħtieġ wara skambju ta’ informazzjoni għandhom jiġu kkjarifikati sabiex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni u jiġu indirizzati twissijiet li jeħtieġu azzjoni. Il-Kummissjoni għanda tikkoordina l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ sorveljanza,

(23)L-organizzazzjonijiet tal-konsumatur għandhom rwol essenzjali fl-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom u sabiex jingħataw edukazzjoni u jitħarsu l-interessi tagħhom inkluż fis-soluzzjoni tat-tilwim. Il-konsumaturi għandhom jiġu mħeġġa jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti biex isaħħu l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jistgħu jkunu nnominati għal kompiti tal-infurzar taħt dan ir-Regolament u ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur, għandhom ikunu f’pożizzjoni li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar is-suspett ta’ ksur u biex jaqsmu l-informazzjoni meħtieġa biex jaqbdu, jinvestigaw u jwaqqfu każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u magħhom il-każijiet ta’ ksur mifruxa,

(24)Il-każijiet ta’ ksur mifruxa madwar l-Unjoni għandhom ikunu solvuti b'mod effettiv u effiċjenti. Għal dan l-għan, il-prijoritizzazzjoni tal-infurzar u l-ippjanar fil-livell tal-Istati Membri għandhom ikunu kkoordinati u r-riżorsi disponibbli tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jinġabru flimkien. Sistema ta’ pjanijiet tal-infurzar kontinwi bijennali għandha tiġi stabbilita biex dan jinkiseb,

(25)Id-dejta relatata mal-ilmenti tal-konsumatur tista’ tgħin lil dawk li jfasslu l-politika fuq livell nazzjonali u tal-Unjoni biex jevalwaw il-funzjonament tas-swieq tal-konsumaturi u sabiex jaqbdu l-każijiet ta’ ksur. Bil-għan li tiffaċilita l-iskambju ta’ tali data fuq il-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar l-użu ta’ metodoloġija armonizzata għall-klassifikazzjoni u r-rapportar tal-ilmenti u l-inkjesti tal-konsumaturi 62 . Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tkun implimentata biex tappoġġa bis-sħiħ il-kooperazzjoni fl-infurzar u tiffaċilita l-qbid ta’ każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta’ ksur mifruxa.

(26)L-isfidi tal-infurzar jmorru lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni, u l-interessi tal-konsumaturi tal-Unjoni għandhom ikunu protetti minn kummerċjanti diżonesti bbażati f’pajjiżi terzi. Għalhekk, għandhom jiġu nnegozjati ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi terzi rigward l-assistenza reċiproka fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni li tipproteġi l-interessi tal-konsumaturi. Dawk il-ftehimiet internazzjonali għandhom jinkludu s-suġġett stabbilit f’dan ir-Regolament u għandhom jiġu nnegozjati fil-livell tal-Unjoni sabiex jiżguraw l-aqwa protezzjoni tal-konsumaturi tal-Unjoni u kooperazzjoni bla xkiel ma’ pajjiżi terzi.

(27)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat minimi tal-awtoritajiet kompetenti, biex jiġu stabbiliti skadenzi u dettalji oħrajn ta’ proċeduri biex jiġu indirizzati każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni, każijiet ta’ ksur mifruxa u dettalji tal-mekkaniżmu ta’ sorveljanza u kooperazzjoni amministrattiva fost l-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 63 ,

(28)Il-proċedura ta’ eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti skont l-Artikoli 10, 11, 12, 13, 15, 20, 27, 31, 32, 34, 35, 36, 37, 39, 43 u 46 ta’ dan ir-Regolament peress li dawk l-atti huma ta’ portata ġenerali,

(29)Dan ir-Regolament jikkumplimenta r-regoli settorjali tal-Unjoni għal kooperazzjoni bejn ir-regolaturi settorjali u r-regoli settorjali tal-Unjoni dwar il-kumpens lill-konsumaturi għal ħsara li tirriżulta mill-ksur ta’ dawn ir-regoli. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal sistemi u netwerks ta’ kooperazzjoni oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni. Dan ir-Regolament jespandi l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn in-netwerk tal-protezzjoni tal-konsumaturi u n-netwerks tal-korpi u l-awtoritajiet regolatorji stabbiliti mil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni,

(30)Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni eżistenti li jikkonċernaw is-setgħat tal-korpi regolatorji nazzjonali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni. Meta jkun xieraq u possibbli, dawn il-korpi għandhom jużaw is-setgħat disponibbli għalihom taħt il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali biex iwaqqfu jew jipprojbixxu każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni jew każijiet ta’ ksur mifruxa jew biex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti jagħmlu hekk,

(31)Għall-kalkolu tal-kumpens għal ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi, għandhom japplikaw ir-regoli settorjali tal-Unjoni għall-passiġġieri bħar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 64 , ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 65 , ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 66 u r-Regolament Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 67 . Fejn il-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni ma tkoprix il-kumpens għal ħsara kkawżata minn każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni jew każijiet ta’ ksur mifruxa, il-kumpens għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

(32)Dan ir-Reġolament huwa mingħajr preġudizzju għall-irwol u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti u tal-Awtorità Bankarja Ewropea fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi kollettivi tal-konsumaturi fi kwistjonijiet li jikkonċernaw servizzi ta’ kontijiet tal-ħlas u ftehimiet dwar kreditu relatati ma’ proprjetà immobbli residenzjali taħt id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 68 u d-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament u tal-Kunsill 69 .

(33)Fid-dawl tal-mekkaniżmi tal-kooperazzjoni eżistenti taħt id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka (Kapitolu III) m’għandux japplika għall-ksur fi ħdan l-Unjoni taħt dawn id-Direttivi.

(34)Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal penali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-konsumatur u ser tiġi applikata għal ksur nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, kif xieraq, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplimenta dawk id-dispożizzjonijiet, waqt li jitqiesu l-iskala u l-ambitu attwali tal-ksur u l-ħsara kkawżati mill-ksur lil konsumaturi fi Stati Membri oħrajn,

(35)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea 70 . Għalhekk dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat b’rispett għal dawk id-drittijiet u prinċipji. Meta jkunu qed jeżerċitaw is-setgħat minimi stabbiliti minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jilħqu bilanċ xieraq bejn l-interessi protetti mid-drittijiet fundamentali bħal livell ogħli tal-protezzjoni tal-konsumatur, il-libertà li wieħed jagħmel negozju u l-libertà tal-informazzjoni.

(36)Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali reponsabbli għall-infurzar tal-liġi tal-protezzjoni tal-konsumatur, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba li huma ma jistgħux jiżguraw kooperazzjoni u koordinazzjoni jekk jaġixxu waħedhom, u dan l-għan għaldaqstant jista’, minħabba l-kamp t'applikazzjoni territorjali u personali tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotti miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jistax imur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-għan,

(37)Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 għalhekk għandu jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li ġew innominati bħala responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, għandhom jikkoordinaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni sabiex jiżguraw konformità ma’ dawk il-liġijiet u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u sabiex itejbu l-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament japplika għal każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta’ ksur mifruxa ddefiniti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3.

2. Dan ir-Regolament japplika wkoll għal każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta’ ksur mifruxa li jdumu għal żmien qasir, anke jekk dawk il-każijiet ta’ ksur ikunu waqfu qabel ma jkun beda l-infurzar jew qabel ma seta’ jitlesta.

3. Dan ir-Regolament għandu jkun bla preġudizzju għar-regoli dwar id-dritt internazzjonali privat, b’mod partikolari r-regoli relatati mal-ġuriżdizzjoni tal-qorti u l-liġijiet applikabbli.

4. Dan ir-Regolament għandu jkun bla preġudizzju għall-applikazzjoni fl-Istati Membri ta’ miżuri dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u ċivili, b’mod partikolari l-operat tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew.

5. Dan ir-Regolament għandu jkun bla preġudizzju għat-twettiq mill-Istati Membri ta’ kwalunkwe obbligu addizzjonali fir-rigward tal-assistenza reċiproka għall-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi kollettivi tal-konsumaturi, inklużi kwistjonijiet kriminali li joħorġu minn atti legali oħra, inklużi ftehimiet bilaterali u multilaterali.

6. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-irwol u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità Bankarja Ewropea taħt id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u d-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi.

7. Il-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament m’għandhux japplika għall-ksur fi ħdan l-Unjoni tal-leġiżlazzjoni li ġejja:

(a)Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali

(b)Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi.

8. Dan ir-Regolament għandu jkun bla preġudizzju għad-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 71 .

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi” tfisser id-Direttivi li huma trasposti fis-sistema ġuridika interna tal-Istati Membri u r-Regolamenti elenkati fl-Anness;

(b)“ksur fi ħdan l-Unjoni” tfisser kull att jew omissjoni li jkunu jinsabu għaddejjin jew li jkunu waqfu u li jmorru kontra l-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, u li jkunu għamlu ħsara, qed jagħmlu ħasra jew x’aktarx ser jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi li huma residenti fi Stat Membru apparti l-Istat Membru fejn l-att jew ommissjoni jkunu oriġinaw jew seħħu, fejn il-kummerċjant responsabbli għall-att jew ommissjoni ikun stabbilit jew fejn ikunu jinstabu l-evidenza jew l-assi tal-kummerċjant li għandhom x’jaqsmu mal-att jew ommissjoni;

(c)“każ ta’ ksur mifrux” tfisser;

(1)kull att jew ommissjoni li jmorru kontra l-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi li għamlu ħsara, jagħmlu ħasra jew x’aktarx ser jagħmlu ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi li huma residenti f’ta’ mill-inqas żewġ Stat Membri apparti l-Istat Membru fejn oriġinaw jew seħħu l-att jew ommissjoni, jew fejn il-kummerċjant responsabbli għall-att jew l-ommissjoni huwa stabbilit, jew fejn jistgħu jinstabu l-evidenza jew l-assi li għandhom x’jaqsmu mal-att jew ommissjoni; irrispettivament jekk l-att jew l-ommissjoni għadhomx għaddejjin jew waqfux; jew

(2)kwalunkwe att jew ommissjoni kontra l-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumatur li għandhom karatteristiċi komuni, bħal l-istess prattika illegali, il-ksur tal-istess interess jew li jkunu qegħdin iseħħu fl-istess ħin, f'mill-inqas żewġ Stati Membri;

(d)“awtorità applikanti” tfisser l-awtorità kompetenti li tagħmel talba għal assistenza reċiproka;

(e)“awtorità rikjesta” tfisser l-awtorità kompetenti li tirċievi t-talba għall-assistenza reċiproka;

(f)“kummerċjant” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament jekk tkunx proprjetà privata jew pubblika, li jkun qed jaġixxi għal skopijiet relatati mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tiegħu, inkluż permezz ta’ kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’ismu jew għalih;

(g)“sorveljanza tas-suq” tfisser l-attivitajiet, l-azzjonijiet jew il-miżuri ta’ awtorità kompetenti nnominata biex tiskopri jekk seħħewx jew hux qegħdin iseħħu każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni jew każijiet ta’ ksur mifruxa;

(h)“ilment tal-konsumatur” tfisser dikjarazzjoni, appoġġata minn evidenza raġonevoli, li kummerċjant wettaq, jew aktarx li ser iwettaq, ksur tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi;

(i)“ħsara għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi” tfisser ħsara attwali jew potenzjali lill-interessi ta’ għadd ta’ konsumaturi li huma kkonċernati mill-każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni jew il-każijiet ta’ ksur mifruxa; u li għandhom jiġu preżunti b’mod partikolari fejn il-ksur ikun ikkawża ħsara potenzjali jew attwali, ikun qiegħed jagħmel ħsara jew x’aktarx ser jagħmel ħsara lil numru sinifikanti ta’ konsumaturi fl-istess sitwazzjoni.

Artikolu 4

Perjodi ta’ preskrizzjoni għal każijiet ta’ ksur

1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinvestigaw każijiet ta’ ksur imsemmija fl-Artikolu 2 u jipprojbixxu lill-kummerċjanti milli jwettqu tali ksur fil-futur. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu penali għal dawk il-każijiet ta' ksur sa żmien ta’ ħames snin mit-tmiem tal-ksur.

2. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni tal-penali għandu jibda jiddekorri mill-jum meta jkun intemm il-ksur.

3. Kull azzjoni meħudha mill-awtorità kompetenti, għall-finijiet tal-investigazzjoni jew il-proċedimenti tal-infurzar fir-rigward tal-ksur, għandha tissospendi l-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ penali sakemm tiġi adottata d-deċiżjoni finali li tikkonċerna l-kwistjoni. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni ta’ penali għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni, l-ordni jew kull azzjoni oħra mill-awtorità kompetenti tkun soġġetta għal proċeduri pendenti quddiem qorti.

KAPITOLU II

AWTORITAJIET KOMPETENTI U S-SETGĦAT TAGĦHOM

Artikolu 5

Awtoritajiet kompetenti u uffiċċji uniċi ta’ kooperazzjoni

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar bħala awtoritajiet kompetenti awtoritajiet pubbliċi stabbiliti fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, b’responsabbiltajiet speċifiċi biex jinfurzaw il-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament daqslikieku kienu qed jaġixxu f’isem il-konsumaturi tal-Istat Membru tagħhom stess u f’isimhom propju.

3. Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità kompetenti waħda bħala uffiċċju uniku ta’ kooperazzjoni.

