Brussell, 17.3.2016

COM(2016) 157 final

2016/0084(COD)

Pakkett tal-ekonomija ċirkolari

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2016) 64 final}
{SWD(2016) 65 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi għall-proposta

1.Din il-proposta timmira li tindirizza problemi importanti li bħalissa jinsabu preżenti fis-suq, li kienu identifikati għall-ewwel darba f’evalwazzjoni ex-post tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 ('ir-Regolament dwar il-Fertilizzanti eżistenti') li saret fl-2010 1 . Din ġiet identifikata wkoll bħala waħda mill-proposti ewlenin skont il-pjan ta’ azzjoni tal-Ekonomija Ċirkolari 2 .

L-ewwel raġuni u objettiv

2.L-ewwel nett, prodotti fertilizzanti innovattivi, li spiss ikun fihom nutrijenti jew materja organika rriċiklata mill-bijoskart jew minn materja prima sekondarja oħra skont il-mudell tal-ekonomija ċirkolari, għandhom diffikultà jaċċessaw is-suq intern minħabba l-eżistenza ta’ regoli u standards nazzjonali diverġenti.

3.Ir-Regolament dwar il-Fertilizzanti eżistenti jiżgura l-moviment liberu fis-suq intern ta’ klassi ta’ prodotti armonizzati li jappartjenu għal wieħed mit-tipi ta’ prodotti inklużi fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Prodotti bħal dawn huma eliġibbli għat-tikketta 'fertilizzanti tal-KE'. Kumpaniji li jkunu jixtiequ jikkumerċjalizzaw prodotti ta’ tipi oħrajn bħala fertilizzanti tal-KE, l-ewwel iridu jiksbu approvazzjoni tat-tip ġdida permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda dak l-Anness. It-tipi ta’ prodotti kollha li bħalissa huma inklużi fir-Regolament dwar il-Fertilizzanti eżistenti virtwalment huma fertilizzanti konvenzjonali u inorganiċi tipikament estratti mill-minjieri jew prodotti bil-kimika, skont mudell tal-ekonomija lineari. Barra minn hekk, il-proċessi kimiċi għall-produzzjoni ta’, pereżempju, fertilizzanti bbażati fuq in-nitroġenu jikkunsmaw ħafna enerġija kif ukoll jipproduċu ħafna CO2.

4.Madwar 50% tal-fertilizzanti li jinsabu fis-suq bħalissa, madankollu, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. Dan huwa minnu għal ftit fertilizzanti inorganiċi u, virtwalment, għall-fertilizzanti kollha prodotti minn materjali organiċi, bħal prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti agrikoli oħrajn, jew bijoskart irriċiklat mill-katina alimentari. Ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-investiment bħalissa qed jiżviluppaw b’pass mgħaġġel u qed jikkontribwixxu għall-ekonomija ċirkolari billi joħolqu impjiegi lokali u jiġġeneraw valur minn riżorsi sekondarji domestiċi, li kieku kienu jixterdu direttament fuq l-art jew jintremew bħala skart f’miżbla u b’hekk jikkawżaw ewtrofikazzjoni u emissjonijiet ta’ gass b’effett serra mhux neċessarji. Fin-negozju teżisti wkoll it-tendenza ta’ servitizzazzjoni, fejn qed naraw prodotti dejjem aktar adattati għall-ħtiġijiet abbażi ta’ analiżi tal-ħamrija fejn ikun se jintuża il-fertilizzant. SMEs u intrapriżi oħrajn madwar l-Ewropa qed jinteressaw irwieħhom dejjem aktar sabiex jikkontribwixxu għal dan l-iżvilupp. Madankollu, għal prodotti adattati li jkun fihom il-fertilizzanti organiċi, l-aċċess għas-suq intern bħalissa jiddependi fuq rikonoxximent reċiproku u, għalhekk, spiss jiġi mxekkel.

5.Il-problema tal-fertilizzanti innovattivi fir-rigward tal-istruttura regolatorja eżistenti tinqasam fi tnejn.

6.L-ewwel aspett tal-problema huwa l-isfida li toffri l-inklużjoni fir-Regolament dwar il-Fertilizzanti eżistenti ta’ tipi ta’ prodotti li jinkisbu minn materja organika jew materja prima sekondarja. Ir-regolaturi jżommu lura minħabba l-kompożizzjoni u l-karatteristiċi li huma relattivament varjabbli ta’ materja bħal din. Ir-Regolament dwar il-Fertilizzanti eżistenti huwa mfassal b’mod ċar għal fertilizzanti inorganiċi li għandhom karatteristiċi stabbiliti u li jinkisbu minn materja prima primarja, u huwa nieqes minn mekkaniżmi ta’ kontroll u salvagwardji robusti li huma neċessarji biex tinbena fiduċja fi prodotti minn sorsi organiċi li huma varjabbli b'mod inerenti jew minn sorsi ta’ materja sekondarja. Barra minn hekk, ir-rabtiet mal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-kontroll tal-prodotti sekondarji mill-annimali u l-iskart mhumiex ċari.

7.B’riżultat ta’ dan, il-fertilizzanti li jinkisbu skont l-ekonomija ċirkolari jibqgħu mhumiex armonizzati. Ħafna Stati Membri għandhom regoli u standards nazzjonali ddettaljati fis-seħħ għal fertilizzanti mhux armonizzati bħal dawn, b’rekwiżiti ambjentali (bħal limiti għall-kontaminanti ta’ metalli tqal) li ma japplikawx għall-fertilizzanti tal-KE. Barra minn hekk, il-moviment liberu bejn l-Istati Membri permezz tar-rikonoxximent reċiproku wera li huwa tassew diffiċli. Konsegwentement, produttur ta' fertilizzanti li jinkisbu minn materja organika jew materja prima sekondarja, li jkun stabbilit fi Stat Membru wieħed u li jkun qed ifittex li jespandi s-suq tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, spiss jaffaċċja proċeduri amministrattivi li jagħmlu l-espansjoni tas-suq proċess li jiswa wisq flus. In-nuqqas ta’ massa kritika li jirriżulta jxekkel l-investiment f’dan is-settur importanti tal-ekonomija ċirkolari. Il-problema hija partikolarment importanti għal produtturi stabbiliti fi Stati Membri b’suq domestiku żgħir meta mqabbel mal-eċċess ta' materja organika u l-materja prima sekondarja eċċessiva (tipikament demel) li dawn jarmu.

8.Fil-qosor, il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn dawk il-fertilizzanti miksubin minn materja domestika organika jew materja prima sekondarja skont il-mudell tal-ekonomija ċirkolari u dawk prodotti skont il-mudell tal-ekonomija lineari, ixaqilbu b’mod favorevoli lejn dawn tal-aħħar. Din id-distorzjoni tal-kompetizzjoni xxekkel l-investiment fl-ekonomija ċirkolari.

9.Il-problema hija aggravata mill-fatt li wieħed mill-kostitwenti prinċipali tal-fertilizzanti huwa l-blat fosfatiku, li ġie identifikat mill-Kummissjoni bħala materja prima kritika. Għall-fertilizzanti tal-fosfat, bħalissa l-UE hija dipendenti ħafna fuq l-importazzjoni tal-blat fosfatiku li jinkiseb minn minjieri barra mill-UE (aktar minn 90% tal-fertilizzanti tal-fosfat li jintużaw fl-UE huam importati prinċipalment mill-Marokk, mit-Tuneżija u mir-Russja). Sadanittant, l-iskart domestiku (b’mod partikolari l-ħama tad-dranaġġ) għandu ammonti kbar ta’ fosforu, li - jekk jiġi rriċiklat skont il-mudell tal-ekonomija ċirkolari - potenzjalment jista’ jkopri madwar 20-30% tad-domanda tal-UE tal-fertilizzanti tal-fosfat. Il-potenzjal ta’ investiment relatat, madankollu, preżentement għadu pjuttost mhux sfruttat, parzjalment minħabba d-diffikultajiet ta’ aċċess għas-suq intern imsemmija hawn fuq.

10.It-tieni aspett tal-limitazzjonijiet tar-Regolament dwar il-Fertilizzanti preżenti għall-fertilizzanti innovattivi huwa li, anki għall-fertilizzanti inorganiċi ġodda li jinkisbu minn materja prima primarja, il-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip hija twila, u ma tistax tlaħħaq maċ-ċiklu tal-innovazzjoni tas-settur tal-fertilizzanti. Għaldaqstant, tqies neċessarju li t-teknika regolatorja tiġi kkunsidrata mill-ġdid u mmodernizzata b’mod fundamentali, sabiex tiżdied il-flessibbiltà fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prodotti, filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, tas-sikurezza u tal-ambjent. Il-kunsiderazzjonijiet meħudin f’dan ir-rigward huma elenkati fid-dettall fit-Taqsima 3: Riżultati tal-evalwazzjonijiet ex-post, tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u tal-valutazzjoni tal-impatt.

11.L-objettiv politiku prinċipali tal-inizjattiva huwa għalhekk li tiġi inċentivizzata l-produzzjoni tal-fertilizzanti fuq skala kbira fl-UE minn materja organika domestika jew materja prima sekondarja skont il-mudell tal-ekonomija ċirkolari, permezz tat-trasformazzjoni tal-iskart f’nutrijenti għall-għelejjel. Il-proposta se tipprovdi qafas regolatorju li jiffaċilita l-aċċess għas-suq intern għal fertilizzanti bħal dawn b’mod radikali u b’hekk il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni tagħhom isiru aktar ekwi meta mqabblin mal-fertilizzanti miksubin mill-minjieri jew b'mezzi kimiċi skont il-mudell tal-ekonomija lineari. Din tikkontribwixxi għall-objettivi tal-ekonomija ċirkolari li ġejjin:

Tippermetti l-valorizzazzjoni ta’ materja prima sekondarja u b’hekk tiffaċilita l-użu mtejjeb tal-materja prima u tibdel il-problemi tal-ewtofikazzjoni u tal-ġestjoni tal-iskart f’opportunitajiet ekonomiċi għall-operaturi pubbliċi u privati.

Iżżid l-effikaċja tar-riżorsi u tnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjoni għall-materja prima li hija essenzjali għall-agrikoltura Ewropea, partikolarment il-fosforu.

Tagħti spinta lill-investiment u l-innovazzjoni fl-ekonomija ċirkolari u b’hekk jinħolqu l-impjiegi fl-UE.

Tikkontribwixxi biex ittaffi l-pressjoni eżistenti fuq l-industrija tal-fertilizzanti biex tnaqqas l-emissjonijiet tad-CO2 skont l-ETS, billi tippermettilha li tipproduċi fertilizzanti minn bażi li tipproduċi inqas karbonju.

12.Żieda fil-produzzjoni u fin-negozju fil-fertilizzanti innovattivi tiddiversifika wkoll il-fertilizzanti offruti lill-bdiewa u, potenzjalment, tikkontribwixxi għal produzzjoni tal-ikel aktar kosteffikaċi u effikaċi fl-użu tar-riżorsi.

It-tieni raġuni u objettiv

13.It-tieni nett, ir-Regolament dwar il-Fertilizzanti eżistenti jonqos milli jindirizza t-tħassib ambjentali li jirriżulta mill-kontaminazzjoni mill-fertilizzanti tal-KE tal-ħamrija, l-ilmijiet interni, l-ilmijiet tal-baħar, u fl-aħħar mill-aħħar, l-ikel. Kwistjoni magħrufa sewwa hija l-preżenza tal-kadmju fil-fertilizzanti tal-fosfat inorganiċi. Fin-nuqqas ta’ valuri limitu tal-UE, xi Stati Membri imponew limiti unilaterali tal-kadmju għall-fertilizzanti tal-KE bis-saħħa tal-Artikolu 114 tat-TFUE u b’hekk inħolqot ċerta frammentazzjoni tas-suq, anki fil-qasam armonizzat. Il-preżenza ta’ kontaminanti f’dawk il-fertilizzanti li bħalissa huma suġġetti għal regoli nazzjonali (pereżempju, nutrijenti rriċiklati mill-ħama tad-dranaġġ) toħloq tħassib simili.

14.Objettiv politiku ieħor huwa, għalhekk, li tiġi indirizzata din il-kwistjoni u li jiġu introdotti limiti armonizzati tal-kadmju għall-fertilizzanti tal-fosfat. L-istabbilment ta’ valuri limitu bħal dawn, li jimmiraw li jimminimizzaw l-impatt negattiv tal-użu tal-fertilizzanti fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem, se jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-akkumulazzjoni tal-kadmju fil-ħamrija u tal-kontaminazzjoni mill-kadmju tal-ikel u l-ilma. Se jneħħu wkoll il-frammentazzjoni tas-suq li tirriżulta mit-tħassib preżenti f’forma ta’ limiti nazzjonali għall-kadmju f’ċerti Stati Membri.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta' politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

15.Il-proposta se tħassar ir-Regolament dwar il-Fertilizzanti eżistenti, iżda se tippermetti li l-fertilizzanti li diġà huma armonizzati jibqgħu fis-suq suġġett għall-konformità mar-rekwiżiti l-ġodda tas-sikurezza u tal-kwalità. Se tiddefinixxi l-kundizzjonijiet skont liema l-fertilizzanti prodotti mill-iskart u l-prodotti sekondarji mill-annimali jistgħu jħallu l-kontrolli previsti permezz tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) 3 u d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi 4 u jiċċirkolaw b’mod liberu bħala fertilizzanti bit-tikketta CE. Se tikkumplimenta r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) 5 , li se jibqa’ japplika għas-sustanzi kimiċi inkorporati fil-prodotti fertilizzanti.

Konsistenza ma' politiki oħrajn tal-Unjoni

16.L-inizjattiva tappoġġa l-aġenda tal-Kummissjoni għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment,  billi tipprovdi l-ambjent regolatorju xieraq għall-investiment fl-ekonomija reali.

17.B’mod partikolari, l-inizjattiva se tagħti kontribut importanti u konkret lill-Pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari tal-Kummissjoni. Se toħloq kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ekwi għall-prodotti fertilizzanti kollha u tiffaċilita t-triq lejn l-użu ta’ materja prima sekondarja domestika.

18.Barra minn hekk, l-inizjattiva tapoġġa l-mira li jinħoloq suq intern aktar approfondit u ġust b’bażi industrijali msaħħa, billi tneħħi l-ostakli eżistenti għall-moviment liberu ta’ ċerti fertilizzanti innovattivi u billi tiffaċilita s-sorveljanza tas-suq mill-Istati Membri.

19.L-inizjattiva hija relatata mal-inizjattivi ta' politika li ġejjin:

Il-Pakkett dwar l-Ekonomija Ċirkolari: Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Fertilizzanti timmira li tistabbilixxi qafas regolatorju li jippermetti l-produzzjoni ta' fertilizzanti mill-bijoskart irriċiklat u minn materja prima sekondarja oħra, skont l-istrateġija dwar il-Bijoekonomija 6 , li tinkludi l-produzzjoni ta’ riżorsi bijoloġiċi rinnovabbli u l-konverżjoni ta’ dawn ir-riżorsi u tal-flussi tal-iskart fi prodotti b’valur miżjud. Din tagħti spinta lill-issorsjar domestiku ta’ nutrijenti tal-pjanti li huma essenzjali għal agrikoltura Ewropea sostenibbli, inkluż il-materja prima kritika, il-fosforu. Tikkontribwixxi wkoll għal implimentazzjoni aħjar tal-ġerarkija tal-iskart, billi tnaqqas ir-rimi fil-miżbliet jew l-irkupru tal-enerġija tal-bijoskart, u b’hekk biex jissolvew problemi ta’ ġestjoni tal-iskart relatati.

L-Istrateġija tas-Suq Uniku: Kif ġie deskritt hawn fuq, ostaklu magħruf sew għall-moviment liberu fis-suq intern huwa l-oqfsa regolatorji nazzjonali tqal u diverġenti għal dawk il-fertilizzanti li bħalissa mhumiex koperti minn leġiżlazjoni ta’ armonizzazzjoni. Filwaqt li l-operaturi ekonomiċi spiss jqisu r-regoli nazzjonali diverġenti bħala ostaklu ta' projbizzjoni biex wieħed jidħol fi swieq ġodda, l-Istati Membri jqisu r-regoli bħala essenzjali għall-protezzjoni tal-katina alimentari u tal-ambjent. Minħabba dan it-tħassib relatat mas-saħħa u mal-ambjent, ir-rikonoxximent reċiproku kien xi ħaġa tassew diffiċli fil-qasam tal-fertilizzanti mhux armonizzati, u l-operaturi ekonomiċi talbu l-possibbiltà li jkollhom aċċess għas-suq intern kollu permezz ta’ konformità ma’ regoli armonizzati li jindirizzaw dak it-tħassib fil-livell tal-UE.

Orizzont 2020: Il-proposta se jkollha l-potenzjal li tistimula l-attivitajiet ta’ riċerka rilevanti mnedija skont l-Isfidi tas-Soċjetà 2 ("Sigurtà tal-Ikel, agrikoltura u forestrija sostenibbli, riċerka dwar il-baħar u marittima u dwar l-ilmijiet interni, u l-Bijoekonomija") u 5 ("Azzjoni klimatika, ambjent, effikaċja fl-użu tar-riżorsi u materja prima"), li jimmiraw, fost objettivi oħrajn, li jipprovdu soluzzjonijiet innovattivi għal irkupru aktar effiċjenti u sikur ta’ riżorsi mill-iskart, mill-ilma mormi u mill-bijoskart, u li jinkoraġġixxu lir-riċerkaturi biex jipproduċu prodotti innovattivi f’konformità mal-ħtiġijiet tas-suq, mal-ħtiġijiet tas-soċjetà u mal-politiki ta’ protezzjoni ambjentali. L-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b’Bażi Bijoloġika identifikat, fost l-oħrajn, ir-riċiklaġġ tal-fosforu għall-produzzjoni tal-fertilizzanti bħala katina tal-valur ġdida emerġenti u ekonomikament promettenti mill-iskart (organiku) 7 . L-aċċess faċli għas-suq intern għal fertilizzanti bħal dawn ikun prekundizzjoni biex jintlaħqu dawn l-għanijiet u biex ir-riżultati tar-riċerka jiġu implimentati fis-suq.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

20.L-għan tal-proposta huwa li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern għall-prodotti fertilizzanti u b’hekk jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li ġew identifikati għall-ewwel darba fl-evalwazzjoni ex-post tar-Regolament dwar il-Fertilizzanti eżistenti, mwettqa fl-2010. Il-bażi legali hija għalhekk l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li huwa wkoll il-bażi legali għar-Regolament dwar il-Fertilizzanti eżistenti.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

21.L-ewwel objettiv tal-azzjoni proposta huwa li jitjieb l-investiment fil-produzzjoni u l-użu ta’ fertilizzanti effettivi, sikuri u innovattivi prodotti minn materja organika jew materja prima sekondarja skont il-mudell tal-ekonomija ċirkolari u l-istrateġija dwar il-Bijoekonomija, billi dawk il-prodotti jiġu megħjuna jilħqu massa kritika permezz ta' aċċess għas-suq intern kollu. Rikors aktar effiċjenti għal fertilizzanti bħal dawn jista’ joffri benefiċċji ambjentali sinifikanti, dipendenza mnaqqsa fuq l-importazzjoni ta’ materja prima kritika minn barra l-UE, kif ukoll varjetà miżjuda ta’ prodotti fertilizzanti ta’ kwalità għolja lill-bdiewa. L-ostakli eżistenti għall-moviment liberu ta’ prodotti bħal dawn, f’forma ta’ oqfsa regolatorji nazzjonali diverġenti, ma jistgħux jitneħħew permezz ta' azzjonijiet unilaterali tal-Istati Membri. B’mod partikolari, ir-rikonoxximent reċiproku f’dan il-qasam kien partikolarment diffiċli, u se jsir ostaklu dejjem aktar importanti hekk kif hemm it-tendenza li jiżdied l-interess fil-produzzjoni u fin-negozju ta’ fertilizzanti ta’ kwalità għolja minn materja prima organika jew sekondarja. Azzjoni tal-UE, min-naħa l-oħra, tista’ tiżgura l-moviment liberu ta’ fertilizzanti bħal dawn billi tistabbilixxi kriterji armonizzati ta’ kwalità għolja, sikurezza u ambjentali.

22.It-tieni objettiv huwa li tiġi indirizzata l-kontaminazzjoni mill-kadmju tal-ħamrija u tal-ikel permezz tal-użu tal-fertilizzanti. Billi ħafna mill-fertilizzanti li minħabba fihom jirriżulta t-tħassib (jiġifieri, fertilizzanti tal-fosfat inorganiċi) diġà huma armonizzati, l-Istati Membri ma jistgħux jiksbu dan l-objettiv b’mod unilaterali. Limiti massimi għall-UE kollha, min-naħa l-oħra, jistgħu jnaqqsu b’mod effettiv il-kontaminanti fil-fertilizzanti armonizzati għal-livelli aktar sikuri.

Proporzjonalità

23.L-ewwel objettiv tal-inizjattiva huwa li jitjieb l-investiment fil-produzzjoni ta’ fertilizzanti effettivi, sikuri u innovattivi prodotti minn materja prima organika jew sekondarja skont il-mudell tal-ekonomija ċirkolari, bil-benefiċċji relatati għall-impatt ambjentali, dipendenza mnaqqsa fuq l-importazzjoni, u varjabbiltà miżjuda ta’ prodotti ta’ kwalità għolja offruti. L-inizjattiva timmira li tilħaq massa kritika permezz ta’ suq intern għal prodotti bħal dawn. Ir-rikonoxximent reċiproku tal-fertilizzanti mhux armonizzati kien tassew diffiċli fil-passat, filwaqt li l-leġiżlazjoni ta’ armonizzazzjoni tal-prodotti kienet mod effettiv biex jiġi żgurat l-aċċess għas-suq intern għall-fertilizzanti inorganiċi. Għaldaqstant, huwa konkluż li l-leġiżlazjoni ta’ armonizzazzjoni tal-prodotti għall-fertilizzanti minn materja prima organika jew sekondarja ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex tiġi pprovduta ċ-ċertezza regolatorja meħtieġa biex jiġi inċentivizzat l-investiment fuq skala kbira fl-ekonomija ċirkolari. It-teknika regolatorja magħżula f’din il-proposta tagħti lill-operaturi ekonomiċi l-flessibbiltà massima biex iqiegħdu prodotti ġodda fis-suq mingħajr ma jikkompromettu s-sikurezza u l-kwalità. Barra minn hekk, tippermetti lill-Istati Membri li jaċċettaw fertilizzanti mhux armonizzati fis-suq, mingħajr ma ċċaħħad lil dawk l-operaturi ekonomiċi li jkunu qed ifittxu swieq akbar mill-possibbiltà li jagħżlu l-benefiċċji tal-qafas regolatorju armonizzat.

24.Il-forma ta’ Regolament hija meqjusa l-iktar adattata għall-armonizzazzjoni ta' prodotti f’qasam ta' kumplessità daqstant teknika u li għandu impatt potenzjali fuq il-katina alimentari u l-ambjent bħall-fertilizzanti. Din il-konklużjoni hija appoġġata mill-fatt li l-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni eżistenti għall-fertilizzanti hija wkoll fil-forma ta’ Regolament.

25.Fir-rigward tat-tieni objettiv, jiġifieri l-indirizzar tal-kontaminazzjoni mill-kadmju tal-ħamrija u tal-ikel permezz tal-użu tal-fertilizzanti, li ħafna minnhom diġà huma armonizzati, il-livelli massimi fil-leġiżlazjoni dwar il-prodotti huma meqjusa bħala mezz effettiv biex tiġi indirizzata l-problema fis-sors. L-impatti ekonomiċi jitqiesu proporzjonati mal-objettiv ta' prevenzjoni kontra l-kontaminazzjoni irrevokabbli tal-ħamrija li taffettwa l-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri ta’ bdiewa u tal-konsumaturi tal-ikel.

26.Il-proporzjonalità tkompli tiġi żviluppata fit-taqsima 4.2.2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

Għażla tal-istrument

27.Il-forma ta’ Regolament hija meqjusa l-iktar adattata għall-armonizzazzjoni ta' prodotti f’qasam ta' kumplessità daqstant teknika u li għandu impatt potenzjali fuq il-katina alimentari u l-ambjent bħall-fertilizzanti. Din il-konklużjoni hija appoġġata mill-fatt li l-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni eżistenti għall-fertilizzanti hija wkoll fil-forma ta’ Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

28.L-evalwazzjoni ex-post tar-Regolament dwar il-Fertilizzanti eżistenti mwettqa fl-2010 ikkonkludiet 8 li r-Regolament kien effettiv fl-ilħuq tal-objettiv tiegħu li jissimplifika u jarmonizza l-qafas regolatorju b’rabta ma’ parti importanti tas-suq tal-fertilizzanti.

29.Madankollu, l-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li r-Regolament jista’ jkun aktar effettiv fil-promozzjoni ta’ fertilizzanti innovattivi u li jeħtieġ ukoll li jsiru aġġustamenti biex l-ambjent jitħares aħjar. Barra minn hekk, fir-rigward tal-fertilizzanti organiċi li bħalissa ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, l-evalwazzjoni wriet li la l-operaturi ekonomiċi u lanqas l-awtoritajiet nazzjonali ma kkunsidraw li r-rikonoxximent reċiproku huwa l-aktar għodda xierqa biex jiġi żgurat il-moviment liberu, billi l-fertilizzanti huma prodotti li għalihom il-kwalità leġittima tal-prodott, u t-tħassib ambjentali u dwar is-saħħa tal-bniedem jistgħu jiġġustifikaw regoli strinġenti.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

30.Il-konsultazzjoni mal-Istati Membri u partijiet ikkonċernati oħrajn twettqet estensivament waqt il-fażi ta’ tħejjija li bdiet fl-2011, partikolarment fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Fertilizzanti 9 . Il-konsultazzjoni pubblika dwar l-ekonomija ċirkolari ppubblikata f’Mejju 2015 kienet tinkludi mistoqsijiet dwar dan is-suġġett 10 . Il-partijiet ikkonċernati ġew mistiedna wkoll sabiex jesprimu r-reazzjonijiet tagħhom dwar il-Pjan Direzzjonali għar-rieżami tar-Regolament dwar il-Fertilizzanti ppubblikat fit-22 ta’ Ottubru 2015 11 .

Ġbir u użu tal-għarfien espert

31.L-abbozz eżistenti tar-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt, b’mod ġenerali, huwa mfassal fuq l-evalwazzjoni ex-post imsemmija hawn fuq tar-Regolament dwar il-Fertilizzanti tal-2010, kif ukoll fuq studju mwettaq fl-2011 dwar l-għażliet biex tiġi armonizzata kompletament il-leġiżlazjoni tal-UE dwar il-materjali ta’ fertlizzazzjoni inklużi l-fattibbiltà teknika u l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali 12 .

32.Ir-riċiklaġġ tal-fosforu ġie indirizzat ukoll fi proġetti ta’ riċerka tal-FP7 u r-riżultati tagħhom ġew analizzati waqt is-sessjoni ta' ħidma 'Circular approaches to phosphorus: from research to deployment', li sar f’Berlin fl-4 ta’ Marzu 2015 13 . Waħda mill-prijoritajiet identifikati tinkludi r-rieżami tar-Regolament tal-Fertilizzanti tal-UE biex il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jiġi estiż għal nutrijenti minn sorsi sekondarji (eżempju, fosfati rriċiklati) u sorsi organiċi.

Valutazzjoni tal-impatt

33.Il-proposta hija appoġġata minn valutazzjoni tal-impatt u d-dokumenti ewlenin tagħha jinsabu fuq [Ladarba l-IAR jiġi ppubblikat tiddaħħal il-link għall-folja sommarja u għall-opinjoni pożittiva tal-Bord ta’ Skrutinju Regolatorju]. L-opinjonijiet tal-Bord ta’ Valutazzjoni tal-Impatt ġew ikkunsidrati billi ngħatat evidenza aħjar tal-istandards nazzjonali diverġenti bħala kawża tal-frammentazzjoni tas-suq, billi ġie ċċarat il-kontenut tad-diversi opinjonijiet ivvalutati u billi ġew iġġustifikati aħjar l-impatti prinċipali tal-proposta.

34.Il-valutazzjoni tal-impatt qabblet l-istatus quo (li jissemma’ hawn taħt bħala għażla 1), ma’ erba’ għażliet ta' politika oħrajn (imsemmija hawn taħt bħala għażliet 2-5). Taħt l-għażliet kollha minn 2 sa 5, il-kamp ta' applikazzjoni tal-armonizzazzjoni jiġi estiż għall-fertilizzanti minn materja prima ogranika u għal prodotti oħrajn marbuta mal-fertilizzanti, u jiġu introdotti l-valuri limitu għall-kontaminanti. L-għażliet jibnu fuq mekkaniżmi ta' kontroll differenti: Taħt l-għażla 2, it-teknika regolatorja tar-Regolament dwar il-Fertilizzanti, jiġifieri, l-approvazzjoni tat-tip, tibqa l-istess. Taħt l-għażla 3, l-approvazzjoni tat-tip tinbidel b'lista pożittiva eżawrijenti ta' materjali eliġibbli għall-inkoproazzjoni intenzjonali f'fertilizzant. L-għażla 4 tikseb il-kontroll neċessarju permezz ta' 'Qafas Leġiżlattiv Ġdid' ('NLF'), bi proċedura waħda ta' valutazzjoni tal-konformità li tapplika għal kollox. Finalment, l-għażla 5 tibni wkoll fuq in-NLF, iżda l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità tkun tvarja bejn il-kategoriji tal-materjal. Għall-erba' għażliet kollha minn 2 sa 5, ġie eżaminat ukoll jekk l-armonizzazzjoni għandhiex tkun mandatorja għall-prodotti kollha b'funzjoni magħrufa, jew jekk il-fertilizzanti jistgħux ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni armonizzata fuq bażi fakultattiva, bħala alternattiva għal kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli u r-rikonoxximent reċiproku, bħal fil-każ taħt status quo għall-fertilizzanti inorganiċi.

35.Il-proposta finali tikkorrispondi għall-għażla 5, akkopjata mal-varjant tal-armonizzazzjoni fakultattiva. Din kienet meqjusa bħala l-aħjar għażla ta' politika billi se twassal għal simplifikazzjoni amministrattiva, partikolarment għall-prodotti fertilizzanti minn materja prima primarja identifikata kif xieraq, u se tiżgura l-flessibbiltà, filwaqt li fl-istess ħin se tiżgura li l-użu ta’ prodotti fertilizzanti armonizzati ma jippreżentawx riskji inaċċettabbli għas-saħħa jew għall-ambjent.

36.Il-proposta se taffettwa, prinċipalment, lil dawk il-produtturi ta' fertilizzanti innovattivi li jiġu prodotti minn materja organika jew minn materja prima sekondarja skont il-mudell tal-ekonomija ċirkolari, li se ikunu jistgħu jilħu massa kritika permezz ta’ aċċess iffaċilitat radikalment għas-suq intern. Produtturi bħal dawn se jibbenefikaw mill-inizjattiva b’mod partikolari f’dawk l-Istati Membri li ma jkunux qed jipprovdu suq lokali kbir biżżejjed għal tipi ta’ fertilizzanti ġodda.

37.Din se taffettwa wkoll lill-operaturi ta’ rkupru privati u pubbliċi (bħal operaturi tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, jew ta’ impjanti ta’ ġestjoni tal-iskart li jipproduċu l-kompost jew id-diġestat) li se jkunu jistgħu jivvalorizzaw l-output tagħhom, u għalhekk jiffaċilitaw l-investimenti f’infrastruttura bħal din.

38.Ħafna awtoritajiet nazzjonali sejrin jaraw ammont ta’ xogħol imnaqqas meta s-sistemi nazzjonali ta’ reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni għall-fertilizzanti jiġu sostitwiti kompletament jew parzjalment minn mekkaniżmi ta’ kontroll mifruxin mal-UE kollha.

39.Finalment, il-bdiewa u utenti oħrajn tal-fertilizzanti probabbilment se jaraw żieda fil-varjetà ta’ prodotti offruti lilhom, filwaqt li l-pubbliku b’mod ġenerali se ikun imħares aħjar mill-kontaminazzjoni tal-ħamrija, tal-ilma u tal-ikel.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

40.Il-proposta se twassal għal simplifikazzjoni u tnaqqis fil-piż amministrattiv għall-produtturi tal-prodotti fertilizzanti li jkunu qed ifittxu aċċess għal aktar minn territorju nazzjonali wieħed fis-suq intern, billi aċċess bħal dan mhux se jibqa’ jiddependi fuq ir-rikonoxximent reċiproku. Fl-istess ħin, din se tevita li l-aċċess għas-suq jiġi pprojbit jew ristrett għal produtturi li ma jimmirawx li jiksbu konformità mar-regoli fil-livell tal-UE, billi żżomm miftuħa l-possibbiltà ta’ aċċess għas-swieq nazzjonali suġġett għal kwalunkwe regola nazzjonali u għar-rikonoxximent reċiproku.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

41.Il-proposta mhux se jkollha implikazzjonijiet għall-baġit tal-UE. Ir-riżorsi umani u amministrattivi fil-Kummissjoni Ewropea se jibqgħu kif inhuma meta mqabblin mal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tar-Regolament dwar il-Fertilizzanti eżistenti.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet għall-implimentazzjoni u arranġamenti ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u rappurtar

42.Il-Kummissjoni Ewropea se tassisti u timmonitorja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-Regolament. Se tanalizza wkoll il-bżonn ta’ gwida, standards jew skemi li jagħtu prova tas-sostenibbiltà tal-prodotti fertilizzanti, biex b’hekk ikunu jistgħu jitqiegħdu dikjrazzjonijiet ta’ sostenibbiltà fuq it-tikketti tal-prodotti.

43.Barra minn hekk, il-Kummissjoni beħsiebha tinkludi kategoriji addizzjonali ta’ materjali komponenti fl-Anessi, sabiex tibqa aġġornata mal-progress teknoloġiku li jippermetti l-produzzjoni ta’ fertilizzanti sikuri u effettivi minn materja prima sekondarja rkuprata bħal faħam bijoloġiku, irmied u struvite. Finalment, il-Kummissjoni se żżomm ir-rekwiżiti fl-Annessi taħt rieżami kostanti u se tagħmel rieżami tagħhom meta jkun neċessarju biex tipprovdi protezzjoni xierqa għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

44.Il-Kapitolu 1 tar-Regolament propost jistipula s-suġġett, il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet, kif ukoll il-prinċipji fundamentali tal-moviment liberu u l-kummerċjabbiltà tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE. Id-dispożizzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-prodotti tirreferi għall-Annessi I u II, li jinkludu r-rekwiżiti sostantivi għall-kategoriji ta’ prodotti finali f'konformità mal-funzjoni maħsuba tagħhom (l-Anness I), kif ukoll għall-kategoriji ta’ materjali komponenti li jistgħu jkunu inklużi fil-prodotti tal-fertilizzanti bit-tikketta CE (l-Anness II). Din tirreferi wkoll għall-Anness III, li jispeċifika r-rekwiżiti tat-tikkettar.

45.Il-Kapitolu 2 jistipula l-obbligi tal-operaturi eknomiċi involuti fit-tqegħid tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE fis-suq.

46.Il-Kapitolu 3 jistabbilixxi l-prinċipju ġenerali għall-konformità tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE. Jirreferi għall-Anness IV, li jiddeskrivi fid-dettall il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità applikabbli għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, abbażi tal-kategoriji ta’ materjali komponenti tagħhom u tal-kategoriji ta’ funzjoni tal-prodott tagħhom. Jirreferi wkoll għall-Anness V, li jistabbilixxi struttura mudell għad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE.

47.Il-Kapitolu 4 jistipula d-dispożizzjonijiet dwar il-korpi nnotifikati u l-Kapitolu 5 jistipula d-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq. Il-Kapitolu 6 jistipula l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni u l-Kapitolu 7 jistipula d-dispożizzjonijiet finali.

2016/0084 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 14 ,

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-kundizzjonijiet sabiex il-fertilizzanti jsiru disponibbli fis-suq intern ġew parzjalment armonizzati permezz tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 , li jkopri kważi esklussivament il-fertilizzanti miksubin mill-minjieri jew minn materjali inorganiċi prodotti b’mezzi kimiċi. Jeżisti wkoll il-bżonn li jintużaw materjali rriċiklati jew organiċi biex jintużaw bħala fertilizzanti. Għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet armonizzati għall-fertilizzanti prodotti minn materjali rriċiklati jew organiċi biex isiru disponibbli fis-suq intern kollu sabiex ikun hemm inċentiv importanti għall-użu ulterjuri tagħhom. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-armonizzazzjoni għandu, għaldaqstant, jiġi estiż sabiex jiġu inklużi materjali rriċiklati u organiċi.

(2)Ċerti prodotti qed jintużaw flimkien mal-fertilizzanti biex tiġi mtejba l-effikaċja tan-nutrizzjoni, bl-effett ta’ benefiċċju li jitnaqqas l-ammont ta’ fertilizzanti użati u għalhekk anki l-impatt ambjentali tagħhom. Sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tagħhom fis-suq intern, għandhom ikunu koperti bl-armonizzazzjoni mhux biss il-fertilizzanti, jiġifieri l-prodotti maħsubin biex jipprovdu l-pjanti bin-nutrijenti, iżda anki l-prodotti maħsubin biex itejbu l-effikaċja tan-nutrizzjoni tal-pjanti.

(3)Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 jistipula regoli dwar l-akkreditament tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq tal-prodotti u għall-kontrolli fuq il-prodotti minn pajjiżi terzi, u jistipula l-prinċipji ġenerali tal-immarkar CE. Dak ir-Regolament għandu jkun applikabbli għal prodotti koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex jiżgura li l-prodotti li jibbenefikaw mill-moviment liberu tal-oġġetti fl-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti għal livell għoli ta' protezzjoni ta' interessi pubbliċi bħas-saħħa u s-sikurezza b'mod ġenerali, il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-protezzjoni tal-ambjent.

(4)Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 tistipula prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza maħsubin sabiex japplikaw għal-leġiżlazjoni settorjali kollha sabiex jipprovdu bażi koerenti għar-reviżjoni jew ir-riformulazzjonijiet ta’ dik il-leġiżlazjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 għandu għalhekk jiġi sostitwit minn Regolament imfassal sa fejn huwa possibbli f'konformità ma' dik id-Deċiżjoni.

(5)Bil-maqlub ta’ ħafna mill-miżuri ta’ armonizzazzjoni ta' prodotti oħrajn tal-Unjoni, ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 ma jipprevjenix lill-fertilizzanti mhux armonizzati milli jkunu disponibbli fis-suq intern f'konformità mal-liġi nazzjonali u r-regoli ġenerali dwar il-moviment liberu tat-Trattat. Minħabba n-natura tassew lokali ta’ ċerti swieq tal-prodotti, din il-possibbiltà għandha tibqa’. Il-konformità mar-regoli armonizzati għandha għalhekk tibqa’ waħda fakultattiva u għandha tintalab biss għal prodotti, li jkunu maħsubin li jipprovdu l-pjanti bin-nutrijenti jew li jtejbu l-effikaċja tan-nutrizzjoni tal-pjanti, li jkollhom it-tikketta CE meta jitqiegħdu disponibbli fis-suq. Dan ir-Regolament, għalhekk, ma għandux japplika għal prodotti li ma għandhomx it-tikketta CE meta jsiru disponibbli fis-suq.

(6)Funzjonijiet differenti tal-prodotti jirrikjedu rekwiżiti differenti tas-sikurezza u tal-kwalità tal-prodotti adattati għall-użi intenzjonati differenti tagħhom. Il-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE għandhom għalhekk jinqasmu f’kategoriji ta’ funzjoni tal-prodotti differenti, b’kull kategorija tiġi suġġetta għal rekwiżiti ta’ sikurezza u kwalità speċifiċi.

(7)Bl-istess mod, materjali komponenti differenti jirrikjedu rekwiżiti tal-proċessi differenti u l-mekkaniżmi ta’ kontroll adattati għall-perikli u l-varjabbiltà potenzjali differenti tagħhom. Il-materjali komponenti għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE għandhom għalhekk jinqasmu f’kategoriji differenti, b’kull kategorija tkun suġġetta għal rekwiżiti tal-proċessi speċifiċi u mekkaniżmi ta’ kontroll. Għandu jkun possibbli li jitqiegħed fis-suq prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jkun magħmul minn diversi materjali komponenti minn għadd ta’ kategoriji ta’ materjali komponenti, fejn kull materjal jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija li għaliha jappertjeni l-prodott.

(8)Kontaminanti fil-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, bħall-kadmju, jistgħu potenzjalment jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent, billi dawn jakkumulaw fl-ambjent u jidħlu fil-katina alimentari. Il-kontenut tagħhom fi prodotti bħal dawn għandu għalhekk ikun limitat. Barra minn hekk, l-impuritajiet fil-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jirriżultaw mill-bijoskart, partikolarment il-polimeri, iżda wkoll il-metall u l-ħġieġ, għandhom jiġu evitati jew limitati sakemm dan ikun teknikament fattibbli permezz tad-ditezzjoni ta’ impuritajiet bħal dawn fil-bijoskart li jinġabar b’mod separat qabel l-ipproċessar.

(9)Il-prodotti li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament għandhom jitħallew jiċċaqilqu b’mod liberu fis-suq intern. Jekk wieħed jew aktar mill-materjali komponenti fi prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 , iżda jilħaq punt fil-katina tal-manifattura li lil hinn minnu ma jibqax jippreżenta riskju sinifikanti għas-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali (il-"punt aħħari fil-katina tal-manifattura"), dan jirrappreżenta piż amministrattiv mhux neċessarju biex il-prodott jibqa’ jiġi soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament. Fertilizzanti bħal dawn għandhom għalhekk jiġu esklużi mir-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)Il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura għandu jiġi determinat għal kull materjal komponenti rilevanti li jkun fih prodotti sekondarji tal-annimali f'konformità mal-proċeduri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Meta proċess ta’ manifattura ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE irregolat skont dan ir-Regolament jibda qabel jintlaħaq dak il-punt aħħari, ir-rekwiżiti tal-proċessi kemm tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 kif ukoll ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw b’mod kumulattiv għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, li jfisser l-applikazzjoni tar-rekwiżit iktar strett f’każ li ż-żewġ Regolamenti jirregolaw l-istess parametru.

(11)F’każ li jkun hemm riskju għas-saħħa tal-pubbliku jew tal-annimali mill-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE dderivati minn prodotti sekondarji mill-annimali, għandu jkun possibbli li wieħed jagħmel użu minn miżuri ta’ salvagwardja f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 kif inhu l-każ għal kategoriji oħrajn ta’ prodotti dderivati minn prodotti sekondarji mill-annimali.

(12)Meta wieħed jew aktar mill-materjali komponenti ta’ prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, iżda ma jkunx laħaq il-punt aħħari fil-katina ta’ manifattura, ikun qarrieqi li jkun hemm dispożizzjonijiet għat-tikketta CE tal-prodott f’dan ir-Regolament, billi t-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodott bħal dan huwa suġġett għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Għalhekk, prodotti bħal dawn għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(13)Għal ċertu skart irkuprat fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 , ġiet identifikata domanda tas-suq biex jintużaw bħala prodotti fertilizzanti. Barra minn hekk, ċerti rekwiżiti għall-iskart użat bħala input fl-operazzjoni ta’ rkupru u għall-proċessi u t-tekniki ta’ trattament, kif ukoll għall-prodotti fertilizzanti li jirriżultaw mill-operazzjoni ta’ rkupru, sabiex ikun żgurat li l-użu ta' dawk il-prodotti ma jwassalx għal impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew ambjentali, b’mod ġenerali. Għal prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għaldaqstant, mill-mument li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament, prodotti bħal dawn ma għandhomx jibqgħu jitqiesu bħala skart fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE.

(14)Ċerti sustanzi u taħlitiet, li b’mod komuni jissejħu addittivi agronomiċi, itejbu r-ritmu tar-rilaxx tan-nutrijenti ta’ nutrijent f’fertilizzant. Is-sustanzi u t-taħlitiet li jsiru disponibbli fis-suq bl-intenzjoni li jiġu miżjuda mal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE għal dak il-għan għandhom jissodisfaw ċerti kriterji ta’ effikaċja bir-responsabbiltà taqa’ f’idejn il-manifattur ta’ dawk is-sustanzi jew it-taħlitiet, u għandhom għalhekk jitqiesu bħala prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jkun fihom sustanzi jew taħlitiet bħal dawn għandhom ikunu soġġetti għal ċerti kriterji ta’ effikaċja u sikurezza. Sustanzi u taħlitiet bħal dawn għandhom għalhekk jiġu rregolati bħala materjali komponenti għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE.

(15)Ċerti sustanzi, taħlitiet u mikroorganiżmi, li b’mod komuni jissejħu bijostimulanti tal-pjanti, mhumiex fil-fatt nutrijenti, iżda madankollu jistimulaw il-proċessi ta’ nutrizzjoni tal-pjanti. Meta prodotti bħal dawn ikunu mmirati biss lejn it-titjib tal-użu tan-nutrijenti tal-pjanti, it-tolleranza għall-istress abijotiku jew karatteristiċi ta’ kwalità tal-għelejjel, min-natura tagħhom ikunu aktar simili għall-prodotti fertilizzanti milli għal ħafna mill-kategoriji ta’ prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti. Prodotti bħal dawn għandhom għalhekk ikunu eliġibbli għat-tikketta CE skont dan ir-Regolament u jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 . Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(16)Prodotti li jkollhom funzjoni waħda jew aktar, li waħda minnhom tkun koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jibqgħu taħt il-kontroll imfassal apposta għal prodotti bħal dawn u previst f’dak ir-Regolament. Meta prodotti bħal dawn ikollhom ukoll il-funzjoni ta’ prodott fertilizzanti, ikun qarrieqi li t-tikketta CE tagħhom tiġi prevista f’dan ir-Regolament, billi t-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodott ta’ protezzjoni tal-pjanti jiddependi fuq awtorizzazzjoni tal-prodott valida fl-Istat Membru kkonċernat. Għalhekk, prodotti bħal dawn għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(17)Dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni relatata ma’ aspetti ta’ protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza u tal-ambjent li mhumiex koperti b’dan ir-Regolament. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE 22 , id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE 23 , ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 , ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 , ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 26 , id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE 27 , ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 , u r-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 .

(18)Meta prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikun fih sustanza jew taħlita fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, is-sikurezza tas-sustanzi kostitwenti tiegħu għall-użu maħsub għandha tiġi stabbilita permezz tar-reġistrazzjoni skont dak ir-Regolament. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom jiżguraw li s-sikurezza tal-użu maħsub tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE tintwera f'manjiera li hija komparabbli għal dik miksuba permezz ta’ reġimi regolatorji oħrajn għal prodotti maħsubin għall-użu fuq ħamrija u għelejjel li jinħadmu, b’mod partikolari l-leġiżlazjoni nazzjonali tal-Istati Membri dwar il-fertilizzanti u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Għalhekk, jekk il-kwantitajiet proprji li jitqiegħdu fis-suq ikunu anqas minn 10 tunnellati għal kull kumpanija fis-sena, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni determinati mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għar-reġistrazzjoni ta’ sustanzi fi kwantitajiet ta’ 10 tunnellati sa 100 tunnellata għandhom japplikaw b’mod eċċezzjonali bħala kundizzjoni għad-disponibbiltà skont dan ir-Regolament.

(19)Meta l-kwantitajiet proprji ta’ sustanzi fi prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE rregolati minn dan ir-Regolament huma iktar minn 100 tunnellata, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom japplikaw direttament bis-saħħa ta’ dak ir-Regolament. L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħrajn tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma għandhiex tiġi affettwata minn dan ir-Regolament.

(20)Taħlita ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE differenti, li kull wieħed minnhom ikun ġie soġġett għal valutazzjoni ta’ konformità pożittiva mar-rekwiżiti applikabbli għal dak il-materjal, tista’ tiġi mistennija li tkun adattata biex tintuża bħala prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, suġġetta biss għal ċerti rekwiżiti addizzjonali minħabba t-taħlit. Għaldaqstant, sabiex jiġi evitat piż amministrattiv mhux neċessarju, taħlitiet bħal dawn għandhom jitqiegħdu f’kategorija separata, li għaliha l-valutazzjoni ta’ konformità għandha tkun limitata għar-rekwiżiti addizzjonali ġġustifikati mit-taħlit.

(21)L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE ma’ dan ir-Regolament, b’rabta mar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-aspetti ta’ interess pubbliku koperti minn dan ir-Regolament, u anki sabiex jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta fis-suq intern.

(22)Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur ekonomiku fil-katina ta’ provvista u distribuzzjoni.

(23)Il-manifattur, li jkollu għarfien dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni li jwettaq il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità. Il-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE għalhekk għandha tibqa’ l-obbligu tal-manifattur biss.

(24)Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq intern jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari li l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu twettqu mill-manifatturi fir-rigward ta’ dawk il-prodotti fertilizzanti. Għandu għalhekk ikun hemm dispożizzjoni għall-importaturi sabiex jiġi żgurat li l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li huma jqiegħdu fis-suq jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u li ma jqiegħdux fis-suq prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li ma jikkonformawx ma’ rekwiżiti bħal dawn jew li jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent. Għandu jkun hemm ukoll dispożizzjoni għall-importaturi bħal dawn biex jiżguraw li l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu twettqu u li l-immarkar tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u d-dokumentazzjoni mħejjija mill-manifatturi jkunu disponibbli għal spezzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(25)Meta jkun qed iqiegħed prodott fertilizzanti bit-tikketta CE fis-suq, l-importatur għandu jindika fuq l-imballaġġ tal-prodott fertilizzanti ismu, l-isem ta’ kummerċjalizzazzjoni rreġistrat u l-marka ta’ kummerċjalizzazzjoni rreġistrata u l-indirizz postali fejn ikun jista’ jiġi kkuntattjat, sabiex jiffaċilita s-sorveljanza tas-suq.

(26)Peress li d-distributur jagħmel disponibbli prodott fertilizzanti bit-tikketta CE fis-suq wara li jkun tqiegħed fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, huwa għandu jaġixxi bil-kawtela dovuta sabiex jiżgura li l-mod ta' kif huwa jittratta l-prodott fertilizzanti ma jaffettwax b’mod negattiv il-konformità ta’ dak il-prodott ma' dan ir-Regolament.

(27)Operatur ekonomiku li jqiegħed prodott fertilizzanti bit-tikketta CE fis-suq f’ismu jew bil-marka ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħu jew jimmodifika prodott fertilizzanti bit-tikketta CE b’tali mod li l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tista' tiġi affettwata, għandu jitqies bħala l-manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(28)Peress li d-distributuri u l-importaturi huma viċin tal-post tas-suq, għandhom ikunu involuti f’kompiti ta’ sorveljanza tas-suq mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u għandhom ikunu ppreparati li jipparteċipaw b’mod attiv u jipprovdu lil dawk l-awtoritajiet bl-informazzjoni neċessarja kollha marbuta mal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

(29)L-iżgurar tat-traċċabbiltà ta’ prodott fertilizzanti bit-tikketta CE matul il-katina tal-provvista kollha jgħin sabiex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar sempliċi u aktar effiċjenti. Sistema ta’ traċċabbiltà effiċjenti tiffaċilita l-kompitu tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq li jittraċċaw lill-operaturi ekonomiċi li jkunu għamlu disponibbli fis-suq prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE mhux konformi. Meta jżommu l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni ta' operaturi ekonomiċi oħrajn, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jintalbu jaġġornaw informazzjoni bħal din fir-rigward ta’ operaturi ekonomiċi oħrajn li jkunu fornewhom bi prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jew li lilhom ikunu fornew prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, għaliex informazzjoni aġġornata bħal din normalment ma tkunx disponibbli għalihom.

(30)Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza u kwalità, huwa neċessarju li tiġi prevista preżunzjoni ta’ konformità għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jkunu konformi mal-istandards armonizzati li huma adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 .

(31)Fejn ma jkunux ġew adottati standards armonizzati, jew ma jagħmlux dan f'biżżejjed dettall li jkopri l-elementi kollha tar-rekwiżiti tal-kwalità u tas-sikurezza stipulati f'dan ir-Regolament, jista' jkun li jkunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni għalhekk għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw dawk il-kundizzjonijiet fi speċifikazzjonijiet komuni. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, għandu jiġi ċċarat li l-prodotti fertilizzati bit-tikketta CE jridu jkunu konformi ma' speċifikazzjonijiet bħal dawn ukoll jekk huma kkunsidrati li jkunu konformi mal-istandards armonizzati.

(32)Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu juru u l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivverifikaw li l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti, huwa neċessarju li jiġu previsti proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tistabbilixxi moduli għall-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, mill-anqas sal-aktar stretti, fi proporzjon mal-livell ta’ riskju involut u l-livell ta’ sikurezza meħtieġ. Sabiex tkun żgurata l-koerenza intersettorjali u biex ikunu evitati varjanti ad hoc, il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jintgħażlu minn fost dawk il-moduli. Madankollu, huwa neċessarju li jiġu adattati dawk il-moduli sabiex jiġu riflessi l-aspetti speċifiċi tal-prodotti fertilizzanti. B’mod partikolari, huwa neċessarju li jkun hemm tisħiħ tas-sistemi ta’ kwalità u tal-involviment tal-korpi nnotifikati għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ ċerti prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE derivati mill-iskart irkuprat.

(33)Sabiex jiġi żgurat li l-fertilizzanti tan-nitrat tal-ammonju bit-tikketta CE b'kontenut għoli ta’ nitroġenu ma jipperikolawx is-sikurezza, u biex jiġi żgurat li fertilizzanti bħal dawn ma jintużawx għal skopijiet oħrajn barra minn dawk li jkunu maħsubin għalihom, pereżempju bħala splussivi, fertilizzanti bħal dawn għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżiti speċifiċi marbutin mal-ittestjar tar-reżistenza għad-detonazzjoni u mat-traċċabbiltà.

(34)Sabiex ikun żgurat aċċess effettiv għall-informazzjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni fir-rigward tal-konformità mal-atti kollha tal-Unjoni applikabbli għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE għandha tingħata fil-forma ta' dikjarazzjoni tal-konformità unika tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dik id-dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE tista’ tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet individwali rilevanti ta’ konformità.

(35)It-tikketta CE, li tindika l-konformità ta’ prodott fertilizzanti, hija l-konsegwenza viżibbli ta’ proċess sħiħ li jinkludi valutazzjoni tal-konformità f’sens wiesa’. Il-prinċipji ġenerali li jirregolaw it-tikketta CE u r-relazzjoni tagħha ma’ marki oħra, huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Għandhom jiġu stipulati regoli speċifiċi li jirregolaw it-twaħħil tat-tikketta CE fil-każ ta’ prodotti fertilizzanti.

(36)Ċerti proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità stipulati f’dan ir-Regolament jirrikjedu l-intervent ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, li jiġu notifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(37)Huwa essenzjali li l-korpi nnotifikati kollha jwettqu l-funzjonijiet tagħhom sal-istess livell u skont kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Dan jirrikjedi li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għall-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jixtiequ li jkunu notifikati sabiex jipprovdu servizzi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

(38)Jekk korp ta’ valutazzjoni tal-konformità juri konformità mal-kriterji stabbiliti fi standards armonizzati, għandu jkun preżunt li jikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(39)Sabiex jiġi żgurat livell konsistenti ta’ kwalità fil-prestazzjoni ta' valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, huwa neċessarju wkoll li jiġu stabbiliti rekwiżiti biex jiġu nnotifikati l-awtoritajiet u korpi oħrajn involuti fil-valutazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ tal-korpi nnotifikati.

(40)Is-sistema stabbilita f’dan ir-Regolament għandha tkun ikkomplimentata mis-sistema ta’ akkreditazzjoni kif prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008. Billi l-akkreditazzjoni hija mezz essenzjali ta’ verifika tal-kompetenza ta’ korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, għandha tintuża wkoll għal finijiet ta’ notifika.

(41)Minħabba n-natura varjabbli ta’ ċerti materjali komponenti tal-prodotti fertilizzanti, u n-natura potenzjalment irriversibbli ta’ wħud mid-danni li jistgħu jirriżultaw jekk il-ħamrija u l-għelejjel jiġu esposti għall-impuritajiet, l-akkreditazzjoni trasparenti kif inhi prevista fir-Regolament (KE) Nru 765/2008, li tiżgura l-livell neċessarju ta’ fiduċja fiċ-ċertifikati ta’ konformità tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jkollhom komponenti bħal dawn, għandha tkun l-uniku mod ta’ kif tintwera l-kompetenza teknika tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità.

(42)Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità spiss jissottokuntrattaw partijiet mill-attivitajiet tagħhom konnessi mal-valutazzjoni tal-konformità jew jgħadduhom lil sussidjarju. Sabiex jiġi salvagwardjat il-livell ta’ protezzjoni meħtieġ sabiex il-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE jitqiegħdu fis-suq, huwa essenzjali li s-sottokuntratturi u s-sussidjarji tal-valutazzjonijiet ta’ konformità jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħall-korpi nnotifikati b’rabta mal-prestazzjoni ta’ kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità. Għalhekk huwa importanti li l-valutazzjoni tal-kompetenza u l-prestazzjoni tal-korpi li trid tiġi notifikata u l-monitoraġġ ta’ korpi diġà notifikati jkopru wkoll l-attivitajiet mwettqa minn sottokuntratturi u sussidjarji.

(43)Huwa neċessarju li jkun hemm proċedura ta’ notifikazzjoni effiċjenti u trasparenti u, b’mod partikolari, li din tiġi adattata għal teknoloġiji ġodda sabiex tkun tista’ ssir notifikazzjoni onlajn.

(44)Peress li s-servizzi offruti mill-korpi nnotifikati jistgħu jkunu relatati mat-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE fl-Unjoni kollha, huwa xieraq li l-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni jingħataw l-opportunità li jqajmu oġġezzjoni dwar korp innotifikat. Huwa għalhekk importanti li jkun previst perjodu li matulu kull dubju jew tħassib dwar il-kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jkunu jistgħu jiġu kkjarifikati qabel ma jibdew jaħdmu bħala korpi nnotifikati.

(45)Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-suq, huwa kruċjali li l-korpi nnotifikati japplikaw il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità mingħajr ma joħolqu piżijiet mhux neċessarji għall-operaturi ekonomiċi. Għall-istess raġuni u biex ikun żgurat trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi, għandha tkun żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni teknika tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità. Dak jista’ jsir l-aħjar permezz ta’ koordinazzzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi nnotifikati.

(46)Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa neċessarju li jiġi ċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq intern u l-kontroll ta’ prodotti li jidħlu fis-suq intern previsti fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 japplikaw għal prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE koperti minn dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti li se jwettqu dawk il-kompiti.

(47)Prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE għandhom jitqiegħdu fis-suq biss jekk huma effettivi b'mod suffiċjenti u ma jippreżentawx riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent meta jinħażnu kif suppost u użati għall-użu intenzjonat tagħhom, u taħt kundizzjonijiet ta' użu li jistgħu jitbassru b'mod raġonevoli, jiġifieri meta użu bħal dan jista' jirriżulta minn aġir uman legali u li jitbassar faċilment. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti għas-sikurezza u l-kwalità, kif ukoll mekkaniżmi xierqa ta’ kontroll. Barra minn hekk, l-użu intenzjonat ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE ma għandux iwassal għal sitwazzjoni fejn l-ikel jew l-għalf ma jibqgħux sikuri.

(48)Ir-Regolament 2003/2003 fih previst proċedura ta’ salvagwardja li tippermetti lill-Kummissjoni teżamina l-ġustifikazzjoni għal miżura meħuda minn Stat Membru kontra fertilizzanti tal-KE meqjusa li jikkostitwixxu riskju. Biex tiżdied it-trasparenza u biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar jeħtieġ li tittejjeb il-proċedura eżistenti ta’ salvagwardja, bil-għan li ssir aktar effiċjenti u li tuża aktar il-ħiliet esperti disponibbli fl-Istati Membri.

(49)Is-sistema eżistenti għandha tiġi ssupplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu infurmati b’miżuri maħsubin li jittieħdu fir-rigward ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jippreżentaw riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent. Din għandha tippermetti wkoll li l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, f’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, jaġixxu fi stadju bikri fir-rigward ta’ prodotti fertilizzanti bħal dawn.

(50)Fejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta’ miżura meħuda minn Stat Membru, l-involviment ulterjuri tal-Kummissjoni għandu jintalab biss fejn in-nuqqas ta’ konformità jkun jista’ jiġi attribwit għal nuqqasijiet ta’ standard armonizzat, f’liema każ il-proċedura ta' oġġezzjoni formali għall-istandards armonizzati stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 għandhom japplikaw. 

(51)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 31 .

(52)Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jirrikjedu lill-Istat Membru tan-notifika jieħu l-miżuri korrettivi neċessarji fir-rigward ta’ korpi nnotifikati li ma jissodisfawx jew ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti għan-notifikazzjoni tagħhom, għaliex atti bħal dawn ma jidħlux fl-ambitu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(53)Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jkunu konformi u li jippreżentaw riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, għaliex atti bħal dawn jidħlu fl-ambitu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Għall-istess raġuni, għandha tintuża wkoll għall-adozzjoni, l-emendar jew t-tħassir ta' speċifikazzjonijiet komuni.

(54)Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddetermina jekk humiex ġustifikati miżuri meħuda mill-Istati Membri fir-rigward ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li mhumiex konformi. Minħabba l-fatt li dawk l-atti se jirrelataw mal-mistoqsija dwar jekk humiex ġustifikati miżuri nazzjonali, ma hemmx ħtieġa għall-atti li jkunu suġġetti għal kontroll mill-Istati Membri.

(55)Qed isir progress tekniku promettenti fil-qasam tar-riċiklaġġ tal-iskart, bħar-riċiklaġġ tal-fosforu mill-ħama tad-dranaġġ u l-produzzjoni tal-prodotti fertilizzanti minn prodotti sekondarji mill-annimali, bħall-faħam bijoloġiku. Għandu jkun possibbli li prodotti li jkun fihom jew li jkunu magħmulin minn materjali bħal dawn ikunu jistgħu jaċċessaw is-suq intern mingħajr dewmien mhux neċessarju, meta l-proċessi ta’ manifattura jkunu ġew analizzati xjentifikament u r-rekwiżiti tal-proċess ikunu ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Għal dik il-fini, is-setgħa li l-atti jiġu adattati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ definizzjoni ta’ kategoriji akbar jew addizzjonali ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE jew materjali komponenti eliġibbli għall-użu fil-produzzjoni ta’ prodotti bħal dawn. Għall-prodotti sekondarji mill-annimali, il-kategoriji ta’ komponenti materjali għandhom jitwessgħu jew jiżdiedu biss sakemm jiġi determinat punt aħħari fil-katina ta’ manifattura f'konformità mal-proċeduri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, għaliex prodotti sekondarji mill-annimali li għalihom ma jkunx ġie determinat punt aħħari bħal dan, fi kwalunkwe każ, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(56)Barra minn hekk, għandu jkun possibbli li jkun hemm reazzjoni immedjata għal sejbiet ġodda fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE biex ikunu effettivi b'mod suffiċjenti u għal valutazzjonijiet tar-riskju ġodda fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, tas-sikurezza jew tal-ambjent. Għal dik il-fini, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex temenda r-rekwiżiti applikabbli għal diversi kategoriji ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE.

(57)Fl-eżerċitar ta’ dawk is-setgħat, huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż f’livell espert. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u adattata ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(58)L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu infurzati. Il-penali previsti għandhom jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(59)Huwa neċessarju li jiġu previsti arranġamenti tranżizzjonali li jippermettu t-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' fertilizzanti tal-KE li jkunu tqiegħdu fis-suq f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mingħajr ma dawk il-prodotti jkollhom jikkonformaw ma’ aktar rekwiżiti tal-prodotti. Id-distributuri għandhom għalhekk ikunu jistgħu jfornu fertilizzanti tal-KE li jkunu tqiegħdu fis-suq, jiġifieri kunsinni li diġà jkunu fil-katina ta’ distribuzzjoni, qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(60)Hemm bżonn li jkun hemm biżżejjed żmien għall-operaturi ekonomiċi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, u għall-Istati Membri biex jistabbilixxu l-infrastruttura amministrattiva neċessarja għall-applikazzjoni tiegħu. L-applikazzjoni għandha għalhekk tiġi ddiferita għal data fejn dawk il-preparazzjonijiet jistgħu jiġu finalizzati b'mod raġonevoli.

(61)Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern filwaqt li jiżgura li l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE fis-suq jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti għal livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, tas-sikurezza u tal-ambjent, ma jistax jintlaħaq b’mod xieraq mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-kobor u l-effetti tiegħu, jintlaħaq b’mod aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE.

Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-prodotti li ġejjin:

(a)prodotti sekondarji mill-annimali li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009,

(b)prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-atti li ġejjin:

(a)Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE;

(b)Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE;

(c)Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(d)Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(e)Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006;

(f)Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE;

(g)Ir-Regolament (KE) Nru 98/2013;

(h)Ir-Regolament (KE) Nru 1143/2014.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)'prodott fertilizzanti' tfisser sustanza, taħlita, mikroorganiżmu jew kwalunkwe materjal ieħor, applikat jew intenzjonat li jiġi applikat, waħdu jew imħallat ma' materjal ieħor, fuq pjanti jew fuq ir-riżosfera tagħhom għal fini li jipprovdi n-nutrijenti lill-pjanti jew itejjeb l-effiċjenza nutrittiva tagħhom;

(2)'prodott fertilizzanti bit-tikketta CE' tfisser prodott fertilizzanti li jkollu t-tikketta CE meta jitqiegħed fis-suq;

(3)'sustanza' tfisser sustanza fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(4)'taħlita' tfisser taħlita fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(5)'mikroorganiżmu' tfisser mikroorganiżmu fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(15) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

(6)'tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq' tfisser kwalunkwe forniment ta’ prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni waqt attività kummerċjali, sew jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas;

(7)'tqegħid fis-suq' tfisser l-ewwel darba li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni;

(8)'manifattur' tfisser persuna fiżika jew legali li timmanifattura prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jew li jkollha prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ddisinjat jew immanifatturat, u tikkummerċjalizza dak il-prodott fertilizzanti f'isimha jew id-ditta kummerċjali tagħha;

(9)'rappreżentant awtorizzat' tfisser persuna fiżika jew legali stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub minn manifattur biex taġixxi f’ismu b’rabta ma’ kompiti speċifikati;

(10)'importatur' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew legali stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott fertilizzanti bit-tikketta CE minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(11)'distributur' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew legali fil-katina ta’ provvista, barra mill-manifattur jew l-importatur, li tqiegħed prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għad-dispożizzjoni fis-suq;

(12)'operaturi ekonomiċi' tfisser manifatturi, rappreżentanti awtorizzati, importaturi jew distributuri;

(13)'speċifikazzjoni teknika' tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li għandhom jiġu ssodisfati minn prodott fertilizzanti bit-tikketta CE;

(14)'standard armonizzat' tfisser standard armonizzat kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(15)'akkreditazzjoni' tfisser akkreditazzjoni kif definita fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(16)'korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni' tfisser korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(17)'valutazzjoni tal-konformità' tfisser il-proċess li juri jekk ir-rekwiżiti previsti f’dan ir-Regolament marbuta ma’ prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkunux ġew issodisfati;

(18)'korp ta' valutazzjoni tal-konformità' tfisser korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inkluż l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni;

(19)'sejħa lura' tfisser kwalunkwe miżura mmirata lejn ir-ritorn ta’ prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li diġà jkun sar disponibbli għall-utent aħħari;

(20)'irtirar' tfisser kwalunkwe miżura mmirata biex tipprevjeni li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE fil-katina tal-provvista ma jitqiegħedx għad-dispożizzjoni fis-suq;

(21)'tikketta CE' tfisser tikketta li biha l-manifattur jindika li l-prodott fertilizzanti huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fil-leġiżlazjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li tipprevedi t-twaħħil tagħha;

(22)'leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni' tfisser kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti.

Artikolu 3
Moviment liberu

L-Istati Membri ma għandhomx ixekklu t-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jikkonformaw mar-Regolament.

Artikolu 4
Rekwiżiti tal-prodott

1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu

(a)jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness I għall-kategorija rilevanti tal-funzjoni ta' prodott;

(b)jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness II għall-kategorija/i rilevanti tal-materjal tal-komponent;

(c)jkollu tikketta f'konformità mar-rekwiżiti tal-ittikkettar stipulati fl-Anness III.

2.Għal kwalunwke aspett mhux kopert mill-Annness I jew II, prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit li l-użu tagħhom, kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-użu, ma jwassalx li ikel jew għalf ta' oriġini tal-pjanti jsir perikoluż fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, rispettivament.

Artikolu 5
Tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq

Il-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament preżenti.

Kapitolu 2
Obbligi tal-operaturi ekonomiċi

Artikolu 6
Obbligi tal-manifatturi

1.Meta jqiegħdu l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I għall-kategorija ta’ funzjoni tal-prodott rilevanti u mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II għall-kategorija jew il-kategoriji ta’ materjali komponenti relevanti.

2.Qabel jitqiegħdu fis-suq prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, il-manifatturi għandhom iħejju d-dokumentazzjoni teknika u jwettqu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità rilevanti msemmija fl-Artikolu 14, jew iqabbdu lil min iwettaqha. Meta dik il-proċedura turi l-konformità ta’ prodott fertilizzanti bħal dan mar-rekwiżiti applikabbli stipulati f'dan ir-Regolament, il-manifatturi għandhom iwaħħlu t-tikketta CE, iħejju dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u jiżguraw li d-dikjarazzjoni takkumpanja l-prodott fertilizzanti meta jitqiegħed fis-suq.

3.Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kopert minn dawk id-dokumenti jkun tqiegħed fis-suq.

4.Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ proċeduri għal prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li huma parti minn serje ta' produzzjoni jibqgħu konformi ma’ dan ir-Regolament. Bidliet fil-metodu ta’ produzzjoni jew fil-karatteristiċi ta' dawk il-prodotti fertilizzanti u bidliet fl-istandards ta’ armonizzazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 13 jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn li b’referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità ta’ prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq.

Meta jkun meqjus xieraq fir-rigward tal-prestazzjoni ta’, jew tar-riskji ppreżentati minn, prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, il-manifatturi għandhom iwettqu testijiet ta’ kampjuni ta’ prodotti fertilizzanti bħal dawn li jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun hemm bżonn, iżommu reġistru tal-ilmenti, ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE mhux konfomri u ta' sejħiet lura ta’ prodotti bħal dawn, u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati b’monitoraġġ bħal dan.

5.Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-imballaġġ tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jkunu qiegħdu fis-suq ikollu tip, numru tal-lott jew tas-serje jew xi element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom jew, fejn il-prodotti fertilizzanti jiġu fornuti mingħajr imballaġġ, li l-informazzjoni meħtieġa tingħata f’dokument li jakkumpanja kull prodott fertilizzanti.

6.Il-manifatturi għadhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġstrata tagħhom u l-indirizz postali li fih ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar l-imballaġġ tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jew, fejn il-prodott fertilizzanti jiġi fornut mingħajr imballaġġ, f’dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti. L-indirizz postali għandu jindika punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin u mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.

7.Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE jiġi ttikkettat f'konformità mal-Anness III, jew fejn il-prodott fertilizzanti jiġi fornut mingħajr imballaġġ, li d-dikjarazzjonijiet tat-tikkettar jingħataw f’dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti u jkunu aċċessibbli għal finijiet ta’ spezzjoni meta l-prodott jitqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni fuq it-tikketta għandha tkun b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, u għandha tkun ċara, tinftiehem u intelliġibbli.

8.Il-manifatturi li jikkunsidraw jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx f’konformità ma’ dan ir-Regolament, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji immedjatament biex dak il-prodott fertilizzanti jinġieb f’konformità, jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, jekk dan ikun xieraq.

Barra minn hekk, meta l-manifatturi jikkunsidraw jew ikollhom raġuni biex jemmnu li prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jkun qiegħdu fis-suq jippreżentaw riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, huma għandhom jinformaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri immedjatament li fihom ikunu qiegħdu l-prodotti fertilizzanti għad-dispożizzjoni fis-suq b’dan, u jagħtu dettalji, b’mod partikolari, dwar kwalunkwe nuqqas ta’ konformità jew kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

9.Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, fuq karta jew f’forma elettronika, li tkun neċessarja biex juru l-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma’ dan ir-Regolament, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati minn prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jkunu qiegħdu fis-suq.

10.Il-manifattur għandu jissottometti rapport dwar t-test ta' reżistenza għad-detonazzjoni, previst fl-Anness IV, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru destinatarju, għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li ġejjin:

(a)fertilizzanti inorganiċi tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif speċifikat fil-kategorija tal-funzjoni ta' prodott 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I;

(b)taħlitiet ta' prodotti fertilizzanti, kif speċifikat fil-kategorija ta' funzjoni tal-prodott 7 fl-Anness I, li fihom fertilizzant kif jissemma fil-punt (a).

Ir-rapport għandu jiġi sottomess mill-inqas ħamest ijiem qabel it-tqegħid fis-suq ta' dawk il-prodotti.

Artikolu 7
Rappreżentant awtorizzat

1.Permezz ta’ mandat bil-miktub, manifattur jista’ jaħtar rappreżentant awtorizzat.

L-obbligi stipulati fl-Artikolu 6(1) u l-obbligu li titħejja d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 6(2) ma għandhomx jifformaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2.Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat riċevuti mill-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat sabiex tal-inqas jagħmel dan li ġej:

(a)iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kopert minn dawk id-dokumenti jkun tqiegħed fis-suq;

(b)fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdi lill-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni neċessarja kollha biex juri l-konformità ta’ prodott fertilizzanti bit-tikketta CE;

(c)jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni meħuda sabiex jiġu eliminati r-riskji preżentati mill-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE koperti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Artikolu 8
Obbligi tal-importaturi

1.L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li huma konformi biss.

2.Qabel ma jqiegħdu prodott fertilizzanti bit-tikketta CE fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa msemmija fl-Artikolu 14 tkun twettqet mill-manifattur. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun akkumpanjat minn dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumenti meħtieġa, u li l-manifattur ikun mexa b’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(5) u (6). Meta importatur jikkunsidra jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Anness I, l-Anness II jew l-Anness III, huwa ma għandux iqiegħed il-prodott fertilizzanti fis-suq qabel ma dan jinġieb konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jippreżenta riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti jew għas-sikurezza jew għall-ambjent, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq b’dan.

3.L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz postali fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-imballaġġ tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jew, fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jiġi fornut mingħajr imballaġġ, f’dokument li jakkumpanja l-prodott fertilizzanti. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin u mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.

4.L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikollu tikketta f'konformità mal-Anness III b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-utent aħħari, kif determinat mill-Istat Membru kkonċernat.

5.L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikun fir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u tat-trasport tiegħu ma jxekklux il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-kwalità stipulati fl-Anness I jew mar-rekwiżiti tal-ittikkettar stipulati fl-Anness III.

6.Fejn ikun meqjus xieraq fir-rigward tal-prestazzjoni jew tar-riskji ppreżentati mill-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, l-importaturi għandhom iwettqu testijiet ta’ kampjuni tal-prodotti fertilizzanti li jkunu disponibbli fis-suq, jinvestigaw u, jekk ikun hemm bżonn, iżommu reġistru tal-ilmenti ta’ prodotti fertilizzanti li juru nuqqas ta’ konformità u sejħiet lura ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, u għandhom iżommu lid-distributuri informati b’monitoraġġ bħal dan.

7.L-importaturi li jikkunsidraw jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji immedjatament sabiex dak il-prodott fertilizzanti jinġieb f’konformità, jiġi irtirat lura jew jissejjaħ lura, jekk ikun xieraq.

Barra minn hekk, fejn l-importaturi jikkunsidraw jew ikollhom raġuni biex jemmnu li prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jkun qiegħdu fis-suq jippreżentaw riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, dawn għandhom jinformaw immedjatament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikun għamlu l-prodott fertilizzanti disponibbli fis-suq b’dan, u jagħtu dettalji, b’mod partikolari, dwar kwalunkwe nuqqas ta’ konformità u kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

8.L-importaturi għandhom, għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun tqiegħed fis-suq, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-UE tal-konformità għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun tista’ ssir disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, fuq talba min-naħa tagħhom.

9.L-importaturi għandhom, fuq talba motivata mingħand awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, fuq karta jew f’forma elettronika, li tkun neċessarja sabiex turi l-konformità ta’ prodott fertilizzanti bit-tikketta CE b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati minn prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jkunu qiegħdu fis-suq.

10.L-importatur għandu jissottometti rapport dwar t-test ta' reżistenza għad-detonazzjoni, previst fl-Anness IV, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru destinatarju, għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li ġejjin:

(a)fertilizzanti inorganiċi tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif speċifikat fil-kategorija tal-funzjoni ta' prodott 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I;

(b)taħlitiet ta' prodotti fertilizzanti, kif speċifikat fil-kategorija ta' funzjoni tal-prodott 7 fl-Anness I, li fihom fertilizzant kif jissemma fil-punt (a).

Ir-rapport għandu jiġi sottomess mill-inqas ħamest ijiem qabel it-tqegħid fis-suq ta' dawk il-prodotti.

Artikolu 9
Obbligi tad-distributuri

1.Meta jqiegħdu prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għad-dispożizzjoni fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bil-kawtela dovuta b’rabta mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.Qabel iqiegħdu prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għad-dispożizzjoni fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li dan ikun akkumpanjat minn dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u mid-dokumenti meħtieġa, li jkollu tikketta f'konformità mal-Anness III b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin fl-Istat Membru li fih il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun se jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq u li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(5) u (6) u l-Artikolu 8(3) rispettivament.

Meta distributur jikkunsidra jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Anness I, l-Anness II jew l-Anness III, huwa ma għandux iqiegħed il-prodott fertilizzanti għad-dispożizzjoni fis-suq sakemm dan ma jkunx inġieb f’konformità. Barra minn hekk, meta l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jippreżenta riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti jew għas-sikurezza jew għall-ambjent, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur b’dan, kif ukoll lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq.

3.Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikun fir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħażna u tat-trasport tiegħu ma jfixklux il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-kwalità stipulati fl-Anness I jew mar-rekwiżiti tal-ittikkettar stipulati fl-Anness III.

4.Id-distributuri li jikkunsidraw jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq ma jkunx f’konformità ma’ dan ir-Regolament, għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji immedjatament biex dak il-prodott fertilizzanti jinġieb f’konformità, jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, jekk dan ikun xieraq.

Barra minn hekk, fejn id-distributuri jikkunsidraw jew ikollhom raġuni biex jemmnu li prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq jippreżentaw riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, għandhom jinformaw immedjatament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu qiegħdu l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għad-dispożizzjoni fis-suq b’dan, u jagħtu dettalji, b’mod partikolari, dwar kwalunkwe nuqqas ta’ konformità u kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

5.Id-distributuri għandhom, fuq talba motivata mingħand awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha, fuq karta jew f’forma elettronika, li tkun neċessarja sabiex turi l-konformità ta’ prodott fertilizzanti bit-tikketta CE. Għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati minn prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq.

Artikolu 10
Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u għad-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 6, meta jqiegħed prodott fertilizzanti bit-tikketta CE fis-suq f’ismu jew taħt marka kummerċjali jew jimmodifika prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’tali mod li l-konformità ma’ dan ir-Regolament tista’ tiġi affettwata.

Artikolu 11
Identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi

1.L-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a)kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun forniehom bi prodott fertilizzanti bit-tikketta CE;

(b)kwalunkwe operatur ekonomiku li lilu jkunu fornew prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

2.L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE u għal 10 snin wara li jkunu fornew il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

Kapitolu 3
Konformità tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE

Artikolu 12
Preżunzjoni ta’ konformità

Mingħajr ħsara għall-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 13, prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, li jkunu f’konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li referenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, II u III koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

Artikolu 13
Speċifikazzjonijiet komuni

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni, li l-konformità magħhom għandha tiżgura konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Annessi I, II u III koperti minn dawk l-ispeċifikazzjonijiet jew partijiet minnhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 41(3).

Artikolu 14
Proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità

1.Il-valutazzjoni tal-konformità ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mar-rekwiżiti f'dna ir-Regolament għandha titwettaq permezz tal-applikabbjoni tal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità speċifikata fl-Anness IV.

2.Ir-rekords u l-korrispondenza li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jitfasslu b’lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-korp innotifikat li jwettaq il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, jew b’lingwa aċċettata minn dan il-korp.

Artikolu 15
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

1.Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li jkun intwera li r-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, II u III ġew issodisfati.

2.Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness V, għandu jkollha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness IV u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi mitlubin mill-Istat Membru li fih il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun tqiegħed jew tqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq.

3.Meta prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikun soġġett għal aktar minn att tal-Unjoni wieħed li jkun jirrikjedi dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, għandha titħejja dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE unika fir-rigward ta’ atti tal-Unjoni bħal dawn. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiddikjara l-identifikazzjoni tal-atti tal-Unjoni kkonċernati u r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom. Tista' tkun dossier magħmul minn dikjarazzjonijiet tal-konformità individwali rilevanti.

4.Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi responsabbiltà għall-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

Artikolu 16
Prinċipji ġenerali tat-tikketta CE

It-tikketta CE għandha tkun soġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 17
Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tat-tikketta CE

1.It-tikketta CE għandha titwaħħal b’mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx mad-dokumenti akkumpanjanti u, fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jiġi fornut f’forma ta’ pakkett, mal-imballaġġ.

2.It-tikketta CE għandha titwaħħal qabel mal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jitqiegħed fis-suq.

3.It-tikketta CE għandha tiġi segwita min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat involut fil-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Anness IV, il-Modulu D1.

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat għandu jitwaħħal mill-korp innifsu jew, fuq l-istruzzjonijiet tiegħu, mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

4.L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-reġim li jirregola t-tikketta CE u għandhom jieħdu l-azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett ta’ dik it-tikketta.

Artikolu 18
Status ta’ tmiem tal-istadju tal-iskart

Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jkun għadda minn operazzjoni ta’ rkupru u jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament għandu jiġi kkunsidrat li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE u għandu, għalhekk, jitqies li ma għadux skart.

Kapitolu 4
Notifika tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

Artikolu 19
Notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-korpi awtorizzati biex iwettqu kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità minn partijiet terzi skont dan ir-Regolament.

Artikolu 20
Awtoritajiet ta’ notifika

1.L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità ta’ notifika li għandha tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri neċessarji għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta’ korpi nnotifikati, inkluża l-konformità mal-Artikolu 25.

2.L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont it-tifsira ta' u f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

3.Fejn l-awtorità tan-notifika tiddelega jew inkella tafda l-valutazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva, dak il-korp għandu jkun entità legali u għandu jikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21. Barra minn hekk din għandu jkollha arranġamenti sabiex ikopri obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet tagħha.

4.L-awtorità tan-notifika għandha tieħu responsabbiltà sħiħa għall-kompiti mwettqa mill-korp imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 21
Rekwiżiti marbuta mal-awtoritajiet tan-notifika

1.Awtorità tan-notifika għandha tiġi stabbilita b’tali mod li ma toħloqx kunflitti ta’ interess ma’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità.

2.Awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata u titmexxa b’tali mod li tissalvagwardja l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha.

3.Awtorità tan-notifika għandha tkun organizzata b’tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni.

4.Awtorità tan-notifika ma għandhiex toffri jew tipprovdi attivitajiet li l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jew is-servizzi ta’ konsulenza jwettqu fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

5.Awtorità tan-notifika għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba.

6.Awtorità tan-notifika għandu jkollha biżżejjed persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha għall-prestazzjoni korretta tal-kompiti tagħha.

Artikolu 22
Obbligu ta’ informazzjoni fuq l-awtoritajiet ta’ notifika

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni u n-notifika ta’ korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u dwar il-monitoraġġ tal-korpi ta’ notifika, u dwar kwalunkwe bidla fihom.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 23
Rekwiżiti marbuta mal-korpi nnotifikati

1.Għall-finijiet tan-notifika, korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 11.

2.Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u għandu jkollu personalità legali.

3.Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp li jkun parti terza indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jivvaluta.

Korp li jappartjeni għal assoċjazzjoni ta’ negozju jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta lill-impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-forniment jew l-użu ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li huwa jivvaluta jista’, bil-kundizzjoni li l-indipendenza tiegħu jew in-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess jintwerew, jitqies bħala tali korp.

4.Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment fl-ogħla livelli tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, ix-xerrej, is-sid jew l-utent tal-prodotti fertilizzanti jew ir-rappreżentant ta’ waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu ta’ prodotti fertilizzanti li mhumiex neċessarji għall-operat tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ prodotti fertilizzanti għal użu personali.

Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment fl-ogħla livelli tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, jew l-użu ta’ prodotti fertilizzanti jew jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f’dawk l-attivitajiet. Ma għandhomx jieħdu sehem fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati. Dan japplika b’mod partikolari għas-servizzi ta’ konsulenza.

Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità tagħhom.

5.Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu liberi minn kull pressjoni u tentazzjoni, b’mod partikolari dawk finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

6.Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-Anness IV u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità stess kif ukoll jekk isiru f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull ħin u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità u kull tip jew kategorija ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, li fir-rigward tagħhom ikun ġie nnotifikat, korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu:

(a)persunal b’għarfien tekniku u b’esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b)deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li f’konformità magħhom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, filwaqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawk il-proċeduri. Għandu jkollu l-politiki u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp innotifikat u attivitajiet oħra;

(c)proċeduri għall-prestazzjoni ta' attivitajiet li jqisu b’mod dovut id-daqs tal-impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi konnessi mal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

7.Il-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a)taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha ta' valutazzjoni tal-konformità li għalihom il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;

(b)għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jsiru minnhom u awtorità adegwata biex jagħmlu dawk il-valutazzjonijiet;

(c)għarfien u fehim xieraq tar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, l-Anness II u l-Anness III tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni u tal-leġiżlazjoni nazzjonali;

(d)il-kapaċità meħtieġa biex ifasslu ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.

8.Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell ta’ maniġment tagħhom u tal-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

Ir-rimunerazzjoni tal-maniġment fl-ogħla livell u tal-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddipendi mill-għadd ta’ valutazzjonijiet imwettqa jew mir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

9.Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprovdu polza tal- assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma titteħidx mill-Istat f'konformità mal-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni ta’ konformità.

10.Il-persunal ta' korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont l-Anness IV, ħlief f’rabta mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru li fih l-attivitajiet tiegħu jitwettqu. Għandhom jitħarsu d-drittijiet ta' proprjetà.

11.Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal tagħhom responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità jiġu infurmati bl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni tal-korp innotifikat stabbiliti skont l-Artikolu 35 u għandhom japplikaw, bħala gwida ġenerali, id-deċiżjonijiet u d-dokumenti amministrattivi prodotti b’riżultat tax-xogħol ta’ dak il-grupp.

Artikolu 24
Preżunzjoni ta’ konformità ta’ korpi nnotifikati

Fejn korp ta' valutazzjoni tal-konformità juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dan għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 sa fejn l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 25
Sussidjarji u sottokuntrattar minn korpi nnotifikati

1.Meta korp innotifikat jagħti b’sottokuntratt kompiti speċifiċi konnessi mal-valutazzjoni tal-konformità jew iqabbad sussidjarju, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 u għandu jinforma lill-awtorità tan-notifika dwar dan.

2.Il-korpi nnotifikati għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-kompiti li jkunu twettqu mis-sottokuntratturi jew mis-sussidjarji kull fejn dawn ikunu stabbiliti.

3.L-attivitajiet jistgħu jingħataw b’sottokuntratt jew jitwettqu minn sussidjarju biss meta jkun hemm il-qbil tal-klijent.

4.Il-korpi nnotifikati għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità ta’ notifika d-dokumenti rilevanti dwar il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u tax-xogħol li jkun sar minnhom skont l-Anness IV.

Artikolu 26
Applikazzjoni għal notifika

1.Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jissottometti applikazzjoni għal notifika lill-awtorità tan-notifika tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit.

2.L-applikazzjoni għal notifika għandha tiġi akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ konformità, il-modulu jew moduli ta’ valutazzjoni ta’ konformità u l-prodott jew prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li għalih/hom il-korp jiddikjara li huwa kompetenti, kif ukoll permezz ta’ ċertifikat ta’ akkreditazzjoni maħruġ minn korp ta’ akkreditazzjoni nazzjonali li juri li l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23.

Artikolu 27
Proċedura tan-notifika

1.L-awtoritajiet tan-notifika jistgħu jinnotifikaw biss lill-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23.

2.Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-użu tal-għodda elettronika ta’ notifika żviluppata u ġestita mill-Kummissjoni.

3.In-notifika għandha tinkludi d-dettalji kollha tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-modulu jew moduli ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-prodott jew il-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernati u ċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni msemmi fl-Artikolu 26(2).

4.Il-korp ikkonċernat jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ korp innotifikat biss jekk ma jitqajmu l-ebda oġġezzjonijiet mill-Kummissjoni jew minn Stati Membri oħra fi żmien ġimagħtejn mid-data ta’ notifika.

Korp bħal dan biss għandu jitqies bħala korp innotifikat għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.L-awtorità tan-notifika għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull tibdil rilevanti sussegwenti fin-notifika.

Artikolu 28
Numri ta’ identifikazzjoni u listi ta’ korpi nnotifikati

1.Il-Kummissjoni għandha tassenja numru ta’ identifikazzjoni lil korp innotifikat.

Għandha tassenja numru wieħed bħal dan, anki fil-każ fejn il-korp ikun notifikat skont diversi atti tal-Unjoni.

2.Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-korpi nnotifikati skont dan ir-Regolament, inklużi n-numri ta’ identifikazzjoni li jkunu ġew assenjati lilhom u l-attivitajiet li dwarhom ikunu ġew innotifikati.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

Artikolu 29
Tibdil fin-notifiki

1.Meta awtorità tan-notifika taċċerta ruħha jew tkun informata li korp innotifikat ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23, jew li jkun qed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità tan-notifika għandha tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif xieraq, skont kemm ikun gravi n-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti jew tal-obbligi li jridu jiġu sodisfatti. Għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan.

2.Fil-każ ta' restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' notifika, jew fejn il-korp innotifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru tan-notifika għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta’ dak il-korp jiġu pproċessati minn korp innotifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità tan-notifika u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq responsabbli, fuq talba tagħhom.

Artikolu 30
Kontestazzjoni tal-kompetenza ta’ korpi nnotifikati

1.Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubju jew fejn issir taf b’dubju dwar il-kompetenza ta’ korp innotifikat jew jekk korp innotifikat għadux jissodisfa r-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li għalihom huwa suġġett.

2.L-Istat Membru notifikanti għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-notifika jew iż-żamma tal-kompetenza tal-korp innotifikat ikkonċernat.

3.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha sensittiva miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tinżamm kunfidenzjali.

4.Meta l-Kummissjoni taċċerta ruħha li korp innotifikat ma jissodisfax jew ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti għan-notifika tiegħu, għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jirrikjedi lill-Istat Membru tan-notifika sabiex jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, inkluż l-irtirar tan-notifika jekk dan ikun meħtieġ.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 41(2).

Artikolu 31
Obbligi operattivi tal-korpi nnotifikati

1.Il-korpi nnotifikati għandhom iwettqu l-valutazzjonijiet tal-konformità f'konformità mal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità previsti fl-Anness IV.

2.Il-valutazzjonijiet tal-konformità għandhom jitwettqu b’mod proporzjonat, billi jiġu evitati piżijiet bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi. Il-korpi nnotifikati għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom b’kunsiderazzjoni xierqa għad-daqs tal-impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-livell ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u n-natura tal-massa jew tas-serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

Meta jagħmlu dan għandhom, madankollu, jirrispettaw il-livell ta’ dixxiplina u l-livell ta’ protezzjoni meħtieġa għall-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma’ dan ir-Regolament.

3.Meta korp innotifikat isib li r-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, l-Anness II, jew l-Anness III, jew standards armonizzati korrispondenti, speċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 13 jew speċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn, ma jkunux intlaħqu minn manifattur, dan għandu jitlob lill-manifattur jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u ma għandux joħroġ ċertifikat.

4.Fejn, waqt il-monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta’ ċertifikat, korp innotifikat isib li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jkunx għadu konformi, għandu jitlob lill-manifattur biex jieħu l-miżuri korrettivi xierqa u għandu jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat jekk dan ikun neċessarju.

5.Fejn ma jittiħdux miżuri korrettivi jew fejn dawn ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp innotifikat għandu jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat, kif xieraq.

Artikolu 32
Appell kontra deċiżjonijiet tal-korpi nnotifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi nnotifikati.

Artikolu 33
Obbligi ta’ informazzjoni dwar korpi nnotifikati

1.Il-korpi nnotifikati għandhom jinformaw lill-awtorità ta’ notifika dwar dan li ġej:

(a)kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta’ ċertifikat;

(b)kwalunkwe ċirkostanza li jkollha effett fuq il-kamp ta' applikazzjoni tan-notifika jew il-kundizzjonijiet għaliha;

(c)kwalunkwe talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(d)fuq talba, l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità li jsiru fil-kamp ta' applikazzjoni tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra mwettqa, inklużi attivitajiet transfruntiera u sottokuntrattar.

2.Il-korpi nnotifikati għandhom jipprovdu lill-korpi nnotifikati l-oħrajn, skont dan ir-Regolament, li jwettqu attivitajiet simili ta’ valutazzjoni ta’ konformità li jkopru l-istess prodott fertilizzanti bit-tikketta CE b’informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet marbutin ma’ riżultati ta’ valutazzjoni ta’ konformità negattivi jew, fuq talba, pożittivi.

Artikolu 34
Skambju ta’ esperjenza

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mill-politika tan-notifiki.

Artikolu 35
Koordinazzjoni ta’ korpi nnotifikati

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu implimentati u operati kif xieraq koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi nnotifikati skont dan ir-Regolament fil-forma ta’ grupp settorjali ta’ korpi nnotifikati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nnotifikati minnhom jipparteċipaw fix-xogħol ta’ dak il-grupp, b’mod dirett jew permezz ta’ rappreżentanti nominati.

Kapitolu 5
Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni, kontroll tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jidħlu fis-suq tal-Unjoni u l-proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

Artikolu 36
Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll ta’ prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

Għandhom japplikaw l-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE.

Artikolu 37
Proċedura għat-trattament tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali

1.Meta l-awtoritajiet ta’ sorveljanza ta’ Stat Membru wieħed ikollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jippreżenta riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, dawn għandhom iwettqu evalwazzjoni b’rabta mal-prodott fertilizzanti ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stipulati f’dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak il-għan.

Fejn, matul l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott fertilizzanti immarkat CE ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, mingħajr dewmien għandhom jitolbu lill-operatur ekonomiku jieħu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha fi żmien perjodu raġonevoli sabiex iġib il-prodott fertilizzanti f’konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, biex jirtira l-prodott fertilizzanti mis-suq, biex isejħu lura, jew ineħħi t-tikketta CE.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-korp innotifikat rilevanti b’dan.

L-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni sottoparagrafu.

2.Meta l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità mhuwiex ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma talbu biex jittieħdu mill-operatur ekonomiku.

3.L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernati li jkun qiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq fl-Unjoni kollha.

4.Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fi żmien il-perjodu msemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE milli jsir disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtiraw il-prodott fertilizzanti minn dak is-suq jew biex isejħuh lura.

L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dawk il-miżuri.

5.L-informazzjoni msemmija fit-tieni sottoparagarfu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b’mod partikolari d-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li mhux konformi, l-oriġini tal-prodott fertilizzanti, in-natura tan-nuqqas ta’ konformità allegat u r-riskji involuti, in-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżuri nazzjonali meħudin u l-argumenti mressqin mill-operatur ekonomiku rilevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità jkunx dovut għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)nuqqas ta’ sodisfazzjon tar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, l-Anness II jew l-Anness III min-naħa ta’ prodott fertilizzanti bit-tikketta CE

(b)nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 12 li jikkonferixxu preżunzjoni tal-konformità.

6.L-Istati Membri, barra minn dawk l-Istati Membri li jagħtu bidu għall-proċedura skont dan l-Artikolu, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri mingħajr dewmien b’kull miżura adottata u b’kull informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta’ konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernat u, f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil mal-miżura nazzjonali adottata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.Fejn, fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

8.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri xierqa restrittivi, bħall-irtirar, jittieħdu mingħajr dewmien fir-rigward tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernat.

Artikolu 38
Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1.Fejn, ladarba titlesta l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37(3) u (4), jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur jew l-operaturi ekonomiku/ċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni fil-forma ta' deċiżjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hix ġustifikata jew le.

Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mhux konformi jiġi irtirat mis-suq, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Jekk il-miżura nazzjonali titqies li mhijiex ġustifikata, id-deċiżjoni għandha tordna lill-Istat Membru kkonċernat jirtira dik il-miżura.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha immedjatament lilhom u lill-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti.

2.Fejn il-miżura nazzjonali titqies li hija ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jiġi attribwit għan-nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 37(5), il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Artikolu 39
Prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE konformi li jippreżentaw riskju

1.Fejn, wara li tkun saret evalwazzjoni skont l-Artikolu 37(1), Stat Membru jsib li għalkemm prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikun konformi ma’ dan ir-Regolamemt xorta jippreżenta riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, dan għandu jitlob lill-operatur ekonomiku rilevanti sabiex jieħu l-miżuri xierqa kollha fi żmien perjodu raġonevoli sabiex jiżgura li l-prodott fertilizzanti konċernat, meta jitqiegħed fis-suq, ma jibqax jippreżenta dak ir-riskju, biex jirtira l-prodott fertilizzanti mis-suq jew biex isejħu lura.

2.L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li l-azzjoni korrettiva tittieħed fir-rigward tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernati li jkun qiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq fl-Unjoni kollha.

3.L-Istat Membru għandu jgħarraf immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn. L-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b’mod partikolari d-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernat, l-oriġini u l-katina ta’ provvista tal-prodott fertilizzanti, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul ta’ żmien tal-miżura nazzjonali meħuda.

4.Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni fil-forma ta' deċiżjoni li tiddetermina jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tordna miżuri adegwati.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 41(3).

F’każijiet li jkunu ġġustifikati minħabba raġunijiet imperattivi ta’ urġenza marbutin mas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, mas-sikurezza jew mal-ambjent, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 41(4).

5.Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha immedjatament lilhom u lill-operatur(i) ekonomiku/ċi rilevanti.

Artikolu 40
Nuqqas ta’ konformità formali

1.Mingħajr ħsara għall-Artikolu 37, fejn Stat Membru jasal għal xi waħda mis-sejbiet li ġejjin dwar prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, għandu jeżiġi lill-operatur ekonomiku rilevanti itemm dak in-nuqqas ta’ konformità kkonċernat:

(a)it-tikketta CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament;

(b)in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 17 jew ma jkunx twaħħal, fejn meħtieġ permezz tal-Artikolu 17;

(c)id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma takkumpanjax il-prodott fertlizzant bit-tikketta CE;

(d)id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx saret b’mod korrett;

(e)id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta;

(f)l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(6) jew fl-Artikolu 8(3) tkun nieqsa, falza jew mhux kompluta;

(g)kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 6 jew fl-Artikolu 8 ma jkunx sodisfatt.

2.Fejn in-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1 jippersisti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE milli jsir disponibbli fis-suq jew jiżgura li dan jissejjaħ lura jew irkuprat mis-suq jew li titneħħa t-tikketta CE.

Kapitolu 6
Atti tal-kumitat u atti delegati

Artikolu 41
Proċedura tal-kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar il-prodotti fertilizzanti. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 42
Emendi tal-Annessi

1.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 43 biex temenda l-Annessi I sa IV għall-finijiet li jiġu adattati għall-progress tekniku u jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-suq intern u l-moviment liberu għal prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE

(a)li għandhom il-probabbiltà li jkunu suġġetti għal kummerċ sinifikanti fis-suq intern, u

(b)li għalihom hemm evidenza xjentifika li ma jippreżentawx xi riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, l-annimali jew il-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent, u li huma effettivi b'mod suffiċjenti.

2.Fejn il-Kummissjoni temenda l-Anness II sabiex iżżid mikroorganiżmi ġodda fil-kategorija ta’ materjali komponenti għal organiżmi bħal dawn skont il-paragrafu 1, għandha tagħmel dan abbażi tad-dejta li ġejja:

(a)isem tal-mikroorganiżmu;

(b)klassifikazzjoni tassonomika tal-mikroorganiżmu;

(c)dejta storika tal-produzzjoni u l-użu sikuri tal-mikroorganiżmu;

(d)relazzjoni tassonomika ma' speċijiet ta’ mikroorganiżmi li jissodisfaw ir-rewkiżiti għal Preżunzjoni Kwalifikata tas-Sikurezza kif inhu stabbilit mill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel;

(e)informazzjoni dwar il-livelli tar-residwi tat-tossini;

(f)informazzjoni dwar il-proċess ta’ produzzjoni; u

(g)informazzjoni dwar l-identità tal-intermedjarji tar-residwi jew il-metaboliti mikrobjali fil-materjal komponenti.

3.Il-Kummissjoni, meta tadotta atti delegati f'konformità mal-paragrafu 1, tista' temenda l-kategoriji tal-materjal tal-komponent stipulati fl-Anness II sabiex iżżid prodotti sekondarji tal-annimali fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 biss fejn ikun ġie determinat punt aħħari fil-katina tal-manifattura għal prodotti bħal dawn f'konformità mal-proċeduri stabbiliti f'dak ir-Regolament.

4.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa wkoll li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 43 biex temenda l-Annessi I sa IV fid-dawl ta’ evidenza xjentifika ġdida. Il-Kummissjoni għandha tuża din is-setgħa, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, kull fejn hemm bżonn ta' emenda sabiex tiżgura li kwalunkwe prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, taħt kundizzjonijiet normali ta’ użu, ma jippreżentax riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent.

Artikolu 43
Eżerċitar tad-delega

1.Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 42 għandha tingħata lill-Kummissjoni ħames snin minn [Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien ta’ tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal estensjoni bħal din mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 42 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

5.Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikolu 42 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu jiġġedded b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Kapitolu 7
Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali

Artikolu 44
Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 45
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(1)fil-paragrafu 2, l-ewwel sottoparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

"Għal prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 32, 35 u 36 li ma jibqgħux jippreżentaw riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika jew tal-annimali, jista’ jiġi determinat punt aħħari fil-katina ta’ manifattura, li lil hinn minnu ma jibqgħux soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament."

(2)il-Paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

"3.    Fil-każ ta’ riskji għas-saħħa pubblika jew tal-annimali, l-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar miżuri tas-saħħa ta’ emerġenza għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti derivati msemmija fl-Artikoli 32, 33 u 36 ta’ dan ir-Regolament."

Artikolu 46
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, huwa emendat kif ġej:

(1)L-Artikolu 2(1)(b) jinbidel b’dan li ġej:

"(b)    l-influwenza fuq il-proċessi tal-ħajja tal-pjanti, bħal sustanzi li jinfluwenzaw it-tkabbir tagħhom, barra minn nutrijent jew bijostimulant tal-pjanti;"

(2)fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-punt li ġej:

(3)"34.    "bijostimulant tal-pjanti" tfisser prodott li jistimola l-proċess ta’ nutrizzjoni ta’ pjanta independentament mill-kontenut tan-nutrijenti tal-prodott, bl-għan esklużiv li titjieb karatteristika waħda jew aktar tal-pjanta:

(a)effiċjenza tal-użu tan-nutrijent;

(b)tolleranza għall-istress abijotiku;

(c)xejriet tal-kwalità tal-għelejjel."

Artikolu 47
Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jitħassar b'effett mid-data msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 49.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 48
Dispożizzjonijiet tranżitorji

L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti li tqiegħdu fis-suq bħala fertilizzanti deżinjati "fertilizzant tal-KE" f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 qabel [Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]. Madankollu, il-Kapitolu 5 għandu japplika mutatis mutandis għal prodotti bħal dawn.

Artikolu 49
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Jannar 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1) http://ec.europa.eu/smart-regulation/evaluation/search/download.do?documentId=4416  
(2) COM(2015) 614/2
(3) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(4) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
(5) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(6) http://ec.europa.eu/research/bioeconomy/index.cfm
(7) http://bbi-europe.eu/sites/default/files/documents/BBI_JU_annual_Work_plan_2014.pdf  
(8) Ara t-Taqsima 4, Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet.
(9) Għar-rapporti tal-attivitajiet tal-laqgħat ta' dak il-grupp, ara http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=1320&NewSearch=1&NewSearch=1&Lang=MT  
(10) http://ec.europa.eu/environment/consultations/closing_the_loop_en.htm?utm_content=buffer68ffa&utm_medium=social&utm_source=twitter.com&utm_campaign=buffer
(11) http://ec.europa.eu/smart-regulation/roadmaps/docs/2012_grow_001_fertilisers_en.pdf  
(12) http://bookshop.europa.eu/mt/study-on-options-to-fully-harmonise-the-eu-legislation-on-fertilising-materials-including-technical-feasibility-environmental-economic-and-social-impacts-pbNB0114252/  
(13) Ir-rapport tas-sessjoni ta' ħidma jista' jitniżżel minn http://bookshop.europa.eu/mt/circular-approaches-to-phosphorus-pbKI0115204/
(14) ĠU C , , p. .
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (ĠU L 304, 21.11.2003. p. 1).
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(17) Id-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
(18) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ir-Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(19) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(20) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(21) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1)
(22) Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta' Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b'mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ tintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6)
(23) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).
(24) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(25) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(26) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(27) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).
(28) Ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 1).
(29) Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).
(30) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(31) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Brussell, 17.3.2016

COM(2016) 157 final

Pakkett tal-ekonomija ċirkolari

ANNESSI

tal-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009

{SWD(2016) 64 final}
{SWD(2016) 65 final}


ANNESSI

tal-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009

ANNESS I
Kategoriji tal-Funzjoni ta' Prodott ('PFC') ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE

Parti I
Għażla tal-Kategoriji ta' Funzjoni tal-Prodott

1.    Fertilizzant

A.    Fertilizzant organiku

I.    Fertilizzant organiku solidu

II.    Fertilizzant organiku likwidu

B.    Fertilizzant organominerali

I.    Fertilizzant organominerali solidu

II.    Fertilizzant organominerali likwidu

C.    Fertilizzant inorganiku

I.    Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti

a)    Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidu

i)    Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidi sempliċi

A)    Fertilizzant inorganiku tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi, b'kontenut għoli ta' nitroġenu

ii)    Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidi komposti

A)    Fertilizzant inorganiku tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu

b)    Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi

i)    Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi sempliċi

ii)    Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi komposti

II.    Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti

a)    Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti sempliċi

b)    Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti kompost

2.    Materjal għat-trattament bil-ġir

3.    Tejjieb tal-ħamrija

A.    Tejjieb organiku tal-ħamrija

B.    Tejjieb inorganiku tal-ħamrija

4.    Materjal għat-tkabbir

5.    Addittiv agronomiku

A.    Inibitur

I.    Inibitur tan-nitrifikazzjoni

II.    Inibitur tal-ureażi

B.    Aġent kelanti

C.    Aġent kumplessanti

6.    Bijostimulant tal-pjanti

A.    Bijostimulant mikrobjali tal-pjanti

B.    Bijostimulant nonmikrobiku tal-pjanti

I.    Bijostimulant nonmikrobiku organiku tal-pjanti

II.    Bijostimulant nonmikrobiku inorganiku tal-pjanti

7.    Taħlita ta' prodotti fertilizzanti

Parti II
Rekwiżiti relatati mal-Kategoriji Funzjonali ta' Prodott

1.Din il-parti tistipula r-rekwiżiti relatati mal-Kategoriji Funzjonali ta' Prodott (PFC) li fihom għandhom jappertjenu l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE.

2.Ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Anness għal PFC partikolari japplikaw għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE fis-sottokategoriji kollha ta' dik il-PFC.

3.Fejn il-konformità ta' rekwiżit partikolari (bħan-nuqqas ta' kontaminant partikolari) issegwi b'mod ċert u li ma jistax jiġi kkuntestat mill-proċess naturali jew ta' manifattura ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, dik il-konformità tista' tiġi preżunta fil-valutazzjoni tal-konformità mingħajr verifika (bħall-ittestjar), fejn ir-responsabbiltà tkun f'idejn il-manifattur.

4.Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE fih sustanza li għaliha jkunu ġew stabbiliti limiti massimi ta' residwi għall-ikel u għall-għalf f'konformità ma'

(a)Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 1 ,

(b)Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 ,

(c)Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 jew

(d)Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 ,

l-użu tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-użu ma għandux iwassal għal qbiż ta' dawk il-limiti fl-ikel jew l-għalf.

PFC 1: Fertilizzant

Fertilizzant għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mmirat li jipprovdi n-nutrijenti lill-pjanti.

PFC 1(A): Fertilizzant organiku

1.Fertilizzant organiku għandu jkollu

karbonju (C) u

nutrijenti

ta' oriġini unikament bijoloġika, li jeskludu materjal li huwa fossilizzat jew inkorporat fil-formazzjonijiet ġeoloġiċi.

2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:

Kadmju (Cd)    1,5 mg/kg materja niexfa,

Kromu eżavalenti (Cr VI)    2 mg/kg materja niexfa,

Merkurju (Hg)    1 mg/kg materja niexfa,

Nikil (Ni)    50 mg/kg materja niexfa,

Ċomb (Pb)    120 mg/kg materja niexfa, u

Bjuret (C2H5N3O2)    12 g/kg materja niexfa.

3.Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

4.L-ebda waħda miż-żewġ batterji li ġejjin ma għandha tkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE f'konċentrazzjoni ta' iktar minn 1000 CFU/g f'massa friska:

(a)Escherichia coli, jew

(b)Enterococaceae.

Dan għandu jintwera permezz ta' kejl tal-preżenza ta' mill-inqas waħda minn dawk iż-żewġ tipi ta' batterji.

PFC 1(A)(I): Fertilizzant organiku solidu

1.Fertilizzant organiku solidu għandu jkollu 40% jew iktar ta' materja niexfa skont il-massa.

2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijiet dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi mistqarra:

2,5 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

2 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew

2 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.

3.Il-karbonju organiku (C) għandu jkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE b'tal-inqas 15% skont il-massa.

PFC 1(A)(II): Fertilizzant organiku likwidu

1.Fertilizzant organiku likwidu għandu jkollu anqas minn 40% ta' materja niexfa.

2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijiet dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi mistqarra:

2 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

1 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew

2 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.

3.Il-karbonju organiku (C) għandu jkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE b'tal-inqas 5 % skont il-massa.

PFC 1(B): Fertilizzant organominerali

1.Fertilizzant organominerali għandu jkun koformolazzjoni ta'

Fertilizzant inorganiku wieħed jew iktar, kif speċifikat fil-PFC 1(C) hawn taħt, u

materjal li jkun fih

karbonju organiku (C) u

nutrijenti

ta' oriġini unikament bijoloġika, li jeskludu materjal li huwa fossilizzat jew inkorporat fil-formazzjonijiet ġeoloġiċi.

2.Fejn wieħed wieħed jew iktar mill-fertilizzanti inorganiċi fil-koformulazzjoni huwa fertilizzant inorganiku tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif speċifikat fil-PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A), il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma għandux ikun fih 15,75 % jew iktar skont il-massa ta' nitroġenu (N) bħala riżultat tan-nitrat tal-ammonju (NH4NO3).

3.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:

(a)Kadmju (Cd)

(1)Fejn prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikollu kontenut ta' fosforu (P) totali ekwivalenti għal inqas minn 5 % ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) skont il-massa: 3 mg/kg materja niexfa, jew

(2)Fejn prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikollu kontenut ta' fosforu (P) totali ekwivalenti għal 5 % ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew iktar skont il-massa ('fertilizzant fosfatiku'):

Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 60 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5),

Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 40 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5), u

Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri tnax-il sena wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 20 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5),

(b)Kromu eżavalenti (Cr VI)    2 mg/kg materja niexfa,

(c)Merkurju (Hg)    1 mg/kg materja niexfa,

(d)Nikil (Ni)    50 mg/kg materja niexfa, u

(e)Ċomb (Pb)    120 mg/kg materja niexfa.

4.Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

5.L-ebda waħda miż-żewġ batterji li ġejjin ma għandha tkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE f'konċentrazzjoni ta' iktar minn 1000 CFU/g f'massa friska:

(a)Escherichia coli, jew

(b)Enterococaceae.

Dan għandu jintwera permezz ta' kejl tal-preżenza ta' mill-inqas waħda minn dawk iż-żewġ tipi ta' batterji.

PFC 1(B)(I): Fertilizzant organominerali solidu

1.Fertilizzant solidu organominerali għandu jkollu 60% jew iktar ta' materja niexfa skont il-massa.

2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijiet dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi mistqarra:

2,5 % skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali, li minnha 1 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun nitroġenu organiku (N), jew

2 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew

2 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.

3.Il-karbonju organiku (C) għandu jkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE b'tal-inqas 7.5 % skont il-massa.

4.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, kull unità għandu jkollha l-materja organika u n-nutrijenti fil-kontenut dikjarat tagħhom.

PFC 1(B)(II): Fertilizzant organominerali likwidu

1.Fertilizzant likwidu organominerali għandu jkollu inqas minn 60 % ta' materja niexfa skont il-massa.

2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijiet dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi mistqarra:

2 % skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali, li minnha 0,5 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun nitroġenu organiku (N), jew

2 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali, jew

2 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali.

3.Il-karbonju organiku (C) għandu jkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE b'tal-inqas 3 % skont il-massa.

PFC 1(C): Fertilizzant inorganiku

Fertilizzant inorganiku għandu jkun fertilizzanti barra minn fertilizzant organiku jew organominerali.

PFC 1(C)(I): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti

1.Fertilizzant inorganiku bil-makronutrijenti għandu jkun immirat li jipprovdi l-pjanti b'wieħed jew iktar mill-makronutrijenti li ġejjin: nitroġenu (N), fosforu (P), potassju (K), manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na).

2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:

(a)Kadmju (Cd)

(1)Fejn prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikollu kontenut ta' fosforu (P) totali ekwivalenti għal inqas minn 5 % ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) skont il-massa: 3 mg/kg materja niexfa, jew

(2)Fejn prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikollu kontenut ta' fosforu (P) totali ekwivalenti għal 5 % ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) jew iktar skont il-massa ('fertilizzant fosfatiku'):

Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 60 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5),

Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 40 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5), u

Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri tnax-il sena wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]: 20 mg/kg pentossidu tal-fosforu (P2O5),

(b)Kromu eżavalenti (Cr VI)    2 mg/kg materja niexfa,

(c)Merkurju (Hg)    2 mg/kg materja niexfa,

(d)Nikil (Ni)    120 mg/kg materja niexfa,

(e)Ċomb (Pb)    150 mg/kg materja niexfa,

(f)Arseniku (As)    60 mg/kg materja niexfa,

(g)Bjuret (C2H5N3O2)    12 g/kg materja niexfa, u

(h)Perklorat (ClO4-)    50 mg/kg materja niexfa.

PFC 1(C)(I)(a): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidu

Fertilizzant inorganiku solidu għandu jkun fertilizzant inorganiku bil-makronutrijenti li la jkun f'sospensjoni u lanqas f'soluzzjoni fi ħdan it-tifsira ta' PFC 1(C)(I)(b) f'dan l-Anness.

PFC 1(C)(I)(a)(i): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidi sempliċi

1.Fertlizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidi sempliċi għandu jkollu kontenut dikjarat ta' mhux iktar minn nutrijent wieħed.

2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijenti dikjarati li ġejjin fil-kwantità minima mistqarra:

10 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

12 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,

6 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali,

5 % skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,

12 % skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,

10 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew

1 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.

PFC 1(C)(I)(a)(ii): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidi komposti

1.Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidi komposti għandu jkollu kontenut dikjarat ta' iktar minn nutrijent wieħed.

2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih iktar minn wieħed min-nutrijenti dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi mistqarra:

3 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

3 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,

3 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali,

1,5 % skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,

1,5 % skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,

1,5 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew

1 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.

PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A): Fertilizzant inorganiku tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu

1.Fertilizzant inorganiku tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu għandu jkun ibbażat fuq in-nitrat tal-ammonju (NH4NO3) u jkollu 28% jew aktar skont il-massa ta' nitroġenu (N) b'riżultat tan-nitrat tal-ammonju (NH4NO3).

2.Kwalunkwe materja oħra barra min-nitrat tal-ammonju (NH4NO3) għandha tkun inerta lejn in-nitrat tal-ammonju (NH4NO3).

3.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utent aħħari fil-forma ta' pakkett biss. Il-pakkett għandu jingħalaq b'tali mod jew permezz ta' tagħmir li, meta jinfetaħ, il-qafla, is-siġill tal-qafla jew il-pakkett innifsu jġarrab dannu irreversibbli. Jistgħu jintużaw il-boroż b'valv.

4.Ir-ritenzjoni taż-żejt tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, wara żewġ ċikli termali kif deskritt taħt l-Intestatura 4.1 fil-Modulu A1 fl-Anness IV, ma tridx taqbeż 4% skont il-massa.

5.Ir-reżistenza għad-detonazzjoni tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandha tkun tali, li

wara ħames ċikli termali kif deskritt taħt l-Intestatura 4.2 fil-Modulu A1 fl-Anness IV,

wara żewġ testijiet ta' reżistenza għad-detonazzjoni kif deskritt taħt l-Intestatura 4.3 fil-Modulu A1 fl-Anness IV,

wieħed jew iktar miċ-ċilindri ta' sapport taċ-ċomb jitgħaffeġ b’anqas minn 5 %.

6.Il-perċentwal skont il-massa tal-materjal kombustibbli mkejjel bħala karbonju (c) ma jridx jaqbeż

0,2 % għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li għandhom kontenut ta' nitroġenu (N) ta' mill-inqas 31,5 % skont il-massa, u

0,4 % għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE li għandhom kontenut ta' nitroġenu (N) ta' mill-inqas 28 % iżda inqas minn 31,5 % skont il-massa.

7.Soluzzjoni ta' 10 g tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE f'100 ml ta' ilma għandu jkollha pH ta' mill-inqas 4,5.

8.Mhux aktar minn 5 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma għandu jgħaddi minn għarbiel b'toqob ta' 1 mm, u mhux aktar minn 3 % skont il-massa ma għandu jgħaddi minn għarbiel b'toqob ta' 0,5 mm.

9.Il-kontenut tar-ram (Cu) ma għandux ikun ogħla minn 10 mg/kg, u l-kontenut tal-kloru (Cl) ma għandux ikun ogħla minn 200 mg/kg.

PFC 1(C)(I)(b): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi

Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi għandu jkun fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti f'sospensjoni jew f'soluzzjoni, fejn

sospensjoni tfisser dispersjoni ta' żewġ fażijiet fejn il-partiċelli solidi jinżammu f'sospensjoni fil-fażi likwida, u

soluzzjoni tfisser likwidu mingħajr partiċelli solidi.

PFC 1(C)(I)(b)(i): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi sempliċi

1.Fertlizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi sempliċi għandu jkollu kontenut dikjarat ta' mhux iktar minn nutrijent wieħed.

2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih mill-inqas wieħed min-nutrijenti dikjarati li ġejjin fil-kwantità minima mistqarra:

5 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

5 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,

3 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali,

2 % skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,

6 % skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,

5 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew

1 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.

PFC 1(C)(I)(b)(ii): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi komposti

1.Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi komposti għandu jkollu kontenut dikjarat ta' iktar minn nutrijent wieħed.

2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkun fih iktar minn wieħed min-nutrijenti dikjarati li ġejjin fil-kwantitajiet minimi mistqarra:

1,5 % skont il-massa ta' nitroġenu (N) totali,

1,5 % skont il-massa ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali,

1,5 % skont il-massa ta' ossidu tal-potassju (K2O) totali,

0,75 % skont il-massa ta' ossidu tal-manjeżju (MgO) totali,

0,75 % skont il-massa ta' ossidu tal-kalċju (CaO) totali,

0,75 % skont il-massa ta' triossidu tal-kubrit (SO3) totali, jew

0,5 % skont il-massa ta' ossidu tas-sodju (Na2O) totali.

PFC 1(C)(II): Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti

1.Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti għandu jkun fertilizzant inorganiku barra minn fertilizzant ta' makronutrijenti mmirat li jipprovdi wieħed jew aktar min-nutrijenti li ġejjin: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) jew żingu (Zn).

2.Il-fertilizzanti ta' mikronutrijenti għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utent aħħari fil-forma ta' pakkett biss.

3.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:

Kontaminant

Konċentrazzjoni massima skont il-massa, f'rabta mal-kontenut tal-mikronutrijent totali

(mg/kg ta' boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) jew żingu (Zn) totali).

Arseniku (As)

1000

Kadmju (Cd)

200

Ċomb (Pb)

600

Merkurju (Hg)

100

Nikil (Ni)

2000

PFC 1(C)(II)(a): Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti sempliċi

1.Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti sempliċi għandu jkollu kontenut dikjarat ta' mhux iktar minn nutrijent wieħed.

2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonforma ma' waħda mit-tipoloġiji, id-deskrizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-kontenut minimu ta' nutrijenti korrispondenti fit-tabella ta' hawn taħt:

Tipoloġija

Deskrizzjoni

Kontenut minimu ta’ nutrijenti

Fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti fil-forma ta' melħ

Fertilizzant ta' mikronutrijenti solidi li jkun inkiseb b'mezzi kimiċi u li jkollu bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu melħ ta' jon minerali, ossidu jew idrossidu.

10 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonsisti minn mikronutrijent solubbli fl-ilma

Fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti

Fertilizzant ta' mikronutrijenti li jikkombina fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti fil-forma ta' melħ ma' fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti fil-forma ta' melħ wieħed jew iktar u/jew kelat wieħed ta' mikronutrijenti

5 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonsisti minn mikronutrijent

Fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti f'soluzzjoni

Soluzzjoni milwiema ta' forom different ta' fertilizzant ta' mikronutrijenti

2 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonsisti minn mikronutrijent solubbli fl-ilma

Fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti f'sospensjoni

Prodott miksub permezz ta' sospensjoni ta' forom differenti ta' fertilizzant ta' mikronutrijenti

2 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonsisti minn mikronutrijent

Fertilizzant abbażi ta' mikronutrijenti kelati

Prodott solubbli fl-ilma li jkollu l-mikronutijent dikjarat ikkombinat b'mod kimiku ma' aġent(i) kelanti li jissodisfa(w) ir-rekwiżiti ta' PFC 5(B)

5 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonsisti minn mikronutrijent solubbli fl-ilma, u

tal-inqas 80% tal-mikronutrijent solubbli fl-ilma għandu jkunu kelat permezz ta' aġent kelanti li jissodisfa r-rekwiżiti ta' PFC 5(B)

Fertilizzant kumpless abbażi ta' mikronutrijenti

Prodott solubbli fl-ilma li jkollu l-mikronutrijent dikjarat ikkombinat b'mod kimiku ma' aġent(i) kumplessanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' PFC 5(C)

5 % skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonsisti minn mikronutrijent solubbli fl-ilma, u

tal-inqas 80% tal-mikronutrijent solubbli fl-ilma għandu jkunu kumplessat permezz ta' aġent kumplessanti li jissodisfa r-rekwiżiti ta' PFC 5(C)

PFC 1(C)(II)(b): Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti kompost

1.Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti komposti għandu jkollu kontenut dikjarat ta' aktar minn mikronutrijent wieħed.

2.Il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkollu nutrijenti ddikjarati f'tal-inqas waħda mill-kwantitajiet li ġejjin:

2% skont il-massa għal fertilizzant f'sospensjoni jew f'soluzzjoni ('fertilizzanti inorganiċi ta' mikronutrijenti likwidi komposti'), fejn

sospensjoni tfisser dispersjoni ta' żewġ fażijiet fejn il-partiċelli solidi jinżammu f'sospensjoni fil-fażi likwida, u

soluzzjoni tfisser likwidu mingħajr partiċelli solidi, u

5% skont il-massa għal fertilizzanti oħrajn ('fertilizzanti inorganiċi ta' mikronutrijenti solidi komposti').

PFC 2: Materjal għat-trattament bil-ġir

1.Materjal għat-trattament bil-ġir għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE immirat sabiex jikkoreġi l-aċidità tal-ħamrija, u li jkollu fih l-ossidi, l-idrossidi, il-karbonati jew is-silikati tan-nutrijenti kalċju (Ca) jew manjeżju (Mg).

2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:

Kadmju (Cd)    3 mg/kg materja niexfa,

Kromu eżavalenti (Cr VI)    2 mg/kg materja niexfa,

Merkurju (Hg)    2 mg/kg materja niexfa,

Nikil (Ni)    90 mg/kg materja niexfa,

Ċomb (Pb)    200 mg/kg materja niexfa, u

Arseniku (As)    120 mg/kg materja niexfa.

3.Il-parametri li ġejjin li huma ddeterminati fuq il-materja niexfa għandhom jiġu ssodisfati:

Valur newtralizzanti minimu: 15 (ekwivalenti CaO) jew 9 (ekwivalenti HO-), u

Reattività minima:    10% jew 50% wara 6 xhur (test ta' inkubazzjoni).

PFC 3: Tejjieb tal-ħamrija

Tejjieb tal-ħamrija għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE maħsub biex jiżdied mal-ħamrija sabiex iżomm, itejjeb jew jipproteġi l-karatteristiċi fiżiċi jew kimiċi, l-istruttura jew l-attività bijoloġika tal-ħamrija.

PFC 3(A): Tejjieb organiku tal-ħamrija

1.Tejjieb organiku tal-ħamrija għandu jikkonsisti esklussivament minn materjal ta' oriġini unikament bijoloġika, bl-esklużjoni ta' materjal li huwa fossilizzat jew inkorporat fil-formazzjonijiet ġeoloġiċi.

2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:

Kadmju (Cd)    3 mg/kg materja niexfa,

Kromu eżavalenti (Cr VI)    2 mg/kg materja niexfa,

Merkurju (Hg)    1 mg/kg materja niexfa,

Nikil (Ni)    50 mg/kg materja niexfa, u

Ċomb (Pb)    120 mg/kg materja niexfa.

3.Meta l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikollu fih prodott sekondarju mill-annimali kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009

(a)Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

(b)L-ebda waħda miż-żewġ batterji li ġejjin ma għandha tkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE f'konċentrazzjoni ta' iktar minn 1000 CFU/g f'massa friska:

Escherichia coli, jew

Enterococaceae.

Dan għandu jintwera permezz ta' kejl tal-preżenza ta' mill-inqas waħda minn dawk iż-żewġ tipi ta' batterji.

4.Il-prodott fertilizzanti għandu jkollu 40% jew iktar ta' materja niexfa.

5.Il-karbonju organiku (C) għandu jkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE b'tal-inqas 7.5 % skont il-massa.

PFC 3(B): Tejjieb inorganiku tal-ħamrija

1.Tejjieb inorganiku tal-ħamrija għandu jkun tejjieb tal-ħamrija barra minn tejjieb organiku tal-ħamrija.

2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:

Kadmju (Cd)    1,5 mg/kg materja niexfa,

Kromu eżavalenti (Cr VI)    2 mg/kg materja niexfa,

Merkurju (Hg)    1 mg/kg materja niexfa,

Nikil (Ni)    100 mg/kg materja niexfa, u

Ċomb (Pb)    150 mg/kg materja niexfa.

PFC 4: Materjal għat-tkabbir

1.Materjal għat-tkabbir għandu jkun materjal barra minn ħamrija maħsuba għall-użu bħala substrat għall-iżvilupp tal-għeruq.

2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:

Kadmju (Cd)    3 mg/kg materja niexfa,

Kromu eżavalenti (Cr VI)    2 mg/kg materja niexfa,

Merkurju (Hg)    1 mg/kg materja niexfa,

Nikil (Ni)    100 mg/kg materja niexfa, u

Ċomb (Pb)    150 mg/kg materja niexfa.

3.Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

4.L-ebda waħda miż-żewġ batterji li ġejjin ma għandha tkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE f'konċentrazzjoni ta' iktar minn 1000 CFU/g f'massa friska:

(a)Escherichia coli, jew

(b)Enterococaceae.

Dan għandu jintwera permezz ta' kejl tal-preżenza ta' mill-inqas waħda minn dawk iż-żewġ tipi ta' batterji.

PFC 5: Addittiv agronomiku

Addittiv agronomiku għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE maħsub li jiżdied ma' prodott li jipprovdi lill-pjanti bin-nutrijenti, bil-ħsieb li jtejjeb it-tendenzi tar-rilaxx tan-nutrijenti tal-prodott.

PFC 5(A): Inibitur

1.Inibitur għandu jkun sustanza jew taħlita li ddewwem jew twaqqaf l-attività ta' gruppi speċifiċi ta' mikroorganiżmi jew enżimi.

2.Kull sustanza għandha tkun ġiet irreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, 5 f'dossier li jkun fih

(a)l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u

(b)rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,

sakemm ma jkunx kopert b'mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet għall-obbligu ta' reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament.

PFC 5(A)(I): Inibitur tan-nitrifikazzjoni

1.Inibitur tan-nitrifikazzjoni għandu jwaqqaf l-ossidazzjoni bijoloġika tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N) f'nitroġenu tan-nitrit (NO2-), u b'hekk il-formazzjoni tan-nitroġenu tan-nitrat (NO3-) issir aktar bil-mod.

2.Test tal-inkubazzjoni tal-ħamrija li jkejjel ir-rata ta' ossidazzjoni tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N)

permezz tal-għajbien tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N), jew

is-somma tal-produzzjoni tan-nitroġenu tan-nitrit (NO2-) u tan-nitroġenu tan-nitrat (NO3-) fir-rigward taż-żmien

f'kampjun tal-ħamrija fejn l-inibitur tan-nitrifikazzjoni jkun ġie miżjud għandu juri differenza statistika fir-rata ta' ossidazzjoni tan-nitroġenu ammonjakali (NH3-N) meta mqabbel ma' kampjun ta' kontroll fejn l-inibitur tan-nitrifikazzjoni ma jkunx ġie miżjud.

PFC 5(A)(II): Inibitur tal-ureażi

1.Inibitur tal-ureażi għandu jwaqqaf l-azzjoni idrolitika fuq l-urea (CH4N2O) permezz tal-enzima ureażi, li hija primarjament immirata li tnaqqas il-volatilizzazzjoni tal-ammonijaka.

2.Kejl in vitro tar-rata tal-idroliżi tal-urea (CH4N2O) fir-rigward taż-żmien f'kampjun tal-ħamrija fejn l-inibitur tal-ureażi jkun ġie miżjud għandu juri differenza statistika fir-rata ta' idroliżi meta mqabbel ma' kampjun ta' kontroll fejn l-inibitur tal-ureażi ma jkunx ġie miżjud.

PFC 5(B): Aġent kelanti

1.Aġent kelanti għandu jkun sustanza organika maħsuba biex ittejjeb id-disponibbiltà fit-tul tan-nutrijenti għall-pjanti li jikkonsisti f'molekula li

jkollha żewġ siti jew aktar li jagħtu pari ta' elettroni lil katjon tal-metall ta' tranżizzjoni ċentrali (żingu (Zn), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), manjeżju (Mg), kalċju (Ca) jew kobalt (Co)), u li

tkun kbira biżżejjed biex tifforma struttura b'ħames jew sitt ċrieki.

2.Is-sustanza għandha tkun ġiet irreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, 6 f'dossier li jkun fih

(a)l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u

(b)rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,

sakemm ma jkunx kopert b'mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet għall-obbligu ta' reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament.

3.Wara 3 ijiem f'soluzzjoni ta' Hogland standard f'pH 7 u 8, il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jibqa stabbli.

PFC 5(C): Aġent kumplessanti

1.Aġent kumplessanti għandu jkun sustanza organika maħsuba biex ittejjeb id-disponibbiltà fit-tul tan-nutrijenti għall-pjanti, li jista' jifforma struttura ċatta jew sterika b'katjon tal-metall ta' tranżizzjoni b'valenza waħda, bi tnejn jew bi tlieta.

2.Is-sustanza għandha tkun ġiet irreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, 7 f'dossier li jkun fih

(a)l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u

(b)rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,

sakemm ma jkunx kopert b'mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet għall-obbligu ta' reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament.

3.Wara jum 1 f'soluzzjoni tal-ilma f'pH 6 u 7, il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jibqa' stabbli.

PFC 6: Bijostimulant tal-pjanti

1.Bijostimulant tal-pjanti għandu jkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jistimula l-proċessi ta' nutrizzjoni tal-pjanti indipendentament mill-kontenut tan-nutrijenti tal-prodott, bl-għan uniku li jtejjeb karatteristika waħda jew aktar tal-pjanta li ġejjin:

(a)effiċjenza tal-użu tan-nutrijent,

(b)tolleranza għall-istress abijotiku, jew

(c)xejriet tal-kwalità tal-għelejjel.

2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:

Kadmju (Cd)    3 mg/kg materja niexfa,

Kromu eżavalenti (Cr VI)    2 mg/kg materja niexfa, u

Ċomb (Pb)    120 mg/kg materja niexfa.

3.Il-bijostimulant tal-pjanti għandu jkollu l-effetti li jkunu ddikjarati fuq it-tikketta għall-għelejjel speċifikati fuqha.

PFC 6(A): Bijostimulant mikrobjali tal-pjanti

1.Bijostimulant mikrobjali tal-pjanti għandu jikkonsisti biss minn mikroorganiżmu jew konsorzju ta' mikroorganiżmi msemmija fil-Kategorija tal-Materjal Komponent 7 tal-Anness II.

2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:

Merkurju (Hg)    1 mg/kg materja niexfa, u

Nikil (Ni)    50 mg/kg materja niexfa.

3.Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g jew 25 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

4.Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 1 g jew 1 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

5.Enterococcaceae ma tridx tkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE f'iktar minn 10 CFU/g ta' massa friska.

6.Listeria monocytogenes ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g jew 25 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

7.Vibrio spp ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g jew 25 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

8.Shigella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g jew 25 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

9.Staphylococcus aureus ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 1 g jew 1 ml ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

10.L-għadd tal-kolonji aerobiċi ma għandux ikun iktar minn 105 CFU/g jew ml mill-kampjun ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, sakemm il-bijostimulant mikrobjali ma jkunx batterja aerobika.

11.L-għadd tal-ħmira u tal-moffa ma għandux ikun iktar minn 1000 CFU/g jew ml mill-kampjun ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, sakemm il-bijostimulant mikrobjali ma jkunx fungus.

12.Meta bijostimulant tal-pjanti mikrobjali jikkonsisti minn sospensjoni jew soluzzjoni, fejn

sospensjoni tfisser dispersjoni ta' żewġ fażijiet fejn il-partiċelli solidi jinżammu f'sospensjoni fil-fażi likwida, u

soluzzjoni tfisser likwidu mingħajr partiċelli solidi,

il-bijostimulant tal-pjanti għandu jkollu pH ogħla minn jew daqs 4.

13.Iż-żmien tal-ħżin tal-bijostimulant mikrobjali tal-pjanti għandu jkun tal-inqas 6 xhur skont il-kundizzjonijiet tal-ħżin speċifikati fuq it-tikketta.

PFC 6(B): Bijostimulant nonmikrobiku tal-pjanti

Bijostimulant nonmikrobiku tal-pjanti għandu jkun bijostimulant tal-pjanti barra minn bijostimulant mikrobiku tal-pjanti.

PFC 6(B)(I): Bijostimulant nonmikrobiku organiku tal-pjanti

1.Bijostimulant nonmikrobiku organiku tal-pjanti għandu jikkonsisti minn sustanza jew taħlita li jkun fiha l-karbonju (C) li joriġina esklussivament mill-annimali jew mill-pjanti.

2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:

Merkurju (Hg)    1 mg/kg materja niexfa, u

Nikil (Ni)    50 mg/kg materja niexfa.

3.Salmonella spp. ma għandhiex tkun preżenti f'kampjun ta' 25 g ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

4.L-ebda waħda miż-żewġ batterji li ġejjin ma għandha tkun preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE f'iktar minn 1000 CFU/g ta' massa friska:

(a)Escherichia coli, jew

(b)Enterococaceae.

Dan għandu jintwera permezz ta' kejl tal-preżenza ta' mill-inqas waħda minn dawk iż-żewġ tipi ta' batterji.

PFC 6(B)(II): Bijostimulant nonmikrobiku inorganiku tal-pjanti

1.Bijostimulant nonmikrobiku inorganiku tal-pjanti għandu jkun bijostimulant nonmikrobiku tal-pjanti barra minn bijostimulant nonmikrobiku organiku tal-pjanti.

2.Fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jridx ikun hemm kontaminanti preżenti f'iktar mill-kwantitajiet li ġejjin:

Merkurju (Hg)    2 mg/kg materja niexfa,

Nikil (Ni)    120 mg/kg materja niexfa, u

Arseniku (As)    60 mg/kg materja niexfa.

PFC 7: Taħlita ta' prodotti fertilizzanti

1.Taħlita ta' prodotti fertilizzanti għandha tkun prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kompost minn prodott fertilizzanti bit-tikketta CE wieħed jew aktar tal-kategorija 1-6.

2.Il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ta' kull prodott fertilizzanti komponenti fit-taħlita għandha tkun intweriet f'konformità mal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità applikabbli għal dak il-prodott fertilizzanti komponenti.

3.It-taħlit ma għandux jibdel in-natura ta' kull wieħed mill-prodotti fertilizzanti komponenti

b'tali mod li jkollu effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, tas-sikurezza jew tal-ambjent, taħt kundizzjonijiet ta' ħażna jew ta' użu li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli tat-taħlita tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, jew

bi kwalunkwe mod sinifikanti ieħor.

4.Il-manifattur tat-taħlita għandu jivvaluta l-konformità tat-taħlita mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1-3 hawn fuq, jiżgura l-konformità tat-taħlita mar-rekwiżiti tal-ittikkettar stipulati fl-Anness III, u jassumi responsabbiltà skont l-Artikolu 15(4) ta' dan ir-Regolament għall-konformità tat-taħlita mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament billi

jfassal dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għat-taħlita ta' prodotti fertilizzanti f'konformità mal-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament, u

jkollu fil-pussess tiegħu dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ta' kull prodott fertilizzanti komponenti.

5.L-operaturi ekonomiċi li jpoġġu għad-dispożizzjoni fis-suq it-taħlitiet tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dan ir-Regolament fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE ta' kull prodott fertilizzanti komponenti, kif ukoll tat-taħlita:

L-Artikolu 6(3) (l-obbligu tal-manifatturi li jżommu d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE);

L-Artikolu 7(2)(a) (l-obbligu tar-rappreżentanti awtorizzati li jżommu d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE);

L-Artikolu 8(2)(a) (l-obbligu tal-importaturi li jiżguraw li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE);

L-Artikolu 8(8) (l-obbligu tal-importaturi li jżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq); u

L-Artikolu 9(2) (l-obbligu tad-distributuri li jivverifikaw li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikun akkumpanjat minn dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE).

ANNESS II
Kategoriji tal-Materjali Komponent

Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jikkonsisti biss minn materjali komponenti li jikkonformaw mar-rekwiżiti għal waħda jew aktar mill-Kategoriji tal-Materjal Komponent ('CMC') elenkati hawn taħt.

Il-materjali komponenti, jew il-materjali ta' input użati biex jipproduċuhom, ma għandux ikollhom waħda mis-sustanzi li għalihom il-valuri limitu massimi huma indikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament f'tali kwantitajiet li jistgħu jxekklu l-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma' wieħed mir-rekwiżiti applikabbli ta' dak l-Anness.

Parti I
Ħarsa ġenerali lejn il-Kategorji tal-Materjal Komponent

CMC 1: Sustanzi u taħlitiet minn materjal verġni

CMC 2: Pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti mhux proċessati jew proċessati mekkanikament

CMC 3: Kompost

CMC 4: Diġestat tal-għelejjel għall-enerġija

CMC 5: Diġestat ieħor barra mid-diġestat tal-għelejjel għall-enerġija

CMC 6: Prodotti sekondarji tal-industrija alimentari

CMC 7: Mikroorganiżmi

CMC 8: Addittivi agronomiċi

CMC 9: Polimeri nutrijenti

CMC 10: Polimeri oħrajn minbarra polimeri nutrijenti

CMC 11: Ċerti prodotti sekondarji tal-annimali

Parti II
Rekwiżiti relatati mal-Kategoriji tal-Materjal Komponent

Din il-Parti tiddefinixxi l-materjali komponenti li minnhom għandhom jikkonsistu b'mod esklussiv il-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE.

CMC 1: Sustanzi u taħlitiet minn materjal verġni

1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu sustanzi u taħlitiet, barra minn 8  

(a)skart fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE,

(b)prodotti sekondarji fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE,

(c)materjali li qabel kienu jikkostitwixxu wieħed mill-materjali msemmija f'wieħed mill-punti a-b,

(d)prodotti sekondarji mill-annimali fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009,

(e)polimeri, jew

(f)sustanzi jew taħlitiet maħsubin biex itejbu t-tendenzi tar-rilaxx tan-nutrijenti tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li fihom ikunu inkorporati.

2.Is-sustanzi kollha inkorporati fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, waħedhom jew f'taħlita, għandhom ikunu ġew irreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, f'dossier li jkun fih

(a)l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u

(b)rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,

sakemm ma jkunx kopert b'mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet għall-obbligu ta' reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament.

CMC 2: Pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti mhux proċessati jew proċessati mekkanikament

1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti li ma jkunu għaddew mill-ebda proċess ieħor ħlief il-qtugħ, it-tħin, iċ-ċentrifugazzjoni, l-ippressar, it-tnixxif, il-lijofilizzazzjoni jew l-estrazzjoni bl-ilma.

2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-pjanti huma mifhuma li jinkludu l-alga u jeskludu ċ-ċjanobatterji.

CMC 3: Kompost

1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu kompost miksub mill-kompostjar aerobiku ta' esklussivament wieħed jew aktar mill-materjali ta' input li ġejjin:

(a)Bijoskart fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE li jirriżulta mill-ġbir separat tal-bijoskart fis-sors:

(b)Prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategoriji 2 u 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(c)Organiżmi ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom, li ma jkunux proċessati jew li jkunu proċessati biss b'mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, billi jinħallu fl-ilma, bit-tagħwim, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni tal-fwar jew bit-tisħin esklussivament biex jitneħħa l-ilma, jew li jiġu estratti mill-arja bi kwalunkwe mezz, ħlief

il-frazzjoni organika ta' skart domestiku muniċipali mħallat isseparat permezz ta' trattament mekkaniku, fiżikokimiku, bijoloġiku u/jew manwali,

ħama tad-dranaġġ, ħama industrijali jew ħama mit-tħammil, u

prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategorija 1 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(d)Addittivi tal-kompostjar li huma neċessarji sabiex itejbu l-prestazzjoni tal-proċess jew il-prestazzjoni ambjentali tal-proċess ta' kompostjar sakemm

l-addittiv huwa reġistrat skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, 9 f'dossier li fih

l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u

rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti, 

sakemm ma jkunx kopert b'mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet mill-obbligu ta' reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament, u

l-konċentrazzjoni totali tal-addittivi kollha ma taqbiżx il-5 % tal-piż totali tal-materjal ta' input; jew

(e)Kwalunkwe materjal elenkat fil-punti (a)-(d) li

qabel ikun ġie kompostat jew iddiġerit, u

ma jkunx fih iktar minn 6 mg/kg ta' materja niexfa ta' PAH16 10 .

2.Il-kompostjar għandu jsir fi pjanta

li tipproċessa biss materjali ta' input imsemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq, u

fejn il-kuntatti fiżiċi bejn il-materjali ta' input u ta' output għandhom jiġu evitati, inkluż matul il-ħażna.

3.Il-kompostjar aerobiku għandu jikkonsisti minn dekompożizzjoni kkontrollata ta' materjali bijodegradabbli, li hija predominantement aerobika u li tippermetti l-iżvilupp ta' temperaturi adattati għall-batterji termofili b'riżultat tas-sħana prodotta bijoloġikament. Il-partijiet kollha ta' kull lott għandhom jiġu mċaqalqa regolarment u sewwa sabiex jiġu żgurati s-sanità u l-omogeneità korretti tal-materjal. Waqt il-proċess ta' kompostjar, il-partijiet kollha ta' kull lott għandu jkollhom wieħed minn dawn il-profili ta' temperatura-żmien:

65°C jew iktar għal tal-inqas 5 ijiem,

60°C jew iktar għal tal-inqas 7 ijiem, jew

55°C jew iktar għal tal-inqas 14-il jum.

4.Il-kompost għandu jkollu

(a)mhux iktar minn 6 mg/kg ta' materja niexfa ta' PAH16 11 , u

(b)mhux iktar minn 5 g/kg ta' materja niexfa ta' impuritajiet makroskopiċi fil-forma ta' ħġieġ, metall u plastik ta' aktar minn 2 mm.

5.Minn [Publications office: Please insert the date occurring 5 years after the date of application of this Regulation], il-kompost ma għandux ikollu iktar minn 2.5 g/kg ta' materja niexfa ta' impuritajiet makroskopiċi fil-forma ta' plastik ta' aktar minn 2 mm. Sa [Publications office: Please insert the date occurring 8 years after the date of application of this Regulation] il-valur limit ta' 2,5 g/kg ta' materja niexfa għandu jiġi vvalutat mill-ġdid sabiex iqis il-progress li jkun sar fir-rigward tal-ġabra separata tal-bijoskart.

6.Il-kompost għandu jissodisfa tal-anqas waħda minn dawn il-kriterji ta' stabbiltà:

(a)Rata ta' assorbiment tal-ossiġenu:

Definizzjoni: indikatur tal-estent sa fejn il-materja organika bijodegradabbli qed titkisser f'perjodu ta' żmien speċifikat. Il-metodu mhuwiex adattat għal materjal b'kontenut ta' daqsijiet ta' partiċelli > 10 mm li jaqbżu 20 %,

Kriterju: massimu ta' 25 mmol O2/kg materja organika/siegħa; jew

(b)Fattur ta' awtotisħin:

Definizzjoni: it-temperatura massima milħuqa minn kompost f'kundizzjonijiet standardizzati bħala indikatur tal-istat tal-attività aerobika bijoloġika tiegħu,

Kriterju: minimu Rottegrad III.

CMC 4: Diġestat tal-għelejjel għall-enerġija

1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih diġestat miksub permezz ta' diġestjoni anaerobika ta' esklussivament wieħed jew iktar mill-materjali ta' input li ġejjin:

(a)Pjanti li ma jkunux intużaw għall-ebda skop ieħor. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-pjanti huma mifhuma li jinkludu l-alga u jeskludu ċ-ċjanobatterji.

(b)Addittivi tad-diġestjoni li huma meħtieġa biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-proċess jew il-prestazzjoni ambjentali tal-proċess ta' diġestjoni sakemm:

l-addittiv huwa reġistrat skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, 12 f'dossier li fih

l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u

rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,

sakemm ma jkunx kopert b'mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet mill-obbligu ta' reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament, u

l-konċentrazzjoni totali tal-addittivi kollha ma taqbiżx il-5 % tal-piż totali tal-materjal ta' input; jew

(c)Kwalunkwe materjal imsemmi fil-punti (a)-(b) li jkun ġie diġerit qabel.

2.Id-diġestjoni anaerobika għandha ssir fi pjanta

li tipproċessa biss materjali ta' input imsemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq, u

fejn il-kuntatti fiżiċi bejn il-materjali ta' input u ta' output għandhom jiġu evitati, inkluż matul il-ħażna.

3.Id-diġestjoni anaerobika għandha tikkonsisti minn dekompożizzjoni kkontrollata ta' materjali bijodegradabbli, li hija predominantement anaerobika u f'temperaturi adattati għall-batterji meżofili jew termofili. Il-partijiet kollha ta' kull lott għandhom jiġu mċaqalqa regolarment u sewwa sabiex jiġu żgurati s-sanità u l-omogeneità korretti tal-materjal. Waqt il-proċess ta' diġestjoni, il-partijiet kollha ta' kull lott għandu jkollhom wieħed mill-profili li ġejjin ta' temperatura-żmien:

(a)Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C tal-anqas waqt 24 siegħa u żmien ta' żamma idrawlika ta' mill-anqas 20 jum;

(b)Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C bi proċess ta' trattament inkluż stadju ta' pasturizzazzjoni (70°C – 1 siegħa);

(c)Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C segwita minn kompostjar f'

65°C jew iktar għal tal-inqas 5 ijiem,

60°C jew iktar għal tal-inqas 7 ijiem, jew

55°C jew iktar għal tal-inqas 14-il jum;

(d)Diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40°C bi proċess ta' trattament li jinkludi stadju ta' pasturizzazzjoni (70°C – 1 siegħa); jew

(e)Diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40°C segwita minn kompostjar f'

65°C jew iktar għal tal-inqas 5 ijiem,

60°C jew iktar għal tal-inqas 7 ijiem, jew

55°C jew iktar għal tal-inqas 14-il jum.

4.Kemm il-parti solida kif ukoll il-parti likwida tad-diġestat għandhom jissodisfaw tal-inqas wieħed mill-kriterji ta' stabbiltà li ġejjin:

(a)Rata ta' assorbiment tal-ossiġenu:

Definizzjoni: indikatur tal-estent sa fejn il-materja organika bijodegradabbli qed titkisser f'perjodu ta' żmien speċifikat. Il-metodu mhuwiex adattat għal materjal b'kontenut ta' daqsijiet tal-partiċelli > 10 mm li jaqbżu l-20 %.

Kriterju: massimu ta' 50 mmol O2/kg materja organika/siegħa; jew

(b)Potenzjal tal-bijogass residwu:

Definizzjoni: indikatur tal-gass rilaxxat minn diġestat f'perjodu ta' 28 jum u mkejjel fi tqabbil mas-solidi volatili fil-kampjun. It-test isir tliet darbiet, u r-riżultat medju jintuża biex juri l-konformità mar-rekwiżit. Is-solidi volatili huma dawk is-solidi f'kampjun ta' materjal li jintilfu meta s-solidi niexfa jitqabbdu f'550°C.

Kriterju: massimu ta' 0,45 l bijogass /g solidi volatili.

CMC 5: Diġestat ieħor barra mid-diġestat tal-għelejjel għall-enerġija

1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih diġestat miksub permezz ta' diġestjoni anaerobika ta' esklussivament wieħed jew iktar mill-materjali ta' input li ġejjin:

(a)Bijoskart fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE li jirriżulta mill-ġbir separat tal-bijoskart fis-sors:

(b)Prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategoriji 2 u 3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(c)Organiżmi ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom, li ma jkunux proċessati jew li jkunu proċessati biss b'mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, billi jinħallu fl-ilma, bit-tagħwim, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni tal-fwar jew bit-tisħin esklussivament biex jitneħħa l-ilma, jew li jiġu estratti mill-arja bi kwalunkwe mezz, ħlief

il-frazzjoni organika ta' skart domestiku muniċipali mħallat isseparat permezz ta' trattament mekkaniku, fiżikokimiku, bijoloġiku u/jew manwali,

ħama tad-dranaġġ, ħama industrijali jew ħama mit-tħammil,

prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategorija 1 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(d)Addittivi tad-diġestjoni li huma meħtieġa biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-proċess jew il-prestazzjoni ambjentali tal-proċess ta' diġestjoni sakemm:

l-addittiv huwa reġistrat skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006,  13 f'dossier li fih

l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u

rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,

sakemm ma jkunx kopert mill-eżenzjoni mill-obbligu ta' reġistrazzjoni prevista fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament, u

l-konċentrazzjoni totali tal-addittivi kollha ma taqbiżx il-5 % tal-piż totali tal-materjal ta' input; jew

(e)Kwalunkwe materjal elenkat fil-punti (a)-(d) li

qabel ikun ġie kompostat jew iddiġerit, u

ma jkunx fih iktar minn 6 mg/kg ta' materja niexfa ta' PAH16 14 .

2.Id-diġestjoni anaerobika għandha ssir fi pjanta

li tipproċessa biss materjali ta' input imsemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq, u

fejn il-kuntatti fiżiċi bejn il-materjali ta' input u ta' output għandhom jiġu evitati, inkluż matul il-ħażna.

3.Id-diġestjoni anaerobika għandha tikkonsisti minn dekompożizzjoni kkontrollata ta' materjali bijodegradabbli, li hija predominantement anaerobika u f'temperaturi adattati għall-batterji meżofili jew termofili . Il-partijiet kollha ta' kull lott għandhom jiġu mċaqalqa regolarment u sewwa sabiex jiġu żgurati s-sanità u l-omogeneità korretti tal-materjal. Waqt il-proċess ta' diġestjoni, il-partijiet kollha ta' kull lott għandu jkollhom wieħed mill-profili li ġejjin ta' temperatura-żmien:

(a)Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C tal-anqas waqt 24 siegħa u żmien ta' żamma idrawlika ta' mill-anqas 20 jum;

(b)Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C bi proċess ta' trattament inkluż stadju ta' pasturizzazzjoni (70°C – 1 siegħa);

(c)Diġestjoni anaerobika termofila f'55°C segwita minn kompostjar f'

65°C jew iktar għal tal-inqas 5 ijiem,

60°C jew iktar għal tal-inqas 7 ijiem, jew

55°C jew iktar għal tal-inqas 14-il jum;

(d)Diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40°C bi proċess ta' trattament li jinkludi stadju ta' pasturizzazzjoni (70°C – 1 siegħa); jew

(e)Diġestjoni anaerobika meżofila f'37-40°C segwita minn kompostjar f'

65°C jew iktar għal tal-inqas 5 ijiem,

60°C jew iktar għal tal-inqas 7 ijiem, jew

55°C jew iktar għal tal-inqas 14-il jum.

4.La l-parti solida u lanqas il-parti likwida tad-diġestat ma għandu jkollha aktar minn 6 mg/kg ta' materja niexfa ta' PAH16 15 .

5.Id-diġestat ma għandux ikollu aktar minn 5 g/kg ta' materja niexfa ta' impuritajiet makroskopiċi fil-forma ta' ħġieġ, metall u plastik ta' aktar minn 2 mm.

6.Minn [Publications office: Please insert the date occurring 5 years after the date of application of this Regulation], id-diġestat ma għandux ikollu aktar minn 2.5 g/kg ta' materja niexfa ta' impuritajiet makroskopiċi fil-forma ta' plastik ta' aktar minn 2 mm. Sa [Publications office: Please insert the date occurring 8 years after the date of application of this Regulation] il-valur limit ta' 2,5 g/kg ta' materja niexfa għandu jiġi vvalutat mill-ġdid sabiex iqis il-progress li jkun sar fir-rigward tal-ġabra separata tal-bijoskart.

7.Kemm il-parti solida kif ukoll il-parti likwida tad-diġestat għandhom jissodisfaw tal-inqas wieħed mill-kriterji ta' stabbiltà li ġejjin:

(a)Rata ta' assorbiment tal-ossiġenu:

Definizzjoni: indikatur tal-estent sa fejn il-materja organika bijodegradabbli qed titkisser f'perjodu ta' żmien speċifikat. Il-metodu mhuwiex adattat għal materjal b'kontenut ta' daqsijiet tal-partiċelli > 10 mm li jaqbżu l-20 %.

Kriterju: massimu ta' 50 mmol O2/kg materja organika/siegħa; jew

(b)Potenzjal tal-bijogass residwu:

Definizzjoni: indikatur tal-gass rilaxxat minn diġestat f'perjodu ta' 28 jum u mkejjel fi tqabbil mas-solidi volatili fil-kampjun. It-test isir tliet darbiet, u r-riżultat medju jintuża biex juri l-konformità mar-rekwiżit. Is-solidi volatili huma dawk is-solidi f'kampjun ta' materjal li jintilfu meta s-solidi niexfa jitqabbdu f'550°C.

Kriterju: massimu ta' 0,45 l bijogass /g solidi volatili.

CMC 6: Prodotti sekondarji tal-industrija alimentari

1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu materjal komponent li jikkonsisti minn wieħed mis-sustanzi li ġejjin:

(a)ġir mill-fabbriki tal-industrija tal-ikel, jiġifieri materjal mill-industrija tal-ipproċessar tal-ikel miksub bil-karbonizzazzjoni ta' materja organika, li juża biss ġir maħruq minn sorsi naturali;

(b)melassi, jiġifieri prodott sekondarju ta' likwidu magħqud tar-raffinar tal-kannamiela jew tal-pitravi taz-zokkor f'zokkor; jew

(c)vinassa, jiġifieri prodott sekondarju ta' likwidu magħqud tal-proċess ta' fermentazzjoni tal-melassi f'etanol, aċidu askorbiku jew prodotti oħrajn.

2.Is-sustanza għandha tkun ġiet irreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, 16 f'dossier li jkun fih

(a)l-informazzjoni prevista fl-Annessi VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u

(b)rapport tas-sikurezza kimika skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jkopri l-użu bħala prodott fertilizzanti,

sakemm ma jkunx kopert b'mod espliċitu minn waħda mill-eżenzjonijiet għall-obbligu ta' reġistrazzjoni previsti fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament jew mill-punti 6, 7, 8 jew 9 tal-Anness V ta' dak ir-Regolament.

CMC 7: Mikroorganiżmi

Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih il-mikroorganiżmi, inkluż mikroorganiżmi mejtin jew b'ċelloli vojta u elementi residwi li ma jagħmlux ħsara fil-midja li fuqha jkunu ġew prodotti, li

ma jkunux għaddew mill-ebda proċess ieħor ħlief it-tnixxif jew il-lijofilizzazjoni u

li huma elenkati fit-tabella hawn taħt:

Azotobacter spp.

Mycorrhizal fungi

Rhizobium spp.

Azospirillum spp.

CMC 8: Addittivi agronomiċi

1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu sustanza jew taħlita maħsuba biex tittejjeb it-tendenzi tar-rilaxx tan-nutrijenti ta' prodott, biss jekk il-konformità ta' dik is-sustanza jew it-taħlita mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għal prodott f'PFC 5 tal-Anness I tkun intweriet f'konformità mal-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità applikabbli għal addittiv agronomiku bħal dan.

2.Il-kwantità tal-addittiv agronomiku konformi fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandha tkun tali li

(a)tipproduċi l-effett iddikjarat fl-informazzjoni mogħtija lill-utent tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, u

(b)li ma tikkawżax effetti negattivi ġenerali lis-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, lis-sikurezza jew lill-ambjent, taħt kundizzjonijiet ta' ħażna li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli jew ta' użu tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

3.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu inibitur tan-nitrifikazzjoni konformi, kif jissemma f'PFC 5(A)(I) tal-Anness I, biss jekk tal-anqas 50% tal-kontenut tan-nitroġenu (N) totali tal-prodott fertilizzanti jikkonsisti minn nitroġenu (N) fl-ammonja (NH4+) u l-urea (CH4N2O).

4.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu inibitur tal-ureażi konformi, kif jissemma f'PFC 5(A)(II) tal-Anness I, biss jekk tal-anqas 50% tal-kontenut tan-nitroġenu (N) totali tal-prodott fertilizzanti jikkonsisti minn nitroġenu (N) mill-urea (CH4N2O).

5.Il-manifattur tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jkollu dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE tal-addittiv agronomiku konformi.

6.L-operaturi ekonomiċi li jpoġġu l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għad-dispożizzjoni fis-suq għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' dan ir-Regolament fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta' konformità tal-UE kemm tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kif ukoll tal-addittiv agronomiku konformi:

(a)L-Artikolu 6(3) (l-obbligu tal-manifatturi li jżommu d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE);

(b)L-Artikolu 7(2)(a) (l-obbligu tar-rappreżentanti awtorizzati li jżommu d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE);

(c)L-Artikolu 8(2)(a) (l-obbligu tal-importaturi li jiżguraw li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE);

(d)L-Artikolu 8(8) (l-obbligu tal-importaturi li jżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq); u

(e)L-Artikolu 9(2) (l-obbligu tad-distributuri li jivverifikaw li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikun akkumpanjat minn dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE).

CMC 9: Polimeri nutrijenti

1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu polimeri li jkunu magħmulin esklussivament minn sustanzi monomeri li jikkonformaw mad-deskrizzjoni ta' CMC 1, fejn l-għan tal-polimerizzazzjoni huwa l-kontroll tar-rilaxx tan-nutrijenti minn wieħed jew iktar mis-sustanza polimeri.

2.Tal-anqas 3/5 tal-polimeri għandhom ikunu solubbli fl-ilma sħun.

3.Il-polimeri ma għandux ikollhom il-formaldeid.

CMC 10: Polimeri oħrajn minbarra polimeri nutrijenti

1.Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkun fih polimeri differenti minn polimeri nutrijenti biss fil-każijiet fejn l-iskop tal-polimeru huwa li

(a)jikkontrolla l-penetrazzjoni tal-ilma fil-partiċelli tan-nutrijenti u b'hekk jiġu rilaxxati n-nutrijenti (f'liema każ il-polimeru huwa magħruf bħala 'aġent tal-kisi'), jew

(b)jżid il-kapaċitajiet ta' żamma tal-ilma tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

2.Minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data li tokkorri tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], għandu jkun hemm konformità mal-kriterju li ġej: Il-polimeru għandu jkun jista' jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika, b'tali mod li ħafna minnu finalment jiddekomponi f'diossidu tal-karbonju (CO2), bijomassa u ilma. Għandu jkollu tal-anqas 90 % tal-karbonju organiku kkonvertit f'CO2 f'massimu ta' 24 xahar, f'test tal-bijodegradibbiltà kif speċifikat fil-punti (a)-(c) hawn taħt.

(a)It-test għandu jsir f'25°C ± 2°C.

(b)It-test għandu jsir f'konformità mal-metodu għad-determinazzjoni tal-bijodegradibbiltà aerobika finali tal-materjali tal-plastik fil-ħamrija billi titkejjel id-domanda għall-ossiġenu jew l-ammont ta' diossidu tal-karbonju prodott.

(c)Għandu jintuża trab taċ-ċelluloża mikrokristallina bl-istess dimensjoni bħall-materjal tat-test bħala materjal ta' referenza fit-test.

(d)Qabel it-test, il-materjal tat-test ma għandux ikun soġġett għal kundizzjonijiet jew proċeduri mfasslin sabiex iħaffu d-degradazzjoni tar-rita, bħall-esponiment għas-sħana jew għad-dawl.

3.La l-polimeru bijodegradabbli u lanqas il-prodotti sekondarji tad-degradazzjoni tiegħu ma għandhom juru effett negattiv b'mod ġenerali fuq is-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti, jew fuq l-ambjent, taħt kundizzjonijiet tal-użu fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli. Għandu jsir test tat-tossiċità akuta tat-tkabbir tal-pjanti, test tat-tossiċità akuta tal-ħanex u test ta' inibizzjoni tan-nitrifikazzjoni bil-mikroorganiżmi tal-ħamrija fuq il-polimeru kif ġej:

(a)Fit-test tat-tossiċità akuta tat-tkabbir tal-pjanti, ir-rata ta' ġerminazzjoni u l-bijomassa tal-pjanti tal-ispeċi tal-pjanta ttestjata mkabbra fil-ħamrija esposta għall-materjal tat-test għandha tkun iktar minn 90 % tar-rata ta' ġerminazzjoni u l-bijomassa tal-pjanta tal-istess speċi tal-pjanta mkabbra fuq ħamrija korrispondenti b'xejn fiha li ma ġietx esposta għall-materjal tat-test.

(b)Ir-riżultati għandhom jitqiesu validi biss jekk il-kontrolli (jiġifieri l-ħamrija vojta):

it-tfaċċar ta' nibbiet jkun tal-inqas 70 %;

in-nibbiet ma jurix effetti fitotossiċi viżibbli (eż. klorożi, nekrożi, dbiel, deformazzjonijiet tal-weraq u taz-zkuk) u l-pjanti jesibixxu biss varjazzjoni normali fit-tkabbir u fil-morfoloġija għal dik l-ispeċi partikolari;

is-sopravivenza medja tan-nibbiet ta' kontroll li jitfaċċa tkun tal-inqas ta' 90 % għat-tul tal-istudju; u

l-kundizzjonijiet ambjentali għal speċi partikolari jkunu identiċi u l-materjali tat-tkabbir ikun fihom l-istess ammont ta' matriċi tal-ħamrija, il-midja ta' sapport, jew substrat għall-istess sors.

(c)Fit-test tat-tossiċità akuta tal-ħanex, il-mortalità osservata u l-bijomassa tal-ħniex li baqgħu ħajjin fil-ħamrija esposti għall-materjal tat-test ma għandux ivarja aktar minn 10 % meta mqabbel ma' dawk mill-ħamrija korrispondenti b'xejn fiha li ma ġietx esposta għall-materjal tat-test. Ir-riżultati għandhom jitqiesu validi, jekk

il-perċentwal tal-mortalità osservat fil-kontroll (jiġifieri, ħamrija vojta) ikun < 10 %, u

t-telf medju tal-bijomassa (piż medju) tad-dud fil-ħamrija vojta ma jaqbiżx l-20 %.

(d)Fit-test ta' inibizzjoni tan-nitrifikazzjoni bil-mikroorganiżmi tal-ħamrija, il-formazzjoni tan-nitrit fil-ħamrija esposta għall-materjal tat-test għandha tkun aktar minn 90 % ta' dawk mill-ħamrija vojta korrispondenti mhux esposta għall-materjal tat-test. Ir-riżultati għandhom jitiqiesu validi, jekk il-varjazzjoni bejn il-kampjuni ta' kontroll replikati (ħamrija vojta) u l-kampjuni tat-test tkun inqas minn ± 20 %.

CMC 11: Ċerti prodotti sekondarji tal-annimali

Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jkollu prodotti sekondarji mill-annimali fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 meta jilħaq il-punt finali fil-katina ta' manifattura kif iddeterminat skont dak ir-Regolament, li huma elenkati fit-tabella ta' hawn taħt u kif inhu speċifikat fiha:

ANNESS III
Rekwiżiti tat-tikkettar

Dan l-Anness jistipula r-rekwiżiti tat-tikkettar għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE. Ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti 2 u fil-Parti 3 ta' dan l-Anness għal Kategorija Funzjonali ta' Prodott ('PFC') partikolari, kif inhu speċifikat fl-Anness I, japplikaw għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE fis-sottokategoriji kollha ta' dik il-PFC.

Parti 1
Rekwiżiti tat-tikkettar ġenerali

1.L-elementi ta' informazzjoni stipulati f'dan ir-Regolament għandhom ikunu separati b'mod ċar minn kwalunkwe element ta' informazzjoni ieħor.

2.Għandhom jingħataw l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:

(a)L-għażla tal-Kategorija Funzjonali ta' Prodott ('PFC') kif indikat fil-Parti I tal-Anness I;

(b)Il-kwantità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, indikata skont il-massa jew skont il-volum;

(c)Struzzjonijiet għall-użu previst, inklużi r-rata ta' applikazzjoni intenzjonata u l-pjanti fil-mira intenzjonati;

(d)Kwalunkwe informazzjoni relevanti dwar il-miżuri rakkomandati sabiex jiġu ġestiti r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza, jew għall-ambjent; u

(e)Deskrizzjoni tal-komponenti kollha ta' aktar minn 5% skont il-piż tal-prodott f'ordni dixxendenti ta' kobor skont il-piż niexef, inkluża indikazzjoni tal-kategoriji tal-materjal komponent ("CMC") rilevanti kif inhu msemmi fl-Anness II.

3.Fejn il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità tkun saret bl-involviment ta' korp innotifikat, in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat għandu jiġi indikat.

4.Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun fih prodotti sekondarji mill-annimali fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 barra mid-demel, għandu jinkludi l-istruzzjoni tal-użu li ġejja: 'Annimali li jinżammu għat-trobbija ma għandhomx jintemgħu, la direttament u lanqas billi jirgħu, b'ħaxix mill-art li fuqu l-prodott ikun ġie applikat sakemm il-qtugħ jew ir-ragħa ma jsirx wara l-iskadenza ta' perjodu ta' stennija ta' mill-anqas 21 jum.'

5.Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ikollu fih sustanza li għaliha l-limitu massimu ta' residwi għall-ikel u għall-għalf ikun ġie stabbilit f'konformità mar-Regolament (KEE) Nru 315/93, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005, ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 jew id-Direttiva 2002/32/KE, l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2(c) għandhom jiżguraw li l-użu intenzjonat tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma jwassalx sabiex dawk il-limiti fl-ikel jew fl-għalf jinqabżu.

6.L-għażla ta' kategorija funzjonali ta' prodott ('PFC'), kif inhu indikat fl-Anness I, ma għandhiex tiġi indikata fuq prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li ma tkunx saritlu valutazzjoni tal-konformità pożittiva f'konformità ma' dan ir-Regolament għal dik il-PFC.

7.Elementi ta' informazzjoni barra minn dawk stipulati fil-paragrafi 2-6

(a)ma għandhomx jiżvijaw lill-utent, pereżempju billi jattribwixxu karatteristiċi għall-prodott li ma jkollux, jew billi jissuġġerixxu li l-prodott għandu karatteristiċi uniċi li prodotti simili għalih ikollhom ukoll;

(b)għandhom jirrelataw ma' fatturi verifikabbli; u

(c)ma għandhomx jagħmlu dikjarazzjonijiet bħal 'sostenibbli' jew 'ma jagħmilx ħsara lill-ambjent' sakemm dikjarazzjonijiet bħal dawn ma jkunux jistgħu jiġu vverifikati b'mod oġġettiv meta mqabblin ma gwidi, standards jew skemi rikonoxxuti sew.

8.Il-frażi 'ma tantx fih klorur' jew frażijiet simili jistgħu jintużaw biss jekk il-kontenut tal-klorur (Cl-) ikun anqas minn 30 g/kg.

Parti 2
Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi għall-prodott

PFC 1: Fertilizzant

1.Il-kontenut tan-nitroġenu (N), tal-fosforu (P) u tal-potassju (K) għandu jiġi ddikjarat biss meta dawk in-nutrijenti jkunu preżenti fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE fil-kwantità minima speċifikata fl-Anness I għall-kategorija funzjonali ta' prodott (PFC) relevanti.

2.Ir-regoli li ġejjin japplikaw għall-fertilizzanti li jkun fihom l-inibituri tan-nitrifikazzjoni jew tal-ureażi, kif inhu speċifikat fil-paragrafi 3 u 4 tal-kategorija tal-materjal komponent ('CMC') 8 fl-Anness II:

(a)It-tikketta għandha tinkludi l-kliem "inibitur tan-nitrifikazzjoni" jew "inibitur tal-ureażi", kif ikun relevanti, kif ukoll in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat li jkun eżamina l-valutazzjoni tal-konformità tal-inibitur tan-nitrifikazzjoni jew tal-inibitur tal-ureażi.

(b)Il-kontenut tal-inibitur tan-nitrifikazzjoni għandu jkun espress bħala perċentwal skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali preżenti bħala nitroġenu tal-ammonju (NH4+) u nitroġenu tal-urea (CH4N2O).

(c)Il-kontenut tal-inibitur tal-ureażi għandu jiġi espress bħala perċentwal skont il-massa tan-nitroġenu (N) totali preżenti bħala nitroġenu tal-urea (CH4N2O).

(d)L-informazzjoni teknika għandha tingħata u tippermetti lill-utent li jiddetermina r-rati u ż-żmien tal-applikazzjoni b'rabta mal-għelejjel li jkunu qed jitkabbru.

PFC 1(A): Fertilizzant organiku

Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:

(a)in-nutrijenti dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni N-P-K;

(b)in-nutrijenti dikjarati manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni Mg-Ca-S-Na;

(c)in-numri li jindikaw il-kontenut totali tan-nutrijenti ddikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), segwiti minn numri fil-parentisi li jindikaw il-kontenut totali ta' manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na),

(d)il-kontenut tan-nutrijenti ddikjarati li ġejjin u parametri oħrajn, fl-ordni li ġejja u bħala perċentwal tal-fertilizzanti skont il-massa.

Nitroġenu (N) totali

l-ammont minimu ta' nitroġenu (N) organiku, segwit minn deskrizzjoni tal-oriġini tal-materja organika użata;

Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu ammonjakali;

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali;

Ossidu tal-potassju (K2O) totali;

Ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tal-kalċju (CaO), triossidu tal-kubrit (SO3) u ossidu tas-sodju (Na2O), espressi

fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;

fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u

f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;

Il-kontenut totali tar-ram (Cu) u taż-żingu (Zn) jekk ikun aktar minn 200 u 600 mg/kg f'materja niexfa rispettivament;

Karbonju organiku (C); u

Materja niexfa.

PFC 1(B): Fertilizzant organominerali

1.Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin relatati mal-makronutrijenti:

(a)in-nutrijenti dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni N-P-K;

(b)in-nutrijenti dikjarati manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni Mg-Ca-S-Na;

(c)in-numri li jindikaw il-kontenut totali tan-nutrijenti dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), segwiti minn numri fil-parentesi li jindikaw il-kontenut totali ta' manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na);

(d)il-kontenut tan-nutrijenti ddikjarati li ġejjin, fl-ordni li ġejja u bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa:

Nitroġenu (N) totali

l-ammont minimu ta' nitroġenu (N) organiku, segwit minn deskrizzjoni tal-oriġini tal-materja organika użata;

Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu nitriku;

Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu ammonjakali;

Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu tal-urea;

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali;

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-ilma;

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali;

fejn ikun preżenti fosfat artab mitħun, pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-aċidu formiku;

Ossidu tal-potassju (K2O) totali;

Ossidu tal-potassju (K2O) solubbli fl-ilma;

ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tal-kalċju (CaO), triossidu tal-kubrit (SO3) u ossidu tas-sodju (Na2O), espressi

fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;

fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma;

f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali, u

(e)fejn tkun preżenti l-urea (CH4N2O), informazzjoni dwar l-impatti possibbli fuq il-kwalità tal-arja mir-rilaxx tal-ammonju mill-użu tal-fertilizzant, u stedina lill-utenti biex japplikaw il-miżuri ta' rimedju xierqa.

2.L-elementi l-oħrajn li ġejjin għandhom jiġu indikati bħala perċentwal skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE:

Kontenut tal-karbonju (C) organiku; u

Kontenut ta' materja niexfa.

PFC 1(B)(I): Fertilizzant organominerali solidu

Fejn wieħed jew iktar mill-mikronutrijenti boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), huma preżenti fil-kontenut minimu indikat bħala perċentwal skont il-massa fit-tabella hawn taħt, għandhom

jiġu ddikjarati jekk jiżdiedu intenzjonalment mal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, u

jistgħu jiġu ddikjarati f'każijiet oħra:

Mikronutrijent

Maħsub għall-użu fuq l-għelejjel jew il-bwar

Maħsub għall-użu ortikulturali

Boron (B)

0,01

0,01

Kobalt (Co)

0,002

m.a.

Ram (Cu)

0,01

0,002

Ħadid (Fe)

0,5

0,02

Manganiż (Mn)

0,1

0,01

Molibdenu (Mo)

0,001

0,001

Żingu

0,01

0,002

Dawn għandhom jiġu ddikjarati wara l-informazzjoni dwar il-makronutrijenti. Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:

(a)indikazzjoni tal-ismijiet u tas-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, elenkati fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-isem/ismijiet tal-kontrojon(i) tagħhom;

(b)Il-kontenut totali tal-mikronutrijenti espress bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa

fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;

fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u

f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;

(c)Fejn il-mikronutijent(i) dikjarat(i) ikun(u) kelat(i) b'aġent(i) kelanti, il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:

'kelat minn...' isem tal-aġent kelanti jew it-taqsira tiegħu, u l-ammont ta' mikronutrijent kelat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa;

(d)Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun fih mikronutijent(i) kumplessat(i) minn aġent(i) kumplessanti:

il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent: 'kumplessat minn ...', u l-ammont ta' mikronutrijent kumplessat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa; u

l-isem tal-aġent kumplessanti jew it-taqsira tiegħu.

(e)Id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Jintuża biss fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta. Taqbiżx ir-rata xierqa'.

PFC 1(B)(II): Fertilizzant organominerali likwidu

Fejn wieħed jew iktar mill-mikronutrijenti boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), huma preżenti fil-kontenut minimu indikat bħala perċentwal skont il-massa fit-tabella hawn taħt, għandhom

jiġu ddikjarati jekk jiżdiedu intenzjonalment mal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, u

jistgħu jiġu ddikjarati f'każijiet oħra:

Mikronutrijent

Perċentwal skont il-massa

Boron (B)

0,01

Kobalt (Co)

0,002

Ram (Cu)

0,002

Ħadid (Fe)

0,02

Manganiż (Mn)

0,01

Molibdenu (Mo)

0,001

Żingu

0,002

Dawn għandhom jiġu ddikjarati wara l-informazzjoni dwar il-makronutrijenti. Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:

(a)indikazzjoni tal-ismijiet u tas-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, elenkati fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-isem/ismijiet tal-kontrojon(i) tagħhom;

(b)Il-kontenut totali tal-mikronutrijenti espress bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa

fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;

fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u

f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;

(c)Fejn il-mikronutijent(i) dikjarat(i) ikun(u) kelat(i) b'aġent(i) kelanti, il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:

'kelat minn...' isem tal-aġent kelanti jew it-taqsira tiegħu, u l-ammont ta' mikronutrijent kelat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa;

(d)Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun fih mikronutijent(i) kumplessat(i) minn aġent(i) kumplessanti:

il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent: 'kumplessat minn ...', u l-ammont ta' mikronutrijent kumplessat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa; u

l-isem tal-aġent kumplessanti jew it-taqsira tiegħu.

(e)Id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Jintuża biss fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta. Taqbiżx ir-rata xierqa'.

PFC 1(C): Fertilizzant inorganiku

PFC 1(C)(I): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti

1.Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin relatati mal-makronutrijenti:

(a)in-nutrijenti dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni N-P-K;

(b)in-nutrijenti dikjarati manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na), bis-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni Mg-Ca-S-Na;

(c)in-numri li jindikaw il-kontenut totali tan-nutrijenti dikjarati nitroġenu (N), fosforu (P) jew potassju (K), segwiti minn numri fil-parentesi li jindikaw il-kontenut totali ta' manjeżju (Mg), kalċju (Ca), kubrit (S) jew sodju (Na);

(d)il-kontenut tan-nutrijenti ddikjarati li ġejjin, fl-ordni li ġejja u bħala perċentwal tal-fertilizzanti skont il-massa,

Nitroġenu (N) totali;

Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu nitriku;

Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu ammonjakali;

Nitroġenu (N) fil-forma ta' nitroġenu tal-urea;

Nitroġenu (N) mill-formaldeid tal-urea, isobutildendiurea, krotonilidendiurea;

Nitroġenu (N) min-nitroġenu ċjanammid;

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali;

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-ilma;

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali;

fejn ikun preżenti fosfat artab mitħun, pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-aċidu formiku;

Ossidu tal-potassju (K2O) solubbli fl-ilma;

ossidu tal-manjeżju (MgO), ossidu tal-kalċju (CaO), triossidu tal-kubrit (SO3) u ossidu tas-sodju (Na2O), espressi

fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;

fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u

f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali, u

(e)fejn tkun preżenti l-urea (CH4N2O), informazzjoni dwar l-impatti possibbli fuq il-kwalità tal-arja mir-rilaxx tal-ammonju mill-użu tal-fertilizzant, u stedina lill-utenti biex japplikaw il-miżuri ta' rimedju xierqa.

PFC 1(C)(I)(a): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti solidu

1.Il-fertilizzant għandu jkun tikkettat

(a)'kumpless', fejn kull partiċella jkollha n-nutrijenti ddikjarati kollha fil-kontenut iddikjarat tagħhom, u

(b)'taħlita' f'każijiet oħrajn.

2.Il-granulometrija tal-fertilizzant għandha tiġi indikata, espressa bħala perċentwal tal-prodott li jgħaddi minn għarbiel magħżul minn qabel.

3.Il-forma tal-partiċelli tal-prodott għandha tiġi indikata b'waħda minn dawn:

(a)Gran,

(b)gerbub,

(c)trab, fejn tal-anqas 90% tal-prodott ikun jista' jgħaddi minn għarbiel b'toqob ta' 10 mm, jew

(d)prill.

4.Għall-fertilizzanti miksija, l-isem tal-aġent(i) tal-kisi u l-perċentwal tal-fertilizzanti miksija minn kull aġent tal-kisi għandhom jiġu indikati u segwiti minn:

(a)Iż-żmien tar-rilaxx definit f'xhur tal-frazzjoni(jiet) miksija segwit mill-perċentwal ta' nutrijenti rilaxxati tul dan iż-żmien għal kull frazzjoni;

(b)L-isem tal-mezz (solvent jew substrat) użat fit-test imwettaq mill-manifattur biex jiġi ddeterminat iż-żmien tar-rilaxx;

(c)It-temperatura li fiha jitwettaq it-test;

(d)Għall-fertilizzanti miksija b'polimeru, id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Ir-rata tar-rilaxxi tan-nutrijenti tista' tvarja skont it-temperatura tas-substrat. Jista' jkun neċessarju aġġustament tal-fertilizzazzjoni'; u

(e)Għal fertilizzanti miksija bil-kubrit (S) u fertilizzanti miksija bil-kubrit (S)/polimeru, id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Ir-rata ta' rilaxx tan-nutrijenti tista' tvarja skont it-temperatura tas-substrat u l-attività bijoloġika. Jista' jkun neċessarju aġġustament tal-fertilizzazzjoni'.

5.Fejn wieħed jew iktar mill-mikronutrijenti boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), managniż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), huma preżenti fil-kontenut minimu indikat hawn taħt bħala perċentwal skont il-massa, għandhom

jiġu ddikjarati jekk jiżdiedu intenzjonalment mal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, u

jistgħu jiġu ddikjarati f'każijiet oħra:

Mikronutrijent

Maħsub għall-użu fuq l-għelejjel jew il-bwar

Maħsub għall-użu ortikulturali

Boron (B)

0,01

0,01

Kobalt (Co)

0,002

m.a.

Ram (Cu)

0,01

0,002

Ħadid (Fe)

0,5

0,02

Manganiż (Mn)

0,1

0,01

Molibdenu (Mo)

0,001

0,001

Żingu

0,01

0,002

Dawn għandhom jiġu ddikjarati wara l-informazzjoni dwar il-makronutrijenti. Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:

(a)indikazzjoni tal-ismijiet u tas-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, elenkati fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-isem/ismijiet tal-kontrojon(i) tagħhom;

(b)Il-kontenut totali tal-mikronutrijenti espress bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa

fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;

fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u

f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;

(c)Fejn il-mikronutijent(i) dikjarat(i) ikun(u) kelat(i) b'aġent(i) kelanti, il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:

'kelat minn...' isem tal-aġent kelanti jew it-taqsira tiegħu, u l-ammont ta' mikronutrijent kelat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa;

(d)Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun fih mikronutijent(i) kumplessat(i) minn aġent(i) kumplessanti:

il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent: 'kumplessat minn ...', u l-ammont ta' mikronutrijent kumplessat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa; u

l-isem tal-aġent kumplessanti jew it-taqsira tiegħu.

(e)Id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Jintuża biss fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta. Taqbiżx ir-rata xierqa'.

PFC 1(C)(I)(b): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti likwidi

1.Din it-tabella għandha tindika jekk il-fertilizzant ikunx f'sospensjoni jew f'soluzzjoni, fejn

sospensjoni tfisser dispersjoni ta' żewġ fażijiet fejn il-partiċelli solidi jinżammu f'sospensjoni fil-fażi likwida, u

soluzzjoni tfisser likwidu mingħajr partiċelli solidi.

2.Il-kontenut tan-nutrijenti għandu jiġi indikat bħala perċentwal skont il-massa jew il-volum tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

3.Fejn wieħed jew iktar mill-mikronutrijenti boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), managniż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), huma preżenti fil-kontenut minimu indikat hawn taħt bħala perċentwal skont il-massa, għandhom

jiġu ddikjarati jekk jiżdiedu intenzjonalment mal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, u

jistgħu jiġu ddikjarati f'każijiet oħra:

Mikronutrijent

Perċentwal skont il-massa

Boron (B)

0,01

Kobalt (Co)

0,002

Ram (Cu)

0,002

Ħadid (Fe)

0,02

Manganiż (Mn)

0,01

Molibdenu (Mo)

0,001

Żingu

0,002

Dawn għandhom jiġu ddikjarati wara l-informazzjoni dwar il-makronutrijenti. Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:

(a)indikazzjoni tal-ismijiet u tas-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti dikjarati, elenkati fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), manganiż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-isem/ismijiet tal-kontrojon(i) tagħhom;

(b)Il-kontenut totali tal-mikronutrijenti espress bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa

fejn dawk in-nutrijenti huma solubbli kompletament fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;

fejn il-kontenut solubbli ta' dawk in-nutrijenti huwa tal-inqas kwart tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u

f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali;

(c)Fejn il-mikronutijent(i) dikjarat(i) ikun(u) kelat(i) b'aġent(i) kelanti, il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:

'kelat minn...' isem tal-aġent kelanti jew it-taqsira tiegħu, u l-ammont ta' mikronutrijent kelat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa;

(d)Fejn il-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun fih mikronutijent(i) kumplessat(i) minn aġent(i) kumplessanti:

il-kwalifikatur li ġej wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent: 'kumplessat minn ...', u l-ammont ta' mikronutrijent kumplessat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa; u

l-isem tal-aġent kumplessanti jew it-taqsira tiegħu.

(e)Id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Jintuża biss fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta. Taqbiżx ir-rata xierqa'.

PFC 1(C)(II): Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti

1.Il-mikronutrijenti dikjarati fil-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandhom ikunu elenkati skont l-ismijiet u s-simboli kimiċi tagħhom fl-ordni li ġejja: boron (B), kobalt (Co), ram (Cu), ħadid (Fe), managniż (Mn), molibdenu (Mo) u żingu (Zn), segwiti mill-isem/ismijiet tal-kontrojon(i) tagħhom;

2.Fejn il-mikronutrijent(i) dikjarat(i) ikunu(u) kelat(i) minn aġent(i) kelanti, u kull aġent kelanti jkun jista' jiġi identifikat u kwantifikat u jikkela f'tal-anqas 1% ta' mikronutrijent solubbli fl-ilma, il-kwalifikant li ġej għandu jiżdied wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:

'kelat minn...' isem tal-aġent kelanti jew it-taqsira tiegħu, u l-ammont ta' mikronutrijent kelat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa.

3.Fejn il-mikronutrijent(i) dikjarat(i) ikun(u) kumplessat(i) minn aġent(i) kumplessanti, il-kwalifikant li ġej għandu jiżdied wara l-isem u l-identifikatur kimiku tal-mikronutrijent:

'kumplessat minn ...', u l-ammont ta' mikronutrijent kumplessat bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa, u

l-isem tal-aġent kumplessanti jew it-taqsira tiegħu.

4.Għandha tidher id-dikjarazzjoni li ġejja: 'Jintuża biss fejn hemm ħtieġa rikonoxxuta. Taqbiżx ir-rata xierqa'.

PFC 1(C)(II)(a): Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti sempliċi

1.It-tabella għandha tindika t-tipoloġija rilevanti, kif stipulat fit-tabella f'PFC 1(C)(II)(a) fil-Parti II tal-Anness I.

2.Il-kontenut totali tal-mikronutrijenti għandu jiġi espress bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa

fejn il-mikronutrijent huwa kompletament solubbli fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;

fejn il-kontenut solubbli tal-mikronutrijent ikun tal-anqas kwart tal-kontenut totali ta' dak in-nutrijent, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u

f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali.

PFC 1(C)(II)(b): Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti kompost

1.Il-mikronutrijenti jistgħu jiġu dikjarati biss jekk ikunu preżenti fil-fertilizzant fil-kwantitajiet li ġejjin:

Mikronutrijent

Mhux kelat, mhux kumplessat

Kelat jew kumplessat

Boron (B)

0,2

m.a.

Kobalt (Co)

0,02

0,02

Ram (Cu)

0,5

0,1

Ħadid (Fe)

2

0,3

Manganiż (Mn)

0,5

0,1

Molibdenu (Mo)

0,02

m.a.

Żingu

0,5

0,1

2.Jekk il-fertilizzanti ikun f'sospensjoni jew f'soluzzjoni, it-tikketta għandha tindika "f'sospensjoni" jew "f'soluzzjoni", skont kif ikun rilevanti.

3.Il-kontenut totali tal-mikronutrijenti għandu jiġi espress bħala perċentwal tal-fertilizzant skont il-massa

fejn il-mikronutrijenti huma kompletament solubbli fl-ilma, biss bħala l-kontenut solubbli fl-ilma;

fejn il-kontenut solubbli tal-mikronutrijenti jkun tal-anqas nofs tal-kontenut totali ta' dawk in-nutrijenti, il-kontenut totali u l-kontenut solubbli fl-ilma; u

f'każijiet oħra, bħala l-kontenut totali.

PFC 2: Materjal għat-trattament bil-ġir

Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati fl-ordni li ġejja:

Valur newtralizzanti;

Granulometrija, espressa bħala perċentwal tal-prodott li jgħaddi minn għarbiel magħżul minn qabel;

CaO totali, espress bħala perċentwal skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE;

MgO totali, espress bħala perċentwal skont il-massa tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE;

Reattività, barra mill-ġir tal-ossidu u tal-idrossidu; u

għall-gagazza u l-karbonati ta' oriġini naturali: metodu ta' determinazzjoni tar-reattività.

PFC 3: Tejjieb tal-ħamrija

Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati fl-ordni li ġejja, u espressi bħala perċentwal tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-massa:

Materja niexfa;

Kontenut tal-karbonju (C) organiku;

Kontenut totali ta' nitroġenu (N);

Kontenut totali ta' pentossidu tal-fosforu (P2O5);

Kontenut totali ta' ossidu tal-potassju (K2O);

Kontenut totali tar-ram (Cu) u ż-żingu (Zn) jekk ikun aktar minn 200 u 600 mg/kg f'materja niexfa rispettivament; u

pH.

PFC 4: Materjal għat-tkabbir

Il-parametri għandhom jiġu ddikjarati fl-ordni li ġejja:

Konduttività elettrika, barra mis-suf minerali;

pH;

Kwantità

Għas-suf minerali, espressa bħala għadd ta' biċċiet u t-tliet dimensjonijiet ta' tul, għoli u wisa',

Għal midja oħra tat-tkabbir ifformata minn qabel, espress bħala daqs f'tal-anqas żewġ dimensjonijiet, u

Għal midja oħra tat-tkabbir, espress bħala volum totali;

Barra minn midja ta' tkabbir ifformata minn qabel, il-kwantità espressa bħala volum tal-materjali b'daqsijiet tal-partiċelli akbar minn 60 mm;

Nitroġenu (N) totali;

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali; u

Ossidu tal-potassju (K2O) totali.

PFC 5: Addittiv agronomiku

Japplikaw biss r-rekwiżiti tat-tikkettar ġenerali għal din il-PFC.

PFC 6: Bijostimulant tal-pjanti

Għandhom ikunu preżenti l-elementi ta' informazzjoni li ġejjin:

(a)il-forma fiżika;

(b)id-data ta' manifattura u ta' skadenza;

(c)il-kundizzjonijiet ta’ ħażna;

(d)il-metodu(i) ta' applikazzjoni;

(e)id-doża, iż-żmien (stadju tal-iżvilupp tal-pjanti) u l-frekwenza tal-applikazzjoni;

(f)l-effett iddikjarat għal kull pjanta fil-mira; u

(g)kwalunkwe struzzjoni relevanti marbuta mal-effikaċja tal-prodott, inklużi prattiki ta' ġestjoni tal-ħamrija, il-fertilizzazzjoni kimika, l-inkompatibbiltà mal-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti, id-daqsijiet rakkomandati taż-żennuna tal-isprej u l-pressjoni tal-isprej rakkomandata.

PFC 6(A): Bijostimulant mikrobjali tal-pjanti

It-tikketta għandha tindika l-frażi li ġejja: 'Il-mikroorganiżmi jista' jkollhom il-potenzjal li jipprovokaw reazzjonijiet ta' sensitizzazzjoni'.

PFC 7: Taħlita ta' prodotti fertilizzanti

Ir-rekwiżiti tat-tikkettar kollha applikabbli għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE komponenti kollha japplikaw għat-taħlita ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE, u għandhom jiġu espressi b'rabta mat-taħlita tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE finali.

Parti 3
Regoli tat-tolleranza

1.Il-kontenut tan-nutrijenti ddikjarat jew il-karatteristiċi fiżikokimiċi ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jistgħu jiddevjaw mill-valur proprju biss f'konformità mat-tolleranzi stabbiliti f'din il-Parti għall-kategorija funzjonali tal-prodotti relevanti. It-tolleranzi huma maħsubin li jippermettu devjazzjonijiet fil-manifattura, il-kampjunar u l-analiżi.

2.It-tolleranzi permessi fir-rigward tal-parametri ddikjarati indikati f'din il-Parti huma valuri negattivi u pożittivi f'perċentwal skont il-massa.

3.Il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ma għandhomx jieħdu vantaġġi sistematiċi mit-tolleranzi.

4.B'deroga mill-paragrafu 1, il-kontenut proprju fi prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ta' komponent li għalih kontenut minimu jew massimu jkun speċifikat fl-Anness I jew l-Anness II qatt ma jista' jkun aktar baxx mill-kontenut minimu jew jaqbeż il-kontenut massimu.

PFC 1: Fertilizzant

PFC 1(A): Fertilizzant organiku

Tolleranza permissibbli għall-kontenut tan-nutrijenti ddikjarat u parametru ddikjarat ieħor

Karbonju organiku (C)

± 20 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Kontenut ta' materja niexfa

± 5,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Nitroġenu (N) totali

± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Nitroġenu (N) organiku

± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali

± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Ossidu tal-potassju (K2O) totali

± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Ossidu tal-manjeżju, ossidu tal-kalċju, triossidu tal-kubrit jew ossidu tas-sodju totali u solubbli fl-ilma

± 25 % tal-kontenut dikjarat ta' dawk in-nutrijenti sa massimu ta' 1,5 punti perċentwali f'termini assoluti.

Ram (Cu) totali

± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,5 punti perċentwali f'termini assoluti

Żingu (Zn) totali

± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Kwantità

- 5 % f'devjazzjoni relattiva tal-valur iddikjarat

PFC 1(B): Fertilizzant organominerali

Tolleranza permissibbli għall-kontenut dikjarat tal-forom tal-mikronutrijent inorganiku

N

P2O5

K2O

MgO

CaO

SO3 

Na2O

± 25 % tal-kontenut dikjarat tal-forom tan-nutrijenti preżenti sa massimu ta' 2 punti perċentwali f'termini assoluti

± 25 % tal-kontenut dikjarat ta' dawk in-nutrijenti sa massimu ta' 1,5 punti perċentwali f'termini assoluti.

± 25 % tal-kontenut dikjarat sa massimu ta' 0,9 punti perċentwali f'termini assoluti

Fertilizzanti ta' mikronutrijenti

Tolleranzi permissibbli għall-kontenut dikjarat ta' forom ta' mikronutrijent

Konċentrazzjoni inqas minn jew daqs 2 %

± 20 % tal-valur dikjarat

Konċentrazzjoni ta' bejn 2,1% u 10%

± 0,3 punti perċentwali f'termini assoluti

Konċentrazzjoni ta' iktar minn 10 %

± 1,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Karbonju organiku: ± 20 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Nitroġenu organiku: ± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Ram (Cu) totali    ± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,5 punti perċentwali f'termini assoluti

Żingu (Zn) totali    ± 50 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Kontenut ta' materja niexfa: ± 5,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Kwantità: -5% devjazzjoni relattiva tal-valur iddikjarat

PFC 1(C): Fertilizzant inorganiku

PFC 1(C)(I): Fertilizzant inorganiku ta' makronutrijenti

Tolleranzi permissibbli għall-kontenut dikjarat tal-forom tal-makronutrijent

N

P2O5

K2O

MgO

CaO

SO3 

Na2O

± 25 % tal-kontenut dikjarat tal-forom tan-nutrijenti preżenti sa massimu ta' 2 punti perċentwali f'termini assoluti

± 25 % tal-kontenut dikjarat ta' dawk in-nutrijenti sa massimu ta' 1,5 punti perċentwali f'termini assoluti.

± 25 % tal-kontenut dikjarat sa massimu ta' 0,9 punti perċentwali f'termini assoluti

Granulometrija: ± 10 % devjazzjoni relattiva applikabbli għall-perċentwal iddikjarat tal-materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku

Kwantità: ± 5 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

PFC 1(C)(II): Fertilizzant inorganiku ta' mikronutrijenti

Fertilizzanti ta' mikronutrijenti

Tolleranzi permissibbli għall-kontenut dikjarat ta' forom ta' mikronutrijent

Konċentrazzjoni inqas minn jew daqs 2 %

± 20 % tal-valur dikjarat

Konċentrazzjoni ta' bejn 2,1% u 10%

± 0,3 punti perċentwali f'termini assoluti

Konċentrazzjoni ta' iktar minn 10 %

± 1,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Kwantità: ± 5 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

PFC 2: Materjal għat-trattament bil-ġir

Tolleranzi permissibbli għall-parametru dikjarat

Valur newtralizzanti

± 3

Granulometrija

± 10 % devjazzjoni relattiva applikabbli għall-perċentwal dikjarat ta' materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku.

Ossidu tal-kalċju totali

± 3 punti perċentwali f'termini assoluti

Ossidu tal-manjeżju totali

Konċentrazzjoni taħt it-8 %

Konċentrazzjoni bejn 8 % u 16 %

Konċentrazzjoni aktar minn jew daqs 16 %

± 1,0 punti perċentwali f'termini assoluti

± 2,0 punti perċentwali f'termini assoluti

± 3,0 punti perċentwali f'termini assoluti

Reattività

± 15 punti perċentwali f'termini assoluti

Kwantità

- 5 % devjazzjoni relattiva applikabbli għall-valur iddikjarat

PFC 3: Tejjieb tal-ħamrija

Forom tan-nutrijent dikjarat u kriterji dikjarati tal-kwalità oħrajn

Tolleranzi permissibbli għall-parametru dikjarat

pH

± 0,7 fil-ħin tal-manifattura

± 1,0 fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Karbonju organiku (C)

± 10 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Nitroġenu (N) totali

± 20 % devjazzjoni relattiva sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) totali

± 20 % devjazzjoni relattiva sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Ossidu tal-potassju (K2O) totali

± 20 % devjazzjoni relattiva sa massimu ta' 1,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Materja niexfa

± 10 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat

Kwantità

- 5 % devjazzjoni relattiva tal-valur iddikjarat fil-ħin tal-manifattura

- 25 % devjazzjoni relattiva tal-valur iddikjarat fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Karbonju (C) org / Nitroġenu (N) org

± 20 % devjazzjoni relattiva tal-valur dikjarat sa massimu ta' 2,0 punt perċentwali f'termini assoluti

Granulometrija

± 10 % devjazzjoni relattiva applikabbli għall-perċentwal dikjarat ta' materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku.

PFC 4: Materjal għat-tkabbir

Forom għan-nutrijent dikjarat u kriterji dikjarati tal-kwalità oħrajn

Tolleranzi permissibbli għall-parametru dikjarat

Konduttività elettrika

± 50% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

± 75% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

pH

± 0,7 fil-ħin tal-manifattura

± 1,0 fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Kwantità skont il-volum (litri jew m³)

- 5% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

- 25% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Determinazzjoni tal-kwantità (volum) tal-materjali b'daqs tal-partiċella akbar minn 60 mm

- 5% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

- 25% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Determinazzjoni tal-kwantità (volum) ta' GM ifformati minn qabel

- 5% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

- 25% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Nitroġenu (N) solubbli fl-ilma

± 50% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

± 75% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Pentossidu tal-fosforu (P2O5) solubbli fl-ilma

± 50% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

± 75% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

Ossidu tal-potassju (K2O) solubbli fl-ilma

± 50% devjazzjoni relattiva fil-ħin tal-manifattura

± 75% devjazzjoni relattiva fi kwalunkwe ħin fil-katina tad-distribuzzjoni

PFC 6: Bijostimulant tal-pjanti

Kontenut dikjarat f'g/kg jew g/l f'20°C

Tolleranza permissibbli

Sa 25

± 15% devjazzjoni relattiva għal PFC 6

± 15% devjazzjoni relattiva meta l-bijostimulanti tal-pjanti jitħalltu ma' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE oħrajn skont il-PFC 7

Iktar minn 25 sa 100

± 10% devjazzjoni relattiva

Iktar minn 100 sa 250

± 6 % devjazzjoni relattiva

Iktar minn 250 sa 500

± 5 % devjazzjoni relattiva

Iktar minn 500

± 25 g/kg or ± 25 g/l

ANNESS IV
Proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità

Parti 1
Applikabbiltà tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità

Din il-Parti tistabbilixxi l-applikabbiltà tal-moduli ta' proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, kif inhu speċifikat fil-Parti 2 ta' dan l-Anness, għall-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE skont il-Kategoriji tal-Materjal Komponent tagħhom kif inhu speċifikat fl-Anness II ('CMC'), u l-Kategoriji Funzjonali ta' Prodott kif inhu speċifikat fl-Anness I ('PFC').

1.Applikabbiltà tal-kontroll tal-produzzjoni interna (Modulu A)

1.Il-modulu A jista' jintuża għal prodott fertilizzanti bit-tikketta CE li jkun kompost esklussivament minn

(a)sustanzi ta' materjal verġni jew taħlitiet kif speċifikat f'CMC 1,

(b)diġestati tal-għelejjel tal-enerġija kif inhu speċifikat f'CMC 4,

(c)prodotti sekondarji tal-industrija tal-ikel kif inhu speċifikat f'CMC 6,

(d)mikroorganiżmi kif speċifikat f'CMC 7,

(e)addittivi agronomiċi kif inhu speċifikat f'CMC 8, jew

(f)polimeri nutrijenti kif inhu speċifikat f'CMC 9.

2.Il-Modulu A jista' jintuża wkoll għal taħlita ta' prodotti fertilizzanti kif speċifikat f'PFC 7.

3.B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-Modulu A ma jistax jintuża għal

(a)fertilizzant inorganiku tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif speċifikat f'PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A), jew taħlita ta' prodott fertlizzanti li jkun fiha tali prodott,

(b)inibitur tan-nitrifikazzjoni kif inhu speċifikat f'PFC 5(A)(I),

(c)inibitur tal-ureażi kif speċifikat f'PFC 5(A)(II), jew

(d)bijostimulant tal-pjanti kif speċifikat f'PFC 6.

2.Applikabbiltà tal-kontroll tal-produzzjoni interna kif ukoll tal-ittestjar tal-prodotti taħt superviżjoni (Modulu A1)

Il-Modulu A1 għandu jintuża għal fertilizzanti inorganiċi tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif speċifikat f'PFC 1(C)(I)(a)(iii)(A), u għal taħlita ta' prodotti fertilizzanti kif inhu speċifikat f'PFC 7 li jkun fiha tali prodott.

3.Applikabbiltà ta' eżami tat-tip tal-UE (Modulu B) u konformità mat-tip abbażi tal-kontroll tal-produzzjoni interna (Modulu C)

1.Il-Modulu B flimkien mal-Modulu C jistgħu jintużaw għal prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kompost esklussivament minn wieħed jew aktar minn

(a)pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti mhux proċessati jew proċessati mekkanikament kif inhu speċifikat f'CMC 2,

(b)polimeri oħrajn barra minn polimeri nutrijenti kif inhu speċifikat f'CMC 10,

(c)ċerti prodotti sekondarji mill-annimali kif inhu speċifikat f'CMC 11, jew

(d)CMCs eliġibbli għall-Modulu A skont il-paragrafu 1 taħt l-Intestatura 1 dwar l-applikabbiltà ta' dak il-Modulu.

2.Il-Modulu B u l-Modulu C jistgħu jintużaw ukoll għal

(a)inibitur tan-nitrifikazzjoni kif inhu speċifikat f'PFC 5(A)(I),

(b)inibitur tal-ureażi kif inhu speċifikat f'PFC 5(A)(II),

(c)bijostimulant tal-pjanti kif inhu speċifikat f'PFC 6, u

(d)prodott eliġibbli għall-Modulu A skont il-paragrafu 2 taħt l-Intestatura 1 dwar l-applikabbiltà ta' dak il-Modulu.

3.Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-Modulu B u l-Modulu C ma għandhomx jintużaw għal fertilizzanti inorganiċi tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif inhu speċifikat f'PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A), jew taħlita ta' prodott fertilizzanti li jkun fiha tali prodott.

4.Applikabbiltà tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta' produzzjoni (Modulu D1)

1.Il-Modulu D1 jista' jintuża għal kwalunkwe prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

2.Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1, il-Modulu D1 ma għandux jintuża għal fertilizzanti inorganiċi tan-nitrat tal-ammonju, ta' makronutrijenti solidi sempliċi jew komposti, b'kontenut għoli ta' nitroġenu, kif inhu speċifikat f'PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A), jew taħlita ta' prodotti fertilizzanti li jkun fiha tali prodott.

Parti 2
Deskrizzjoni tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità

Modulu A - Kontroll tal-produzzjoni interna

1.Deskrizzjoni tal-modulu

1.Il-kontroll tal-produzzjoni interna huwa l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità fejn il-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fl-Intestaturi 2, 3 u 4 hawn taħt, u jiżgura u jiddikjara fuq responsabbiltà tiegħu biss li l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.

2.Dokumentazzjoni teknika

2.1Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mar-rekwiżiti relevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni xierqa tar-riskji.

2.2Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun relevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-użu tal-prodott fertilizzanti. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)deskrizzjoni ġenerali tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE,

(b)disinn kunċettwali u tpinġijiet u skemi tal-manifattura,

(c)deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għall-fehim ta' dawk it-tpinġijiet u l-iskemi u l-użu tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE,

(d)lista tal-istandards armonizzati applikati kompletament jew parzjalment, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali ta' dan ir-Regolament, inkluż lista ta' speċifikazzjonijiet komuni u speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,

(e)ir-riżultati tal-kalkoli ta’ disinni magħmula, l-eżamijiet imwettqa, eċċ.,u

(f)ir-rapporti tat-testijiet.

3.Manifatturar

3.Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess ta' manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE manifatturati mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Intestatura 2 hawn fuq u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.

4.Tikketta CE, dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

4.1.Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE ma' kull prodott fertilizzanti individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament.

4.2.Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE bil-miktub għal kull lott tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha takkumpanja kull prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

4.3.Kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha takkumpanja kull prodott fertilizzanti bit-tikketta CE.

5.Rappreżentant awtorizzat

5.L-obbligi tal-manifattur stipulati fl-Intestatura 4 hawn fuq jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dan ikun speċfikat fil-mandat.

Modulu A1 - Kontroll tal-produzzjoni interna kif ukoll ittestjar tal-prodott taħt superviżjoni

1.Deskrizzjoni tal-modulu

1.Il-kontroll intern tal-produzzjoni flimkien mal-ittestjar tal-prodotti taħt superviżjoni huwa l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità, fejn il-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fl-Intestaturi 2, 3, 4 u 5 hawn taħt, u jiżgura u jiddikjara fuq responsabbiltà esklussiva tiegħu li l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.

2.Dokumentazzjoni teknika

2.1.Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mar-rekwiżiti relevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni xierqa tar-riskji.

2.2.Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun relevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-użu tal-prodott fertilizzanti. Kull fejn ikun applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)deskrizzjoni ġenerali tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE,

(b)disinn kunċettwali u tpinġijiet u skemi tal-manifattura,

(c)deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għall-fehim ta' dawk it-tpinġijiet u l-iskemi u l-użu tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE,

(d)l-ismijiet u l-indirizzi tas-siti, u tal-operaturi tas-siti, li fihom ikunu ġew immanifatturati l-prodott u l-komponenti prinċipali tiegħu,

(e)lista tal-istandards armonizzati applikati kompletament jew parzjalment, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali ta' dan ir-Regolament, inkluż lista ta' speċifikazzjonijiet komuni u speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,

(f)ir-riżultati tal-kalkoli ta’ disinni magħmula, l-eżamijiet imwettqa, eċċ.,u

(g)ir-rapporti tat-testijiet.

3.Manifatturar

3.Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex il-proċess ta' manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE manifatturati mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Intestatura 2 hawn fuq u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

4.Kontrolli tal-prodotti għar-ritenzjoni taż-żejt u r-reżistenza għad-detonazzjoni

4.Iċ-ċikli u t-testijiet msemmija taħt l-Intestaturi 4.1-4.3 hawn taħt għandhom jitwettqu fuq kampjun rappreżentattiv tal-prodott tal-inqas kull 3 xhur f'isem il-manifattur, sabiex tiġi vverifikata l-konformità ma'

(a)ir-rekwiżit tar-ritenzjoni taż-żejt imsemmi fil-paragrafu 4 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, u

(b)ir-rekwiżit ta' reżistenza għad-detonazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

It-testijiet għandhom jitwettqu b'responsabbiltà tal-korp innotifikat, magħżul mill-manifattur.

4.1.Ċikli termali qabel test għall-konformità mar-rekwiżit ta' ritenzjoni taż-żejt imsemmi fil-paragrafu 4 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I

4.1.1.Prinċipju u definizzjoni

4.1.1.Fi flask Erlenmeyer, saħħan il-kampjun minn temperatura ambjentali għal 50°C u żomm din it-temperatura għal perjodu ta' sagħtejn (fażi f'50°C). Wara li tagħmel dan berred il-kampjun sakemm tintlaħaq it-temperatura ta’ 25°C u żomm din it-temperatura għal sagħtejn (il-fażi f'25°C). Il-kombinazzjoni tal-fażijiet suċċessivi f'50°C u 25°C tifforma ċiklu termali wieħed. Wara li jiġi soġġett għal żewġ ċikli termali, il-kampjun tat-test jinżamm f'temperatura ta' 20 (±3)°C biex jiġi ddeterminat il-valur ta' ritenzjoni taż-żejt.

4.1.2.Apparat

4.1.2.Apparat normali tal-laboratorju, partikolarment:

(a)banjumarija b'termostat f'25 (± 1) u 50 (± 1)°C rispettivament,

(b)Flask Erlenmeyer b’kapaċità individwali ta’ 150 ml.

4.1.3.Proċedura

4.1.3.1.Poġġi kull kampjun tat-test ta' 70 ( 5) gramma fi flask Erlenmeyer li jiġi ssiġillat b'tapp.

4.1.3.2.Ċaqlaq il-flask kull sagħtejn mill-banju ta’ 50°C għall-banju ta’ 25°C u viċe versa.

4.1.3.3.Żomm l-ilma f’kull banju f’temperatura kostanti u żomm ċertu moviment billi tħawwad b'mod rapidu sabiex tassigura li l-livel tal-ilma jkun 'il fuq mil-livell tal-kampjun. Ipproteġi t-tapp mill-kondensazzjoni b'għata tal-lastiku tal-fowm.

4.2.Ċikli termali qabel it-test tar-reżistenza għad-detonazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I

4.2.1.Prinċipju u definizzjoni

4.2.1.F’kaxxa ssiġillata mill-ilma, saħħan il-kampjun minn temperatura ambjentali għal 50°C u żomm f’din it-temperatura għal perjodu ta’ siegħa (il-fażi f'50°C). Wara dan berred il-kampjun sakemm tintlaħaq temperatura ta’ 25°C u żomm f’dik it-temperatura għal siegħa (il-fażi f'25°C). Il-kombinazzjoni tal-fażijiet suċċessivi f'50°C u 25°C tifforma ċiklu termali wieħed. Wara li jiġi suġġett għall-għadd meħtieġ ta' ċikli termali, il-kampjun tat-test jinżamm f'temperatura ta' 20 (±3)°C sakemm isir it-test tad-detonabbiltà.

4.2.2.Apparat

(a)Banjumarija, b'termostat f'temperatura f'firxa bejn 20 u 51°C b'rata minima ta' tisħin u ta' tkessiħ ta' 10°C/siegħa, jew żewġ banijietmarija, wieħed b'termostat għal temperatura ta' 20°C, u l-ieħor b'temperatura ta' 51°C. L-ilma fil-banjijiet jitħallat kontinwament; il-volum tal-banju għandu jkun kbir biżżejjed biex jiggarantixxi ċirkolazzjoni tajba tal-ilma.

(b)Kaxxa tal-azzar li ma jsaddadx, issiġillata mill-ilma mad-dawra kollha u fornuta b'termokoppja fiċ-ċentru. Il-wisa' ta' barra tal-kaxxa hija ta' 45 (± 2) mm u l-ħxuna tal-ġenb hija ta' 1,5 mm (ara l-Grafika 1) . L-għoli u t-tul tal-kaxxa jistgħu jintgħażlu sabiex ikunu adattati għall-qisien tal-banjumarija, pereżempju tul ta' 600 mm, wisa’ ta' 400 mm.

4.2.3.Proċedura

4.2.3.Qiegħed kwantità biżżejjed ta’ fertilizzanti għal detonazzjoni waħda fil-kaxxa u agħlaq l-għatu. Poġġi l-kaxxa fil-banjumarija. Saħħan l-ilma sa 51°C u kejjel it-temperatura fiċ-ċentru tal-fertilizzant. Siegħa wara li t-temperatura fiċ-ċentru tkun laħqet 50°C, berred l-ilma. Siegħa wara li t-temperatura fiċ-ċentru tkun laħqet 25°C saħħan l-ilma sabiex tibda t-tieni ċiklu. F'każ ta’ żewġ banjijietmarija, ittrasferixxi l-kaxxa lejn il-banju l-ieħor wara kull perjodu ta’ tisħin/tberrid.

Grafika 1

4.3.Test ta' reżistenza għad-detonazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 taħt PFC 1(C)(I)(a)(i-ii)(A) fl-Anness I

4.3.1.Deskrizzjoni

4.3.1.1It-test għandu jitwettaq fuq kampjun rappreżentattiv tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE. Qabel ma tiġi ttestjata għar-reżistenza għad-detonazzjoni, il-massa sħiħa tal-kampjun għandha tgħaddi minn ħames ċikli termali li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet taħt l-intestatura 4.2 ta' hawn fuq.

4.3.1.2.Il-prodott fertilizzanti għandu jkun soġġett għat-test ta' reżistenza għad-detonazzjoni f'tubu tal-azzar orizzontali bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)tubu sħiħ tal-azzar,

(b)Tul tat-tubu: Tal-inqas 1,000 mm

(c)Dijametru nominali estern: Tal-inqas 114 mm,

(d)Ħxuna nominali tal-ġnub tat-tubu: Tal-inqas 5 mm,

(e)Buster: it-tip u l-massa tal-buster magħżul għandhom ikunu tali li jimmassimizzaw il-pressjoni tad-detonazzjoni applikata fuq il-kampjun sabiex tiġi ddeterminata s-suxxettibbiltà tiegħu għat-trażmissjoni tad-detonazzjoni,

(f)Temperatura tat-test: 15-25°C,

(g)Ċilindri taċ-ċomb bħala xhieda tas-sejbien tad-detonazzjoni: dijametru ta' 50 mm u għoli ta' 100 mm

(h)imqegħdin f’intervalli ta’ 150 mm u li jirfdu t-tubi b’mod orizzontali. It-test għandu jsir darbtejn. It-test jitqies li huwa konklussiv jekk fiż-żewġ testijiet wieħed jew aktar miċ-ċilindri ta' sostenn taċ-ċomb jitgħaffeġ b’anqas minn 5 %.

4.3.2.Prinċipju

4.3.2.Il-kampjun tat-test jinżamm f’tubu tal-azzar u jiġi soġġett għal xokk tad-detonazzjoni minn ċarġ splussiv tal-buster. Il-propagazzjoni tad-detonazzjoni tiġi ddeterminata mill-grad tat-tgħaffiġ taċ-ċilindri taċ-ċomb li fuqhom it-tubu jistrieħ b’mod orizzontali matul it-test.

4.3.3.Materjali

(a)Splussiv tal-plastik li jkun fih 83 sa 86 % pentrite

Densità: 1 500 sa 1 600 kg/m3 

Veloċità tad-detonazzjoni: 7 300 sa 7 700 m/s

Massa: 500 (± 1) gramma.

(b)Seba’ tulijiet ta’ spaga flessibli detonanti b’kisja mhux metallika

Massa tal-mili: 11 sa 13 g/m

Tul ta’ kull spaga: 400 (± 2) mm.

(c)Gerbub ikkompressat ta’ splussiv sekondarju, imħaffer 'il ġewwa sabiex jirċievi d-detonatur

Splussiv: Eżoġen/xama' 95/5 jew tetril jew splussiv sekondarju simili, bil-grafit miżjud jew mingħajru.

Densità: 1 500 sa 1 600 kg/m3

Dijametru: 19 sa 21 mm

Għoli: 19 sa 23 mm

Imħaffer 'l ġewwa fiċ-ċentru sabiex jirċievi d-detonatur: Dijametru ta' 7 sa 7,3 mm, fond ta' 12 mm.

(d)Tubu tal-azzar sħiħ kif speċifikat fl-ISO 65 - 1981 - Heavy Series, b’dimensjonijiet nominali DN 100 (4")

Dijametru ta’ barra: 113,1 sa 115,0 mm

Ħxuna tal-ġnub: 5,0 sa 6,5 mm

Tul: 1 005 (± 2) mm.

(e)Parti tal-qiegħ

Materjal: azzar ta’ kwalità tajba li jista' jiġi wweldjat

Dimensjonijiet: 160 × 160 mm

Ħxuna: 5 sa 6 mm.

(f)Sitt ċilindri taċ-ċomb

Dijametru: 50 (± 1) mm

Għoli: 100 sa 101 mm

Materjali: ċomb artab, b’tal-anqas 99.5 % purità.

(g)Blokka tal-azzar

Tul: tal-inqas 1 000 mm

Wisa': tal-inqas 150 mm

Għoli: tal-inqas 150 mm

Massa: tal-inqas 300 kg jekk ma jkunx hemm bażi soda għall-blokka tal-azzar.

(h)Ċilindru tal-plastik jew tal-kartun għaċ-ċarġ tal-buster

Ħxuna tal-ġnub: 1,5 sa 2,5 mm

Dijametru: 92 sa 96 mm

Għoli: 64 sa 67 mm.

(i)Detonatur (tal-elettriku jew mhux tal-elettriku) b’forza ta' inizjazzjoni ta' 8 sa 10

(j)Diska tal-injam

Dijametru: 92 sa 96 mm. Id-dijametru għandu jitqabbel mad-dijametru intern taċ-ċilindu tal-plastik jew tal-kartun (il-punt (h) hawn fuq)

Ħxuna: 20 mm.

(k)Lasta tal-injam bl-istess dimensjonijiet bħad-detonatur (il-punt (i) hawn fuq).

(l)Labar tar-ras (tul massimu ta' 20 mm)

4.3.4.Proċedura

4.3.4.1.Preparazzjoni taċ-ċarġ tal-buster għall-inseriment fit-tubu tal-azzar

4.3.4.1.Skont id-disponibbiltà tal-apparat, l-isplussiv jista' jinbeda fiċ-ċarġ tal-buster jew

b'inizjazzjoni simultanja ta' seba' punti kif inhu stipulat fl-Intestatura 4.3.4.1.1 hawn taħt, jew

b'inizjazzjoni ċentrali tal-gerbub ikkompressat kif indikat fl-Intestatura 4.3.4.1.2. hawn taħt.

4.3.4.1.1.Inizjazzjoni simultanja b'seba’ punti

4.3.4.1.1.Iċ-ċarġ tal-buster imħejji għall-użu jidher fil-Grafika 2 hawn taħt.

4.3.4.1.1.1.Taqqab toqob fid-diska tal-injam (il-punt (j) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) parallelli għall-assi tad-diska miċ-ċentru u minn sitt punti distribwiti b'mod simetriku madwar ċirku konċentriku b'dijametru ta' 55 mm. Id-dijametru tat-toqob għandu jkun bejn 6 u 7 mm (ara t-Taqsima A-B fil-Grafika 2), skont id-dijametru tal-ispaga ta' detonazzjoni użata (il-punt (b) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq).

4.3.4.1.1.2.Aqta' seba' tulijiet ta' spag ta' detonazzjoni flessibbli (il-punt (b) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) kull waħda twila 400 mm, filwaqt li tevita li titlef l-isplussiv f'kull tarf billi taqta' qatgħa definita u tissiġilla t-tarf immedjatament bl-adeżiv. Imbotta kull waħda mis-seba' tulijiet ġos-seba' toqob fid-diska tal-injam (il-punt (j) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) sakemm it-truf joħorġu ftit ċentimetri fuq in-naħa l-oħra tad-diska. Wara daħħal labra tal-ħjata żgħira (il-punt (l) taħt l-Intestura 4.3.3. hawn fuq) b'mod trasversali fil-komma tat-tessut ta' kull tul tal-ispaga minn 5 sa 6 mm mit-tarf u waħħal l-adeżiv madwar il-parti ta' barra tat-tulijiet tal-ispag f'banda 2 cm wiesgħa ħdejn il-labra. Fl-aħħarnett, iġbed il-biċċa t-twila ta’ kull spaga sabiex twassal il-labra f’kuntatt mad-diska tal-injam.

4.3.4.1.1.3.Ifforma l-isplussiv tal-plastik (il-punt (a) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) biex toħloq ċilindru ta' 92 sa 96 mm fid-dijametru, skont id-dijametru taċ-ċilindru (il-punt (h) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq). Poġġi dan iċ-ċilindru wieqaf fuq wiċċ ċatt u daħħal l-isplussiv iffurmat. Imbagħad daħħal id-diska tal-injam 17 bis-seba' tulijiet tal-ispaga tad-detonazzjoni fin-naħa ta' fuq taċ-ċilindru u agħfasha 'l isfel fuq l-isplussiv. Aġġusta l-għoli taċ-ċilindru (64 sa 67 mm) biex ix-xifer ta’ fuq tiegħu ma jestendix lill hinn mil-livell tal-injama. Finalment, waħħal iċ-ċilindru mad-diska tal-injam, pereżempju bi staples jew imsiemer żgħar, madwar iċ-ċirkonferenza kollha tagħha.

4.3.4.1.1.4.Iġbor fi grupp it-truf ħielsa tas-seba' tulijiet tal-ispag ta' detonazzjoni madwar iċ-ċirkonferenza tal-lasta tal-injam (il-punt (k) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) biex b'hekk it-truf tagħhom kollha jkunu livell fi pjan perpendikolari mal-lasta . Orbothom f'lott madwar il-lasta permezz tal-adeżiv 18 .

4.3.4.1.2.Inizjazzjoni ċentrali tal-gerbub ikkompressat

4.3.4.1.2.Iċ-ċarġ tal-buster kif imħejjija għall-użu tidher fil-Grafika 3.

4.3.4.1.2.1.Preparazzjoni tal-gerbub ikkompressat

4.3.4.1.2.1.Filwaqt li tieħu l-prekawzjonijiet tas-sikurezza neċessarji, poġġi 10 grammi ta' splussiv sekondarju (il-punt (c) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) f'forma b'dijamentru minn ġewwa ta' 19 sa 21 mm u kkumpressa l-forma u d-densità fil-forma korretta. (Il-porzjon tad-dijametru: għoli għandu jkun bejn wieħed u ieħor 1:1). Fiċ-ċentru tal-qiegħ tal-forma hemm feles, għoli 12-il mm u b’dijamteru ta’ 7.0 sa 7,3 mm (jiddependi mid-dijametru tad-detonatur użat), li jifforma daħla ċilindrika fl-iskartoċċ ikkompressat biex eventwalment jiddaħħal id-detonatur.

4.3.4.1.2.2.Preparazzjoni taċ-ċarġ tal-buster

4.3.4.1.2.2.Poġġi l-isplussiv (il-punt (a) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) fiċ-ċilindru (il-punt (h) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) f'pożizzjoni wieqfa fuq livell lixx, imbagħad imbuttah 'l isfel b'ċipp tal-injam biex l-isplussiv jingħata forma ta' ċilindru b'daħla mħaffra 'l ġewwa ċentrali. Daħħal il-gerbub ikkompressat f’din id-daħla. Għatti l-isplussiv forma ta' ċilindru li jkun fih il-gerbub ikkumpressat b'diska tal-injam (il-punt (j) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) li jkollha toqba fin-nofs b'dijamentru bejn 7.0 u 7,3 mm biex jiddaħħal id-detonatur. Waħħal id-diska tal-injam u ċ-ċilindru flimkien b’żigarella adeżiva f’forma ta’ salib. Kun ċert li t-toqba mtqabba fid-diska u l-għafsa fil-gerbub ikkumpressat ikunu koassjali billi ddaħħal il-lasta tal-injam (il-punt (k) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq).

4.3.4.2.Preparazzjoni tat-tubi tal-azzar għat-testijiet tad-detonazzjoni

4.3.4.2.F'tarf minnhom tat-tubu tal-azzar (il-punt (d) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq), taqqab żewġ toqbiet li jkunu dijametrikament opposti ta' 4 mm fid-dijametru b'mod perpendikulari mill-ħajt tal-ġenb f'distanza ta' 4 mm mit-tarf. Iwweldja l-pjanċa ta' taħt (il-punt (e) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) mat-tarf oppost tat-tubu, filwaqt li timla kompletament l-angolu perpendikolari bejn il-pjanċa ta' taħt u l-ġenb tat-tubu b'metall iwweldjat madwar iċ-ċirkonferenza kollha tat-tubu .

4.3.4.3.Mili u kkargar tat-tubu tal-azzar

4.3.4.3.Ara l-Grafiki 2 u 3.

4.3.4.3.1.Il-kampjun tat-test, it-tubu tal-azzar u ċ-ċarġ tal-buster għandhom ikunu kkundizzjonati għal temperaturi ta' 20 ( 5)°C. Huma meħtieġa minn 16 sa 18 kg tal-kampjun tat-test għal żewġ testijiet ta' detonazzjoni.

4.3.4.3.2.1Poġġi t-tubu wieqaf bil-qiegħ kwadru tiegħu jistrieħ fuq wiċċ sod u ċatt u preferibbilment tal-konkrit. Imla t-tubu sa terz tal-għoli tiegħu bil-kampjun tat-test u itilqu biex jaqa’ 10 cm vertikalment mal-art għal ħames darbiet sabiex il-prilli jew il-bċejjeċ żgħar ikunu kkompresati kemm jista' jkun qrib xulxin fit-tubu. Biex taċċellera l-kompattezza, oħloq vibrazzjoni fit-tubu billi tagħti daqqiet mal-ġenb b'martell ta' 750 sa 1,000 gramma bejn it-twaqqigħ għal total ta' 10 darbiet.

4.3.4.3.2.2.Irrepeti dan il-metodu tal-ikkargar b’porzjon ieħor tal-kampjun tat-test. Finalment, għandha ssir żieda oħra sabiex, wara l-ippressar billi terfa’ u titlaq it-tubu għal 10 darbiet u total ta’ 20 daqqa intermittenti b'martell, l-ikkargar jimla t-tubu sa distanza ta’ 70 mm mit-tarf tiegħu.

4.3.4.3.2.3L-għoli tal-mili tal-kampjun għandu jiġi aġġustat fit-tubu tal-ħadid biex iċ-ċarġ tal-buster (imsemmi hawn fuq taħt l-Intestatura 4.3.4.1.1 jew 4.3.4.1.2.) li għandha tiddaħħal aktar tard tkun f'kuntatt mill-qrib mal-kampjun tul il-wiċċ kollu tiegħu.

4.3.4.3.3.Daħħal iċ-ċarġ tal-buster fit-tubu sabiex din tkun f’kuntatt mal-kampjun; il-wiċċ ta' fuq tad-diska tal-injam għandu jkun 6 mm taħt it-tarf tat-tubu. Assigura kuntatt mil-qrib li huwa essenzjali bejn l-isplussiv u l-kampjun tat-test billi żżid jew tnaqqas kwantitajiet żgħar tal-kampjun. Kif muri fil-Grafiki 2 u 3, għandhom jiddaħlu pinns maqsumin mit-toqob qrib it-tarf il-miftuħ tat-tubu u s-saqajn tagħhom għandhom jinfetħu u jiġu ċċattjati mat-tubu.

4.3.4.4.Pożizzjonar tat-tubu tal-azzar u taċ-ċilindri taċ-ċomb (ara l-Grafika 4)

4.3.4.4.1.Agħti numru lill-bażijiet taċ-ċilindri taċ-ċomb (il-punt (f) taħt l-Intestatura 4.3.3. hawn fuq) minn 1 sa 6. Agħmel sitt marki 150 mm bogħod minn xulxin fuq il-linja ċentrali tal-blokka tal-azzar (4.3.7) fuq bażi orizzontali, bl-ewwel marka mill-anqas 75 mm mit-tarf tal-blokka. Poġġi ċilindru taċ-ċomb wieqaf fuq kull waħda minn dawk il-marki, bil-bażi ta' kull ċ-ċilindru ċċentralizzata fuq il-marka tiegħu.

4.3.4.4.2.Poġġi t-tubu tal-azzar imħejji skont 4.3.4.3. orizzontalment fuq iċ-ċilindri taċ-ċomb biex b'hekk li l-assi tat-tubu jkun parallel mal-linja ċentrali tal-blokka tal-azzar u t-tarf iwweldjat tat-tubu jkun jestendi 50 mm lill hinn miċ-ċilindru taċ-ċomb Nru 6. Sabiex tipprevjeni li t-tubu jitgerbeb, deffes feles żgħir tal-injam bejn il-parti ta’ fuq taċ-ċilindri taċ-ċomb u l-ġenb tat-tubu (wieħed fuq kull naħa) jew qiegħed salib tal-injam bejn it-tubu u l-blokka tal-azzar.

Nota: Kun ċert li t-tubu jkun f’kuntatt mas-sitt ċilindri taċ-ċomb kollha; il-kurvatura sottili fil-wiċċ tat-tubu tista' tkun ikkompensata bid-dawrien tat-tubu tul l-assi lonġitudinali tiegħu; jekk xi wieħed miċ-ċilindri taċ-ċomb ikunu twil wisq, taptap iċ-ċilindru partikolari bil-mod bil-martell sakemm jintlaħaq l-għoli meħtieġ.

4.3.4.5.Tħejjija għad-detonazzjoni

4.3.4.5.1.Ħejji l-apparat kif deskritt fl-Intestatura 4.3.4.4. f'bunker jew f'sit taħt l-art imħejji kif xieraq (pereżempju, mina jew passaġġ). Kun ċert li t-temperatura tat-tubu tal-azzar tinżamm f'20 ( 5)°C qabel id-detonazzjoni.

Nota: Jekk tali siti ta' sparar ma jkunux disponibli, ix-xogħol jista', jekk ikun meħtieġ, isir f’fossa miksija bil-konkrit li tkun mgħottija bi travi tal-injam. Id-detonazzjoni tista' tikkawża li biċċiet tal-azzar jiġu proġettati b'enerġija kinetika għolja, għalhekk, l-isparar għandu jsir f'distanza xierqa bogħod mid-djar jew mit-toroq.

4.3.4.5.2.Jekk jintuża ċ-ċarġ tal-buster b'inizjazzjoni ta' seba' punti, kun ċert li l-ispag ta' detonazzjoni jkunu mġebbdin kif inhu deskritt fin-nota f'qiegħ il-paġna mal-paragrafu 4.3.4.1.1.4 hawn fuq u mqegħdin b'mod kemm jista' jkun orizzontali.

4.3.4.5.3.Finalment, neħħi l-lasta tal-injam u ssostitwixxiha bid-detonatur. L-isparar ma għandux isir qabel ma ż-żona ta' periklu tiġi evakwata u l-persunal li jkun qed iwettaq it-test jistkenn.

4.3.4.5.4.Detonazzjoni tal-isplussiv.

4.3.4.6.1Ħalli żmien biżżejjed għad-dħaħen (prodotti ta’ dikompożizzjoni gassużi u kultant tossiċi, bħalma huma l-gassijiet nitrużi) biex jixterdu, imbagħad iġbor iċ-ċilindri taċ-ċomb u kejjel l-għoli tagħhom b’Vernier caliper.

4.3.4.6.2.Irreġistra għal kull wieħed miċ-ċilindri taċ-ċomb immarkati, il-grad tat-tgħaffiġ espress bħala perċentwal tal-għoli oriġinali ta’ 100 mm. Jekk iċ-ċilindri jitgħaffgu laġenba, irreġistra l-anqas u l-akbar valuri u kkalkola l-medja.

4.3.4.7.Tista' tintuża sonda għal kejl kontinwu tal-veloċità tad-detonazzjoni; is-sonda tista' tiddaħħal b’mod lonġitudinali sal-assi tat-tubu jew matul il-ġenb tiegħu.

4.3.4.8.Għandhom jitwettqu żewġ testijiet ta' detonazzjoni għal kull kampjun.

4.3.5.Rapport tat-test

4.3.5.Il-valuri ta’ dawn il-parametri li ġejjin għandhom jingħataw fir-rapport tat-test għal kull wieħed mit-testijiet tad-detonazzjoni:

il-valuri attwalment imkejla fid-dijametru estern tat-tubu tal-azzar u għall-ħxuna tal-ġnub,

l-ebusija Brinell tat-tubu tal-azzar,

it-temperatura tat-tubu u tal-kampjun ftit qabel l-isparar,

id-densità tal-ippakkjar (kg/m3) tal-kampjun fit-tubu tal-azzar,

l-għoli ta’ kull ċilindru taċ-ċomb wara l-isparar, bi speċifikazzjoni tan-numru korrespondenti taċ-ċilindru,

il-metodu tal-isparar użat għaċ-ċarġ tal-buster.

4.3.5.1.Evalwazzjoni tar-riżultati tat-test

4.3.5.1.Jekk, f'kull sparatura, it-tgħaffiġ ta' tal-anqas ċilindru taċ-ċomb wieħed ikun anqas minn 5%, it-test għandu jitqies konklussiv.

Grafika 2

Grafika 3

Grafika 4

5.Marka tal-konformità u dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE

5.1.Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE ma' kull prodott fertilizzanti individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament.

5.2.Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE bil-miktub għal kull lott tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tidentifika l-prodott fertilizzanti li għalih tkun tfasslet.

6.Rappreżentant awtorizzat

6.L-obbligi tal-manifattur stipulati fl-Intestatura 5 hawn fuq jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dan ikun speċfikat fil-mandat.

