Brussell, 15.7.2015

COM(2015) 341 final

2015/0149(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2015) 139 final}
{SWD(2015) 140 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1.Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Fil-25 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni ħabbret fl-Istrateġija ta' Qafas tagħha għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b’Politika Progressiva dwar it-Tibdil fil-Klima, reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tikkettar tal-Enerġija biex tkompli tisfrutta l-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika għall-moderazzjoni tad-domanda għall-enerġija u t-tnaqqis konsegwenti tad-dipendenza enerġetika tal-Unjoni Ewropea.

It-tikkettar tal-enerġija huwa favorevoli għall-ambjent, għaliex minnu l-konsumaturi jistgħu jiksbu tagħrif korrett, relevanti u komparabbli fuq l-effiċjenza u l-konsum tal-enerġija ta’ prodotti relatati mal-enerġija, ikunu fejn ikunu fl-Unjoni, u dan jippermettilhom, meta jiġu biex jixtru, jieħdu deċiżjonijiet kosteffiċjenti infurmati u favur l-ambjent, li huma ekoloġiċi kif ukoll li bihom jiffrankaw il-flus.

1.2.Il-konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tal-politika

Għall-2030, il-Kunsill Ewropew, f’Ottubru 2014, ħoloq mira indikattiva fuq livell tal-UE biex l-effiċjenza enerġetika titjieb b’mill-inqas 27%, mira li tkun riveduta sal-2020, bil-ħsieb li jkun hemm titjib ta’ 30% fil-livell tal-UE. Il-Kunsill Ewropew fassal ukoll il-mira li l-emissjoni tal-gassijiet serra titnaqqas b’40% sal-2030.

Il-proposta ssegwi l-Qafas Strateġiku tal-Unjoni dwar l-Enerġija u għandha l-għan li tissostitwixxi d-Direttiva 2010/30/UE dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija. Din il-proposta qed issir issa wara l-evalwazzjoni tad-Direttiva 1 . Ir-regolamenti speċifiċi tal-prodott li jaqgħu taħt din id-Direttiva jibqgħu fis-seħħ imma se jiġu riveduti.

Din l-inizjattiva hi konformi mal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima għax taġġorna u tagħmel aktar effettiv l-acquis eżistenti fuq it-tikkettar tal-enerġija.

1.3.Il-konsistenza mal-politiki l-oħrajn tal-Unjoni

It-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija jtejjeb il-moviment ħieles tal-prodotti billi jassigura li ma jiġux introdotti tikketti tal-enerġija fuq livell nazzjoni fl-Istati Membri. Dan isaħħaħ ukoll il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej billi jħeġġiġhom ikunu innovattivi, joffrilhom vantaġġ li jkunu minn tal-ewwel, jassigura kundizzjonijiet ekwi ma’ manifatturi ta’ pajjiżi terzi permezz ta’ żieda fis-sorveljanza tas-suq, u jippermetti żieda fil-marġini tal-profitt fuq prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija li jiswew aktar flus biex jinxtraw iżda li jħallu qligħ nett lil min jużahom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

2.1.Bażi legali

Il-proposta hi bbażata fuq l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li hu l-bażi legali għal miżuri fuq l-enerġija. Għalkemm jidher possibbli li t-Tikkettar tal-Effiċjenza tal-Enerġija jkollu l-Artikolu 114 bħala l-bażi legali (id-Direttiva dwar it-Tikkettar tal-Enerġija tal-1992 2 kellha, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni għall-enerġija fit-Trattat, bażi legali bħal dan), hemm ir-riskju li dan jista’ b’mod mhux intenzjonat jillimita l-Istati Membri milli jilleġiżlaw fuq l-għoti ta’ informazzjoni dwar prodotti relatati mal-enerġija li jistgħu jkunu kumplimentari għat-tikketta tal-enerġija 3 . It-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija hu limitat għall-enerġija u r-riżorsi fil-fażi tal-użu tal-prodott. Fl-aħħarnett, peress li t-Trattat fih bażi legali speċifika għall-enerġija dan hu kkunsidrat tajjeb għall-użu.

2.2.Sussidjarjetà

L-istrumenti fuq l-effiċjenza enerġetika adottati fil-livell tal-UE jirriflettu l-importanza dejjem tikber tal-enerġija bħala sfida politika u ekonomika u l-interrelazzjoni mill-qrib tagħha għall-oqsma politiċi tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, it-tibdil fil-klima, is-sostenibbiltà, l-ambjent, is-suq intern u l-iżvilupp ekonomiku. L-għanijiet tal-effiċjenza enerġetika sa issa jistgħu ma jintlaħqux b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, u hemm bżonn ta' azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex l-attivitajiet f’livell nazzjonali jiġu megħjunin u appoġġjati.

Importanti li jkunu assigurati kundizzjonijiet ekwi għall-manifatturi u għan-negozjanti f’termini ta’ informazzjoni fuq il-konsum tal-enerġija pprovduta lill-konsumaturi għal prodott partikolari li jkun għall-bejgħ fis-suq intern tal-UE. Għal din ir-raġuni hemm bżonn ta’ regolamenti wiesgħin tal-UE legalment vinkolanti.

Fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq, din hi attività li ssir mill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Biex ikun effettiv, l-isforz għas-sorveljanza tas-suq irid ikun uniformi mal-Unjoni Ewropea kollha. Is-suq intern hu dgħajjef u hemm nuqqas ta’ inċentiv għan-negozji li jinvestu r-riżorsi fid-disinn, il-ħolqien u l-bejgħ ta’ prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Il-ħolqien ta’ bażi ta' dejta tal-prodotti tgħin biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar effettiva.

2.3.Proporzjonalità

Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, il-modifiki proposti ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti. Il-modifiki introdotti mir-Regolament għall-qafas leġiżlattiv eżistenti jgħinu biex dan ikun aktar ċar u jkun jista’ jiġi attwat. Il-fornituri jkollhom idaħħlu informazzjoni varja fil-bażi ta' dejta tal-prodott il-ġdid imma din hi informazzjoni li bħalissa diġà għandhom jipprovduha lill-awtoritajiet nazzjonali għas-sorveljanza tas-suq meta jintalbu jagħmlu dan, u għalhekk kwalunkwe piż żejjed hu wieħed minimu u proporzjonat għall-benefiċċju tal-infurzar u t-trasparenza li l-bażi ta' dejta tal-prodotti mistennija li ġġib magħha. Aktar diskussjoni fuq il-proporzjonalità tal-proposta hi pprovduta fil-Kapitolu 8 tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

2.4.Għażla tal-istrument

Il-bidla proposta minn Direttiva għal Regolament tqis l-għan ġenerali tal-Kummissjoni li tissimplifika l-ambjent regolatorju għall-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi u l-ħtieġa li tiġi assigurata applikazzjoni u implimentazzjoni uniformi mal-Unjoni tal-leġiżlazzjoni proposta.

3.IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

3.1.L-evalwazzjoni ex post ta’ leġiżlazzjoni eżistenti

Il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni ex-post tad-Direttiva tat-Tikkettar tal-Enerġija u aspetti speċifiċi tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn f’Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja din il-proposta (SWD(2015) 143). Is-sejbiet ewlenin huma dawn li ġejjin:

1.Il-miżuri tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija huma effettivi għax iġibu magħhom iffrankar tanġibbli u sostanzjali fl-enerġija u fl-ispejjeż. 4

2.M’hemmx ostakli għall-moviment liberu tal-prodotti relatati mal-enerġija fis-suq intern tal-Unjoni Ewropea.

3.Il-benefiċċji jegħlbu l-ispejjeż, kemm għan-negozji kif ukoll għas-soċjetà. 5 It-tikkettar tal-enerġija hu xprunatur prinċipali għall-innovazzjoni, flimkien mad-domanda tal-konsumaturi u l-pożizzjonar kompetittiv. Aktar ma r-rekwiżiti għall-klassijiet għoljin ikunu ambizzjużi, aktar jagħtu l-opportunità lin-negozji biex jiddifferenzjaw il-prodotti tagħhom b'mod pożittiv u għalhekk l-innovazzjoni tkun stimulata.

4.Il-maġġoranza tal-konsumaturi jagħrfu u jifhmu t-tikketta tal-enerġija, u jużawha fid-deċiżjonijiet tagħhom meta jixtru prodott.

5.L-introduzzjoni tal-A+ u klassijiet ogħla taħt id-Direttiva dwar it-Tikkettar tal-Enerġija tal-2010 naqqset l-effettività tat-tikketta tal-enerġija biex timmotiva lill-konsumaturi jixtru prodotti aktar effiċjenti. 6 Xi pittogrammi użati biex jirrappreżentaw il-parametri fit-tikketta huma wkoll diffiċli biex jinftiehmu.

6.Hemm xejra lejn ix-xiri ta' prodotti akbar, li huma effiċjenti u għalhekk jiksbu klassi ta’ enerġija għolja, imma li għandhom konsum ogħla ta’ enerġija assoluta minn apparati iżgħar tal-istess tip.

7.Infurzar dgħajjef mill-awtoritajiet nazzjonali għas-sorveljanza tas-suq jikkontribwixxi biex ikun hemm nuqqas ta’ konformità, u hu stmat li l-iffrankar tal-enerġija jonqos b’10%. Ara wkoll it-Taqsima 3.

8.Il-miżuri għal xi prodotti wrew livelli ta’ ambizzjoni li huma baxxi ħafna meta mqabbla ma’ x’inhu teknikament u ekonomikament prattiku.

9.Għalkemm xi miżuri indirizzaw l-impatti ambjentali milli l-enerġija fil-fażi tal-użu, jeżisti l-potenzjal għal aktar tnaqqis ta’ dawn l-impatti. 7

10.F’termini ta’ effiċjenza, il-proċess tat-tfassil tar-regolamenti hu twil ħafna (b’medja ta’ 49 xahar), li xi drabi jwassal għal xogħol tekniku u preparatorju li ma jkunx għadu relevanti fiż-żmien tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-politika, speċjalment għal prodotti elettroniċi li jiżviluppaw b’rittmu mgħaġġel.

11.Iż-żewġ Direttivi huma kumplimentari u l-implimentazzjoni tagħhom fil-biċċa l-kbira tagħha ssir b’mod koerenti.

12.Għal numru ta’ prodotti, il-klassijiet l-aktar baxxi tat-tikketta tal-enerġija huma deżolati, għaliex il-miżuri tal-ekodisinn ipprojbixxew mudelli bi prestazzjoni baxxa u l-manifatturi rrispondew għall-progress teknoloġiku billi bdew joħolqu prodotti aktar effiċjenti. Mingħajr tqabbil sħiħ tal-iskala A-G, ir-relevanza tat-tikketta għall-konsumaturi hi dgħajfa.

13.Il-valur miżjud tal-UE ġej mill-qafas regolatorju armonizzat li jnaqqas l-ispejjeż għall-manifatturi u li jpoġġi l-UE fuq quddiem f’dak li jirrigwardja l-isforzi internazzjonali tar-regolamentazzjoni u l-istandardizzazzjoni.

14.Il-politika kompliet tkun relevanti biex tintlaħaq il-mira tal-UE fuq l-effiċjenza enerġetika lil hinn mill-2020. Tista’ tikkontribwixxi wkoll għal effiċjenza fir-riżorsi u għall-ekonomija ċirkulari.

15.L-informazzjoni tal-konsumatur tibqa’ essenzjali fl-era diġitali. Ir-regolamenti tat-tikkettar tal-enerġija dan l-aħħar ġew adattati biex juru t-tikketta tal-enerġija anke fuq l-internet.

16.F’dak li għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjoni tar-rekwiżiti biex ir-reklami jkollhom referenza għall-klassi tal-enerġija (Artikolu 4(c)), dan l-effett ma jistax ikun ikkwantifikat imma l-evalwazzjoni sabet li din indirizzat nuqqas ta’ informazzjoni fis-suq.

17.Ir-rekwiżiti għall-akkwisti pubbliċi (Artikolu 9(1)) kienu diġà ġew evalwati fl-2011 u, b’hekk tneħħew mid-Direttiva dwar it-Tikkettar tal-Enerġija u ddaħħlu wara li ġew mibdula fid-Direttiva dwar l-effiċjenza enerġetika 8 .

18.Minn dak li ħareġ fil-mezzi tax-xandir fl-aħħar snin, jidher ċar li l-benefiċċji tal-politika ma ġewx ikkomunikati biżżejjed.

3.2.Il-konsultazzjoni mal-partijiet involuti

Saret konsultazzjoni pubblika mill-31 ta’ Awwissu sat-30 ta’ Novembru 2013 fuq il-paġna elettronika ‘Il-vuċi tiegħek fl-Ewropa’. Verżjoni itwal tal-istħarriġ kien immirat għal gruppi ta’ interess, korpi tal-gvern u esperti, filwaqt li stħarriġ iqsar kien immirat għall-konsumaturi, il-bejjiegħa bl-imnut u l-manifatturi individwali. Kien hemm 138 tweġiba għall-istħarriġ it-twil, li minnhom 58 kienu mill-manifatturi u l-gruppi ta’ interess tagħhom, 20 mill-korpi tal-gvern, 13 mill-gruppi ta’ interess ambjentali u 9 mill-gruppi ta’ interess tal-konsumatur. Kien hemm 197 tweġiba għall-istħarriġ il-qasir, li minnhom 127 ġew mill-konsumaturi, 40 mill-bejjiegħa bl-imnut u 30 mill-manifatturi. Sommarju dettaljat ta’ dawk li rrispondew u r-risposti tagħhom kien ippubblikat fi Frar 2014 9 .

Kienu organizzati tliet laqgħat bejn il-partijiet ikkonċernati: fis-27 ta’ Ġunju 2013, fl-14 ta’ Ottubru 2013 u fit-18 ta’ Frar 2014. Flimkien mal-aħħar laqgħa tal-kuntratturi, il-Kummissjoni organizzat laqgħa għall-partijiet ikkonċernati fid-19 ta’ Frar 2014 fuq ir-riżultati tal-ittestjar ta’ sett preliminari ta’ disinji ta’ tikketti tal-enerġija u fuq id-disinji tat-tikketti tal-enerġija proposti għal ittestjar ulterjuri.

3.3.Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert

Ġew ikkummissjonati żewġ studji speċifikament biex tiġi ppreparata r-reviżjoni:

Studju li jikkonċerna l-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar it-Tikkettar tal-Enerġija u l-aspetti speċifiċi tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn, li tlesta f’Ġunju 2014.

Studju fuq l-impatt tat-tikketta tal-enerġija – u tat-tibdiliet potenzjali tagħha – fuq il-fehim tal-konsumatur u fuq id-deċiżjonijiet tax-xiri, li tlesta f’Ottubru 2014.

Iż-żewġ studji kienu ppubblikati fis-sit tal-Kummissjoni Ewropea 10 .

3.4.Il-valutazzjoni tal-impatt

Il-Valutazzjoni tal-Impatt (SWD(2015) 139) takkumpanja din il-proposta u hi ppubblikata fis-sit tal-Kummissjoni Ewropea 11 flimkien mal-opinjoni favorevoli tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (SWD(2015) 323) adottata fis-16 ta’ Ġunju 2015.

B'segwitu għall-evalwazzjoni msemmija hawn fuq, il-valutazzjoni tal-impatt iħares kemm lejn għadd ta' kwistjonijiet bid-Direttiva attwali, kif ukoll lejn ċerti elementi speċifiċi rigward id-Direttiva dwar l-Ekosdisinn. Ma tiffavorixxi l-ebda segwitu leġiżlattiv għal din id-Direttiva tal-aħħar f'dan l-istadju.

L-aktar żewġ kwistjonijiet importanti rigward id-Direttiva tat-Tikkettar tal-Enerġija kienu t-tnaqqis tal-effettività tat-tikketta tal-enerġija u n-nuqqas ta’ konformità minħabba infurzar dgħajjef. Ġew ukoll identifikati proċessi twal ta' regolamentazzjoni, li jwasslu għal xogħol tekniku u preparatorju li ma jkunx għadu relevanti.

L-għażla finali magħżula kienet li jitjieb il-qafas regolatorju eżistenti dwar it-tikkettar tal-enerġija, il-ħtieġa li l-prodotti b’tikketta jkunu reġistrati f’bażi ta' dejta ġdida, li titjieb l-istruttura legali billi tinbidel id-Direttiva dwar it-Tikkettar tal-Enerġija attwali għal Regolament li jallinjaha mar-regolament tas-sorveljanza tas-suq 12 , u li jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet konġunti ta' sorveljanza tas-suq.

Din il-proposta timplimenta l-parti leġiżlattiva tal-għażla magħżula fil-Valutazzjoni tal-Impatt. Azzjonijiet oħrajn mhux leġiżlattivi ppjanati sabiex jimplimentaw dik l-għażla huma deskritti fir-Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jakkumpanja din il-proposta.

3.5.L-idonejtà u s-simplifikazzjoni regolatorja

L-impatt pożittiv fuq id-dħul (stmat li huwa €34 biljun/sena fl-2030) jaffettwa lin-negozji l-kbar, lill-SMEs u lill-intrapriżi ta’ daqs mikro bl-istess mod. Reġim differenti għall-intrapriżi mikro/SMEs ma jistax jiġi ġġustifikat. Il-bejjiegħa bl-imnut kollha għandhom ikunu soġġetti għall-istess regolamenti, għaliex it-tikketti tal-enerġija huma utli biss għall-konsumaturi jekk il-prodotti kollha jkunu ttikkettjati fil-ħwienet kollha. Ftit manifatturi SME huma affettwati u l-ebda intrapriżi mikro. L-istess regoli għandhom japplikaw għal kulħadd biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta fis-suq uniku u informazzjoni koerenti u konsistenti għall-konsumaturi. L-ammont ta’ flus li l-konsumaturi huma stmati li jiffrankaw ilaħħaq bejn €10-30 biljun/sena fl-2030 (dan jiddependi fuq il-preżunzjonijiet tal-iżvilupp futur tal-prezzijiet tal-enerġija).

Il-kompetittività ta’ kumpaniji tal-UE titjieb jekk dawn ikunu mħeġġin biex jinnovaw, jiġu offruti vantaġġ biex jibdew, jekk ikunu assigurati kundizzjoni ekwi għal dawk ta’ manifatturi ta’ pajjiżi terzi permezz ta’ żieda fis-sorveljanza tas-suq, u titħalla żieda fil-marġini tal-profitt fuq prodotti effiċjenti li jiswew aktar flus biex jinxtraw, iżda li jħallu qligħ nett lill-utenti finali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti.

F'termini ta' kostijiet amministrattivi, il-kost totali għan-negozjanti biex jibdlu t-tikketti kollha fuq il-prodotti kollha huwa stmat għal EUR 10 miljun tul perjodu ta' għaxar snin għall-UE kollha kemm hi. Għall-manifatturi, il-kostijiet huma stmati għal EUR 50 miljun tul perjodu ta' għaxar snin. Meħudin flimkien, dan ifisser kost ta' 2 euroċenteżmi għal kull prodott ittikketat mibjugħ. Il-kostijiet amministrattivi għar-reġistrazzjoni tar-prodotti huma stmati għal EUR 1.5 miljun kull sena għall-industrija kollha, jiġifieri madwar 0.5 ċenteżmu ta' euroċenteżmi għal kull prodott mibjugħ. Il-kost reali b'riżultat tal-ksib tar-reġistrazzjoni ta' prodotti fil-fatt se jkun bejn wieħed u ieħor żero, għaliex il-manifatturi ma jibqgħux obbligati li jżommu dokumentazzjoni teknika disponibbli għall-awtoritajiet ta' sorvjeljanza tas-suq tul ħames snin mill-aħħar prodott manifatturat.

Il-manifatturi u n-negozjanti jistgħu jgħaddu dawn il-kostijiet amministrattivi lill-konsumaturi, li xorta waħda se jiffrankaw bis-saħħa tal-iffrankar fl-użu tal-enerġija mill-prodotti iktar effiċjenti li jixtru b'riżultat ta' dan ir-Regolament.

Il-proposta hi lesta għall-internet għaliex tinkludi l-ħolqien ta’ bażi ta' dejta tal-prodotti fuq l-internet, li se tissimplifika, tħaffef u ttejjeb it-trażmissjoni tal-informazzjoni fuq il-prodotti bejn il-manifatturi, il-bejjiegħa bl-imnut, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u l-konsumatur finali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta tieħu post Direttiva eżistenti fuq it-tikkettar tal-enerġija u l-impatt u l-ispejjeż amministrattivi tal-Istati Membri huma għalhekk stmati li jkunu moderati għax diġà għandhom il-maġġoranza tal-istrutturi u r-regolamenti neċessarji.

Din l-inizjattiva m’għandhiex bżonn riżorsi baġitarji addizzjonali tal-UE. L-ispejjeż biex tinħoloq bażi ta' dejta tal-prodotti (1.500.000 EUR fl-2016 u 150.000 EUR spejjeż ta’ manteniment kull sena fis-snin sussegwenti) u għall-istudji tal-fehim tal-konsumaturi fuq tikketti ta’ gruppi ta’ prodotti speċifiċi (300.000 EUR kull sena mill-2017) huma ffinanzjati permezz ta’ riprijoritizzazzjoni ta’ baġit eżistenti għall-implimentazzjoni tal-politika dwar l-effiċjenza ta’ prodotti li jinkludu assistenza teknika u/jew studji biex jiġu evalwati l-aspetti ta’ gruppi ta’ prodotti neċessarji għal atti delegati u biex tkun megħjuna l-istandardizzazzjoni. Il-baġit jaqa’ taħt il-parti tat-teħid mis-suq u dik tal-innovazzjoni tal-isfidi tas-soċjetà ta’ Orizzont 2020.

5.ELEMENTI OĦRAJN

5.1.Il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar tal-arranġamenti

L-evalwazzjoni li jmiss tal-qafas dwar it-Tikkettar tal-Enerġija hi mistennija fi żmien 8 snin. Din għandha tinbena fuq evalwazzjoni ex-post ta’ studji ta’ prodotti speċifiċi li jevalwaw l-atti delegati taħt dan il-qafas, u għandha tevalwa l-effettività tal-qafas biex ikun assigurat li jkun hemm moviment liberu tal-affarijiet (eż. L-Istati Membri baqgħu lura milli jipproponu leġiżlazzjoni nazzjonali fuq it-tikkettar tal-enerġija għall-prodotti?). It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u impatti ambjentali oħra sinifikanti tal-prodotti għandhom jiġu vvalutati, speċjalment fir-rigward tat-titjib miksub fir-rata tat-trasformazzjoni tas-suq minn tikketti bi skali ġodda. It-titjib fir-rata tas-sorveljanza tas-suq u tal-konformità bis-saħħa tal-bażi ta' dejta tal-prodott jista’ jiġi vvalutat b’rappurtar mill-Istati Membri fuq ir-riżultat tas-sorveljanza tas-suq taħt ir-regolament tas-sorveljanza tas-suq.

5.2.Spjegazzjoni dettaljata fuq id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Fil-proposta, jinżammu l-għanijiet u l-prinċipji ewlenin tad-Direttiva attwali dwar it-Tikkettar tal-Enerġija, iżda l-proposta tikkjarifika, issaħħaħ u testendi l-iskop tad-dispożizzjonijiet attwali tad-Direttiva b’:

Aġġornament tat-tikketta u l-permess li ssir skala ġdida

Titjib fl-infurzar

Ħolqien ta’ bażi ta' dejta ta’ prodotti koperti mill-obbligi tat-tikkettar tal-enerġija

Obbligi aktar ċari tal-partijiet varji

Titjib fir-rabta bejn it-tikkettar tal-enerġija u l-istandards tal-qisien

5.2.1.Aġġornament tat-tikketta u l-permess li ssir skala ġdida

Is-suċċess tat-tikkettar tal-enerġija għal produzzjoni akbar ta’ prodotti li huma aktar effiċjenti fir-rigward tal-enerġija, ifisser li t-tikketta qed toqrob lejn il-limitu tagħha. Għal ħafna gruppi ta’ prodotti, ħafna mudelli issa qegħdin fl-ogħla klassijiet ta’ enerġija, u hu diffiċli tiddistingwi bejn il-mudelli. Għalkemm fl-2010 żdiedu l-klassijiet A+ sa A+++ fl-effiċjenza enerġetika, għal xi gruppi ta’ prodotti, il-mudelli kollha diġà huma skont dawn il-klassijiet il-ġodda u m’għadx hemm mudelli bi klassi aktar baxxa. Hemm il-ħtieġa sistematika li l-prodotti jkollhom skala ġdida u li nerġgħu mmorru għall-iskala oriġinali ta’ A sa G, li l-istudji jissuġġerixxu li hi l-aktar waħda li tinftiehem mill-konsumaturi. Għalkemm id-Direttiva attwali tippermetti li ssir klassifikazzjoni mill-ġdid tal-prodotti permezz ta’ atti speċifiċi delegati, din il-proposta talloka l-ħtieġa li t-tikketti tal-enerġija tingħatalhom skala ġdida, b’mod ħafna aktar sistematiku. Tagħmel ċar ukoll l-obbligi li għandhom il-fornituri u n-negozjanti waqt il-fażi tat-tibdil u l-addattament tal-iskala.