4. L-uffiċċju uniku ta’ kooperazzjoni għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ attivitajiet ta’ investigazzjoni u infurzar relatati ma’ każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta’ ksur mifruxa mill-awtoritajiet kompetenti, awtoritajiet pubbliċi oħrajn kif stipulat fl-Artikolu 6, korpi nnominati kif stipulat fl-Artikolu 13 u entitajiet li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta’ twissija kif stipulat fl-Artikolu 34.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-uffiċji uniċi ta’ kooperazzjoni jkollhom ir-riżorsi adegwati meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għall-użu effettiv tas-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 8, fosthom riżorsi baġitarji suffiċjenti jew riżorsi oħrajn, kompetenza, proċeduri u l-arranġamenti oħrajn.

6. Meta jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dmirijiet rispettivi tagħhom ikunu ddefiniti b’mod ċar u li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet rispettivi tagħhom b’mod effettiv.

Artikolu 6

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi u korpi nnominati oħrajn

1. Kull Stat Membru għandu jimponi obbligu fuq awtoritajiet pubbliċi oħrajn biex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-obbligi tagħhom.

2. Awtorità kompetenti tista’ titlob lill-awtoritajiet pubbliċi l-oħrajn msemmija fil-paragrafu 1 biex jieħdu kull miżura ta’ infurzar meħtieġa li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom taħt il-liġi nazzjonali, sabiex iġibu l-waqfien jew il-projbizzjoni ta’ każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta’ ksur mifruxa.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet pubbliċi l-oħrajn ikollhom il-mezzi u s-setgħat meħtieġa biex jikkooperaw b’mod effettiv mal-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet pubbliċi oħra għandhom jinformaw regolarment lill-awtorità kompetenti dwar il-miżuri meħuda fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

4. Kull Stat Membru jista’ jaħtar korpi li jkollhom interess leġittimu fit-tmiem jew il-projbizzjoni tal-ksur (“korpi nnominati”) sabiex jiġbru l-informazzjoni meħtieġa u sabiex jieħdu l-miżuri tal-infurzar meħtieġa li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom taħt il-liġi nazzjonali f’isem awtorità kompetenti rikjesta.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi nnominati, b’mod partikolari biex jiżguraw li l-każijiet ta’ ksur imsemmija fl-Artikolu 2 jinġiebu għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien.

Artikolu 7

Informazzjoni u listi

1. Kull Stat Membru għandu jikkomunika mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn l-identitajiet tal-awtoritajiet kompetenti, l-uffiċċju uniku ta’ kooperazzjoni, tal-korpi nnominati kif stabbiliti fl-Artiklu 13 u tal-entitajiet li qed jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta’ twissija stabbiliti fl-Artikolu 34, kif ukoll kull bidla li jkun hemm f’dan ir-rigward.

2. Il-Kummissjoni għandha żżomm u taġġorna lista li hija disponibbli għall-pubbliku bl-uffiċji uniċi ta’ kooperazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti, il-korpi nnominati u l-entitajiet nominati fuq il-websajt tagħha.

Artikolu 8

Setgħat minimi tal-awtoritajiet kompetenti

1. Kull awtorità kompetenti għandu jkollha is-setgħat ta’ investigazzjoni u ta’ infurzar meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandha teżerċitahom f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-liġi nazzjonali.

2. Kull awtorità kompetenti għandha mill-inqas is-setgħat li ġejjin u għandha teżerċitahom taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9, sabiex:

(a)    ikollha aċċess għal kull dokument, dejta jew informazzjoni rilevanti relatati ma’ ksur taħt dan ir-Regolament, fi kwalunkwe forma jew format u irrispettivament mill-mezz jew il-post fejn jinħażnu;

(b)    titlob il-provvista minn kull persuna fiżika jew ġuridika, fosthom banek, fornituri tas-servizzi tal-internet, reġistri u reġistraturi tad-dominji u fornituri ta’ servizzi ta’ hosting ta’ kwalunkwe informazzjoni, dejta jew dokumenti relevanti f’kull format jew forma u irrespettivament mill-mezz jew il-post fejn ikunu maħżuna, bl-iskop li fost affarijiet oħrajn jidentifikaw u jsegwu l-flussi finanzjarji jew tad-dejta, jew sabiex jaċċertaw l-identità tal-persuni involuti fil-flussi finanzjarji jew tad-dejta, informazzjoni dwar kontijiet bankarji u s-sjieda ta’ websajts;

(c)    tirrikjedi lil kull awtorità, korp jew aġenzija pubblika fi ħdan l-Istat Membru tal-awtorità kompetenti biex jipprovdu kull informazzjoni, data jew dokument rilevanti fi kwalunkwe format jew forma u irrispettivament mill-mezz jew post fejn ikunu maħżuna, bl-iskop li fost affarijiet oħrajn jidentifikaw u jsegwu l-flussi finanzjarji jew tad-data, jew sabiex jaċċertaw l-identità tal-persuni involuti fil-flussi finanzjarji jew tad-data, informazzjoni dwar kontijiet bankarji u s-sjieda ta’ websajts;

(d)    twettaq spezzjonijiet fuq il-post, li jinkludu b’mod partikolari is-setgħa ta’ dħul fi kwalunkwe bini, art jew mezz ta’ trasport jew biex titlob lil awtoritajiet oħrajn biex jagħmlu dan sabiex jeżaminaw, jikkonfiskaw, jieħdu jew jiksbu kopji ta’ informazzjoni, data jew dokumenti, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna; tissiġilla kull bini jew informazzjoni, data jew dokumenti għaż-żmien meħtieġ u sal-punt meħtieġ għall-ispezzjoni; titlob lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal tal-kummerċjant ikkonċernat biex jagħti spjegazzjonijiet dwar fatti, informazzjoni jew dokumenti relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni u tirreġistra t-tweġibiet;

(e)    tixtri prodotti jew servizzi bħala xiri tal-ittestjar sabiex taqbad każijiet ta’ ksur taħt dan ir-Regolament u tikseb l-evidenza;

(f)tixtri prodotti jew servizzi b'identità moħbija sabiex taqbad każijiet ta’ ksur u tikseb evidenza;

(g)tadotta miżuri interim biex tipprevjeni r-riskju ta’ ħsara serja u irreparabbli lill-konsumaturi, b’mod partikolari s-sospensjoni ta’ websajt, dominju jew ta’ sit, servizz jew kont diġitali simili;

(h)    tibda investigazzjonijiet jew proċeduri sabiex iġġib il-waqfien jew il-projbizzjoni ta’ każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni jew każijiet ta’ ksur mifruxa fuq l-inizjattiva tagħha stess u fejn xieraq, tippubblika informazzjoni dwar dan;

(i)tikseb impenn mill-kummerċjant responsabbli għall-ksur fi ħdan l-Unjoni jew il-ksur mifrux sabiex jitwaqqaf il-ksur u fejn xieraq, jingħata kumpens lill-konsumaturi għall-ħsara kkawżata;

(j)titlob bil-miktub it-tmiem tal-ksur mill-kummerċjant;

(k)iġġib fit-tmiem jew il-projbizzjoni tal-ksur;

(l)tagħlaq websajt, dominju jew sit, servizz jew kont diġitali simili jew parti minnhom, inkluż billi titlob lil parti terza jew awtorità pubblika oħra biex timplimenta tali miżuri;

(m)timponi penali, inklużi multi u ħlasijiet ta’ penali, għal każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta’ ksur mifruxa u għan-nuqqas ta’ konformità ma’ kull deċiżjoni, ordni, miżura interim, impenn jew miżura oħra adottata skont dan ir-Regolament;

(n)    tordna lill-kummerċjant responsabbli għall-ksur fi ħdan l-Unjoni jew il-każijiet ta’ ksur mifruxa sabiex hu jikkumpensa lill- konsumaturi li batew ħsara bħala konsegwenza tal-ksur billi, fost affarijiet oħrajn, billi jagħti kumpens monetarju, joffri lill-konsumaturi l-għażla li jtemmu l-kuntratt jew jieħu miżuri oħra li jiżguraw rimedju lill-konsumaturi li sofrew ħsara bħala riżultat tal-ksur;

(o)tordna r-restituzzjoni tal-profitti miksuba b’riżultat ta’ dan il-ksur, inkluża ordni li dawk il-profitti jitħallsu lit-teżor pubbliku jew lil benefiċjarju nominat mill-awtorità kompetenti jew taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(p)tippubblika d-deċiżjonijiet finali, il-miżuri interim jew l-ordnijiet, li jinkludu l-pubblikazzjoni tal-identità tal-kummerċjant responsabbli għall-ksur fi ħdan l-Unjoni jew il-ksur mifrux;

(q)tikkonsulta lill-konsumaturi, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, korpi nnominati u persuni oħrajn ikkonċernati mill-effettività u l-impenji proposti dwar it-tmiem tal-ksur u t-tneħħija tal-ħsara kkawżata minnu.

Artikolu 9

Eżerċitar ta’ setgħat minimi

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat stipulati fl-Artikolu 8 skont dan ir-Regolament u l-liġi nazzjonali jew:

(a)direttament taħt l-awtorità tagħhom stess; jew

(b)b’rikors lill-qrati kompetenti biex jagħtu d-deċiżjoni meħtieġa, inkluż b’appell, fejn dan ikun xieraq, jekk ir-rikors biex tingħata d-deċiżjoni meħtieġa ma jintlaqax.

2. Safejn l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’rikors lill-qrati, dawk il-qrati għandhom is-setgħa li jagħtu d-deċiżjonijiet meħtieġa u għandhom jaġixxu fi ħdan il-qafas ta’ dan ir-Regolament.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi tal-qorti u spejjeż oħrajn marbuta mal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti fil-proċedimenti mibdija b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikunu proporzjonati u ma jfixklux l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat minimi tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 8. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

KAPITOLU III

MEKKANIŻMU TA’ ASSISTENZA REĊIPROKA

Artikolu 11

Talbiet għal informazzjoni

1. L-awtorità mitluba għandha, fuq talba minn awtorità applikanti, tipprovdi kull informazzjoni rilevanti meħtieġa biex tistabbilixxi jekk seħħx ksur fi ħdan l-Unjoni u biex twaqqaf dak il-ksur. L-awtorità mitluba għandha tinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar it-talba għall-informazzjoni u r-risposta tagħha.

2. L-awtorità rikjesta għandha twettaq l-investigazzjonijiet xierqa jew tieħu kull miżura oħra li tkun meħtieġa jew xierqa sabiex tiġbor l-informazzjoni meħtieġa. Jekk ikun meħtieġ, dawk l-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu bl-assistenza ta’ awtoritajiet pubbliċi u korpi nnominati oħrajn.

3. Fuq talba mill-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba tista’ tippermetti lil uffiċjali kompetenti tal-awtorità applikanti biex jakkumpanjaw lill-uffiċjali tal-awtorità mitluba matul l-investigazzjonijiet tagħhom.

4. L-awtorità mitluba għandha twieġeb għat-talba billi tuża l-proċedura għal talbiet għal informazzjoni u fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti mill-Kummissjoni fl-att ta’ implimentazzjoni.

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li jiffissaw l-iskadenzi, il-formoli standard u d-dettalji tal-proċeduri għat-talbiet għall-informazzjoni. L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 12

Talbiet għal miżuri ta’ infurzar

1. L-awtorità mitluba għandha, fuq talba minn awtorità applikanti, tieħu kull miżura ta’ infurzar meħtieġa biex iġġib fit-tmiem jew il-projbizzjoni tal-ksur fi ħdan l-Unjoni, inkluż billi timponi penali u tordna jew tiffaċilita l-kumpens lill-konsumaturi għall-ħsara kkawżata mill-ksur.

2. Sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha stabbiliti fil-paragrafu 1, l-awtorità mitluba għandha teżerċita s-setgħat stipulati taħt l-Artikolu 8 u kull setgħa addizzjonali mogħtija lilha taħt il-liġi nazzjonali. L-awtorità mitluba għandha tiddetermina l-miżuri ta’ infurzar xierqa biex iġġib it-tmiem jew il-projbizzjoni tal-ksur fi ħdan l-Unjoni b’mod proporzjonat, effiċjenti u effettiv. Jekk ikun meħtieġ, dawk il-miżuri għandhom ikunu ddeterminati u implimentati bl-assistenza ta’ awtoritajiet pubbliċi oħrajn.

3. L-awtorità mitluba għandha tinforma regolarment u tikkonsulta lill-awtorità applikanti dwar il-passi u l-miżuri meħuda. L-awtorità mitluba għandha tinnotifika, permezz tal-bażi tad-data stipulata fl-Artikolu 43, lill-awtorità applikanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda u l-effetti tagħhom fuq il-ksur fi ħdan l-Unjoni mingħajr ebda dewmien, li jinkludu dawn li ġejjin:

(a)jekk ġewx imposti miżuri interim;

(b)jekk il-ksur intemmx;

(c)liema penali ġew imposti;

(d)sa liema punt il-konsumaturi ġew ikkumpensati

(e)jekk il-miżuri meħuda ġewx implimentati.

4. L-awtorità mitluba għandha twieġeb għat-talba billi tuża l-proċeduri għal talbiet għal miżuri ta’ infurzar u fi ħdan l-iskadenzi stipulati mill-Kummissjoni fl-att ta’ implimentazzjoni.

