Brussell, 2.12.2015

COM(2015) 615 final

2015/0278(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2015) 264 final}
{SWD(2015) 265 final}
{SWD(2015) 266 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Dan il-memorandum ta’ spjegazzjoni jippreżenta b'aktar dettall il-proposta għal Direttiva ġdida bl-għan li tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi.

Bħalissa, l-operaturi ekonomiċi qed iħabbtu wiċċhom ma' rekwiżiti tal-aċċessibbiltà nazzjonali diverġenti, u ħafna drabi kontradittorji, li jwaqqfuhom milli jibbenefikaw mill-potenzjal tas-suq intern.

Id-Direttiva proposta tappoġġja lill-Istati Membri fit-twettiq tal-impenji nazzjonali tagħhom kif ukoll tal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD) 1 rigward l-aċċessibbiltà.

L-aċċessibilità tinsab fil-qalba tal-UNCRPD, konvenzjoni li l-UE u 25 mill-Istati Membri tagħha huma partijiet taghha 2 . Din hija waħda mill-prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 3 li tistabbilixxi azzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-UNCRPD fil-livell tal-UE. L-aċċessibbiltà tipprevjeni jew tneħħi l-ostakli għall-użu ta’ prodotti u servizzi konvenzjonali. Din tippermetti l-perċezzjoni, l-operazzjoni u l-fehim ta’ dawk il-prodotti u s-servizzi minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, 4 fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor.

1.1.Objettivi u kuntest tal-Proposta

Il-proposta timmira li tikkontribwixxi sabiex ittejjeb il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u tneħħi u tipprevjeni l-ostakli għall-moviment liberu ta’ prodotti u servizzi aċċessibbli.

Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta’ ċittadini b’diżabilitajiet u/jew limitazzjonijiet funzjonali se jiżdied b’mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea tixjieħ dejjem iktar. Meta jitqies it-tixjiħ demografiku, mistenni li fl-2020 madwar 120 miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea se jkunu qed ibatu minn pluridiżabilitajiet u/jew diżabilitajiet żgħar. It-titjib tal-funzjonament tas-suq intern għal prodotti u servizzi aċċessibbli speċifiċi, ikopri kemm il-ħtiġijiet tal-industrija kif ukoll dawk tal-konsumaturi. Permezz ta' ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli, jista' jkun hemm aktar inklużjoni u parteċipazzjoni taċ-ċittadini fis-soċjetà. Dan jappoġġja l-għajxien indipendenti u l-għażla awtonoma. Jikkontribwixxi wkoll għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament indaqs fl-aċċess għal oġġetti u servizzi minn persuni b'diżabilità 5 .

Hemm xi differenzi fil-leġiżlazzjoni, fl-istandards u fil-linji gwida dwar l-aċċessibbiltà u dawn x’aktarx li jiżdiedu hekk kif l-Istati Membri jiżviluppaw regoli ta’ aċċessibbiltà ġodda. Din hija konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tal-UNCRPD għall-UE u għall-maġġoranza tal-Istati Membri, kif ukoll tal-karattru ġenerali tad-dispożizzjonijiet tagħha, li huma miftuħa għal interpretazzjonijiet u prattiki differenti meta dawn jiġu implimentati fil-livell nazzjonali. Fost l-eżempji tar-regoli diverġenti hemm il-każ tal-aċċessibbiltà tal-Web, fejn l-Istati Membri jużaw verżjonijiet differenti tal-linji gwida W3C/WCAG, u l-każ tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva fejn jintużaw standards differenti ta’ sottotitoli u ta’ awdjodeskrizzjoni. Barra minn hekk, il-bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-UE li jagħmlu l-aċċessibbiltà obbligatorja f’termini ġenerali mingħajr ma jipprovdu definizzjoni, bħal fil-każ tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku, se jkollhom effett simili.

In-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tal-approċċi nazzjonali għall-aċċessibbiltà joħloq xkiel għas-suq intern. Il-fornituri li joperaw b’mod transfruntier iħabbtu wiċċhom ma’ spejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni biex jikkonformaw ma’ regoli ta’ aċċessibbiltà diverġenti. Il-kompetizzjoni, il-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku huma mxekkla għaliex jista' jkun li l-intrapriżi, b’mod partikolari l-SMEs, ma jkollhomx l-għarfien u l-kapaċità biex jifhmu r-rekwiżiti u l-proċeduri nazzjonali differenti u biex idaħħluhom fis-seħħ. Għaldaqstant, hu importanti li l-SMEs jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-proposta għax inkella l-prodotti u s-servizzi tagħhom jistgħu jitqiesu li huma ta' kwalità medjokri jew inferjuri.

L-awtoritajiet nazzjonali, il-manifatturi u l-fornituri tas-servizzi jiffaċċjaw inċertezzi dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-provvista potenzjali ta' servizzi transfruntiera, kif ukoll fir-rigward tal-qafas ta’ politika applikabbli għall-aċċessibbiltà.

Is-sitwazzjoni deskritta turi l-ħtieġa li tittieħed azzjoni u li jiġi żgurat il-moviment liberu ta’ prodotti u servizzi, billi jiġu ddefiniti u użati rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà komuni għall-prodotti u għas-servizzi magħżula u billi jintużaw l-istess rekwiżiti għal-leġiżlazzjoni tal-UE li tistabbilixxi obbligi ġenerali dwar l-aċċessibbiltà. Dan se jikkontribwixxi biex tiżdied il-kompetizzjoni fost l-industrija. Il-proposta timmira li tnaqqas u tipprevjeni l-ostakli għall-kummerċ transfruntier.

L-armonizzazzjoni ta’ miżuri nazzjonali dwar l-aċċessibbiltà qed tiġi proposta bħala kundizzjoni neċessarja biex tintemm id-diverġenza leġiżlattiva.

1.2.Sfond tekniku

Illum il-manifatturi u l-fornituri tas-servizzi mad-dinja kollha jużaw approċċi differenti biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà kull meta jipproduċu/jipprovdu prodotti u servizzi b’karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà speċifiċi. Dawn l-approċċi xi drabi jiddependu mill-istandards nazzjonali jew internazzjonali; ħafna drabi mingħajr l-armonizzazzjoni tal-istandards bejn ir-reġjuni jew il-pajjiżi.

Għadd ta’ standards ta' aċċessibbiltà qed jiġu żviluppati fil-livell Ewropew wara t-talbiet ta' standardizzazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea indirizzat lill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni (ESO). Dawn it-talbiet ta' standardizzazzjoni (azzjonijiet mhux leġiżlattivi) stiednu lill-ESOs biex jallinjaw l-iżvilupp ta’ standards Ewropej volontarji mal-iżviluppi globali. It-talbiet rilevanti għall-aċċessibbiltà huma: it-talba M/376 6 (2005) dwar l-ICT li rriżultat fl-istandard Ewropew EN 301 549 7 adottat fi Frar 2014; it-talba M/420 8 (2007) dwar l-ambjent mibni u t-talba M/473 9 dwar l-integrazzjoni tal-aċċessibbiltà fl-istandardizzazzjoni Ewropea billi jiġi segwit l-approċċ “disinn għal kulħadd”. Dawn it-talbiet ta' standardizzazzjoni tfasslu wara opinjoni pożittiva tal-Istati Membri fil-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE u jistiednu lill-ESOs biex jiżviluppaw ċerti standards ta’ aċċessibbiltà volontarji u biex janalizzaw, meta jkun possibbli, l-istandards eżistenti sabiex tingħata gwida aħjar dwar il-prinċipji ta’ “disinn għal kulħadd”.

Din il-ħidma ta' standardizzazzjoni Ewropea volontarja mitluba hija waħda twila u fin-nuqqas ta' standards Ewropej huwa possibbli li ssir ħidma ta' standardizzazzjoni nazzjonali. Għaldaqstant, l-istandardizzazzjoni Ewropea volontarja trid tkun sostnuta minn intervent regolatorju sabiex jinkiseb l-għan ta' armonizzazzjoni mal-Ewropea kollha. Ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà funzjonali stipulati fid-Direttiva huma mogħtija f’termini ta’ objettivi ġenerali. Wieħed mill-modi biex tiġi vvalutata l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti huwa billi jiġu applikati standards armonizzati volontarji li jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea 10 .

L-istandards Ewropej li jirriżultaw mit-talbiet imsemmija hawn fuq, jew kwalunkwe standards Ewropej eżistenti xierqa oħra, għandhom jintużaw f’din l-inizjattiva bħala bażi għal dawk l-istandards armonizzati biex jipprovdu preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà.

1.3.Sfond politiku

L-għan ewlieni ta’ din id-Direttiva huwa li ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern għal prodotti u servizzi aċċessibbli. Dan jikkonforma sew mal-linji gwida politiċi tal-President Juncker biex “il-Kummissjoni li jmiss tibni fuq is-saħħa tas-suq uniku tagħna u tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tiegħu fil-forom kollha tiegħu”. Din id-Direttiva se tikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2015 11 li jtenni l-impenn tal-Kummissjoni għall-aċċessibbiltà bħala xprun għall-inklużjoni soċjali: "Il-Kummissjoni Ewropea tiddefendi l-ugwaljanza tal-opportunitajiet għal persuni b’diżabilità, b’rispett sħiħ tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità Dan jinkludi l-aċċessibbiltà għall-ambjent fiżiku, għat-trasport, għall-informazzjoni u għat-teknoloġiji u għas-sistemi ta’ komunikazzjoni (ICT), u għal faċilitajiet jew servizzi oħra."

L-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità jobbliga lill-UE u lill-Istati Membri, fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom, bħala partijiet għall-Konvenzjoni, biex jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw l-aċċessibbiltà. L-Artikolu 3 jirreferi għall-aċċessibbiltà bħala prinċipju ġenerali tal-Konvenzjoni li għandu jitqies b'rabta mat-tgawdija tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali ddikjarati fil-Konvenzjoni.

In-natura ġuridika tal-obbligi dwar l-aċċessibbiltà previsti fil-UNCRPD hija kkonfermata fil-Kumment Ġenerali dwar l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni dwar l-Aċċessibbiltà 12 , maħruġ mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità f’April 2014. Dan jiddikjara li "L-Istati Partijiet huma obbligati jadottaw, jippromulgaw u jimmonitorjaw l-istandards nazzjonali tal-aċċessibbiltà […]. L-Istati Partijiet għandhom iwettqu rieżami komprensiv tal-liġijiet dwar l-aċċessibbiltà sabiex jidentifikaw, jimmonitorjaw u jindirizzaw lakuni fil-leġiżlazzjoni u fl-implimentazzjoni tagħha". Il-Kumment Ġenerali jiddikjara wkoll li "L-Istati Partijiet għandhom jistabbilixxu qafas leġiżlattiv speċifiku, parametri referenzjarji infurzabbli u marbuta mal-ħin biex l-entitajiet privati jkunu jistgħu jimmonitorjaw u jivvalutaw il-modifiki u l-aġġustament gradwali bl-għan li jagħmlu aċċessibbli s-servizzi li qabel kienu inaċċessibbli. L-Istati Partijiet għandhom jiżguraw ukoll li l-prodotti ġodda kollha akkwistati u servizzi oħra jkunu kompletament aċċessibbli għal persuni b’diżabilità."

L-impenn għal Ewropa mingħajr ostakli ġie mġedded fl-2010 fl-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020. Din l-istrateġija tfasslet b’konformità mal-UNCRPD. L-azzjoni tal-UE tappoġġja u tissupplimenta l-attivitajiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-aċċessibbiltà u għat-tneħħija tal-ostakli eżistenti.

L-aċċessibbiltà hija inkluża f’diversi inizjattivi tal-UE. Ċerti rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà dettaljati huma previsti fil-leġiżlazzjoni tal-UE relatata ma’ prodotti jew servizzi speċifiċi, jew ma' ċerti setturi. Oħrajn, bħalma huma d-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku u r-Regolamenti dwar il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għandhom rekwiżit ta’ aċċessibbiltà ġenerali (l-ewwel fil-perjodu 2007-2013, u mbagħad permezz ta' dispożizzjonijiet imsaħħa aktar fil-perjodu 2014-2020). Madankollu, ma teżistix definizzjoni komuni dwar l-aċċessibbiltà fil-livell Ewropew.

Fil-Pjan ta’ Azzjoni 2010-2015 13 li jakkumpanja l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità, skont l-objettiv speċifiku ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni u tneħħija tal-ostakli u tax-xkiel għall-aċċessibbiltà, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tipprepara Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà li jistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-aċċessibbiltà b'rabta mal-prodotti u mas-servizzi.

1.4.Konsistenza ma’ politiki u objettivi oħra tal-Unjoni

F’ħafna każijiet, il-leġiżlazzjoni tal-UE tindirizza s-sitwazzjoni tal-persuni b’diżabilità b’enfasi fuq qasam speċifiku. Dan huwa l-każ tar-Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri għall-mezzi tat-trasport kollha (bl-ajru, bil-ferrovija, fuq l-ilma, bil-karozza tal-linja u bil-kowċ) li jiffokaw fuq in-nondiskriminazzjoni u l-għoti ta' assistenza lil persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jużaw it-trasport 14 . Hemm ukoll leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-aċċessibbiltà tal-vetturi għat-trasport tal-passiġġieri, bħall-karozzi tal-linja bi pjattaformi baxxi 15 , materjal ferrovjarju fuq ir-roti 16 u t-trasport fuq l-ilma 17 u hemm standards tekniċi li jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-vetturi għal modi tat-trasport differenti. Il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom mhix se tiġi affettwata minn din il-proposta. Madankollu, it-titjib tal-aċċessibbiltà tat-trasport li se ġġib magħha din l-inizjattiva, jista' jiffaċilita l-għoti ta’ assistenza u/jew inaqqas il-bżonn tagħha u l-ispejjeż relatati.

Din il-proposta hija f'sinerġija mal-proposta għal Direttiva dwar l-aċċessibbiltà tas-siti web tal-korpi tas-settur pubbliku 18 , li tkopri sett speċifiku tas-siti web tal-korpi tas-settur pubbliku li joffru servizzi speċifiċi. Din l-inizjattiva tikkomplementa dik il-proposta billi tindirizza xi siti web tas-settur privat. Flimkien, dawn jikkontribwixxu għat-twettiq ta' soċjetà elettronika inklużiva ppreżentata fl-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali billi jiżguraw l-aċċessibbiltà tas-siti web minn dawk li jipprovdu s-servizzi bażiċi liċ-ċittadini. Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet responsabbli għandhom jimplementaw l-istess speċifikazzjonijiet ta’ aċċessibbiltà indipendentement mit-tip ta’ sit web, ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-internet użati f’din id-Direttiva proposta huma identiċi għal dawk tal-proposta għal Direttiva dwar l-aċċessibbiltà tas-siti web tal-korpi tas-settur pubbliku.

Billi tiddefinixxi r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà, il-proposta tiċċara l-obbligi ta' aċċessibbiltà tal-leġiżlazzjoni tal-UE li tistabbilixxi obbligi dwar l-aċċessibbiltà mingħajr ma tipprovdi rekwiżit jew speċifikazzjoni, pereżempju fil-qasam tal-akkwist pubbliku jew tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

Għaldaqstant, din se tapplika għal dawn l-inizjattivi mingħajr ma temendahom, minkejja l-objettivi u l-bażi ġuridika differenti tagħhom, bil-vantaġġ li tispjega b'mod aktar dettaljat dak li hu mifhum b’aċċessibbiltà, u b’hekk tikkontribwixxi għat-titjib fiċ-ċertezza legali.

