28.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 487/113 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol”
(COM(2016) 248 final — 2016/0130 COD)
(2016/C 487/20)
Konsultazzjoni |
Kunsill, 24.5.2016 Parlament Ewropew 25.5.2016 |
Bażi legali |
Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Sezzjoni kompetenti |
Ix-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
Adottata fil-plenarja |
21.9.2016 |
Sessjoni plenarja Nru |
519 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
171/0/3 |
Billi l-Kumitat diġà ta fehmtu dwar il-kontenut ta’ din il-proposta fl-Opinjonijiet tiegħu dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni fuq ix-xogħol (is-sitt Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 80/1107/KEE) adottati fit-2 ta’ Ġunju 1988 (1) u fl-20 ta’ Ottubru 1999 (2), kif ukoll dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali (2014–2020), adottata fil-11 ta’ Diċembru 2014, iddeċieda li ma jfassalx Opinjoni ġdida dwar il-kwistjoni, iżda li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti msemmija.
Brussell, il-21 ta’ Settembru 2016.
President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Georges DASSIS
(1) ĠU C 208, 8.8.1988, p.43 (mhux disponibbli bil-Malti).
(2) ĠU C 368, 20.12.99 p. 18 (mhux disponibbli bil-Malti).