8.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/5


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Linji Gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Kapacità ta’ Ġestjoni tar-Riskju

(2015/C 261/03)

Werrej

1.

Introduzzjoni 5

2.

Ambitu u għanijiet 6

2.1.

Ambitu tal-Linji Gwida 6

2.2.

Objettivi: 6

3.

Metodoloġija 6

3.1.

Atturi u skedi ta’ żmien 6

3.2.

Proċess 7

3.2.1.

Valutazzjoni tar-Riskji 7

3.2.2.

Ippjanar tal-Ġestjoni tar-Riskju 7

3.2.3.

L-Implimentazzjoni tal-Miżuri ta’ Prevenzjoni u Preparatezza għar-Riskju 7

3.3.

Rwol tal-Linji Gwida 8

4.

Kontenut tal-Valutazzjoni 8

4.1.

Valutazzjoni tar-Riskji 8

4.2.

Ippjanar tal-Ġestjoni tar-Riskju 11

4.3.

L-Implimentazzjoni tal-Miżuri ta’ Prevenzjoni u Preparatezza għar-Riskju 14

5.

Sommarju 18

6.

Lista ta’ referenzi u dokumenti relevanti 23

1.   INTRODUZZJONI

Minħabba ż-żieda sinifkanti fin-numru u s-severità tad-diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem fi snin reċenti, l-iktar minħabba t-tibdil fil-klima, u f’sitwazzjoni fejn diżastri futuri se jkunu iktar estremi u kumplessi b’konsegwenzi iktar mifruxin u fuq tul itwal ta’ żmien, il-prevenzjoni tad-diżastri hija ta’ importanza ewlenija sabiex jinkiseb livell ogħla ta’ protezzjoni u reżiljenza kontra d-diżastri. Din tirrikjedi azzjoni ulterjuri u approċċ integrat lejn il-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri, li jorbot flimkien il-prevenzjoni tar-riskju, il-preparatezza u l-azzjonijiet tar-rispons.

Skont id-Deċiżjoni dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (“Id-Deċiżjoni”) (1) li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014, l-Istati Membri ftiehmu li jwettqu numru ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni tad-diżastri, inkluż il-kondiviżjoni tal-“…valutazzjoni tal-kapaċità tagħhom ta’ ġestjoni tar-riskju f’livell nazzjonali jew f’livell subnazzjonali adatt kull tliet snin wara l-finalizzazzjoni tal-linji gwida rilevanti” (2) Id-Deċiżjoni tistipola li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, se tiżviluppa linji gwida “dwar il-kontenut, il-metodoloġija u l-istruttura ta’ dawk il-valutazzjonijiet” (3).

Il-Linji Gwida li ġejjin għalhekk ġew imħejjija flimkien ma’ esperti minn Stati Membri bbażati fuq id-Deċiżjoni l-ġdida u bit-teħid ta’ konsiderazzjoni ta’ prattiki tajbin fl-Istati Membri, kif ukoll esperjenza reċenti fl-iżviluppar ta’ valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali (4). Il-Linji Gwida jibnu wkoll fuq is-sejbiet ta’ sessjoni ta’ ħidma organizzata mill-Presidenza tal-Kunsill Taljana f’Lulju tal-2014, u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju - Adozzjoni sussegwenti (“Konklużjonijiet tal-Kunsill”), addottati f’Ottubru 2014 (5). Barra minn hekk, il-Linji Gwida huma infurmati mil-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjonijiet nazzjonali tar-riskju għall-ġestjoni tad-diżastri (“Linji Gwida tal-Valutazzjoni tar-Riskju”) (6).

L-għan ta’ dawn il-Linji Gwida huwa li jipprovdu lill-Istati Membri b’metodoloġija komprensiva u flessibbli mhux vinkolanti li tassistihom fl-awtovalutazzjoni tal-kapaċitajiet tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju.

Il-Linji Gwida jistgħu jiġu riveduti fid-dawl tal-esperjenza tal-implimentazzjoni prattika fl-Istati Membri.

2.   AMBITU U GĦANIJIET

2.1.   Ambitu tal-Linji Gwida

Il-“kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju” hija definita fid-Deċiżjoni bħala “l-kapaċità ta’ Stat Membru jew ir-reġjuni tiegħu li jnaqqsu jew itaffu r-riskji, (impatti u probabbiltà ta’ diżastru), identifikati fil-valutazzjonijiet tiegħu tar-riskju għal livelli li huma aċċettabbli f’dak l-Istat Membru”.

Ikun kull Stat Membru li jqis liema livelli huma aċċettabbli fil-kuntest speċifiku u għar-riskji differenti. Din il-flessibilità ġiet introdotta mid-deċiżjoni sabiex tippermetti għas-sitwazzjonijiet differenti fi Stati Membri differenti. Madankollu, liema livelli huma aċċettabbli normalment huwa elment impliċitu fi kwalunkwe valutazzjoni tal-kapaċità. Biż-żmien u l-esperjenza, xi wħud mill-għażliet magħmulin f’dan ir-rigward jistgħu jsiru iktar espliċiti fil-valutazzjonijiet nazzjonali. L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) reċentement irrakkomandat li jiġu definiti metodi sabiex jgħinu lil-livelli kollha tal-partijiet ikkonċernati biex jiddeterminaw il-livelli aċċettabli tar-riskju u li dawn il-metodi u riżultati jkunu soġġetti għal publikazzjoni trasparenti biex titqajjem kuxjenza fost kull grupp ta’ partijiet ikkonċernati (7).

Id-Deċiżjoni tispeċifika li l-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju tiġi vvalutata f’termini tal-“kapaċità teknika, finanzjarja u amministrattiva” ta’ Stat Membru, fuq livell nazzjonali jew il-livell sottonazzjali xieraq biex twettaq: (a) valutazzjonijiet tar-riskju adegwati; (b) ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju għal prevenzjoni u stat ta’ tħejjija adegwat; u (c) miżuri ta’ prevenzjoni tar-riskji u stat ta’ tħejjija adegwati. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju tkopri ċ-ċiklu kollu tal-ġestjoni tar-riskju.

L-Istati Membri jistgħu jivvalutaw il-kapaċitajiet tal-ġestjoni tar-riskju għal riskji individwali jew jivvalutaw il-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju kumplessiva f’approċċ b’diversi riskji. Il-Linji Gwida jirrakkomandaw li jiġu koperti diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem kif stipulat fl-Artikolu 1 (2) tad-Deċiżjoni dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.

2.2.   Objettivi:

L-objettivi tal-Linji Gwida huma li ġejjin:

(1)

li jappoġġjaw lill-awtoritajiet tal-Istati Membri sabiex ikomplu jibnu kuxjenza dwar l-elementi b’saħħithom u d-dgħufijiet potenzjali tas-sistema ta’ ġestjoni tad-diżastri tagħhom, li jiġu identifikati l-prattiki tajbin, u li jinbeda proċess ta’ titjib;

(2)

li jikkontribwixxu lejn l-iżvilupp u l-qsim ta’ politiki u prattiki ta’ ġestjoni tad-diżastri bbażati fuq l-għarfien u l-evidenza fost il-livelli amministrattivi relevanti fl-Istati Membri u mal-firxa tas-setturi differenti u l-kompetenzi tal-politiki differenti imma relatati;

(3)

li jiffaċilitaw il-kooperazjoni fl-isforzi biex jiġu ġestiti r-riskji fost l-Istati Membri fil-kunest tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u sistemi oħrajn ta’ ġestjoni tad-diżastri relevanti.

Kif stipulat mid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni se tassisti lill-Istati Membri sabiex jilħqu dawn l-objettivi b’numru ta’ modi, inkluż l-iffaċilitar tal-qsim tal-esperjenzi dwar il-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju u l-valutazzjoni tagħha (8).

3.   METODOLOĠIJA

3.1.   Atturi u skedi ta’ żmien

L-esperjenza ta’ Stati Membri u pajjiżi oħrajn turi l-vantaġġi tal-koordinazzjoni tal-valutazzjoni tal-kapaċita tal-ġestjoni tar-riskju nazzjonali minn entita waħda. B’mod partikolari, il-ħatra ta’ korp koordinattiv sabiex jgħin fit-tmexxija tal-valutazzjoni jista’ jgħin sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ metodoloġija koerenti u jrawwem il-qsim ta’ prattiki tajbin. Fl-istess ħin, il-livell tal-valutazzjoni – jew f’livell nazzjonali inkella f’wieħed sottonazzjonali xieraq – se jiġi deċiż minn kull Stat Membru abbażi tas-sistema ta’ governanza tiegħu.

L-Istati Membri qablu li jagħmlu dawn il-valutazzjoni kull tliet snin, bl-ewwel valutazzjonijiet isiru tliet snin wara l-finalizzazzjoni tal-Linji Gwida. Valutazzjoni regolari hija importanti sabiex tiżgura titjib kontinwu fil-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż l-identifikazzjoni tal-bżonnijiet u sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-miżuri rilevanti.

3.2.   Proċess

Il-valutazzjoni tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju tkopri ċ-ċiklu kollha tal-ġestjoni tar-riskju, jiġifieri l-valutazzjoni tar-riskju, l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju għall-prevenzjoni u l-preparatezza, u l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-prevenzjoni u l-preparatezza għar-riskji.

3.2.1.   Valutazzjoni tar-Riskji

Fit-twettiq ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-għan għandu jkun li jintlaħaq fehim komuni, mal-partijiet interessati rilevanti kollha, tar-riskji ffaċċjati u l-prijorità relattiva tagħhom. Ir-riskji identifikati, ivvalutati u prijoritizzati fil-valutazzjoni tar-riskji huma l-bażi tal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju u l-implimentazzjoni sussegwenti tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparazzjoni għar-riskju (9). Kif irrakkomandat fil-Linji Gwida għall-Valutazzjoni tar-Riskju, l-Istati membri li jagħmlu l-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali għall-ewwel darba għandhom jikkonċentraw fuq l-iktar xenarji tar-riskju importanti (10).

3.2.2.   Ippjanar tal-Ġestjoni tar-Riskju

L-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju jista’ jsir għal kull riskju individwali, inkella permezz ta’ approċċ transsettorjali jew saħansitra b’iktar minn riskju wieħed. L-għan speċifiku waqt l-ippjanar huwa li jistipula kif kull riskju jista’ jitnaqqas, kif wieħed jista’ jadatta għalih jew inkella kif jista’ jiġi mitigat f’termini tal-impatti u l-probabbiltà billi jiġu implimentati miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza (11). Ikun meħtieġ ukoll li l-ippjanar jindika r-riżorsi u l-iskedi ta’ żmien meħtieġa, kif ukoll jassenja r-responsabbiltajiet kif xieraq.

Il-miżuri adegwati għandhom l-ewwel jiġu identifikati, prijoritizzati u mbagħad magħżula fi proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jinvolvi b’mod suffiċjenti il-partijiet konċernati kollha, sabiex jiġi żgurat fehim sew tal-miżuri, il-ħtieġa għalihom u l-prijorità tagħhom, u b’hekk jiġi żgurat appoġġ wiesa’. L-ewwel indikazzjonijiet dwar il-metodoloġija ta’ kif jiġu identifikati u prijoritizzati tali miżuri huma inklużi fil-Linji Gwida Dwar il-Valutazzjoni tar-riskju fis-sezzjoni dwar “l-evalwazzjoni tar-riskju” (12). Eżempji oħrajn li l-Istati Membri jistgħu jkunu jridu jikkonsultaw jinkludu s-Civil Defence Emergency Management (CDEM) Capability Assessment Tool żviluppata mill-Ministeru tad-Difiża Ċivili u l-Ġestjoni tal-Emerġenzi ta’ New Zealand (13), l-istratepija tas-sikurezza u s-sigurtà nazzjonali Netherlandiza, jew id-Direction de la Défense et de la Sécurité Civile Franċiża, ORSEC (14)Organisation de la Réponse de Sécurité Civile. Lista iktar kompluta ta’ prattiki tajbin hija disponibbli fuq il-pjattaforma Climate-Adapt tal-UE (15). L-espansjoni tal-lista ta’ prattiki u eżempji tajbin maż-żmien tista’ tikkontribwixxi lejn il-proċess ta’ valutazzjoni.

Il-metodoloġiji għall-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju fuq livell nazzjonali jew sottonazzjonali għandu jiġi mfassal għall-bżonnijiet u l-istrutturi ta’ governanza tal-Istati Membri. Dawn jistgħu jinkludu pjan ta’ ġestjoni tar-riskju għal riskji kombinati individwali jew għal kollha kemm huma, li jaqsam ir-riskji ewlenin f’operazzjonijiet li jistgħu jsiru – jiġifieri miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza – sabiex ir-riskji identifikati jitnaqqsu jew jiġu mmitigati inkella jsir adattament għalihom sa livelli aċċettabbli. Jista’ wkoll jiġi inkluż tqabbil bejn miżuri differenti fir-rigward tal-impatt benefiċjarju nett u l-ispiża biex jiġu implimentati.

Huwa importanti li l-proċess tal-ippjanar jidentifika u jwassal għal għażla ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza xierqa u konkreti biex jiġu implimentati. Dan jieħu mir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju.

3.2.3.   L-Implimentazzjoni tal-Miżuri ta’ Prevenzjoni u Preparatezza għar-Riskju

Skont it-tielet dimensjoni tal-valutazzjoni tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kapaċità tagħhom li jimplimentaw il-miżuri identifikati fl-ippjanar għall-ġestjoni tar-riskju. L-implimentazzjoni tinkludi l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet u r-riżorsi, id-dmirijiet ta’ monitoraġġ, kif ukoll proċess ta’ evalwazzjoni u ta’ tagħlimiet meħuda.

3.3.   Rwol tal-Linji Gwida

Il-Linji Gwida jipproponu metodoloġija għall-valutazzjoni li mhix eżawrjenti, u jkun jeħtieġ li tiġi adattata għall-ħtiġijiet ta’ kull Stat Membru. Għandhom jiġu kkunsidrati bħala punt tat-tluq u jrawmu fehim komuni tal-elementi li l-valutazzjoni nazzjonali tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju għandha tinkludi.

Il-valutazzjoni tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju għandha tibda b’deskrizzjoni dettaljata (kwalitattiva, u fejn relevanti, kwantitattiva) taċ-ċiklu tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri. Il-mistoqsijiet elenkati f’sezzjoni 4 huma ddisinjati biex jiggwidaw l-entitajiet nazzjonali u sottonazzjonali tal-Istati Membri biex jivvalutaw il-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom abbażi ta’ sett ta’ kriterji tal-kapaċità amministrattiva, teknika u finanzjarja. Meta jitwieġbu dawn il-mistoqsijiet, huwa importanti li s-sitwazzjoni tiġi koperta f’termini kwalitattivi u, sa fejn hu possibbli, kwalitattivi, liema bżonnijiet ġew identifikati u liema miżuri ttieħdu jew jistgħu jittieħdu.

Huwa importanti li mhux biss issir valutazzjoni tal-kapaċita ġenerika amminstrattiva, teknika u finanzjarja biex jiġu vvalutati adegwatament it-tliet dimensjonijiet taċ-ċiklu ta’ ġestjoni tad-diżastri, iżda li l-kapaċità tiġi vvalutata fid-dawl tar-riskji prijoritizzati (inklużi riskji identifikati matul il-proċess nazzjonali tal-ġestjoni tar-riskju) sabiex tinkiseb valutazzjoni realistika tal-ġestjoni tar-riskji konkreti.

Il-valutazzjoni tal-kapaċita ta’ ġestjoni tar-riskji tista’ tiġi somarizzata bl-għajnuna tal-galvu deskritt f’sezzjoni 5, li ġie ddisinjat biex jipprovdi stampa ġenerali tal-awtovalutazzjoni tal-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju tad-diżastri.

4.   KONTENUT TAL-VALUTAZZJONI

B’mod konformi mad-Deċiżjoni, il-valutazzjoni fil-livell nazzjonali u/jew il-livell sottonazzjonali xieraq għandu jinkludi tliet taqsimiet – valutazzjonijiet tar-riskju, ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju, u l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-prevenzjoni tar-riskji u l-preparatezza għar-riskji. Kull taqsima għandha tiffoka fuq sett ta’ elementi relatati ma’ kapaċitajiet amministrattivi, tekniċi u finanzjarji, bħalma huma l-qafas, il-koordinazzjoni, l-għarfien espert, il-partijiet ikkonċernati, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, il-metodoloġija, l-infrastruttura, l-apparat u l-finanzjament.

4.1.   Valutazzjoni tar-Riskji

Din it-taqsima tipprovdi sett ta’ mistoqsijiet, li jkopru l-kapaċitajiet amministrattivi, tekniċi u finanzjarji biex isiru l-valutazzjonijiet tar-riskju.

Għall-valutazzjoni tal-kapaċità amministrattiva huwa importanti li jkun hemm konċentrazzjoni fuq l-eżistenza ta’ qafas relattiv, l-allokazzjoni ta’ kompetenzi u responsabbiltajiet, l-eżistenza tal-għarfien espert meħtieġa, u sa liema punt issir komunikazzjoni u huma involuti l-partijiet ikkonċernati esterni.

Għall-valutazzjoni tal-kapaċità teknika huwa importanti li jkun hemm fokus fuq il-valutazzjoni tal-użu tal-metodoloġija u l-infrastruttura xierqa. L-eżekuzzjoni ta’ valutazzjoni tar-riskju komprensiva tista’ wkoll tinkludi l-kopertura tad-dimensjonijiet transfruntiera u transsettorjali tar-riskju fejn releveanti, kif ukoll l-impatt fuq l-infrastruttura.

Għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja huwa importanti li jkun hemm fokus fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi finanzjarji.

Risposti dettaljati biżżejjed għal kull mistoqsija jkunu jinkludu spjegazzjonjiet dwar liem valutazzjonijiet tar-riskju jkunu saru, kif u meta jkunu saru, kif ukoll dejta, ċifri u referenzi kif xieraq u disponibbli.

Qafas

Il-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom ikunu definiti u jkunu parti minn qafas kumplessiv.

Mistoqsija 1: Il-valutazzjoni tar-riskju toqgħod fi ħdan qafas kumplessiv?

Spjegazzjoni: Ikkjarifika jekk il-qafas huwiex legali jew proċedurali, u jekk huwied efinit f’livell nazzjonali u/jew livell xieraq sottonazzjonali.

Koordinazzjoni

Struttura ta’ ġestjoni tar-riskju tassenja responsabbiltajiet ċari lill-entitajiet kollha involuti fil-valutazzjoni tar-riskju sabiex jiġu evitati t-tirkib jew l-ispariġġi bejn ir-responsabbiltà u l-kapaċità.

Mistoqsija 2: Ġew assenjati responsabbiltajiet u rwoli/funzjonijiet definiti b’mod ċar lill-entitajiet jipparteċipaw fil-valutazzjoni tar-risku?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi fuq liema bażi ġew imqassma r-responsabbiltajiet għall-valutazzjoni tar-riskju fi ħdan l-amministrazzjoni, jekk din il-bażi jew il-proċeduri li jikkorrespondu humiex dokumentati bil-kitba (eż. f’testi legali), jekk jeżistix tirkib jew bżonnijiet, kif dawn huma indirizzati.