It-tikketti eżistenti se jiġu rriveduti mill-Kummissjoni fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament, bil-għan li tiġi adattata l-klassifikazzjoni tagħhom fuq l-iskala. Il-gruppi ta' prodotti li għandhom jiġu indirizzati l-ewwel se jkun dawk fejn il-prodotti fis-suq huma kkonċentrati fl-ogħla klassijiet. L-adattament tal-iskala nnifsu se jieħu bosta snin wara d-data tar-reviżjoni.

Il-proċess ta’ skala ġdida jitlob perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu t-tikketti l-antiki (qabel il-proċess tal-iskala l-ġdida) u t-tikketti l-ġodda għall-istess prodotti jkunu preżenti t-tnejn fil-ħwienet. Biex titnaqqas il-konfużjoni għall-konsumaturi, jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità u fl-istess ħin ikun hemm ċertezza legali massima għall-fornituri u n-negozjanti, mistenni li jkun hemm dan l-approċċ fl-abbozz tar-Regolament:

1.Jiġi ppubblikat l-att delegat għat-tikketta bl-iskala l-ġdida li jidħol fis-seħħ 20 jum wara (kif diġà hu l-każ). L-att delegat jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-enerġija ħalli l-ebda prodott li qiegħed bħalissa fis-suq ma jaqa’ fl-ogħla klassijiet tal-enerġija, biex b’hekk ikunu stimulati l-progress teknoloġiku u l-innovazzjoni teknoloġika u dejjem aktar prodotti effiċjenti jintgħarfu. L-att delegat se jkun fih data speċifika sa meta t-tikketti ‘l-antiki’ jkunu jridu jiġu sostitwiti bit-tikketta l-ġdida (“id-data tal-bidla”).

2.Għal perjodu ta’ sitt xhur wara li l-att delegat ikun daħal fis-seħħ, iżda qabel id-data tal-bidla, il-fornituri jridu jpoġġu t-tikketta l-ġdida fil-kaxxa mal-prodott, flimkien mat-tikketta l-antika.

3.Fid-data tal-bidla, l-aġenti jridu jissostitwixxu t-tikketta l-antika mal-ġdida fuq il-prodotti kollha esebiti fil-ħwienet. Dawn ikollhom ġimgħa biex jissostitwixxu t-tikketti l-antiki kollha.

4.Għal dawk il-prodotti li jkunu diġà fil-ħanut qabel ma jibda l-perjodu ta’ trażizzjoni ta’ 6 xhur, in-negozjanti jridu jġibu t-tikketta l-ġdida mingħand il-fornitur (din tista’ tinkiseb mill-internet u titniżżel mis-siti elettroniċi tal-fornituri).

5.L-Istati Membri jridu jagħmlu kampanji promozzjonali biex jinfurmaw lill-konsumaturi b’dan l-eżerċizzju ta’ skala ġdida.

Dan l-approċċ mistenni jnaqqas kemm jista’ jkun il-koeżistenza li jista’ jkun hemm meta l-prodotti tal-istess tip ikollhom it-tikketti l-antiki u l-ġodda esebiti fil-ħwienet, ħalli b’hekk il-proċess ikun prattiku kemm jista’ jkun, u jwassal għal żieda fl-effettività tat-tikketta, u l-konsumaturi jiffrankaw l-enerġija u l-ispejjeż. M’hemmx bżonn ta’ bidla sostanzjali fis-sistema attwali f’termini tal-mekkaniżmu tad-distribuzzjoni ewlenija tat-tikketta, li s’issa wriet li taħdem.

5.2.2.Titjib fl-infurzar permezz ta’ bażi ta' dejta tal-prodotti koperti bl-obbligi tat-tikkettar tal-enerġija

F’termini ta’ infurzar, in-nuqqas ta’ konformità fis-suq hu stmat li jlaħħaq l-20%, u għandu jwassal biex madwar 10% tal-enerġija li qed tintilef, tkun iffrankata. Dawn ir-riżultati dgħajfa ta’ infurzar (tal-anqas, parzjalment) ġejjin mid-diffikultà li għandhom l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq biex jaċċessaw dokumentazzjoni teknika fil-ħin, u jiggravaw minħabba nuqqas ta’ ċarezza fuq in-numri tal-mudell differenti użati għall-istess mudell ta’ prodott fl-Istati Membri. Il-bażi ta' dejta l-ġdida għar-reġistrazzjoni tal-prodotti tippermetti lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ikollhom aċċess aktar mgħaġġel għall-informazzjoni neċessarja.

Barra minn hekk, il-bażi ta' dejta tal-prodotti tipprovdi dejta aġġornata tas-suq u informazzjoni fuq l-effiċjenza enerġetika li taċċellera l-istudji preparatorji/ta’ reviżjoni u l-proċess regolatorju, biex b’hekk jitnaqqas il-proċess twil regolatorju li jeżisti bħalissa għal atti delegati.

Il-ħtieġa ta’ bażi ta' dejta għar-reġistrazzjoni tidher b’saħħitha fil-każ tad-Direttiva dwar it-Tikkettar tal-Enerġija, għax it-tikketti tal-enerġija jkopru l-aktar prodotti domestiċi fejn l-impatt tan-nuqqas ta’ sorveljanza suffiċjenti tas-suq hu aktar komuni u n-numru ta’ mudelli ekwivalenti hu akbar.

Minbarra l-indirizzar ta’ punti dgħajfa tas-sistema attwali, il-bażi ta' dejta tista’, fil-futur, tintuża wkoll għal modi ġodda ta’ kif it-tikketti tal-enerġija jitqassmu lin-negozjanti, għaliex it-tikketti tal-enerġija u t-tikketti bl-iskali l-ġodda jkunu disponibbli f'bażi ta' dejta bħal din. Il-proposta taġġorna wkoll ir-rekwiżiti tad-Direttiva f’termini tal-provvediment għall-provvista elettronika tat-tikketti jew biex il-fornituri jagħmluhom aċċessibbli (jikkummerċjalizzawhom) fis-siti elettroniċi tagħhom.

Meta mqabbla mar-rekwiżiti eżistenti tal-informazzjoni tal-prodott mill-fornituri, il-bażi ta' dejta tar-reġistrazzjoni tal-prodotti toħloq biss l-obbligu l-ġdid li l-mudell tal-prodott jiġi rreġistrat billi tittella’ l-informazzjoni li, skont is-sistema attwali, diġà hi meħtieġa taħt atti delegati differenti.

Il-piż amministrattiv tar-reġistrazzjoni tal-prodotti huwa stmat għal EUR 1.5 miljun fis-sena għall-industrija kollha, jiġifieri madwar 0.5 euroċenteżmu għal kull prodott mibjugħ. Il-kost reali fil-fatt se jkun bejn wieħed u ieħor żero, għax il-fornituri m'għandhomx obbligati li jżommu dokumentazzjoni teknika aċċessibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal ħames snin wara li jkun ġie manifatturat l-aħħar prodott. Bħalissa, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq iridu jitolbu d-dokumentazzjoni teknika mingħand il-fornituri, u n-negozjanti jridu jikkuntattjaw lill-fornituri biex jiksbu t-tikketti jekk ikollhom bżonnhom ta' xi waħda għal xi raġuni. Il-bażi ta' dejta se jkun fiha kemm id-dokumentazzjoni teknika aċċessibbli għas-sorveljanza tas-suq kif ukoll it-tikketti aċċessibbli għan-negozjanti f’post ċentrali.

5.2.3.Obbligi aktar ċari tal-partijiet varji

Il-proposta terġa’ tiġbor l-obbligi rispettivi tal-Istati Membri, tal-fornituri u tan-negozjanti biex ikunu aktar koerenti u sempliċi.

Il-bidla minn Direttiva għal Regolament tfisser inqas piż amministrattiv għall-Istati Membri (anki jekk xorta waħda ikollhom ineħħu mil-liġi nazzjonali tagħhom il-miżuri legali meħudin biex jittrasponu d-Direttiva 2010/30/UE) u rekwiżiti applikabbli direttament għall-fornituri u n-negozjanti li jassiguraw armonija sħiħa mal-UE.

5.2.4.Titjib fir-rabta bejn it-tikkettar tal-enerġija u l-istandards tal-kejl

Il-proposta tagħmilha ċara li prodott li hu konformi mal-metodi ta’ kejl u kalkoli stabbiliti fl-istandard relevanti armonizzat jitqies bħala li hu konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-att delegat applikabbli.

2015/0149 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, 13 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, 14 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Unjoni Ewropea hi impenjata li tibni Unjoni ta’ Enerġija b'politika dwar il-klima li tħares ’il quddiem. L-effiċjenza enerġetika hi element kruċjali tal-Qafas Politiku tal-Unjoni Ewropea dwar il-Klima u l-Enerġija tal-2030 u hi ċ-ċavetta għall-moderazzjoni tad-domanda tal-enerġija.

(2)It-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija jippermetti wkoll lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati fir-rigward tal-konsum tal-enerġija tal-prodotti u b'hekk jippromwovi l-innovazzjoni.

(3)Id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 ġiet evalwata għall-effettività tagħha. L-evalwazzjoni identifikat il-ħtieġa li jiġi aġġornat il-qafas tat-Tikkettar tal-Enerġija sabiex jittejjeb l-effettività tiegħu.

(4)Huwa xieraq li d-Direttiva 2010/30/UE tinbidel b’Regolament li jżomm l-istess skop, iżda li jimmodifika u jtejjeb uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu ħalli l-kontentut tagħhom ikun iċċarat u aġġornat. Regolament hu l-istrument legali xieraq għax jimponi regoli ċari u dettaljati li ma jagħtux lok għal traspożizzjoni diverġenti mill-Istati Membri u għalhekk jassigura grad ogħla ta’ armonizzazzjoni mal-Unjoni kollha. Qafas regolatorju armonizzat f’livell ta’ Unjoni aktar milli f'livell ta' Stat Membru jnaqqas l-ispejjeż għall-manifatturi u jiżgura kundizzjonijiet ekwi. L-armonizzazzjoni mal-Unjoni kollha tassigura l-moviment liberu tal-prodotti fis-Suq Uniku.

(5)Il-moderazzjoni tad-domanda tal-enerġija hi rikonoxxuta bħala azzjoni importanti fl-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Enerġija 16 . L-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Enerġija 17 enfasizzat aktar il-prinċipju tal-effiċjenza tal-enerġija l-ewwel, kif ukoll il-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar l-enerġija tkun implimentata bis-sħiħ. Il-pjan direzzjonali pprovda reviżjoni tal-qafas tal-effiċjenza enerġetika għall-prodotti fl-2015. Ir-Regolament itejjeb il-qafas leġiżlattiv u ta’ infurzar għat-tikkettar tal-enerġija.

(7)It-titjib fl-effiċjenza tal-prodotti relatati mal-enerġija permezz ta’ għażliet infurmati mill-konsumatur hu ta’ benefiċċju għall-ekonomija tal-Unjoni, jixpruna l-innovazzjoni u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-2020 u tal-2030 tal-Unjoni. Se jgħin ukoll biex il-konsumaturi jiffrankaw il-flus.

(8)Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2014 stabbilixxew mira indikattiva fil-livell tal-Unjoni ta’ mill-inqas 27% għat-titjib fl-effiċjenza enerġetika fl-2030, meta mqabbla mat-tbassir fil-konsum tal-enerġija fil-ġejjieni. Din il-mira se terġa’ tkun riveduta sal-2020 bil-ħsieb li l-livell tal-Unjoni jkun ta’ 30%. Stipulaw ukoll mira vinkolanti tal-UE li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijet serra fil-livell domestiku mill-inqas b’40% sal-2030 meta mqabbel mal-1990, inkluż tnaqqis ta’ 30% f’emissjonijiet f’setturi li mhumiex ETS.

(9)L-għoti ta’ informazzjoni korretta, relevanti u komparabbli fuq il-konsum speċifiku tal-enerġija tal-prodotti relatati mal-enerġija jiffaċilita l-għażla tal-konsumaturi favur dawk il-prodotti li jikkunsmaw inqas enerġija u riżorsi essenzjali oħrajn waqt l-użu. It-tikketta mandatorja standardizzata hi mezz effettiv li jipprovdi lill-konsumaturi potenzjali b'informazzjoni komparabbli fuq il-konsum tal-enerġija ta’ prodotti relatati mal-enerġija. Din għandha tkun issupplimentata b’folja ta' informazzjoni dwar il-prodott. It-tikketta għandha tintgħaraf faċilment u tkun sempliċi u konċiża. Biex jintlaħaq dan kollu, l-iskala ta’ kuluri minn aħdar skur għal aħmar tat-tikketta għandha tinżamm bħala l-bażi biex il-konsumaturi jiġu infurmati dwar l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti. Il-klassifikazzjoni li tuża l-ittri minn A sa G uriet li kienet l-aktar effettiva għall-konsumaturi. F’sitwazzjonijiet fejn, minħabba miżuri tal-ekodisinn skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-prodotti ma jkunux jistgħu jibqgħu jaqgħu fil-klassijiet ‘F’ jew ‘G’, dawk il-klassijiet ma għandhomx jidhru fuq it-tikketta. F'każijiet eċċezzjonali, dan għandu jiġi estiż għall-klassijiet 'D' u 'E', għalkemm din is-sitwazzjoni x'aktarx ma tinqalax, billi t-tikketta tkun kklassifikata mill-ġdid ladarba maġġoranza tal-mudelli tal-prodotti jaqgħu fl-ogħla żewġ klassijiet.

(10)L-avvanzi fit-teknoloġija diġitali jippermettu li jkun hemm modi alternattivi biex it-tikketti jitwasslu u jintwerew b’mod elettroniku, bħal fuq l-internet, imma wkoll b’mod elettroniku fil-ħwienet. Biex jieħu vantaġġ minn dawn l-avvanzi, dan ir-Regolament jippermetti l-użu ta’ tikketti elettroniċi bħala sostituti ta' jew bħala li jikkumplimentaw it-tikketta tal-enerġija stampata. F’każijiet meta mhuwiex prattiku li tintwera t-tikketta tal-enerġija, bħal f’ċerti forom ta’ bejgħ minn distanza u f’reklamar u materjali promozzjonali tekniku, il-konsumaturi potenzjali għandhom tal-anqas jiġu pprovduti bil-klassi tal-enerġija tal-prodott.

(11)Il-manifatturi jirrispondu għat-tikketta tal-enerġija billi joħolqu prodotti dejjem aktar effiċjenti. Dan l-iżvilupp teknoloġiku jwassal biex ikun hemm aktar prodotti fl-ogħla klassijiet tat-tikketta tal-enerġija. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ aktar differenzazzjoni tal-prodott ħalli l-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu l-prodotti kif suppost, u dan iwassal għall-ħtieġa li t-tikketti jkollhom skala ġdida. Minħabba li l-frekwenza ta' skala mill-ġdid bħal din ta' madwar għaxar snin tkun waħda xierqa, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li jiġi evitat piż żejjed fuq il-manifatturi. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jinkludi arranġamenti dettaljati għall-għoti ta’ skali ġodda biex iċ-ċertezza legali tkun massimizzata għall-fornituri u n-negozjanti. It-tikketta bi skala ġdida għandu jkollha l-ogħla klassijiet vojta biex tħeġġeġ il-progress teknoloġiku u tippermetti li jiġu żviluppati u rikonoxxuti aktar prodotti effiċjenti. Meta tikketta tingħata skala ġdida, għandha tiġi evitata l-konfużjoni għall-konsumaturi billi t-tikketti tal-enerġija kollha jinbidlu fuq perjodu ta' żmien qasir.

(12)F’każ ta’ tikketta ġdida, il-fornituri għandhom jipprovdu lin-negozjanti kemm it-tikketta l-antika kif ukoll il-ġdida għal ċertu perjodu. It-tibdil tat-tikketti eżistenti fuq il-prodotti murija, inkluż fuq l-internet, bit-tikketti l-ġodda, għandu jsir kemm jista’ jkun malajr wara d-data tas-sostituzzjoni speċifikata fl-att delegat dwar it-tikketta bl-iskala l-ġdida. In-negozjanti m’għandhomx juru t-tikketti bl-iskala l-ġdida qabel id-data tas-sostituzzjoni.

(13)Jeħtieġ li tkun ipprovduta distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta’ kull operatur fil-proċess tal-provvista u d-distribuzzjoni. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli għall-konformità skont ir-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista u għandhom jieħdu l-miżuri adattati biex jassiguraw li fis-suq ikun hemm biss prodotti li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u l-atti delegati tiegħu.

(14)Biex il-konsumaturi jafdaw it-tikketta tal-enerġija, m’għandhomx jitħallew jintużaw tikketti tal-enerġija oħrajn li jixbħu t-tikketta tal-enerġija għal prodotti relatati mal-enerġija. Tikketti, marki, simboli jew iskrizzjonijiet oħra li huma probabbli li jqarrqu jew li jħawwdu lill-konsumaturi fir-rigward tal-konsum tal-enerġija, lanqas ma għandhom jitħallew.

(15)Biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, hemm bżonn li jkun iċċarat li r-regoli dwar is-sorveljanza u l-kontroll tas-suq tal-Unjoni tal-prodotti li jidħu fis-suq tal-Unjoni li għalihom hemm provdut fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18  japplikaw għall-prodotti relatati mal-enerġija. Skont il-prinċipju tal-moviment liberu tal-prodotti, huwa essenzjali li l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jikkooperaw flimkien b’mod effettiv. Din il-kooperazzjoni fuq it-tikkettar tal-enerġija għandha tkun rinfurzata bl-appoġġ tal-Kummissjoni.

(16)Biex ikun iffaċilitat il-monitoraġġ tal-konformità u tkun ipprovduta fis-suq dejta aġġornata għall-proċess regolatorju fuq ir-reviżjonijiet ta’ tikketti speċifiċi għall-prodott u folja ta’ informazzjoni, il-fornituri għandhom jipprovdu l-informazzjoni tal-konformità tal-prodott b’mod elettroniku f’bażi ta' dejta stabbilita mill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli pubblikament biex tipprovdi informazzjoni lill-konsumaturi u biex tippermetti modi alternattivi għan-negozjanti ħalli jirċievu t-tikketti. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni f'bażi ta' dejta.

(17)Il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati taħtu għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u ta’ diswassivi.

(18)Biex jippromwovu l-effiċjenza enerġetika, il-mitigazzjoni tal-klima u l-ħarsien ambjentali, l-Istati Membri għandhom joħolqu inċentivi għall-użu ta’ prodotti effiċjenti fl-enerġija. L-Istati Membri huma liberi jiddeċiedu dwar in-natura ta’ inċentivi bħal dawn. Dawn l-inċentivi għandhom ikunu konformi mar-regoli ta’ għajnuna tal-Istat tal-Unjoni u m’għandhomx joħolqu ostakli mhux iġġustifikati għas-suq. Dan ir-Regolament ma jippreġudikax ir-riżultat ta’ kwalunkwe proċedura ta’ għajnuna futura tal-Istat li tista’ ssir skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rispett ta’ dawn l-inċentivi.

(19)Il-konsum tal-enerġija u informazzjoni oħra li tikkonċerna l-prodotti koperti bir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott skont dan ir-Regolament għandhom jitkejlu b’metodi affidabbli, preċiżi u li jistgħu jiġu riprodotti li jqisu l-miżuri u l-metodi ta’ kalkolu rikonoxxuti u l-aktar moderni. Hu fl-interess tal-funzjonament tas-suq intern li jkun hemm standards li jkunu ġew armonizzati fil-livell ta’ Unjoni. Fin-nuqqas ta’ standards ippubblikati fil-ħin tal-applikazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-prodott, il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-metodi tranżitorji tal-kejl u tal-kalkolu fir-rigward tra dawk ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott. Ladarba tkun ippubblikata referenza għal tali standard f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-konformità magħha għandha tipprovdi preżunzjoni tal-konformità mal-miżuri tal-kejl għal dawk ir-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott adottati abbażi ta’ dan ir-Regolament.

(20)Il-Kummissjoni għandha tipprovdi pjan ta’ ħidma għar-reviżjoni tat-tikketti ta’ prodotti partikolari, inkluża lista indikattiva ta’ prodotti oħrajn relatati mal-enerġija li għalihom tista’ tiġi stabbilita tikketta tal-enerġija. Il-pjan ta' ħidma għandu jiġi implimentat billi jibda b'analiżi teknika, ambjentali u ekonomika tal-gruppi ta' prodotti kkonċernati. Din l-analiżi għandha tħares ukoll lejn informazzjoni supplimentari, inklużi l-possibbiltà u l-kost biex il-konsumaturi jiġu infurmati b'tagħrif dwar il-prestazzjoni ta' prodott marbut mal-enerġija, fost l-oħrajn il-konsum assolut tal-enerġija, id-durabbiltà jew il-prestazzjoni ambjentali, f'koerenza mal-għan li tiġi promossa ekonomija ċirkulari. Tali tagħrif supplimentari għandu jtejjeb l-intelliġibbiltà u l-effettività tat-tikketta għall-konsumaturi, u ma għandux iwassal għal xi impatt negattiv fuq il-konsumaturi.

(21)Biex ikunu stabbiliti tikketti speċifiċi għall-prodott u folji ta’ informazzjoni u dettalji operattivi relatati mal-bażi ta' dejta tal-prodotti, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni. Hu ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert u mal-Forum ta’ Konsultazzjoni.

(22)Dan ir-Regolament m’għandux ikollu preġudizzji għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/30/UE.

(23)Għalhekk, id-Direttiva 2010/30/UE għandha tiġi revokata,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas fuq l-indikazzjoni bit-tikketti u informazzjoni standard tal-prodott fuq il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħrajn minn prodotti relatati mal-enerġija waqt l-użu, u informazzjoni supplimentari li tikkonċerna prodotti relatati mal-enerġija sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħżlu prodotti aktar effiċjenti.

2.Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:

(a)Prodotti użati

(b)Mezzi ta’ trasport għan-nies jew prodotti ħlief dawk li joperaw b’mutur stazzjonarju.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)"Konsumatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tixtri jew tikri prodott kopert b’dan ir-Regolament għall-użu personali tagħha kemm jekk qed tużah għal għanijiet li jmorru lil hinn mis-sengħa, negozju, artiġjanat jew professjoni tagħha kif ukoll jekk le;

(2)"Tqegħid fis-suq" tfisser l-ewwel darba li l-prodott jiddaħħal fis-suq tal-Unjoni;

(3)"Kummerċjalizzazzjoni" tfisser kwalunkwe provvista tal-prodott għad-distribuzzjoni jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, kemm jekk bi flus kif ukoll jekk b’xejn;

(4)"Tqegħid fis-servizz" tfisser l-ewwel użu ta’ prodott għall-għan intenzjonat tiegħu fis-suq tal-Unjoni;

(5)"Fornitur" tirreferi għall-manifattur fl-Unjoni, ir-rappreżentant awtorizzat ta' manifattur li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, jew l-impurtatur li jdaħħal prodotti koperti b’dan ir-Regolament fis-suq tal-Unjoni;

(6)"Manifattur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott relatat mal-enerġija jew li għandha prodott iddisinjat jew manifatturat, u tirreklama dak il-prodott taħt isimha jew marka kummerċjali;

(7)"Rappreżentat awtorizzat" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tirċievi mandat bil-miktub mill-manifattur biex taħdem f’ismu, fir-rigward ta' kompiti speċifiċi;

(8)"Importatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tpoġġi prodott relatat mal-enerġija minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(9)"Negozjant" tfisser bejjiegħ bl-imnut jew persuna oħra li tbigħ, tikri, toffri bejgħ bin-nifs jew tpoġġi prodotti għall-wiri għall-klijenti;

(10)"Bejgħ minn distanza" tfisser bejgħ, kiri, jew bejgħ bin-nifs bil-posta, minn katalgu, bl-internet, bit-telebejgħ jew bi kwalunkwe metodu ieħor meta l-utent potenzjali aħħari ma jkunx jista’ jara l-prodott;

(11)"Prodott relatat mal-enerġija" tfisser kwalunkwe prodott, sistema jew servizz b’impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu, li jiddaħħal fis-suq u jitqiegħed fis-servizz fl-Unjoni, inkluż partijiet li jiġu inkorporati fi prodotti relatati mal-enerġija li jiddaħħlu fis-suq u jitqiegħdu fis-servizz;

(12)"Standard armonizzat" tfisser standard Ewropew kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 19 ;

(13)"Tikketta" tfisser tabella grafika li tinkludi klassifikazzjoni bl-użu tal-ittri A sa G f’seba’ kuluri differenti minn aħdar skur sa aħmar biex turi l-konsum tal-enerġija;

(14)"Mudell" tfisser verżjoni ta’ prodott li l-partijiet kollha tiegħu jkollhom l-istess karatteristiċi tekniċi relevanti għat-tikketta u l-istess folja ta' informazzjoni dwar il-prodott, u li jkollhom ukoll l-istess identifikatur tal-mudell;

(15)"Identifikatur tal-mudell" tfisser il-kodiċi, ġeneralement alfanumeriku, li jiddisingwi mudell speċifiku ta’ prodott minn ieħor bl-istess marka kummerċjali jew b’isem il-fornitur;

(16)"Mudell ekwivalenti" tfisser mudell li jkun tpoġġa fis-suq mill-istess fornitur, bl-istess tikketta u informazzjoni tal-prodott bħal mudell ieħor, imma b’identifikatur differenti tal-mudell;

(17)"Folja ta' informazzjoni dwar il-prodott" tfisser tabella standard bl-informazzjoni relatata ma’ prodott;

(18)"Skala ġdida" tfisser eżerċizzju perjodiku biex ir-rekwiżiti għall-ilħuq tal-klassi tal-enerġija fuq it-tikketta għal prodott partikolari jkunu magħmulin aktar stretti, li, tista’ tfisser li jitneħħew xi klassijiet ta’ enerġija minn fuq tikketti li diġà jeżistu;

(19)"Tikketta bi skala ġdida" tfisser tikketta għal prodott partikolari li jkun għadda mill-eżerċizzju ta’ skala ġdida;

(20)"Tagħrif supplimentari" tfisser informazzjoni dwar il-prestazzjoni funzjonali u ambjentali ta' prodott marbut mal-enerġija, bħall-konsum assolut tal-enerġija jew id-durabbiltà tiegħu, abbażi ta' dejta li tista' titkejjel mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, li mhix ambigwa u li ma għandha l-ebda impatt negattiv fuq l-intelliġibbiltà ċara u l-effettività tat-tikketta mill-perspettiva tal-konsumaturi.

Artikolu 3
L-obbligi tal-fornituri u n-negozjanti

1.Il-fornituri għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:

(a)għandhom jassiguraw li l-prodotti mqiegħda fis-suq huma pprovduti, b’xejn, b’tikketti u b’folji bl-informazzjoni, preċiżi dwar il-prodott skont dan ir-Regolament u l-atti delegati relevanti;

(b)għandhom iqassmu t-tikketti malajr u bla ħlas meta jintalbu min-negozjanti;

(c)għandhom jassiguraw li t-tikketti u l-karti bl-informazzjoni tal-prodott huma preċiżi, li jipprovdu u jipproduċu d-dokumentazzjoni teknika suffiċjenti biex tkun tista’ tiġi vvalutata l-korrettezza;

(d)qabel iqiegħdu mudell ta’ prodott fis-suq, għandhom idaħħluh fil-bażi ta' dejta tal-prodotti, kif stabbilit skont l-Artikolu 8 u l-informazzjoni dettaljata fl-Anness I.

2.In-negozjanti għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:

(a)għandhom juru b’mod viżibbli t-tikketta pprovduta mill-fornitur jew inkella li tkun magħmula aċċessibbli (kummerċjalizzata) għal prodott kopert b’att delegat;

(b)għandhom, meta ma jkollhomx tikketta jew tikketta bi skala ġdida;

(i)jitolbu t-tikketta jew it-tikketta bl-iskala l-ġdida lill-fornitur;

(ii)jistampaw it-tikketta mill-bażi ta' dejta tal-prodott stabbilita skont l-Artikolu 8 jekk dik il-funzjoni tkun disponibbli għal dak il-prodott; jew

(iii)jistampaw it-tikketta jew it-tikketta bl-iskala l-ġdida mis-sit elettroniku tal-fornitur jekk dik il-funzjoni tkun disponibbli għal dak il-prodott.

(c)għandhom jipprovdu l-folja bl-informazzjoni tal-prodott lill-konsumaturi.

3.Il-fornituri u n-negozjanti għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:

(a)għandhom jagħmlu referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fi kwalunkwe reklam jew materjal promozzjonali tekniku għal mudell speċifiku ta’ prodotti skont l-att delegat relevanti;

(b)għandhom jikkoperaw mal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u jieħdu azzjoni immedjata biex jirrimedjaw kwalunkwe sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fl-atti delegati tiegħu li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fuq inizjattiva personali tagħhom jew meta mitluba sabiex jagħmlu dan mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq;

(c)m’għandhomx, għal prodotti koperti b’dan ir-Regolament, jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew iskrizzjonijiet li mhumiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati relevanti, jekk dan aktarx iqarraq jew iħawwad lill-konsumaturi fir-rigward tal-konsum tal-enerġija jew riżorsi oħrajn użati waqt l-użu;

(d)m’għandhomx, għal prodotti li mhumiex koperti b’dan ir-Regolament, jissupplixxu jew juru tikketti li jixbħu t-tikketta kif definita f’dan ir-Regolament.

Artikolu 4
L-obbligi tal-Istati Membri

1.L-Istati Membri m’għandhomx jipprojbixxu, jagħmlu restrizzjonijiet jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz, fit-territorji tagħhom, ta’ prodotti relatati mal-enerġija li huma konformi ma’ dan ir-Regolament u l-atti delegati relevanti tiegħu.

2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jassiguraw li l-fornituri u n-negozjanti jikkonformaw mal-obbligi u r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati relevanti.

3.Meta l-Istati Membri jipprovdu kwalunkwe inċentiv għal prodott relatat mal-enerġija kopert b’dan ir-Regolament u speċifikat f’att delegat, dawn għandhom jimmiraw għall-ogħla klassi ta’ effiċjenza enerġetika, kif imniżżel fl-att delegat applikabbli.

4.L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-introduzzjoni tat-tikketti, inkluż tikketti bi skala ġdida u folji ta' informazzjoni dwar il-prodott, tkun akkumpanjata b’kampanji ta’ informazzjoni edukattivi u promozzjonali immirati li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika u l-użu aktar responsabbli tal-enerġija mill-konsumaturi, u, jekk xieraq, f’koperazzjoni man-negozjanti.

5.L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli fuq il-penali u l-mekkaniżmi ta’ infurzar applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati tiegħu, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jassiguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni bid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien kwalunkwe emenda suċċessiva li taffetwahom.

Artikolu 5

Is-sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u l-kontroll tal-prodotti relatati mal-enerġija li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

1.L-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għall-prodotti relatati mal-enerġija koperti b’dan ir-Regolament u l-atti delegati tiegħu.

2.Il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fuq is-sorveljanza tas-suq tat-tikkettar tal-enerġija ta’ prodotti fost l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mis-sorveljanza tas-suq jew mill-kontrolli esterni fil-fruntiera u bejn dawn l-awtoritajiet u l-Kummissjoni.

Artikolu 6

Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni

1.Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta’ wieħed mill-Istati Membri jkollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li prodott relatat mal-enerġija kopert b’att delegat taħt dan ir-Regolament ikun qed jippreżenta riskju lill-aspetti tal-ħarsien tal-interess pubbliku koperti b’dan ir-Regolament, huma għandhom jagħmlu evalwazzjoni relatata mal-prodott konċernat li tkun tkopri r-rekwiżiti kollha ppreżentati f’dan ir-Regolament u l-atti delegati relevanti tiegħu. Il-fornitur għandu jikkopera kif meħtieġ mal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għal dak l-għan.

2.Meta, fl-istadju ta’ dik l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq isibu li l-prodott relatat mal-enerġija ma jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-atti delegati relevanti tiegħu, huma għandhom, mingħajr dewmien jitolbu lill-fornitur biex jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa ħalli l-prodott relatat mal-enerġija mis-suq ikun magħmul konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, jirtiraw il-prodott relatat mal-enerġija mis-suq, jew jirtirawh għal perjodu raġonevoli ta’ żmien, li jikkorrispondi man-natura tar-riskju, kif preskritt minnhom. L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija f’dan il-paragrafu.

3.Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq jikkunsidraw li n-nuqqas ta’ konformità mhuwiex restritt għat-territorju nazzjonali tagħhom, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-riżultati tal-evalwazzjoni u bl-azzjonijiet li huma jkunu talbu lill-fornitur biex jieħu.

4.Il-fornitur għandu jassigura li tittieħed kull azzjoni korrettiva xierqa sħiħa fir-rigward tal-prodotti kollha relatati mal-enerġija kkonċernati li jkun għamel disponibbli fis-suq fl-Unjoni.

5.Meta l-fornitur ma jiħux l-azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri provviżjorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu li l-prodott relatat mal-enerġija jkun disponibbli fis-suq nazzjonali tagħhom, li jirtiraw il-prodott relatat mal-enerġija mis-suq, jew li jiġbruh lura. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, mingħajr dewmien, b’dawn il-miżuri.

6.L-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 5 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodott relatat mal-enerġija li ma jkunx konformi, l-oriġini tal-prodott relatat mal-enerġija, in-natura tal-allegat nuqqas ta’ konformità u r-riskju involut, in-natura u ż-żmien tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu u l-argumenti mressqa mill-fornitur. B’mod partikolari, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta’ konformità hux ġej min-nuqqas tal-prodott relatat mal-enerġija milli jilħaq ir-rekwiżiti relatati mal-aspetti tal-ħarsien tal-interess pubbliku stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew minħabba nuqqasijiet fl-istandards armonizzati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 9 li jindikaw preżunzjoni ta’ konformità.

7.L-Istati Membri għajr l-Istat Membru li ta bidu għall-proċedura għandhom mingħajr dewmien jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bi kwalunkwe miżura adottata u bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali fid-dispozizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta’ konformità tal-prodott relatat mal-enerġija ikkonċernat u, f’każ li jkun hemm nuqqas ta’ qbil, bil-miżura nazzjonali notifikata tal-oġġezzjonijiet tagħhom.

8.Meta, fi żmien 60 jum mill-irċevuta tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni dwar il-miżura provviżorja meħuda mill-Istat Membru, dik il-miżura tista’ titqies ġusta.

9.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri xierqa restrittivi, bħall-irtirar tal-prodott relatat mal-enerġija mis-suq tagħhom, jittieħdu rispettivament għall-prodott relatat mal-enerġija konċernat, mingħajr dewmien.

10.Meta titlesta l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 4 u 5 u jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tikkunsidra li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġislazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-fornitur, u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex iġġustifikata jew le.

11.Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha mill-ewwel tikkomunikaha lilhom u lill-fornitur.

12.Jekk il-miżura nazzjonali titqies ġusta, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-prodott relatat mal-enerġija li mhuwiex konformi jiġi rtirat mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bix-xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali titqies li mhix ġusta, l-Istat Membru interessat għandu jirtira l-miżura.

13.Meta l-miżura nazzjonali titqies ġusta u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott relatat mal-enerġija jkun attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura li għaliha hemm ipprovdut fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Artikolu 7
It-tikketti u l-iskala l-ġdida

1.Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikoli 12 u 13, tintroduċi tikketti jew skala ġdida għat-tikketti eżistenti.

2.Meta, f’każ ta’ grupp ta’ prodotti, ma jkunux aktar permessi fis-suq mudelli bi klassijiet ta’ enerġija D, E, F jew G minħabba miżura ta’ implimentazzjoni adottata taħt id-Direttiva 2009/125/KE, il-klassi jew klassijiet inkwistjoni m’għandhomx jintwerew fuq it-tikketta.

3.Il-Kummissjoni għandha tassigura li, meta tiġi introdotta tikketta jew skala ġdida, ir-rekwiżiti jkunu stabbiliti sabiex l-ebda prodott ma jkun mistenni jaqa’ fil-klassijiet tal-enerġija A jew B fil-mument tal-introduzzjoni tat-tikketta u sabiex iż-żmien stipulat li matulu l-maġġoranza tal-mudelli taqa’ f’dawk il-klassijiet ikun tal-anqas għaxar snin wara.

4.It-tikketti għandhom jingħataw skala ġdida perjodikament.

5.Meta tikketta tingħata skala ġdida:

(a)il-fornituri għandhom jipprovdu kemm it-tikketta attwali kif ukoll it-tikketti bl-iskala l-ġdida lin-negozjanti għal perjodu ta’ sitt xhur qabel id-data speċifikata f’paragrafu (b).

(b)in-negozjanti għandhom ibiddlu t-tikketti eżistenti fuq il-prodotti għall-wiri inkluż fuq l-internet bit-tikketti l-ġodda fi żmien ġimgħa wara d-data speċifikata għal dak l-għan fl-att relevanti delegat. In-negozjanti m’għandhomx juru t-tikketti bl-iskala l-ġdida qabel dik id-data.

6.It-tikketti introdotti b’atti delegati adottati skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2010/30/UE qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala tikketti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dawk it-tikketti fi żmien ħames snin minn meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bl-għan li jingħataw skala ġdida.

Artikolu 8
Il-bażi ta' dejta tal-prodotti

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi ta' dejta tal-prodotti, li tinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Anness I. L-informazzjoni mniżżla f’punt 1 tal-Anness I għandha tkun tista’ tiġi aċċessata pubblikament.

Artikolu 9
Standards armonizzati

Wara l-adozzjoni ta' att delegat skont dan ir-Regolament li jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar, adottati skont l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 20 , tippubblika referenzi għal standards armonizzati li jissodisfaw il-miżura u r-rekwiżiti ta’ kalkolu relevanti tal-att delegat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Meta waqt il-valutazzjoni tal-konformità tal-prodott, dawn l-istandards armonizzati jkunu applikati, il-prodott għandu jitqies konformi mal-miżura u r-rekwiżiti ta’ kalkolu relevanti tal-att delegat.

Artikolu 10
Konsultazzjoni

Fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha taħt dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiżgura fir-rispett ta’ kull att delegat, parteċipazzjoni bbilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-partijiet interessati li jikkonċernaw il-grupp tal-prodott inkwistjoni, bħall-industrija, inkluż l-SMEs u l-industrija tal-artiġjanat, it-trade unions, in-negozjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, il-gruppi tal-ħarsien ambjentali u l-għaqdiet tal-konsumatur. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Forum ta’ Konsultazzjoni li fih jiltaqgħu dawn il-partijiet kollha. Il-Forum ta’ Konsultazzjoni jista’ jkun ikkombinat mal-Forum ta’ Konsultazzjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE.

Meta xieraq, qabel l-atti delegati jiġu adottati, il-Kummissjoni għandha teżamina d-disinn u l-kontenut tat-tikketti għal gruppi speċifiċi ta’ prodotti mal-konsumaturi biex ikun żgurat li t-tikketti jinftiehmu b’mod ċar.

Artikolu 11
Pjan ta’ ħidma

Il-Kummissjoni għandha, wara li tkun ikkonsultat mal-Forum ta’ Konsultazzjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 10, tistabbilixxi pjan ta’ ħidma li għandu jkun magħmul disponibbli għall-pubbliku. Il-pjan ta’ ħidma għandu jistabbilixxi lista indikattiva ta’ gruppi ta’ prodotti li huma kkunsidrati bħala prijoritajiet għall-adozzjoni tal-atti delegati. Il-pjan ta’ ħidma għandu jistabbilixxi wkoll pjanijiet għar-reviżjoni u l-iskali ġodda tat-tikketti tal-prodotti jew ta’ gruppi ta’ prodotti. Il-pjan ta’ ħidma jista’ jiġi emendat perjodikament mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Konsultazzjoni. Il-pjan ta’ ħidma jista’ jkun ikkombinat mal-pjan ta’ ħidma meħtieġ bl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/125/KE

Artikolu 12
Atti delegati

1.Il-Kummissjoni għandha tkun mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati li jikkonċernaw rekwiżiti dettaljati relatati ma’ tikketti għal gruppi speċifiċi ta’ prodotti relatati mal-enerġija (gruppi speċifiċi tal-prodott’) skont l-Artikolu 13.

2.L-atti delegati għandhom jispeċifikaw gruppi ta’ prodotti li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)skont l-aktar ċifri disponibbli riċenti u filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq tal-Unjoni, il-grupp tal-prodotti għandu jkollu potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u, meta relevanti, ta’ riżorsi oħra;

(b)gruppi ta’ prodotti b’funzjonalità ekwivalenti għandhom ivarjaw b’mod sinifikanti f’livelli ta’ prestazzjoni relevanti;

(c)m’għandux ikun hemm impatt negattiv sinifikanti fir-rigward tal-affordabilità u l-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja tal-grupp tal-prodotti.

3.L-atti delegati relatati ma’ gruppi ta’ prodotti speċifiċi għandhom jispeċifikaw, b’mod partikolari:

(a)id-definizzjoni tal-gruppi tal-prodotti speċifiċi li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ ‘prodott relatat mal-enerġija’ stabbilita fl-Artikolu 2(11) li għandhom ikunu koperti;

(b)id-disinn u l-kontenut tat-tikketta, inkluż skala li turi l-konsum tal-enerġija li jikkonsisti minn A sa G, li kemm jista’ jkun possibbli, għandu jkollha karatteristiċi uniformi fid-disinn għall-gruppi tal-prodotti kollha u fil-każijiet kollha għandha tkun ċara u tinqara;

(c)fejn hu xieraq, l-użu ta’ riżorsi oħra u informazzjoni supplimentari li tikkonċerna l-prodotti relatati mal-enerġija u, f’dan il-każ, it-tikketta trid tenfasizza l-effiċjenza enerġetika tal-prodott;

(d)il-post fejn għandha tintwera t-tikketta, bħal jekk tkun imwaħħla mal-prodott, stampata fuq l-ippakkjar, ipprovduta f’format elettroniku jew murija fuq l-internet;

(e)fejn hu xieraq, jintuża mezz elettroniku biex il-prodotti jkunu ttikkettjati;

(f)il-mod li bih it-tikketta u l-informazzjoni teknika għandhom jiġu pprovduti f’każ ta’ bejgħ b'distanza;

(g)il-kontenut u, fejn hu xieraq, il-format u dettalji oħrajn li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni teknika u l-folja ta' informazzjoni dwar il-prodott;

(h)li meta ssir verifika għall-konformità tar-rekwiżiti, jiġu applikati biss dawk it-tolleranzi vverifikati stabbiliti fl-att(i) delegat(i);

(i)l-obbligi tal-fornituri u n-negozjanti fir-rigward tal-bażi ta' dejta tal-prodotti;

(j)l-indikazzjoni speċifika tal-klassi tal-enerġija li għandha tkun inkluża fir-reklami u f’materjal promozzjonali tekniku, inklużi r-rekwiżiti biex din tkun f'forma viżibbli u li tista’ tinqara sewwa;

(k)il-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità u l-metodi tal-kejl u l-kalkolu li għandhom jintużaw biex tkun iddeterminata l-informazzjoni fuq it-tikketta u l-folja ta' informazzjoni dwar il-prodott;

(l)jekk, għal apparat akbar, ikunx meħtieġ livell ogħla ta’ effiċjenza enerġetika biex jilħaq klassi ta’ enerġija partikolari;

(m)il-format ta’ kwalunkwe referenza addizzjonali fuq it-tikketta li tippermetti lill-konsumaturi jaċċessaw b’mezzi elettroniċi aktar informazzjoni dettaljata fuq il-prestazzjoni tal-prodott, inkluża fil-folja ta' informazzjoni dwar il-prodott;

(n)jekk u kif il-klassijiet tal-enerġija li jiddeskrivu l-konsum tal-enerġija tal-prodott waqt l-użu għandhom jintwerew fuq l-ismart meters jew fuq il-mezz ta’ wiri interattiv tal-prodott;

(o)id-data tal-evalwazzjoni u r-reviżjoni possibbli tal-att delegat.

Għall-kontenut tat-tikketta kif hemm referenza għalih fil-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu, l-iskali A-G tal-klassifikazzjoni għandhom jikkorrispondu għal iffrankar sinifikanti fl-enerġija u fl-ispejjeż mill-perspettiva tal-konsumatur.

Għall-format tar-referenzi msemmija fil-punt (m) tal-ewwel sottoparagrafu, dawk ir-referenzi jistgħu jieħdu l-forma ta’ indirizz ta’ sit elettroniku, kodiċi ta’ Rispons Veloċi (kodiċi QR), link għat-tikketti online jew kwalunkwe mezz ieħor orjentat għall-konsumatur.

L-introduzzjoni ta' tikketta għal prodott li għandu jiġi kopert minn att delegat ma għandux ikollha impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott mill-perspettiva tal-utent.

Il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati dwar id-dettalji operazzjonali relatati mal-bażi ta' dejta tal-prodotti, inkluż kwalunkwe obbligu għall-fornituri u n-negozjanti skont l-Artikolu 13.

Artikolu 13
L-eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa li tadotta atti delegati hija konferita fuq il-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7 sa 12 għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

3.Din id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7 sa 12 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni biex din tiġi revokata ttemm id-delega tas-setgħa, kif speċifikat f’dan ir-Regolament. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li huwa diġà fis-seħħ.

4.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.Att delegat adottat skont l-Artikoli 7 u 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa xi oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 14
Evalwazzjoni

Mhux aktar tard minn tmien snin wara li jkun daħal fis-seħħ, il-Kummissjoni sejra tivvaluta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u sejra tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jevalwa kemm dan ir-Regolament jippermetti b’mod effettiv lill-konsumaturi jagħżlu prodotti aktar effiċjenti, filwaqt li jqis l-impatti tiegħu fuq in-negozju.

Artikolu 15
Revoka

Id-Direttiva 2010/30/UE hija revokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2017.

Ir-referenzi għad-Direttiva 2010/30/UE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness II.

Artikolu 16
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2017.

Iżda, l-Artikolu 3(1)(d) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 

1.1.Titlu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma politiċi kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

1.7.Mod/i amministrattivi previst(i)

2.MIŻURI AMMINISTRATTIVI 

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i)

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titlu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 21   

Titolu 32: Enerġija

32 04 Orizzont 2020 – Riċerka u innovazzjoni relatata mal-enerġija

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-Unjoni tal-Enerġija

1.4.2.L-objettiv(i) strateġiċi u attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernati

Objettiv speċifiku

Il-promozzjoni tal-moderazzjoni tad-domanda għall-enerġija.

Attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata/i

ABB 2: Attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni relatati mal-enerġija

1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

Ir-riżultat mistenni minn din l-inizjattiva hu li jitjieb il-qafas tat-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija fl-Unjoni, li fil-preżent mhuwiex l-aħjar f’termini ta’ effettività għall-konsumaturi, konformità u livell ta’ ambizzjoni.

Il-proposta ttejjeb il-ħarsien tal-konsumaturi u ta’ utenti oħrajn tal-prodotti relatati mal-enerġija permezz ta’ tikketti tal-enerġija u infurzar aktar effiċjenti.

Din il-proposta se jkollha impatt fuq l-operaturi ekonomiċi li jridu jkomplu jipprovdu u juru t-tikketti tal-enerġija u jipprovdu l-informazzjoni għas-sorveljanza tas-suq, b’metodi differenti għal dan tal-aħħar.

Il-proposta se jkollha impatt fuq l-awtoritajiet nazzjonali li se jkunu mgħammra aħjar għall-azzjonijiet tagħhom relatati mas-sorveljanza tas-suq.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Is-sehem tal-prodotti ta' klassi A, klassi B eċċ. fuq it-tikketta tal-enerġija

Is-sehem tal-prodotti mhux konformi misjub mill-azzjonijiet ta' sorveljanza tas-suq.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien

L-għan ġenerali ta’ din l-inizjattiva hu li jkun żgurat il-funzjonament tas-suq intern permezz tal-moviment liberu tal-prodotti li jassigura livell għoli ta’ ħarsien ambjentali u għall-konsumatur.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-għan li jitnaqqsu l-impatti ambjentali negattivi tal-prodotti, b'mod partikolari bl-użu tal-enerġija, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, għax dan iwassal għal dispożizzjonijiet u proċeduri nazzjonali diverġenti (filwaqt li jkollhom objettivi simili) li jiġġeneraw spejjeż bla bżonn għall-industrija (u eventwalment għall-konsumaturi) u joħolqu ostakli għall-moviment liberu tal-prodotti fi ħdan l-UE. Huwa biss permezz ta’ regoli armonizzati tal-UE fuq it-tikkettar tal-enerġija u l-miżuri u l-ittestjar sottostanti li jista' jiġi żgurat li l-istess mudell ta' prodott ikollu l-istess klassi ta' enerġija ppubblikata madwar l-UE kollha.

Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-UE, huwa probabbli li l-Istati Membri kollha jintroduċu tikketti tal-enerġija għal xi wħud mill-gruppi ta’ prodotti, minħabba l-ħarsien tal-konsumatur u biex jiffrankaw l-enerġija. Azzjoni f’livell tal-UE hi l-uniku mod kif jiġi żgurat li t-tikketti għall-prodotti mqiegħda fis-suq huma ugwali fl-Istati Membri kollha, u għaldaqstant ikun żgurat il-funzjonament tas-Suq Intern sostnut bl-Artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

1.5.3.Tagħlim miksub minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Għalkemm l-UE kisbet suq uniku għat-tikketti tal-enerġija, it-tikketti jeħtieġ li jiġu aġġornati għax, minħabba l-progress teknoloġiku, ħafna mudelli se jilħqu l-ogħla klassijiet, u għalhekk il-konsumaturi ma jkunux jistgħu jagħmlu distinzjoni. Fir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tikkettar tal-Enerġija fl-2010, iż-żieda tal-klassijiet A+, A++ u A+++ mat-tikketta bl-iskala A-G kellha l-għan li tindirizza din il-problema. Ir-reviżjoni wriet li dawn il-klassijiet kienu inqas effettivi fuq il-konsumaturi mill-iskala oriġinali ta’ A-G. Għalhekk, din il-proposta tindirizza din il-problema billi tmur lura għat-tikketta tal-A-G u tagħtiha skala mill-ġdid perjodikament.

L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ilhom jiċċekkjaw il-konformità mar-rekwiżiti tat-tikketta tal-enerġija. Minkejja dan, xorta għad hemm nuqqas ta’ konformità li jwassal għal madwar 10% telf fl-iffrankar tal-enerġija previst (u fl-iffrankar fl-ispejjeż għall-konsumaturi). Il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament ġdid għas-sorveljanza tas-suq (COM(2013)75) kellha l-għan li tindirizza dawn l-isfidi għal-leġiżlazzjoni armonizzata tal-UE dwar il-prodotti. Iżda, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq fil-qasam tat-tikkettar tal-enerġija jaffaċċjaw problemi li mhumiex solvuti b’dik il-proposta: l-aċċess fil-ħin għal dokumentazzjoni teknika, il-problemi ta’ identifikazzjoni u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-manifatturi barranin, u n-nuqqas ta’ sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' mudelli ekwivalenti li jistgħu jkunu diġà ġew spezzjonati minn awtoritajiet oħrajn ta' sorveljanza tas-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabitha diffiċli tiddetermina r-rekwiżiti xierqa għall-klassi tal-prodott għal kull grupp ta’ prodotti minħabba nuqqas ta’ dejta pubblika riċenti dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-prodotti. Il-limiti għall-klassijiet tat-tikketti l-ġodda A+, A++ u A+++ għal ħafna gruppi ta’ prodotti kienu inqas ambizzjużi milli maħsub, u dan wassal biex isiru reviżjonijiet aktar kmieni milli previst. Biex ikunu evitati reviżjonijiet u skali mill-ġdid b’mod frekwenti, huwa essenzjali li jkun hemm dejta aġġornata. Din il-proposta tindirizza dawn il-problemi billi tistabbilixxi bażi ta' dejta ta’ reġistrazzjoni tal-prodotti li fiha l-manifatturi jipprovdu d-dejta tagħhom ta’ prestazzjoni u konformità f’post ċentrali, aċċessibbli għall-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u għall-Kummissjoni.

1.5.4.Kompatibilità u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Din l-inizjattiva hi koerenti mad-Direttiva tal-Ekodisinn 2009/125/KE, li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-prodotti relatati mal-enerġija, li xi wħud minnhom għandhom ukoll tikketta tal-enerġija. B’mod partikolari, din l-inizjattiva tassigura pjan ta’ ħidma komuni u proċess ta’ konsultazzjoni għall-partijiet interessati għall-ħidma fuq regolamenti speċifiċi għall-prodott.

Din l-inizjattiva hi koerenti mar-regolament tas-sorveljanza tas-suq (KE) Nru 765/2008, b'mod partikolari t-tneħħija ta’ dispożizzjonijiet konverġenti mil-leġiżlazzjoni tat-tikkettar tal-enerġija li diġà huma inklużi fis-sorveljanza tas-suq għal-leġiżlazzjoni kollha tal-armonizzazzjoni tal-UE.

Il-bażi ta' dejta tar-reġistrazzjoni tal-prodotti proposta tippermetti sinerġiji ma’ leġiżlazzjoni armonizzata oħra tal-UE li diġà għandha bażijiet ta' dejta bħal dawn stabbiliti jew li jistgħu jkunu stabbiliti fil-futur (b'mod partikolari d-Direttiva 2014/53/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbilità fis-suq ta’ apparat tar-radju).

1.6.Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

Proposta/inizjattiva ta' tul ta’ żmien mhux limitat

Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mis-07/2016

segwita mill-operat fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ ġestjoni previst/i 22  

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

Kummenti

Din l-inizjattiva m’għandhiex bżonn ta' riżorsi baġitarji addizzjonali. Il-bażi ta' dejta proposta għar-reġistrazzjoni ta’ prodotti reletati mal-enerġija (baġit stmat ta’ 1.500.000 EUR fl-2016 u 150.000 EUR kull sena fis-snin ta’ wara għall-manteniment) se tkun iffinanzjata b’riprijoritizzazzjoni ta’ riżorsi previsti għall-implimentazzjoni tal-politika dwar l-effiċjenza enerġetika ta’ prodotti fil-kuntest tat-tqegħid fis-suq u l-innovazzjoni skont l-isfidi tas-Soċjetà ta’ Orizzont 2020 (fil-passat taħt Enerġija Intelliġenti Ewropa). Dawn ir-riżorsi jammontaw għal 2.500.000 EUR fis-sena 2015 għall-kull politika dwar l-effiċjenza enerġetika ta’ prodotti kkombinata (it-tikkettar tal-enerġija, l-ekodisinn, l-istilla tal-enerġija u t-tikkettar tat-tajers). 700.000 EUR stmati minn din iċ-ċifra huma relatati mal-assistenza teknika u l-istudji li jikkonċernaw it-tikkettar tal-enerġija (b'mod partikolari ta’ studji preparatorji li jipprovdu l-bażi għar-regolament ta’ gruppi ta’ prodotti ġodda jew reviżjonijiet ta’ regolamenti) u mistennija tibqa’ neċessarja fis-snin li ġejjin. B’riżultat ta’ din il-proposta huma meħtieġa 300.000 EUR aktar kull sena mill-2017 għal studji dwar il-fehim tal-konsumaturi għal tikketti ta’ gruppi ta’ prodotti speċifiċi, kif proposti f’dan ir-regolament. Dan iħalli biżżejjed spazju fi ħdan ir-riżorsi kollha kombinati b'mod ġenerali, biex il-politika dwar l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti tkopri l-ispejjeż tal-bażi ta' dejta tar-reġistrazzjoni tal-prodott. Id-disponibbiltà tad-dejta f’din il-bażi ta' dejta tar-reġistrazzjoni tal-prodotti se tkun tfisser li l-ispejjeż għal studji preparatorji għall-ekodisinn tal-prodotti li huma wkoll koperti bit-tikkettar tal-enerġija sejrin jitnaqqsu għax ikun hemm bżonn inqas dejta x’tinġabar f’dawk l-istudji.

L-impatt baġitarju propost hu fl-envelopp previst fid-DB 2016 u fl-ipprogrammar finanzjarju għas-snin 2017-2020 għal-linja baġitarja 32 04 03 01.

It-taqsima 3.2.2. tistabbilixxi ċ-ċifri msemmija hawn fuq fil-kuntest pluriennali.

2.MIŻURI AMMINISTRATTIVI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Il-Forum ta’ Konsultazzjoni għandu jkun il-pjattaforma għal diskussjonijiet rigward l-implimentazzjoni xierqa tar-regolament propost.

Dispożizzjoni finali tipproponi wkoll li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni u tabbozza rapport dwar l-implimentazzjoni tmien snin wara li dan jidħol fis-seħħ. Din għandha tidentifika problemi u nuqqasijiet possibbli tar-Regolament u tista’ tkun il-punt tat-tluq għal azzjonijiet futuri, inkluż proposta possibbli biex ikun emendat.

2.2.ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Il-ħolqien ta’ bażi ta' dejta għar-reġistrazzjoni ta’ prodotti b’baġit previst ta’ 1.500.000 EUR (u 150.000 EUR spejjeż ta’ manteniment kull sena).

Ir-riskji relatati mal-funzjonament tal-bażi ta' dejta tar-reġistrazzjoni tal-prodott huma relatati l-aktar ma’ problemi relatati mal-IT, bħal ħsara fis-sistema u kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità.

2.2.2.Tagħrif li jikkonċerna l-mod kif inhi mfassla s-sistema ta’ kontroll intern

Il-metodi ta’ kontroll previsti huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Applikazzjoni.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

M’hemmx miżuri speċifiċi lil hinn mill-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwata(i)

L-intestaturi baġitarji eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestaturi baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali

Linja Baġitarja

Tip ta'
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………………]

Diff./Mhux-diff. 23

minn pajjiżi tal-EFTA 24

minn pajjiżi kandidati 25

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1a Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi

32 04 03 01

Orizzont 2020 – Riċerka u innovazzjoni relatata mal-enerġija, L-Isfidi tas-Soċjetà – Twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema ta’ enerġija affidabbli, sostenibbli u kompetittiva

Differenzjata

IVA

LE

IVA

LE

5 Amministrazzjoni

32 01 01

Nefqa relatata għall-uffiċjali u l-persunal temporanju fil-qasam tal-politika tal-‘Enerġija’

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

5 Amministrazzjoni

32 01 02 01

Persunal estern u nefqa maniġerjali oħra b’sostenn tal-qasam ta’ politika “Enerġija”

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali

Linja Baġitarja

Tip ta'
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………………]

Diff./Mhux-diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
multiannwali

Numru

1a Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

DĠ: ENER

2016

2017

2018

2019

2020

L-AMMONT TOTALI

• Approprjazzjonijiet operattivi

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 26  

32 04 03 01

L-isfidi tas-soċjetà: It-twettiq tat-tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija affidabbli, sostenibbli u kompetittiva

(3)

2.200

1.150

1.150

1.150

1.150

Proposta għal żmien mhux limitat

TOTAL ta’ approprazzjonijiet
għal DĠ ENER

Impenji

=1+1a +3

2.200

1.150

1.150

1.150

1.150

Proposta għal żmien mhux limitat

Ħlasijiet

=2+2a

+3

2.200

1.150

1.150

1.150

1.150

Proposta għal żmien mhux limitat






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi

Impenji

(4)

Ħlasijiet

(5)

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

2.200

1.150

1.150

1.150

1.150

TOTAL ta’ approprazzjonijiet
taħt INTESTATURA 1a
tal-qafas finanzjarju multiannwali

Impenji

=4+ 6

2.200

1.150

1.150

1.150

1.150

Ħlasijiet

=5+ 6

2.200

1.150

1.150

1.150

1.150





Intestatura tal-qafas finanzjarju
multiannwali

5

‘Nefqa amministrattiva’

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

2016

2017

2018

2019

2020

L-AMMONT TOTALI

DĠ. ENER

• Riżorsi umani

0.417

0.417

0.417

0.417

0.417

2.085

• Infiq amministrattiv ieħor

0.066

0.066

0.066

0.066

0.066

0.330

TOTAL DĠ ENER

Approprjazzjonijiet

0.483

0.483

0.483

0.483

0.483

2.415

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju multiannwali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ ħlasijiet)

0.483

0.483

0.483

0.483

0.483

2.415

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

2016

2017

2018

2019

2020

L-AMMONT TOTALI

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju multiannwali
 

Impenji

2.683

1.633

1.633

1.633

1.633

9.215

Ħlasijiet

2.683

1.633

1.683

1.633

1.633

9.215

3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati

2016

2017

2018

2019

2020

L-AMMONT TOTALI

IR-RIŻULTATI

Tip 27

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU: Il-promozzjoni tal-moderazzjoni tad-domanda għall-enerġija.

Il-kunsinna ta' reġistrazzjoni ta' prodotti relatati mal-enerġija tal-bażi ta' dejta tal-IT

1

1.500

1

1.500

Iż-żamma tar-reġistrazzjoni ta' prodotti relatati mal-enerġija tal-bażi ta' dejta tal-IT

1

0.150

1

0.150

1

0.150

1

0.150

Proposta għal żmien mhux limitat

Assistenza teknika u/jew studji li jivvalutaw aspetti ta’ gruppi ta’ prodotti neċessarji għal atti delegati u li jappoġġaw l-istandardizzazzjoni.

1

0.700

1

1.000

1

1.000

1

1.000

1

1.000

Proposta għal żmien mhux limitat

KOST TOTALI

2.20

1.150

1.150

1.150

1.150

Proposta għal żmien mhux limitat

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

2016

2017

2018

2019

2020

L-AMMONT TOTALI

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju multiannwali

Riżorsi umani

0.417

0.417

0.417

0.417

0.417

2.085

Infiq amministrattiv ieħor

0.066

0.066

0.066

0.066

0.066

0.330

Sottototal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju multiannwali

0.483

0.483

0.483

0.483

0.483

2.415

Barra INTESTATURA 5 28
tal-qafas finanzjarju multiannwali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Sottototal
barra INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju multiannwali

L-AMMONT TOTALI

0.483

0.483

0.483

0.483

0.483

2.415

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u spejjeż oħrajn ta’ natura amministrattiva sejrin jiġu ssodisfati minn approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ntużaw mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk neċessarju, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tkun mogħtija lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet tal-baġit.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani meħtieġa

Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time

2016

2017

2018

2019

2020

• Postijiet tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

32 01 01 01 (il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

3

3

3

3

3

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (Ekwivalenti għal unità ta' ingaġġ full-time: FTE) 29

32 01 02 01 (AC, END, INT mill-‘pakkett globali’)

0.3

0.3

0.3

0.3

0.3

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  30

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

L-AMMONT TOTALI

Ir-riżorsi umani meħtieġa sejrin jiġu ssodisfati mill-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band'oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Amministraturi:

0.3 FTE bħala l-mexxej tat-tim

2.7 FTE bħala uffiċjal klerikali għar-Regolament, l-atti delegati speċifiċi għall-prodott u għall-appoġġ għall-koordinament tal-infurzar mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq

Assistenti:

0.3 FTE bħala appoġġ għal proċeduri leġiżlattivi u l-komunikazzjoni

Persunal estern

0.3 FTE bħala s-segretarju tat-tim u responsabbli għal-loġistika

3.2.4.Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

Il-proposta/inizjattiva hi kompatibbli mal-qafas ta' finanzjament pluriennali attwali.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix il-kofinanzjament minn terzi persuni.

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

Il-proposta/inizjattiva m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

(1) COM(2015) 143.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KE.
(3) Eż. Il-liġi Franċiża għall-ħarsien tal-konsumaturi fuq l-għoti ta’ informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' partijiet sfużi.
(4) L-implimentazzjoni taż-żewġ Direttivi hu stmat li tiffranka 175 Mtoe ta’ enerġija primarja kull sena sal-2020 (madwar 15% tal-ispejjeż iffrankati huma dovuti għal miżuri ta’ tikkettar tal-enerġija, u jrid jiġi kkunsidrat il-fatt li madwar nofs il-gruppi tal-prodotti biss huma koperti b’ekodisinn). Dan jikkorrispondi għal 19% ta’ tfaddil li jirrigwardja l-użu normali tal-enerġija għal dawk il-prodotti. Dawn il-linji politiċi se jwasslu għal kważi nofs l-20% tal-mira tal-effiċjenza fl-enerġija sal-2020. Id-dipendenza fuq l-importazzjoni tal-enerġija se titnaqqas bi 23% u 37% għall-gass naturali u l-faħam, rispettivament. B’kollox, il-miżuri fis-seħħ tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija sal-lum huma stmati li jiffrankaw lill-utenti finali tal-prodotti 100 biljun ewro fis-sena fl-2020 b’kontijiet tad-dawl imraħħsa.
(5) Filwaqt li l-ispejjeż tar-rekwiżiti u t-tikkettar għall-ewwel se jaqgħu fuq il-manifatturi, dawn imbagħad jingħaddu lill-utenti aħħarija (djar u negozji oħra) li jibbenefikaw mill-iffrankar tal-ispejjeż minn tnaqqis fl-użu tal-enerġija, iffrankar li jegħleb b’mod konsiderevoli l-ispejjeż tax-xiri inizjali. Id-dejta dettaljata għall-UE kollha mhix disponibbli. Għar-Renju Unit, il-proporzjon tal-benefiċċju meta mqabbel man-nefqa kien stmat li hu 3:8.
(6) L-emenda fid-disinn li tuża slaleb addizzjonali biex tindika klassijiet b’aktar effiċjenza lil hinn mill-klassi A hi inqas effettiva biex timmotiva x-xiri ta’ prodotti aktar effiċjenti mill-iskala oriġinali ta’ A sa G. Filwaqt li r-riċerka fuq il-konsumaturi turi li l-iskala l-ġdida tat-tikkettar tinftiehem mill-konsumaturi, din naqqset il-ħeġġa biex il-klijenti jħallsu aktar għal prodotti aktar effiċjenti, għaliex huma inqas immotivati b’differenza ta' bejn A+ u A+++ milli b’differenza ta' bejn C u A. Aktar dettalji fil-London Economics & Ipsos Mori, A study on the impact of the energy label – and of potential changes to it – on consumer understanding and on purchase decisions, 2014.
(7) Ngħidu aħna, dwar l-aspetti tal-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, l-irkuprar, il-kontenut riċiklat, l-użu ta’ materjali ta’ prijorità, is-sustanzi perikolużi u d-durabbiltà.
(8) Id-Direttiva 2012/27/UE, ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.
(9) https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/Background_document_II_-_Survey_results.pdf
(10) http://ec.europa.eu/energy/en/studies?field_associated_topic_tid=45
(11) http://ec.europa.eu/smart-regulation/impact/ia_carried_out/cia_2015_en.htm
(12) B'mod partikolari, għar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93.
(13) ĠU C , , p. .
(14) ĠU C , , p. .
(15) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.
(16) COM/2014/330.
(17) COM(2015) 80 finali.
(18) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.
(19) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(20) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(21) ABM: Ġestjoni bbażata fuq l-attività (Activity-Based Management); ABB: Ibbaġitjar skont l-attività (Activity-Based Budgeting).
(22) Dettalji ta’ modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinkisbu mis-sit BudgWeb: http://ec.europa.eu/budget/index_en.cfm
(23) Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(24) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(25) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.
(26) L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li tappoġġja l-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.
(27) Ir-riżultati huma prodotti jew servizzi li jridu jiġu fornuti (eż. għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(28) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(29) AC= Persunal b'Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Ssekondat; INT = persunal mill-aġenziji; JED= Esperti Żgħażagħ f'Delegazzjonijiet.
(30) Sottolimitu massimu, għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operattivi (dawk li kienu linji "BA").

Brussell, 15.7.2015

COM(2015) 341 final

ANNESSI

ta'

Proposta għal

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-effiċjenza tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE

{SWD(2015) 139 final}
{SWD(2015) 140 final}


ANNESS I
Tagħrif li għandu jiġi inkluż fil-bażi tad-dejta tal-prodotti

1.Tagħrif dwar il-prodotti disponibbli għall-pubbliku:

(a)l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur jew tal-fornitur;

(b)l-identifikatur(i) tal-mudell, inklużi l-mudelli ekwivalenti kollha;

(c)it-tikketta f'forma elettronika;

(d)il-klassi(jiet) u parametri oħra fuq it-tikketta;

(e)il-folju ta' tagħrif dwar il-prodott f'format elettroniku.

2.Informazzjoni dwar il-konformità, disponibbli biss għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u għall-Kummissjoni:

(a)id-dokumentazzjoni teknika speċifikata fl-att delegat applikabbli;

(b)rapport tat-testijiet, jew evidenza teknika simili li abbażi tagħha tista' tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti kollha fl-att delegat applikabbli;

(c)isem il-fornitur u l-indirizz;

(d)id-dettalji ta' kuntatt ta' rappreżentant tal-fornitur.

ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni

Id-Direttiva 2010/30/UE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)(a) & (b)

Artikolu 1(2)(a) & (b)

Artikolu 1(3)(c)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(11)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(17)

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(e)

Artikolu 2(f)

Artikolu 2(g)

Artikolu 2(9)

Artikolu 2(h)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(i)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(j)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(k)

Artikolu 3

Artikolu 4

Article 3(1)(a)

Artikolu 4(2)

Artikolu 3(1)(b)

Artikolu 3(3)(c)

Artikolu 3(1)(c)

Artikolu 4(4)

Artikolu 3(1)(d)

Artikolu 5(2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 4(a)

Artikolu 4(b)

Artikolu 3(3)(b) u Artikolu 6

Artikolu 5(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 4(c)

Artikolu 3(3)(a)

Artikolu 4(d)

Artikolu 3(3)(a)

Artikolu 5

Artikolu 5(a)

Artikolu 5(b), punti (i), (ii), (iii) u (iv)

Artikolu 5(c)

Artikolu 5(d)

Artikolu 5(d), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(e)

Artikolu 5(f)

Artikolu 5(g)

Artikolu 5(h)

Artikolu 6

Artikolu 6(a)

Artikolu 6(b)

Artikolu 7

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(4)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(1), it-tieni paragrafu

Artikolu 10(1), it-tielet paragrafu

Artikolu 10(1), ir-raba' paragrafu

Artikolu 10(2)(a)

Artikolu 10(2)(b)

Artikolu 3(1) u (3)

Artikolu 3(1)(a)

Artikolu 3(1)(d) u Anness I

Artikolu 3(1)(d)

Artikolu 3(1)(a)

Artikolu 3(1)(b)

Artikolu 3(1)(a)

Artikolu 3(1)(a)

Artikolu 3(2) u (3)

Artikolu 3(2)(a)

Artikolu 3(2)(a)

Artikolu 12(3)(d) u (f)

Artikolu 4(1)

Tħassar mid-Direttiva 2012/27/UE

Tħassar mid-Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 4(3)

Artikolu 12

Artikolu 12(2)

Artikolu 12(3)(c)

Artikolu 12(2)(a)

Artikolu 12(2)(b)

Artikolu 10(2)(c)

Artikolu 10(3)(a)

Artikolu 10(3)(b)

Artikolu 10(3)(c)

Artikolu 10(3)(d)

Artikolu 10(4)(a)

Artikolu 10(4)(b)

Artikolu 10(4)(c)

Artikolu 10(4)(d)

Artikolu 10(4)(d), it-tieni paragrafu

Artikolu 10(4)(d), it-tielet paragrafu

Artikolu 10(4)(d), ir-raba' paragrafu

Artikolu 10(4)(d), il-ħames paragrafu

Artikolu 10(4)(e)

Artikolu 10(4)(f)

Artikolu 10(4)(g)

Artikolu 10(4)(h)

Artikolu 10(4)(i)

Artikolu 10(4)(j)

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 12(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 12(3)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 10

Artikolu 12(3)(a)

Artikolu 12(3)(k)

Artikolu 12(3)(g)

Artikolu 12(3)(b)

Artikolu 12(3)(b)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7

Artikolu 12(3)(d)

Artikolu 12(3)(g)

Artikolu 12(3)(j)

Artikolu 7(3)

Artikolu 12(3)(h)

Artikolu 12(3)(o)

Artikolu 13(2)

Artikolu 13(4)

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 13(5)

Artikolu 14

Artikolu 4(5)

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Anness I

-

Anness I

Anness II

Anness II