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-iskadenzi, il-formoli standard u d-dettalji tal-proċeduri għat-talbiet għall-informazzjoni. L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 13

Rwol tal-korpi nnominati

1. L-awtorità mitluba tista’ tagħti struzzjonijiet lil korp innominat biex jiġbor l-informazzjoni meħtieġa jew jieħu l-miżuri ta’ infurzar meħtieġa biex iġġib it-tmiem jew il-projbizzjoni tal-ksur. L-awtorità mitluba tista’ tagħmel hekk biss meta jkun probabbli li dak il-korp ser jikseb l-informazzjoni mitluba jew iġib it-tmiem jew il-projbizzjoni tal-ksur bl-istess effiċjenza u effettività bħall-awtorità mitluba.

2. L-awtorità mitluba għandha tiżgura li l-istruzzjoni lill-korp innominat ma jwassalx għall-iżvelar ta’ informazzjoni li hija suġġetta għar-regoli dwar il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali u kummerċjali stabbiliti fl-Artikolu 41.

3. Meta l-korp innominat ma jirnexxilux iġib it-tmiem jew il-projbizzjoni tal-ksur fi ħdan l-Unjoni fl-iskadenza stipulata skont l-Artikolu 11(4) u l-Artikolu 12(4), l-awtorità mitluba nnifisha għandha taġixxi fuq it-talba skont l-Artikoli 11 u 12.

4. Qabel ma tagħti l-istruzzjonijiet lill-korp innominat, l-awtorità mitluba għandha tikkonsulta mal-awtorità applikanti dwar l-intenzjoni tagħha li tagħti struzzjonijiet lil korp innominat. Meta l-awtorità applikanti ma taqbilx li jingħataw struzzjonijiet lil korp innominat, hija għandha tinforma lill-awtorità mitluba bil-miktub mingħajr dewmien u tagħti r-raġunijiet għall-oġġezzjoni tagħha. F’dak il-każ, l-awtorità mitluba m’għandhiex tagħti struzzjonijiet lill-korp innominat u għandha taġixxi hija fuq it-talba.

6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw l-iskadenzi, il-formoli standard u d-dettalji tal-proċeduri għat-talbiet għall-informazzjoni. L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 14

Proċedura għal talbiet għal assistenza reċiproka

1. F’talbiet għal assistenza reċiproka, l-awtorità applikanti għandha tipprovdi informazzjoni suffiċjenti biex tippermetti lill-awtorità mitluba tissodisfa t-talba, inkluża kwalunkwe evidenza meħtieġa li tista’ tinkiseb biss fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti.

2. It-talbiet għandhom jintbagħtu mill-awtorità applikanti lill-uffiċċju uniku ta’ kooperazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità mitluba u l-uffiċċju uniku ta’ kooperazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità applikanti għall-informazzjoni. L-uffiċċju uniku ta’ kooperazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità mitluba għandu jgħaddi t-talbiet lill-awtorità kompetenti xierqa mingħajr dewmien.

3. It-talbiet għal assistenza reċiproka u kull komunikazzjoni marbuta magħhom għandhom isiru bil-miktub bl-użu ta’ formoli standard u dawn għandhom jiġu kkomunikati b'mod elettroniku permezz tal-bażi ta' data stabbilita skont l-Artikolu 43.

4. Il-lingwi li jintużaw għall-assistenza reċiproka u għall-komunikazzjoni marbuta magħhom għandhom jiġu miftiehma mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

5. Jekk ma jkunx hemm qbil dwar liema lingwi ser jintużaw, it-talbiet għandhom jintbagħtu bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-awtorità applikanti waqt li r-risposti għandhom ikunu bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-awtorità mitluba. F’dak il-każ, kull awtorità kompetenti għandha tiżgura li jkun hemm it-traduzzjonijiet meħtieġa għat-talbiet, ir-risposti u d-dokumenti l-oħrajn li hija tirċievi mingħand awtorità kompetenti oħra.

6. L-awtorità mitluba għandha twieġeb direttament lill-awtorità applikanti u lill-uffiċji uniċi ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri tal-awtoritajiet applikanti u mitluba.

Artikolu 15

Rifjut ta’ konformità ma’ talba għal assistenza reċiproka

1. L-awtorità mitluba tista’ tirrifjuta li tikkonforma ma’ talba għall-informazzjoni taħt l-Artikolu 11 jekk tapplika waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) fl-opinjoni tagħha, wara konsultazzjoni mal-awtorità applikanti, l-informazzjoni mitluba ma tkunx meħtieġa mill-awtorità applikanti biex tistabbilixxi jekk seħħx ksur fi ħdan l-Unjoni jew biex tistabbilixxi jekk hemmx xi suspett raġonevoli li dan jista’ jseħħ;

(b) l-awtorità applikanti ma taqbilx li l-informazzjoni hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali u kummerċjali stipulati fl-Artikolu 41;

(ċ) diġà jkunu nbdew investigazzjonijiet kriminali jew ġudizzjarji jew diġà tkun ingħatat sentenza finali fir-rigward tal-istess ksur fi ħdan l-Unjoni u kontra l-istess kummerċjant quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istat Membru tal-awtorità mitluba jew dik applikanti.

2. L-awtorità mitluba tista’ tirrifjuta li tikkonforma ma’ talba għal miżuri tal-infurzar taħt l-Artikolu 12 wara konsultazzjoni mal-awtorità applikanti, jekk tapplika waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-investigazzjoni kriminali jew il-proċedimenti ġudizzjarji diġà jkunu nbdew jew tkun diġà ingħatat sentenza finali fir-rigward tal-istess ksur fi ħdan l-Unjoni u kontra l-istess kummerċjant, quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istat Membru tal-awtorità mitluba jew dik applikanti;

(b) fil-fehma tagħha, wara investigazzjoni xierqa mill-awtorità mitluba, ma jkun seħħ ebda ksur fi ħdan l-Unjoni;

(ċ) fil-fehma tagħha, l-awtorità applikanti ma tkunx ipprovdiet informazzjoni suffiċjenti skont l-Artikolu 12(1),

It-talba għal miżuri tal-infurzar ma tistax tiġi miċħuda fuq il-bażi li ma ġietx ipprovduta informazzjoni suffiċjenti jekk it-talba għall-informazzjoni fuq l-istess ksur fi ħdan l-Unjoni kienet ġie miċħuda fuq il-bażi li diġà nbdew investigazzjonijiet kriminali jew proċedimenti ġudizzjarji jew li diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward tal-istess ksur fi ħdan l-Unjoni u kontra l-istess kummerċjant, kif imsemmi fil-paragrafu (1)(c).

3. L-awtorità mitluba għandha tinforma lill-awtorità applikanti u lill-Kummissjoni dwar ir-rifjut li tikkonforma ma’ talba għal assistenza reċiproka u għandha tagħti raġunijiet għaċ-ċaħda.

4. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtorità applikanti u dik mitluba, l-awtorità applikanti jew l-awtorità mitluba għandha mingħajr dewmien tirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni li għandha toħroġ opinjoni. Jekk il-kwistjoni ma tiġix riferuta lilha, il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni ex officio.

5. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka, il-konformità tal-awtoritajiet kompetenti mal-proċeduri u l-iskadenzi għall-ipproċessar ta’ talbiet għal assistenza reċiproka. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għat-talbiet għal assistenza reċiproka u għall-informazzjoni u d-dokumenti skambjati bejn l-awtorità applikanti u dik mitluba.

6. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ toħroġ gwida u tagħti parir lill-Istati Membri biex tiżgura l-funzjonament effettiv u effiċjenti tal-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka.

7. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw id-dettalji tal-proċeduri biex jiġu indirizzati każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti taħt il-paragrafi 3 u 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

KAPITOLU IV

SORVELJANZA KKOORDINATA, INVESTIGAZZJONI U MEKKANIŻMU TA’ INFURZAR GĦAL KAŻIJIET TA’ KSUR MIFRUXA

Taqsima I

Każijiet ta’ ksur

Artikolu 16

Ftuħ ta’ azzjoni kkoordinata u n-nominazzjoni tal-koordinatur

1. Meta awtorità kompetenti jkollha suspett raġonevoli li qed iseħħ ksur mifrux, hija għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati bil-ksur mifrux u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

2. Meta l-Kummissjoni jkollha suspett raġonevoli li qed iseħħ ksur mifrux, hija għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bil-ksur mifrux.

3. Wara li jirċievu n-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bil-ksur mifrux għandhom, waqt li jaġixxu b’kunsens, jinnominaw l-awtorità kompetenti li għandha tikkoordina l-azzjoni.

4. L-awtoritajiet kompetenti kkornċernati jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni sabiex tassumi l-irwol ta’ koordinazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati mingħajr dewmien dwar jekk taċċettax jew le l-irwol ta’ koordinazzjoni.

5. Meta tinnotifika lill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tipproponi biex tassumi l-irwol ta’ koordinazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar jekk jaċċettawx li l-Kummissjoni tikkoordina l-azzjoni.

6. Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta li tassumi l-irwol ta’ koordinazzjoni jew jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jaċċettawx li l-Kummissjoni tikkoordina l-azzjoni, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinnominaw awtorità kompetenti li għandha tikkoordina l-azzjoni. Jekk ma jintlaħaq ebda ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-awtorità kompetenti li l-ewwel innotifikat il-ksur suspettat lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn għandha tikkoordina l-azzjoni.

Artikolu 17

Miżuri ta’ investigazzjoni f’azzjonijiet ikkoordinati

1. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jiżguraw li l-evidenza, id-data u l-informazzjoni meħtieġa jinġabru b’mod effettiv u effiċjenti. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jiżguraw li l-investigazzjonijiet u l-ispezzjonijiet jitmexxew fl-istess ħin u li l-miżuri interim jiġu applikati fl-istess ħin.

2. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jużaw il-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka skont il-Kapotilu III, b’mod partikolari biex jiġbru evidenza u informazzjoni mingħand Stati Membri minbarra l-Istati Membri kkonċernati bl-azzjoni kkoordinata jew biex jiżguraw li l-kummerċjant kkonċernat ma jevitax il-miżuri tal-infurzar.

3. Fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jistabbilixxu l-eżitu tal-investigazzjoni u l-valutazzjoni tal-każijiet ta’ ksur mifrux f’pożizzjoni komuni miftiehma bejniethom.

4. Fejn xieraq u mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali stipulati fl-Artikolu 41, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw il-pożizzjoni komuni jew partijiet minnha fuq il-websajts tagħhom u fuq il-websajt tal-Kummissjoni u jitolbu l-opinjonijiet ta’ partijiet oħrajn ikkonċernati.

Artikolu 18

Miżuri ta’ infurzar f’azzjonijiet ikkoordinati

1. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jistiednu lill-kummerċjant responsabbli għall-ksur biex jipproponi impenji għall-waqfien tal-ksur u fejn xieraq, biex jikkumpensaw jew jieħdu miżuri oħra li jiffaċilitaw il-kumpens lil konsumaturi li jkunu ġarrbu ħsara. Il-kummerċjant jista’ wkoll, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jipproponi impenji biex jintemm il-ksur u biex jingħata kumpens lill-konsumaturi.

2. Fejn il-kummerċjant jipproponi impenji, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu, fejn xieraq, jippubblikaw l-impenji proposti fuq il-websajts tagħhom jew, fejn xieraq, fuq il-websajt tal-Kummissjoni biex jintalbu l-fehmiet ta’ partijiet ikkonċernati oħrajn u sabiex jiġi vverifikat jekk l-impenji humiex suffiċjenti biex iwaqqfu il-ksur u jikkumpensaw lill-konsumaturi.

3. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jinnominaw awtorità kompetenti waħda biex tieħu miżuri ta’ infurzar f’isem l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn sabiex ittemm jew tipprojbixxi l-ksur mifrux, sabiex tiżgura kumpens għall-konsumaturi jew timponi penali. Meta jinnominaw awtorità kompetenti biex tieħu miżuri tal-infurzar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-lokalità tal-kummerċjant ikkonċernat. Ladarba l-awtorità kompetenti tiġi nnominata biex tieħu l-miżuri ta’ infurzar mill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ikkonċernati, hija għandha ssir kompetenti biex taġixxi f’isem il-konsumaturi ta’ kull tali Stat Membru daqslikieku kienu l-konsumaturi tagħha stess.

4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jieħdu miżuri tal-infurzar fl-istess ħin fl-Istat Membri kollha jew uħud minnhom li jkunu kkonċernati mill-każ ta’ ksur mifrux. F’dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri ta’ infurzar jitnedew fl-istess ħin fl-Istati Membri kollha kkonċernati.

5. L-għoti ta’ struzzjonijiet lil korp innominat biex jieħu miżuri tal-infurzar skont il-paragrafi 1 sa 4 għandu jkun possibbli biss jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom għal dak l-għoti ta’ struzzjonijiet, u dan meta dak l-għoti ta’ struzzjonijiet ma jwassalx għall-iżvelar ta’ informazzjoni li tkun soġġetta għar-regoli ta’ segretezza professjonali u kummerċjali stipulati fl-Artikolu 41.

Artikolu 19

Għeluq ta’ azzjonijiet ikkoordinati

L-awtorità ta’ koordinazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mingħajr dewmien meta l-ksur mifrux ikun intemm jew ikun ġie pprojbit.

Artikolu 20

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċeduri għal azzjonijiet komuni għal każijiet ta’ ksur mifruxa, b’mod partikolari l-formoli standard għal notifiki u skambji oħrajn bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Taqsima II

Ksur b’dimensjoni tal-Unjoni

Artikolu 21

Azzjonijiet komuni kontra każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni

1. Jekk ikun hemm suspett raġonevoli li ksur mifrux għamel ħsara, qed jagħmel ħsara jew aktarx li ser jagħmel ħsara lil konsumaturi f’ta’ mill-inqas tlett kwarti tal-Istati Membri li flimkien jammontaw għal mill-inqas tlett kwarti tal-popolazzjoni tal-Unjoni (“ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni”), il-Kummissjoni għandha tniedi azzjoni komuni. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni tista’ titlob l-informazzjoni jew id-dokumenti meħtieġa mingħand l-awtoritajiet kompetenti.

2. Id-deċiżjoni biex tniedi l-azzjoni komuni għandha tkun innotifikata lill-uffiċji uniċi ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati mill-azzjoni komuni.

3. Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li tieħu sehem fl-azzjoni komuni għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)diġà jkunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess ksur, kontra l-istess kummerċjant f’dak l-Istat Membru;

(b)diġà tkun ingħatat sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali fir-rigward tal-istess ksur kontra l-istess kummerċjant f’dak l-Istat Membru.

4. Wara n-notifika tad-deċiżjoni li tniedi l-azzjoni komuni skont il-paragrafu 2, meta awtorità kompetenti tiddeċiedi biex ma tieħux sehem fl-azzjoni komuni, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lil kull awtorità kompetenti oħra kkonċernata dwar id-deċiżjoni tagħha, tagħti r-raġunijiet għal dan skont il-paragrafu 3 u tipprovdi d-dokumenti ta’ appoġġ meħtieġa.

5. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjoni komuni.

Artikolu 22

Miżuri tal-investigazzjoni

1. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kkoordinati mill-Kummissjoni għandhom iwettqu investigazzjonijiet fl-istess ħin sabiex jistabbilixxu jekk iseħħx ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni.

2. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jużaw il-mekkaniżmu ta’ assistenza reċiproka skont il-Kapitolu III, b’mod partikolari biex jiġbru evidenza u informazzjoni mill-Istati Membri apparti l-Istati Membri kkonċernati mill-azzjoni komuni, jew biex jiżguraw li l-kummerċjant kkonċernat ma jevitax il-miżuri tal-infurzar.

Artikolu 23

Pożizzjoni komuni

1. L-eżitu tal-investigazzjoni u l-valutazzjoni tal-ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti f’pożizzjoni komuni miftiehma bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

2. Meta ma jkunx probabbli li l-ksur ser jintemma bħala riżultat tal-impenji mill-kummerċjant responsabbli għall-ksur, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri ta’ infurzar skont l-Artikolu 25 mingħajr ma jistabbilixxu pożizzjoni komuni u mingħajr ma jistiednu lill-kummerċjant responsabbli għall-ksur biex jipproponi impenji.

3. Fejn ikun xieraq, u mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali stabbiliti fl-Artikolu 41, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jippubblikaw il-pożizzjoni komuni jew partijiet minnha fuq il-websajts tagħhom jew fuq il-websajt tal-Kummissjoni jew fejn ikun xieraq biex jinkisbu l-opinjonijiet ta’ partijiet ikkonċernati oħrajn.

Artikolu 24

Impenji

1. L-awtoritajiet kompetenti ikkonċernati, ikkoordinati mill-Kummissjoni, jistgħu jistiednu lill-kummerċjant responsabbli għall-każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni biex jipproponu impenji biex jintemm il-ksur u biex jingħata kumpens lill-konsumaturi li jkunu ġarrbu ħsara bħala riżultat tal-ksur. Il-kummerċjant jista’ wkoll, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jipproponi impenji biex jintemm il-ksur u biex jingħata kumpens lill-konsumaturi.

2. Meta n-negozjant jipproponi impenji, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu, fejn xieraq, jippubblikaw l-impenji tagħhom fuq il-websajts tagħhom u fuq il-websajt tal-Kummissjoni sabiex jinkisbu l-fehmiet ta’ partijiet ikkonċernati oħrajn u sabiex jiġi vverifikat jekk dawk l-impenji humiex biżżejjed biex jintemm il-ksur u biex jingħata kumpens lill-konsumaturi.

3. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jivvalutaw l-impenji proposti u jikkomunikaw l-eżitu tal-valutazzjoni lill-kummerċjant f’pożizzjoni komuni. Jekk l-impenji jkunu suffiċjenti biex jintemm il-ksur u fejn xieraq biex jingħata kumpens lill-konsumaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettawhom u jiffissaw skadenza sa meta l-impenji għandhom jiġu implimentati.

4. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-impenji. B’mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li l-kummerċjant ikkonċernat jirrapporta regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-impenji. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fejn xieraq, jitolbu l-opinjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, partijiet ikkonċernati oħrajn u esperti biex jivverifikaw jekk il-passi meħuda mill-kummerċjant humiex konformi mal-impenji.

Artikolu 25

Miżuri ta’ infurzar

1. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jaqblu dwar liema awtorità kompetenti, jew awtoritajiet kompetenti fejn meħtieġ, ser jieħdu miżuri ta’ infurzar kontra l-kummerċjant f’isem awtoritajiet kompetenti oħrajn meta tkun tapplika waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a)    meta jkun improbabbli li l-ksur ser jintemm bħala riżultat tal-impenji mill-kummerċjant responsabbli għall-ksur;

(b)    meta l-kummerċjant ma jipproponix impenji;

(ċ)    meta l-kummerċjant jipproponi impenji li ma jkunux biżżejjed biex jintemm il-ksur u biex jingħata kumpens lill-konsumaturi;

(d)    meta l-kummerċjant jonqos milli jimplimenta l-impenji fl-iskadenza stipulata fil-paragrafu 3;

2. Ladarba awtorità kompetenti tkun innominata biex tieħu miżuri ta’ infurzar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħrajn, hija għandha jkollha l-kompetenza biex taġixxi f’isem il-konsumaturi ta’ kull Stat Membru daqslikieku kienu l-konsumaturi tagħha. Meta jinnominaw awtorità kompetenti biex tieħu miżuri ta’ infurzar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-lokalità tal-kummerċjant ikkonċernat.

3. Meta l-awtoritajiet kompetenti ma jipproċedux skont il-paragrafu 2, huma għandhom jieħdu miżuri tal-infurzar fl-istess ħin f’bosta Stati Membri jew fl-Istati Membri kollha kkonċernati mill-każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri ta’ infurzar jitnedew fl-istess ħin fl-Istati Membri kollha kkonċernati. 

4. L-għoti ta’ struzzjonijiet lil korp innominat biex jieħu miżuri tal-infurzar skont il-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan tal-Artikolu għandu jkun possibbli biss jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati minn dawk il-miżuri jagħtu l-kunsens tagħhom u meta dak l-għoti ta’ struzzjonijiet ma jwassalx għall-iżvelar ta’ informazzjoni li tkun soġġetta għar-regoli dwar segretezza professjonali u kummerċjali stipulati fl-Artikolu 41.

Artikolu 26

Għeluq tal-azzjonijiet komuni għal każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni.

1. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tagħlaq l-azzjoni komuni meta tapplika waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a) il-kundizzjonijiet għall-azzjoni komuni skont l-Artikolu 21(1) ma jintlaħqux;

(b) l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li ma jkun seħħ ebda ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni;

(c) l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li wara l-implimentazzjoni tal-impenji mill-kummerċjant, il-ksur intemm u, fejn xieraq, il-konsumaturi ngħataw kumpens;

(d) l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li wara l-miżuri tal-infurzar skont l-Artikolu 25, il-ksur intemm jew ġie pprojbit u, fejn xieraq, il-konsumaturi ngħataw kumpens.

2. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-uffiċċju uniku ta’ kooperazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat dwar id-deċiżjoni li tingħalaq l-azzjoni komuni.

Artikolu 27

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċeduri għal azzjonijiet komuni għal każijiet ta’ ksur mifruxa b’dimensjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari l-formoli standard għal notifiki u skambji oħrajn bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Taqsima III

Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għal azzjonijiet ikkoordinati u għal azzjonijiet komuni taħt dan il-kapitolu

Artikolu 28

Proċedura għal deċiżjonijiet fost l-Istati Membri

Għal kwistjonijiet li jaqgħu taħt dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jaġixxu b’kunsens.

Artikolu 29

Rwol tal-koordinatur

1. Il-koordinatur maħtur skont l-Artikoli 16, 21 jew 32 għandu b’mod partikolari:

(a)jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u l-Kummissjoni huma informati kif meħtieġ u b’mod tempestiv dwar il-progress tal-azzjoni tal-infurzar, il-passi antiċipati li jmiss u l-miżuri li għandhom jiġu adottati;

(b)jikkoordina l-investigazzjonijiet, l-ispezzjonijiet u l-adozzjoni tal-miżuri interim deċiżi mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati skont it-taqsimiet I u II, jissorvelja l-investigazzjonijiet, l-ispezzjonijiet u l-miżuri interim, kif ukoll miżuri oħrajn, skont l-Artikolu 8;

(c)jikkoordina t-tħejjija u l-kondiviżjoni tad-dokumenti kollha meħtieġa fost l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u l-Kummissjoni;

(d)iżomm kuntatt mal-kummerċjanti u partijiet oħrajn ikkonċernati bis-sorveljanza, l-investigazzjoni u l-miżuri ta’ infurzar, ħlief jekk jiġi miftiehem mod ieħor mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u l-Kummissjoni;

(e)jikkoordina l-valutazzjoni, il-konsultazzjonijiet u l-monitoraġġ mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kif ukoll passi oħrajn meħtieġa għall-ipproċessar u l-implimentazzjoni ta’ impenji proposti mill-kummerċjanti kkonċernati;

(f)jikkoordina miżuri tal-infurzar oħrajn adottati mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, li jinkludu rikorsi lill-qrati għall-ordnijiet u d-deċiżjonijiet meħtieġa, l-impożizzjoni ta’ penali u l-adozzjoni ta’ miżuri li jiżguraw l-għoti ta’ kumpens lill-konsumaturi;

(g)jikkoordina talbiet għal assistenza reċiproka ppreżentati mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati skont il-Kapitolu III.

2. Il-koordinatur ma jistax jinżamm responsabbli għall-azzjonijiet jew l-omissjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati meta jużaw is-setgħat stipulati fl-Artikolu 8.

Artikolu 30

Dmir ta’ kooperazzjoni u arranġamenti tal-lingwa

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom ta’ sorveljanza tas-suq l-miżuri ta’ investigazzjoni u infurzar sabiex jindirizzaw każijiet ta’ ksur mifruxa skont it-taqsimiet I u II. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa u jipprovdu lil xulxin u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe assistenza oħra meħtieġa mingħajr dewmien.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu disponibbli r-riżorsi adegwati li bihom se jwettqu l-investigazzjonijiet kkoordinati u l-azzjonijiet ta’ infurzar.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistiednu lil uffiċjali tal-Kummissjoni u persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni biex jipparteċipaw fl-investigazzjonijiet ikkoordinati, azzjonijiet ta’ infurzar u miżuri oħra skont dan il-Kapitolu.

3. Il-lingwi użati mill-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għan-notifiki u l-komunikazzjonijiet kollha marbuta mal-azzjonijiet ikkoordinati, l-azzjonijiet komuni u l-investigazzjonijiet miftiehma tas-swieq tal-konsumaturi skont skont dan il-Kapitolu għandhom ikunu miftiehma mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u mill-Kummissjoni.

4. Jekk ma jista’ jintlaħaq ebda ftehim, in-notifiki u l-komunikazzjonijiet l-oħra għandhom jintbagħtu bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li jagħmel in-notifika jew komunikazzjoni oħra. F’dak il-każ, kull awtorità kompetenti kkonċernata għandha tiżgura li jkun hemm it-traduzzjonijiet meħtieġa tan-notifiki, il-komunikazzjonijiet u d-dokumenti l-oħra li tirċievi minn awtoritajiet kompetenti oħrajn.

5. Meta l-azzjonijiet ikkoordinati jew komuni skont it-taqsimiet I u II jikkonċernaw każijiet ta’ ksur mifruxa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li ġejja, il-koordinatur għandu jistieden lill-Awtorità Bankarja Ewropea biex tassumi rwol ta’ osservatur.

(a)Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali;

(b)Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi.

Artikolu 31

Pożizzjoni komuni u smigħ tal-kummerċjanti

1. Il-pożizzjoni komuni msemmija fl-Artikoli 17 u 23 għandha tiġi kkomunikata lill-kummerċjant responsabbli għall-ksur. Il-kummerċjant responsabbli għall-ksur għandu jingħata l-opportunità li jinstema’ dwar il-kwistjonijiet li huma parti mill-pożizzjoni komuni.

2 Il-kummerċjant għandu jkun intitolat li jikkomunika bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-istabbiliment jew tar-residenza tiegħu. Il-kummerċjant jista’ jirrinunzja dak id-dritt jew jitlob li tintuża lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti.

3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiffissaw id-dettalji tal-implimentazzjoni tad-drittijiet tad-difiża tal-kummerċjanti f’azzjonijiet ikkoordinati u komuni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 32

Investigazzjonijiet miftiehma tas-swieq tal-konsumaturi

1. Meta x-xejriet tas-suq, l-ilmenti tal-konsumaturi jew indikazzjonijiet oħrajn jissuġġerixxu li setgħu seħħu, qegħdin iseħħu jew jistgħu jseħħu każijiet ta’ ksur mifruxa, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jwettqu investigazzjoni miftiehma tas-swieq tal-konsumaturi (“sweep”). Tali investigazzjoni miftiehma għandha tkun ikkoordinata mill-Kummissjoni.

2. Meta jwettqu investigazzjonijiet miftiehma, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jagħmlu użu effettiv mis-setgħat stipulati fl-Artikolu 8 u s-setgħat oħrajn mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali.

3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistiednu lil uffiċjali tal-Kummissjoni u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni biex jipparteċipaw fi sweeps.

4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċeduri għall-isweeps. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

KAPITOLU V

6.MEKKANIŻMU TA’ SORVELJANZA TAL-KOOPERAZZJONI FIL-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

Artikolu 33

Mekkaniżmu ta’ sorveljanza

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm mekkaniżmu tas-sorveljanza għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata ma’ każijiet ta’ ksur jew suspetti ta’ każijiet ta’ ksur.

2. Il-mekkaniżmu ta’ sorveljanza għandu jikkonsisti mill-mekkaniżmu ta’ twissija skont l-Artikolu 34 u l-iskambju ta’ informazzjoni oħra rilevanti għall-qbid ta’ każijiet ta’ ksur jew każijiet ta’ ksur issuspettati skont l-Artikolu 36.

3. Il-mekkaniżmu ta’ sorveljanza għandu jkun implimentat permezz tal-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 43.

Artikolu 34

Mekkaniżmu ta’ twissija

1. Awtorità kompetenti għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet kompetenti oħrajn dwar kull suspett raġonevoli li qed iseħħ ksur fit-territorju tagħha li jista’ jaffettwa l-interessi tal-konsumaturi fI Stati Membri oħrajn (“twissija”) billi tuża l-formola standard permezz tal-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 43.

2. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati dwar kwalunkwe suspett raġonevoli li seħħ ksur fit-territorju tal-Unjoni (“twissija”) permezz tal-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 43.

3. Fit-twissija, l-awtorità kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu, fejn disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni li ġejja dwar il-suspett ta’ ksur:

(a) deskrizzjoni tal-att jew l-ommissjoni li jikkostitwixxu l-ksur;

(b) il-prodott jew is-servizz ikkonċernat mill-ksur;

(ċ) l-Istati Membri kkonċernati jew possibilment ikkonċernati mill-ksur;

(d) il-kummerċjant responsabbli jew suspettat li huwa responsabbli għall-ksur;

(e) il-bażi legali għall-azzjonijiet possibbli b’referenza għal-liġi nazzjonali u għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-atti tal-Unjoni fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(f) in-natura tal-proċedimenti legali, il-miżuri tal-infurzar jew miżuri oħrajn meħuda fir-rigward tal-ksur u d-dati u t-tul ta’ żmien tagħhom;

(g) l-istatus tal-proċedimenti legali, tal-miżura ta’ infurzar jew miżuri oħrajn li ttieħdu fir-rigward tal-ksur;

(h) l-awtorità kompetenti li qed tmexxi l-proċedimenti legali u miżuri oħrajn;

(i) jekk it-twissija saritx “għal informazzjoni” jew “għal azzjoni”.

4. F’każ ta’ twissija “għal azzjoni”, l-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti oħra u l-Kummissjoni biex jivverifikaw jekk humiex qegħdin iseħħu każijiet ta’ suspett ta’ ksuri simili fit-territorju ta’ Stati Membri oħrajn jew jekk ittieħdux diġà xi miżuri ta’ infurzar kontra dawk il-każijiet ta’ ksur fi Stati Membri oħrajn.

5. Biex jindirizzaw il-każijiet ta’ suspett ta’ ksuri b’mod effettiv, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, skont ir-risposti għat-twissija, jieħdu l-miżuri meħtieġa stipulati fil-Kapitoli III u IV.

6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw id-dettalji għall-funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ twissija, inkluż partikolarment fil-forom standard għat-twissijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 35

Parteċipazzjoni ta’ entitajiet oħrajn fil-mekkaniżmu ta’ twissija

1. Il-korpi nnominati u ċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi għandhom jipparteċipaw fil-mekkaniżmu tat-twissija stabbilit fl-Artikolu 34. L-Istati Membri għandhom jinnominaw organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, u entitajiet oħra bħal assoċjazzjonijiet tal-kummerċjanti, li għandhom il-kompetenza xierqa u interess leġittimu fil-protezzjoni tal-konsumatur, li għandhom jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta’ twissija. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni b’dawk l-entitajiet mingħajr dewmien.

2. Il-Kummissjoni jistgħu jinnominaw entitajiet oħrajn biex jirrapreżentaw l-interessi tal-konsumaturi u tan-negozju fil-livell tal-Unjoni li għandhom jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta’ twissija.

3. L-entitajiet deskritti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu intitolati li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni b’każijiet ta’ suspett ta’ ksuri u li jipprovdu l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 34(3), billi jużaw il-forma standard għal notifiki esterni pprovduta permezz tal-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 43 (“twissija esterna”).

4. It-twissijiet esterni għandhom ikunu biss “għall-informazzjoni”. L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx ikunu obbligati li jibdew proċedura jew jieħdu azzjoni oħra b’risposta għat-twissijiet u l-informazzjoni pprovduti minn dawk l-entitajiet. L-entitajiet li jagħmlu twissijiet esterni għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta tkun korretta, aġġornata u preċiża u għandhom jikkoreġu l-informazzjoni mibgħuta mingħajr dewmien jew jirtirawha skont kif ikun xieraq. Għal dak l-iskop, huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li jkunu pprovdew, soġġett għal-limitazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 41 u 43.

5. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw id-dettalji tan-nominazzjoni u l-parteċipazzjoni ta’ entitajiet oħrajn fil-mekkaniżmu ta’ twissija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 36

Skambju ta’ informazzjoni oħra rilevanti għall-qbid ta’ każijiet ta’ ksur.

1. Permezz tal-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 43, l-awtoritajiet kompetenti għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet kompetenti oħrajn dwar kull miżura li huma jkunu ħadu biex jindirizzaw ksur tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi fit-territorju tagħhom, jekk huma jissuspettaw li l-ksur jista’ jaffettwa l-interessi tal-konsumaturi fi Stati Membri oħrajn, b’mod partikolari:

(a)kull notifika, ordni, deċiżjoni jew miżura simili ta’ awtorità kompetenti jew awtorità oħra relatata mal-ftuħ ta’ proċedimenti nazzjonali li tikkonċerna ksur jew suspett ta’ ksur;

(b)kull deċiżjoni ta’ qorti jew ta’ awtorità ġudizzjarja oħra, ordni ġudizzjarja, inġunzjoni jew miżura simili oħra li tikkonċerna ksur jew suspett ta’ ksur;

(c)kull informazzjoni, deċiżjoni, ordni jew att ieħor ta’ awtoritajiet nazzjonali jew korpi nnominati oħrajn, kif xieraq, li jistgħu jikkonċernaw ksur jew suspett ta’ ksur.

2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji tal-iskambju ta’ informazzjoni oħra rilevanti għall-qbid ta’ każijiet ta’ ksur taħt dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

KAPITOLU VI

7.ATTIVITAJIET OĦRA FL-UNJONI KOLLHA

Artikolu 37

Koordinazzjoni ta’ attivitajiet oħrajn li jikkontribwixxu għas-sorveljanza u l-infurzar

1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħhom fl-oqsma li ġejjin:

(a) it-taħriġ tal-uffiċjali tagħhom involuti fl-infurzar tal-protezzjoni tal-konsumaturi, li jinkludi taħriġ dwar il-lingwa, u l-organizzazzjoni ta’ seminars ta’ taħriġ;

(b) il-ġbir, il-klassifikazzjoni u l-iskambju ta’ data dwar ilmenti lill-konsumatur;

(ċ) l-iżvilupp ta’ netwerks speċifiċi għas-settur ta’ uffiċjali kompetenti;

(d) l-iżvilupp ta’ għodda ta’ informazzjoni u komunikazzjoni;

(e) l-iżvilupp ta’ standards, metodoloġiji u linji gwida għal uffiċjali involuti fl-infurzar tal-protezzjoni tal-konsumaturi;

(f) l-iskambju tal-uffiċjali tagħhom, inkluża l-ħila li jwettqu attivitajiet taħt il-Kapitoli III u IV.

2. L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw u jorganizzaw flimkien l-attivitajiet stipulati fil-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaqsmu regolarment informazzjoni u data dwar ilmenti tal-konsumaturi. Għal dak l-iskop, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u żżomm metodoloġija armonizzata għall-klassifikazzjoni u r-rapportar tal-ilmenti tal-konsumaturi f’kooperazzjoni mal-Istati Membri.

4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkunu meħtieġa biex tiżviluppa qafas għal kooperazzjoni taħt il-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 38

Skambju ta’ uffiċjali bejn awtoritajiet kompetenti

1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipparteċipaw fi skemi ta’ skambju ta’ uffiċjali kompetenti minn Stati Membri oħrajn sabiex itejbu l-kooperazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jippermettu lil uffiċjali kompetenti minn Stati Membri oħrajn biex ikollhom rwol effettiv fl-attivitajiet tal-awtorità kompetenti. Għal dak il-għan, dawk l-uffiċjali għandhom ikunu awtorizzati li jwettqu d-dmirijiet fdati lilhom mill-awtorità kompetenti ospitanti skont il-liġijiet tal-Istat Membru tagħha.

2. Matul l-iskambju, ir-responsabbiltà ċivili u kriminali tal-uffiċjal kompetenti għandha tkun ittrattata bl-istess mod bħal dik tal-uffiċjali tal-awtorità kompetenti ospitanti. L-uffiċjali kompetenti mill-Istati Membri l-oħrajn għandhom josservaw standards professjonali u għandhom ikunu suġġetti għar-regoli ta’ kondotta interni xierqa tal-awtorità kompetenti ospitanti. Dawk ir-regoli ta’ kondotta għandhom jiżguraw b’mod partikolari l-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, il-ġustizzja proċedurali u l-osservanza xierqa tar-regoli dwar il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali u kummerċjali skont l-Artikolu 41.

Artikolu 39

Skambju ta’ informazzjoni dwar il-politika tal-konsumaturi

1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, bħal:

(a) informazzjoni u pariri għall-konsumaturi;

(b) appoġġ għall-attivitajiet tar-rappreżentanti tal-konsumaturi;

(ċ) appoġġ għall-attivitajiet tal-korpi responsabbli għal ftehimiet bonarji ta’ tilwim tal-konsumaturi;

(d) appoġġ għall-aċċess tal-konsumaturi għall-ġustizzja;

(e) il-ġbir ta’ statistika, ir-riżultati tar-riċerka u informazzjoni oħra relatata mal-imġieba u l-attitudnijiet tal-konsumaturi.

2. L-Istati Membri jistgħu, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, iwettqu attivitajiet komuni fl-oqsma stipulati fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jiżviluppaw qafas komuni għall-attivitajiet stipulati fil-punt (e) tal-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jkun meħtieġa biex tiżviluppa l-qafas għall-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 40

Kooperazzjoni internazzjonali

1. L-Unjoni għandha tikkoopera ma’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament sabiex jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. L-arranġamenti għal kooperazzjoni, li jinkludu l-istabbiliment ta’ arranġamenti ta’ assistenza reċiproka, l-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali u programmi għall-iskambju tal-persunal, jistgħu jkunu suġġetti għal ftehimiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi kkonċernati.

2. Il-ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi rigward il-kooperazzjoni u l-assistenza reċiproka għall-protezzjoni u t-titjib tal-interessi tal-konsumaturi, għandhom ikunu suġġetti għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali u data personali ekwivalenti għar-regoli stipulati fl-Artikolu 41.

3. Meta awtorità kompetenti tirċievi informazzjoni mingħand awtorità ta’ pajjiż terz, dik l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ Stati Membri oħrajn, sakemm hija jkollha l-permess li tagħmel dan taħt il-ftehimiet ta’ assistenza bilaterali mal-pajjiż terz u skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirrigwarda l-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.

4. L-informazzjoni kkomunikata taħt dan ir-Regolament tista’ tiġi kkomunikata wkoll lil awtorità ta’ pajjiż terz minn awtorità kompetenti taħt ftehim ta’ assistenza reċiproka mal-pajjiż terz, sakemm ikun inkiseb il-kunsens tal-awtorità kompetenti li oriġinarjament tkun ikkomunikat l-informazzjoni, u skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.

KAPITOLU VII

SEGRETEZZA PROFESSJONALI U ARRANĠAMENTI OĦRAJN

Artikolu 41

Użu ta’ informazzjoni u segretezza professjonali u kummerċjali

1. Informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 8 li tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandha tintuża biss għall-iskopijiet li tiġi żgurata konformità mal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi.

2. Informazzjoni kkomunikata fi kwalunkwe forma lil persuni li jaħdmu għal awtoritajiet kompetenti, qrati, awtoritajiet pubbliċi oħrajn u l-Kummissjoni, inkluża informazzjoni nnotifikata lill-Kummissjoni u maħżuna fil-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 43, għandha tkun kunfidenzjali u għandha tkun koperta bl-obbligi ta’ segretezza professjonali meta l-iżvelar tagħha jista’ jdgħajjef:

(a)il-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu, b’mod partikolari skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward il-protezzjoni ta’ data personali,

(b)l-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika, inkluża l-proprjetà intellettwali;

(c)il-proċedimenti quddiem qtati u pariri legali, jew

(d)l-għan ta’ spezzjonijiet jew investigazzjonijiet.

3. Minkejja il-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw u jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa:

(a)biex iġibu prova ta’ każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni jew każijiet ta’ ksur mifruxa;

(b)biex iġibu it-tmiem u l-projbizzjoni tal-każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u l-każijiet ta’ ksur mifruxa.

Artikolu 42

Użu ta’ evidenza u sejbiet ta’ investigazzjoni

1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw kwalunkwe informazzjoni, dokumenti, sejbiet, dikjarazzjonijiet, kopji veri ċċertifikati jew intelliġenza kkomunikata bħala evidenza, irrispettivament mill-format tagħhom jew il-mezz li fuqu jkunu maħżuna.

2. L-evidenza, dokumenti, informazzjoni, spjegazzjonijiet jew sejbiet ta’ investigazzjoni kkonstatati minn awtorità kompetenti fi Stat Membru skont l-Artikolu 8 jistgħu jintużaw għal proċedimenti mibdija b’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħrajn mingħajr aktar rekwiżiti formali.

Artikolu 43

Bażi ta’ data u sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-ksur

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm il-bażi ta’ data elettronika meħtieġa, li fiha għandha taħżen u tipproċessa l-informazzjoni riċevuta biex tappoġġa t-talbiet għal assistenza reċiproka skont il-Kapitolu III, miżuri skont il-Kapitolu IV u l-mekkaniżmu ta’ sorveljanza skont il-Kapitolu V. Il-bażi ta’ data għandha tkun disponibbli għal konsultazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni.

2. L-informazzjoni pprovduta minn awtoritajiet, entitajiet u korpi nnominati oħrajn għandha tinħażen u tiġi pproċessata fil-bażi ta’ data elettronika, iżda dawk l-awtoritajiet, entitajiet u korpi nnominati m’għandux ikollhom aċċess għal dik il-bażi ta’ data.

3. Id-data maħżuna relatata ma’ ksur għandha titħassar ħames snin wara li jkun intemm il-ksur. Il-perjodu ta’ ħames snin għandu jibda mid-data meta:

(a)l-awtorità mitluba tinnotifika lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 12(3), li l-ksur fi ħdan l-Unjoni ntemm;

(b)l-awtorità li tikkoordina tinnotifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19, li l-ksur mifrux intemm jew ġie pprojbit;

(c)il-Kummissjoni tiddeċiedi li, skont l-Artikolu 26, ingħalqet l-azzjoni komuni rigward il-ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni, iżda li l-impenji tal-kummerċjanti għandhom jinħażnu għal 10 snin sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi.

(d)l-informazzjoni tkun iddaħħlet fil-bażi ta’ data fil-każijiet l-oħrajn kollha.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni meħtieġa biex timplimenta l-bażi ta’ data. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 44

Rinunzja tar-rimbors tal-ispejjeż

L-Istati Membri għandhom jirrinunzjaw kull pretensjoni għar-rimborż ta’ spejjeż imġarrba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, l-Istat Membru tal-awtorità applikanti għandu jibqa’ responsabbli lill-Istat Membru tal-awtorità mitluba għal kull spiża jew kull telf imġarrba bħala riżultat ta’ miżuri miċħuda u meqjusa bħala infondati minn qorti, safejn is-sustanza tal-ksur inkwistjoni tkun ikkonċernata. 

Artikolu 45

Pjanijiet ta’ infurzar nazzjonali u prijoritizzazzjoni

1. Kull sentejn minn xx/xx/20xx [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni pjanijiet ta’ infurzar bijennali, bl-użu ta’ forma standard pprovduta apposta fuq l-internet mill-Kummissjoni. Il-pjanijiet tal-infurzar għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a)informazzjoni dwar xejriet tas-suq li jistgħu jaffettwaw l-interessi tal-konsumaturi fl-Istat Membru tagħhom, li b’hekk tenfasizza kwistjonijiet li x’aktarx jeżistu fi Stati Membri oħrajn;

(b)fejn xieraq, sommarju tal-implimentazzjoni tal-pjan tal-infurzar bijennali preċedenti, li jinkludi ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament, ilmenti tal-konsumaturi u ilmenti oħrajn irċevuti, attivitajiet ta’ sorveljanza u infurzar u azzjonijiet tal-qorti, sentenzi u ordinjiet oħrajn importanti, jew miżuri u raġunijiet għaliex il-pjan bijennali preċedenti seta’ ma ġiex implimentat bis-sħiħ;

(c)informazzjoni dwar l-organizzazzjoni, is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll kull bidla jew bidla ppjanata tagħhom;

(d)l-oqsma ta’ prijorità għall-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi għas-sentejn li ġejjin fl-Istat Membru;

(e)l-oqsma ta’ prijorità proposti għall-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi fl-Unjoni kollha;

(f)ħarsa ġenerali lejn ir-riżorsi disponibbli u impenjati għall-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi fl-Istat Membru għal sentejn;

(g)dikjarazzjoni tar-riżorsi impenjati għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għas-sentejn li ġejjin.

2. Fil-każ ta’ bidla sostanzjali fiċ-ċirkostanzi jew fil-kundizzjonijiet tas-suq tul is-sentejn wara s-sottomissjoni tal-aħħar pjan tal-infurzar, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu pjan ta’ infurzar rivedut.

Artikolu 46

Monitoraġġ u implementazzjoni ta’ pjanijiet tal-infurzar nazzjonali

1. Il-Kummissjoni tista’ tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ infurzar nazzjonali. Il-Kummissjoni tista’ toffri pariri dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ infurzar nazzjonali, tistabbilixxi punti ta’ referenza fir-rigward tar-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippromwovi l-aħjar prattiċi.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni meħtieġa biex tiżviluppa l-formoli standard fuq l-internet u d-dettalji tal-pjanijiet tal-infurzar nazzjonali msemmija fl-Artikolu 45. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 47

Il-prinċipji għall-impożizzjoni ta’ penali għal każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u mifruxa.

1. Meta jkunu qed jimponu penali fil-kuntest ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta’ ksur mifruxa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw fost affarijiet oħrajn:

(a)l-ambitu territorjali tal-ksur;

(b)il-ħsara ġenerali jew il-ħsara probabbli kkawżata lil konsumaturi fi Stati Membri oħrajn;

(c)ir-ripetizzjoni tal-ksur fl-istess Stat Membru jew fl-Unjoni.

2. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar penali għal każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni u każijiet ta’ ksur mifruxa u l-koordinazzjoni tagħhom skont il-Kapitolu IV.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 48

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat. Il-Kumitat għandu jkun Kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandu japplika.

Artikolu 49

Notifiki

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien it-test ta’ kull dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw, jew tal-ftehimiet apparti dawk li jittrattaw każijiet individwali li huma jikkonkludu, fuq kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 50

Evalwazzjoni

Sa mhux aktar tard mill-[xx/xx/20xx, u mhux aktar tard minn seba’ snin mid-dħul tiegħu fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament li tinkludi valutazzjoni tal-effettività tal-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi taħt dan ir-Regolament u l-eżami ta’, fost affarijiet oħrajn, kif il-konformità tal-kummerċjanti mal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi evolviet fi swieq ewlenin tal-konsumaturi ikkonċernati mill-kummerċ transkonfinali.

Artikolu 51

Emenda tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 2006/2004

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 2006/2004, huma miżjuda l-punti li ġejjin:

“18. Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64)

19. Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern: Artikolu 20 (ĠU L 376, 27.12. 2006, p.36).

20. Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12. 2007, p. 14).

21. Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204 26.7.2006, p.1).

22. Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi ta' l-ajru fil-Komunità: Artikoli 22, 23 u 24 (ĠU L 293, 31.10.2008, p.3).

23. Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali: Artikoli 10, 11, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 21, 22, 23, Kapitolu 10 u fl-Annessi I u II (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).

24. Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi, Artikoli 4 sa 18 u 20(2) (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214)."

Artikolu 52

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 2006/2004 huwa mħassar minn[id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Artikolu 53

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.  

Dan ir-Regolament għandu japplika minn[sena wara d-dħul fis-seħħ tiegħu].

Madankollu, l-Artikolu 51 għandu japplika minn[id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

6.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

6.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill li jissostitwixxi r-Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi)

6.2.Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB 72  

Titolu 33 – Ġustizzja u Konsumaturi – Kapitolu 33 04: Programm għall-Konsumaturi

6.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida 

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja 73  

X Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida 

6.4.Għan(ijiet)

6.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/iċi pluriennali tal-Kummissjoni mmirati mill-proposta/inizjattiva

Strateġija għal Suq Uniku Diġitali

6.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/iċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Nru tal-għan speċifiku

Biex jiġu żviluppati mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni fl-infurzar iżjed moderni, effiċjenti u effettivi fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u jingħata kontribut lejn it-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali.

6.4.3.Riżultat(i) mistennija u l-impatt.

Ispeċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Fuq il-konsumaturi: B’għodda u proċeduri msaħħa, ir-Regolament ġdid tas-CPC ser jindirizza b’mod iżjed effettiv id-detriment kollettiv għall-konsumatur li jirriżulta minn każijiet ta’ ksur mifruxa li jkunu qegħdin iseħħu madwar l-UE.

Fuq l-operaturi ekonomiċi: Din il-proposta mhi ser timponi ebda obbligu legali fuq is-settur ekonomiku. It-titjib tal-ambjent regolatorju għas-swieq tal-imnut għandu jippermetti lill-intrapriżi, inklużi l-SMEs, biex jevitaw l-ispejjeż ta’ kompetenza legali meta jkunu qed jikkummerċjalizzaw b’mod transkonfinali u li jkunu iżjed kunfidenti li l-istess liġi tal-UE dwar il-konsumatur tkun infurzata b'mod ugwali fil-pajjiżi l-oħrajn fejn iridu jagħmlu kummerċ. Infurzar transkonfinali iżjed konsistenti għandu jagħti spinta lill- kompetittività tal-kummerċjanti onesti u li josservaw il-liġi, jagħti spinta lill-kompetizzjoni u joħloq kundizzjonijiet ekwi fis-Suq Uniku.

Fuq l-awtoritajiet tal-infurzar: Din il-proposta se tiċċara il-qafas legali, li fuq il-bażi tiegħu l-awtoritajiet jikkooperaw f’kuntest transkonfinali. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa bl-aħjar mod lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom ta’ infurzar kontra każijiet ta’ ksur b’dimensjoni importanti fil-livell tal-UE u proċedimenti paralleli inutli għandhom jiġu evitati. L-ispejjeż għall-awtoritajiet għandhom jiġu ffrankati bis-saħħa tal-possibilità li terġa’ tintuża evidenza, tiġi evitata d-duplikazzjoni u tiġi żgurata l-konsistenza massima ta’ azzjonijiet ta’ infurzar. Azzjoni kkoordinata waħda tissostitwixxi 28 azzjoni nazzjonali, li tirriżulta fi tifdil nett li jvarjaw minn madwar 44% (fil-każ ta’ azzjoni kkoordinata ta’ suċċess) għal 76% (fil-każ ta’ azzjoni li tfalli).

6.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

Ispeċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

- Ir-rata tan-nuqqas ta’ konformità

- In-numru ta’ talbiet għal assitenza reċiproka tas-CPC, li għalihom l-perjodi ta’ żmien vinkolanti stabbiliti ma’ ġewx irrispettati

- In-numru ta’ azzjonijiet ikkoordinati u komuni tas-CPC

- In-numru ta’ twissijiet innotifikati mill-partijiet interessati, li jinkludi dawk “għall-informazzjoni” tal-Kummissjoni

- Elaborazzjoni kull sentejn tal-pjanijiet tal-infurzar nazzjonali

- Elaborazzjoni tal-punt ta’ referenza tar-riżorsi ddedikati għall-infurzar tas-CPC

6.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

6.5.1.Rekwiżit(i) li għandu jintlaħaq fuq medda ta’ żmien qasir jew twil

Il-Kummissjoni Ewropea stabbilxxiet it-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali (DSM) bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tagħha biex issostni t-tkabbir fl-UE, u identifikat b’mod partikolari fl-Istrateġija tas-SUD 74 tagħha l-importanza ta’ aċċess aħjar tal-konsumaturi u n-negozji għall-prodotti u servizzi online madwar l-Ewropa.  Hija twiegħed li se tipprovdi “infurzar aktar rapidu, aġli u konsistenti tar-regoli tal-konsumaturi għax-xiri online u diġitali” u b’mod partikolari biex “tiċċara u tiżviluppa s-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar u ttejjeb il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-monitoraġġ tas-suq u l-mekkaniżmi tat-twissija sabiex il-każijiet ta’ ksur jinqabdu aktar malajr”, bis-saħħa tar-reviżjoni tar-Regolament CPC.

6.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-miżuri kollha f’din il-proposta jikkonċernaw sitwazzjonijiet transkonfinali jew każijiet ta’ ksur mifruxa li qegħdin iseħħu f’diversi Stati Membri. L-aspetti transkonfinali tal-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti bl-azzjonijiet individwali tal-Istati Membri. L-Istati Membri ma jistgħux jiżguraw kooperazzjoni u koordinazzjoni effiċjenti tal-attivitajiet tal-infurzar tagħhom. Għalhekk, b’mod partikolari għal dawk il-kwistjonijiet li għandhom impatt pan-Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea tinsab fl-aħjar pożizzjoni li tassumi l-irwol ta’ koordinazzjoni minħabba l-iskala u l-ambitu tal-problema, il-ħtieġa li jiġu kkoordinati ħafna awtoritajiet u biex tiżgura eżitu konsistenti għall-konsumaturi u l-kummerċjanti. F’dan ir-rigward, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni għandha tipproduċi benefiċċji ċari (meta mqabbla mal-azzjonijiet individwali tal-Istati Membri) f’termini ta’ effettività u effiċjenza mtejba għall-atturi kollha kkonċernati.

6.5.3.Tagħlim meħud minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Fl-2012, il-Kummissjoni kkuntrattat evalwazzjoni tar-Regolament CPC 75 li kkonkludiet li r-Regolament CPC kien ta’ ġid għall-awtoritajiet kompetenti, il-konsumaturi u l-kummerċjanti u kkonfermat li l-objettivi tagħha kienu xierqa u relevanti. Hija enfasizzat li dawn l-għanijiet ma ntlaħqux għal kollox u li r-Regolament ma kienx ġie sfruttat sal-potenzjal sħiħ tiegħu. Ir-rapport tal-evalwazzjoni identifika limitazzjonijiet fil-qafas legali tas-CPC attwali li kienu jikkonsistu f’ostakli prattiċi u legali għall-kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti, li jdgħajfu l-effiċjenza u l-effettività tar-Regolament (eż. setgħat minimi mhux suffiċjenti tal-awtoritajiet tal-infurzar; qsim mhux suffiċjenti tal-informazzjoni tas-suq; mekkaniżmi limitati biex jindirizzaw każijiet ta’ ksur mifruxa).

6.5.4.Kumpatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Il-proposta hija waħda mill-inizjattivi taħt l-Istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Suq Uniku Diġitali. Din il-proposta hija wkoll kompletament konsistenti u kumpatibbli mal-politiki tal-UE eżistenti, inkluż fis-settur tat-transport. Din tissupplimenta l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni (skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet) disponibbli fl-istrumenti settorjali stabbliti fl-Anness tar-Regolament CPC.

6.6.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva għal żmien limitat

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS to [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

X Proposta/inizjattiva għal żmien mingħajr limitu

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS,

segwita bi tħaddim fuq skala sħiħa.

6.7.Mod(i) tal-ġestjoni ppjanat(i) 76  

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

X    mill-aġenziji eżekuttivi

X Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi tafda l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit lil:

◻ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li se jiġu speċifikati);

◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ korpi tad-dritt pubbliku;

◻ korpi rregolati bid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn huma jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati bid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fi ħdan il-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikata fl-att bażiku rilevanti.

Jekk ikun indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

L-implimentazzjoni tar-Regolament propost għandha tkun żgurata b'ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni. Il-ġestjoni tar-Regolament propost tista’ tkun ikkumplimentata b’azzjonijiet bl-involviment tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa u l-Ikel (CHAFEA) li f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 77 , tista’ tiġi fdata b’ċerti kompiti fil-ġestjoni tal-programmi tal-Komunità. Il-Kummissjoni fdat lil CHAFEA b’kompiti ta’ implimentazzjoni għall-ġestjoni tal-Proġramm tal-Konsumaturi 2014-2020 78 , li hija l-bażi legali għall-akkwisti u l-għotjiet fil-qasam tal-kooperazzjoni fl-infurzar.

7.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

7.1.Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kumitat tas-CPC taħt ir-Regolament il-ġdid għandu jipprovdi pjattofrma regolari biex jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolament il-ġdid.

Il-proposta tissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tevalwa l-effettività tar-Regolament ġdid u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux aktar tard minn 7 snin wara id-dħul fis-seħħ tiegħu.

7.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

7.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Ma ġie ddentifikat l-ebda riskju.

7.2.2.Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ kontroll intern stabbilit

Ma tapplikax

7.2.3.Stima tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli u evalwazzjoni tal-livelli mistenni tar-riskju ta’ żball

Ma tapplikax

7.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

L-Artikolu 14 tar-Regolament Nru  254/2014 dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-2020 jistipula l-miżuri li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni: eż. deċizjonijiet, ftehimiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-Programm tal-Konsumaturi li jintitolaw espressament lill-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri biex iwettqu verifiki u spezzjonijiet fuq il-post. Ulterjorment, waqt il-fażi tal-evalwazzjoni ta’ sejħa għal proposti/offerti, il-proponenti u l-offerenti jiġu ċċekkjati kontra l-kriterji ta’ esklużjoni ppubblikati bbażati fuq dikjarazzjonijiet u s-Sistema ta' Twissija Bikrija (STB). Barra minn hekk, jingħata taħriġ regolari dwar kwistjonijiet relatati mal-frodi u irregolaritajiet lill-persunal kollu involut fil-ġestjoni tal-kuntratti kif ukoll lil awdituri u kontrolluri li jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarji fuq il-post.

8.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

8.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja(i) tan-nefqa affettwati

Il-linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'
Nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Kapitolu 33 04

Intestatura: Programm għall-Konsumaturi

Diff./Mhux-diff 79 .

mill-pajjiżi EFTA 80

minn pajjiżi kandidati 81

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

Nru 3

Sigurtà u Ċittadinanza

33 04 01

Programm tal-Konsumaturi 2014-2020

Differenzjata

IVA

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba: Ebda linja baġitarji ġdida mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'
Nefqa

Kontribuzzjoni

Diff./Mhux-diff.

minn pajjiżi EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

8.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

[Din it-taqsima għandha timtela bl-użu ta’ spreadsheet fuq id-data tal-baġit ta’ natura amministrattiva (it-tieni dokument fl-anness ta’ dan ir-rendikont finanzjarju) u mtella’ fuq DECIDE għal skopijiet ta’ konsultazzjoni interservizzi]

8.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sat-tielet punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
. 

3

Sigurtà u Ċittadinanza

DĠ:ĠUSTIZZJA u KONSUMATURI

Sena
N 82

2018

Sena
N+1

2019

Sena
N+2

2020

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

• Approprjazzjonijiet operattivi

Numru tal-linja baġitarja 33 04 01

Impenji

(1)

0

0

0

0

Ħlasijiet

(2)

0

0

0

0

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Ħlasijiet

(2a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 83  

Numru tal-linja baġitarja 33 01 04 03

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għal DĠ ĠUSTIZZJA u KONSUMATURI

Mhijiex meħtieġa approprazzjoni ġdida peress li l-appoġġ għall-attivitajiet tas-CPC huwa diġà ppjanat fil-Programm tal-Konsumatur 2014-2020

Impenji

=1+1a+3

0

0

0

0

Ħlasijiet

=2+2a

+3

0

0

0

0






TOTALI tal-approprjazzjonijiet operattivi

Impenji

(4)

Ħlasijiet

(5)

• TOTALI tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 3
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

Ħlasijiet

=5+ 6

Jekk hemm iżjed minn intestatura waħda li hija affettwata mill-proposta/inizjattiva

• TOTALI tal-approprjazzjonijiet operattivi

Impenji

(4)

Ħlasijiet

(5)

• TOTALI tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet TOTALI
skont l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta' referenza)

Impenji

=4+ 6

Ħlasijiet

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
. 

5

"Nefqa amministrattiva"

EUR miljun (sat-tielet punt deċimali)

Sena
N

2018

Sena
N+1

2019

Sena
N+2

2020

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

DĠ ĠUSTIZZJA u KONSUMATURI

• Riżorsi umani

0,268

0,268

0,268

0,804

• Infiq amministrattiv ieħor

TOTALI TA’ DĠ ĠUSTIZZJA u KONSUMATURI

Mhumiex meħtieġa approprjazzjonijiet ġodda peress li x-xogħol ser isir mir-rijorganizzazzjoni ta’ kompiti eżistenti

Approprjazzjonijiet

0,268

0,268

0,268

0,804

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total tal-impenji = Total tal-ħlasijiet)

0,268

0,268

0,268

0,804

EUR miljun (sat-tielet punt deċimali)

Sena
N 84

2018

Sena
N+1

2019

Sena
N+2

2020

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

Ħlasijiet

8.2.2.L-impatt stmat tal-approprjazzjonijiet operattivi

X    Il-proposta/inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet tal-impenn f’EUR miljun (sat-tielet punt deċimali)

Indika l-għanijiet u l-eżiti

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

EŻITI

Tip 85

Spiża medja

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru totali

Spiża totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 86

- Produzzjoni

- Produzzjoni

- Produzzjoni

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Produzzjoni

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

SPIŻA TOTALI

8.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

8.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtiġx l-użu tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sat-tielet punt deċimali)

Sena
N 87

2018

Sena
N+1

2019

Sena
N+2

2020

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,268

0,268

0,268

0,804

Infiq amministrattiv ieħor

Subtotal INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

0,268

0,268

0,268

0,804

Barra INTESTATURA 5 88
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Riżorsi umani

Infiq ieħor
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

TOTALI

0,268

0,268

0,268

0,804

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u infiq ieħor ta’ natura amministrattiva ser jintlaħqu b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew organizzati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li qiegħda tiġġestixxi taħt l-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

8.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ riżorsi umani.

X    Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time

Sena N

2018

Sena
N+1

2019

Sena N+2

2020

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Karigi tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

33 04 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

2 FTEs

2 FTEs

2 FTEs

Permanenti, imma dawn ir-riżorsi ser jittieħdu mill-allokazzjoni eżistenti tal-karigi tal-DĠ JUST

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full-Time: FTE) 89

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  90

- fil-Kwartieri Ġenerali

- Fid-delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT- Riċerka diretta)

Il-linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTALI

XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band'oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Ir-riżorsi meħtieġa huma indikati mingħajr ma jitqiesu l-kompiti li ser jitwettqu minn aġenzija eżekuttiva. Il-proposta ma twassalx għal żieda tar-riżorsi diġà involuti fl-aġenzija eżekuttiva.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Amministraturi:

Jiżguraw, jissorveljaw u jirrapportaw fuq l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni xierqa tal-politiki tal-UE fil-qasam tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-konsumaturi.

Isegwu żviluppi fil-politika fil-qasam tal-infurzar u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri.

Jipparteċipaw fil-laqgħat tal-komitoloġija u jirrappreżentaw lill-Kummissjoni fihom.

Jidentifikaw, iħejju, jipparteċipaw u jsegwu inizjattivi fi ħdan il-qafas tar-Regolament CPC, b’mod partikolari biex jiżguraw il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta’ infurzar tal-awtoritajiet ta’ infurzar nazzjonali.

Assistenti:

Jiżguraw l-appoġġ amministrattiv mal-operat tal-kumitat tal-komitoloġija.

Iwettqu diversi kompiti relatati mal-interfaċċa b’korrispondenti interni u esterni u partijiet interessati fil-qasam tal-kooperazzjoni fl-infurzar.

Jiżguraw l-appoġġ amministrattiv bl-operat tal-għodda tal-IT, li tappoġġa l-kooperazzjoni tas-CPC.

Jassistu fit-tnedija, il-ġestjoni u l-monitoraġġ ta' sejħiet għall-offerti u l-implimentazzjoni ta' kuntratti.

Persunal estern

8.2.4.Kumpatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

X    Il-proposta/inizjattiva hija kumpatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/inizjattiva ser tinvolvi r-riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Jispjegaw liema riprogrammazzjoni hi meħtieġa, jispeċifikaw il-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Jispjegaw dak li hu meħtieġ, jispeċifikaw l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

8.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

X Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (sat-tielet punt deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Speċifika il-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



8.3.Impatt stmat fuq id-dħul

X    Il-proposta/inizjattiva m’għandha ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sat-tielet punt deċimali)

Il-linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/inizjattiva 91

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, ispeċifika l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i).

Ispeċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1) Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi, ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1. p. 1 test konsolidat: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex:02004R2006-20130708  
(2) L-Evalwazzjoni Esterna tar-Regolament tal-Protezzjoni tal-Konsumaturi, ir-Rapport Finali mill-Konsorzju ta’ Evalwazzjoni tal-Politika tal-Konsumatur, 17 ta’ Diċembru 2012 (“Evalwazzjoni”), http://ec.europa.eu/consumers/enforcement/docs/cpc_regulation_inception_report_revised290212_en.pdf
(3) Sommarju tat-tweġibiet tal-partijiet interessati għall-konsultazzjoni pubblika dwar ir-Regolament dwar Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC) (2006/2004/KE), http://ec.europa.eu/consumers/enforcement/cross-border_enforcement_cooperation/docs/140416_consultation_summary_report_final_en.pdf  
(4) http://ec.europa.eu/consumers/events/ecs_2013/report/Summitconclusions.pdf  
(5) Ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, COM(2009) 336 finali, 7.7. 2009, http://ec.europa.eu/consumers/enforcement/docs/Commission_report_mt.pdf
(6) Ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, COM (2012)0100 finali, 12.3.2012, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:52012DC0100&from=EN  
(7) COM (2014) 439 finali http://ec.europa.eu/consumers/enforcement/cross-border_enforcement_cooperation/docs/140701_commission_report_cpc_reg_en.pdf  
(8) Dawn għandhom jiġu ppubblikati flimkien mal-proposta leġiżlattiva.
(9) COM (2015) 192 finali http://ec.europa.eu/priorities/digital-single-market/
(10) COM (2015) 550 finali http://ec.europa.eu/growth/single-market/index_en.htm  
(11) COM/(2015)610
(12) L-Awtoritajiet taż-ŻEE huma wkoll ikkonċernati minħabba li r-Regolament CPC huwa ta’ rilevanza għaż-ŻEE.
(13) Ir-Regolament jipprovdi bażi legali sabiex jiġu estiżi r-regoli proċedurali nazzjonali, sabiex ikunu jistgħu jiġu applikati f’sitwazzjonijiet transfruntiera, fi kliem ieħor, meta prattika ħażina minn kummerċjant stabbilit f’wieħed mill-Istati Membri tkun immirata lejn konsumaturi fi Stat Membru ieħor.
(14) L-Anness tar-Regolament CPC attwalment ikopri 18-il att leġiżlattiv dwar il-konsumatur u huwa aġġornat regolarment kull meta jiġu miżjuda, modifikati jew revokati xi liġijiet sostantivi. Il-lista tkopri direttivi b’kamp ta' applikazzjoni wiesa’, pereżempju fir-rigward ta’ prattiċi kummerċjali mhux ġusti, termini tal-kuntratt mhux ġusti, id-drittijiet tal-konsumatur, garanziji, il-kummerċ elettroniku, l-ADR, il-privatezza elettronika jew leġiżlazzjoni speċifika għas-settur dwar id-drittijiet tal-passiġġieri jew il-kreditu tal-konsumatur.
(15) L-Artikoli 6-8 tar-Regolament CPC.
(16) L-Artikolu 4(6) tar-Regolament CPC.
(17) L-Artikolu 9 tar-Regolament CPC.
(18) Evalwazzjoni Esterna tar-Regolament tal-Protezzjoni tal-Konsumatur, Rapport Finali mill-Konsorzju tal-Evalwazzjoni tal-Politika tal-Konsumatur, 17 ta’ Diċembru 2012:   http://ec.europa.eu/consumers/enforcement/docs/cpc_regulation_inception_report_revised290212_en.pdf
(19) It-Taqsima 8.2 (p. 115) tar-rapport tal-evalwazzjoni.
(20) It-Taqsima 8.3.4 (p. 118) tar-rapport tal-evalwazzjoni.
(21) It-Taqsima 9 (p. 121) tar-rapport tal-evalwazzjoni.
(22) It-Taqsima 2 (p. 40) tar-rapport tal-evalwazzjoni.
(23) F’dan it-test, l-awtoritajiet tas-CPC u l-awtoritajiet kompetenti jintużaw minflok xulxin u jfissru l-istess ħaġa.
(24) It-Taqsima 4 (p. 58) u t-Taqsima 9.4 (p. 121) tar-rapport tal-evalwazzjoni
(25) It-Taqsima 5.9 (p. 94-95) u t-Taqsima 9.5 (p. 122) tar-rapport tal-evalwazzjoni.
(26) Ibid.
(27) Ibid.
(28) It-Taqsima 1 tar-rapport tal-Kummissjoni li tevalwa l-effettività tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, li takkumpanja din il-proposta. 
(29) It-Taqsima 1.1 tar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja din il-proposta; ara wkoll il-websajt speċjalizzata fuq l-azzjonijiet sweep tas-CPC: http://ec.europa.eu/consumers/enforcement/sweeps/index_en.htm  
(30) Rapport tal-anniversarju tal-ECC-NET 2005-2015: http://ec.europa.eu/consumers/solving_consumer_disputes/non-judicial_redress/ecc-net/docs/ecc_net_-_anniversary_report_2015_en.pdf  Id-dejta ta’ dan ir-rapport tinnota l-firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet li l-konsumaturi jiffaċċjaw f’kuntest transfruntier: il-ħames raġunijiet prinċipali għal ilmenti huma: il-konsenja ma ssirx (15% tal-każijiet kollha), prodotti difettużi (11%), problemi bil-kuntratti (10%), prodott jew servizz mhux konformi mal-ordni (9%) u prattiċi mhux ġusti (6%).
(31) Din l-istima hija bbażata fuq l-approċċ imfassal mir-Renju Unit biex jistma d-detriment finanzjarju għall-konsumatur . Huwa bbażat fuq l-iskrinjar ta’ 2,682 websajt tal-kummerċ elettroniku li sar fl-2014, f’kull settur msemmi f’kull pajjiż tal-UE. Għal iżjed dettalji, ara l-Anness IV (p. 82) tar-rapport ta’ valutazzjoni tal-impatt li jiġi ma’ din il-proposta.
(32) Eż. L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 07 Volum 008 P. 10 - 16.
(33)

   Minbarra l-konsultazzjoni pubblika, konsultazzjonijiet regolari tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, in-netwerks u l-uffiċjali ta’ livell ogħli tal-awtoritajiet nazzjonali seħħew permezz ta’ netwerks stabbiliti tal-Kummissjoni matul l-2013-2015. Flimkien ma’ dan, żewġ workshops (2014 u 2015) ġew organizzati għal esperti mill-Istati Membri sabiex jiddiskutu oqsma ewlenin għar-reviżjoni tar-Regolament. Saru aktar diskussjonijiet fil-kuntest tas-Summit Ewropew dwar il-Konsumatur (Marzu 2013, fi Brussell) u l-konferenza (Lulju 2014, Ruma) iddedikati għall-infurzar, kif ukoll fil-Kunsill tal-Kompetittività (Settembru 2014).

(34)

   Ir-rapport li fih jinsab is-sommarju tar-risposti tal-partijiet interessati huwa disponibbli fuq:  http://ec.europa.eu/consumers/enforcement/cross-border_enforcement_cooperation/docs/140416_consultation_summary_report_final_en.pdf  

(35)

   Il-maġġoranza kbira (83%) kienu minn partijiet konċernati li huma familjari mar-Regolament CPC, bħal gvernijiet, awtoritajiet pubbliċi jew organizzazzjonijiet tal-konsumatur, ara it-taqsima 2.3 (p. 4) tar-rapport fuq il-konsultazzjoni tal-partijiet konċernati.

(36)

   Għal rendikont skont it-tip ta’ dawk li wieġbu, ara ibid, taqsima 5.1 (p. 22).

(37) Taqsima 5.2 (p. 26-27), ibid.
(38) Ibid.
(39) Ibid.
(40) Ibid, taqsima 5.3 (p. 27).
(41) Ibid, Figura 5.7 (p.32).
(42) Ibid, taqsima 6.2 (p. 37)
(43) Ibid, Tabelli 6.5 u 6.6 (p. 43-44).
(44) Ibid, Figura 6.5 (p. 38) u Tabella 6.5 (p. 43).
(45) Ibid, Figura 6.5 (p. 38) u Tabella 6.5 (p. 43).
(46) Ibid, Tabella 4.2 (p. 15).
(47) Ibid, Tabella 4.5 (p. 19).
(48) Ibid, Tabella 4.6 (p. 20).
(49) It-Taqsima 3 tar-rapport dwar il-valutazzjoni, adottata flimkien ma’ din il-proposta.
(50) It-Taqsima 9.5 tar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt.
(51) It-Taqsimiet 4-5 tar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt
(52) Ara t-Taqsima 12.2, Anness IV, tar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt.
(53) Ara l-eżempju fil-Kaxxa 9 tar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt.
(54) Anness VI tar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt.
(55)

   Żewġ uffiċjali full-time għal erba’ azzjonijiet ta’ infurzar ikkoordinati huma stmati fuq il-bażi tal-limitu minimu attwali ffissat biex tinbeda l-proċedura ġdida ta’ koordinazzjoni tal-infurzar, li hija stabbilita fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba fl-azzjonijiet preċedenti ta’ infurzar ikkoordinat fir-rigward tal-kiri ta’ karozzi u x-xiri in-app. Il-livell minimu propost huwa għoli biżżejjed biex jiżgura li l-koordinazzjoni fil-livell tal-UE jinbeda għall-iżjed ksur serju u mifrux, u huwa flessibbli biżżejjed biex jiżgura li l-każijiet ta’ prijorità importanti ma jinqabżux anke jekk il-limitu minimu kwantitattiv ma jintlaħaqx.

(56)

   Bħalissa, l-ispiża tal-azzjoni ta’ infurzar ikkoordinata hija stmata għal madwar 37.8% tal-FTE (FTE= ekwivalenti full-time huwa ekwivalenti għal impjegat wieħed li qed jaħdem full-time, 220 jum tax-xogħol kull sena) = madwar EUR 50,000 għal kull azzjoni; madankollu, il-proċedura ġdida tkun teħtieġ involviment akbar mill-Kummissjoni sabiex tikkoordina l-azzjoni u timmonitorja l-eżitu tagħha, u għalhekk hija stmata spiża kemmxejn ogħla għal kull azzjoni. L-ispiża medja tal-uffiċjal tal-Kummissjoni kull sena hija ta’ EUR 132,000 (data tad-DĠ BUDGET tas-26.06.2014).

(57)

   B’referenza lejn il-bażi ta’ data simili ta’ RAPEX, li tintuża mill-UE biex tagħti twissijiet dwar is-sikurezza ta’ prodotti, huwa stmat li din se tiswa madwar 20% ta’ FTE= madwar EUR 27,000 fis-sena, li jista’ jkun kopert mir-ridistribuzzjoni u l-iffukar mill-ġdid tal-persunal attwali.

(58)

   Regolament (UE) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE, ĠU L 84, 20.3.2014, p. 42–56.

(59)

   Id-Deċiżjoni 2007/76/KE li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-konsumatur fir-rigward tal-assistenza reċiproka (ĠU C(2008) 987), http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2008:089:0026:0028:MT:PDF , kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2011/141/KE tal-1 ta’ Marzu 2011 (ĠU (2011) 1165), http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:32011D0141&from=MT  .

(60) ĠU C 108, 30.4.2004, p. 86.
(61) Regolament (KE) 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 364, 9.12.2004 p. 1).
(62) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu ta’ metodoloġija armonizzata għall-ikklassifikar tal-ilmenti u t-talbiet tal-konsumaturi (2010/304/UE, ĠU L 136, 2.6. 2010, p. 1-31).
(63) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2. 2011, p. 13-18).
(64) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).
(65) Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).
(66) Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1)
(67) Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU LL 55, 28.2.2011, p. 1).
(68) Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34)
(69) Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214)
(70) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.
(71) Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).
(72) ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(73) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(74) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Strateġija tas-Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa” COM (2015) 192 finali: http://ec.europa.eu/priorities/digital-single-market/docs/dsm-communication_en.pdf
(75)

   Evalwazzjoni Esterna tar-Regolament tal-Protezzjoni tal-Konsumatur, Rapport Finali mill-Konsorzju tal-Evalwazzjoni tal-Politika tal-Konsumatur, 17 ta’ Diċembru 2012:   http://ec.europa.eu/consumers/enforcement/docs/cpc_regulation_inception_report_revised290212_en.pdf

(76) Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinsabu fuq is-sit tal-BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(77) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(78) ĠU L, 84, 20.3.2014, p. 42
(79) Diff. = approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux-diff. = approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(80) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(81) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(82) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(83) Assistenza u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ tal-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(84) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(85) L-eżiti huma prodotti u servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(86) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “L-għan(ijiet) speċifiku(speċifiċi)...”
(87) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(88) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(89) AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED = Esperti Subalterni fid-Delegazzjonijiet.
(90) Sottolimitu għal persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operattivi (dawk li kienu linji "BA").
(91) Fir-rigward ir-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu l-ammonti netti, jiġifieri l-ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 25% tal-ispejjeż tal-ġbir.

Brussell, 25.5.2016

COM(2016) 283 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

{SWD(2016) 164 final}
{SWD(2016) 165 final}


ANNESS

Id-Direttivi u r-Regolamenti msemmija fil-punt(a) tal-Artikolu 3

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

2. Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80 tat-18.3.1998, p. 27).

3. Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12).

4. Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

5. Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem: Artikoli 86 sa 100 (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

6. Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika): l-Artikolu 13 (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

7. Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16).

8. Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).

9. Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

10. Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1).

11. Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21): l-Artikolu 1, l-Artikolu 2(c) u l-Artikoli 4 sa 8.

12. Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12. 2006, p. 36): l-Artikolu 20.

13. Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315/14, 3.12. 2007, p. 14).

14. Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

15. Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3): l-Artikoli 22, 23 u 24

16. Id-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10).

17. Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il- koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1): l-Artikoli 9, 10, 11 u L-Artikoli 19 sa 26.

18. Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).

19. Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

20. Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p.64).

21. Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63): l-Artikolu 13.

22. Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34): l-Artikoli 10, 11, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 21, 22, 23, il-Kapitolu 10 u l-Annessi I u II.

23. Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214): l-Artikoli 3 sa 18 u l-Artikolu 20(2).

24. Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u ta' arranġamenti ta' vjaġġar marbuta, u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1).