5.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-23 ta’Settembru 2016

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia

(BĊE/2016/28)

(2016/C 366/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti ta' Banca d’Italia, PriceWaterhouseCoopers SpA., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2015. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2016.

(3)

Il-Banca d’Italia għażel lil BDO Italia SpA bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2016 sa 2022,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat illi BDO Italia SpA għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia għas-snin finanzjarji 2016 sa 2022.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-23 ta’ Settembru 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI