5.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Emendi għall-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u t-tnaqqis ta' multi f'każijiet ta' kartell

(2015/C 256/01)

1.

L-Avviż dwar l-Immunità minn multi u t-tnaqqis ta' multi f’każijiet ta’ kartell (1) huwa b’dan emendat kif ġej.

2.

Il-punt 34 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“(34)

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regoli dwar l-aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni (2), aċċess għall-fajl jingħata biss lil dawk li lilhom tkun indirizzata d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet bil-kundizzjoni li l-informazzjoni miksuba b'dan il-mod tkun tista' tintuża biss għall-iskopijiet ta' proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi għall-applikazzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni tal-Unjoni. Kull nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (3) dwar l-użu ta’ informazzjoni miksuba permezz ta’ aċċess għall-fajl matul il-proċeduri jista’ jkun meqjus bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-punti (12) u (27) ta’ dan l-Avviż. F'ċerti ċirkostanzi huwa suġġett għal pieni li għandhom jiġu stabbiliti skont il-liġi nazzjonali (4). Barra minn hekk, jekk użu bħal dan isir wara li l-Kummissjoni tkun addottat deċiżjoni ta’ projbizzjoni fil-proċedimenti, il-Kummissjoni tista’, minbarra l-penali applikabbli skont il-liġi nazzjonali, fi kwalunkwe proċedura legali quddiem il-qrati tal-Unjoni, titlob lill-Qorti biex iżżid il-multa tal-impriża responsabbli. Jekk ma tkunx osservata xi limitazzjoni dwar l-użu tal-informazzjoni minn dawk imsemmija hawn fuq fi kwalunkwe ħin, bl-involviment ta' rappreżentant legali estern, il-Kummissjoni tista' tirrapporta l-inċident lill-uffiċċju fejn ir-rappreżentant legali jipprattika, bl-għan ta' azzjoni dixxiplinarja.

(2)  ĠU C 325, 22.12.2005, p. 7."

(3)  L-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1348 (ĠU L 208, 5.8.2015, p. 3)."

(4)  L-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 5.12.2014, p. 1).”"

3.

Il-punt 35a li ġej se jiddaħħal wara l-punt 35:

“35a.

F’konformità mal-paragrafu 26a tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati tal-Istati Membri tal-UE fl-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat, il-Kummissjoni qatt ma tittrażmetti dikjarazzjonijiet korporattivi ta’ klemenza lill-qrati nazzjonali għall-użu f’azzjonijiet għad-danni għal ksur ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat (5). Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għas-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(7) tad-Direttiva 2014/104/UE.

(5)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati tal-Istati Membri tal-UE fl-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, ĠU C 101, 27.04.2004, p. 54, kif emendat bil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Emendi għall-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati tal-Istati Membri tal-UE fl-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE (ĠU C 256, 5.8.2015, p. 5).”"


(1)  ĠU C 298, 8.12.2006, p. 17.