Mistoqsija 3: Ir-responsabbiltajiet biex jiġu valutati riskji speċifiċi ġew allokati lill-iktar entitajiet relevanti?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi l-proċess li bih l-entitajiet relevanti jiġu involuti fil-valutazzjoni tar-riskju, kif ir-responsabbiltà li jindirizzaw riskji speċifiċi wara l-valutazzjoni tar-riskju tiġi żgurata.

Mistoqsija 4: Ġiet integrata fil-valutazzjonijiet tar-riskju d-dimensjoni transsettorjali tar-riskji?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi liema riskji vvalutati jinkludu dimensjoni transsettorjali u b’iktar minn riskju wieħed u sa liema punt dan huwa inkluż biex jiġi definit ix-xenarju tar-riskju. Fejn relevanti, iddeskrivi n-natura tal-kooperazzjoni tagħhom ma awtoritajiet nazzjonali u/jew sottonazzjonali oħra fl-eżekuzzjoni ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju.

L-għarfien espert

L-esperti li jkunu qed jeżegwixxu l-valutazzjoni tar-riskju għandu jkollhom il-kompetenzi u responsabbiltajiet neċessarji u rċevew taħriġ adegwat biex jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju.

Mistoqsija 5: It-tqassim tar-responsabbiltajiet għall-valutazzjoni tar-riskji jiġi rieżaminat regolarment?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi liema entitajiet jew dipartimenti fil-valutazzjoni tar-riskju, kif inhuma identifikati/magħżula, liema kompetenzi jiġu kkunsidrati meta r-responsabbiltajiet jiġu mqassma.

Mistoqsija 6: L-esperti responsabbli mill-valutazzjoni tar-riskju huma adegwatament infurmati, imħarrġa u esperjenzati fil-valutazzjonijiet tar-riskju?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi kif u liema xorta ta’ taħriġ huwa disponibbli għall-esperti, il-livell ta’ esperjenza tal-esperti, u liema tagħrif espert u għodod tekniċi huma użati u meqjusa neċessarji biex isiru l-valutazzjonijiet tar-riskju.

Partijiet Ikkonċernati Oħrajn

Il-kapaċità li jiġu vvalutati r-riskji tiddependi iktar u iktar fuq l-involviment ta’ diversi partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati. L-entitajiet li jagħmlu l-valutazzjonijiet tar-riskju jistgħu jikkooperaw ma’ firxa ta’ partijiet ikkonċernati, inkluż mis-settur privat, dak akkademiku, u entitajiet governattivi oħrajn li mhumiex involuti direttament fil-proċess ta’ valutazzjoni.

Mistoqsija 7: Huma involuti partijiet ikkonċernati relevanti fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi l-firxa ta’ partijiet ikkonċernati relevanti involuti fil-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju. Dawn jistgħu jinkludu s-settur akkademiku, organizzazzjonijiet ta’ riċerka, is-settur privat, kif ukoll awtoritajiet tal-gvern li ma jikkontribwixxux direttament għall-proċess ta’ valutazzjoni, inkluż minn Stati Membri oħrajn jew organizzazzjonijiet internazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jissottolinjaw kwalunkwe tagħlimiet meħuda li jistgħu jiġu maqsuma.

Informazzjoni u Komunikazzjoni

Il-valutazzjoni tar-riskji tirrekjedi sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni effettivi. Il-fehim tal-kapaċità amministrattiva meħtieġa biex tikkomunika r-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju, u r-relevanza tagħha għal strateġija kumplessiva tal-komunikazzjoni tar-riskju, jista’ jtejjeb il-qsim ta’ informazzjoni, il-qsim ta’ dejta, u l-komunikazzjoni mal-partijiet konċernati relevanti.

Mistoqsija 8 Hija disponibbli l-kapaċità amministrattiva meħtieġa biex jiġu komunikati r-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju lill-pubbliku?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi kif il-komunikazzjoni maċ-ċittadini dwar it-tixrid tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju hija organizzata.

Mistoqsija 9 Hija disponibbli l-kapaċità amministrattiva meħtieġa biex jiġu komunikati internament ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju, inklużi xenarji, tagħlimiet meħuda, eċċ.?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi kif inhu organizzat il-fluss ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet pubbliċi differenti u livelli differenti ta’ amministrazzjoni.

Mistoqsija 10: Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju huma integrati fi strateġija ta’ komunikazzjoni tar-riskju?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi kif it-tixrid ta’ riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju disponibbli għall-pubbliku huwa inkluż fi strateġija nazzjonali u/jew sottonazzjonali tal-komunikazzjoni tar-riskju.

Metodoloġija

Mistoqsija 11: L-entità nazzjonali jew subnazzjonali żviluppat metodoloġija għall-valutazzjoni tar-riskju? Din il-metodoloġija hija stipolata jew ippubblikata, u x’inhuma l-elementi ewlenin tagħha?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi l-approċċ nazzjonali jew sottonazzjonali lejn il-valutazzjoni tar-riskju (riskju b’riskju, xenarji, eżempji reali, ġeneriċi), iddeskrivi l-metodoloġija wżata biex jiġu analizzati l-impatti possibbli, il-metodoloġija wżata biex jiġu kkalkulati l-probabbiltajiet, il-kunsiderazzjonijiet jew il-metodoloġiji biex ir-riskji jiġu prijoritizzati jew imwarrba, għid jekk il-valutazzjonijiet tar-riskju humiex rieżaminati u f’liema skeda ta’ żmien, jekk il-metodoloġija hix kumpilata f’dokument, jekk il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju hix żvelata u lil min, jekk kwalunkwe informazzjoni fil-valutazzjoni tar-riskju hijiex aċċessibbli mill-pubbliku.

Mistoqsija 12: Id-dimensjoni transfruntiera tar-riskji ġiet integrata fil-valutazzjonijiet tar-riskju?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi liema riskji vvalutati jinkludu dimensjoni transfruntiera u sa liema punt din id-dimensjoni transfruntiera hija inkluża fil-valutazzjoni tar-riskju (eż. bini ta’ xenarji). Fejn ikun relevanti, l-Istati Membri jistgħu jiddeskrivu n-natura tal-kooperazzjoni tagħhom ma’ Stati Membri oħra meta jsiru valutazzjonijiet tar-riskju b’dimensjoni transfruntiera.

Mistoqsija 13: L-infrastruttura hija inkluża fil-valutazzjoni tar-riskji?

Spjegazzjoni: Identifika liema tipi ta’ infrastruttura kritika (kemm nazzjonali kif ukoll Ewropea) hija inkluża fl-iżvilupp ta’ xenarji u l-valutazzjoni tar-riskji. Dawn jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, toroq, bini, digi, linji tal-ferrovija, pontijiet, satelliti, sistemi taħt l-art, kejbils, sptarijiet, faċilitajiet ta’ kenn.

Teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

Mistoqsija 14: Hija disponibbli infrastruttura relevanti tal-ICT biex isiru l-valutazzjonijiet tar-riskju?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi liema tipi ta’ infrastruttura huma disponibbli biex isiru l-valutazzjonijiet tar-riskju, li jistgħu jinkludu għodod tal-ICT, satelliti, eċċ. L-Istati Membri jistgħu jiddeskrivu r-riċerka li għaddejja għall-iżvilupp ta’ infrastruttura ġdida tal-ICT biex ikunu ta’ appoġġ għall-valutazzjoni tar-riskji. Fil-każ li l-infrastruttura tkun kondiviża ma’ pajjiżi oħrajn, l-Istati Membri jistgħu ukoll jiddeskrivu t-tip ta’ kooperazzjoni fis-seħħ (eż. immaġni bis-satellita).

Mistoqsija 15: Hemm informazzjoni u dejta xierqa (inkluża dejta storika) disponibbli biex isiru l-valutazzjonijiet tar-riskju?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi liema sorsi ta’ informazzjoni u dejta jintużaw, u jekk jeżistux bażijiet ta’ dejta biex isiru l-valutazzjonijiet tar-riskju. L-Istati Membri jistgħu jiddeskrivu żviluppi ġodda fis-seħħ biex il-ġbir ta’ dejta u informazzjoni jittejjeb.

Finanzjament

Il-finanzjament jinkludi l-identifikazzjoni, l-istima u r-riżerva ta’ fondi meħtieġa biex isiru u jiġu aġġornati l-valutazzjonijiet tar-riskju.

Mistoqsija 16: Hja disponibbli l-kapaċità ta’ finanzjament xierqa biex isir u jiġi aġġornat ix-xogħol fuq il-valutazzjonijiet tar-riskju?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi jekk humiex disponibbli riżorsi finanzjarji biex jiġu żviluppati l-valutazzjonijiet tar-riskju u biex jiġi żgurat l-aġġornament tal-valutazzjonijiet eżistenti.

4.2.   Ippjanar tal-Ġestjoni tar-Riskju

Din it-taqsima tipprovdi sett ta’ mistoqsijiet, li jkopru l-kapaċitajiet amministrattivi, tekniċi u finanzjarji biex isir l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju.

Għall-valutazzjoni tal-kapaċità amministrattiva, huwa importanti li jkun hemm konċentrazzjoni fuq il-koordinazzjoni tal-proċess, l-eżistenza tal-għarfien espert meħtieġa, l-eżistenza tal-metodoloġiji relevanti, u sa liema punt issir komunikazzjoni u huma involuti l-partijiet ikkonċernati esterni.

Għall-valutazzjoni tal-kapaċità teknika huwa importanti li jkun hemm fokus fuq il-valutazzjoni tal-użu tal-apparat xieraq.

Għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja, huwa importanti li jkun hemm fokus fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi finanzjarji.

Risposti dettaljati biżżejjed għal kull mistoqsija jkunu jinkludu spjegazzjonjiet dwar x’sar, kif sar, meta sar, kif ukoll dejta, figuri u referenzi kif adegwat u disponibbli.

Koordinazzjoni

Struttura ta’ ġestjoni tar-riskju tassenja responsabbiltajiet ċari kull min huwa involut fl-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju sabiex jiġu evitati t-tirkib jew l-ispariġġi bejn ir-responsabbiltà u l-kapaċità.

Mistoqsija 17: Ġew assenjati responsabbiltajiet u rwoli/funzjonijiet definiti b’mod ċar lill-entitajiet jipparteċipaw fl-ippjanar tal-prevenzjoni tar-riskju u l-miżuri ta’ preparatezza?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi fuq liema bażi ġew imqassma r-responsabbiltajiet għall-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju fi ħdan l-amministrazzjoni, jekk din il-bażi jew il-proċeduri li jikkorrespondu humiex dokumentati bil-kitba (eż. f’testi legali), jekk jeżistix tirkib jew bżonnijiet, kif dawn huma indirizzati, u jekk hix koperta d-dimensjoni transsettorjali.

Mistoqsija 18: Ir-responsabbiltajiet għall-ippjanar għal riskji speċifiċi huma żgurati u vvalutati regolarment?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi kif ir-responsabbiltà biex isiru pjanijiet għal riskji speċifiċi hija żgurata, jekk hemmx proċess fis-seħħ biex tiġi vvalutata l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet għal riskji speċifiċi.

L-għarfien espert

Għandu jkun hemm metodoloġiji għall-ippjanar tal-forza tax-xogħol sabiex jiġi żgurat li jkun hemm persunal ottimu. L-esperti mqabbda li jagħmlu l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju għandu jkollhom l-informazzjoni meħtieġa u rċevew taħriġ adegwat.

Mistoqsija 19: Hemm biżżejjed esperti disponibbli biex jagħmlu l-ippjanar tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza ibbażati fuq ir-riskji identifikati fil-valutazzjonijiet tar-riskju?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi liema entitajiet jew dipartimenti jieħdu sehem fil-proċess tal-ippjanar, kif jiġu identifikati/magħżula, jekk is-sitwazzjoni tal-persunal (staffing) hijiex meqjusa adegwata.

Mistoqsija 20: Huwa disponibbli taħriġ effettiv għall-esperti f’livelli differenti li huma risponsabbli għall-ippjanar tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi kif u liema xorta ta’ taħriġ huwa disponibbli għall-esperti li jagħmlu xogħol ta’ ppjanar.

Mistoqsija 21: L-esperti involuti fl-ippjanar tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza huma infurmati dwar l-objettivi tal-politiki/prijoritajiet kumplessivi relatati mal-ġestjoni tar-riskju tad-dizastri?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi jekk hemmx strateġija tal-ġestjoni tar-riskju, u jekk iva, kif l-objettivi, il-prijoritajiet jew il-proċessi huma kkomunikati lill-esperti involuti fl-ippjanar tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza.

Mistoqsija 22: Hemm proċess fis-seħħ sabiex jiżgura li l-għarfien tal-esperti mqabbdin li jippjanaw il-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza jiġi ppreżervat u żviluppat iktar?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi kif jinqasam l-għarfien bejn l-esperti involuti fil-proċess ta’ ppjanar, kif inhu żguratt li l-għarfien jiġi ppreservat.

Metodoloġija

L-entità nazzjonali jew sottonazzjonali kellha tiżviluppa metodoloġija biex isir l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju għall-impatti mistennija minn riskji identifikati li huma vvalutati skont metodoloġija żviluppata u prijoritizzata kif imiss.

Mistoqsija 23: L-entitajiet responsabbli differenti għandhom metodoloġiji żviluppati għall-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju? X’inhumwa l-elementi ewlenin ta’ dawn il-metodoloġiji?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi l-approċċi nazzjonali jew sottonazzjonali lejn l-ippjanar, iddeskrivi l-metodoloġiji użati biex jiġu żviluppati miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza u biex jiġu analizzati l-impatti li jista’ jkollhom fuq il-mitigazzjoni tar-riskju.

Mistoqsija 24: Il-metodoloġiji għall-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju jinkludu l-identifikazzjoni tal-infrastruttura relevanti għall-mitigazzjoni tar-riskji identifikati?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi kif l-infrastruttura relevanta hija identifikata, kif il-kundizzjoni tagħha fir-rigward tal-mitigazzjoni tar-riskji hija vvalutata, jekk lista tal-infrastruttura relevanti hix ikkumpilata u rieżaminata regolarment, jekk il-ħtiġijiet ta’ investiment humiex identifikati.

Partijiet Ikkonċernati Oħrajn

Il-kapaċità għall-ġestjoni tar-riskju tiddependi iktar u iktar fuq l-involviment ta’ u l-kooperazzjoni ma’ diversi partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati, bħal aġenziji tal-ġestjoni tar-riskju tad-diżastru, aġenziji tas-saħħa, aġenziji tat-tifi tan-nar, forzi tal-pulizija, operaturi tat-trasport/elettriċità/komunikazzjoni, organizzazzjonijiet voluntarji, ċittadini/voluntiera, esperti xjentifiċi, il-forzi armati, jew organizzazzjonijiet fi Stati Membri oħrajn.

Mistoqsija 25: Il-partijiet ikkonċernati relevanti fis-settur pubbliku u dak privat huma infurmati u involuti fil-proċess ta’ ppjanar?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi l-approċċ lejn l-involviment ta’ partijiet ikkonċernati mis-settur pubbliku/privat, liema xorta ta’ partijiet ikkonċernat jikkontribwixxu lejn il-proċess ta’ ppjanar u kwalunkwe tagħlim meħud li jista’ jiġi maqsum.

Mistoqsija 26: Hemm xi riskji identifikati fil-valutazzjonijiet tar-riskju li huma maqsuma ma’ kumpaniji pubbliċi jew privati, u jekk iva, kif inhu żgurat li l-ippjanar tal-miżuri preventivi u ta’ preparatezza mill-pubbliku u dawn il-kumpaniji jiġi mħeġġeġ?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi l-interazzjoni mal-organizzazzjonijet imseħbin fil-proċess ta’ ppjanar, jekk u liem ftehimiet jeżistu biex jikoraġġixxu kwalità suffiċjenti, kif il-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza ppjanati minn dawn l-organizzazzjonijiet fil-fatt jikkontribwixxu lejn il-mitigazzjoni tar-riskju mistennija.

Mistoqsija 27: L-entitajiet nazzjonali jew sottonazzjonali huma involuti fl-ippjanar transfruntier ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi f’liema azzjonijiet ta’ ppjanar transfruntier dawn l-entitajiet ħadu sehem reċentement, jekk irriżultawx xi arranġamenti konkreti għal kooperazzjoni ulterjuri minn dan il-proċess ta’ ppjanar konġunt (eż. memoranda ta’ ftehim jew ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz) kif ukoll esperjenzi jew tagħlimiet li jistgħu jiġu maqsuma.

Informazzjoni u Komunikazzjoni

Il-ġestjoni ta’ riskji kumplessi teħtieġ sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni effettivi għall-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza. Għalhekk, entitajiet nazzjonali u sottonazzjonali jeħtiġilhom jiżguraw li għandhom regoli u proċeduri li jippermettu l-qsim tal-informazzjoni, il-qsim tad-dejta u l-komunikazzjoni ma’ diversi partijiet ikkonċernati.

Mistoqsija 28: Il-partijiet ikkonċernati relevanti, inklużi ċ-ċittadini, huma infurmati rigward l-elementi ewlenin tal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi kif il-fluss ta’ informazzjoni bejn partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati u bejn livelli differenti tal-amministrazzjoni huwa organizzat sabiex jiżgura li l-partijiet ikkonċernati kollha humwa konxji u kapaċi sabiex jikkontribwixxu l-għarfien tagħhom. L-Istati Membri jistgħu ukoll jiddeskrivu kif il-komunikazzjoni maċ-ċittadini dwar l-ippjanar ta’ ċerti miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza huma organizzati, u kwalunkwe tagħlimiet meħuda li jistgħu jiġu maqsuma.

Tagħmir

Il-parti tal-valutazzjoni tal-kapaċità teknika tevalwa jekk tagħmir meħtieġ biex jiġu ppjanati l-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza huwiex disponibbli. Dawn jistgħu jkunu għodod ta’ software biex jappoġġjaw il-proċess ta’ ppjanar.

Mistoqsija 29: L-apparat u għodda meħtieġa biex jiġi appoġġat/isir l-ippjanar tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza huma disponibbli?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi jekk hemmx, u liem, apparat u għodda disponibbli, jekk hemmx bżonnijiet ulterjuri, spariġġi u/jew tirkib.

Finanzjament

Il-finanzjament jinkludi l-identifikazzjoni, l-istima u r-riżerva ta’ fondi meqjusa bħala meħtieġa biex jintlaħqu l-obbligi finanzjarju potenzjali mill-ġestjoni tar-riskji (finanzjament tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza) li jirriżultaw mill-prijoritizzazzjoni tar-riskji. Jinkludi wkoll il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fil-finanzjament tal-ġestjoni tar-riskju fejn xieraq.

Mistoqsija 30: Bħala parti mill-proċess ta’ ppjanar, il-ħtiġijiet ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza ġew stimati, u ġew identifikati sorsi potenzjali ta’ finanzjament?

Spjegazzjoni: Għid jekk teżistix metodoloġija biex jiġu stimati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament, liema sorsi ta’ finanzjament huma identifikati, jekk finanzjament Ewropew hux ser ikun jew ġiex imfittex.

Mistoqsija 31: Bħala parti mill-proċess ta’ ppjanar, huma kkunsidrati pjanijiet futuri ta’ investiment u r-rwol possibbli ta’ finanzjament mis-settur privat?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi jekk u kif il-proċess ta’ ppjanar għen biex jidentifika prijoritajiet futuri tal-investiment, sa liema punt l-organizzazzjonijiet privati huma involuti fil-proċess, u jekk hijiex imfittxa l-kooperazzjoni mas-settur privat għall-finanzjament tal-investimenti prijoritizzati.

Mistoqsija 32: Bħala parti mill-proċess ta’ ppjanar, jiġu identifikati jew stabbiliti minn qabel proċeduri jew pjanijiet għall-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza meħtieħa biex jimmitigaw ir-riskji identifikati?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi kif kwistjonijiet baġetarji jew legali relatati mal-allokazzjoni tar-riżorsi flessibbli huma trattati fil-proċess ta’ ppjanar, jekk ittiħdux jew ġewx varati miżuri konkreti li jippermettu l-flessibilità, u jekk ostakli legali jew politiċi għal tali approċċ jeżistux.

4.3.   L-Implimentazzjoni tal-Miżuri ta’ Prevenzjoni u Preparatezza għar-Riskju

Din it-taqsima tipprovdi sett ta’ mistoqsijiet, li jkopru l-kapaċitajiet amministrattivi, tekniċi u finanzjarji biex isiru l-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza.

Għall-valutazzjoni tal-kapaċità amministrattiva, huwa importanti li jkun hemm konċentrazzjoni fuq l-eżistenza ta’ strateġija, politika u metodoloġija relevanti, l-eżistenza tal-għarfien espert meħtieġ, il-koordinazzjoni tal-proċess, sa liema punt huma involuti l-partijiet ikkonċernati, u sa liema punt issir il-komunikazzjoni, u l-proċeduri eżistenti.

Għall-valutazzjoni tal-kapaċità teknika huwa importanti li jkun hemm fokus fuq il-valutazzjoni tal-użu tal-infrastruttura, tagħmir u provvisti xierqa, u l-eżistenza u l-approprjatezza tal-għarfien tekniku espert.

Għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja, huwa importanti li jkun hemm fokus fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi finanzjarji.

Risposti dettaljati biżżejjed għal kull mistoqsija jkunu jinkludu spjegazzjonjiet dwar x’sar, kif sar, meta sar, kif ukoll dejta, figuri u referenzi kif adegwat u disponibbli.

Strateġija/Politika/Metodoloġija

L-entitajiet nazzjonali jew sottonazzjonali żviluppaw approċċi biex iwettqu miżuri ta’ prevenzjoni tar-riskji u ta’ preparatezza. L-impatti mistennija tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza għat-tnaqqis tar-riskju huma vvalutati u l-miżuri prijoritizzati u adattati kif xieraq.

Mistoqsija 33: L-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza hija marbuta mal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju? Hija parti minn strateġija jew politika, u ġiet definita metodoloġija?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi l-approċċ nazzjonali jew sottonazzjonali li jgħaqqad il-proċess ta’ ppjanar mal-implimentazzjoni tal-miżuri, iddeskrivi kif issir l-implimentazzjoni, kif jiġu analizzati u inkorporati fix-xogħol ta’ ppjanar u valutazzjoni tar-riskju l-impatti li jirrizultaw fuq it-tnaqqis u l-mitigazzjoni tar-riskju u l-adattament għar-riskju, b’konsiderazzjoni dovuta lejn il-koerenza ma’ miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza dwar l-adattament lejn l-impatti mill-bdil fil-klima fejn disponibbli.

Mistoqsija 34: Ġew żviluppati metodi għar-rappurtar tal-ħsara u t-telfa umana, u l-kosti tal-ħsara huma stimati, dokumentati, u merfugħa?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi liema metodi għar-rappurtar tal-ħsara u t-telfa umana ġew żviluppati, jekk din id-dejta hijiex maqsuma mal-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini, jekk il-partijiet ikkonċernati jikkontribwixxux lejn ir-rappurtar tal-ħsara u/jew lejn l-istima tal-kosti, jekk il-ħsarat humiex regolarment jew okkażjonalment dokumentati u merfugħa, liema perjodu ta’ żmien huwa kopert u jekk dawn ir-rapporti humiex disponibbli għall-pubbliku.

Koordinazzjoni

Struttura ta’ ġestjoni tar-riskju tassenja responsabbiltajiet ċari lill-entitajiet kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza sabiex jiġu evitati t-tirkib jew l-ispariġġi bejn ir-responsabbiltà u l-kapaċità.

Mistoqsija 35: Ġew assenjati responsabbiltajiet u rwoli/funzjonijiet definiti b’mod ċar lill-entitajiet jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-prevenzjoni tar-riskju u l-miżuri ta’ preparatezza?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi fuq liema bażi ġew imqassma r-responsabbiltajiet għall-proċess tal-implimentazzjoni fi ħdan l-amministrazzjoni, jekk il-proċeduri li jikkorrespondu humiex dokumentati bil-kitba (eż. f’testi legali), jekk jeżistix tirkib jew bżonnijiet, kif dawn huma indirizzati, u jekk hix koperta d-dimensjoni transsettorjali.

L-għarfien espert

Metodoloġiji għall-ippjanar għall-forza tax-xogħol jeżistu sabiex ikun żgurat persunal ottimu. Jinsabu għodod tal-ġestjoni tal-prestazzjoni tal-persunal, li jinkludu rieżaminazzjonijiet regolari tal-bżonnijiet tat-taħriġ u l-iżvilupp.

Mistoqsija 36: It-tqassim tar-responsabbiltajiet tal-esperti involuti fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza hija aġġornata, u hemm biżżejjed riżorsi disponibbli biex jiġu implimentati l-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza abbażi tal-proċess ta’ ppjanar?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi liema entitajiet (eż. dipartimenti, aġenziji) jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-miżuri, kif dawn l-entitajiet huma identifikati/magħżula, liema kompetenzi tal-persunal huma meqjusa meta jitqassmu r-responsabbiltajiet, jekk il-persunal (staffing) huwiex meqjus bħala adegwat.

Mistoqsija 37: L-esperti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza huma infurmati, imħarrġa, u esperjenzati adegwatament?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi jekk u liema tip ta’ taħriġ huwa disponibbli għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-miżuri, kemm spiss il-persuni involuti kienu diġà involuti fl-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ preparatezza, kif l-objettivi, il-prijoritajiet u l-proċessi ġew ikkomunikati lill-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza.

Partijiet Ikkonċernati Oħrajn

Il-kapaċità għall-ġestjoni tar-riskju tiddependi iktar u iktar fuq l-involviment ta’ u l-kooperazzjoni ma’ diversi partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati, bħal aġenziji tal-ġestjoni tad-diżastri, aġenziji tas-saħħa, unitajiet tat-tifi tan-nar, forzi tal-pulizija, operaturi tat-trasport/elettriċità/komunikazzjoni, organizzazzjonijiet voluntarji, ċittadini/voluntiera, esperti xjentifiċi, il-forzi armati, jew organizzazzjonijiet fi Stati Membri oħrajn (ġestjoni tar-riskju transnazzjonali). Għalhekk, biex jiġu trattati riskji ġodda jinħtieġ li jinbena netwerk ta’ rispons li jista’ jimmobilizza l-kapaċitajiet kollha meħtieġa madwar firxa ta’ partijiet ikkonċernati.

Mistoqsija 38: Il-partijiet ikkonċernati relevanti huma infurmati u involuti fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi l-approċċ lejn l-involviment ta’ partijiet ikkonċernati mis-settur pubbliku/privat jew il-ġestjoni tan-netwerk, liema tipi ta’ partijiet ikkonċernat jikkontribwixxu lejn l-implimentazzjoni tal-miżuri u kwalunkwe tagħlim meħud li jista’ jiġi maqsum.

Mistoqsija 39: L-entità nazzjonali jew sottonazzjonali hija involuta fl-implimentazzjoni tal-miżuri transfruntiera għall-prevenzjoni u l-preparatezza?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi liema miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza transfruntieri jittieħdu, liema partijiet ikkonċernati oħrajn huma involuti, jekk irriżultawx akkordji konkreti għal kooperazjoni ulterjuri mill-implimentazzjoni konġunta tal-miżuri (eż. memoranda ta’ ftehim jew ftehimiet tal-livell ta’ servizz), kif ukoll kwalunkwe esperjenzi jew tagħlimiet li jistgħu jinqasmu.

Mistoqsija 40: L-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza minn dawn il-partijiet ikkonċernati pubbliċi jew privati ssir bi kwalità suffiċjenti biex jinkisbu r-riżultati ta’ mitigazzjoni tar-riskju mistennija?

Spjegazzjoni: Hemm akkordji biex jinkoraġġixxu kwalità suffiċjenti, u l-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza li saru minn dawn l-organizzazzjonijiet kif, fil-fatt, ikkontribwew lejn il-mitigazzjoni tar-riskji mistennija, kif ukoll kwalunkwe esperjenzi li jistgħu jinqasmu.

Proċeduri

Huwa meħtieġ li l-ġestjoni tar-riskju jinkludi l-iżvilupp ta’ proċessi stabbiliti sabiex il-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju jiġi żgurat. Għalhekk, jinħtieġ li l-proċess ta’ implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza jiddefinixxi proċeduri li jikkontribwixxu lejn it-tnaqqis tar-riskju.

Mistoqsija 41: L-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza jinkludu l-iżvilupp ta’ proċeduri għal twissija bikrija, attivazzjoni, dispaċċ, deattivazzjoni jew monitoraġġ?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi jekk jeżistux proċeduri, kif jaħdmu fil-prattika, jekk proċeduri operattivi standard humiex żviluppati, għal liema operazzjoni dawn il-proċeduri huma żviluppati, u xi tagħlimiet meħuda li jistgħu jinqasmu.

Informazzjoni u Komunikazzjoni

Il-ġestjoni ta’ riskji kumplessi teħtieġ sistemi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni effettivi għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza. Għalhekk, entitajiet nazzjonali u sottonazzjonali jeħtiġilhom jiżguraw li għandhom regoli u proċeduri li jippermettu l-qsim tal-informazzjoni, il-qsim tad-dejta u l-komunikazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati relevanti, inkluż ċittadini, fi kwalunkwe żmien tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza.

Mistoqsija 42: L-informazzjoni neċessarja hija disponibbli u skambjata regolarment fi ħdan l-entità nazzjonali jew sottonazzjonali?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi kif il-fluss ta’ informazzjoni bejn entitajiet pubbliċi u privati u bejn livelli differenti tal-amministrazzjoni huwa organizzat sabiex jiżgura li s-servizzi kollha huma konxji u kapaċi li jikkontribwixxu l-għarfien tagħhom.

Mistoqsija 43: Hemm strateġiji ta’ komunikazzjoni, inkluż l-użu ta’ diversi għodda medjatiċi (inkluż il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali) biex tinqasam effettivament l-informazzjoni maċ-ċittadini biex tiżdied il-kuxjenza u biex tinbena l-fiduċja u l-kunfidenza?

Spjegazzjoni: Spjega kif l-informazzjoni u l-komunikazzjoni maċ-ċittadini qabel, waqt u wara l-implimentazzjoni tal-miżuri tkun organizzata, u xi tagħlimiet meħuda li jistgħu jinqasmu.

Infrastruttura, inkluż l-IT

Din il-parti tal-valutazzjoni tal-kapaċità teknika tevalwa jekk l-infrastruttura eżistenti, bħal toroq, bini, digi, linji tal-ferrovija, pointijiet, satelliti, pajpijiet taħt l-art, kejbils, sptarijiet, faċilitajiet ta’ kenn, sistemi ta’ twissija bikrija eċċ., li hija meqjusa relevanti għall-mitigazzjoni tar-riskji identifikati tilħaqx ċerti standards ta’ sigurtà, sikurezza jew prestazzjoni.

Mistoqsija 44: Il-kundizzjoni tal-infrastruttura hija relevanti għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza analizzati?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi kif infrastruttura li hija kritika fir-rigward tal-mitigazzjoni ta’ riskji speċifiċi hija identifikata, kif il-kundizzjonijiet tagħha fir-rigward tal-mitigazzjoni tar-riskji hija vvalutati, jekk lista tal-infrastruttura relevanti hix kompilata u regolarment rieżaminata, jekk il-bżonnijiet tal-investiment humiex identifikati, jekk l-Istati Membri għandhomx politika tal-infrastruttura kritika.

Tagħmir u Provvisti

Din il-parti tal-valutazzjoni tal-kapaċità teknika tevalwa jekk it-tagħmir għall-prevenzjoni u l-preparatezza jilħaqx l-istandard meħtieġa biex jiġu implimentati miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza.

Mistoqsija 45: Hemm inventarju tal-apparat disponibbli meħtieġ biex isiru l-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza ppjanati? L-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza tinkludi l-identifikazzjoni tal-bżonnijiet għal tagħmir possibbli bbażati fuq l-inventarju eżistenti?

Spjegazzjoni: Għid jekk huwiex kompilat u jekk hux aġġornat inventarju tal-apparat disponibbli u tal-użu tiegħu. Iddeskrivi jekk, u liem, bżonnijiet ta’ apparat huma identifikati fil-proċess ta’ implimentazzjoni biex jimmitiga r-riskji indirizzati fil-proċess ta’ ppjanar, jekk inventarju tal-apparat disponibbli huwiex kompilat u analizzat fir-rigward tal-adegwatezza tiegħu biex jiġu skoperti bżonnijiet jew spariġġi addizzjonali, liem passi jittieħdu biex jilħqu l-bżonnijiet.

Mistoqsija 46: Ġew identifikati riskji għall-ktajjen ta’ provvista waqt l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza, u ttieħdu miżuri biex jitnaqqas ir-riskju ta’ skarsità tal-provvisti?

Spjegazzjoni: Għid jekk ġewx identifikati, u liem, riskji għall-ktajjen tal-provvista, kif l-impatt ta’ dawn ir-riskji jiġi analizzat, ittiħdux miżuri, u liem, biex jitnaqqsu dawn ir-riskji, jekk ġewx konklużi akkordji transfruntiera jew ftehimiet ta’ kooperazzjoni biex jitnaqqsu dawn ir-riskji.

Għarfien Tekniku Espert

L-għarfien tekniku espert jinkludi l-ħiliet disponibbli u l-metodoloġiji żviluppati għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza. Peress li l-għarfien tekniku espert huwa kapaċità intanġibbli, dan ir-rikjediment jinneċessita li din il-kapaċità tiġi salvagwardjata, permezz tad-dokumentazzjoni u l-qsim tal-għarfien u t-tagħlim.

Mistoqsija 47: L-esperti mqabbdin li jimplimentaw il-miżuri tal-prevenzjoni u preparatezza għandhom l-għarfien tekniku espert neċessarju biex jiżguraw l-implimentazzjoni adegwata tal-miżuri u jiġi żgurat li dan l-għarfien jiġi ppreservat u żviluppat iktar?

Spjegazzjoni: Għid, u ddeskrivi, liem għarfien espert tekniku huwa użat u kkunsidrat neċessarju biex il-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza jiġu implimentati, jekk jintużawx, u liem, għodod tekniċi għall-implimentazzjoni, jekk l-esperti jirċevux taħriġ biex kontinwament jaġġornaw l-għarfien tagħhom sabiex ikunu jistgħu jużaw l-għodod tekniċi, kif l-għarfien huwa maqsum mal-persuni involuti fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza, kif l-iżvilupp professjonali huwa inkoraġġit.

Mistoqsija 48: L-esperti mqabbda li jimplimentaw il-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza għandhom l-għarfien biex japplikaw proċeduri ta’ akkwist pubbliku u loġistika biex jagħmlu dawn l-inkarigi, u ġew imħarrġa adegwatament biex japplikaw dawn il-proċeduri?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi kif inhu pprovdut it-taħriġ, u liem, biex jiżviluppa dan l-għarfien espert jew kwalunkwe miżuri oħra eżistenti li jgħinu fil-kisba ta’ dan l-għarfien.

Mistoqsija 49: L-esperti mqabbdin li jimplimentaw il-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza għandhom l-għarfien biex jagħmlu ppjanar tal-ċiklu tal-ħajja u jippjanaw għall-kapaċità f’każijiet ta’ żieda f’daqqa, u dawn il-metodoloġiji huma applikati biex jiġi rieżaminat il-funżjonament tal-apparat u s-sistemi, u biex il-kapaċità tkun tista’ tiżdied f’każ ta’ emerġenza?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi jekk dawn il-metodi humiex applikati fir-rigward ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza, jekk jiġix provdut taħriġ, u liem, biex dan l-għarfien espert jinbena jew jiġi żviluppat, jew miżuri oħra fis-seħħ li jistgħu jgħinu sabiex jinkiseb dan l-għarfien.

Il-Finanzjament tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni

Dan ir-rikjediment jivvaluta jekk huwiex żgurat li hemm mezzi finanzjarji disponibbli u li jistgħu jiġu aċċessati malajr biex jiġu ffinanzjati sitwazzjonijiet ta’ emerġenza probabbli kif identifikati fil-valutazzjoni u l-ippjanar għar-riskju.

Mistoqsija 50: Meta jsiru l-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza meħtieġa biex jitnaqqsu, isir adattament lejn, u li jiġu mmitigati r-riskji identifikati, jiġu identifikati jew stabbiliti baġit, bażi legali u proċeduri biex ikun pjan minn quddiem għal allokazzjoni flessibbli ta’ riżorsi?

Spjegazzjoni: Iddeskrivi kif kwistjonijiet baġetarji jew legali relatati mal-allokazzjoni tar-riżorsi flessibbli huma trattati fil-proċess ta’ implimentazzjoni, jekk ittiħdux jew ġewx varati miżuri konkreti li jippermettu l-flessibilità, u jekk spariġġi, jew bżonnijiet ulterjuri, ostakli legali jew politiċi għal tali approċċ jeżistux.

Mistoqsija 51: L-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza tinkludi t-tħejjija ta’ ftehimiet ma’ partijiet ikkonċernati li jirregolaw il-qsim tal-ispejjeż?

Spjegazzjoni: Għid jeżistux pjanijiet fir-rigward tal-qsim tal-piż finanzjarju; jekk l-Istati Membri avviċinawx partijiet ikkonċernati, liem partijiet ikkonċernati ġew avviċinati u jekk humiex imfittxija jew jeżistux diġà ftehimiet biex jiġu koperti l-ispejjeż.

5.   SOMMARJU

Fi tmiem il-valutazzjoni, l-Istati Membri jkollhom veduta tajba transsettorjali tar-riskji differenti li jkollhom jindirizzaw, tal-idoneità u l-prestazzjoni attwali tal-proċess tal-ippjanar għall-ġestjoni tar-riskju, inklużi l-identifikazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza xierqa, kif ukoll stampa ċara tal-proċessi ta’ implementazzjoni tal-miżuri relevanti.

It-tabella li ġejja tista’ tintuża bħala għodda biex tipprovdi sommarju tal-komponenti differenti tal-valutazzjoni nazzjonali tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju. Din it-tabella tikkomplementa l-valutazzjoni tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju fuq il-livell adatt nazzjonali jew sottonazjonali, li, konformi mad-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jeżegwixxu u jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni kull tliet snin wara li jiġu ffinalizzati dawn il-linji gwida.

Għal kull waħda mill-mistoqsijiet hawn taħt, il-livell xieraq għandu jiġi identifikat abbażi tad-distribuzzjoni tal-livelli segwenti:

—   m/a: Kapaċità mhux identifikata jew mhux ikkunsidrata applikabbli li tiġi żviluppati;

—   (1): Kapaċità meqjusa applikabbli – ix-xogħol għadu ma bediex;

—   (2): Kapaċità identifikata – progress inizjali miksub;

—   (3): Kapaċità implimentata f’oqsma ewlenin;

—   (4): Kapaċità integrata u qed tittejjeb;

—   Kummenti: Ġustifikazzjoni ulterjuri għall-għażla ta’ livell.

 

Mistoqsijiet

Livelli

Kummenti

Valutazzjoni tar-Riskji

Mistoqsija 1: Il-valutazzjoni tar-riskju toqgħod fi ħdan qafas kumplessiv?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 2: Ġew assenjati responsabbiltajiet u rwoli/funzjonijiet definiti b’mod ċar lill-entitajiet relevanti li jipparteċipaw fil-valutazzjoni tar-risku?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 3: Ir-responsabbiltajiet biex jiġu valutati riskji speċifiċi ġew allokati lill-iktar entitajiet relevanti?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 4: Ġiet integrata fil-valutazzjonijiet tar-riskju d-dimensjoni transsettorjali tar-riskji?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 5: It-tqassim tar-responsabbiltajiet għall-valutazzjoni tar-riskji jiġi rieżaminat regolarment?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 6: L-esperti responsabbli mill-valutazzjoni tar-riskju huma adegwatament infurmati, imħarrġa u esperjenzati fil-valutazzjonijiet tar-riskju?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 7: Huma involuti partijiet ikkonċernati relevanti fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 8: Hija disponibbli l-kapaċità amministrattiva meħtieġa biex jiġu komunikati r-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju lill-pubbliku?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 9 Hija disponibbli l-kapaċità amministrattiva meħtieġa biex jiġu komunikati internament ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju, inklużi xenarji, tagħlimiet meħuda, eċċ.?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 10: Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju huma integrati fi strateġija ta’ komunikazzjoni tar-riskju?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 11: L-entità nazzjonali jew subnazzjonali żviluppat metodoloġija għall-valutazzjoni tar-riskju? Din il-metodoloġija hija stipolata jew ippubblikata, u x’inhuma l-elementi ewlenin tagħha?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 12: Id-dimensjoni transfruntiera tar-riskji ġiet integrata fil-valutazzjonijiet tar-riskju?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 13: L-infrastruttura hija inkluża fil-valutazzjoni tar-riskji?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 14: Hija disponibbli infrastruttura relevanti tal-ICT biex isiru l-valutazzjonijiet tar-riskju?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 15: Hemm informazzjoni u dejta xierqa (inkluża dejta storika) disponibbli biex isiru l-valutazzjonijiet tar-riskju?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 16: Hja disponibbli l-kapaċità ta’ finanzjament xierqa biex isir u jiġi aġġornat ix-xogħol fuq il-valutazzjonijiet tar-riskju?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Ippjanar tal-Ġestjoni tar-Riskju

Mistoqsija 17: Ġew assenjati responsabbiltajiet u rwoli/funzjonijiet definiti b’mod ċar lill-entitajiet jipparteċipaw fl-ippjanar tal-prevenzjoni tar-riskju u l-miżuri ta’ preparatezza?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 18: Ir-responsabbiltajiet għall-ippjanar għal riskji speċifiċi huma żgurati u vvalutati regolarment?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 19: Hemm biżżejjed esperti disponibbli biex jagħmlu l-ippjanar tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza ibbażati fuq ir-riskji identifikati fil-valutazzjonijiet tar-riskju?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 20: Huwa disponibbli taħriġ effettiv għall-esperti f’livelli differenti li huma risponsabbli għall-ippjanar tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 21: L-esperti involuti fl-ippjanar tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza huma infurmati dwar l-objettivi tal-politiki/prijoritajiet kumplessivi relatati mal-ġestjoni tar-riskju tad-dizastri?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 22: Hemm proċess fis-seħħ sabiex jiżgura li l-għarfien tal-esperti mqabbdin li jippjanaw il-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza jiġi ppreżervat u żviluppat iktar?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 23: L-entitajiet responsabbli differenti għandhom metodoloġiji żviluppati għall-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju? X’inhumwa l-elementi ewlenin ta’ dawn il-metodoloġiji?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 24: Il-metodoloġiji għall-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju jinkludu l-identifikazzjoni tal-infrastruttura relevanti għall-mitigazzjoni tar-riskji identifikati?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 25: Il-partijiet ikkonċernati relevanti fis-settur pubbliku u dak privat huma infurmati u involuti fil-proċess ta’ ppjanar?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 26: Hemm xi riskji identifikati fil-valutazzjonijiet tar-riskju li huma maqsuma ma’ kumpaniji pubbliċi jew privati, u jekk iva, kif inhu żgurat li l-ippjanar tal-miżuri preventivi u ta’ preparatezza mill-pubbliku u dawn il-kumpaniji jiġi mħeġġeġ?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 27: L-entitajiet nazzjonali jew sottonazzjonali huma involuti fl-ippjanar transfruntier ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 28: Il-partijiet ikkonċernati relevanti, inklużi ċ-ċittadini, huma infurmati rigward l-elementi ewlenin tal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 29: L-apparat u għodda meħtieġa biex jiġi appoġġat/isir l-ippjanar tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza huma disponibbli?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 30: Bħala parti mill-proċess ta’ ppjanar, il-ħtiġijiet ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza ġew stimati, u ġew identifikati sorsi potenzjali ta’ finanzjament?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 31: Bħala parti mill-proċess ta’ ppjanar, huma kkunsidrati pjanijiet futuri ta’ investiment u r-rwol possibbli ta’ finanzjament mis-settur privat?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 32: Bħala parti mill-proċess ta’ ppjanar, jiġu identifikati jew stabbiliti minn qabel proċeduri jew pjanijiet għall-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza meħtieħa biex jimmitigaw ir-riskji identifikati?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza

Mistoqsija 33: L-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza hija marbuta mal-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju? Hija parti minn strateġija jew politika, u ġiet definita metodoloġija?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 34: Ġew żviluppati metodi għar-rappurtar tal-ħsara u t-telfa umana, u l-kosti tal-ħsara huma stimati, dokumentati, u merfugħa?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 35: Ġew assenjati responsabbiltajiet u rwoli/funzjonijiet definiti b’mod ċar lill-entitajiet jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-prevenzjoni tar-riskju u l-miżuri ta’ preparatezza?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 36: It-tqassim tar-responsabbiltajiet tal-esperti involuti fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza hija aġġornata, u hemm biżżejjed riżorsi disponibbli biex jiġu implimentati l-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza abbażi tal-proċess ta’ ppjanar?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 37: L-esperti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza huma infurmati, imħarrġa, u esperjenzati adegwatament?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 38: Il-partijiet ikkonċernati relevanti huma infurmati u involuti fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 39: L-entità nazzjonali jew sottonazzjonali hija involuta fl-implimentazzjoni tal-miżuri transfruntiera għall-prevenzjoni u l-preparatezza?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 40: L-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza minn dawn il-partijiet ikkonċernati pubbliċi jew privati ssir bi kwalità suffiċjenti biex jinkisbu r-riżultati ta’ mitigazzjoni tar-riskju mistennija?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 41: L-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza jinkludu, pereżempju, l-iżvilupp ta’ proċeduri għal twissija bikrija, attivazzjoni, dispaċċ, deattivazzjoni jew monitoraġġ?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 42: L-informazzjoni neċessarja hija disponibbli u skambjata regolarment fi ħdan l-entità nazzjonali jew sottonazzjonali?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 43: Hemm strateġiji ta’ komunikazzjoni, inkluż l-użu ta’ diversi għodda medjatiċi (inkluż il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali) biex tinqasam effettivament l-informazzjoni maċ-ċittadini biex tiżdied il-kuxjenza u biex tinbena l-fiduċja u l-kunfidenza?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 44: Il-kundizzjoni tal-infrastruttura hija relevanti għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza analizzati?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 45: Hemm inventarju tal-apparat disponibbli meħtieġ biex isiru l-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza ppjanati? L-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza tinkludi l-identifikazzjoni tal-bżonnijiet għal tagħmir possibbli bbażati fuq inventarju eżistenti?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 46: Ġew identifikati riskji għall-ktajjen ta’ provvista waqt l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza, u ttieħdu miżuri biex jitnaqqas ir-riskju ta’ skarsità tal-provvisti?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 47: L-esperti mqabbdin li jimplimentaw il-miżuri tal-prevenzjoni u preparatezza għandhom l-għarfien tekniku espert neċessarju biex jiżguraw l-implimentazzjoni adegwata tal-miżuri u jiġi żgurat li dan l-għarfien jiġi ppreservat u żviluppat iktar?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 48: L-esperti mqabbda li jimplimentaw il-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza għandhom l-għarfien biex japplikaw proċeduri ta’ akkwist pubbliku u loġistika biex jagħmlu dawn l-inkarigi, u ġew imħarrġa adegwatament biex japplikaw dawn il-proċeduri?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 49: L-esperti mqabbdin li jimplimentaw il-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza għandhom l-għarfien biex jagħmlu ppjanar tal-ċiklu tal-ħajja u jippjanaw għall-kapaċità f’każijiet ta’ żieda f’daqqa, u dawn il-metodoloġiji huma applikati biex jiġi rieżaminat il-funżjonament tal-apparat u s-sistemi, u biex il-kapaċità tkun tista’ tiżdied f’każ ta’ emerġenza?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 50: Meta jsiru l-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza meħtieġa biex jitnaqqsu, isir adattament lejn, u li jiġu mmitigati r-riskji identifikati, jiġu identifikati jew stabbiliti baġit, bażi legali u proċeduri biex ikun pjan minn quddiem għal allokazzjoni flessibbli ta’ riżorsi?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

Mistoqsija 51: L-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u preparatezza tinkludi t-tħejjija ta’ ftehimiet ma’ partijiet ikkonċernati li jirregolaw il-qsim tal-ispejjeż?

m/a

(1)

(2)

(3)

(4)

 

6.   LISTA TA’ REFERENZI U DOKUMENTI RELEVANTI

A Simple Guide to Risk and its Management, Broadleaf Capital International PTY Ltd., 2012 (based on ISO 31000:2009)

http://broadleaf.com.au/old/pdfs/trng_tuts/Tut_Simple_Guide_to_Risk_v11.pdf

An overview of the EFQM Excellence Model, EFQM, Brussels; The model can be used to assess an organisation’s current capabilities

http://www.efqm.org/

Best Practices on Flood Prevention and Mitigation, ippreżentata fil-laqgħa tad-Diretturi tal-Ilma ġewwa Ateni f’Ġunju 2003, imħejjija min-Netherlands u Franza (aġġornament tal-Linji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa (NU/KEE) dwar il-Prevenzjoni Sostenibbli tal-Għargħar tal-2000)

http://ec.europa.eu/environment/water/flood_risk/pdf/flooding_bestpractice.pdf

Civil Defence Emergency Capability Assessment Tool v. 4.2 (final) – CDEM Capability Assessment Tool, ibbażata fuq l-Istrateġija CDEM tan-New Zealand, għodda Excel li tiffoka fuq il-kapaċità organizzazzjonali, u tkopri mistoqsijiet ta’ konformità, prestazzjoni u riżultati

http://www.civildefence.govt.nz/cdem-sector/monitoring-and-evaluation/cdem-capability-assessment-tool-/

Core Capabilities Crosswalk, U.S. Department of Homeland Security, Federal Emergency Management Agency (FEMA), update: Ġunju 2013

http://www.fema.gov/core-capabilities

Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2010, Dokument tal-Kunsill Nru 7788/10. L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa aktar sikura, COM(2010) 673 tat-22.11.2010

Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 Settembru dwar il-kapaċità ta’ ġestjoni tar-riskju (13375/14)

Department of Homeland Security Risk Lexicon, Risk Steering Committee/USA, Settembru 2010

https://www.dhs.gov/xlibrary/assets/dhs-risk-lexicon-2010.pdf

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13);

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1);

Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27);

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75);

Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1);

Emergency Management Planning Guide 2010-2011, Public Safety Kanada, 2010

http://www.publicsafety.gc.ca/cnt/rsrcs/pblctns/mrgnc-mngmnt-pnnng/index-eng.aspx

L-EN Eurocodes huma serje ta’ 10 Standards Ewropej, b’EN 1990 - EN 1999, jipprovdu approċċ komuni lejn id-disnn tal-binjiet u xogħljiet oħrajn ta’ inġinerija ċivili u prodotti ta’ kostruzzjoni

http://eurocodes.jrc.ec.europa.eu/home.php

Il-Kummissjoni Ewropea: Impact Assessment Guidelines, SEC(2009) 92

http://ec.europa.eu/smart-regulation/impact/commission_guidelines/commission_guidelines_en.htm

Il-Kummissjoni Ewropea: Overview of natural and man-made disaster risks in the EU, il-Kummissjoni Ewropea SWD(2014) 134 finali tat-8.4.2014

Il-Kummissjoni Ewropea: Approċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, Komunikazzjoni COM(2009) 82 finali tat-23.2.2009

Guidance on Implementing the Capacity Development Provisions of the Safe Drinking Water Act amendments of 1996, United Environmental Protection Agency, USA, Lulju 1998

http://www.epa.gov/ogwdw/smallsystems/pdfs/guidfin.pdf

Guide ORSEC Départemental, Direction générale de la sécurité civile et de la gestion des crises

http://www.interieur.gouv.fr/Le-ministere/Securite-civile/Documentation-technique/Planification-et-exercices-de-Securite-civile

ISO 22300:2012 Societal Security – Terminology

http://www.iso.org/iso/catalogue_detail.htm?csnumber=56199

ISO/CD 22325 Societal Security: Emergency management - Guidelines for emergency management capability assessment (for businesses)

ISO/IEC/FDIS International Standard 31010: Risk Management – Risk Assessment Techiques (2009)

ISO International Standard 31000 (2009): Risk Management – Principles and Guidelines

Methode für die Risikoanalyse im Bevölkerungsschutz, Bundesamt für Bevölkerungsschutz und Katastrophenhilfe, Wissenschaftsforum Band 8, 2010

http://www.bbk.bund.de/SharedDocs/Downloads/BBK/DE/Publikationen/Wissenschaftsforum/Bd8_Methode-Risikoanalyse-BS.pdf?__blob=publicationFile

OECD Risk Management, Dokumenti ta’ Ħidma tal-OECD dwar il-Governanza Pubblika Nru 23 imħejjija minn Charles Baubion, 2013

http://www.oecd-ilibrary.org/governance/oecd-working-papers-on-public-governance_19934351

OECD Reviews of Risk Management Policies: Italy – Rieżami tas-Sistema ta’ Protezzjoni Ċivili Nazzjonali Taljana, OECD, 2010

http://www.oecd.org/italy/oecdreviewsofriskmanagementpoliciesitaly.htm

OECD Recommendations of the Council on the Governance of Critical Risks, Laqgħa tal-Kunsill tal-OECD fuq livell ministerjali, Pariġi, 6-7 Mejju 2014

http://www.oliverwyman.com/content/dam/oliver-wyman/global/en/2014/may/OECD%20-%20Recommendations%20on%20the%20governance%20of%20critical%20risks%20-%202014.pdf

Risk Management Assessment Framework – Għodda għad-dipartimenti ta’ HM Treasury, ir-RU, Lulju 2009, għodda biex tivvaluta l-istandard tal-ġestjoni tar-riskju f’organizzazzjoni ibbażata fuq il-mudell ta’ eċċellenza EFQM

https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/191516/Risk_management_assessment_framework.pdf

UNISDR Terminology on Disaster Risk Reduction, United Nations 2009;

http://www.unisdr.org/we/inform/terminology


(1)  Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).

(2)  Ibid. Artikolu 6(c).

(3)  Ibid. Artikolu 5(f).

(4)  Ara Overview of natural and man-made disaster risk in the EU, SWD(2014) 134 final 8.4.2014.

(5)  13375/14.

(6)  Commission Risk Assessment and Mapping Guidelines for Disaster Management, SEC(2010) 1626 final tal-21.12.2010.

(7)  Organisation for Economic Co-operation and Development, “Boosting Resilience through Innovative Risk Governance”, OECD Reviews of Risk Management Policies, 2014, pp. 48-51, ISBN 978-92-64-20910-7.

(8)  Dan jista’ jinkudi li jinġabar grupp internazzjonali ta’ esperti li jistgħu jkunu ta’ appoġġ għall-valutazzjoni f’kull stadju tal-proċess kif ukoll Programm ta’ Evalwazzjoni bejn il-Pari li permezz tiegħu l-Istati Membri jistgħu jitgħallmu mingħand xulxin dwar il-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri.

(9)  L-impatt tal-perikli jiddependi parzjalment fuq il-miżuri diġà eżistenti tal-mitigazzjoni u l-prevenzjoni. Il-valutazzjoni tar-riskju tieħu kont tal-miżuri eżistenti biex jiġu vvalutati l-impatt, il-probabbiltà u l-prijorità tar-riskji.

(10)  SEC(2010), 1626 finali tal-21.12.2010, p. 29.

(11)  L-ippjanar għandu jqis il-pjanijiet maħsuba għal riskji settorjali, pereżempju l-Pjanijiet ta’ Mmaniġġar tar-Riskju ta’ Għargħar skont id-Direttiva dwar l-Għargħar (Direttiva 2007/60/KE).

(12)  Paġna 30 tal-Linji Gwida Dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju.

(13)  http://www.civildefence.govt.nz/cdem-sector/monitoring-and-evaluation/cdem-capability-assessment-tool-/

(14)  Guide ORSEC Départemental, Direction générale de la sécurité civile et de la gestion des crises, http://www.interieur.gouv.fr/Le-ministere/Securite-civile/Documentation-technique/Planification-et-exercices-de-Securite-civile

(15)  http://climate-adapt.eea.europa.eu/data-and-downloads?searchtext=&searchsectors=DISASTERRISKREDUCTION&searchtypes=ACTION#