Il-leġiżlazzjoni futura li tinkludi l-obbligi ta' aċċessibbiltà tista' tirrifletti r-rekwiżiti komuni dwar l-aċċessibbiltà ta' din l-inizjattiva, u b'hekk ittejjeb il-koerenza fis-suq intern.

Barra minn hekk, il-kunċett ta’ tixjiħ attiv li ppromwoviet il-Kummissjoni Ewropea matul is-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet fl-2012, enfasizza l-importanza li jinħolqu ambjenti aċċessibbli u "adattati għall-anzjani" biex in-nies ikunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti fil-komunità lokali għall-itwal żmien possibbli. L-aċċessibbiltà hija waħda mill-komponenti essenzjali ta' dan il-kunċett. Minħabba r-rabta qawwija bejn id-diżabilità u x-xjuħija, 19 l-aċċessibbiltà hija essenzjali għall-persuni anzjani biex jibqgħu attivi, jgħixu b’mod indipendenti u jikkontribwixxu għall-ekonomija tal-anzjani 20 .

Fil-livell internazzjonali, l-Istati Uniti għandha qafas wiesa’ ta’ leġiżlazzjoni dwar l-aċċessibbiltà, ħafna drabi bi standards u b'regoli obbligatorji u dettaljati 21 . Għaldaqstant, u kif ġie espress minn diversi partijiet ikkonċernati (b'mod partikolari mill-industrija tal-ICT), il-proposta għandha l-għan li toħloq koerenza bejn id-dispożizzjonijiet applikabbli fl-Istati Uniti u r-regoli tal-UE, minħabba n-natura globali ta’ ċerti prodotti u servizzi. Dan l-għan se jiġi ffaċilitat permezz tal-ħidma ta’ standardizzazzjoni skont it-talba għall-istandardizzazzjoni M/376 22 . Din l-inizjattiva tal-UE dwar l-aċċessibbiltà tista' tistabbilixxi qafas fejn l-istandards tal-aċċessibbiltà żviluppati b’ħarsa globali jistgħu jgħinu biex jinħoloq suq transatlantiku.

Din il-proposta se trawwem l-applikazzjoni effettiva ta’ standards oħra relatati mal-aċċessibbiltà u li jirriżultaw mit-talbiet ta’ standardizzazzjoni tal-Kummissjoni M/376, M/420 u M/473.

2.RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

2.1.Konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati

Saru għadd ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi u studji sabiex jidentifikaw il-problemi u l-ħtiġijiet, li kienu jindirizzaw lill-Istati Membri, lill-industrija u lis-soċjetà ċivili (il-konsumaturi inklużi dawk b’diżabilitajiet):

Konsultazzjoni pubblika onlajn fid-dawl ta' Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà (2012) 23 ;

Ewrobarometru dwar l-Aċċessibbiltà (2012) 24 ;

Il-Bord tal-SMEs immexxi permezz tan-Netwerk Enterprise Europe (2012) 25 ;

Konsultazzjonijiet diretti u laqgħat ma’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ewlenin tas-soċjetà ċivili, inklużi dawk li jirrappreżentaw il-persuni b’diżabilità, tal-industriji u l-assoċjazzjonijiet tal-industrija Ewropea; fost dawn kien hemm djalogu ta’ livell għoli dwar “It-Tkabbir u l-Aċċessibbiltà” ospitat mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Viviane Reding (Diċembru 2013);

Il-ħames Rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar id-Diżabilità (grupp ta’ esperti tal-Istati Membri) dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità 26 ;

Studju dwar l-impatt soċjoekonomiku ta’ miżuri ġodda għat-titjib tal-aċċessibbiltà ta’ prodotti u servizzi għal persuni b’diżabilità (2013) 27 ;

Studji dwar il-leġiżlazzjoni tal-aċċessibbiltà fis-27 Stat Membru u l-infurzar fl-UE min-Netwerk Akkademiku Ewropew ta’ Esperti dwar id-Diżabilità (ANED) (2012) 28 .

2.2.Valutazzjoni tal-impatt

Twaqqaf Grupp ta’ Tmexxija tal-Valutazzjoni tal-Impatt, immexxi mid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, b’rappreżentanza wiesgħa ta’ servizzi u dipartimenti tal-Kummissjoni.

Ħames alternattivi ta' politika ġew skartati fi stadju bikri tal-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt, jew minħabba li mhumiex realistiċi, jew għax mhumiex kapaċi jilħqu l-objettivi jew għax huma sproporzjonati.

Minn skrining preliminari ħareġ li din l-inizjattiva tal-UE għandha tkopri biss oqsma ta' prijorità magħżula, fejn l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern huma l-aktar viżibbli u x'aktarx li jiżdiedu jew fejn l-azzjoni fil-livell Ewropew iġġib valur miżjud. L-erba' alternattivi li ġejjin ġew sottoposti għal analiżi tal-impatt ulterjuri:

Alternattiva 1:     L-ebda azzjoni ulterjuri fil-livell tal-UE (xenarju bażi).

Alternattiva 2: Rakkomandazzjoni tal-UE li tiddefinixxi rekwiżiti ta' aċċessibbiltà komuni għall-prodotti u għas-servizzi magħżula, kif ukoll fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Din l-alternattiva tindirizza l-problema fix-xenarju bażi billi tinkludi r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà li jistgħu jiġu applikati għal lista definita ta' prodotti u servizzi u għall-proċessi tal-akkwist pubbliku.

Alternattiva 3: Direttiva tal-UE li tiddefinixxi rekwiżiti ta' aċċessibbiltà komuni għall-prodotti u għas-servizzi magħżula, kif ukoll fil-qasam tal-akkwist pubbliku - applikabbli għall-Istati Membri meta dawn jirregolaw dwar l-aċċessibbiltà. Skont din l-alternattiva, l-Istati Membri mhux se jintalbu jilleġiżlaw dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà sa data partikolari, iżda jekk jagħmlu hekk jew diġà għamlu hekk, se jkollhom isegwu r-regoli tal-UE sabiex jiżguraw il-konsistenza fi ħdan is-suq intern. L-Istati Membri kollha se jkollhom jiżguraw iċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, anki jekk ma jirregolawx dwar l-aċċessibbiltà, u se jkollhom jużaw rekwiżiti ta' aċċessibbiltà komuni fil-proċessi ta' akkwist pubbliku.

Alternattiva 4: Direttiva tal-UE li tiddefinixxi rekwiżiti ta' aċċessibbiltà komuni għall-prodotti u għas-servizzi magħżula, kif ukoll fil-qasam tal-akkwist pubbliku - applikabbli mill-ewwel għall-Istati Membri kollha. Din l-alternattiva tirrikjedi li l-Istati Membri kollha, inklużi dawk li għadhom ma lleġiżlawx dwar l-aċċessibbiltà, jintroduċu leġiżlazzjoni ġdida dwar l-aċċessibbiltà skont ir-regoli tal-UE proposti. Din tarmonizza bis-sħiħ ir-regoli dwar l-aċċessibbiltà mal-Istati Membri kollha.

Jidher li intervent regolatorju huwa l-aktar forma effiċjenti ta' intervent tal-UE biex jiġu indirizzati l-problemi attwali u mistennija fil-funzjonament tas-suq intern. Tqies li Direttiva, b'mod partikolari, tkun konformi mal-approċċ meħud fi strumenti u f'Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni preċedenti u tiżgura ċ-ċirkolazzjoni bla xkiel ta' prodotti u servizzi aċċessibbli mingħajr ma tmur lil hinn minn dak li hu meħtieġ.

Ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt, imħejji mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea, ġie eżaminat bir-reqqa mill-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt, li ta opinjoni pożittiva. Il-verżjoni finali tal-Valutazzjoni tal-Impatt tiġbor it-tibdil li sar biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

3.ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1.Bażi ġuridika

L-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

3.2.Prinċipju tas-Sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-kwistjonijiet indirizzati minn din il-proposta jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-UE. Skont l-Artikolu 4(2) a) u g) tat-TFUE, rispettivament, l-oqsma tas-suq intern u tat-trasport huma oqsma ta’ kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri.

Hemm ħtieġa għal azzjoni tal-UE, billi l-Istati Membri waħedhom ma jistgħux isolvu l-problema, peress li din tkopri aspetti tranżnazzjonali li ma jistgħux jiġi indirizzati minn azzjonijiet tal-Istati Membri b'mod individwali. Jeżistu ostakli għall-funzjonament normali tas-suq intern - li huma kemm l-ostakli attwali għall-kummerċ kif ukoll l-ostakli għall-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tas-suq intern. Id-differenzi bejn approċċ nazzjonali u ieħor ixekklu u jtaqqlu l-isforzi tal-kumpaniji li jippruvaw jaġixxu b'mod transfruntier.

Il-problemi maħluqa mid-diverġenza tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà, li x’aktarx se jiżdiedu malli l-Istati Membri jimplimentaw l-obbligi tagħhom għall-aċċessibbiltà skont il-UNCRPD, jistgħu jiġu indirizzati b’mod effettiv biss permezz ta’ approċċ komuni fil-livell tal-UE. Bħalma jikkonfermaw il-konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, huwa biss il-ħolqien ta' qafas legali koerenti li jippermetti l-fluss liberu ta’ prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern.

Azzjoni fil-livell tal-UE tkun tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà billi tiffoka fuq dawk il-prodotti u s-servizzi li għalihom hemm evidenza ċara ta’ problema sinifikanti tas-suq intern – minħabba r-rekwiżiti nazzjonali differenti li jostakolaw il-kummerċ. Għalhekk jeħtieġ li din tiġi indirizzata fil-livell tal-UE. L-Istati Membri se jibqgħu totalment responsabbli biex jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għal prodotti u servizzi oħra.

L-azzjoni tal-UE se tivvalorizza aktar il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-aċċessibbiltà billi toħloq regoli li jiżguraw il-moviment liberu ta’ prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern u tippromwovi użu aktar effiċjenti tar-riżorsi. L-Istati Membri għandhom jaċċettaw il-prodotti u s-servizzi esportati minn Stat Membru ieħor meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tad-Direttiva proposta. L-iżgurar ta' dan il-moviment liberu se jkollu effetti ekonomiċi pożittivi. Billi toħloq kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi u tevita l-frammentazzjoni tas-suq intern, il-proposta se toħloq ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll toffrilhom suq akbar fejn jistgħu jbigħu l-prodotti u s-servizzi tagħhom. Bħala benefiċċju ieħor, il-konsumaturi b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità u persuni anzjani, se jibbenefikaw minn għażla usa’ ta’ prodotti u servizzi aċċessibbli, ta' kwalità aħjar u bi prezzijiet aktar baxxi: din tfisser rebħa tripla.

3.3.Prinċipju tal-Proporzjonalità

Fir-rigward tal-proporzjonalità, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni proposta ma jeċċedux dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan li jkun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

L-għażla taż-żmien stipulata għall-implimentazzjoni tqis iċ-ċikli tal-ħajja tal-prodott. Il-prodotti u s-servizzi inklużi ntgħażlu bir-reqqa. L-obbligi ta' aċċessibbiltà jaffettwaw biss prodotti ġodda mqiegħda fis-suq wara l-applikazzjoni tad-Direttiva u s-servizzi pprovduti minn dik id-data 'l hawn.

L-objettivi komuni u r-regoli ġenerali huma stabbiliti, iżda d-definizzjoni dwar kif jistgħu jinkisbu dawn l-objettivi, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, titħalla għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri. Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà jiġu biss definiti fil-livell funzjonali.

Il-proporzjonalità tal-obbligi tqieset bir-reqqa u hija riflessa pereżempju fl-għażla ta' proċeduri ta' valutazzjoni ħafifa tal-konformità (awtodikjarazzjoni) u tas-sorveljanza tas-suq. Dawn huma bbażati fuq dawk li normalment jintużaw fil-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni tas-suq intern 29 . Ġew ivvalutati l-ispejjeż ta’ konformità għall-manifatturi, għall-fornituri tas-servizzi u għall-amministrazzjonijiet pubbliċi. L-analiżi kkonkludiet li l-benefiċċji tal-armonizzazzjoni fil-biċċa l-kbira jegħlbu dawn l-ispejjeż.

Barra dan u f'konformità mal-prinċipju 'l-ewwel aħseb fiż-żgħir', iddaħħlu klawżoli ta’ salvagwardja biex jipproteġu lill-operaturi ekonomiċi milli jġorru piż sproporzjonat jew jevitaw it-trasformazzjoni essenzjali tal-prodotti u s-servizzi tagħhom (u l-ispejjeż imposti minnha). Dawn il-klawżoli jqisu inter alia d-daqs, ir-riżorsi u n-natura tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati. F'konformità mal-politika tal-Kummissjoni, tqieset eżenzjoni sħiħa għall-mikrointrapriżi iżda ġiet skartata biex minflok jiddaħħlu l-klawżoli msemmija hawn fuq billi dawn jimmiraw aħjar il-popolazzjoni effettiva tal-operaturi ekonomiċi li għalihom il-piż jista', f'każijiet individwali li jkunu debitament iġġustifikati, ikun potenzjalment sproporzjonat meta mqabbel mal-benefiċċji. Il-klawżoli kkonċernati jippermettu wkoll kontroll aħjar tal-impatt globali ta' dawn is-salvagwardji fuq il-kisba tal-objettivi tal-leġiżlazzjoni.

3.4.Impatt fuq id-drittijiet fundamentali

Il-proposta ta’ hawn taħt tħalli impatt pożittiv fuq bosta drittijiet rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Tali inizjattiva tal-UE tiffaċilita direttament jew indirettament l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet li ġejjin: id-dritt għad-dinjità tal-bniedem (Artikolu 1), id-dritt għall-integrità tal-persuna (Artikolu 3), id-dritt għall-edukazzjoni (Artikolu 14), il-libertà professjonali u d-dritt għax-xogħol (Artikolu 15), id-drittijiet tal-anzjani (Artikolu 25), id-dritt għall-integrazzjoni ta’ persuni diżabbli (Artikolu 26), u d-dritt għal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza (Artikolu 45).

Fir-rigward tal-operaturi ekonomiċi, din il-proposta jkollha impatt imħallat fuq drittijiet bħalma huma l-libertà ta' intrapriża (Artikolu 16) u d-dritt għall-proprjetà (Artikolu 17). L-ewwel u qabel kollox, billi żżid il-potenzjal tas-suq intern permezz tal-eliminazzjoni ta’ ostakli għall-kummerċ, l-inizjattiva se tkun ta’ benefiċċju għall-eżerċizzju ta’ dawn iż-żewġ drittijiet. F’xi każijiet, l-inizjattiva tista’ tinvolvi wkoll restrizzjoni limitata għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet bl-adozzjoni ta’ regoli ġodda f’xi Stati Membri. Madankollu, ir-restrizzjonijiet li jirriżultaw minn dawn ir-regoli l-ġodda jkunu ġġustifikati u proporzjonali u jirriżultaw f’żieda fil-potenzjal għall-kummerċ intra-UE, li minnha jistgħu jibbenefikaw l-operaturi ekonomiċi. Ir-regoli l-ġodda għandhom ukoll ikunu ġġustifikati bil-ħsieb li jippromwovu drittijiet fundamentali oħra, bħal dawk imsemmija hawn fuq.

3.5.Proposta

Id-Direttiva proposta se tistipula definizzjoni u qafas ta' implimentazzjoni komuni tal-UE għar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ta’ ċerti prodotti u servizzi. L-elementi tad-Direttiva proposta jistgħu jingħataw fil-qosor kif ġej:

Kamp ta' applikazzjoni

Id-Direttiva proposta se:

Tarmonizza r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għal lista ta’ prodotti u servizzi; kif ukoll

Tuża l-istess rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà biex tiddefinixxi u tagħti kontenut lill-obbligu ta' aċċessibbiltà, li diġà jeżisti iżda mhuwiex definit, stabbilit fil-liġi tal-UE, bħal fil-qasam tal-Akkwist Pubbliku u tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment. Il-kamp ta’ applikazzjoni huwa wieħed mill-istrumenti legali rispettivi tagħhom, li mhuwiex modifikat minn din id-Direttiva proposta.

Rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà u moviment liberu

Id-Direttiva proposta se ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi tneħħi l-ostakli li jkunu nħolqu mil-leġiżlazzjoni nazzjonali diverġenti permezz ta' rekwiżiti ta' aċċessibbiltà obbligatorji armonizzati għal lista ta’ prodotti u servizzi. Il-lista tirriżulta minn skrinjar, ibbażat fuq diversi konsultazzjonijiet pubbliċi esterni u konsultazzjonijiet interni, fuq il-ħtiġijiet tal-industrija u tal-persuni b’diżabilità, fuq taħriġ espert dwar il-leġiżlazzjoni marbuta mal-aċċessibbiltà u l-infurzar tagħha f’27 Stat Membru, kif ukoll fuq l-analiżi tad-diverġenzi leġiżlattivi nazzjonali attwali f’disa’ Stati Membri tal-UE li jkopru madwar 80 % tal-PDG tal-UE u 77 % tal-popolazzjoni tal-UE.

Id-Direttiva proposta tiżgura li l-prodotti u s-servizzi kollha li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà se jibbenefikaw minn ċirkolazzjoni libera fis-suq intern.

Din tappoġġja lill-industrija biex tindirizza l-aċċessibbiltà billi tuża l-istess rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà funzjonali biex l-obbligu ta' xiri/iffinanzjar ta' prodotti u servizzi aċċessibbli, kif stabbilit fil-liġi tal-UE, isir operattiv.

Ġew inklużi klawżoli ta’ salvagwardja.

Implimentazzjoni mill-Istati Membri

Id-Direttiva proposta tarmonizza r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fil-livell tal-UE għal għadd ta’ prodotti u servizzi u tneħħi l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera tagħhom;

Ma tispeċifikax fid-dettall kif għandu jintlaħaq fil-prattika l-obbligu biex prodott jew servizz isir aċċessibbli billi jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà definiti. F’każ li dan xorta waħda jwassal għal ostakli fis-suq intern, il-Kummissjoni tista’ tqis alternattivi oħra fil-ġejjieni biex tipprovdi gwida lill-Istati Membri bħal miżuri ta' standardizzazzjoni jew ta’ implimentazzjoni;

Id-Direttiva tinkludi l-possibbiltà li jintużaw standards armonizzati volontarji li jipprovdu preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà;

Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa tal-aċċessibbiltà, id-Direttiva tuża valutazzjoni tal-konformità ħafifa (awtodikjarazzjoni) u mekkaniżmi ta’ sorveljanza tas-suq eżistenti biex tiġi vvalutata l-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà. Tipprovdi wkoll proċedura eħfef biex tiġi vverifikata l-konformità tas-servizzi;

Id-Direttiva tistabbilixxi d-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex l-Istati Membri jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tagħha;

Id-Direttiva tirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu l-applikazzjoni tal-miżuri kollha, inkluż il-moviment liberu ta’ prodotti u servizzi, u dawk preskritti fl-Artikolu 3, sa sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva;

L-iskadenza għall-applikazzjoni tal-miżuri fil-Kapitolu VI – dwar id-definizzjoni tal-aċċessibbiltà b’referenza għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva fil-każijiet fejn il-liġi tal-UE tistabbilixxi l-obbligi dwar l-aċċessibbiltà mingħajr il-kontenut ulterjuri ta' definizzjonijiet jew speċifikazzjoni - hija ta' sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.

Dokumenti ta' spjegazzjoni

Il-Kummissjoni tqis li f’dan il-każ partikolari huwa ġġustifikat li l-Istati Membri jintalbu jibagħtu dokumenti ta' spjegazzjoni lill-Kummissjoni sabiex jiċċaraw ir-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u l-partijiet korrispondenti tad-dokumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni.

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-implimentazzjoni tagħha fil-qasam tal-aċċessibbiltà huma ta’ sfida minħabba l-varjetà kbira ta’ tradizzjonijiet legali fl-Istati Membri differenti; pereżempju, ċerti Stati Membri jirregolaw l-aċċessibbiltà bil-liġi kontra d-diskriminazzjoni, oħrajn bil-liġi dwar id-diżabilità, oħrajn bi strumenti legali speċifiċi għas-settur. Barra minn hekk, din id-Direttiva tkopri rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għal lista magħżula ta’ prodotti u servizzi. Għaldaqstant, din tinkludi varjetà wiesgħa ta’ obbligi legali.

L-implimentazzjoni tad-Direttiva se tirrikjedi l-emendar ta’ diversi fergħat tal-ordni ġuridiku nazzjonali fl-Istati Membri. Id-dispożizzjonijiet tagħha se jiġu trasposti permezz ta’ emendi lir-regoli, lil-liġijiet, lir-regolamenti u lid-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali. X'aktarx li l-implimentazzjoni mhux se tikkonċerna biss il-livell nazzjonali/ċentrali tal-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri, iżda se tmiss livelli differenti ta’ leġiżlazzjoni reġjonali u lokali. Għaldaqstant, it-traspożizzjoni fil-livell nazzjonali mistennija li tkun mifruxa mal-ordni ġuridiku nazzjonali kollu.

Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li d-dokumenti ta’ spjegazzjoni li jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni se jkunu essenzjali biex wieħed jifhem bis-sħiħ il-proċess ta’ traspożizzjoni nazzjonali. F'dan l-isfond, huwa proporzjonat li l-Istati Membri jintalbu jieħdu fuqhom il-piż amministrattiv biex jipprovdu d-dokumenti ta’ spjegazzjoni, sabiex jintlaħaq l-objettiv li l-Kummissjoni titqiegħed f’pożizzjoni li twettaq il-kompitu tagħha ta’ sorveljanza tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva trasversali, li hija ċentrali għall-miżuri tal-UE dwar l-aċċessibbiltà.

Kif se taħdem is-sistema?

Id-Direttiva proposta se tevita u telimina l-ostakli eżistenti fis-suq intern minħabba l-leġiżlazzjoni nazzjonali diverġenti. Bħala konsegwenza, se tiggwida lill-Istati Membri biex ikunu konformi mal-UNCRPD f’dak li jikkonċerna l-aċċessibbiltà.

   Ladarba tidħol fis-seħħ, l-armonizzazzjoni tal-aċċessibbiltà fl-UE se tkun fil-livell ta’ rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà funzjonali, jiġifieri, tal-prinċipji ġenerali bbażati fuq l-approċċ “disinn għal kulħadd”, u mhux fil-livell tekniku dettaljat. Dan il-livell għandu jkun biżżejjed biex jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern għall-prodotti u għas-servizzi koperti.

   Madankollu, id-Direttiva tipprevedi wkoll sitwazzjonijiet fejn tkun meħtieġa armonizzazzjoni aktar dettaljata għal ċerti prodotti u servizzi jew fejn l-industrija tkun teħtieġ aktar dettalji u gwida biex tiġi ffaċilitata l-konformità tagħhom. Id-Direttiva tistipula għadd ta’ alternattivi f’dan il-każ: l-użu ta’ standards armonizzati volontarji u, fin-nuqqas ta’ standards armonizzati, l-użu ta’ atti ta’ implimentazzjoni sabiex jiddefinixxu aktar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà inklużi. Normalment dawn l-alternattivi jintużaw biss wara perjodu raġonevoli ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, u jkunu jiddependu fuq li s-suq jew il-konsumaturi juru l-ħtieġa għal aktar armonizzazzjoni u jkunu bbażati fuq evidenza ta’ fallimenti regolatorji jew tas-suq.

   Il-possibbiltà li jintalab l-iżvilupp ta’ standards Ewropej skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 huwa mod stabbilit biex jingħataw aktar dettalji dwar ir-rekwiżiti legali mogħtija fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-suq intern. Dawk l-istandards armonizzati se jinkludu dettalji tekniċi dwar “Kif” il-prodotti u s-servizzi jsiru aċċessibbli. Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jirregola wkoll it-trasparenza u l-inklużività tal-proċess ta’ standardizzazzjoni li jwassal għall-adozzjoni tal-istandards mitluba.

   L-applikazzjoni tal-istandards armonizzati se tibqa’ volontarja. Madankollu, meta jintużaw l-istandards armonizzati, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali, ikun hemm preżunzjoni ta’ konformità li r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tad-Direttiva koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom ikunu ġew osservati, li tippermetti ċ-ċirkolazzjoni libera ta' dawn il-prodotti u s-servizzi fis-suq intern tal-UE. Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jistipula wkoll il-proċeduri għall-oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati fejn dawk l-istandards ma jissodisfawx bis-sħiħ ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti f'din id-Direttiva.

Id-Direttiva proposta se tappoġġja lill-industrija biex tindirizza l-aċċessibbiltà billi tuża l-istess rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà funzjonali biex tiddefinixxi l-obbligu ta' aċċessibbiltà stabbilit fil-liġi tal-UE, bħalma huwa l-obbligu għall-Istati Membri li jixtru/jiffinanzjaw prodotti u servizzi aċċessibbli, kif stabbilit fid-Direttivi riveduti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Setgħat ta’ implimentazzjoni u dispożizzjonijiet finali

Is-setgħat ta’ implimentazzjoni se jintużaw meta jinħtieġ li jkunu previsti kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat kif deskritt fir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Issir referenza għall-proċeduri ta' eżami li jiġu applikati b'mod distintiv skont l-Artikoli ta’ din id-Direttiva.

Għandu jsir rieżami tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fi żmien ħames snin mill-applikazzjoni tagħha.

4.IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta għandha implikazzjonijiet baġitarji limitati ferm. L-uniċi spejjeż operattivi jikkonċernaw it-tħejjija tar-rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-approprjazzjoni operazzjonali ta’ EUR 0,2 miljun fil-linja baġitarja eżistenti, kif ukoll in-nefqa amministrattiva ta’ madwar EUR 0,182 miljun kull sena wara l-adozzjoni tad-Direttiva għat-tmexxija tal-laqgħat tal-kumitati relatati. Din in-nefqa se tiġi sostnuta permezz ta' riallokazzjoni interna u mhux se timplika żieda fil-fondi.

2015/0278 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 30 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tqarreb il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, billi telimina l-ostakli għall-moviment liberu ta’ ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli. Dan se jżid id-disponibbiltà ta' prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern.

(2)Id-domanda għall-prodotti u s-servizzi aċċessibbli hija għolja u l-għadd ta’ ċittadini b’diżabilitajiet u/jew limitazzjonijiet funzjonali se jiżdied b’mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea tixjieħ dejjem iktar. Permezz ta' ambjent fejn il-prodotti u s-servizzi jkunu aktar aċċessibbli, jista' jkun hemm soċjetà aktar inklużiva u jiġi ffaċilitat għajxien indipendenti.

(3)Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi għal persuni b'limitazzjonijiet funzjonali inklużi l-persuni b'diżabilità, joħolqu ostakli għall-moviment liberu ta’ dawn il-prodotti u s-servizzi u jfixklu l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern. L-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), huma partikolarment milquta minn dawn l-ostakli.

(4)Minħabba d-differenzi fir-rekwiżiti nazzjonali dwar l-aċċessibbiltà, il-professjonisti individwali, l-SMEs u l-mikrointrapriżi b’mod partikolari, huma skoraġġuti milli jidħlu fi proġetti kummerċjali 'l barra mis-swieq nazzjonali tagħhom. Ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà nazzjonali, jew anki reġjonali jew lokali, li l-Istati Membri daħħlu fis-seħħ bħalissa jvarjaw kemm f’termini ta’ kopertura kif ukoll f'termini ta' livell ta’ dettall. Dawk id-differenzi jaffettwaw b’mod negattiv il-kompetittività u t-tkabbir, minħabba l-ispejjeż addizzjonali mġarrba fl-iżvilupp u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u servizzi aċċessibbli għal kull suq nazzjonali.

(5)Il-konsumaturi ta’ prodotti aċċessibbli u r-riċevituri ta’ servizzi aċċessibbli qed iħabbtu wiċċhom ma’ prezzijiet għolja minħabba kompetizzjoni limitata fost il-fornituri. Il-frammentazzjoni fost ir-regolamenti nazzjonali tnaqqas il-benefiċċji potenzjali li jirriżultaw mill-qsim ta' esperjenzi ma' pari nazzjonali u internazzjonali fir-risposta tagħhom għall-iżviluppi teknoloġiċi u tas-soċjetà.

(6)L-approssimazzjoni tal-miżuri nazzjonali fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern sabiex tintemm il-frammentazzjoni fis-suq ta’ prodotti u servizzi aċċessibbli, biex jinħolqu ekonomiji ta’ skala, jiġu ffaċilitati l-kummerċ u l-mobilità transfruntiera, kif ukoll biex l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna jikkonċentraw ir-riżorsi fuq l-innovazzjoni minflok ma jużaw dawn ir-riżorsi għall-konformità ma’ rekwiżiti legali frammentati madwar l-Unjoni.

(7)Il-benefiċċji tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għas-suq intern intwerew mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liftijiet 31 u r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 fil-qasam tat-trasport.

(8)Fid-Dikjarazzjoni Nru 22 annessa mat-Trattat ta’ Amsterdam, il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri qablet li, fit-tfassil tal-miżuri skont l-Artikolu 114 tat-Trattat, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom iqisu l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità.

(9)Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità li jgawdu minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-komunità u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(10)L-għan ġenerali tal-"Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali”, huwa li jwassal benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn suq uniku diġitali konness. Il-konsumaturi tal-Unjoni għadhom mhux qed igawdu l-benefiċċji kollha ta’ prezzijiet u għażla li jista’ joffri s-suq uniku, minħabba li t-tranżazzjonijiet onlajn transfruntiera għadhom limitati ħafna. Il-frammentazzjoni tillimita wkoll id-domanda għat-tranżazzjonijiet transfruntiera tal-kummerċ elettroniku. Tinħtieġ ukoll azzjoni konġunta biex jiġi żgurat li l-kontenut elettroniku l-ġdid ikun disponibbli bis-sħiħ ukoll għall-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu armonizzati r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà fis-suq uniku diġitali u li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, irrispettivament mill-abbiltajiet tagħhom, ikunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tiegħu.

(11)F’konformità mal-Artikolu 216(2) tat-Trattat, il-ftehimiet konklużi mill-Unjoni huma vinkolanti fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u fuq l-Istati Membri tagħha. B’hekk, wara l-konklużjoni mill-Unjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (il-Konvenzjoni), id-dispożizzjonijiet tagħha saru parti integrali mill-ordni ġuridiku tal-Unjoni.

(12)Fl-Artikolu 9 tagħha, il-Konvenzjoni tobbliga lill-Partijiet tagħha għall-Konvenzjoni biex jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-persuni b’diżabilità jkollhom aċċess għall-ambjent fiżiku, għat-trasport, għall-informazzjoni u għall-komunikazzjonijiet, inklużi għas-sistemi u għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u għal faċilitajiet u servizzi oħra miftuħa jew mogħtija lill-pubbliku, kemm f’żoni urbani kif ukoll rurali, fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor. Il-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità wera l-ħtieġa li jinħoloq qafas leġiżlattiv b'parametri referenzjarji konkreti, infurzabbli u marbuta biż-żmien għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni gradwali tal-aċċessibbiltà.

(13)Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni fl-ordnijiet ġuridiċi tal-Istati Membri jimplika l-ħtieġa li jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali addizzjonali dwar l-aċċessibbiltà ta’ prodotti u servizzi li mingħajr azzjoni tal-UE jkomplu jżidu d-differenzi bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

(14)Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni billi jiġu pprovduti regoli tal-Unjoni komuni.

(15)L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 – Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakli 33 – f’konformità mal-Konvenzjoni, tistabilixxi l-aċċessibbiltà bħala wieħed mit-tmien oqsma ta’ azzjoni, u għandha l-għan li tiżgura l-aċċessibbiltà tal-prodotti u tas-servizzi.

(16)Il-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva huma r-riżultat ta’ eżerċizzju ta’ skrinjar, imwettaq matul it-tħejjija tal-Valutazzjoni tal-Impatt li identifika dawk il-prodotti u s-servizzi rilevanti għal persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità u persuni anzjani, li għalihom l-Istati Membri adottaw jew x'aktarx li jadottaw rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà nazzjonali diverġenti.

(17)Kull prodott u kull servizz irid jikkonforma mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà identifikati fl-Artikolu 3 u elenkati fl-Anness I biex ikun aċċessibbli għal persuni b'diżabilità jew persuni anzjani. L-obbligi ta' aċċessibbiltà tal-kummerċ elettroniku japplikaw ukoll għall-bejgħ onlajn tas-servizzi skont l-Artikolu 1(2)(a) sa (e) ta' din id-Direttiva.

(18)Jeħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà bl-eħfef mod għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri, b’mod partikolari billi jiġu inklużi biss fil-kamp ta’ applikazzjoni l-prodotti u s-servizzi li ntgħażlu bir-reqqa.

(19)Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u servizzi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu tagħhom fis-suq intern.

(20)Din id-Direttiva għandha tagħmel obbligatorju l-użu ta’ rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà funzjonali f’termini ta’ objettivi ġenerali. Dawn għandhom ikunu preċiżi biżżejjed biex joħolqu obbligi li jkunu jorbtu legalment u għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jagħmluha possibbli li tiġi vvalutata l-konformità sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern għall-prodotti u għas-servizzi koperti.

(21)Il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 tinkludi rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għal sett speċifiku ta’ siti web tal-korpi tas-settur pubbliku. Barra minn hekk, din tipproponi li tistabbilixxi l-bażi għal metodoloġija ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar dwar il-konformità tas-siti web rilevanti mar-rekwiżiti mniżżla f’dik id-Direttiva. Kemm ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà kif ukoll il-metodoloġija ta’ monitoraġġ u ta' rappurtar inklużi f’dik id-Direttiva, għandhom japplikaw għas-siti web tal-korpi tas-settur pubbliku. Bl-għan, b’mod partikolari, li jiġi żgurat li l-awtoritajiet relevanti jimplimentaw l-istess rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà indipendentement mit-tip ta’ sit web irregolat, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom ikunu allinjati ma’ dawk tad-Direttiva proposta dwar l-aċċessibbiltà tas-siti web tal-korpi tas-settur pubbliku. L-attivitajiet tal-kummerċ elettroniku tas-siti web tas-settur pubbliku li mhumiex koperti minn dik id-Direttiva, jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-proposta, sabiex jiġi żgurat li l-bejgħ onlajn tal-prodotti u tas-servizzi jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni anzjani, irrispettivament mill-bejgħ pubbliku jew privat tagħhom.

(22)L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li, fejn il-prodotti u s-servizzi koperti minn din id-Direttiva jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà rilevanti, il-moviment liberu tagħhom fi ħdan l-Unjoni ma jkunx ostakolat minħabba raġunijiet ta’ aċċessibbiltà.

(23)F'ċerti sitwazzjonijiet, ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà komuni tal-ambjent mibni jiffaċilitaw il-moviment liberu tas-servizzi relatati u tal-persuni b'diżabilità. Għaldaqstant, din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jinkludu l-ambjent mibni użat fl-għoti tas-servizzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, filwaqt li tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness X.

(24)Jeħtieġ li jiġi stipulat li, għal atti leġiżlattivi tal-Unjoni li jistabbilixxu l-obbligi ta' aċċessibbiltà mingħajr ma jipprovdu rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà jew speċifikazzjonijiet, l-aċċessibbiltà tkun definita b’referenza għar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ta’ din id-Direttiva. Dan huwa l-każ tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 35 id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 36 u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 37 li jirrikjedu li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti tekniċi jew funzjonali tal-konċessjonijiet, tax-xogħlijiet jew tas-servizzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, iqisu l-kriterji ta’ aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità jew utenti tal-kunċett “disinn għal kulħadd”.

(25)L-aċċessibbiltà trid tinkiseb permezz tat-tneħħija u tal-prevenzjoni tal-ostakli, preferibbilment permezz ta’ disinn universali jew tal-approċċ “disinn għal kulħadd”. L-aċċessibbiltà ma għandhiex teskludi l-għoti ta’ soluzzjonijiet raġonevoli meta jkunu mitluba mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

(26)Il-biċċa l-kbira tal-impjiegi fl-Unjoni huma pprovduti mill-SMEs u mill-mikrointrapriżi. Dawn għandhom rwol kruċjali għat-tkabbir futur, iżda ħafna drabi jiffaċċjaw diffikultajiet u ostakli meta jiġu biex jiżviluppaw il-prodotti jew is-servizzi tagħhom, speċjalment fil-kuntest transfruntier. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-SMEs u tal-mikrointrapriżi billi jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-aċċessibbiltà filwaqt li jinżammu s-salvagwardji neċessarji.

(27)Din id-Direttiva għandha tkun ibbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 billi tikkonċerna prodotti li huma diġà soġġetti għal atti oħra tal-Unjoni, u b’dan il-mod tiġi żgurata l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(28)L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandhom jiżguraw li jagħmlu disponibbli fis-suq biss dawk il-prodotti li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva. Jeħtieġ li tiġi stipulata distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu għar-rwol ta' kull operatur fil-proċess tal-provvista u tad-distribuzzjoni.

(29)L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità tal-prodotti u tas-servizzi, fir-rigward tar-rwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-aċċessibbiltà u u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(30)Il-manifattur, li jkollu għarfien dettaljat tad-disinn u tal-proċess tal-produzzjoni, huwa fl-aħjar pożizzjoni biex iwettaq il-proċedura kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità. L-obbligi għall-valutazzjoni tal-konformità għandhom ikunu f’idejn il-manifattur.

(31)Id-distributuri u l-importaturi jridu jkunu involuti fil-kompiti ta' sorveljanza tas-suq li jitwettqu mill-awtoritajiet nazzjonali, u għandhom jieħdu sehem b'mod attiv billi jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha neċessarja dwar il-prodott ikkonċernat.

(32)L-importauri għandhom jiżguraw li l-prodotti minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, u b'mod partikolari li l-manifatturi jkunu għamlu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

(33)Meta jqiegħed prodott fis-suq, kull importatur għandu jindika fuq il-prodott ismu u l-indirizz fejn il-kumpanija tista' tiġi kkuntattjata.

(34)Id-distributuri għandhom jiżguraw li l-maniġġar tagħhom tal-prodott ma jolqotx ħażin il-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ta’ din id-Direttiva.

(35)Kull operatur ekonomiku li jqiegħed fis-suq prodott f'ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu jew jimmodifika prodott b'mod li dan jista' jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli, għandu jitqies bħala l-manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

(36)Għal raġunijiet ta' proporzjonalità, ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għandhom japplikaw biss sal-punt li ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-operatur ekonomiku kkonċernat, jew jirrikjedu bidla fil-prodotti u fis-servizzi li jirriżultaw fit-tibdil fundamentali tagħhom skont il-kriterji speċifikati.

(37)Din id-Direttiva għandha ssegwi l-prinċipju “l-ewwel aħseb fiż-żgħir” u għandha tqis il-piżijiet amministrattivi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs. Għandha tistabbilixxi r-regoli ħfief f’termini tal-valutazzjoni tal-konformità u għandha tistabbilixxi klawżoli ta’ salvagwardja għall-operaturi ekonomiċi, minflok ma tistipula eċċezzjonijiet u derogi ġenerali għal dawn l-intrapriżi. Konsegwentement, meta jiġu stabbiliti regoli għall-għażla u għall-implimentazzjoni tal-aktar proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità xierqa, għandha titqies is-sitwazzjoni tal-SMEs filwaqt li l-obbligi biex tiġi vvalutata l-konformità tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għandhom jiġu limitati sal-punt li dawn ma joħolqux piż sproporzjonat fuq l-SMEs. Barra minn hekk, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom joperaw b’mod proporzjonat fir-rigward tad-daqs tal-intrapriżi u tan-natura ta' serje żgħira jew bla serje tal-produzzjoni kkonċernata, mingħajr ma jinħolqu ostakli bla bżonn għall-SMEs u mingħajr ma tiġi kompromessa l-protezzjoni tal-interessi pubbliċi.

(38)L-operaturi ekonomiċi kollha mistennija jaġixxu b'mod responsabbli u f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti legali applikabbli meta prodotti jitqiegħdu jew isiru disponibbli fis-suq jew meta jiġu pprovduti servizzi fis-suq.

(39)Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli hemm bżonn ta’ dispożizzjoni għal preżunzjoni ta’ konformità għall-prodotti u għas-servizzi li huma f’konformità mal-istandards armonizzati volontarji li huma adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 bl-iskop li jkunu espressi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta’ dawk ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni diġà ħarġet għadd ta’ talbiet għal standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta’ standardizzazzjoni dwar l-aċċessibbiltà li jkunu rilevanti għat-tħejjija ta' standards armonizzati.

(40)Fin-nuqqas ta’ standards armonizzati u fejn meħtieġ għal skopijiet ta’ armonizzazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti f’din id-Direttiva.

(41)Sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-informazzjoni għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ddikjarata l-konformità mal-atti applikabbli kollha tal-Unjoni, għandha tkun disponibbli f'dikjarazzjoni unika ta' konformità tal-UE. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi ekonomiċi, dawn għandhom ikunu jistgħu jinkludu fid-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE unika, dikjarazzjonijiet ta' konformità individwali.

(42)Għall-valutazzjoni tal-konformità tal-prodotti, din id-Direttiva għandha tuża l-kontroll intern tal-produzzjoni tal-“Modulu A”, deskritt fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, billi din tgħin lill-operaturi ekonomiċi biex juru, u lill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw, li l-prodotti li jsiru disponibbli fis-suq huma konformi mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà, filwaqt li ma jimponux piż sproporzjonat.

(43)Fir-rigward tas-servizzi, l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għandha tingħata fit-termini u fil-kundizzjonijiet ġenerali, jew f'dokument ekwivalenti.

(44)It-tikketta CE, li tindika l-konformità ta' prodott mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva, hija l-konsegwenza viżibbli ta' proċess sħiħ li jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità f'sens wiesa'. Din id-Direttiva għandha ssegwi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw it-tikketta CE tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti.

(45)Skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 bit-twaħħil tat-tikketta CE ma' prodott, il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha ta' aċċessibbiltà applikabbli u li jieħu r-responsabbiltà sħiħa tal-prodott.

(46) Skont id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, l-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw sorveljanza tas-suq rigoruża u effikaċi tal-prodotti fit-territorji tagħhom u għandhom jallokaw setgħat u riżorsi suffiċjenti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

(47)L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-konformità tas-servizzi mal-obbligi ta’ din id-Direttiva u għandhom isegwu l-ilmenti jew ir-rapporti relatati man-nuqqas ta’ konformità sabiex jiżguraw li tkun ittieħdet azzjoni korrettiva.

(48)L-Istati Membri mistennija jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiċċekkjaw il-konformità tal-operaturi ekonomiċi mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 12(3) f’konformità mal-Kapitolu V.

(49)L-Istati Membri huma mistennija jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti indikati fl-Artikolu 22 jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tal-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(1) kif ukoll jinkludu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu (2) skont il-Kapitolu VI.

(50)Għandha tiġi stabbilita proċedura ta’ salvagwardja li tapplika biss f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Istati Membri dwar miżuri meħuda minn Stat Membru u li permezz tagħha l-partijiet interessati jiġu informati bil-miżuri maħsuba biex jittieħdu fir-rigward ta’ prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta’ din id-Direttiva. Din għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju aktar bikri fir-rigward ta’ tali prodotti.

(51)Meta l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-ġustifikazzjoni ta' miżura meħuda minn Stat Membru, ma jkunx hemm il-ħtieġa li l-Kummissjoni jkollha tinvolvi lilha nnifisha aktar, ħlief fejn in-nuqqas ta' konformità jkun jista' jiġi attribwit lin-nuqqasijiet f'xi standard armonizzat.

(52)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Kapitolu IV ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 .

(53)F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri ħadu l-impenn li f’każijiet iġġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ Direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' tali dokumenti hija ġġustifikata,

(54)Billi l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri, l-eliminazzjoni ta’ ostakli għall-moviment liberu ta’ ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli biex tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għaliex jirrikjedi l-armonizzazzjoni tar-regoli differenti li bħalissa jeżistu fis-sistemi legali rispettivi tagħhom, iżda minħabba d-definizzjoni tar-regoli u tar-rekwiżiti komuni ta’ aċċessibbiltà għall-funzjonament tas-suq uniku, jista' pjuttost jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.Il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw għall-prodotti li ġejjin:

(a)is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali;

(b)it-terminals self-service li ġejjin:

(i)il-Magni Awtomatiċi għall-Ġbid tal-Flus;

(ii)il-magni tal-biljetti;

(iii)il-magni taċ-check-in.

(c)it-tagħmir tat-terminals b’kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi, b'rabta mas-servizzi tat-telefonija;

(d)it-tagħmir tat-terminals b’kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi, b'rabta mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva.

2.Il-Kapitoli I, II sa V, u VII japplikaw għas-servizzi li ġejjin:

(a)is-servizzi tat-telefonija u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumaturi relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika;

(b)is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumaturi relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika;

(c)is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma;

(d)is-servizzi bankarji;

(e)il-kotba elettroniċi;

(f)il-kummerċ elettroniku.

3.Il-Kapitoli I, VI u VII ta' din id-Direttiva japplikaw għal dan li ġej:

(a)kuntratti pubbliċi u konċessjonijiet li huma suġġetti għad-Direttiva 2014/23/UE 42  għad-Direttiva 2014/24/UE u għad-Direttiva 2014/25/UE.

(b)it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew 43 ; u skont ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 44 .

(c)proċeduri ta' offerti għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45 .

(d)l-infrastruttura tat-trasport skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 .

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“prodotti u servizzi aċċessibbli” huma prodotti u servizzi li huma perċettibbli, operabbli u komprensibbli għal persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor; 

(2)"disinn universali" li tissejjaħ ukoll "disinn għal kulħadd" tfisser id-disinn ta' prodotti, ambjenti, programmi u servizzi li jistgħu jintużaw minn kulħadd, kemm jista' jkun, mingħajr il-ħtieġa ta' adattament jew disinn speċjalizzat; "disinn universali" ma teskludix l-apparat ta' assistenza għal gruppi ta' persuni partikolari b'limitazzjonijiet funzjonali, inklużi persuni b'diżabilità fejn ikun meħtieġ;

(3)“persuni b'limitazzjonijiet funzjonali” tfisser persuni li jkollhom xi diżabilità fiżika, mentali, intellettwali jew sensorja, indeboliment relatat mal-età, jew kawżi relatati mal-prestazzjoni tal-ġisem tal-bniedem, permanenti jew temporanji, li meta jinteraġixxu ma’ ostakli differenti jirriżultaw f’anqas aċċess għall-prodotti u s-servizzi, u dan iwassal għal sitwazzjoni li tirrikjedi adattament għall-ħtiġijiet partikolari tagħhom ta’ dawk il-prodotti u s-servizzi;

(4)"persuni b’diżabilità" tinkludi persuni li għandhom indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew sensjorju fit-tul li, meta jinteraġixxi ma' diversi ostakli, jista’ jxekkel il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq l-istess livell ma’ ħaddieħor;

(5)"prodott" tfisser sustanza, preparat jew oġġett, prodott permezz ta' proċess ta' manifattura, li ma jkunx ikel, għalf, pjanti jew annimali ħajjin, prodotti ta' oriġini umana u prodotti tal-pjanti u tal-annimali relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom;

(6)"servizzi tal-midja awdjoviżiva" tfisser servizzi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 47 ;

(7)"Servizzi tat-telefonija" tfisser servizzi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 ;

(8)"isir disponibbli fis-suq" tfisser kull forniment ta’ prodott għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali, kemm jekk isir bi ħlas kif ukoll jekk ikun mingħajr ħlas;

(9)"tqegħid fis-suq" tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

(10)"manifattur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat u li tikkumerċjalizzah f'isimha jew bil-marka kummerċjali tagħha;

(11)"rappreżentant awtorizzat" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-manifattur sabiex taġixxi f’ismu b’rabta ma’ kompiti speċifiċi;

(12)"importatur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(13)"distributur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, barra l-manifattur jew l-importatur, li tagħmel prodott disponibbli fis-suq;

(14)"operaturi ekonomiċi" tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur, id-distributur, u l-fornitur tas-servizz;

(15)"konsumatur" tfisser kull persuna fiżika li tixtri l-prodott rilevanti jew li tirċievi s-servizz rilevanti għal finijiet li huma barra mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew mill-professjoni tagħha;

(16)"mikrointrapriżi" tfisser intrapriża li timpjega inqas minn 10 persuni u li t-total tal-fatturat annwali u/jew tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx iż-EUR 2 miljun.

(17)"standard armonizzat" tfisser standard armonizzat kif definit fil-punt 1(c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(18)"speċifikazzjonijiet tekniċi komuni" tfisser speċifikazzjoni teknika kif definit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li tipprovdi mezz biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli għal prodott jew servizz;

(19)"sejħa lura" tfisser kull miżura maħsuba biex jissejjaħ lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;

(20)"irtirar" tfisser kull miżura maħsuba biex prodott fil-katina tal-provvista ma jitħalliex isir disponibbli fis-suq;

(21)"kummerċ elettroniku" tfisser il-bejgħ onlajn ta' prodotti u servizzi.



KAPITOLU II

REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ U MOVIMENT LIBERU

Artikolu 3

Rekwiżiti ta' aċċessibbiltà

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti u s-servizzi msemmija fl-Artikolu 1(1) u 1(2) jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I skont il-paragrafi 2 sa 9 ta’ dan l-Artikolu.

2.Is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima I tal-Anness I.

3.It-terminals self-service li ġejjin: Il-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima II tal-Anness I.

4.Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta’ emerġenza u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima III tal-Anness I.

5.Is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir tat-terminals għall-konsumatur relatat magħhom b'kapaċità avvanzata tal-informatika, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima IV tal-Anness I.

6.Is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija u fuq l-ilma, is-siti web, is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals intelliġenti tal-biljetti u tal-informazzjoni f'ħin reali u t-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check in użati għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fit-Taqsima V tal-Anness I.

7.Is-servizzi bankarji, is-siti web, is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli, it-terminals self-service, inklużi l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-forniment ta’ servizzi bankarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VI tal-Anness I.

8.Il-kotba elettroniċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VII tal-Anness I.

9.Il-kummerċ elettroniku għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima VIII tal-Anness I.

10.L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, li l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri inkluż l-ambjent li huwa ġestit minn fornituri tas-servizzi u mill-operaturi tal-infrastruttura kif ukoll l-ambjent mibni użat minn klijenti tas-servizzi bankarji, u ċ-ċentri tas-servizzi għall-klijenti u l-ħwienet fl-ambitu tal-operaturi tat-telefonija, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-Anness I, it-Taqsima X, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità.

Artikolu 4

Moviment liberu

L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu li jsiru disponibbli fis-suq fit-territorju tagħhom, prodotti u servizzi li jikkonformaw ma' din id-Direttiva għal raġunijiet marbuta mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà.

KAPITOLU III

OBBLIGI TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

Artikolu 5

Obbligi tal-manifatturi

1.Meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tfasslu u ġew immanifatturati skont ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika skont l-Anness II u jwettqu l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità stabbilita f'dak l-Anness jew iqabbdu lil xi ħadd biex jagħmilha f'isimhom.

Fejn ikun intwera, permezz ta’ dik il-proċedura, li prodott huwa konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà applikabbli, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u jwaħħlu t-tikketta CE.

3.Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri biex il-produzzjoni tas-serje tibqa’ konformi. Għandhom jitqiesu b’mod adegwat it-tibdiliet fid-disinn jew fil-karatteristiċi tal-prodott u t-tibdiliet fl-istandards armonizzati jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b’referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità ta’ prodott.

4.Il-manifatturi għandhom iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ prodotti mhux konformi u ta’ prodotti msejħa lura, u għandhom iżommu lid-distributuri informati bi kwalunkwe monitoraġġ ta’ dan it-tip.

5.Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom fuqhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom jew, fejn id-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, l-informazzjoni meħtieġa għandha tingħata fuq l-imballaġġ jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott.

6.Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz irid jindika punt uniku fejn il-manifattur jista' jiġi kkuntattjat.

7.Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun ikkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti aħħarija, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.

8.Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi ma' din id-Direttiva, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju relatat mal-aċċessibbiltà, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

9.Il-manifatturi għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq u biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 6

Rappreżentanti awtorizzati

1.Manifattur jista’, b’mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat. L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u t-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika ma għandhomx jifformaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

2.Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti lir-rappreżentant awtorizzat għall-inqas li jagħmel dan li ġej:

(a)wara talba motivata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ prodott;

(b)jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti koperti mill-mandat tagħhom.

Artikolu 7

Obbligi tal-importaturi

1.L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq prodotti konformi biss.

2.Qabel ma jqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun wettaq il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness II. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika mitluba minn dak l-Anness, li l-prodott ikollu fuqu t-tikketta CE u li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) u (6).

3.Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3, dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

4.L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott.

5.L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.

6.L-importaturi għandhom jiżguraw li, filwaqt li prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta' ħżin jew ta' trasport ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3.

7.L-importaturi għandhom iżommu reġistru ta’ lmenti, ta’ prodotti mhux konformi u ta’ prodotti msejħa lura, u għandhom iżommu lid-distributuri informati b'monitoraġġ ta’ dan it-tip.

8.L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni jew li għandhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

9.L-importaturi għandhom, wara li ssir talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tal-prodott, b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 8

Obbligi tad-distributuri

1.Meta prodott isir disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

2.Qabel ma prodott isir disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu fuqu t-tikketta CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn struzzjonijiet u informazzjoni b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra fl-Istat Membru fejn il-prodott se jsir disponibbli fis-suq u li l-manifattur u l-importaturi jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(5) u (6) u fl-Artikolu 7(4).

3.Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3, il-prodott ma għandux isir disponibbli fis-suq sakemm dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta l-prodott jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

4.Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta' ħżin jew ta' trasport ma jippreġudikawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3.

5.Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li l-prodott li jkun sar disponibbli fis-suq ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak il-prodott isir konformi, jirtirawh jew isejħuh lura, jekk ikun xieraq. Barra minn hekk, fejn il-prodott jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kull miżura korrettiva meħuda.

6.Id-distributuri għandhom, wara li ssir talba motivata mill-awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità ta' prodott. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-prodotti li jkunu saru disponibbli minnhom fis-suq.

Artikolu 9

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u għad-distributuri

Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 5, fejn ikun qiegħed prodott fis-suq taħt ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu, jew jimmodifika prodott li diġà jkun tqiegħed fis-suq b’tali mod li jista’ jaffettwa l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 10

Identifikazzjoni ta’ operaturi ekonomiċi

1.L-operaturi ekonomiċi għandhom, jekk jintalbu, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

(a)kull operatur ekonomiku li jkun ipprovdiehom bi prodott;

(b)kull operatur ekonomiku li huma jkunu pprovdew bi prodott.

2.L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal perjodu ta’ 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott u għal perjodu ta’ 10 snin wara li jkunu fornew il-prodott.

Artikolu 11

Obbligi tal-fornituri tas-servizzi

1.Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li huma jfasslu u jipprovdu s-servizzi skont l-Artikolu 3.

2.Il-fornituri tas-servizzi għandhom jippreparaw l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness III fejn jispjegaw kif is-servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku f’format bil-miktub u bil-fomm, inkluż b’mod li jkun aċċessibbli għall-persuni b’limitazzjonijiet funzjonali u l-persuni b’diżabilità. Il-fornituri tas-servizzi għandhom iżommu l-informazzjoni sakemm ikun qed jitħaddem is-servizz.

3.Il-fornituri tas-servizzi għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri li jiggarantixxu li l-provvista kontinwa ta’ servizzi tibqa’ konformi mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. It-tibdil fil-karatteristiċi tal-forniment tas-servizz u t-tibdil fir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà msemmija fl- Artikolu 3, għandhom jitqiesu b’mod xieraq mill-fornituri tas-servizzi. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, il-fornituri tas-servizzi għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex iġibu s-servizz konformi mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3.

4.Il-fornituri tas-servizzi għandhom, wara li ssir talba mmotivata minn awtorità kompetenti, jipprovduha bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tas-servizz mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3. Dawn għandhom jikkooperaw ma’ dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex is-servizz isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 12

Trasformazzjoni fundamentali u piż sproporzjonat

1.Ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3 japplikaw sa fejn dawn ma jwasslux għal bidla sinifikanti f’aspett jew f'karatteristika ta’ prodott jew servizz li jirriżulta fi trasformazzjoni tan-natura bażika tal-prodott jew tas-servizz.

2.Ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3 japplikaw sa fejn dawn ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati.

3.Sabiex jivvalutaw jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà fir-rigward ta’ prodotti jew servizzi tkunx timponi piż sproporzjonat, l-operaturi ekonomiċi għandhom iqisu dan li ġej:

(a)    id-daqs, ir-riżorsi u n-natura tal-operaturi ekonomiċi;

(b)l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-operaturi ekonomiċi b’rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b’diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta’ żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku.

4.Il-piż ma għandux jitqies sproporzjonat meta jiġi kkumpensat b’finanzjament minn sorsi oħra minbarra r-riżorsi proprji tal-operatur ekonomiku, kemm pubbliċi kif ukoll privati.

5.Il-valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fir-rigward ta' prodotti jew servizzi timponix trasformazzjoni sostanzjali jew piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-operatur ekonomiku.

6.Meta l-operaturi ekonomiċi jkunu użaw l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1 sa 5 għal prodott jew servizz speċifiku, dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti tal-Istat Membru li fis-suq tiegħu il-prodott jew is-servizz ikun tqiegħed jew sar disponibbli. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Il-mikrointrapriżi huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ta' notifika iżda jridu jkunu jistgħu jipprovdu d-dokumentazzjoni rilevanti jekk din tintalab minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti.

KAPITOLU IV

Standards armonizzati, speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u konformità tal-prodotti u tas-servizzi

Artikolu 13

Preżunzjoni ta' konformità

Il-prodotti u s-servizzi li jkunu konformi ma’ standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, kif imsemmi fl-Artikolu 3.

Artikolu 14

Speċifikazzjonijiet tekniċi komuni

1.Meta l-ebda referenza għall-istandards armonizzati ma tkun ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, u fejn ikunu jinħtieġu, għall-armonizzazzjoni tas-suq, aktar dettalji dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ta' ċerti prodotti u servizzi, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi komuni ("STK") għar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Anness I ta' din id-Direttiva. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformita' mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2) ta' din id-Direttiva.

2.Il-prodotti u s-servizzi li jikkonformaw mas-STK imsemmija fil-paragrafu 1, jew ma' partijiet minnhom, għandhom jitqiesu li jkunu konformi ma’ rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 3, koperti minn dawk is-STK jew minn partijiet minnhom.



Artikolu 15

Dikjarazzjoni tal-UE ta' konformità tal-prodotti

1.Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li jkun intwera l-issodisfar tar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà rilevanti msemmija fl-Artikolu 3. Meta tkun intużat l-eċċezzjoni stipulata fl-Artikolu 12, id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tiddikjara liema rekwiżiti ta' aċċessibbiltà huma suġġetti għal dik l-eċċezzjoni.

2.Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE. Għandu jkun fiha l-elementi speċifikati fl-Anness II ta' din id-Direttiva u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni teknika għandhom jevitaw li jimponu kwalunkwe piż sproporzjonat għall-intrapriżi mikro, żgħar u medji. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew fil-lingwi mitluba mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu jitqiegħed jew isir disponibbli l-prodott.

3.Meta prodott ikun suġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jeżiġi dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE waħda fir-rigward ta’ dawn l-atti kollha tal-Unjoni. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha l-identifikazzjoni tal-atti kkonċernati inklużi r-referenzi tal-pubblikazzjoni.

4.Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur ikun qed jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott.

Artikolu 16

Prinċipji ġenerali tat-tikketta CE tal-prodotti

It-tikketta CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artiklu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

KAPITOLU V

SORVELJANZA TAS-SUQ, KONFORMITÀ U PROĊEDURA TA' SALVAGWARDJA TAL-UNJONI

Artikolu 17

Sorveljanza tas-suq tal-prodotti

1.L-Artikolu 15(3) u 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għall-prodotti.

2.Meta jwettqu s-sorveljanza tas-suq tal-prodotti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom janalizzaw il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 12.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni miżmuma minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar il-konformità tal-operaturi ekonomiċi bir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-valutazzjoni tal-eċċezzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 12, issir disponibbli lill-konsumaturi fuq talba u f’format aċċessibbli, ħlief meta din l-informazzjoni ma tkunx tista' tingħata għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità kif stipulat fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.



Artikolu 18

Konformità tas-servizzi

1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jaġġornaw perjodikament proċeduri adegwati sabiex:

(a)jiċċekkjaw il-konformità tas-servizzi elenkati fl-Artikolu 1(2) mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva u l-valutazzjoni tal-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 12;

(b)isegwu l-ilmenti jew ir-rapporti dwar kwistjonijiet relatati man-nuqqas ta’ konformità tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 1(2) mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 3;

(c)jivverifikaw li l-operatur ekonomiku jkun ħa l-azzjoni korrettiva meħtieġa.

2.L-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkun informat bl-eżistenza, bir-responsabbiltajiet u bl-identità tal-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-awtoritajiet għandhom jagħmlu l-informazzjoni disponibbli f’formati aċċessibbli fuq talba.

Artikolu 19

Proċedura fir-rigward ta' prodotti li jippreżentaw riskju marbut mal-aċċessibbiltà fil-livell nazzjonali

1.Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew meta jkollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li prodott kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju marbut ma' aspetti ta' aċċessibbiltà koperti minn din id-Direttiva, dawn għandhom iwettqu evalwazzjoni b'rabta mal-prodott ikkonċernat li jkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq.

Meta, matul dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, huma għandhom mingħajr dewmien jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi xierqa kollha biex il-prodott isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti, biex il-prodott jiġi rtirat mis-suq jew biex jissejjaħ lura f'perjodu ta' żmien raġonevoli, skont in-natura tar-riskju, kif jista' jiġi preskritt minnhom.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu.

2.Meta l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità mhuwiex ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar l-azzjonijiet li huma talbu biex jittieħdu mill-operatur ekonomiku.

3.L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-miżuri korrettivi xierqa kollha fir-rigward tal-prodotti kkonċernati kollha li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni kollha.

4.Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva xierqa fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-prodotti li jkunu qed isiru disponibbli fis-swieq nazzjonali tagħhom, biex jirtiraw il-prodott minn dak is-suq jew biex isejħuh lura. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dawk il-miżuri.

5.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prodott mhux konformi, l-oriġini tal-prodott, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u tar-riskju involut, in-natura u t-tul tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku relevanti. B’mod partikolari, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità huwiex dovut għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)il-prodott jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti relatati ma’ dawk stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, jew

(b)in-nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 13 li jikkonferixxu preżunzjoni ta' konformità.

6.L-Istati Membri, għajr l-Istat Membru li jkun beda l-proċedura, għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kull miżura adottata u dwar kull informazzjoni addizzjonali li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas ta' konformità tal-prodott ikkonċernat, u, jekk ma jaqblux mal-miżura nazzjonali notifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

7.Meta, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la minn Stat Membru u lanqas mill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, il-miżura għandha titqies bħala waħda ġġustifikata.

8.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, bħall-irtirar tal-prodott mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

Artikolu 20

Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1.Jekk wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19(3) u (4), jittressqu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex iġġustifikata jew le.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew lill-operaturi ekonomiċi rilevanti.

2.Jekk il-miżura nazzjonali titqies iġġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-prodott li ma jkunx konformi jiġi irtirat mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx iġġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura.

3.Meta l-miżura nazzjonali titqies iġġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott ikun dovut għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 19(5)(b), il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

KAPITOLU VI

REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ F'LEĠIŻLAZZJONI OĦRA TAL-UNJONI

Artikolu 21

Applikabbiltà tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għal atti oħra tal-Unjoni

Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fit-Taqsima IX tal-Anness I:

(a)Meta jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti relatati mal-kuntratti u mal-konċessjonijiet pubbliċi kollha li s-suġġett tagħhom huwa maħsub għall-użu minn persuni, kemm jekk mill-pubbliku ġenerali kif ukoll mill-persunal tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti, li huma soġġetti għad-Direttiva 2014/23/UE 49 , għad-Direttiva 2014/24/UE 50 u għad-Direttiva 2014/25/UE 51 .

(b)Meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fil-preparazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-programmi skont ir-Regolament (KE) Nru 1303/2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew;

(c)Meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà marbuta ma’ kriterji soċjali u ta’ kwalità stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti fil-proċeduri ta' offerti għal servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007;

(d)Għall-infrastruttura tat-trasport skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013.

Artikolu 22
Piż sproporzjonat

1.Ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 japplikaw sa fejn dawn ma jimponux piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' dak l-Artikolu.

2.Sabiex jivvalutaw jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 tkunx timponi piż sproporzjonat, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom iqisu dan li ġej:

(a)id-daqs, ir-riżorsi u n-natura tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

(b)l-istima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati b’rabta mal-benefiċċju stmat għall-persuni b’diżabilità, filwaqt li jitqiesu l-frekwenza u t-tul ta’ żmien tal-użu tal-prodott jew tas-servizz speċifiku;

3.Il-valutazzjoni dwar jekk il-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà msemmija fl-Artikolu 21 tkunx timponi piż sproporzjonat, għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

4.Meta awtorità kompetenti tuża l-eċċezzjoni stipulata fil-paragrafi 1, 2 u 3 għal prodott jew servizz speċifiku, din għandha tinnotifika b'dan lill-Kummissjoni. In-notifika għandha tinkludi l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 23
Speċifikazzjonijiet tekniċi komuni għal atti oħra tal-Unjoni

Il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni adottati skont l-Artikolu 14(1) jew partijiet minnu, għandha tiggarantixxi l-konformità mal-Artikolu 21.

KAPITOLU VII

SETGĦAT TA' IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 24

Proċedura ta' kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 25

Infurzar

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiżguraw il-konformità ma’ din id-Direttiva.

2.Il-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a)dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-konsumatur jista’ jieħu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jttrasponu din id-Direttiva jiġu mħarsa;

(b)id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-korpi pubbliċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra privati li jkollhom interess leġittimu fl-iżgurar tal-ħarsien tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, ikunu jistgħu jieħdu azzjoni skont il-liġi nazzjonali quddiem il-qrati jew quddiem il-korpi amministrattivi kompetenti f’isem il-konsumaturi sabiex jiżguraw li jitħarsu d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

Artikolu 26

Penali

1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati.

2.Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

3.L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u b'dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

4.Il-penali għandhom iqisu l-livell ta’ nuqqas ta’ konformità, inkluż l-għadd ta’ unitajiet tal-prodotti jew tas-servizzi li mhumiex konformi kkonċernati, kif ukoll l-għadd ta’ persuni affettwati.

Artikolu 27

Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [… daħħal id-data - sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

2.Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [... daħħal id-data - sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva].

3.Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

4.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

5.L-Istati Membri li jużaw il-possibbiltà stipulata fl-Artikolu 3(10) għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw għal dak l-għan u għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 28

Rapport u rieżami

Mhux aktar tard minn [...daħħal id-data - ħames snin wara l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva], u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

1.Ir-rapport għandu, inter alia, jindirizza fid-dawl tal-iżviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi, l-evoluzzjoni tal-aċċessibbiltà ta’ prodotti u ta’ servizzi u l-impatt fuq l-operaturi ekonomiċi u l-persuni b'diżabilità, filwaqt li jidentifika meta jkun possibbli, l-oqsma għal tnaqqis tal-piż, bl-għan li jivvaluta l-ħtieġa ta’ rieżami ta’ din id-Direttiva.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Kummissjoni sabiex tfassal rapport bħal dan.

3.Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet ta’ persuni b’diżabilità u dawk li jirrappreżentaw lill-persuni anzjani.

Artikolu 29

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 30

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ta’ prodotti u servizzi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004.

Qasam jew oqsma ta’ politika kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB 52

Titolu 33 (kodelegazzjoni għall-EMPL)

Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

X Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

 Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 53  

 Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

Objettiv(i)

Objettiv jew objettivi strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva 

Sabiex jiġu indirizzati l-impenji meħuda fl-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 sabiex jitneħħew l-ostakli tas-suq intern għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ sett ta’ prodotti u servizzi fil-mira, li huma importanti biex jappoġġjaw il-parteċipazzjoni sħiħa tal-persuni b’diżabilità fis-soċjetà.

Objettiv jew objettivi speċifiċi u attività jew attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati

Objettiv speċifiku: il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuni b'diżabilità

Attività jew attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati bid-Drittijiet tal-persuni b'diżabilità (kodelegazzjoni minn 33 02)



Riżultat jew riżultati u impatti mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

It-titjib tal-funzjonament tas-suq intern ta' ċerti prodotti u servizzi aċċessibbli speċifiċi, anki fil-qasam tal-akkwist pubbliku.

L-iffaċilitar tax-xogħol għall-industrija u l-indirizzar tal-bżonnijiet tal-konsumaturi b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni anzjani u dawk b’diżabilità.

It-tnaqqis tal-ostakli għall-kummerċ transfruntier u ż-żieda tal-kompetizzjoni għal prodotti u servizzi magħżula u fil-qasam tal-akkwist pubbliku.

L-iffaċilitar tal-aċċess minn konsumaturi b’diżabilità għal firxa usa’ ta’ prodotti u servizzi aċċessibbli bi prezz kompetittiv.

Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Għadd ta’ prodotti li għalihom jitħejja fajl tekniku għat-tikketta CE, li jinkludi l-aċċessibbiltà;

Għadd ta' sejħiet għall-offerti pubbliċi b'referenza għall-aċċessibbiltà u għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà fil-livell tal-UE;

Għadd ta' lmenti dwar prodotti u servizzi għaliex ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà;

Għadd ta' kawżi tal-qorti dwar problemi ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi    kkonċernati;

Id-disponibbiltà ta’ standards tal-aċċessibbiltà armonizzati adottati minn organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej;

Għadd ta’ Atti legali ġodda tal-UE li jagħmlu referenza għall-EAA biex tiġi ddefinita l-aċċessibbiltà.

Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

Rekwiżit jew rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien 

It-tneħħija tad-diverġenzi tar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà nazzjonali marbuta mal-prodotti u mas-servizzi li jitqiegħdu u li jiġu pprovduti fis-suq tal-UE u marbuta mal-ispeċifikazzjonijiet tal-akkwist pubbliku, li jwasslu għall-frammentazzjoni tas-suq intern.

Id-definizzjoni tar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà komuni tal-UE għal prodotti u servizzi magħżula u għall-akkwist pubbliku ta’ prodotti u servizzi.

It-titjib tal-infurzar tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà.

Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-proposta se telimina l-frammentazzjoni tas-suq intern li tikkawża ostakli għall-kummerċ transfruntier u tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, kif ukoll issaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li jitqiesu żviluppi ġodda tas-suq.

Hija biss azzjoni fil-livell tal-UE li tista’ toħloq qafas legali armonizzat u koerenti li jippermetti fluss liberu ta’ prodotti u servizzi aċċessibbli fis-suq intern.

Din l-inizjattiva se tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni koerenti u effettiva tal-Konvenzjoni tan-NU madwar l-UE li tiffaċilita l-konformità tal-Istati Membri mal-impenji internazzjonali msemmija hawn fuq, ta' benefiċċju għall-industrija u għall-konsumaturi.

Tagħlim miksub minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Bħalissa l-qasam huwa biss parzjalment irregolat fil-livell tal-UE.

L-esperjenzi bid-Direttiva 2001/83/KE dwar l-imballaġġ tal-prodotti mediċinali, bid-Direttiva 95/16/KE dwar il-lifts jew bir-Regolament (KE) Nru 661/2009 fil-qasam tat-trasport, urew il-benefiċċji tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għas-suq intern.

Barra minn hekk, hemm għadd ta’ fatturi problematiċi li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta' azzjoni min-naħa tal-UE fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva proposta:

Id-diverġenza tar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà nazzjonali hija dovuta jew għan-nuqqas ta’ koordinazzjoni tal-UE dwar liema prodotti u servizzi għandhom ikunu aċċessibbli jew, meta l-liġi tal-UE jew il-ftehimiet internazzjonali jistipulaw b’mod ġenerali li ċerti prodotti jew servizzi jridu jkunu aċċessibbli (pereżempju l-Konvenzjoni tan-NU jew ir-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku), iżda ma jipprovdux regoli dettaljati li abbażi tagħhom iridu japplikaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà.

Bħalissa, dan jitħalla kompletament f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali, li wassal għall-geġwiġija ta' rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà diverġenti li teżisti bħalissa.

Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Din il-proposta hija konsistenti mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità, li għaliha huma parti l-UE u l-maġġoranza tal-Istati Membri.

Il-proposta tikkomplementa l-liġi eżistenti tal-UE li tindirizza l-assistenza għal persuni b’diżabilità jew b’mobilità mnaqqsa, bħad-drittijiet tal-passiġġieri fil-modi kollha tat-trasport (bl-ajru, bil-ferrovija, fuq l-ilma, bil-karozza tal-linja u bil-kowċ).

Barra minn hekk, il-proposta tikkumplimenta l-proposta għal Direttiva dwar l-aċċessibbiltà tal-web li fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha tkopri biss ċerti siti web tas-settur pubbliku.



Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien limitat

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[DD/MM]YYYY sa [DD/MM]YYYY

   Impatt finanzjarju mill-YYYY sal-YYYY

X Proposta/inizjattiva b'tul taż-żmien mhux limitat

Implimentazzjoni b'perjodu għat-tnedija mill-YYYY sal-YYYY,

u wara tħaddim fuq skala sħiħa.

Metodu jew metodi ta’ ġestjoni ppjanati 54  

Mill-baġit tal-2015

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi;

 Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu ddelegati l-kompiti ta' implimentazzjoni lil:

◻ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ il-korpi tal-liġi pubblika;

◻ il-korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ il-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed ta' ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima tal-"Kummenti".

Kummenti

L-implimentazzjoni mhijiex mistennija li tirrikjedi fondi sinifikanti.

MIŻURI TA’ ĠESTJONI

Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Sa ħames snin wara l-applikazzjoni tad-Direttiva, u wara dan kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti biex tiġi adattata għall-iżviluppi soċjali, tekniċi u ekonomiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

Riskju jew riskji identifikati

It-traspożizzjoni tardiva tad-Direttiva fl-Istati Membri

Monitoraġġ (u evalwazzjoni) inadegwati tat-traspożizzjoni tad-Direttiva

L-ebda riskju finanzjarju speċifiku.

Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta’ kontroll intern stabbilita

Il-proċeduri standard ta' kontroll/ksur tal-Kummissjoni li jikkonċernaw it-traspożizzjoni u l-infurzar tad-Direttiva.

Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

L-ispejjeż standard relatati mal-verifiki tat-traspożizzjonijiet u mal-possibbiltà ta' proċeduri ta’ ksur.

Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Mhux applikabbli

VALUTAZZJONI TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

Intestatura jew intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja jew tal-linji baġitarji tan-nefqa affettwati 

Il-linji baġitarji eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'
nefqa

Kontribuzzjoni

Intestatura Numru 3

Diff./mhux diff.
( 55 )

minn pajjiżi tal-EFTA 56

minn pajjiżi kandidati 57

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3

33.02.02 – Promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni u tal-ugwaljanza

Diff

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[…]Intestatura………………………………………...……….]

Diff./mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[…][XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

Impatt stmat fuq in-nefqa

[Din it-taqsima għandha timtela bl-użu ta’ spreadsheet dwar id-dejta tal-baġit ta’ natura amministrattiva  (it-tieni dokument fl-Anness ta' din id-dikjarazzjoni finanzjarja) u mtella’ fuq is-CISNET għal skopijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.]

Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

3

Intestatura Sigurtà u Ċittadinanza

DĠ: EMPL

Sena
2015 58

Sena
2016

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Numru tal-linja baġitarja 33 02 02

Impenji

(1)

0

0

0

0.20

0.20

Pagamenti

(2)

0

0

0

0.20

0.20

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2 a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 59  

Numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprazzjonijiet
għad-DĠ EMPL

Impenji

=1+1a +3

0.20

0.20

Pagamenti

=2+2a

+3

0.20

0.20


Skont l-Artikolu 28 tal-proposta għandu jsir rieżami fis-sena n+5. Dan ir-rieżami x'aktarx ikun akkumpanjat b’assistenza esterna jew bi studju.



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0.20

0.20

Pagamenti

(5)

0.20

0.20

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprazzjonijiet
għad-DĠ EMPL
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0.20

0.20

Pagamenti

=5+ 6

0.20

0.20

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

"Infiq amministrattiv"

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: EMPL

• Riżorsi umani

• Infiq amministrattiv ieħor

0,014

0,028

0,028

0,028

0,028

0,028

0,028

0,182

TOTAL DĠ EMPL

Approprjazzjonijiet

0,014

0,028

0,028

0,028

0,028

0,028

0,028

0,182

TOTAL tal-approprazzjonijiet
għall-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0,014

0,028

0,028

0,028

0,028

0,028

0,028

0,182

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,014

0,228

0,028

0,028

0,028

0,028

0,028

0,382

Pagamenti

0,014

0,028

0,228

0,028

0,028

0,028

0,028

0,382

L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta' impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 60

Spiża medja

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

L-ebda total

Spiża totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 61 ...

Objettiv speċifiku: il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuni b'diżabilità

- Output

Studju

0.2

1

0,20

1

0,200

- Output

- Output

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 2 ...

- Output

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

SPIŻA TOTALI

1

0,20

1

0,200

L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

Sommarju 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
N 62

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Infiq amministrattiv ieħor

0,014

0,028

0,028

0,028

0,028

0,028

0,028

0,182

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,014

0,028

0,028

0,028

0,028

0,028

0,028

0,182

Barra mill-INTESTATURA 5 63 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Infiq ieħor
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,014

0,028

0,028

0,028

0,028

0,028

0,028

0,182

L-approprjazzjonijiet tar-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

 Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

X Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet tal-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (Ekwivalenti ta' ingaġġ full-time: FTE) 64

XX 01 02 01 (CA, ENS, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (CA, LA, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy 65

- fil-Kwartieri Ġenerali

- Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (CA, ENS, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (CA, INT, ENS - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal tad-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kull allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

Mhux applikabbli

Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

X    Il-proposta/ l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi r-riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 66 .

Spjega dak li huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

X Il-proposta/l-inizjattiva ma tistipulax kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tistipula l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-appropjazzjonijiet kofinanzjati



Impatt stmat fuq id-dħul

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 67

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja jew il-linji baġitarji tan-nefqa affettwati.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1) Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD), disponibbli fuq: http://www.un.org/disabilities/default.asp?id=150 .
(2) Filwaqt li l-Istati Membri kollha tal-UE ffirmaw il-UNCRPD, bħalissa, il-Finlandja, l-Irlanda u n-Netherlands huma fil-proċess li jirratifikaw il-Konvenzjoni.
(3) Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020, COM (2010) 636 final, disponibbli fuq: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0636:FIN:mt:PDF  
(4)

   Skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b’Diżabilità, il-persuni b’diżabilità jinkludu dawk li għandhom diżabilitajiet fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorji fit-tul, li flimkien ma’ diversi ostakli jistgħu jxekklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor.

(5) Il-Kummissjoni ppreżentat proposta li tipprevedi, inter alia, li l-persuni b'diżabilità għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali bħall-oħrajn, COM(2008) 426 finali.
(6) M/376 Mandat ta’ standardizzazzjoni indirizzat lis-CEN, lis-CENELEC u lill-ETSI b’appoġġ għar-rekwiżiti Ewropej dwar l-aċċessibbiltà għall-akkwist pubbliku ta’ prodotti u servizzi fil-qasam tal-ICT http://ec.europa.eu/growth/tools-databases/mandates/index.cfm?fuseaction=search.detail&id=333
(7) Dan l-istandard huwa armonizzat ferm mal-istandards tal-Istati Uniti taħt it-taqsima 508 tal-Att dwar ir-Riabilitazzjoni tal-Istati Uniti.
(8) M/420 Mandat ta’ standardizzazzjoni mogħti lis-CEN, lis-CENELEC u lill-ETSI b’appoġġ għar-rekwiżiti Ewropej dwar l-aċċessibbiltà għall-akkwist pubbliku fl-ambjent mibni: http://ec.europa.eu/growth/tools-databases/mandates/index.cfm?fuseaction=search.detail&id=392 http://www.cen.eu/cen/Sectors/Sectors/Accessibility/Construction/Pages/Allpresentations.aspx ; .
(9) M/473 Mandat ta’ standardizzazzjoni mogħti lis-CEN, lis-CENELEC u lill-ETSI biex jinkludu “Disinn għal Kulħadd” fl-inizjattivi ta’ standardizzazzjoni rilevanti: http://ec.europa.eu/growth/tools-databases/mandates/index.cfm?fuseaction=search.detail&id=461
ftp://ftp.cencenelec.eu/CEN/Sectors/List/Accessibility/DfAmandate.pdf
(10) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(11) COM(2014) 910 Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2015 - Bidu Ġdid, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/atwork/pdf/cwp_2015_mt.pdf  
(12) http://www.ohchr.org/EN/HRBodies/CRPD/Pages/GC.aspx
(13) Pjan inizjali għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020, Lista ta' Azzjonijiet 2010-2015, SEC/2010/1324 final, http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=SEC:2010:1324:FIN:en:PDF disponibbli fuq:  
(14)

   Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, ĠU L 204, 26.7.2006, p.1; Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji, ĠU L315/14 tat-3.12.2007; Ir-Regolament (UE) 1177/2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni, ĠU L334/1 tas-17.12.2010; Ir-Regolament (UE) 181/2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ, ĠU L55/1 tat-28.2.2011

(15) Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).
(16) Id-Direttiva 2008/57/KE tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 191, 18.7.2008, p.1) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/164/KE tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (STI) rigward il-“persuni b'mobbiltà mnaqqsa” fis-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja (ĠU L 64, 7.3.2008, p. 72)
(17) Id-Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri, ĠU L163 tal-25.6.2009
(18) COM(2012) 721 final, http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2012:0721:FIN:MT:PDF disponibbli fuq:  
(19) Id-dejta tal-UE-SILC u r-rapport tad-WHO dwar il-Piż Globali tal-Mard.
(20)

   COM(2012) 83 Il-progress tal-Pjan Strateġiku tal-Implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu.

(21) It-Taqsima 255 tal-Att dwar it-Telekomunikazzjonijiet (Telecoms Act), l-Att dwar il-Komunikazzjonijiet u l-Aċċessibbiltà għall-Vidjo (Video Accessibility Act), it-Taqsima 508 tal-Att dwar ir-Riabilitazzjoni (Rehabilitation Act), l-Att dwar it-Trasportaturi bl-Ajru (Air carriers Act), l-Att Amerikan dwar il-Persuni b'Diżabilità (ADA - American with Disabilities Act), l-Att "Għin lill-Amerika tivvota" (Help America Vote Act).
(22) Fir-rigward tar-Rekwiżiti Ewropej dwar l-Aċċessibbiltà għall-Akkwist Pubbliku ta’ Prodotti u Servizzi fil-qasam tal-ICT: http://ec.europa.eu/growth/tools-databases/mandates/index.cfm?fuseaction=search.detail&id=333
(23) Rapport imwettaq minn Deloitte li se jiġi ppubblikat fl-istess żmien meta tiġi adottata l-proposta.
(24) Ewrobarometru numru 345: http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/flash_arch_360_345_en.htm .
(25) Rapport tal-Bord tal-SMEs imwettaq minn Deloitte li se jiġi ppubblikat fl-istess żmien meta tiġi adottata l-proposta.
(26) http://ec.europa.eu/justice/discrimination/files/dhlg_5th_report_en.pdf
(27) Ir-rapport finali dwar l-Istudju mwettaq minn Deloitte li se jiġi ppubblikat fl-istess żmien meta tiġi adottata l-proposta.
(28) www.disability-europe.net/
(29) Ara l-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti, ĠU L 218, 13.8.2008.
(30) ĠU C , , p. .
(31) Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta' sikurezza għal-liftijiet (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 251).
(32) Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p.1).
(33) COM (2010) 636.
(34) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku COM(2012) 721.
(35) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).
(36) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u-tal Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(37) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(38) Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti (ĠU L 218, 13/08/2008, p. 82).
(39) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(40) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(41) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.02.2011, p. 13).
(42)

   Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

(43) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(44) Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006.
(45) Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).
(46) Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (ĠU L 348, 20.12.2013, p.1).
(47) Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (ĠU L 95, 15.04.2010, p. 1)
(48) Id-Direttiva 2002/21/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).
(49) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni.
(50) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku.
(51) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali.
(52) ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività- ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(53) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(54) Id-dettalji dwar il-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://ec.europa.eu/budget/biblio/documents/regulations/regulations_en.cfm
(55) Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(56) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(57) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.
(58) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(59) L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew ta' azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(60) L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu forniti (eż.: għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, għadd ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ.).
(61) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. "Objettiv jew objettivi speċifiċi..."
(62) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(63) L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew ta' azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(64) CA= Aġent Kuntrattwali; LA= Persunal Lokali; ENS= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED= Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet).
(65) Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (linji "BA" preċedenti).
(66) Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali (għall-perjodu 2007-2013).
(67) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż ta’ ġbir.

Brussell, 2.12.2015

COM(2015) 615 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

{SWD(2015) 264 final}
{SWD(2015) 265 final}
{SWD(2015) 266 final}


ANNESS I

REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 GĦALL-PRODOTTI U GĦAS-SERVIZZI

PRODOTTI U SERVIZZI

REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ

TAQSIMA I

Is-sistemi operattivi u l-ħardwer tal-kompjuter bi skop ġenerali

1. Id-disinn u l-produzzjoni: 

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità u dawk b’diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

(a)l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(I)trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(II)trid tkun tinftiehem;

(III)trid tkun perċettibbli;

(IV)għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli;

(b)l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(c)l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:

(I)il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f’formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(II)l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(d)l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(e)il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, f’konformità mal-punt 2;

(f)l-interfaċċjar tal-prodott ma’ tagħmir ta’ assistenza.

 

2. L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(b)jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(c)jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(d)jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(e)jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(f)jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(h)jipprovdu modalitajiet ta’ tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(i)jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

TAQSIMA II

It-terminals self-service: Magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus, magni tal-biljetti u magni taċ-check-in

1. Id-disinn u l-produzzjoni:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità u dawk b’diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

(a)l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(I)trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(II)trid tkun tinftiehem;

(III)trid tkun perċettibbli;

(IV)għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli;

(b)l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(c)il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, f’konformità mal-punt 2;

(d)l-interfaċċjar tal-prodott ma’ tagħmir ta’ assistenza.

 

2. L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent kif imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 ikunu aċċessibbli, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(b)jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(c)jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(d)jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(e)jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(f)jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(h)jipprovdu modalitajiet ta’ tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(i)jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

TAQSIMA III

Is-servizzi tat-telefonija, inklużi s-servizzi ta’ emerġenza u t-tagħmir tat-terminals relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi

A. Servizzi:

1.L-għoti ta’ servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a)tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizzi, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B dwar “Tagħmir tat-terminals relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika użat mill-konsumaturi”

(b)tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(I)il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f’formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti mill-utenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(II)għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(III)l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(c)    is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(d)tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta’ assistenza;

(e)jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali.

B. Tagħmir tat-terminals relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika użat mill-konsumaturi:

1. Id-disinn u l-produzzjoni:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità u dawk b’diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

(a)l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(I)trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(II)trid tkun tinftiehem;

(III)trid tkun perċettibbli;

(IV)għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli;

(b)l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(c)l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:

(I)il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f’formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(II)l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(d)l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(e)il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, f’konformità mal-punt 2;

(f)l-interfaċċjar tal-prodott ma’ tagħmir ta’ assistenza.

 

2. L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(b)jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(c)jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(d)jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(e)jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(f)jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(h)jipprovdu modalitajiet ta’ tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(i)jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

TAQSIMA IV

Is-servizzi tal-midja awdjoviżiva u t-tagħmir relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi

A. Servizzi:

1. L-għoti ta’ servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a) tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizzi, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B dwar "Tagħmir relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi"

(b) tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:

(I)il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f’formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti mill-utenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(II)għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(III)l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(c)    is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(d)    tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta’ assistenza;

(e) jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali.

B. Tagħmir relatat b'kapaċitajiet avvanzati tal-informatika għall-konsumaturi:

1. Id-disinn u l-produzzjoni:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità u dawk b’diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

(a)l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(I)trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(II)trid tkun tinftiehem;

(III)trid tkun perċettibbli;

(IV)għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli;

(b)l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(c)l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:

(I)il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f’formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(II)l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(d)l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(e)il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, f’konformità mal-punt 2;

(f)l-interfaċċjar tal-prodott ma’ tagħmir ta’ assistenza.

 

2. L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(b)jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(c)jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(d)jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(e)jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(f)jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(h)jipprovdu modalitajiet ta’ tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(i)jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

TAQSIMA V

Is-servizzi tat-trasport għall-passiġġieri bl-ajru, bix-xarabank, bil-ferrovija u fuq l-ilma; is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri; is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, magni intelliġenti tal-biljetti (smart ticketing) u informazzjoni f'ħin reali; It-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-għoti ta’ servizzi tat-trasport għall-passiġġieri

A. Servizzi:

1. L-għoti ta’ servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a) tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(I)il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f’formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti mill-utenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(II)għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(III)l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

(b)    is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(c) jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali.

B. Is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi tat-trasport għall-passiġġieri:

(a)Is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali.

C. Is-servizzi abbażi ta' apparat mobbli, magni intelliġenti tal-biljetti (smart ticketing) u informazzjoni f'ħin reali:

1. L-għoti ta’ servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a) tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(I)il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f’formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti mill-utenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(II)għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(III)l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

(b)    is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

D. It-terminals self-service, il-magni tal-biljetti u l-magni taċ-check-in użati għall-għoti ta’ servizzi tat-trasport għall-passiġġieri:

1.    Id-disinn u l-produzzjoni:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità u dawk b’diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

(a)l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(I)trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(II)trid tkun tinftiehem;

(III)trid tkun perċettibbli;

(IV)għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli;

(b)l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(c)il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, f’konformità mal-punt 2;

(d)l-interfaċċjar tal-prodott ma’ tagħmir ta’ assistenza.

 

2. L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent kif imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 ikunu aċċessibbli, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(b)jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(c)jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(d)jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(e)jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(f)jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(h)jipprovdu modalitajiet ta’ tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(i)jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

 

TAQSIMA VI

Servizzi bankarji; is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi bankarji; is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli; it-terminals self-service, inklużi l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-għoti ta’ servizzi bankarji

A. Servizzi inġenerali:

1. L-għoti ta’ servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a) tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt D:

(b) tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:

(I)il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f’formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti mill-utenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(II)għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(III) l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(c)    is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(d) jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali.

B. Is-siti web użati għall-għoti ta' servizzi bankarji:

L-għoti ta’ servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a) is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

C. Is-servizzi bankarji abbażi ta' apparat mobbli:

1.L-għoti ta’ servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a) tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(I)il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f’formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti mill-utenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(II)għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(III)l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

(b)    is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

D. It-terminals self-service, inklużi l-magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus użati għall-għoti ta’ servizzi bankarji:

1. Id-disinn u l-produzzjoni:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità u dawk b’diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

(a)l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(I)trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(II)trid tkun tinftiehem;

(III)trid tkun perċettibbli;

(IV)għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli;

(b)l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(c)il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, f’konformità mal-punt 2;

(d)l-interfaċċjar tal-prodott ma’ tagħmir ta’ assistenza.

 

2. L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent kif imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 ikunu aċċessibbli, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(b)jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(c)jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(d)jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(e)jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(f)jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(h)jipprovdu modalitajiet ta’ tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(i)jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

TAQSIMA VII

Kotba elettroniċi

A. Servizzi:

1.L-għoti ta’ servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a) tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti li jużaw fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-punt B "Prodotti";

(b) tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tiegħu kif ġej:

(I)il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f’formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti mill-utenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(II)għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(III) l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (c).

(c)    is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(d)    tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta’ assistenza;

(e) jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali.

B. "Prodotti"

1. Id-disinn u l-produzzjoni:

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità u dawk b’diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

(a)l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(I)trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(II)trid tkun tinftiehem;

(III)trid tkun perċettibbli;

(IV)għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli;

(b)l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(c)l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:

(I)il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f’formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(II)l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(d)l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(e)il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, f’konformità mal-punt 2;

(f)l-interfaċċjar tal-prodott ma’ tagħmir ta’ assistenza.

 2. L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità:

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(b)jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(c)jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(d)jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(e)jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(f)jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(h)jipprovdu modalitajiet ta’ tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(i)jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

TAQSIMA VIII

Il-kummerċ elettroniku

A. Servizzi

1.L-għoti ta’ servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a) tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(I)il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f’formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti mill-utenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(II)għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(III) l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (b).

(b)    is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

TAQSIMA IX - REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ GĦALL-ATTI TAL-UNJONI OĦRA FIL-KAPITOLU VI

Parti A - Prodotti

1.Id-disinn u l-produzzjoni

Id-disinn u l-produzzjoni tal-prodotti, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità u dawk b’diżabilitajiet marbuta mal-età, għandhom jitwettqu billi jkun disponibbli dan li ġej:

(a)l-informazzjoni dwar l-użu tal-prodott mogħtija fuq il-prodott innifsu (ittikkettar, struzzjonijiet, twissija), li:

(i)trid tkun disponibbli permezz ta' aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(ii)trid tkun tinftiehem;

(iii)trid tkun perċettibbli;

(iv)għandha tkun disponibbli b'fonts ta' daqs adegwat għall-kundizzjonijiet ta’ użu prevedibbli;

(b)l-imballaġġ tal-prodott, inkluża l-informazzjoni pprovduta fih (ftuħ, għeluq, użu, rimi);

(c)l-istruzzjonijiet dwar l-użu, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni, il-ħżin u r-rimi tal-prodott li għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:

(i)il-kontenut tal-istruzzjonijiet għandu jkun disponibbli f’formati tat-test li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed, u

(ii)l-istruzzjonijiet għandhom jipprovdu alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(d)l-interfaċċja tal-utent tal-prodott (maniġġar, kontrolli u feedback, input u output) skont il-punt 2;

(e)il-funzjonalità tal-prodott billi jiġu pprovduti funzjonijiet immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, f’konformità mal-punt 2;

(f)l-interfaċċjar tal-prodott ma’ tagħmir ta’ assistenza.

2.    L-interfaċċja tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità

Sabiex id-disinn tal-prodotti u l-interfaċċja tal-utent tagħhom ikunu aċċessibbli kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tal-punt 1, iridu jkunu ddisinjati, fejn applikabbli, kif ġej:

(a)jipprovdu l-komunikazzjoni u l-orjentazzjoni permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(b)jipprovdu alternattivi għall-kliem għall-fini ta' komunikazzjoni u orjentament;

(c)jipprovdu tkabbir u kuntrast flessibbli;

(d)jipprovdu lewn alternattiv biex jittrażmettu l-informazzjoni;

(e)jipprovdu modi flessibbli biex jisseparaw u jikkontrollaw l-informazzjoni fuq quddiem minn dik fl-isfond, anki bl-iskop li jnaqqsu l-istorbju fl-isfond u jtejbu ċ-ċarezza;

(f)jipprovdu lill-utent bil-kontroll tal-volum;

(g)jipprovdu kontroll sekwenzjali kif ukoll alternattivi għall-kontroll bil-ħiliet motorji żgħar;

(h)jipprovdu modalitajiet ta’ tħaddim f'każ li l-utent ikollu saħħa u firxa ta' moviment limitati;

(i)jipprovdu l-possibbiltà li jiġi evitat l-istimolu ta' reazzjonijiet fotosensittivi.

Parti B - Servizzi

1.L-għoti ta’ servizzi, sabiex jiġi mmassimizzat l-użu prevedibbli tagħhom minn persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, għandu jitwettaq billi:

(a)isir aċċessibbli l-ambjent mibni fejn jiġi pprovdut is-servizz, inkluża l-infrastruttura tat-trasport, skont il-Parti C, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-wirt nazzjonali artistiku, storiku jew arkeoloġiku;

(b)isiru aċċessibbli l-faċilitajiet, inklużi l-vetturi, l-inġenji u t-tagħmir meħtieġa biex jitwassal is-servizz kif ġej:

(i)id-disinn tal-ispazju mibni tiegħu għandu jimxi mar-rekwiżiti skont il-Parti C fir-rigward tal-imbark, l-iżbark, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu;

(ii)(ii) l-informazzjoni għandha tkun disponibbli b’modi differenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(iii) għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut viżiv mhux testwali;

(c)tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-prodotti użati fl-għoti tas-servizz, skont ir-regoli stabbiliti fil-Parti A;

(d)tingħata informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizz u dwar il-faċilitajiet u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà relatati kif ġej:

(i)il-kontenut tal-informazzjoni għandu jkun disponibbli f’formati testwali li jistgħu jintużaw biex jiġġeneraw formati ta’ assistenza alternattivi li jridu jiġu ppreżentati b’modi differenti mill-utenti u permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed,

(ii)għandhom jiġu pprovduti alternattivi għall-kontenut mhux testwali;

(iii) l-informazzjoni elettronika, inklużi l-applikazzjonijiet onlajn relatati meħtieġa fl-għoti tas-servizz, għandha tiġi pprovduta skont il-punt (e).

(e)is-siti web isiru aċċessibbli b'mod konsistenti u adegwat għall-perċezzjoni, għat-tħaddim u għall-fehim mill-utenti, inkluża l-adattabbiltà tal-preżentazzjoni u tal-interazzjoni tal-kontenut, bl-għoti, fejn meħtieġ, ta' alternattiva elettronika aċċessibbli; u b'mod li jiffaċilita l-interoperabbiltà ma' varjetà ta' aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta' assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali;

(f)tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli biex jiġu ffaċilitati l-komplementaritajiet mas-servizzi ta’ assistenza;

(g)jiġu inklużi funzjonijiet, prattiki, politiki u proċeduri u tibdil fl-operazzjoni tas-servizz immirati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ persuni b’limitazzjonijiet funzjonali.

Parti C – Ambjent mibni

1.L-aċċessibbiltà b'mod indipendenti għal persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, tal-ambjent mibni għall-użu prevedibbli tiegħu, għandha tinkludi l-aspetti li ġejjin ta’ żoni maħsuba għall-aċċess pubbliku:

(a)l-użu ta’ faċilitajiet u żoni esterni relatati;

(b)il-mogħdijiet biex tasal għall-bini;

(c)l-użu ta’ postijiet ta’ dħul;

(d)l-użu ta’ passaġġi ta' ċirkolazzjoni orizzontali;

(e)l-użu ta’ passaġġi ta' ċirkolazzjoni vertikali;

(f)l-użu ta’ kmamar mill-pubbliku;

(g)l-użu tat-tagħmir u tal-faċilitajiet;

(h)l-użu ta’ tojlits u faċilitajiet sanitarji;

(i)l-użu ta’ postijiet ta' ħruġ, rotot ta’ evakwazzjoni u l-kunċetti ta’ ppjanar ta’ emerġenza;

(j)komunikazzjoni u orjentazzjoni permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(k)l-użu ta’ faċilitajiet u binjiet għall-iskop maħsub għalihom;

(l)protezzjoni minn perikli fl-ambjent ta’ ġewwa u ta’ barra.

TAQSIMA X — REKWIŻITI TA’ AĊĊESSIBBILTÀ GĦALL-FINI TAL-ARTIKOLU 3(10) DWAR L-AMBJENT MIBNI FEJN JIĠU PPROVDUTI S-SERVIZZI LI JAQGĦU FIL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TA' DIN ID-DIRETTIVA

L-aċċessibbiltà għal persuni b’limitazzjonijiet funzjonali, inklużi l-persuni b’diżabilità, tal-ambjent mibni fejn jiġi pprovdut is-servizz, kif imsemmi fl-Artikolu 3(10) għall-użu prevedibbli tiegħu b'mod indipendenti, għandha tinkludi l-aspetti li ġejjin ta’ żoni maħsuba għall-aċċess pubbliku:

(a)l-użu ta’ faċilitajiet u żoni esterni relatati taħt ir-responsabbiltà tal-fornitur tas-servizz;

(b)mogħdijiet li jwasslu għall-bini taħt ir-responsabbiltà tal-fornitur tas-servizz;

(c)l-użu ta’ postijiet ta’ dħul;

(d)l-użu ta’ passaġġi ta' ċirkolazzjoni orizzontali;

(e)l-użu ta’ passaġġi ta' ċirkolazzjoni vertikali;

(f)l-użu ta’ kmamar mill-pubbliku;

(g)l-użu ta’ tagħmir u faċilitajiet użati fl-għoti tas-servizz;

(h)l-użu ta’ tojlits u faċilitajiet sanitarji;

(i)l-użu ta’ postijiet ta' ħruġ, rotot ta’ evakwazzjoni u l-kunċetti ta’ ppjanar ta’ emerġenza;

(j)komunikazzjoni u orjentazzjoni permezz ta’ aktar minn kanal sensorjali wieħed;

(k)l-użu ta’ faċilitajiet u binjiet għall-iskop maħsub għalihom;

(l)il-protezzjoni minn perikli fl-ambjent ta’ ġewwa u ta’ barra.


Brussell, 2.12.2015

COM(2015) 615 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

{SWD(2015) 264 final}
{SWD(2015) 265 final}
{SWD(2015) 266 final}


ANNESS II

PROĊEDURI TA' VALUTAZZJONI TA' KONFORMITÀ - PRODOTTI

Il-kontroll intern tal-produzzjoni

1.Il-kontroll intern tal-produzzjoni huwa l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4, u jiżgura ruħu u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu, li l-prodotti jew is-servizzi kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2.Id-dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà rilevanti msemmija fl-Artikolu 3 u, f’każ li l-manifattur uża l-eċċezzjoni stipulata fl-Artikolu 12, li juru li r-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà rilevanti jkunu jimponu tibdil fundamentali jew piż sproporzjonat. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika biss ir-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sakemm ikun relevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-prodott.

Kull fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha għall-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)deskrizzjoni ġenerali tal-prodott.

(b)elenku tal-istandards armonizzati u/jew tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra rilevanti, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, applikati kompletament jew parzjalment, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati għall-konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà rilevanti msemmija fl-Artikolu 3 jekk dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati; fil-każ ta' standards armonizzati applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika l-partijiet li ġew applikati.

3.Il-manifatturar

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta' manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tal-prodotti mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ta' din id-Direttiva.

4.It-tikketta ta' konformità u d-dikjarazzjoni ta’ konformità

4.1.Il-manifattur għandu jwaħħal it-tikketta CE msemmija f’din id-Direttiva ma' kull prodott individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva.

4.2.Il-manifattur għandu jfassal dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub għal mudell ta’ prodott. Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tidentifika l-prodott li għalih tkun tfasslet.

Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtoritajiet rilevanti.

5.Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur stabbiliti fil-punt 4 jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu, dment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


Brussell, 2.12.2015

COM(2015) 615 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

{SWD(2015) 264 final}
{SWD(2015) 265 final}
{SWD(2015) 266 final}


ANNESS III

INFORMAZZJONI DWAR IS-SERVIZZI LI JISSODISFAW IR-REKWIŻITI TA' AĊĊESSIBBILTÀ

1.Il-fornitur tas-servizz għandu jinkludi fit-termini u fil-kundizzjonijiet ġenerali, jew f'dokument ekwivalenti, l-informazzjoni li tivvaluta kif is-servizz jissodisfa r-rewkiżiti ta' aċċessibbiltà. L-informazzjoni għandha tiddeskrivi r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun rilevanti għall-valutazzjoni, id-disinn u l-operazzjoni tas-servizz. Minbarra r-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-konsumaturi tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 , l-informazzjoni għandha tinkludi, fejn applikabbli, tal-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)deskrizzjoni ġenerali tas-servizz f’formati aċċessibbli;

(b)deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem l-operazzjoni tas-servizz;

(c)deskrizzjoni ta’ kif ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà rilevanti stabbiliti fl-Anness I huma ssodisfati mis-servizz.

2.Sabiex jikkonforma mal-punt 1, il-fornitur tas-servizz jista' japplika kompletament jew parzjalment l-istandards armonizzati u/jew speċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti oħra, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.Il-fornitur tas-sevizz għandu jipprovdi l-informazzjoni li turi li l-proċess ta' forniment tas-servizz u l-monitoraġġ tiegħu jiżguraw il-konformità tas-servizz mal-punt 1 u mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva.

(1) Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p.64).