Modulu B - Eżami tat-tip tal-UE

1.L-eżami tat-tip tal-UE huwa parti minn proċedura ta' valutazzjoni ta' konformità li fiha korp innotifikat jeżamina d-disinn tekniku ta' prodott fertilizzanti u jivverifika u jaċċerta li d-disinn tekniku tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

2.Il-valutazzjoni tal-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jista' jitwettaq permezz ta' eżami tad-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta' sapport imsemmija fil-paragrafu 3.2 hawn taħt, kif ukoll eżami tal-kampjuni li jirrappreżentaw il-produzzjoni prevista, ta' parti kritika waħda jew aktar tal-komponenti tal-prodott (taħlita ta' tip ta' produzzjoni u tip ta' disinn).

3.1.Il-manifattur għandu jressaq applikazzjoni għal eżami tat-tip tal-UE ma' korp innotifikat wieħed tal-għażla tiegħu.

3.2.L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni titressaq minn rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll,

(b)dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma tressqet għand l-ebda korp innotifikat ieħor,

(c)id-dokumentazzjoni teknika; Id-dokumentazzjoni teknika għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament u għandha tinkludi analiżi xierqa u valutazzjoni tar-riskji. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun relevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-użu tal-prodott fertilizzanti. Kull fejn ikun applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:

deskrizzjoni ġenerali tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE,

disinn kunċettwali u tpinġijiet u skemi tal-manifattura

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għall-fehim ta' dawk it-tpinġijiet u l-iskemi u l-użu tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE,

lista tal-istandards armonizzati applikati kompletament jew parzjalment, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali ta' dan ir-Regolament, inkluż lista ta' speċifikazzjonijiet komuni u speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,

riżultati tal-kalkoli ta’ disinni magħmula, eżamijiet imwettqa, eċċ.,

rapporti tat-testijiet, u

fejn il-prodott jikkonsisti minn jew jinkludi prodotti sekondarji mill-annimali fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, id-dokumenti kummerċjali jew iċ-ċertifikati meħtieġa skont dak ir-Regolament, u evidenza li l-prodotti sekondarji mill-annimali jkunu waslu fil-punt finali fil-katina ta' manifattura fi ħdan it-tifsira ta' dak ir-Regolament;

(d)il-kampjuni rappreżentattivi tal-produzzjoni prevista. Il-korp innotifikat jista’ jitlob aktar kampjuni jekk ikunu meħtieġa għat-twettiq tal-programm tat-test;

(e)l-evidenza ta’ sapport għall-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn tekniku. Din l-evidenza ta’ sapport għandha tinkludi kull dokument li jkun intuża, b’mod partikolari fejn l-istandards armonizzati rilevanti ma jkunux ġew applikati kompletament. L-evidenza ta' sapport għandha tinkludi, fejn dan ikun neċessarju, ir-riżultati tat-testijiet imwettqa skont speċifikazzjonijiet tekniċi relevanti oħrajn mil-laboratorju xieraq tal-manifattur, jew minn laboratorju ta' ttestjar ieħor, f'ismu jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

4.Il-korp innotifikat għandu:

(a)Għall-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE:

(1)jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u l-evidenza ta' sapport sabiex jivvaluta l-adegwatezza tad-disinn tekniku tal-prodott fertilizzanti;

(b)Għall-kampjun(i):

(2)jivverifika li l-kampjun(i) ikun(u) ġie/ġew immanifatturat(i) f'konformità mad-dokumentazzjoni teknika, u jidentifika l-elementi li jkunu ġew iddisinjati f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istandards armonizzati relevanti u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, kif ukoll l-elementi li jkun ġew iddisinjati skont speċifikazzjonijiet tekniċi relevanti oħrajn;

(3)jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, jew iqabbad lil min jagħmilhom, biex jiċċekkja jekk, fejn il-manifattur ikunx għażel li japplika s-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati rilevanti u/jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, dawn ikunux ġew applikati b'mod korrett;

(4)iwettaq eżamijiet u testijiet xierqa, jew iqabbad lil min jagħmilhom, sabiex jiċċekkja jekk, fejn is-soluzzjonijiet fl-istandards armonizzati relevanti u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jkunux ġew applikati, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali li jikkorrispondu ma' dan ir-Regolament;

(5)jiftiehem mal-manifattur dwar post fejn se jitwettqu l-eżamijiet u t-testijiet.

5.Il-korp innotifikat għandu jħejji rapport ta’ evalwazzjoni li jirreġistra l-attivitajiet li jkunu twettqu skont il-punt 4 u r-riżultati tagħhom. Mingħajr ħsara għall-obbligi tiegħu fil-konfront tal-awtoritajiet notifikanti, il-korp innotifikat għandu joħroġ il-kontenut ta’ dak ir-rapport, kollu jew parti minnu, biss bi ftehim mal-manifattur.

6.1.Fejn it-tip jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għall-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernat, il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat ta' eżami tat-tip tal-UE lill-manifattur. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjonijiet tal-eżami, il-kundizzjonijiet (jekk ikun hemm) għall-validità tiegħu u d-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat. Iċ-ċertifikat jista’ jkollu anness wieħed jew aktar mehmużin.

6.2.Iċ-ċertifikat u l-annessi ta' miegħu għandhom jinkludu l-informazzjoni relevanti kollha biex tippermetti l-konformità tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE mmanifatturati mat-tip eżaminat li għandu jiġi evalwat u biex ikun hemm aktar kontroll fis-servizz.

6.3.Fejn it-tip ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-korp innotifikat għandu jirrifjuta li joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u għandu jinforma lill-applikant b'dan, filwaqt li jagħti raġunijiet dettaljati għal dan ir-rifjut.

7.1.Il-korp innotifikat għandu jżomm ruħu aġġornat bi kwalunkwe bidla fit-teknoloġija avvanzata rikonoxxuta b'mod ġenerali li tindika li t-tip approvat jista' jkun li ma għadux konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u għandu jiddetermina jekk bidliet bħal dawn jirrikjedux investigazzjoni addizzjonali. Jekk ikun il-każ, il-korp innotifikat għandu jinforma lill-manifattur dwar dan.

7.2.Il-manifattur għandu jinforma lill-korp innotifikat li jkollu d-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE bil-modifiki kollha għat-tip approvat li jistgħu jaffettwaw il-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew il-kundizzjonijiet għall-validità ta' dan iċ-ċertifikat. Tali modifiki għandhom jirrikjedu approvazzjoni addizzjonali fil-forma ta' żieda maċ-ċertifikat oriġinali tal-eżami tat-tip UE.

8.1.Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar iċ-ċertifikati ta' eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda magħhom li jkun ħareġ jew irtira u għandu, b'mod perjodiku jew fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu l-lista ta' ċertifikati u/jew kull żieda magħhom irrifjutata, sospiża jew inkella ristretta.

8.2.Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħra dwar iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda magħhom, li jkun irrifjuta, irtira, issospenda jew b'xi mod ieħor illimita u, jekk jintalab jagħmel dan, dwar iċ-ċertifikati u/jew żidiet magħhom li jkun ħareġ.

8.3.Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi notifikati l-oħrajn jistgħu, fuq talba, jiksbu kopja taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-UE u/jew iż-żidiet magħhom. Fuq talba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiksbu kopja tad-dokumentazzjoni teknika u r-riżultati tal-eżamijiet li jkun wettaq il-korp innotifikat.

8.4.Il-korp innotifikat għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE, tal-annessi u taż-żidiet miegħu, kif ukoll tal-fajl tekniku, inkluża d-dokumentazzjoni mressqa mill-manifattur, sal-iskadenza tal-validità taċ-ċertifikat.

9.Il-manifattur għandu jżomm kopja taċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE, l-annessi tiegħu u ż-żidiet flimkien, mad-dokumentazzjoni teknika, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun tqieghed fis-suq.

10.Ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jista' jippreżenta l-applikazzjoni msemmija fil-punt 3 u jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 7 u 9, sakemm dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

Modulu C - Konformità mat-tip abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni

1.Deskrizzjoni tal-modulu

1.Il-konformità mat-tip abbażi ta' kontroll tal-produzzjoni interna hija parti minn proċedura ta' valutazzjoni ta' konformità li biha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stipulati fil-punti 2 u 3, u jiżgura u jiddikjara li l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernati jkunu f'konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta' eżami tat-tip tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.

2.Manifatturar

2.Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex il-proċess ta' manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE mmanifatturati mat-tip approvat fiċ-ċertifikat ta' eżami tat-tip tal-UE u mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.

3.Marka tal-konformità u dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE

3.1Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE ma' kull prodott fertilizzanti individwali li jkun f'konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta' eżami tat-tip tal-UE u jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

3.2Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE bil-miktub għal lott ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tidentifika l-lott ta' prodotti ta' fertlizzazzjoni bit-tikketta CE li għalih tkun tfasslet.

3.3.Għandha tiġi magħmula disponibbli lill-awtoritajiet rilevanti kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE fuq talba.

4.Rappreżentant awtorizzat

4.L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-punt 3 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant tiegħu, f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm dan ikun speċifikat fil-mandat.

Modulu D1: Assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess ta' produzzjoni

1.Deskrizzjoni tal-modulu

1.L-assigurazzjoni ta' kwalità tal-proċess ta' produzzjoni hija proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità li biha l-manifattur tal-prodott fertilizzanti jissodisfa l-obbligi stipulati fl-Intestaturi 2, 4 u 7, u jiżgura u jiddikjara fuq responsabbiltà esklussiva tiegħu li l-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li japplikaw għalihom.

2.Dokumentazzjoni teknika

2.Il-manifattur tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmel possibbli l-valutazzjoni tal-prodott fir-rigward tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti, u għandha tinkludi analiżi u valutazzjoni adegwati tar-riskju/i. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun relevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u l-użu tal-prodott. Kull fejn ikun applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)deskrizzjoni ġenerali tal-prodott,

(b)disinn kunċettwali u tpinġijiet u skemi tal-manifattura, inklużi deskrizzjoni bil-miktub u dijagramma tal-proċess ta' produzzjoni, fejn kull trattament, kontenitur ta' ħażna u żona jiġu identifikati b'mod ċar,

(c)deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għall-fehim ta' dawk it-tpinġijiet u l-iskemi u l-użu tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE,

(d)lista tal-istandards armonizzati applikati kompletament jew parzjalment, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, fejn dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati, deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali ta' dan ir-Regolament, inkluż lista ta' speċifikazzjonijiet komuni u speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra applikati. Fil-każ ta’ standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li jkunu ġew applikati,

(e)riżultati tal-kalkoli ta’ disinni magħmula, eżamijiet imwettqa, eċċ.,

(f)rapporti tat-testijiet, u

(g)fejn il-prodott jikkonsisti minn jew jinkludi prodotti sekondarji mill-annimali fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, id-dokumenti kummerċjali jew iċ-ċertifikati meħtieġa skont dak ir-Regolament, u evidenza li l-prodotti sekondarji mill-annimali jkunu waslu fil-punt finali fil-katina ta' manifattura fi ħdan it-tifsira ta' dak ir-Regolament.

3.Disponibbiltà tad-dokumentazzjoni teknika

3.Il-manifattur għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali relevanti għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE jkun tqiegħed fis-suq.

4.Manifatturar

4.Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta' kwalità għall-produzzjoni, l-ispezzjoni tal-prodott finali u l-ittestjar tal-prodotti kkonċernati kif speċifikat fil-punt 5 u għandha tkun suġġetta għal sorveljanza kif speċifikat fil-punt 6.

5.Sistema ta' kwalità

5.1.Il-manifattur għandu jimplimenta sistema ta' kwalità li tiżgura l-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mar-rekwiżiti tar-Regolament li japplikaw għalihom.

5.1.1.Is-sistema ta' kwalità għandha tinkludi objettivi ta' kwalità u organizzazzjoni strutturali bir-responsabbiltajiet u s-setgħat tal-maniġment fir-rigward tal-kwalità tal-prodott.

5.1.1.1.Għall-kompost li jappartjeni għall-kategorija tal-materjal komponent ('CMC') 3 u d-diġestat li jappartjeni għal CMC 5, kif inhu ddefinit fl-Anness II, il-maniġment f'livell għoli tal-organizzazzjoni tal-manifattur għandu:

(a)Jiżgura li jkun hemm disponibbli biżżejjed riżorsi (nies, infrastruttura, tagħmir) biex tinħoloq u tiġi implimentata s-sistema ta' kwalità;

(b)Jaħtar membru mill-maniġment tal-organizzazzjoni li għandu jkun responsabbli minn:

L-iżgurar li jiġu stabbiliti, approvati, implimentati u miżmumin proċessi ta' ġestjoni ta' kwalità;

Ir-rapportar lill-maniġment f'livell għoli tal-manifattur dwar il-prestazzjoni tal-ġestjoni ta' kwalità u kwalunkwe bżonn ta' titjib;

L-iżgurar tal-promozzjoni tal-għarfien tal-bżonnijiet tal-konsumaturi u r-rekwiżiti legali fl-organizzazzjoni kollha tal-manifattur, u biex il-persunal ikun konxju mir-relevanza u l-importanza tar-rekwiżiti ta' ġestjoni ta' kwalità biex jintlaħqu r-rekwiżiti legali ta' dan ir-Regolament;

L-iżgurar li kull persuna, li l-kompiti tagħha jaffettwaw il-kwalità tal-prodott, ikollha biżżejjed taħriġ u struzzjonijiet; u

L-iżgurar tal-klassifikazzjoni tad-dokumenti ta' ġestjoni ta' kwalità msemmijin fil-paragrafu 5.1.4. hawn taħt;

(c)It-twettiq ta' awditu intern kull sena, jew aktar kmieni milli skedat jekk jitqajjem il-bżonn minn kwalunkwe bidla sinifikanti li tista' taffettwa l-kwalità tal-prodott fertilizzanti; u

(d)L-iżgurar li jiġu stabbiliti proċessi ta' komunikazzjoni xierqa fl-organizzazzjoni u barra minnha u li l-komunikazzjoni ssir rigward l-effettività tal-ġestjoni ta' kwalità.

5.1.2.Is-sistema ta' kwalità għandha tiġi implimentata permezz tal-manifattura, il-kontroll tal-kwalità u tekniki, proċessi u azzjonijiet sistematiċi ta' żgurar tal-kwalità.

5.1.2.1.Għall-kompost li jappartjeni għall-kategorija tal-materjal komponent ('CMC') 3 u d-diġestat li jappartjeni għal CMC 5, kif inhu definit fl-Anness II, is-sistema għandha tiżgura konformità mal-kriterji tal-proċessi ta' kompostjar u diġestjoni speċifikati f'dak l-Anness.

5.1.3.Is-sistema ta' kwalità għandha tinkludi eżamijiet u testijiet li għandhom isiru qabel, waqt u wara l-manifattura bi frekwenza speċifikata.

5.1.3.1.Għall-kompost li jappartjeni għal CMC 3 u diġestat li jappartjeni għal CMC 5, kif inhu definit fl-Anness II, l-eżamijiet u t-testijiet għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

(a)L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi rreġistrata għal kull lott ta' materjali ta' input:

(1)Data tal-kunsinna;

(2)Ammont skont il-piż (jew stima bbażata fuq il-volum u d-densità);

(3)Identità tal-fornitur tal-materjal ta' input;

(4)Tip ta' materjal ta' input;

(5)Identifikazzjoni ta' kull lott u post tal-kunsinna fis-sit. Għall-finijiet ta' ġestjoni ta' kwalità, tul il-proċess ta' produzzjoni għandu jiġi assenjat kodiċi ta' identifikazzjoni uniku; u

(6)F'każ ta' rifjut, ir-raġunijiet għal dan ir-rifjut tal-lott u fejn intbagħat.

(b)Persunal kwalifikat għandu jwettaq spezzjoni viżiva ta' kull kunsinna ta' materjali ta' input u jivverifika l-kumpatibbiltà tagħhom mal-ispeċifikazzjonijiet tal-materjali ta' input f'CMC 3 u CMC 5 fl-Anness II.

(c)Il-manifattur għandu jirrifjuta kull kunsinna ta' materjal ta' input partikolari, li l-ispezzjoni viżiva tagħha tqajjem kwalunkwe suspett ta'

il-preżenza ta' sustanzi ta' periklu jew ta' dannu għall-proċess ta' kompostjar jew diġestjoni jew għall-kwalità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE finali, jew ta'

inkompatibbiltà mal-ispeċifikazzjonijiet ta' CMC 3 u CMC 5 fl-Anness II, partikolarment minħabba l-preżenza ta' plastiks li jwasslu biex jinqabeż il-valur ta' limitu għall-impuritajiet makroskopiċi.

(d)Il-persunal għandu jkun imħarreġ dwar

karatteristiċi perikolużi potenzjali li jistgħu jkunu assoċjati mal-materjali ta' input, u

karatteristiċi li jippermettu li l-karatteristiċi perikolużi u l-preżenza tal-plastik jintgħarfu.

(e)Għandhom jittieħdu kampjuni minn materjali ta' output, biex jiġi vverifikat li dawn jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal komponent għall-kompost u d-diġestat stipulati f'CMC 3 u CMC 5 fl-Anness II, u li l-karatteristiċi tal-materjal ta' output ma jxekklux il-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE mar-rekwiżiti relevanti tal-Anness I.

(f)Il-kampjuni tal-materjal ta' output għandhom jittieħdu tal-anqas, fl-intervall li ġej:

Input annwali
(tunnellati)

Kampjuni / sena

≤ 3000

1

3001 – 10000

2

10001 – 20000

3

20001 – 40000

4

40001 – 60000

5

60001 – 80000

6

80001 – 100000

7

100001 – 120000

8

120001 – 140000

9

140001 – 160000

10

160001 – 180000

11

> 180000

12

(g)Jekk xi materjal ta' output ittestjat ma jgħaddix minn limitu speċifikat applikabbli wieħed jew aktar fit-taqsimiet relevanti tal-Annessi I u II ma' dan ir-Regolament, il-persuna responsabbli mill-ġestjoni ta' kwalità msemmija fuq fil-punt 5.1.1.1 (b) għandha:

(1)Tidentifika b'mod ċar il-prodotti mhux konformi u l-post ta' ħażna tagħhom,

(2)Tanalizza r-raġunijiet għan-nuqqas ta' konformità u tieħu kull azzjoni neċessarja biex ma jkunx hemm ripetizzjoni.

(3)Tirreġistra, fir-reġistri ta' kwalità msemmija fil-paragrafu 5.1.4, jekk isirx riproċessar, jew jekk il-prodott jiġix eliminat.

5.1.4.Il-manifattur għandu jżomm ir-rekords ta' kwalità, bħal rekords ta' spezzjoni u dejta tat-testijiet, dejta tal-ikkalibrar, rapporti ta' kwalifikazzjoni dwar il-persunal ikkonċernat, eċċ.

5.1.4.1.Għall-kompost li jappartjeni għall-kategoriji tal-materjal komponent ('CMC') 3 u d-diġestat li jappartjeni għal CMC 5, kif inhu definit fl-Anness II, ir-rekords ta' kwalità għandhom juru kontroll effettiv tal-materjali ta' input, il-produzzjoni, il-ħażna u l-konformità mal-materjali ta' input u output mar-rekwiżiti relevanti ta' dan ir-Regolament. Kull dokument għandu jkun jista' jinqara u jkun disponibbli fil-post(ijiet) relevanti għall-użu tiegħu, u kull verżjoni antikwata għandha titneħħa minnufih minn kull post fejn tintuża, jew tal-anqas tiġi identifikata bħala antikwata. Id-dokument ta' ġestjoni ta' kwalità għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)Titlu,

(b)Numru tal-verżjoni,

(c)Data tal-ħruġ,

(d)Isem tal-persuna li ħarġitu,

(e)Rekords dwar il-kontroll effettiv tal-materjali tal-input,

(f)Rekords dwar il-kontroll effettiv dwar il-proċess ta' produzzjoni,

(g)Rekords dwar il-kontroll effettiv tal-materjali ta' output,

(h)Rekords tan-nuqqasijiet ta' konformità,

(i)Rapporti dwar l-aċċidenti u l-inċidenti li jseħħu fis-sit, il-kawżi magħrufa jew issuspettati tagħhom u l-azzjonijiet meħudin,

(j)Rekords dwar l-ilmenti espressi minn partijiet terzi u kif dawn ġew indirizzati,

(k)Rekord tad-data, it-tip u s-suġġett tat-taħriġ segwit minn persuni respnsabbli għall-kwalità tal-prodott,

(l)Riżultati tal-awditu intern u l-azzjonijiet meħuda, u

(m)Riżultati tal-awditu estern u l-azzjonijiet meħuda.

5.1.5Is-sodisfazzjoni tal-kwalità tal-prodott meħtieġa u l-operat effettiv tas-sistema ta' kwalità għandhom jiġu mmonitorjati.

5.1.5.1.Għall-kompost li jappartjeni għall-kategoriji tal-materjal komponent ('CMC') 3 u d-diġestat li jappartjeni għal CMC 5, kif inhu definit fl-Anness II, il-manifattur għandu jistabbilixxi programm ta' awditu intern annwali sabiex tiġi vverifikata l-konformità tas-sistema ta' kwalità mal-komponenti li ġejjin:

(1)Proċedura li tiddefinixxi r-responsabbiltajiet u r-rekwiżiti għall-ippjanar u t-twettiq ta' awditi inerni, ir-rekords ta' stabbiliment u r-riżultati ta' rappurtaġġ għandha tiġi stabbilita u dokumentata. Rapport li jidentifika nuqqas ta' konformità mal-iskema ta' kwalità għandu jitħejja u l-azzjonijiet korrettivi għandhom jiġu rrappurtati. Ir-rekords tal-awditu intern għandhom jinthemżu mad-dokumentazzjoni ta' ġestjoni ta' kwalità.

(2)Għandha tingħata prijorità lin-nuqqas ta' konformità identifikat mill-awditi esterni.

(3)Kull awditur ma għandux iwettaq awditu ta' xogħlu stess.

(4)Il-maniġment responsabbli mill-qasam awditjat għandu jiżgura li l-azzjonijiet korrettivi neċessarji jittieħdu mingħajr dewmien mhux neċessarju.

(5)Awditu intern imwettaq fil-qafas ta' sistema ta' ġestjoni ta' kwalità oħra jista' jitqies sakemm isir minn awditu tar-rekwiżiti ta' din is-sistema ta' kwalità.

5.2.Il-manifattur għandu jippreżenta applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema ta' kwalità tiegħu mal-korp innotifikat akkreditat tal-għażla tiegħu, għall-prodotti kkonċernati. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

-    l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni titressaq minn rappreżentant awtorizzat, ismu u l-indirizz tiegħu wkoll,

-    dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma tressqet għand l-ebda korp innotifikat ieħor,

-    l-informazzjoni rilevanti kollha għall-kategorija tal-prodott imbassra,

-    id-dokumentazzjoni dwar is-sistema tal-kwalità,

-    id-dokumentazzjoni teknika tal-elementi tas-sistema tal-kwalità kollha stipulati fil-paragrafu 5.1 u s-sottoparagrafi.

5.3.L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati f'mod sistematiku u ordnat fil-forma ta' politiki, proċeduri u struzzjonijiet miktuba. Id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, pjanijiet, manwali u rekords tal-kwalità. Għandha, b'mod partikolari, jkollha deskrizzjoni adegwata tal-elementi kollha tal-ġestjoni ta' kwalità msemmija hawn fuq fil-paragrafu 5.1 u s-sottoparagrafi.

5.4.1.Il-korp innotifikat għandu jivvaluta s-sistema tal-kwalità biex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 5.1 u s-sottoparagrafi.

5.4.2.Huwa għandu jassumi l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-elementi tas-sistema ta’ kwalità li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti tal-istandard armonizzat relevanti.

5.4.3.Barra minn esperjenza fis-sistemi ta' ġestjoni ta' kwalità, it-tim tal-awditjar għandu jkollu tal-anqas membru wieħed b'esperjenza ta' valutazzjoni fil-qasam tal-prodott relevanti u t-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat, u għarfien tar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament. L-awditu għandu jinkludi żjara ta' valutazzjoni fil-post tal-manifattur. It-tim tal-awditjar għandu jirrevedi d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 sabiex jivverifika l-abbiltà tal-manifattur li jidentifika r-rekwiżiti relevanti ta' dan ir-Regolament u jwettaq l-eżamijiet neċessarji bil-għan li jiżgura l-konformità tal-prodott fertilizzanti bit-tikketta CE ma' dawk ir-rekwiżiti.

5.4.4.Id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-manifattur. In-notifika għandha tinkludi l-konklużjonijiet tal-awditu u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

5.5.Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi li jkunu ġejjin mis-sistema ta’ kwalità kif approvata u li jżommha sabiex tibqa’ adegwata u effiċjenti

5.6.1.Il-manifattur għandu jżomm informat lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità, dwar kull tibdil previst għas-sistema ta’ kwalità.

5.6.2.Il-korp innotifikat għandu jivvaluta l-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità modifikata hix ser tkompli tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 5.2., jew jekk hemmx bżonn ta' valutazzjoni mill-ġdid.

5.6.3.Dan għandu jinnotifikat lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet tal-eżami u d-deċiżjoni motivata tal-valutazzjoni.

6.Sorveljanza taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat

6.1L-għan tas-sorveljanza hu li jkun aċċertat li l-manifattur iwettaq l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema ta’ kwalità approvata b’mod xieraq.

6.2.Il-manifattur għandu, għal skopijiet tal-valutazzjoni, jagħti aċċess lill-korp innotifikat għas-siti tal-manifattura, tal-ispezzjoni, tal-ittestjar u tal-ħażna u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa, b’mod partikolari:

-    id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità;

-    id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 2,

-    ir-rekords ta' kwalità, bħar-rapporti ta’ spezzjonijiet u dejta tat-testijiet, dejta tal-ikkalibrar, rapporti ta' kwalifikikazzjoni dwar il-persunal ikkonċernat.

6.3.1Il-korp innotifikat għandu jwettaq awditi perjodiċi biex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità u għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport ta’ awditu.

6.3.2Għall-kompost li jappartjeni għall-kategoriji tal-materjal komponent ('CMC') 3 u d-diġestat li jappartjeni għal CMC 5, kif inhu definit fl-Anness II, il-manifattur għandu jistabbilixxi programm ta' awditu intern annwali sabiex tiġi vverifikata l-konformità tas-sistema ta' kwalità mal-komponenti li ġejjin:

(a)Waqt l-ewwel sena ta' sorveljanza tal-korp innotifikat tal-pjanta in kwistjoni: L-istess frekwenza bħall-frekwenza tal-kampjunar indikata fit-tabella inkluża fil-paragrafi 5.1.3.1 (f); u

(b)Waqt is-snin ta' wara ta' sorveljanza: Nofs il-frekwenza tal-kampjunar indikata fit-tabella inkluża fil-paragrafu 5.1.3.1 (f).

6.4Barra minn hekk, il-korp innotifikat jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-manifattur. Waqt tali żjarat il-korp innotifikat jista’, fejn ikun hemm bżonn, iwettaq testijiet tal-prodotti, jew iqabbad lil min jagħmilhom biex jivverifika li s-sistema ta’ kwalità tkun qed taħdem tajjeb. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, jekk ikunu twettqu t-testijiet, b’rapport tat-testijiet.

7.Marka tal-konformità u dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE

7.1.Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE u, bir-responsabbiltà tal-korp innotifikat msemmi fil-paragrafi 5.2, in-numru ta' identifikazzjoni ta' dan tal-aħħar ma' kull prodott individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament.

7.2.1Il-manifattur għandu jħejji dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE bil-miktub għal kull lott tal-prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal 10 snin wara li l-prodott fertilizzanti jkun tqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tidentifika l-lott tal-prodott li għalih tkun tfasslet

7.2.2.Għandha tiġi magħmula disponibbli lill-awtoritajiet rilevanti kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE fuq talba.

8.Disponibbiltà tad-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità

8.Għal perjodu li jintemm mill-inqas 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, il-manifattur għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

-    id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.3,

-    il-bidla msemmija fil-paragrafu 5.6 u s-subparagrafi, kif approvata,

-    id-deċiżjonijiet u r-rapporti tal-korp innotifikat imsemmijin fil-paragrafu 5.6.1-5.6.3, il-paragrafu 6.3 u l-paragrafu 6.4. L-obbligu ta' informazzjoni tal-korpi notifikati

9.Obbligu ta' informazzjoni tal-korpi notifikati

9.1.Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-awtorità notifikanti tiegħu dwar iċ-ċertifikati ta' eżami tat-tip tal-UE u/jew kwalunkwe żieda magħhom li jkun ħareġ jew irtira u għandu, b'mod perjodiku jew fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet notifikanti tiegħu l-lista ta' ċertifikati u/jew kull żieda magħhom irrifjutata, sospiża jew inkella ristretta.

9.2.Kull korp innotifikat għandu jinforma lill-korpi notifikati l-oħrajn dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità li jkun irrifjuta, issospenda jew irtira, u, fuq talba, dwar l-approvazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità li jkun ħareġ.

10.Rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stipulati fil-paragrafu 3, il-paragrafu 5.2, il-paragrafi 5.6.1-5.6.3, l-Intestatura 7 u l-Intestatura 8 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f'ismu u taħt responsabbiltà, sakemm dan ikun speċifikat fil-mandat.

ANNESS V
Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE (Nru XXX)
19

1.    Prodott fertilizzanti bit-tikketta CE (numru tal-prodott, tal-lott, tat-tip jew tas-serje):

2.    Isem u indirizz tal-manifattur u, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu:

3.    Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE tinħareġ taħt ir-responsabbiltà esklussiva tal-manifattur.

4.    Raġuni tad-dikjarazzjoni (identifikazzjoni tal-prodott li tippermetti t-traċċabilità; tista', fejn meħtieġ għall-identifikazzjoni ta' prodott fertilizzanti bit-tikketta CE, tinkludi immaġni):

5.    Ir-raġuni tad-dikjarazzjoni deskritta hawn fuq hija konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni:

6.    Ir-referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti użati jew ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħrajn li fir-rigward tagħhom tiġi ddikjarata l-konformità:

7.    Fejn ikun applikabbli, il-korp innotifikat … (isem, numru) wettaq … (deskrizzjoni tal-intervent) u ħareġ iċ-ċertifikat:

8.    Informazzjoni addizzjonali:

Iffirmat għal u f’isem:

(post u data tal-ħruġ):

(isem, kariga) (firma):

(1) Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 tal-Kunsill, tat-8 ta’ Frar 1993, li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).
(4) Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).
(5) F'każ ta' addittiv irkuprat fl-Unjoni Ewropea, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk l-addittiv huwa l-istess, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(d)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, bħal sustanza reġistrata f'dossier li jkun fih l-informazzjoni indikata hawnhekk, u jekk l-informazzjoni hija disponibbli għall-manifattur tal-prodott fertilizzanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(d)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
(6) F'każ ta' addittiv irkuprat fl-Unjoni Ewropea, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk l-addittiv huwa l-istess, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(d)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, bħal sustanza reġistrata f'dossier li jkun fih l-informazzjoni indikata hawnhekk, u jekk l-informazzjoni hija disponibbli għall-manifattur tal-prodott fertilizzanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(d)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
(7) F'każ ta' addittiv irkuprat fl-Unjoni Ewropea, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk l-addittiv huwa l-istess, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(d)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, bħal sustanza reġistrata f'dossier li jkun fih l-informazzjoni indikata hawnhekk, u jekk l-informazzjoni hija disponibbli għall-manifattur tal-prodott fertilizzanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(d)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
(8) L-esklużjoni ta' materjal minn CMC 1 ma jtelfux milli jkun materjal komponent eliġibbli minħabba CMC oħra li tistipula rekwiżiti differenti. Ara, pereżempju, CMC 11 dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali, CMC 9 u CMC 10 dwar il-polimeri, u CMC 8 dwar l-adittivi agronomiċi.
(9) F'każ ta' addittiv irkuprat fl-Unjoni Ewropea, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk l-addittiv huwa l-istess, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(d)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, bħal sustanza reġistrata f'dossier li jkun fih l-informazzjoni indikata hawnhekk, u jekk l-informazzjoni hija disponibbli għall-manifattur tal-prodott fertilizzanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(d)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
(10) Is-somma ta' naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-ċd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen
(11) Is-somma ta' naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-ċd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen
(12) F'każ ta' addittiv irkuprat fl-Unjoni Ewropea, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk l-addittiv huwa l-istess, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(d)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, bħal sustanza reġistrata f'dossier li jkun fih l-informazzjoni indikata hawnhekk, u jekk l-informazzjoni hija disponibbli għall-manifattur tal-prodott fertilizzanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(d)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
(13) F'każ ta' addittiv irkuprat fl-Unjoni Ewropea, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk l-addittiv huwa l-istess, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(d)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, bħal sustanza reġistrata f'dossier li jkun fih l-informazzjoni indikata hawnhekk, u jekk l-informazzjoni hija disponibbli għall-manifattur tal-prodott fertilizzanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(d)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
(14) Is-somma ta' naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-ċd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen
(15) Is-somma ta' naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-ċd]piren, dibenżo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen
(16) F'każ ta' sustanza rkuprata fl-Unjoni Ewropea, din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk l-addittiv ikun l-istess, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(d)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, bħal sustanza rreġistrata f'dossier li jkun fih l-informazzjoni indikata hawnhekk, u jekk l-informazzjoni tkun disponibbli għall-manifattur tal-prodott fertilizzanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(d)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
(17) Id-dijametru tad-diska għandu dejjem jikkorrispondi mad-dijametru intern taċ-ċilindru.
(18) NB: Meta s-sitt tulijiet periferali tal-ispaga jkunu ssikkati wara l-assemblaġġ, l-ispaga tan-nofs għandha tibqa' kemxejn merħija.
(19) Il-manifattur għandu l-fakultà li jassenja numru għad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE.