Brussell, 23.9.2015

COM(2015) 490 final

KOMUNIKAZZJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Ġestjoni tal-kriżi tar-rifuġjati: miżuri operazzjonali, baġitarji u legali skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni


I. Introduzzjoni

Kuljum, eluf ta’ persuni huma kostretti jaħarbu minn djarhom biex jevitaw il-vjolenza u jfittxu refuġju, f’pajjiżhom jew barra minn pajjiżhom. L-iskala ta’ spostament hija kbira ħafna, u peress li l-kunflitti jibqgħu jippersistu, in-numri qed jiżdiedu. Kważi 60 miljun persuna huma spostati madwar id-dinja — ilna ma naraw għadd tant kbir ta’ nies li qed jaħarbu mill-konflitt mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn.

In-numri attwali kbar ta’ rifuġjati, migranti u persuni spostati li qed jaslu fil-fruntieri tagħna huma prova għall-Unjoni Ewropea. L-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni ppreżentata mill-Kummissjoni f’Mejju uriet il-ħtieġa għal approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Minn dak iż-żmien, ġew introdotti għadd ta’ miżuri – inkluż l-adozzjoni ta’ żewġ skemi ta’ emerġenza biex jirrilokaw 160,000 ruħ fi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali mill-Istati Membri l-aktar milquta għal Stati Membri oħra tal-UE. Il-kriżi attwali tar-rifuġjati, madankollu, teħtieġ azzjoni ulterjuri u immedjata.

L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li tidentifika sett ta’ azzjonijiet ta' prijorità li għandhom jittieħdu fi żmien is-sitt xhur li ġejjin. Azzjonijiet fuq perjodu ta’ żmien qasir biex jistabbilizzaw is-sitwazzjoni attwali għandhom ikunu abbinati ma' miżuri fuq perjodu ta' żmien itwal biex tiġi stabbilita sistema robusta li tkun reżistenti tul iż-żmien.

Mhux qed nibdew mill-bidu nett: diġà għandna leġiżlazzjoni, riżorsi finanzjarji u arranġamenti stabbiliti li huma mfassla biex ilaħħqu mas-sitwazzjoni attwali. Il-problema hija li f’ħafna każijiet dawn ma ġewx implimentati, mhumiex magħrufa jew mhumiex qed jiġu sfruttati biżżejjed.

Il-lista ta' azzjonijiet ta' prijorità (ara l-Anness I) tistabilixxi l-miżuri ewlenin li huma meħtieġa immedjatament f'termini ta': (i) miżuri operazzjonali; (ii) appoġġ baġitarju (iii) implimentazzjoni tal-liġi tal-UE u (iv) passi leġiżlattivi li jmiss. Il-Kummissjoni diġà qiegħda timplimenta dawk l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha. Dan issa jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn azzjoni koordinata mill-Istati Membri.

Flimkien irridu nuru lid-dinja li l-Unjoni hija kapaċi timmaniġġja din il-kriżi. Dan jitlob li l-Istati Membri kollha jagħtu sehemhom biex jassiguraw li l-bilanċ bejn is-solidarjetà u r-responsabbiltà jinżamm.



II. X'sar sa issa

F'Mejju l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni uriet il-ħtieġa għal approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-migrazzjoni: l-indirizzar tal-kriżi immedjata, iżda wkoll azzjoni fl-UE u lil hinn minnha sabiex niffurmaw mill-ġdid il-mod kif nissodisfaw l-obbligi tagħna lejn dawk fil-bżonn ta’ protezzjoni, il-mod kif nistgħu ngħinu lill-Istati Membri l-aktar milquta, nirrispettaw l-obbligi tal-UE u dawk internazzjonali dwar l-ażil, nirritornaw lejn pajjiżhom lil dawk li ma għandhomx bżonn ta' protezzjoni, nimmaniġġaw il-fruntieri esterni tagħna, u nindirizzaw il-kawżi ewlenin li jimmotivaw lin-nies biex jimbarkaw fuq vjaġġi perikolużi lejn l-Ewropa fl-ewwel post, kif ukoll biex inħarsu fit-tul lejn il-ħtieġa tal-Ewropa għal migrazzjoni legali.

L-aġenda ssegwi l-loġika doppja ta’ bilanċ bejn ir-responsabbiltà u s-solidarjetà. Dan ifisser li l-Istati Membri kollha għandhom joffru appoġġ, u jfisser ukoll li l-Istati Membri taħt il-pressjoni l-aktar għolja għandhom ipoġġu bħala l-ogħla prijorità tagħhom ir-restawr ta' proċess ta' ordni. It-tnejn jeħtieġu li jittejbu jekk irridu nirritornaw għal sitwazzjoni stabbli.

L-implimentazzjoni tal-Aġenda bdiet.

L-Istati Membri urew solidarjetà u qablu li jirrilokaw 160,000 persuna fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali mill-Istati Membri l-aktar milquta għal Stati Membri oħra tal-UE.

Immobilizzajna fondi tal-UE b’appoġġ għall-Istati Membri l-aktar milquta — b'allokazzjoni ta’ aktar minn EUR 75 miljun f’finanzjament ta’ emerġenza, ’il fuq mis-EUR 7 biljun f’finanzjament pluriennali allokati matul il-perjodu mill-2014 sal-2020, sabiex jiġu appoġġati l-isforzi fil-qasam tal-migrazzjoni, ir-rifuġjati u l-ġestjoni tal-fruntieri.

Ittripplajna l-preżenza tagħna fuq il-baħar, billi żidna bi tliet darbiet ir-riżorsi u l-assi disponibbli għal Operazzjonijiet Konġunti tal-Frontex, Poseidon u Triton. Id-29 Stat Membru u l-pajjiżi Assoċjati ta’ Schengen qed jipparteċipaw f’operazzjonijiet konġunti kkoordinati mill-Frontex fl-Italja, fil-Greċja u fl-Ungerija. Aktar minn 122,000 ħajja ġew salvati minn dakinhar. Kull ħajja mitlufa hija mewta żejda, iżda permezz tal-impenn tagħna kien hemm żieda ta' 250% fl-għadd ta' persuni li salvaw, li kienu jitilfu ħajjithom li kieku ma sar xejn.

Irdoppjajna l-isforzi tagħna biex nindirizzaw il-kuntrabandisti u żarmajna gruppi ta' traffikanti tal-bnedmin, b'mod partikolari bit-tnedija tal-operazzjoni navali EUNAVFOR MED 1 . Din ibblokkat il-provvista ta' dgħajjes, li wassal għal inqas nies li poġġew ħajjithom fil-periklu f'dgħajjes ta' nofs kedda, li ma jifilħux għall-baħar. B’riżultat ta’ dan, ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali stabbilizzat ruħha għal madwar 115,000 li waslu matul ix-xahar ta’ Awwissu, l-istess bħas-sena li għaddiet.

L-UE qiegħda tipprovdi assistenza lill-popolazzjoni fis-Sirja – b'mod partikolari lill-persuni spostati f'pajjiżhom – u appoġġ finanzjarju lill-pajjiżi ġirien tagħha li jospitaw l-ogħla numru ta' rifuġjati. Sa issa EUR 3,9 biljun ġew immobilizzati mill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri f'assistenza umanitarja, għall-iżvilupp, għall-ekonomija u għall-istabilizzazzjoni lis-Sirjani f’pajjiżhom u lir- u lill-komunitajiet ospitanti tagħhom fil-pajjiżi ġirienrifuġjati tal-Libanu, il-Ġordan, l-Iraq, it-Turkija u l-Eġittu. Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li talloka wkoll EUR 1,8 mill-mezzi finanzjarji tal-UE biex twaqqaf "Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-istabbiltà u biex jiġu indirizzati l-għeruq tal-migrazzjoni irregolari u tal-persuni spostati fl-Afrika".

Flimkien impenjajna ruħna li nirrisistemaw aktar minn 22,000 persuna minn barra l-Ewropa matul is-sena li jmiss, biex b'hekk nuru solidarjetà mal-ġirien tagħna. Stati Membri individwali 2 ħabbru wkoll wegħdiet ta' risistemazzjoni bilaterali.

Ir-rispons tal-Ewropa f’dawn l-aħħar xhur kien deċiżiv. Il-kriżi attwali tar-rifuġjati, madankollu, teħtieġ azzjoni ulterjuri u immedjata. Riżoluzzjoni sostenibbli tal-kriżi teħtieġ bidla radikali tal-politika dwar il-migrazzjoni tal-Unjoni – biex jiġu żgurati fruntieri b'saħħithom, proċeduri ġusti, u sistema li kapaċi tantiċipa l-problemi.

Azzjonijiet Ewlenin li taw il-frott

Azzjoni li diġà ttieħdet taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni tinkludi:

It-triplikar tar-riżorsi u l-assi li tiżgura preżenza fuq il-baħar taħt l-Operazzjonijiet Konġunti tal-Frontex, Poseidon u Triton.

L-irduppjar ta’ finanzjament ta’ emerġenza allokat lill-Istati Membri l-aktar milquta.

L-azzjoni kontra l-kuntrabandisti fgat il-provvista tal-vapuri: l-għadd ta’ migranti li qasmu l-Mediterran Ċentrali f’Awwissu 2015 ġie lura għal-livelli tal-2014.

Ir-rilokazzjoni ta’ dawk fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali li diġà jinsabu fl-UE jista' jibda' malajr wara l-ftehim dwar rilokazzjoni ta' 160,000 persuna din is-sena.

Bħalissa għaddejja wkoll ħidma mal-UNHCR għar-risistemazzjoni fl-Istati Membri ta' 22,000 refuġjat li għadhom barra l-UE.

III. Azzjonijiet ta’ Prijorità għas-sitt xhur li ġejjin

L-aktar ħtieġa urġenti hija li jingħata appoġġ lill-Istati Membri li qed jimmaniġġaw numru eċċezzjonali ta’ rifuġjati fit-territorju tagħhom.

Dan jeħtieġ azzjoni kemm fl-UE kif ukoll barra l-UE. Fl-UE biex jiġu appoġġjati dawk l-Istati Membri l-aktar taħt pressjoni billi jiġu applikati l-proċeduri, filwaqt li jingħata appoġġ finanzjarju u tekniku, li jgħin biex tittaffa l-pressjoni permezz ta’ mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni ekwu u t-tisħiħ tal-fruntiera kollettiva tagħna. Barra l-UE, billi jinħolqu l-kundizzjonijiet fejn ir-rifuġjati jistgħu jibqgħu qrib id-dar tagħhom billi jissaħħu s-sħubiji tagħna mal-pajjiżi ġirien li jipprovdu protezzjoni temporanja u l-pajjiżi ta’ tranżitu ewlenin, filwaqt li jiġi żgurat finanzjament għall-UNHCR u l-Programm Dinji tal-Ikel u aġenziji rilevanti oħra, billi tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikanti u l-kuntrabandisti u permezz ta’ aktar involviment diplomatiku fi kriżijiet ewlenin bħal dik tas-Sirja.

III.1 Miżuri Operazzjonali

L-appoġġ għall-Istati Membri fil-bżonn jinsab fil-qalba tal-politika ta’ rilokazzjoni miftehma mill-Kunsill f’dawn l-aħħar ġranet biex jiġu rilokati 160,000 persuna fi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali. Dan se jippermetti tnaqqis sinifikanti, anki jekk parzjali, ta’ pressjoni fuq l-Istati Membri l-aktar affettwati. L-Istati Membri kollha issa jeħtieġu jidentifikaw punti ta’ kuntatt nazzjonali għar-rilokazzjoni bħala kwistjoni ta’ prijorità sabiex jippermettu li l-applikanti għal rilokazzjoni lejn Stat Membru partikolari jiġu identifikati u trasferiti mingħajr dewmien. Ir-regoli li jipprevjenu movimenti sekondarji – biex jiġi żgurat li r-rifuġjati jibqgħu fejn huma, ladarba jiġu rilokati – ukoll se jeħtieġu investiment mill-Istati Membri.

L-aktar appoġġ prattiku immedjat se jseħħ permezz ta’ Timijiet ta’ Appoġġ għall-Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni li jaħdmu f’żoni “hotspot” (ara l-Anness II). It-Timijiet ta’ Appoġġ se jkollhom impatt immedjat fuq l-aktar punt kritiku fil-katina – fejn l-Istati Membri l-aktar milquta qed isibu l-għadd ta’ wasliet kbir wisq biex jamministraw b’mod effettiv. Il-persunal skjerat minn aġenziji tal-UE u Stati Membri oħra tal-UE se jgħin biex jiġu identifikati, skrinjati u rreġistrati migranti meta jidħlu fl-UE. Dan huwa l-ewwel pass għal futur sigur għal dawk fil-bżonn, u opportunità bikrija biex jiġu identifikati dawk li għandhom jintbagħtu lura lejn pajjiżhom. In-netwerk tal-Aġenziji tal-UE involuti se jagħti spinta wkoll fil-kooperazzjoni kontra l-kuntrabandu tal-migranti, filwaqt li jidentifika l-persuni suspettati u jagħti għajnuna f'investigazzjonijiet ġodda. It-Timijiet ta’ Appoġġ jistgħu jaħdmu biss fi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali biss jistgħu jistabbilixxu (bl-appoġġ ta’ fondi mill-UE) u jamministraw infrastrutturi ta’ akkoljenza li jiffunzjonaw tajjeb, jipprovdu d-direzzjoni u r-rabta ma’ atturi prinċipali bħalma huma l-awtoritajiet lokali, is-servizzi soċjali, l-infurzar tal-liġi u l-maniġers ta’ faċilitajiet ta’ akkoljenza. Frontex 3 , l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) 4 , Europol 5 u Eurojust 6 jistgħu jipprovdu l-kompetenza fil-politika, jiffaċilitaw il-komunikazzjoni diretta bejn l-Istati Membri, u jistgħu jkollhom rwol speċifiku fil-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ ritorn. L-Italja u l-Greċja issa jeħtieġu, bħala prijorità, jiffinalizzaw u jibdew jimplimentaw il-pjanijiet direzzjonali tagħhom għar-rilokazzjoni u għat-Timijiet ta' Appoġġ li qed jaħdmu f’żoni hotspot, u jiżguraw livell adegwat fl-infrastruttura ta’ akkoljenza.

Aspett ieħor ta’ appoġġ operazzjonali ewlieni jibqa’ l-operazzjonijiet konġunti ta' Frontex, Triton u Poseidon. Dan huwa eżempju ta’ solidarjetà effettiva li se tkun meħtieġa li tiġi estiża u replikata aktar u l-Istati Membri għandhom jirrispondu malajr u b’mod attiv għat-talbiet ta' Frontex biex tagħmel disponibbli aktar tagħmir u esperti. Hemm diversi mekkaniżmi disponibbli għall-Istati Membri li jistgħu jservu dan l-għan iżda li ma ġewx sfruttati b’mod sħiħ.

Il-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE 7  jista’ jiġi attivat minn Stat Membru jekk iħoss li huwa f'diffikultà minħabba kriżi. Il-mekkaniżmu jista' jimmobilizza tipi varji ta’ assistenza in natura, inklużi moduli (timijiet ta' persunal u tagħmir), kenn, provvisti mediċi u oġġetti oħra mhux tal-ikel, kif ukoll kompetenza. L-Istati parteċipanti jipprovdu l-assistenza, u l-Kummissjoni tista’ tikkofinanzja t-trasport ta’ oġġetti ta’ għajnuna u ta' esperti lejn il-pajjiż inkwistjoni. Fl-2015, il-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE ġie attivat darbtejn biex jassisti lill-Ungerija 8 u darba biex jassisti lis-Serbja 9 biex iwieġbu għall-ħtiġijiet urġenti ikkawżat minn influss mingħajr preċedent ta’ rifuġjati u migranti.

L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-użu ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri (RABIT) biex jipprovdu appoġġ immedjat għall-gwardjani tal-fruntieri f’każijiet ta’ pressjoni migratorja urġenti jew eċċezzjonali (ara l-Anness III). Il-Mekkaniżmu jipprovdi għajnuna operazzjonali għal perjodu ta’ żmien limitat. Frontex tiffinanzja u tiskjera riżorsi tekniċi u umani nazzjonali li jittieħdu mill-Istati Membri. Il-Mekkaniżmu kien attivat darba biss mill-Greċja fl-2010 10 meta żieda kbira fil-wasliet affettwat il-fruntiera fuq l-art bejn il-Greċja u t-Turkija. Matul l-operazzjoni, kull ġimgħa qrib 200 uffiċjal mistieden imħarreġ sew minn 26 Stat Membru għenu lill-kollegi Griegi tagħhom fil-kontroll taż-żoni fil-fruntiera kif ukoll fl-identifikazzjoni tal-immigranti irregolari maqbuda. Is-suċċess tal-ħidma fil-fruntiera Griega-Torka stabbilizzat is-sitwazzjoni u naqqset l-għadd ta’ wasliet meta mqabbel mal-ogħla ammonti li kienu daħlu fl-2010.

F’dawn l-aħħar ġimgħat uħud mill-Istati Membri invokaw l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta’ kontrolli fil-fruntieri skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. Dan jista’ jiġi ġġustifikat f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi eċċezzjonali. Iżda dan qatt ma jista’ jkun iktar minn miżura għal perjodu qasir qabel ma s-sitwazzjoni tiġi stabbilizzata. Dan għandu jitqies bħala sinjal tal-urġenza għal kulħadd biex naġixxu biex nirrestawraw il-proċess normali ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni kemm jista’ jkun malajr. Jekk dawn il-miżuri jiġu estiżi jew jiġu mitluba miżuri addizzjonali, il-Kummissjoni se tifformalizza l-valutazzjoni tagħha dwar is-sitwazzjoni billi tadotta opinjoni fuq il-bażi tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. L-implimentazzjoni sħiħa tal-Iskema ta’ Rilokazzjoni u t-Timijiet ta' Appoġġ li jaħdmu f’żoni “hotspot” għandu jippermetti t-tneħħija ta’ kontrolli fix-xahar li ġej.

L-UE għandha wkoll iżżid minnufih l-implimentazzjoni tal-offensiva diplomatika stabbilit fil-komunikazzjoni konġunta reċenti dwar ir-rwol tal-Azzjoni Esterna tal-UE fl-indirizzar tal-kriżi tar-rifuġjati fl-Ewropa 11 . Fil-qalba ta’ dan hemm approċċ bilanċjat li jenfasizza l-aspettattivi tal-UE ta’ appoġġ mis-sħab biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-migrazzjoni, u fl-istess ħin it-tisħiħ tal-appoġġ u l-kooperazzjoni li l-UE tista’ toffri biex tgħin f'dawn l-isforzi.

Is-Summit tal-Belt Valletta dwar il-Migrazzjoni fil-11-12 ta’ Novembru 2015 se jkun mument ewlieni li juri prijorità ġdida ta’ kwistjonijiet ta’ migrazzjoni fir-relazzjonijiet tal-UE mal-imsieħba Afrikani 12 . L-UE diġà żiedet l-isforzi għat-tħejjija tas-summit f’kooperazzjoni mas-sħab kollha u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati. L-istabbiliment ta’ Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza għall-istabbiltà u l-indirizzar tal-kawżi tal-migrazzjoni irregolari u l-persuni spostati f’pajjiżhom fl-Afrika b’kontribuzzjoni ta’ kapital inizjali ta’ EUR 1,8 biljun diġà pprovda wirja tanġibbli ta’ dak li l-UE se tikkontribwixxi għal dan l-għan. Dan jista’ jifforma parti minn sħubija reċiproka biex jitnaqqas il-fluss ta’ migranti mill-Afrika u tingħata spinta għar-ritorn ta’ dawk li mhumiex eliġibbli għal protezzjoni internazzjonali.

Il-Konferenza ta’ Livell Għoli dwar ir-rotta tal-Balkani tal-Punent, li għandha ssir immedjatament wara l-Kunsill tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni tat-8 ta’ Ottubru 2015, se tiddiskuti l-impenn komuni li jiġu indirizzati l-pressjonijiet tal-lum u r-restawr tal-istabbiltà fil-ġestjoni tal-migrazzjoni permezz tar-rotta tal-Balkani tal-Punent. Il-finanzjament li l-UE tipprovdi lill-Balkani tal-Punent iservi biex jenfasizza d-determinazzjoni tal-UE li tappoġġa sħab ġirien li qed jiffaċċjaw sfida kbira ħafna u li tevolvi b’mod rapidu. Dan imur lil hinn sew minn għajnuna umanitarja għar-rifuġjati – l-għajnuna biex tiżdied malajr il-kapaċità fil-ġestjoni ta' migranti u fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu hija wkoll ta’ importanza ċentrali.

Parti mill-istrateġija tal-UE għandha tkun li tiġi żviluppata kooperazzjoni operazzjonali ġdida sabiex il-ħiliet u l-għarfien li qed jinġabru flimkien u jiġu żviluppati fl-UE jiġu dejjem aktar kondiviżi ma’ pajjiżi msieħba barra l-UE. Strumenti bħal timijiet konġunti ta’ kompetenza, arranġamenti amministrattivi u l-iskambju ta’ informazzjoni għandhom jintużaw dejjem aktar biex ikun hemm rabta bejn is-servizzi tal-infurzar tal-liġi mas-servizzi ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni fl-UE u f’pajjiżi ġirien imsieħba, inkluż dwar ir-ritorn u r-riammissjoni. Frontex, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil, Europol u Eurojust kollha għandhom rwol x’jaqdu f’dan il-kuntest.

Il-kriżi tar-rifuġjati hija kriżi globali u l-UE għandha kemm tikkontribwixxi kif ukoll tistimola l-isforzi globali. Dan ifisser ħidma mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-UNHCR, il-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) u l-Organizzazzjoni tas-Salib l-Aħmar. L-UE diġà qed tintensifika l-kooperazzjoni mal-UNHCR. Din għandha wkoll issir prijorità ewlenija fi djalogi ma’ sħab strateġiċi u ma’ atturi reġjonali bħal l-Istati tal-Golf.

Azzjonijiet ewlenin biex jagħtu frott fi żmien sitt xhur

L-implimentazzjoni sħiħa tal-Iskema ta’ Rilokazzjoni u t-Timijiet ta' Appoġġ għall-Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni li jaħdmu f’żoni “hotspot”

L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu minn miżuri eżistenti billi jattivaw il-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili u l-iskjerament ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri.

In-normalizzazzjoni taż-żona Schengen u t-tneħħija ta’ kontrolli interni temporanji fuq il-fruntieri.

L-intensifikar ta' offensiva diplomatika u l-intensifikar ta' kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

III.2 Appoġġ Baġitarju

L-appoġġ baġitarju se jiġi rinfurzat minnufih. Il-finanzjament ta’ emerġenza disponibbli mill-baġit tal-UE fil-qasam tal-ażil, il-migrazzjoni u l-kontroll tal-fruntieri diġà ġie rduppjat din is-sena, biex jilħaq EUR 73 miljun. Dan ipprovda appoġġ dirett u immedjat għall-kriżi (ara l-Anness IV). Taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u l-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF), l-Italja, pereżempju, irċeviet aktar minn EUR 19-il miljun f’finanzjament ta’ emerġenza din is-sena, il-Greċja kważi EUR 5 miljun, b’talbiet ġodda li issa qed jiġu pproċessati. EUR 4 miljun ġew allokati lill-Ungerija l-ġimgħa li għaddiet, b'total ta’ aktar minn EUR 5 miljun s’issa din is-sena. B’diversi talbiet oħra li issa qed jiġu pproċessati, dan il-finanzjament diġà ġie eżawrit. Il-Kummissjoni se tippreżenta proposta l-ġimgħa d-dieħla biex iżżid EUR 100 miljun ma' dan il-baġit għall-2015.

Dan huwa b'żieda mas-somom kbar (aktar minn EUR 300 miljun) li qed jiġu rilaxxati fl-2015 bħala prefinanzjament taħt il-fondi pluriennali għall-migrazzjoni u l-fruntieri. Il-ġimgħa li għaddiet, il-Greċja rċeviet l-ewwel porzjon ta’ EUR 33 miljun u l-Italja rċeviet EUR 39,2 miljun f’Awwissu.

Dan ifisser li r-riżorsi huma disponibbli u qed isiru disponibbli, iżda biex dawn jiġu skjerati malajr jeħtieġ l-impenn ta’ firxa wiesgħa ta’ aġenziji tal-gvern, kif ukoll approċċ intelliġenti biex jiġi ġġenerat l-akbar impatt fl-iqsar żmien possibbli. Pereżempju, aktar milli nserrħu fuq il-bini ta’ kapaċitajiet ta’ akkoljenza tradizzjonali, jistgħu jinstabu soluzzjonijiet fl-użu malajr ta’ bini eżistenti, pubbliċi jew privati.

L-aġenziji tal-UE għandhom rwol essenzjali biex jiżguraw il-kooperazzjoni u permezz tal-użu tal-kompetenzi disponibbli bl-aħjar mod. Dawn issa qegħdin jintalbu biex ikunu ħafna aktar attivi fuq l-art milli kien oriġinarjament previst. L-aġenziji tal-UE li qed jaħdmu fuq oqsma relatati mal-migrazzjoni jeħtieġu injezzjoni qawwija ta’ riżorsi. Il-Kummissjoni se tipproponi l-ġimgħa d-dieħla biex tiżdied il-kapaċità ta' tliet aġenziji ewlenin tal-UE b’żieda kombinata ta’ 120 kariga addizzjonali: 60 għal Frontex, 30 għal EASO u 30 għal Europol. L-ispiża addizzjonali fl-2015 hija ta’ EUR 1,3 miljun li għad trid tkun disponibbli fl-2015. Estensjoni ulterjuri tal-mandat tat-tliet aġenziji tkun teħtieġ finanzjament supplementari immedjat.

Il-Kummissjoni beħsiebha tressaq proposti biex jiżdiedu b’EUR 600 miljun il-fondi tal-flussi migratorji u tal-fruntieri fl-2016. Dan għandu jkun 'il fuq mis-EUR 780 miljun ippjanati għall-iskema ta’ rilokazzjoni ta’ emerġenza. Dan il-finanzjament addizzjonali se jappoġġa l-għajnuna f'żoni “hotspot”, jagħti għajnuna lill-Istati Membri l-aktar milquta, jalloka appoġġ finanzjarju għar-rilokazzjoni lill-Istati Membri, u jsaħħaħ il-kapaċità operazzjonali tal-aġenziji. Se jagħmel differenza reali għall-ħtiġijiet immedjati għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-akkoljenza, ir-ritorn u l-kontroll tal-fruntieri.

Għandna tingħata prijorità sabiex jiġi kkumpensat in-nuqqas fil-finanzjament għall-kriżi fis-Sirja. Din hija parzjalment il-kawża diretta taż-żieda fil-flussi ta’ rifuġjati fil-Lvant tal-Mediterran. Iżda hija wkoll parzjalment ir-riżultat ta’ “għeja tad-donaturi”. Jekk aħna serji fl-għan tagħna li ngħinu l-biċċa l-kbira tar-rifuġjati jibqgħu kemm jista' jkun viċin djarhom, jeħtieġ li jiżdied il-finanzjament tagħna. In-Nazzjonijiet Uniti tistma li t-totalità mhux milħuqa tal-ħtiġijiet umanitarji għall-kriżi Sirjana għall-2015 hi ta' EUR 4 biljun. 13 Iżda, biss 38% tal-ħtiġijiet ta' finanzjament intlaħqu. L-impatt ta' dan in-nuqqas huwa drammatiku. L-UNICEF irraporta li f’dawn l-aħħar xhur, sa 5 miljun persuna – madwar nofshom huma tfal – batew minn interruzzjonijiet kbar fil-provvisti tal-ilma tagħhom, b’riskji kbar ta’ mard bħala konsegwenza. L-UE u l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex ikopru mill-inqas nofs din il-lakuna.

Il-Programm Dinji tal-Ikel, is-Salib l-Aħmar u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u sħab oħrajn batew nuqqasijiet prinċipali u interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista tal-ikel u s-servizzi tas-saħħa. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE naqqsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-Programm Dinji tal-Ikel, uħud b’sa 100% (ara l-Anness V). L-UNHCR qed tirraporta li diġà, 1.6 miljun refuġjat kellhom l-għajnuna alimentari tagħhom imnaqqsa; 750,000 tifel u tifla ma jmorrux skola minkejja l-isforzi kbar tal-UE u ta’ donaturi oħra; u l-lakuna ta’ finanzjament tfisser li 70,000 mara tqila huma f’riskju ta’ nuqqas ta’ sigurezza waqt it-twelid. Ma huwiex sorprendenti li ħafna rifuġjati jikkonkludu li l-perikli tal-vjaġġ lejn l-Ewropa mhumiex akbar mir-riskji li joqgħodu. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jirrestawraw il-finanzjament għall-għajnuna għall-ikel permezz tal-Programm Dinji tal-Ikel għal livelli tal-2014 biex jistabbilizzaw il-provvista tal-ikel lir-rifuġjati Sirjani. Il-Kummissjoni se żżid l-għajnuna umanitarja ta’ emerġenza u riżorsi ta’ protezzjoni ċivili b’EUR 200 miljun għall-2015 biex tipprovdi riżorsi biex ikun hemm rispons immedjat għat-talbiet mill-UNHCR u l-Programm Dinji tal-Ikel u organizzazzjonijiet rilevanti oħra biex tgħin lir-rifuġjati immedjatament.

F'sitwazzjoni li tinbidel rapidament, il-flessibilità hija importanti. L-għajnuna umanitarja hija fost l-għodod l-aktar flessibbli u rapidi għad-dispożizzjoni tal-UE. Dan il-baġit se jiżdied b’ammont addizzjonali ta’ EUR 300 miljun fl-2016 meta mqabbel mal-livell propost fl-abbozz ta’ baġit. Hekk kif jinbidlu l-istaġuni, huwa essenzjali li l-UE żżomm il-kapaċità tagħha biex twieġeb għal talbiet minn Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGOs) jew aġenziji tan-NU biex twassal għajnuna immedjata u immirata.

Wieħed mill-strumenti l-aktar effettivi biex jiġu megħjuna r-rifuġjati Sirjani huwa l-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b’reazzjoni għall-kriżi Sirjana (“Il-Fond Madad” 14 — ara l-Anness VI). Sal-lum, l-UE għamlet kontribuzzjonijiet ta' bidu ta’ EUR 38 miljun, b’aktar rifornimenti ppjanati aktar tard fl-2015 u lil hinn. L-Italja kkontribwiet EUR 3 miljun. Il-Ġermanja impenjat ruħha li tikkontribwixxi EUR 5 miljun. L-UE tinsab lesta li tikkontribwixxi EUR 100 miljun oħra sa tmiem l-2015. Dan se jirriżulta f’mobilizzazzjoni ta’ madwar EUR 150 miljun għall-Fond Fiduċjarju fl-ewwel sena biss. Iżda minħabba l-ħtiġijiet fuq il-post u s-sensiela impressjonanti ta’ proġetti ppjanati li diġà laħqu valur ta’ EUR 440 miljun, għadhom meħtieġa ħafna aktar. Impenn ċar u fit-tul għall-Fond Fiduċjarju jkun juri b'mod qawwi lir-rifuġjati, u lill-komunità internazzjonali, li l-appoġġ tal-UE huwa xi ħaġa li wieħed jista' jiddependi fuqu. Il-ġimgħa d-dieħla l-Kummissjoni se tipproponi biex issaħħaħ l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (ENI) fl-2015 bi EUR 300 miljun li jippermetti żieda tal-Fond Fiduċjarju Madad u jipprovdi assistenza lil pajjiżi terzi li jkunu qed jospitaw lir-rifuġjati mis-Sirja. Flimkien ma’ riorjentazzjoni mill-ġdid ta’ fondi mill-Istrument għall-Assistenza ta’ qabel l-Adeżjoni, dan se jippermetti li l-finanzjament totali fil-livell tal-UE tal-Fond Fiduċjarju f’din il-fażi jilħaq aktar minn EUR 500 miljun.

Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għandhom jaqblu mal-finanzjament tal-UE: sabiex il-Fond jilħaq total ta’ mill-inqas EUR 1 biljun. Dan ikundimostrazzjoni globali b’saħħitha tal-impenn tal-UE li tgħin lir-rifuġjati Sirjani.

Il-pressjoni ilha għal ħafna snin tinġemgħa fuq it-Turkija, il-Libanu u l-Ġordan hekk kif miljuni ta’ rifuġjati ħarbu mis-Sirja. Huwa ċar li l-kawżi ewlenin ilhom jeżistu. L-indirizzar t-taqlib politiku huwa kumpless iżda għandna nirduppjaw l-isforzi tagħna. L-UE qed taħdem ukoll mill-qrib mal-ġirien tagħha biex tgħin fl-indirizzar tal-isfida tal-migrazzjoni:

Fit-Turkija, EUR 176 miljun diġà ġew mobilizzati għal azzjonijiet relatati mal-migrazzjoni, inkluża l-għajnuna diretta lir-rifuġjati. L-UE issa qed tiddiskuti mat-Turkija reviżjoni fl-allokazzjoni ta’ fondi tal-UE, b’tali mod li total ta’ EUR 1 biljun jista' jkun disponibbli għal azzjonijiet relatati mar-rifuġjati fl-2015-16, b’azzjonijiet li jvarjaw minn appoġġ għall-infrastruttura għas-servizzi tas-saħħa u tagħlim għat-tfal rifuġjati fil-lingwa tagħhom stess. Parti sinifikanti minn dan se jiġi implimentat permezz tal-Fond Fiduċjarju “Madad” tal-UE għal konsenja rapida. B’mod parallel għal dan l-appoġġ finanzjarju sostanzjali, il-Kummissjoni nediet djalogu komprensiv mat-Turkija dwar l-aspetti kollha tal-migrazzjoni, inklużi r-reġistrazzjoni, ir-riammissjoni u r-ritorn, li dwarhom it-Turkija għandha tikseb riżultati b'mod iktar effettiv. Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-migrazzjoni bejn l-UE u t-Turkija, għandu jiġi ffinalizzat mingħajr dewmien.

Fis-Serbja u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-wasla mhux mistennija ta’ għexieren ta’ eluf ta’ rifuġjati minn barra r-reġjun poġġiet pressjoni kbira fuq l-infrastruttura. Filwaqt li l-prijorità prinċipali hija li jiġi evitat li din issir aktar minn sitwazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien, huwa ċar li dawn il-pajjiżi għandhom bżonn appoġġ fuq żewġ binarji: għajnuna u parir biex jibnu ġestjoni tal-migrazzjoni u appoġġ għar-rifuġjati, u għajnuna immedjata biex ilaħħqu mar-rifuġjati fit-territorju tagħhom illum. Diġà ġew mobilizzati EUR 78 miljun mill-UE, għat-titjib ta’ ċentri ta’ akkoljenza u l-kontrolli fil-fruntieri. Barra minn hekk, ingħataw EUR 1,7 miljun f’għajnuna umanitarja minn Lulju 'l hawn. Pakkett ta’ EUR 17-il miljun oħra qed jitħejja mill-Kummissjoni hekk kif il-flussi ta’ rifuġjati madwar il-Balkani tal-Punent x'aktarx li mhux se jieqfu fi żmien qasir.

Il-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza għall-istabbiltà u l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u l-persuni spostati fl-Afrika se jimmira s-sostenn fuq id-dgħufijiet strutturali tal-ġestjoni tal-migrazzjoni. Il-Fond Fiduċjarju se jgħin biex jiġu indirizzati l-kriżijiet fir-reġjuni tas-Saħel u l-Lag taċ-Ċad, il-Qarn tal-Afrika u l-Afrika ta' Fuq. Għandu l-għan li joħloq stabbiltà fir-reġjuni u li jikkontribwixxi għal ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni. Żewġ Stati Membri tal-UE 15 biss s’issa kkonfermaw li se jikkontribwixxu u jżidu mal-EUR 1,8 biljun fil-livell tal-UE. Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għandhom jaqblu mal-finanzjament tal-UE.

Id-dominanza tal-kwistjoni tal-migrazzjoni ġustament tindika l-ħtieġa li jissaħħaħ il-finanzjament ewlieni tal-UE fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet. Iżda huwa wkoll il-każ li l-Istati Membri fil-bżonn jistgħu jużaw varjetà ta’ appoġġ, kemm ta' finanzjament kif ukoll appoġġ operazzjonali.. F’każijiet fejn dan jeħtieġ programmar mill-ġdid tal-pjanijiet eżistenti, din l-għażla teżisti preċiżament sabiex tippermetti lill-Istati Membri jirreaġixxu għal ċirkustanzi bħall-kriżi tal-migrazzjoni. Hemm ħtieġa urġenti għal aktar flessibbiltà fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li tippermetti r-riallokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji skarsi għal dawn l-oqsma prijoritarji. Anki jekk il-Fondi Strutturali joperaw b’perspettiva fit-tul, xorta jistgħu jiġu mobilizzati biex jgħinu jindirizzaw l-isfida tal-migrazzjoni f’termini ta’ miżuri ta’ integrazzjoni bħat-tagħlim tal-lingwi jew kofinanzjament tal-infrastruttura ewlenija inkluża l-akkomodazzjoni u l-infrastruttura soċjali, kif ukoll ċentri ta’ akkoljenza f’każijiet ta’ emerġenza. Finanzjament fuq perjodu qasir huwa disponibbli wkoll: il-Fond għall-persuni l-aktar fil-bżonn — fond li jammonta għal EUR 3,8 biljun bejn l-2014 u l-20 — diġà qed jintuża biex jappoġġja l-immigranti u r-rifuġjati fil-Belġju, Spanja u l-Iżvezja. Dan jista’ jkopri ikel u ħwejjeġ mill-ewwel ġurnata, jew appoġġ għal integrazzjoni bikrija għal dawk li jfittxu l-ażil. Dan jeħtieġ impenn mill-Istati Membri biex jipprogrammaw mill-ġdid il-pjanijiet eżistenti biex jiġu ssodisfati prijoritajiet ġodda.

Azzjonijiet ewlenin biex jagħtu l-frott fi żmien sitt xhur

Żieda fil-finanzjament ta’ emerġenza għal dawk l-Istati Membri l-aktar milquta b’EUR 100 miljun għall-2015.

Mill-2015, żieda fil-kapaċità tat-tliet aġenziji ewlenin tal-UE b’120 kariga addizzjonali.

Żieda fil-finanzjament ta’ emerġenza għal dawk l-Istati Membri l-aktar milquta u l-finanzjament għal Frontex, EASO u Europol b’EUR 600 miljun għall-2016.

L-Istati Membri għandhom jirrestawraw il-finanzjament għall-għajnuna alimentari permezz tal-Programm Dinji tal-Ikel għal-livelli tal-2014. Barra minn hekk, EUR 200 miljun f’fondi tal-UE għall-għajnuna umanitarja se jiġu mobilizzati fl-2015 għal appoġġ dirett lir-rifuġjati.

Żieda fl-għajnuna umanitarja b’EUR 300 miljun fl-2016 lesti biex jiġu megħjuna l-ħtiġijiet essenzjali bħal ikel u kenn għar-rifuġjati.

L-appoġġ għall-Fond Fiduċjarju għas-Sirja sa aktar minn EUR 500 miljun mill-baġit tal-UE, li għandu jintlaħaq mill-Istati Membri.

Ir-reviżjoni tal-allokazzjoni ta’ fondi tal-UE (sa EUR 1 biljun) għal azzjonijiet relatati mar-rifuġjati għat-Turkija. Il-mobilizzazzjoni ta’ EUR 17-il miljun għas-Serbja u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

III.3 L-implimentazzjoni tal-Liġi tal-UE

L-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni hija bbażata fuq prinċipju sempliċi: l-għoti ta' għajnuna lill-migranti li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u r-ritorn tal-migranti li m’għandhom l-ebda dritt li joqogħdu fit-territorju tal-UE. Sabiex tiġi implimentata l-politika Ewropea dwar il-migrazzjoni, huwa essenzjali li l-Istati Membri kollha jimplimentaw b'mod sħiħ ir-regoli komuni dwar l-ażil u l-migrazzjoni irregolari li ġew miftiehma reċentement fil-livell tal-UE.

Sa mill-bidu tas-snin 2000, il-Kummissjoni ressqet serje ta’ proposti biex tinbena Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (ara l-Anness VII). U l-Parlament u l-Kunsill adottaw din il-leġiżlazzjoni, biċċa biċċa.

Madwar l-Ewropa issa għandna standards komuni dwar il-mod kif nilqgħu lil dawk li jfittxu l-asil, b'rispett lejn id--dinjità tagħhom, il-mod kif nipproċessaw l-applikazzjonijiet għall-asil tagħhom, u għandna kriterji komuni użati mis-sistemi tal-ġustizzja indipendenti tagħna biex niddeterminaw jekk xi persuni jkunux intitolati għal protezzjoni internazzjonali.

Ħames biċċiet differenti ta’ leġiżlazzjoni jiffurmaw il-qalba tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (ir-Regolament ta’ Dublin, id-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil, id-Direttiva dwar il-Kwalifika, id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza u r-regoli tal-EURODAC dwar il-marki tas-swaba’) Dawn kollha huma riċenti ħafna, u tal-aħħar daħlu fis-seħħ biss f’Lulju 2015.

Ir-rekord ta’ implimentazzjoni tal-liġi tal-UE f’dan il-qasam hija fqira. Il-Kummissjoni hija determinata li tuża s-setgħat kollha tagħha biex tiżgura li l-liġi tal-UE dwar l-ażil u l-migrazzjoni tiġi trasposta u infurzata u llum qed tniedi sensiela oħra ta’ proċeduri ta’ ksur f’dan is-sens — 40 deċiżjoni ġdida dwar każijiet ta’ ksur (ara l-Anness VII). Ir-realtà hija li l-kriżi ta’ din is-sena ġiet aggravata minħabba n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ liġijiet eżistenti f’oqsma bħalma huma l-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, it-teħid tal-marki tas-swaba’ u r-ritorn.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-Greċja biex in-normalizzazzjoni tas-sitwazzjoni tingħata prijorità u jkun hemm ritorn lejn is-sistema ta’ Dublin fi żmien is-sitt xhur li ġejjin. Il-pożizzjoni ġeopolitika tal-Greċja tfisser li ġarret il-parti l-kbira tal-pressjoni matul ix-xhur li għaddew. Dan jiżdied ma’ problemi persistenti fit-twettiq tal-obbligi tal-Greċja skont il-liġi tal-UE. Mill-2011 'l hawn, wara s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, it-trasferimenti ta’ Dublin lura lejn il-Greċja ġew sospiżi minħabba li n-nuqqasijiet persistenti fis-sistema Griega ta’ ażil rendew din l-azzjoni waħda ta' ksur tad-drittijiet fundamentali tal-individwu. Il-Greċja issa trid taħdem biex tiżgura li l-appoġġ offrut jintuża f’termini ta’ intervent reali fuq il-post. Għal dan il-għan, il-Greċja għandha timmassimizza l-isforzi tagħha biex tiżgura, b’mod partikolari, li:

persunal adegwat jinħatar fis-Servizz tal-Ażil u s-Servizz tal-Ewwel Akkoljenza biex jiggarantixxi ġestjoni effettiva tal-fruntieri (skrinjar, identifikazzjoni, teħid tal-marki tas-swaba') u proċedura tal-ażil effikaċi;

isir l-investiment meħtieġ biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' akkoljenza ta’ flussi migratorji mħallta; b’mod partikolari, il-Greċja għandha timmassimizza l-isforzi tagħha fl-istabbiliment ta’ kapaċità ta’ akkoljenza xierqa li tkopri l-ħtiġijiet tal-influss ta’ bħalissa u tiżgura faċilitajiet xierqa għal dawk li jinsabu fil-proċess ta’ rilokazzjoni;

il-proċeduri u s-sistemi għall-assorbiment tal-fondi tal-UE jiġu mtejba;

sistema ta’ ritorn effettiva hija fis-seħħ (ritorni volontarji u ritorni mġiegħla megħjuna).

Azzjonijiet ewlenin biex jagħtu l-frott fi żmien sitt xhur

Implimentazzjoni sħiħa u rapida mill-Istati Membri tal-liġi tal-UE fil-qasam tal-ażil u l-migrazzjoni.

Ir-ristawr tal-istat normali u t-teħid tal-miżuri kollha fil-Greċja meħtieġa sabiex it-trasferimenti ta' Dublin lill-Greċja jkunu jistgħu jerġgħu jiddaħħlu fi żmien sitt xhur.

IV.Il-passi leġiżlattivi li jmiss: l-istabbiliment ta' sistema robusta li se tkun reżistenti tul iż-żmien

Il-miżuri neċessarji fuq terminu qasir biex tiġi indirizzata l-kriżi immedjata mhumiex soluzzjoni fit-tul. It-Trattat ta’ Lisbona jipprevedi t-tfassil ta’ sistema ta’ ażil komuni proprju għal din ir-raġuni. Issa, mhux biss jeħtieġ li jiġi implimentat u infurzat b'mod sħiħ dak li diġà ġie miftiehem iżda jeħtieġ titħaffef il-ħidma fuq il-komponenti li fadal biex tinħoloq sistema verament Ewropea. Il-politiki meħtieġa biex tinkiseb ġestjoni tajba tal-migrazzjoni huma interkonnessi mill-qrib. Dgħjufijiet fil-fruntiera esterna jwasslu għal pressjoni fuq is-sistema tal-ażil. Nuqqasijiet fl-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-migranti mad-dħul inaqqsu l-fiduċja fis-sistema kollha kemm hi. Ir-rata ta’ suċċess baxxa fir-ritorn tal-migranti mhux eliġibbli li jibqgħu fl-UE toħloq ċiniżmu dwar il-valur tad-deċiżjonijiet dwar l-ażil. U, kif ġie ppruvat f’dawn l-aħħar ġimgħat u xhur, in-nuqqas ta’ kapaċità li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni jew li tittaffa l-pressjoni minn barra l-UE joħloq piżijiet enormi għall-UE. Għalhekk, hija meħtieġa azzjoni fl-oqsma li ġejjin:

(i) Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil hija l-garanzija tal-Ewropa li l-obbligu tagħha li tgħin lill-persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali fuq bażi temporanja jew permanenti, kif ukoll id-drittijiet fundamentali tal-migranti, jiġu rispettati. Dan għandu jibqa’ l-qalba ta’ dak li qegħdin nippruvaw niksbu. Madankollu, il-pressjoni fuq is-sistema din is-sena wriet il-ħtieġa għal reviżjoni tar-Regolament ta’ Dublin 16 – kif ukoll li tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tagħha. Parti minn sistema ordnata u ġusta hija wkoll li tippermetti lil dawk li jfittxu l-ażil li jaħdmu: dawk l-Istati Membri li jagħmlu użu sħiħ tal-massimu ta’ 9 xhur skont ir-regoli attwali setgħu immedjatament jimpenjaw ruħhom biex jippermettu lil dawk li qed ifittxu l-ażil li jaslu taħt skemi ta’ rilokazzjoni, jkunu jistgħu jaħdmu. Barra minn hekk, proċeduri twal li jdumu jkarkru jimminaw il-kredibbiltà tas-sistema u joħolqu inċertezza għal kulħadd: l-istabbiliment ta’ sistema tal-UE li tagħraf pajjiżi ta’ oriġini siguri fi proċeduri tal-ażil, kif ipproponiet il-Kummissjoni għal pajjiżi fil-Balkani tal-Punent u t-Turkija, se jkun pass importanti biex jgħin biex issir distinzjoni bejn dawk li l-iktar għandhom bżonn.

Parti minn din il-ħidma trid tkun li wieħed ikun lest f’każ li l-Unjoni jerga' jkollha tiffaċċja dan it-tip ta’ pressjoni eċċezzjonali li kellha tiffaċċja din is-sena: din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni pproponiet, flimkien maż-żewġ proposti għal rilokazzjoni ta’ emerġenza, emenda għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu li jippermetti r-rilokazzjoni ta’ persuni fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi li jipperikolaw l-applikazzjoni tas-sistema ta’ Dublin. Din il-proposta 17 għandha tiġi adottata bħala kwistjoni ta’ urġenza.

(ii) Parti mill-kredibbiltà tas-sistema tiddependi fuq il-fatt li wieħed ikun jaf li dawk li mhumiex eliġibbli għal protezzjoni internazzjonali jintbagħtu lura lejn pajjiżhom. L-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn tirristawra l-kredibbiltà għas-sistema ta’ ritorn tal-UE. 18 Dan jeħtieġ approċċ fuq żewġ binarji ta’ azzjoni fil-livell tal-UE — permezz ta’ kondiviżjoni aħjar tal-informazzjoni, aktar riżorsi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali, tisħiħ tar-rwol tal-Frontex, u enfasi ġdida fuq ir-riammissjoni fir-relazzjonijiet tagħna ma’ pajjiżi terzi – u fuq livell nazzjonali, biex ikun żgurat li r-regoli huma applikati b’mod effettiv u li d-deċiżjonijiet ta’ ritorn jiġu implimentati.

(iii) L-UE ma tistax tinjora r-realtà tal-isfida li l-Istati Membri jiffaċċjaw illum fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. Il-fruntiera esterna tibqa’ l-punt uniku l-aktar importanti biex tiġi stabbilita l-istabbiltà tal-politika dwar l-ażil u l-migrazzjoni b’mod ġenerali. Din hija fruntiera esterna b’saħħitha li tagħmilha possibbli li nilliberaw il-fruntieri interni tagħna permezz taż-żona Schengen, u li tiggarantixxi l-moviment liberu ta’ persuni. Għalhekk għandna naħdmu aktar mill-qrib flimkien biex nimmaniġġjaw il-fruntieri esterni tagħna. Dan ifisser li hemm bżonn li jissaħħaħ Frontex u li jissaħħaħ ukoll il-mandat tiegħu, u li tiġi żviluppata Gwardja tal-Kosta u tal-Fruntiera Ewropea li tkun operazzjonali b'mod sħiħ, biex ikunu mħarsa aħjar il-fruntieri esterni tal-UE u tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tiskjera riżorsi malajr meta tinqala' kriżi.

(iv) Sistema ta' ġestjoni tal-migrazzjoni aktar ordnata u ġusta trid tinvolvi wkoll bidla fl-attenzjoni fuq l-ipproċessar ta’ migranti qabel dawn jagħmlu vjaġġ perikoluż lejn l-Ewropa — sew jekk huma rifuġjati li aktarx se jkunu eliġibbli għal protezzjoni internazzjonali, kif ukoll jekk huma migranti li qed ifittxu li jibbenefikaw minn skemi ta’ migrazzjoni legali, jew tabilħaqq dawk li se jieħdu r-riskju fi triqthom lejn l-UE, u li mbagħad jiskopru li se jintbagħtu lura lejn pajjiżhom. Approċċ effettiv jeħtieġ li jkun iffukat fuq it-tradizzjoni umanitarja tal-Ewropa permezz ta’ sistema ta’ risistemazzjoni solida u mifruxa madwar l-UE kollha. Filwaqt li tibni fuq l-esperjenza tal-iskema li għaddejja bħalissa, u kif stabbilit fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, il-Kummissjoni se tiżviluppa proposta għal sistema strutturata biex jiġi żgurat approċċ kollettiv għar-risistemazzjoni tar-rifuġjati fi żminijiet ta’ kriżi qawwija. Approċċ aktar konsistenti u l-akkomunament tal-isforzi tal-UE juri li l-UE hija kapaċi tindirizza l-ħtiġijiet. Dan għandu juri wkoll lir-rifuġjati li l-aħjar garanzija hija l-użu ta’ kanali tal-UNHCR stabbiliti. Dan ikun jeħtieġ sforz impenjat biex jappoġġa miżuri li jiżguraw li l-migranti li qed jistennew dan l-ipproċessar jintlaqgħu taħt kundizzjonijiet xierqa u li d-drittijiet tagħhom ikunu rispettati b'mod sħiħ, kemm jista’ jkun viċin id-dar.

(v) Fl-aħħarnett, approċċ fuq terminu twil għandu jinkludi l-ftuħ ta' mezzi legali għall-migrazzjoni. Dan huwa parti mill-istabbiliment ta’ sistema robusta ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni, u essenzjali jekk irridu nikkunsidraw il-migrazzjoni anqas bħala problema li trid tiġi indirizzata, u aktar bħala waħda ta' riżorsa ġestita tajjeb għal kontinent li qed jiffaċċja tnaqqis demografija serju.

Azzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni li għandhom jagħtu l-frott sa Marzu 2016

Passi ambizzjużi lejn l-istabbiliment ta’ Gwardja tal-Kosta u tal-Fruntiera Ewropea u l-estensjoni tal-mandat ta' Frontex (Diċembru 2015)

Il-pakkett dwar il-migrazzjoni legali inkluża r-reviżjoni tal-Karta Blu (Marzu 2016)

Riforma ulterjuri tar-Regolament ta’ Dublin (Marzu 2016)

Proposta għal sistema strutturata dwar ir-risistemazzjoni (Marzu 2016)

Strateġija aġġornata dwar it-traffikar tal-bnedmin (Marzu 2016)

V.    Konklużjoni

Mill-bidu tas-sena, kważi 500,000 persuna għamlu triqithom lejn l-Ewropa - tendenza li mistennija tkompli.

Il-Kummissjoni Ewropea ilha taħdem fuq il-front dwar ir-rifuġjati u l-migrazzjoni b’mod konsistenti u kontinwament għal tweġiba Ewropea kkoordinata. Ksibna ħafna fi żmien qasir.

Il-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern li ltaqgħu għall-Kunsill Ewropew illum issa jeħtieġu jwasslu dawn l-isforzi billi jiftehmu dwar l-Azzjonijiet ta' Prijorità mehmuża u jimplimentawhom b’effett immedjat.

Lista ta' Annessi

I. Azzjonijiet ta’ Prijorità taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni li għandhom jagħtu l-frott fi żmien sitt xhur

II. Timijiet ta’ Appoġġ għall-Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni, li jaħdmu f’żoni “hotspot”

III. Il-mekkaniżmu ta' Timijiet ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri

IV. Appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri taħt il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna

V. Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għall-Programm Dinji tal-Ikel

VI. Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-Unjoni Ewropea b’reazzjoni għall-kriżi Sirjana (“Il-Fond Madad”)

VII. L-Implimentazzjoni tas-Sistema Komuni Ewropea tal-Asil

(1)

     Fit-22 ta’ Ġunju 2015 operazzjoni ta’ maniġġar ta’ kriżiji (EUNAVFOR MED) tnediet fil-ġlieda kontra l-attivitajiet ta' kuntrabandu fin-Nofsinhar Ċentrali tal-Mediterran. Fl-14 ta’ Settembru 2015, l-Istati Membri qablu li jimxu għat-tieni fażi operazzjonali, wara l-ewwel fażi ta’ ġbir ta’ informazzjoni. Din it-tranżizzjoni importanti se tippermetti lill-operazzjoni navali tal-UE biex twettaq imbarkazzjoni, tiftix, sekwestru u devjazzjoni fl-ibħra internazzjonali ta’ bastimenti li jkunu ssuspettati li qed jintużaw għal kuntrabandu jew it-traffikar tal-bnedmin, fl-ambitu tal-liġi internazzjonali.

(2)

     Dan huwa l-każ għall-Irlanda (li ħadet l-impenn li tappoġġa 2 900 persuna fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali, kemm dwar ir-rilokazzjoni kif ukoll ir-risistemazzjoni, minbarra l-iskema tal-UE) u r-Renju Unit (sa 20,000 rifuġjat Sirjan li se jkunu risistemati sa tmiem il-mandat attwali tal-Parlament tar-Renju Unit fl-2020).

(3)

     L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) tippromwovi, tikkoordina u tiżviluppa l-ġestjoni tal-fruntieri Ewropej u ġiet stabbilita fis-26 ta’ Ottubru 2004 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004.

(4)

     L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil jipprovdi assistenza prattika u teknika lill-Istati Membri u ġie stabbilit fid-19 ta’ Mejju 2010 bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(5)

     Europol hija l-Aġenzija tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, li tassisti lill-Istati Membri tal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali serja u t-terroriżmu. Din ġiet stabbilita fl-1 ta’ Lulju 1999.

(6)

     Eurojust hija l-Aġenzija ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE, u tappoġġja l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni. Ġiet stabbilita fit-28 ta’ Frar 2002 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2002/187/ĠAI.

(7)

     Il-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE jiffaċilita l-kooperazzjoni fir-rispons għal emerġenza fost 33 Stat Ewropew (it-28 Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja). It-Turkija reċentement iffirmat il-ftehim biex tingħaqad uffiċjalment mal-Mekkaniżmu. Dawn l-Istati Parteċipanti jiġbru r-riżorsi li mbagħad jistgħu jagħmlu disponibbli għal xulxin u għal pajjiżi madwar id-dinja kollha. Il-Kummissjoni Ewropea tamministra l-Mekkaniżmu permezz taċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni għal Rispons ta’ Emerġenza. Kull pajjiż fid-dinja jista’ jitlob l-għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE. In-Nazzjonijiet Uniti u ċerti organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, ukoll jistgħu jattivaw il-Mekkaniżmu biex jitolbu assistenza f’pajjiżi mhux Stati Membri tal-UE.

(8)

     Bosta Stati Membri tal-UE, inkluż id-Danimarka, il-Bulgarija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Polonja diġà offrew appoġġ materjali bħal kutri, friex tas-sodda u tined, li ġew aċċettati mill-awtoritajiet Ungeriżi.

(9)

     L-assistenza mitluba, fil-21 ta’ Settembru, tinkludi vetturi, fjuwil, oġġetti tal-iġjene, sodod, saqqijiet u ikel. S’issa, l-Ungerija offriet 50,000 maskra protettiva.

(10)

     L-Operazzjoni fil-fruntiera Griega-Torka bdiet fit-2 ta’ Novembru 2010 u ntemmet fit-2 ta’ Marzu 2011 (meta Frontex kompliet il-kontinwazzjoni tal-Operazzjoni Konġunta Poseidon Land).

(11)

     JOIN(2015) 40, id-9 ta' Settembru 2015.

(12)

     Għas-Summit se jattendu l-Istati Membri tal-UE, l-Istati Membri tal-Unjoni Afrikana, il-pajjiżi Afrikani parti tal-Proċessi ta’ Rabat u Khartoum, l-UNHCR, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni. Is-Summit tal-Belt Valletta jsegwi l-laqgħa bejn il-Kulleġġi tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana fi Brussell fil-21 ta’ April 2015.

(13)

     Is-Servizz ta’ Traċċar Finanzjarju tal-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA).

(14)

     L-isem Għarbi tal-Fond Fiduċjarju huwa “Madad”, li b’mod wiesa’ jfisser l-għoti ta' għajnuna flimkien ma’ oħrajn.

(15)

     Franza u Spanja (l-ammonti għandhom jiġu determinati).

(16)

     Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tas-26 ta' Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (riformulat).

(17)

     COM(2015) 450, 9 ta' Settembru 2015

(18)

     COM(2015) 453, 9 ta' Settembru 2015


Brussell, 23.9.2015

COM(2015) 490 final

ANNESS

għal

KOMUNIKAZZJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Ġestjoni tal-kriżi tar-rifuġjati: miżuri operazzjonali, baġitarji u legali skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni


ANNESS I

Azzjonijiet ta’ prijorità taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni biex tagħti l-frott fi żmien sitt xhur

Miżuri operazzjonali

Il-Kummissjoni u l-Aġenziji tal-UE se:

Jassistu lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jintroduċu deċiżjonijiet ta’ rilokazzjoni, l-organizzazzjoni ta’ koordinazzjoni fuq il-post u l-istabbiliment ta’ netwerk ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali. Jagħtu segwitu għall-punti ta’ azzjoni dwar ir-rilokazzjoni mil-laqgħa ta' din il-ġimgħa mal-Istati Membri.

Jappoġġjaw l-għan li jrendu operazzjonali t-Timijiet ta’ Appoġġ għall-“hotspots” din il-ġimgħa. Ir-rwol tal-aġenziji se jkun li jipprovdu kompetenzi diretti f’oqsma bħalma huma l-identifikazzjoni korretta tal-migranti; il-Kummissjoni se tipprovdi l-koordinazzjoni bejn l-atturi differenti.

Fi żmien il-ġimgħatejn li ġejjin, se jinġabru flimkien l-Istati Membri u l-UNHCR biex jiddeterminaw l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ risistemazzjoni.

L-Istati Membri taħt pressjoni għandhom:

Jiffinalizzaw u jibdew jimplimentaw il-pjanijiet direzzjonali tagħhom għar-rilokazzjoni u għat-Timijiet ta’ Appoġġ għall-“hotspots” din il-ġimgħa; jidentifikaw netwerk ta' uffiċjali ta’ kollegament rilevanti għall-aġenziji tal-gvern lokali u nazzjonali kollha sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa.

Jattivaw il-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili jew jitolbu Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri, li jirrikorru għal appoġġ prattiku immedjat tal-UE u Stati Membri oħra tal-UE.

L-Istati Membri kollha għandhom:

Jidentifikaw punti nazzjonali ta’ kuntatt għal rilokazzjoni din il-ġimgħa biex jippermettu lill-kandidati jkunu identifikati u trasferiti mingħajr dewmien; jibgħatu uffiċjali ta’ kollegament fl-Italja u l-Greċja biex jappoġġaw skrinjar fuq il-post; jidentifikaw il-kapaċità ta’ akkoljenza li għandha tintuża għal nies rilokati.

Jikkomunikaw lil Frontex u lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil, fi żmien ġimgħa minn meta jiġu ffinalizzati l-pjanijiet direzzjonali nazzjonali għat-Timijiet ta’ Appoġġ għall-“hotspots”, il-kompetenzi nazzjonali li se jkunu disponibbli.

Jidentifikaw u jinnotifikaw lil Frontex sal-aħħar ta’ Settembru dwar ir-riżerva ta’ emerġenza ta’ assi tal-fruntieri li jistgħu jintużaw f’Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri skjerati din is-sena.

Jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa tmiem Settembru dwar l-assi tal-protezzjoni ċivili li se jkunu miżmuma lesti biex jiġu skjerati taħt il-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili jekk jiġi attivat din is-sena.

Idaħħlu fis-seħħ sistema ta’ ppjanar f’każ ta’ kontinġenza għal żidiet possibbli f’applikazzjonijiet għall-ażil din is-sena.

Jikkonfermaw l-appoġġ kontinwu għall-operazzjoni konġunta TRITON ta' Frontex u jirrispondu b’mod urġenti għall-appell għal assi għall-operazzjoni POSEIDON.

Japplikaw għand Frontex għall-koordinazzjoni u l-appoġġ finanzjarju disponibbli din is-sena għal titjiriet konġunti ta’ ritorn u assistenza ta’ qabel ir-ritorn.

It-tisħiħ tal-appoġġ baġitarju

Il-Kummissjoni se tippreżenta l-proposti neċessarji l-ġimgħa d-dieħla lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-istituzzjonijiet huma mistiedna jadottaw il-proposti għall-2015 bi proċedura rapida:

Żieda fil-fond ta’ Emerġenza tal-Fond għall-Asil, l-Integrazzjoni u l-Migrazzjoni b’EUR 80 miljun u l-Fond għas-Sigurtà Interna - tal-Fruntieri b'EUR 20 miljun. Dan se jintuża għal ħtiġijiet urġenti sabiex tiżdied il-kapaċità ta’ akkoljenza, tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva biex jiġu pproċessati t-talbiet għall-ażil, u tiġi appoġġata l-kapaċità ta' reazzjoni għal pressjoni fuq il-fruntiera esterna.

Żieda mill-2015, fil-kapaċità tat-tliet aġenzijiet ewlenin tal-UE b'120 kariga addizzjonali: 60 kariga għal Frontex, 30 għal EASO u 30 għal Europol għall-2015.

Żieda fil-fondi għall-għajnuna umanitarja b’EUR 200 miljun biex tipprovdi riżorsi biex ikun hemm rispons immedjat għat-talbiet mill-UNHCR u l-Programm Dinji tal-Ikel u organizzazzjonijiet rilevanti oħra sabiex tingħata għajnuna lir-rifuġjati immedjatament.

Żieda ta' EUR 300 miljun għall-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (ENI) fl-2015 biex jippermetti żieda tal-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-Unjoni Ewropea b’reazzjoni għall-kriżi Sirjana (il-Fond Madad) u l-provvediment ta' assistenza lil pajjiżi terzi li jkunu qed jospitaw ir-rifuġjati mis-Sirja. Flimkien ma’ riorjentazzjoni ulterjuri ta’ fondi mill-Istrument għall-Assistenza ta’ qabel l-Adeżjoni, dan se jippermetti finanzjament fil-livell tal-UE totali tal-Fond Fiduċjarju f’din il-fażi li jilħaq aktar minn EUR 500 miljun.

Il-Kummissjoni se tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-ġimgħat li ġejjin il-bidliet li ġejjin għall-baġit propost għall-2016:

Pakkett ġdid ta’ EUR 600 miljun biex iżid il-baġit ta' finanzjament ta' emerġenza tal-baġit għall-Fond għall-Asil, l-Integrazzjoni u l-Migrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna tal-Fruntieri, biex jiffinanzjaw aktar fondi għal Frontex, EASO u Europol sabiex ikunu lesti biex iwieġbu għal ħtiġijiet immedjati għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-akkoljenza, ir-ritorn u l-kontroll tal-fruntieri.

Żieda fl-għajnuna umanitarja b’EUR 300 miljun lesti biex jiġu megħjuna r-rifuġjati fil-ħtiġijiet essenzjali bħall-ikel u l-kenn.

L-UE għandha tbiddel l-allokazzjoni tal-fondi tal-UE għat-Turkija, b’tali mod li total ta’ EUR 1 biljun ikun disponibbli għal azzjonijiet relatati mar-rifuġjati fl-2015-16.

L-Istati Membri għandhom immedjatament jieħdu l-impenn li:

Jirristawraw il-finanzjament għall-Programm Dinji tal-Ikel għal-livelli tal-2014 biex jistabbilizzaw il-provvista tal-ikel lir-refuġjati Sirjani.

Iqabblu l-kontribut tal-baġit tal-UE għall-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b’reazzjoni għall-kriżi Sirjana (il-Fond Madad), biex jiġu megħjuna r-rifuġjati Sirjani (fi kwalunkwe pajjiż barra mill-UE) biex jilħaq tal-anqas total ta' EUR 1 biljun.

Iqabblu l-EUR 1,8 biljun ta’ finanzjament tal-UE għall-Fond Fiduċjarju ta’ emerġenza għall-istabbiltà u jindirizzaw il-kawżi tal-migrazzjoni irregolari u l-persuni spostati fl-Afrika.

Jagħmlu użu immedjat tar-riżorsi ta’ prefinanzjament (aktar minn EUR 300 miljun) li issa qed jiġu trasferiti lill-Istati Membri biex jimplimentaw programmi nazzjonali taħt il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna - tal-Fruntieri.

Jeżaminaw l-użu tal-programmi ta’ Fondi Strutturali attwali tagħhom f’termini ta’ sostenn għal miżuri relatati mal-migrazzjoni, bil-għan li jipproponu bidliet lill-Kummissjoni.

L-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE dwar l-Ażil

L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex jieħdu passi urġenti biex jittrasponu, jimplimentaw u japplikaw b'mod sħiħ il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sistema Ewropea tal-Asil, inkluż dwar il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza, il-proċeduri tal-ażil, u l-kwalifiki għall-ażil.

Il-Passi Leġislattivi li jmiss

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jipproċessaw b'mod rapidu l-proposti ppreżentati mill-Kummissjoni:

Pajjiżi ta’ Oriġini Siguri, inkluża t-Turkija

L-emenda għar-Regolament ta’ Dublin biex jiġi introdott mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni ta’ kriżi

Il-Kummissjoni se tressaq il-proposti ġodda li ġejjin:

It-twaqqif ta’ Gwardja Ewropea tal-Fruntieri u tal-Kosta u l-estensjoni tal-mandat ta' Frontex (Diċembru 2015)

Il-pakkett dwar il-migrazzjoni legali li se jinkludi reviżjoni tal-Karta Blu (Marzu 2016)

Riforma ulterjuri tar-Regolament ta’ Dublin (Marzu 2016)

Proposta għal sistema strutturata dwar ir-risistemazzjoni (Marzu 2016)


Brussell, 23.9.2015

COM(2015) 490 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Il-ġestjoni tal-kriżi tar-rifuġjati: miżuri operazzjonali, baġitarji u legali immedjati skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni


ANNESS II

Timijiet ta' Appoġġ għall-Ġestjoni tal-Migrazzjoni li qed jaħdmu f’“hotspots” (żoni ta' kriżi minħabba proporzjonijiet ta' migrazzjoni sproporzjonati)

I    INTRODUZZJONI

Fil-kriżi tar-refuġjati attwali, l-UE qed tħabbat wiċċha ma’ sitwazzjonijiet fejn l-għadd kbir ta’ persuni li qed jaqsmu l-fruntiera esterna ta’ Stat Membru jaqbeż il-kapaċità tal-ġestjoni tal-wasla ta’ migranti b’mod ordnat. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-Unjoni trid tappoġġa Stat Membru li jiffaċċja pressjonijiet migratorji sproporzjonati fil-fruntieri esterni tiegħu. Dan huwa essenzjali f’Unjoni li hija rregolata mill-prinċipju ta’ solidarjetà. Dan l-appoġġ se jippermetti lill-Istat Membru kkonċernat biex jikkonforma mal-obbligi ġuridiċi tiegħu skont il-liġi tal-UE, inklużi l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u t-teħid tal-marki tas-swaba’ ta’ individwi mal-wasla. Għal dawn is-sitwazzjonijiet ta’ kriżi, il-Kummissjoni żviluppat l-approċċ ta’ Timijiet ta’ Appoġġ għall-Ġestjoni ta’ Migrazzjoni f’“hotspots”.

X’inhu l-approċċ?

“Hotspot” hija żona mal-fruntiera esterna li qed tiffaċċja pressjonijiet migratorji sproporzjonati. Eżempji huma Sqallija u Lampedusa fl-Italja jew Lesbos u Kos fil-Greċja. Huwa minn dawn il-“hotspots” li ħafna migranti qed jidħlu fl-Unjoni. Huwa hawnhekk fejn jeħtieġ li l-UE tipprovdi sostenn operazzjonali biex jiġi żgurat li l-migranti li jaslu jiġu rreġistrati, u biex jiġi evitat li jmorru lejn Stati Membri oħra b’mod mhux ikkontrollat. Huwa permezz tal-aġenziji tal-UE Frontex, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil u l-Europol li l-Unjoni tipprovdi sostenn operazzjonali lill-Istati Membri, taħt il-kontroll sħiħ tal-Istat Membru ospitanti. L-approċċ huwa kunċett operazzjonali biex jimmassimizza l-valur miżjud ta’ dan l-appoġġ permezz ta’ Timijiet ta’ Appoġġ għall-Ġestjoni tal-Migrazzjoni. Dan huwa qafas operazzjonali għall-Aġenziji biex jikkonċentraw l-appoġġ tagħhom fil-post fejn huwa l-aktar meħtieġ, sabiex jikkoordinaw l-interventi tagħhom u jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti. Bħalissa, l-approċċ qed jiġi implimentat fl-Italja u l-Greċja.

Kif jipprovdu l-appoġġ l-Aġenziji tal-UE taħt dan l-approċċ?

Taħt dan l-approċċ, l-Aġenzija Frontex tal-UE, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil u l-Europol jipprovdu appoġġ speċifiku lill-Istat Membru ospitanti skont il-mandat u l-kompetenza esperta tagħhom. Biex jingħata dan l-appoġġ, l-Aġenziji jibagħtu timijiet ta’ esperti direttament fil-“hotspots” fl-Istat Membru ospitanti. Dawn it-timijiet jikkonsistu minn esperti mibgħuta minn Stati Membri oħra. Il-kompożizzjoni u l-kompetenzi ta’ dawn it-Timijiet ta’ Appoġġ huma mfassla apposta għas-sitwazzjoni u l-bżonnijiet speċifiċi taż-“żona ta' kriżi” fejn joperaw biex jappoġġaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti. Il-Frontex timmobilizza esperti ta’ skrinjar u tipprovdi uffiċċji mobbli biex tappoġġja lill-Istat Membru ospitanti fir-reġistrazzjoni u t-teħid tal-marki tas-swaba’ tal-migranti mal-wasla. Barra minn hekk, il-Frontex timmobilizza timijiet ta’ esperti biex jappoġġjaw l-informazzjoni li tingħata lill-migranti biex jifhmu r-rotot tagħhom lejn l-Ewropa u biex jiġbru informazzjoni dwar il-modus operandi tat-traffikanti tal-migranti. Fejn ikun meħtieġ, esperti mill-Frontex ukoll jipprovdu assistenza ta’ qabel ir-ritorn u jikkoordinaw titjiriet ta' ritorn. L-esperti tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil jappoġġaw lill-Istati Membri ospitanti fir-reġistrazzjoni tal-applikanti għall-asil u fit-tħejjija tal-fajl tal-każ. U l-Europol u l-Eurojust jibagħtu timijiet ta’ investigaturi li jappoġġjaw il-ġbir ta’ informazzjoni biex iżarmaw in-netwerks ta’ faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' persuni.

F’kull Stat Membru ospitanti, hemm kwartieri ġenerali operattiv konġunt b'rappreżentanti mit-tliet aġenziji kollha kemm huma (it-Task Force Reġjonali tal-Unjoni Ewropea — EURTF). Dan it-Task Force jikkoordina x-xogħol tat-Timijiet ta’ Appoġġ fil-“hotspots” u jiżgura kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti. Kwartieri ġenerali operattiv konġunt bħal dan ġie stabbilit f’Katanja (Sqallija) biex jikkoordina l-ħidma fl-Italja, u kwartieri ġenerali simili se jiġi stabbilit f’Piraeus għall-“hotspots” fil-Greċja.

L-approċċ se jiffaċilita wkoll l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet għar-rilokazzjoni ta' persuni fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali mill-Italja u l-Greċja. L-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u t-teħid tal-marki tas-swaba’ tal-migranti mal-wasla hija prekundizzjoni għar-rilokazzjoni għax-xogħol, u l-approċċ jipprovdi l-appoġġ meħtieġ għal dan. Madankollu, l-approċċ jiffunzjona b’mod indipendenti mir-rilokazzjoni, u l-Kummissjoni hija lesta li tapplika dan f’aktar Stati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet migratorji sproporzjonati fil-fruntieri tagħhom.

It-Tim ta’ appoġġ ma joperax ċentri ta’ akkoljenza. Biex l-approċċ ikun ta’ suċċess, l-Istat Membru ospitanti jrid jipprovdi faċilitajiet ta’ akkoljenza li jiffunzjonaw tajjeb li fihom it-timijiet ta’ esperti mobilizzati mill-Aġenziji tal-UE jkunu jistgħu joperaw. Dan jinkludi l-ewwel akkoljenza kif ukoll ċentri speċjalizzati ta' detenzjoni. L-eżistenza ta’ biżżejjed faċilitajiet ta’ akkoljenza hija wkoll prekondizzjoni meħtieġa għar-rilokazzjoni, u l-UE qed tipprovdi appoġġ finanzjarju sostanzjali lill-Istati Membri biex jibnu din l-infrastruttura.

2    IL-QAGĦDA PREŻENTI: L-ITALJA

Laqgħat tekniċi bejn il-Kummissjoni, l-Aġenziji tal-UE u l-awtoritajiet Taljani, inklużi fit-23 ta’ Lulju, fejn il-Kummissjoni kienet preżenti waqt laqgħa f’Ruma, u vidjokonferenzi fis-6 ta’ Lulju u fl-10 ta’ Settembru, u laqgħa organizzata mill-Kummissjoni fi Brussell fit-2 ta’ Settembru. Matul dan iż-żmien kien hemm bosta kuntatti u laqgħat bilaterali bejn l-Italja u l-Aġenziji.

Il-preżentazzjoni tal-pjan direzzjonali għar-rilokazzjoni lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Settembru f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-Rilokazzjoni, li tinkludi valutazzjoni tal-ħtiġijiet għall-istabbiliment tal-“hotspots”. Il-pjan direzzjonali qed jiġi rieżaminat wara kummenti mogħtija mill-Kummissjoni u hija mistennija verżjoni riveduta dalwaqt.

Workshop dwar ir-rilokazzjoni fil-21 ta’ Settembru, fejn l-Italja ppreżentat il-pjan direzzjonali tagħha għar-rilokazzjoni.

L-istabbiliment ta’ Task Force Reġjonali tal-UE f’Katanja fis-26 ta’ Ġunju 2015, magħmul minn rappreżentanti tal-Frontex, tal-EASO, tal-Europol, l-EUNAVFORMED u tal-awtoritajiet nazzjonali biex tikkoordina l-isforzi tat-Timijiet ta’ Appoġġ, li jiżguraw kopertura fid-diversi portijiet ta’ żbark. L-appoġġ tal-Eurojust lit-Tim Reġjonali Operattiv tal-Frontex f’Katanja u kooperazzjoni intensiva mal-korrispondent tad-Direttorat Nazzjonali kontra l-Mafja u kontra t-Terroriżmu (DNA) responsabbli għad-distrett ta’ Catania.

Il-preżenza ta’ Frontex għall-Operazzjoni Konġunta Triton.

It-tisħiħ mill-Frontex permezz tal-iskjerament ta’ 18-il espert tal-informazzjoni, 16-il medjatur kulturali u 12-il espert tal-iskrinjar.

It-twaqqif tal-ewwel ċentri ta’ akkoljenza f’erba’ hotspots jiġifieri f'Pozzallo, f'Porto Empedocle u fi Trapani fi Sqallija u fil-gżira ta’ Lampedusa b’kapaċità totali ta’ madwar 1500. Żewġ ċentri ta’ akkoljenza oħra huma ppjanati għal Augusta u Taranto sa tmiem is-sena.

Il-Ftehim bejn l-EASO u l-Italja dwar pjan operazzjonali għall-hotspots. L-Italja aċċettat li l-EASO jassistiha bl-għoti ta’ informazzjoni, inkluż dwar il-proċedura ta' rilokazzjoni, il-proċedura ta' rilokazzjoni infisha u t-tisħiħ tal-Unità ta' Dublin.

L-EASO għandu 45 espert lesti biex jiġu skjerati li ġew impenjati mill-Istati Membri.

Il-proġett pilota bejn is-servizzi tal-asil u l-EASO.

Il-preżenza regolari tal-Europol f’portijiet ta’ żbark fejn dan jipprovdi faċilitajiet ta’ tlaqqiegħ trasversali u appoġġ forensiku f’koordinazzjoni mal-Unità Nazzjonali tal-Europol Taljana.

X’fadal isir

Jintbagħat il-persunal tal-Frontex biex jassisti fit-teħid tal-marki tas-swaba’.

L-iskjerament tal-esperti tal-EASO lill-Italja.

L-Italja trid tissottometti l-ħtiġijiet addizzjonali tagħha lill-Frontex fir-rigward tar-ritorn.

Sottomissjoni ta’ verżjoni riveduta tal-pjan direzzjonali dwar ir-rilokazzjoni, inkluża valutazzjoni tal-ħtiġijiet.

3    IL-QAGĦDA PREŻENTI: IL-GREĊJA

Laqgħat tekniċi bejn il-Kummissjoni, l-Aġenziji tal-UE u l-awtoritajiet Griegi, inkluż fis-26 ta’ Awwissu, fejn il-Kummissjoni kienet preżenti waqt laqgħa f’Piraeus, u vidjokonferenzi fl-10 ta’ Lulju u l-11 ta’ Settembru, u laqgħa organizzata mill-Kummissjoni fi Brussell fit-2 ta’ Settembru. Matul dan iż-żmien kien hemm bosta kuntatti u laqgħat bilaterali bejn il-Greċja u l-Aġenziji.

Iż-żjara tal-Ewwel Viċi President Timmermans u l-Kummissarju Avramopoulos fil-Greċja, inkluż f'Kos, fit-3-4 ta’ Settembru.

Il-preżentazzjoni tal-pjan direzzjonali għar-rilokazzjoni lill-Kummissjoni fil-14 ta’ Settembru f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-Rilokazzjoni, li tinkludi valutazzjoni tal-ħtiġijiet għall-istabbiliment tal-“hotspots”. Il-pjan direzzjonali qed jiġi rivedut mill-awtoritajiet Griegi wara l-kummenti mogħtija mill-Kummissjoni u mistennija verżjoni riveduta fil-jiem li ġejjin.

Workshop dwar ir-rilokazzjoni fil-21 ta’ Settembru, fejn il-Greċja ppreżentat il-pjan direzzjonali tagħha għar-rilokazzjoni.

L-identifikazzjoni ta’ Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Frontex f’Piraeus bħala bini għat-Task Force Reġjonali tal-UE.

Il-preżenza ta’ Frontex għall-Operazzjoni Konġunta Poseidon.

It-tisħiħ mill-Frontex bl-iskjerament ta’ 33 espert (inklużi Uffiċjali Griegi) u l-installazzjoni ta’ 7 uffiċċji mobbli fil-Gżejjer tal-Eġew (Samos, Lesvos, Chios, Kos u Leros). Il-Greċja aċċettat offerta mill-Frontex li tibgħat 30 esperti oħra tal-iskrining u de-briefing.

Id-diskussjonijiet li għaddejjin bejn l-EASO u l-Greċja dwar pjan operazzjonali għall-hotspots. Il-Greċja aċċettat li l-EASO jappoġġjaha fir-reġistrazzjoni tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, fil-konsultazzjoni għal rikjesti ħierġa ta' teħid ta’ responsabbiltà fis-sens tar-regolament ta' Dublin u fil-miżuri ta’ rilokazzjoni provviżorju. L-EASO ppropona l-iskjerament ta’ 28 espert. Ladarba jintlaħaq qbil dwar dan il-pjan operazzjonali, l-EASO se jniedi s-sejħa għall-esperti.

Proġett pilota għaddej bħalissa dwar il-Eurodac li qed jitmexxa b’mod konġunt bl-għajnuna ta’ Frontex, EASO, EU-LISA, u żjara teknika f'Lesvos rigward dan il-proġett pilota hija ppjanata għal tmiem din il-ġimgħa.

It-twaqqif tal-ewwel ċentru ta’ akkoljenza u ċentru ta’ skrinjar f’Lesvos, b’kapaċità totali ta’ 480 persuna, kif ukoll ċentru ta’ skrinjar f’Chios u ieħor f’Samos b’kapaċità totali ta’ 393 persuna.

L-istabbiliment ta’ żewġ punti magħżula ta’ reġistrazzjoni f’Lesvos, bi pjanijiet li jiġi stabbilit punt ta’ reġistrazzjoni ieħor dalwaqt.

X’fadal isir

Sottomissjoni ta’ verżjoni riveduta tal-pjan direzzjonali dwar ir-rilokazzjoni, inkluża valutazzjoni tal-ħtiġijiet.

Stabbiliment ta’ Task Force Reġjonali tal-UE minn fejn l-Aġenziji jistgħu jikkoordinaw l-isforzi fuq il-post u mal-awtoritajiet nazzjonali.

Il-Greċja trid tistabbilixxi metodu/arranġament ċar dwar l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u t-teħid tal-marki tas-swaba’ tal-migranti b'mod sistematiku fil-EURODAC.

Tisħiħ sinifikanti tal-ewwel kapaċità ta’ akkoljenza għal dawk li jaslu ġodda fil-movimenti migratorji mħallta fuq il-gżejjer tal-Eġew, li għaliha l-Kummissjoni għadha kif allokat EUR 4,1 miljun. Hemm ħtieġa urġenti għall-ewwel kapaċità ta’ akkoljenza f’Kos, fejn il-parti l-kbira ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi qed jaslu u fejn bħalissa ma teżisti l-ebda faċilità ta’ akkoljenza.

Il-Greċja għandha tiskatta l-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili biex tiġi pprovduta għajnuna immedjata lil migranti li jaslu fuq il-gżejjer, inkluż kenn.

Il-Ftehim mal-EASO dwar il-pjan operazzjonali għall-hotspots, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kompiti tal-esperti li għandhom jiġu skjerati u n-numru ta’ esperti.

Il-Greċja għandha terġa’ tibda tieħu u teżegwixxi d-deċiżjonijiet ta’ ritorn.

Il-Greċja għandha tissottometti l-bżonnijiet addizzjonali tagħha lill-Frontex rigward ir-ritorn u lill-Europol f’dak li jirrigwarda l-investigazzjonijiet dwar il-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' persuni.


Brussell, 23.9.2015

COM(2015) 490 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Il-ġestjoni tal-kriżi tar-rifuġjati: miżuri operazzjonali, baġitarji u legali immedjati skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni


ANNESS III

Il-mekkaniżmu tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri (RABIT)

Il-mekkaniżmu tat-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri (RABIT) ġie stabbilit fl-2007 1 . Dan joffri għajnuna operazzjonali rapida għal perjodu limitat lil Stat Membru li jkun qed jiffaċċja sitwazzjoni ta’ pressjoni urġenti u eċċezzjonali f’xi punti tal-fruntieri esterni, b’għadd kbir ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed jippruvaw jidħlu illegalment fit-territorju tal-Istat Membru.

Il-karatteristiċi ewlenin huma kif ġej:

Tenħtieġ talba minn Stat Membru. Tintbagħat talba lil Frontex, li għandha ħamest ijiem biex tivvaluta s-sitwazzjoni u biex tiddeċiedi jekk għandhiex tapprova t-talba;

Meta din tiġi approvata, jitfassal pjan operazzjonali minnufih li jispeċifika t-tul ta’ żmien, il-kompiti u l-kompożizzjoni tat-timijiet;

L-Istati Membri huma obbligati li jibagħtu gwardji tal-fruntieri jekk mitluba, sakemm ma jkunux qed jiffaċċjaw sitwazzjoni eċċezzjonali huma stess;

L-Istat Membru Ospitanti jżomm il-kmand tat-tim. Il-membri tat-timijiet jistgħu jwettqu l-kontrolli u s-sorveljanza fil-fruntiera skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. Huma għandhom b’mod wiesa’ l-istess setgħat bħall-gwardji tal-fruntieri tal-Istat Membru ospitanti: l-Istat Membru ospitanti jista’ japprova l-użu ta’ forza u armi tas-servizz (jekk l-Istat Membru tad-domiċilju jaqbel ukoll);

L-ispejjeż kollha relatati ma’ taħriġ, eżerċizzji u skjerament huma koperti minn Frontex (is-salarji bażiċi mhumiex koperti). Dan jinkludi l-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u allowance għas-sussistenza.

Għalkemm il-mekkaniżmu RABIT għadu qatt ma ġie attivat mill-2010, kull sena jsiru eżerċizzji biex jinżamm l-istat ta' tħejjija għal meta hemm bżonn.

Eżempju: L-applikazzjoni tal-mekkaniżmu RABIT fl-2010-11

Fl-2010, il-Greċja talbet għall-iskjerament ta’ RABIT fuq il-fruntiera Griega-Torka. L-operazzjoni damet għaddejja minn Novembru 2010 sa Marzu 2011. Din segwiet żieda sostanzjali f’wasliet u b’suċċess naqqset l-għadd ta’ entrati li waqgħu minn xahar għal xahar, minn massimu ta’ 7607 f'Ottubru għal 1632 sa Frar.

Matul il-perjodu operazzjonali, kull ġimgħa qrib 200 uffiċjal imħarreġ tajjeb mistiedna mis-26 Stat Membru għenu lill-kollegi Griegi tagħhom fil-kontroll taż-żoni fil-fruntiera kif ukoll fl-identifikazzjoni tal-immigranti irregolari maqbuda. L-operazzjoni għenet ukoll lill-awtoritajiet Griegi biex jiġbru informazzjoni dwar ir-rotot tal-migrazzjoni u n-netwerks ta’ faċilitazzjoni li jisfruttaw is-sitwazzjoni ddisprata tal-immigranti irregolari. Flimkien mat-Tim, intbagħtu 7 vetturi mgħammra b'apparat Thermo-vision, 24 karozza tal-għassa, 2 karozzi ta' Schengen mgħammra b’tagħmir elettroniku, 3 mini-buses, xarabank waħda tat-trasport u ħelikopter fiż-żoni tal-operazzjonijiet. Ġew installati wkoll tliet kontenituri mobbli.

Minn mindu tnediet l-operazzjoni RABIT fil-bidu ta’ Novembru 2010, ġie rrappurtat tnaqqis gradwali fil-fluss ta’ dħul irregolari fit-taqsimiet rilevanti tal-fruntiera bejn il-Greċja u t-Turkija. F’Ottubru, qabel l-operazzjoni, kien hemm total ta’ 7 607 persuni li nstabu fil-fruntiera fuq l-art bejn il-Greċja u t-Turkija. F’Novembru, l-operazzjoni rrappurtat total ta’ 4 616-il daħla detetta u għax-xahar ta’ Diċembru, l-għadd ta' detezzjonijiet waqa’ għal 3 413. Sussegwentement, dawn naqsu għal 2 266 f’Jannar 2011 u għal 1 632 fi Frar 2011. Wara l-iskjerament tal-Operazzjoni RABIT, l-għadd ta’ qsim ta' fruntieri irregolari niżel b’madwar 75 %. Biex wieħed iqiegħed dawn iċ-ċifri f’perspettiva, l-għadd totali ta’ daħliet għas-sena kollha tal-2010, kif irrappurtat mill-awtoritajiet Griegi permezz tan-Netwerk ta’ Analiżi tar-Riskju tal-Frontex, kien jammonta għal 47 706 detezzjoni.

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 fir-rigward ta’ dak il-mekkaniżmu u li jirregola l-kompiti u l-poteri ta’ uffiċjali mistiedna


Brussell, 23.9.2015

COM(2015) 490 final

ANNESS

għal

KOMUNIKAZZJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Ġestjoni tal-kriżi tar-rifuġjati: miżuri operazzjonali, baġitarji u legali skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni


ANNESS IV

Appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri taħt il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna

Finanzjament fit-tul 2014-2020

L-Ewwel Pagamenti ta’ Finanzjament fit-Tul fl-2015

Finanzjament ta' Emerġenza

 

Allokazzjoni AMIF (Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni)

Allokazzjoni ISF-Fruntieri

Allokazzjoni ISF-Pulizija

Total Allokazzjonijiet AMIF u ISF

L-ewwel pagament ta’ prefinanzjament AMIF (Aħdar/Tipa grassa = Imħallas)

L-ewwel pagament ta’ prefinanzjament ISF (Aħdar/Tipa grassa = Imħallas)

Għajnuna ta’ emerġenza AMIF riċevuta u mitluba

Għajnuna ta’ emerġenza ISF-Fruntieri riċevuta u mitluba

L-Awstrija

EUR 64,533,977

EUR 14,162,727

EUR 12,162.906

EUR90,859,610

EUR4,937,378.39

EUR1,858,229.31

EUR5,030,000

Il-Belġju

EUR 89,250,977

EUR 17,519,321

EUR 17,903,270

EUR124,673,568

EUR 6,878,531.95

EUR 2,745,441.37

Il-Bulgarija

EUR 10,006,777

EUR 40,366,130

EUR 32,002,293

EUR82,375,200

EUR 700,474.39

EUR 5,093,194.61

EUR4,150,000

Il-Kroazja

EUR 17,133,800

EUR 35,609,771

EUR 19,095,426

EUR71,838,997

EUR 1,199,366.00

EUR 3,829,363.79

Ċipru

EUR 32,308,677

EUR 34,507,030

EUR 8,117,257

EUR74,932,964

EUR2,261,607.39

EUR2,983,700.09

EUR940,000

Ir-Repubblika Ċeka

EUR 26,185,177

EUR 14,381,484

EUR 17,029,012

EUR57,595,673

EUR 1,937,962.39

EUR 2,252,914.72

Id-Danimarka

EUR 10,322,133

EUR10,322,133

EUR722,549.31

L-Estonja

EUR 10,156,577

EUR 21,781,752

EUR 13,480,269

EUR45,418,598

EUR406,263.08

EUR 2,468,341.47

Il-Finlandja

EUR 23,488,777

EUR 36,934,528

EUR 15,682,348

EUR76,105,653

EUR3,089,714.39

EUR 3,708,381.32

Franza

EUR 265,565,577

EUR 84,999,342

EUR 70,114,640

EUR420,679,559

EUR20,061,340.39

EUR12,401,478.74

EUR8,980,000

Il-Ġermanja

EUR 208,416,877

EUR 51,753,437

EUR 79,504,401

EUR339,674,715

EUR15,499,181.39

EUR 9,411,698.66

EUR 7,030,000

Talbiet oħra pendenti

Il-Greċja

EUR 259,348,877

EUR 166,814,388

EUR 20,489,650

EUR446,652,915

EUR 18,154,421.39

EUR 15,039,082.66

EUR 1,180,000

Talbiet oħra pendenti

EUR7,500,000

L-Ungerija

EUR 23,713,477

EUR 40,829,197

EUR 20,663,922

EUR85,206,596

EUR 1,687,943.39

EUR 4,304,518.33

EUR5,210,000

EUR1,490,000

L-Irlanda

EUR 19,519,077

EUR 9,243,080

EUR28,762,157

EUR 1,587,535.39

EUR 647,015.60

L-Italja

EUR 310,355,777

EUR 156,306,897

EUR 56,631,761

EUR523,294,435

EUR 22,074,904.39

EUR 17,142,206.06

EUR13,660,000

EUR5,460,000

Finanzjament fit-tul 2014-2020

L-Ewwel Pagamenti ta’ Finanzjament fit-Tul fl-2015

Finanzjament ta' Emerġenza

 

Allokazzjoni AMIF (Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni)

Allokazzjoni ISF-Fruntieri

Allokazzjoni ISF-Pulizija

Total Allokazzjonijiet AMIF u ISF

L-ewwel pagament ta’ prefinanzjament AMIF (Aħdar/Tipa grassa = Imħallas)

L-ewwel pagament ta’ prefinanzjament ISF (Aħdar/Tipa grassa = Imħallas)

Għajnuna ta’ emerġenza AMIF riċevuta u mitluba

Għajnuna ta’ emerġenza ISF Fruntieri riċevuta u mitluba

Il-Latvja

EUR 13,751,777

EUR 15,521,704

EUR 16,941,431

EUR46,214,912

EUR 962,624.39

EUR 2,303,919.45

Il-Litwanja

EUR 9,632,277

€178,704,873

EUR 16,120,656

EUR204,457,806

EUR674,259.39

EUR13,716,537.03

Il-Lussemburgu

EUR 7,160,577

EUR 5,400.129

EUR 2,102.689

EUR14,663,395

EUR 557,240.39

EUR 525,197.26

Malta

EUR 17,178,877

EUR 53,098.597

EUR 8,979.107

EUR79,256,581

EUR 1,202,521.39

EUR 5,227,439.28

In-Netherlands

EUR 94,419,077

EUR 30,609.543

EUR 31,540.510

EUR156,569,130

EUR 8,940,685.39

EUR 4,596,203.71

EUR2,150,000

Il-Polonja

EUR 63,410,477

EUR 49,113.133

EUR 39,294.220

EUR151,817,830

EUR 4,857,553.48

EUR 6,188,514.71

Il-Portugall

EUR 32,776,377

EUR 18,900.023

EUR 18,693.124

EUR70,369,524

EUR 2,369,946.39

EUR 2,705,442.04

Ir-Rumanija

EUR 21,915,877

EUR 61,151.568

EUR 37,150.105

EUR120,217,550

EUR 1,710,161.39

EUR 6,893,717.11

Is-Slovakkja

EUR 10,980,477

EUR 10,092.525

EUR 13,891.478

EUR34,964,480

EUR 915,353.39

EUR 1,678,880.21

Is-Slovenja

EUR 14,725,477

EUR 30,669.103

EUR 9,882.037

EUR55,276,617

EUR 1,030,783.39

EUR 2,883,032.60

Spanja

EUR 257,101,877

EUR 195,366.875

EUR 54,227.207

EUR506,695,959

EUR 18,179,131.39

EUR 18,348,545.74

L-Iżvezja

EUR 118,536,877

EUR 11,518,706

EUR 21,057.201

EUR151,112,784

EUR 10,790,281.39

EUR 2,280,313.49

Ir-Renju Unit

EUR 370,425,577

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

EUR370,425,577

EUR 27,483,790.39

Mhux applikabbli

L-AMMONT TOTALI

EUR 2,392,000,002

EUR 1,207,730,043

EUR 662,000,000

EUR 4,440,434,918

EUR 180,150,956.48

EUR 151,955,858.67

EUR 48,330,000

EUR 14,450,000.00


Brussell, 23.9.2015

COM(2015) 490 final

ANNESS

għal

KOMUNIKAZZJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Ġestjoni tal-kriżi tar-rifuġjati: miżuri operazzjonali, baġitarji u legali skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni


ANNESS V

Kontribuzzjonijiet ta' Stati Membri u l-Kummissjoni għall-Programm Dinji tal-Ikel

F’eluf ta’ EUR

31/12/2014

13/09/2015

Medja ta’ 5 snin

Varjanza 2014-2015 %

 

 

 

 

L-Awstrija

946

0

653

-100 %

Il-Belġju

20.436

9.253

19.223

-54,7 %

Il-Bulgarija

111

101

73

-9,3 %

Ċipru

8

4

4

-50 %

Il-Kroazja

0

0

6

0 %

Ir-Repubblika Ċeka

121

90

169

-25,6 %

Id-Danimarka

54.770

40.428

41.684

-26,2 %

L-Estonja

151

0

104

-100 %

Il-Finlandja

27.892

17.345

22.232

-37,8 %

Franza

18.392

14.164

20.588

-23 %

Il-Ġermanja

240.947

117.315

158.172

-51,3 %

Il-Greċja

30

0

51

-100 %

L-Ungerija

41

0

30

-100 %

L-Irlanda

17.069

13.869

16.766

-18,7 %

L-Italja

25.311

19.734

18.458

-22 %

Il-Latvja

0

0

4

0 %

Il-Litwanja

32

10

16

-69,5 %

Il-Lussemburgu

9.709

8.487

8.806

-12,6 %

Matla

0

0

0

0 %

In-Netherlands

70.969

75.099

61.637

+5,8 %

Il-Polonja

0

0

219

0 %

Il-Portugall

8

0

18

-100 %

Ir-Rumanija

0

0

6

0 %

Is-Slovakkja

12

0

10

-100 %

Is-Slovenja

33

28

48

-14,5 %

Spanja

6.174

3.653

14.790

-40,8 %

L-Iżvezja

74.770

3.775

60.800

-95 %

Ir-Renju Unit

327.453

230.733

231.297

-29,5 %

 

 

 

 

L-AMMONT TOTALI

895.386

554.087

675.863

-38,1 %

UE

297.340

157.190

238.933

-47,1 %

UE + l-Istati Membri

1.192.726

711.277

914.796

-40,4 %



(2014 u 2015, sa 13/09) [sors: website tad-WFP]


Brussell, 23.9.2015

COM(2015) 490 final

ANNESS

għal

KOMUNIKAZZJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Ġestjoni tal-kriżi tar-rifuġjati: miżuri operazzjonali, baġitarji u legali skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni


ANNESS VI

Il-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE (“Il-Fond Fiduċjarju Madad”) b’reazzjoni għall-Kriżi Sirjana

Fondi Fiduċjarji tal-UE speċjalizzati huma strumenti maħsuba biex jimmassimizzaw l-effiċjenza, il-koerenza l-viżibbiltà, il-flessibbiltà u l-veloċità tal-għoti tal-appoġġ/azzjoni tal-UE f’diversi strumenti finanzjarji u pajjiżi. Dawn il-konsiderazzjonijiet wasslu lil-leġiżlaturi tal-UE sabiex ibiddlu r-Regolament Finanzjarju tal-UE li issa jippermetti lill-Kummissjoni li toħloq u tamministra Fondi Fiduċjarji tal-UE. L-elementi prinċipali ta’ dan l-approċċ huma dawn li ġejjin:

Effiċjenza u koerenza: Filwaqt li fondi fiduċjarji diġà eżistenti oħrajn għandhom biss skala nazzjonali jew subnazzjonali, il-Fond Fiduċjarju tal-UE b’reazzjoni għall-kriżi Sirjana (“Il-Fond Fiduċjarju Madad”) huwa l-uniku strument ta’ finanzjament tal-UE li verament għandu ambitu reġjonali li jirrispondi għal kriżijiet reġjonali. Dan ikopri mhux biss is-Sirja iżda t-Turkija, il-Libanu, il-Ġordan, l-Iraq, l-Eġittu kif ukoll pajjiżi affetwati fil-Balkani tal-Punent. Dan jippermetti li l-appoġġ tal-UE ikun aktar iffukat u koerenti, filwaqt li jevita l-frammentazzjoni ineffiċjenti li spiss ixxekkel l-isforzi ta’ għajnuna internazzjonali.

Viżibilità Ewropea: Il-Fond Fiduċjarju tal-UE, li huwa miftuħ għal kontribuzzjonijiet minn Stati Membri u partijiet terzi, isaħħaħ konsiderevolment il-viżibbiltà tal-UE u l-Istati Membri, li ħafna drabi hija nieqsa fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet kbar tal-UE lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-Bank Dinji u lil Fondi Fiduċjarji oħra. Billi jtejjeb il-profil tal-Ewropa fi kriżi, il-Fond Fiduċjarju tal-UE jagħti aktar ingranaġġ politiku lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE fuq il-post. Huwa għodda importanti ta’ diplomazija pubblika (“reġistrazzjoni waħdanija”) lill-benefiċjarji u atturi oħra.

Koordinazzjoni: Il-Fond Fiduċjarju jiffaċilita bil-kbir l-impenn ta' oħrajn. Huwa jista’ jiġbor flimkien il-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE, l-Istati Membri u donaturi oħra, pubbliċi jew privati, biex b’hekk tiżdied il-qawwa finanzjarja fl-interess tal-benefiċjarji tiegħu. L-istruttura ta’ governanza tiegħu tirrifletti b’mod wiesa’ l-kontribuzzjonijiet magħmula. Donaturi bilaterali u oħra għandhom sehem fl-istabbiliment ta' prijoritajiet għall-fond fiduċjarju 1 .

Flessibbiltà: Il-Fond Fiduċjarju huwa taħlita ta' firxa wiesgħa ta’ modalitajiet ta’ finanzjament (għotja, appoġġ baġitarju, kooperazzjoni ddelegata, eċċ.) li jkunu adattati għal kull pajjiż u settur. Il-Fond Fiduċjarju jista’, fuq talba ta’ donaturi u soġġett għall-approvazzjoni tal-Bord tiegħu, jistabbilixxi opportunitajiet ta' finanzjament separati kif meħtieġ, li jippermettu, pereżempju, id-delimitazzjoni ġeografika tal-finanzjament (eż. it-Turkija, pajjiż tal-Balkani tal-Punent eċċ.). Barra minn hekk, minħabba li din il-kriżi mingħajr preċedent qed tkompli tevolvi, il-Bord tal-Fond Fiduċjarju jista' jċaqlaq il-fondi bejn u fost il-pajjiżi b’mod ħafna iktar mgħaġġel milli huwa l-każ fi strumenti tal-UE regolari "pprogrammati minn qabel".

Veloċità: Finalment, il-Fond Fiduċjarju tal-UE jiżgura kunsinna mgħaġġla bl-użu ta’ kuntrattar u żborżamenti rapidi, li jużaw id-dispożizzjonijiet ta’ sitwazzjoni ta’ kriżi tar-Regolament Finanzjarju tal-UE. Minflok proċeduri ta’ akkwist u sejħiet għall-proposti twal, l-isħab huma involuti direttament u jkunu qed jirrispondu permezz ta’ proġetti sostanzjali li jistgħu jiġu adottati mill-Bord f'kull ħin. L-ewwel programmi, adottati waqt il-laqgħa tal-Bord tad-29 ta’ Mejju 2015, huma kważi kollha kkuntrattati u diġà jinsabu għaddejjin. Is-sensiela ta’ proġetti, lesti għall-finanzjament, ladarba l-fondi jsiru disponibbli, tammonta għal madwar EUR 440 miljun.



SFOND:

Ħtiġijiet li għadhom ma ġewx koperti: 40% biss tal-appelli tan-NU dwar il-kriżi tar-rifuġjati Sirjani huma koperti wara 9 xhur. In-nuqqas ta’ finanzjament globali huwa madwar EUR 4 biljun għall-2015, li minnhom ir-reżiljenza, l-edukazzjoni u l-ħtiġijiet għall-għajxien fit-tul ,jirrappreżentaw EUR 1,5 biljun, filwaqt li l-bqija huma l-ħtiġijiet umanitarji fuq terminu ta' żmien qasir. L-UE u l-Istati Membri huma mistennija li jkopru nofs din id-differenza (skont is-sehem tagħna “tradizzjonali” għall-għajnuna globali).

Il-finanzjament attwali tal-Fond Fiduċjarju tal-UE: Sal-lum, l-UE għamlet kontribuzzjonijiet ta' bidu ta’ EUR 38 miljun, b’aktar rifornimenti ppjanati għal aktar tard tul l-2015 u lil hinn. L-Italja kkontribwiet EUR 3 miljun. Il-Ġermanja impenjat ruħha li tikkontribwixxi EUR 5 miljun. L-UE qed tħejji biex tikkontribwixxi EUR 100 miljun oħra sa tmiem l-2015. Dan se jirriżulta f’mobilizzazzjoni ta’ madwar EUR 150 miljun għall-Fond Fiduċjarju fl-ewwel sena biss. Iżda minħabba l-ħtiġijiet fuq il-post u sensiela impressjonanti ta’ proġetti b’valur li diġà jammonta għal EUR 440 miljun, ħafna aktar għadu meħtieġ.

Komplementarjetà ma' azzjonijiet oħra tal-UE: Fil-pajjiżi benefiċjarji, il-Fond Fiduċjarju tal-UE jiffoka fuq ħtiġijiet fit-tul ta' reżiljenza, edukazzjoni u għajxien (bħal impjiegi, tagħlim u infrastruttura bażika), mhux fuq għajnuna ta’ sokkors umanitarju immedjat (bħal ikel u ilma). Għajnuna umanitarja permezz tal-UNHCR, il-WFP, l-ICRC u l-NGOs tkompli tiġi ġestita mill-ECHO u ffinanzjata b’mod bilaterali, iżda b’koordinazzjoni mill-qrib bejn l-ECHO u l-Fond Fiduċjarju tal-UE.

L-attivitajiet tal-Fond Fiduċjarju huma kkoordinati mill-qrib ħafna ma’ programmi ta’ għajnuna oħra eżistenti u l-ġbir flimkien ta’ mekkaniżmi biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u l-kompetizzjoni għal finanzjament b’mod partikolari fir-rigward tal-Fond Fiduċjarju għall-Irkupru tas-Sirja bbażati f’Gaziantep (belt Torka 60 km minn Aleppo), il-Fond Fiduċjarju tal-Bank Dinji għal-Libanu, u l-Bank Dinji u mekkaniżmi tan-NU fil-Ġordan. Il-Fond Fiduċjarju jallinja wkoll id-deċiżjonijiet tiegħu mal-orjentazzjonijiet ipprovduti minn oqfsa multilaterali, pereżempju l-Pjan Reġjonali għar-Rifuġjati u r-Reżiljenza tan-NU u r-riżultati ta’ fora internazzjonali u konferenzi oħra (il-konferenzi tal-Kuwajt, tal-G7; eċċ.).

(1)

Id-deċiżjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet tal-UE jittieħdu skont ir-regoli tal-“komitoloġija” fl-istrumenti ta’ finanzjament rilevanti.


Brussell, 23.9.2015

COM(2015) 490 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

Il-ġestjoni tal-kriżi tar-rifuġjati: miżuri operazzjonali, baġitarji u legali immedjati skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni


Anness VII

L-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil

L-UE ilha taħdem mill-1999 biex toħloq Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) u ttejjeb il-qafas leġiżlattiv.

Ir-regoli tal-UE progressivament ġew imtejba u msaħħa, bl-għan li jiġu stabbiliti standards komuni għoljin u kooperazzjoni aktar b’saħħitha biex ikun żgurat li l-persuni li qed ifittxu l-ażil jiġu ttrattati b’mod ugwali f’sistema miftuħa u ġusta — kull fejn dawn japplikaw. Il-komponenti prinċipali ta’ din is-sistema huma dawn li ġejjin:

id-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil tarmonizza l-proċeduri ta’ ażil u timmira lejn deċiżjonijiet dwar l-ażil aktar ġusti, aktar rapidi u ta’ kwalità aħjar fid-deċiżjonijiet dwar dan;

Id-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta' Akkoljenza tiżgura li jkun hemm kondizzjonijiet ta' akkoljenza materjali li jixirqu lill-bnedmin (bħall-akkomodazzjoni) għall-persuni li qed ifittxu l-ażil madwar l-UE u li d-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati jiġu rispettati bis-sħiħ;

id-Direttiva dwar il-Kwalifika tispeċifika r-raġunijiet għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali;

ir-Regolament ta’ Dublin fih ir-regoli li jistabbilixxu l-Istat responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil;

ir-Regolament Eurodac jistabbilixxi s-sistema Eurodac sabiex jippermetti t-tqabbil tal-marki tas-swaba’ bl-għan li jagħti għajnuna fl-applikazzjoni tar-Regolament ta' Dublin.

Dawn ir-regoli huma kkumplimentati permezz ta’ leġiżlazzjoni dwar il-migrazzjoni legali u irregolari:

id-Direttiva dwar ir-Ritorn tipprevedi regoli komuni għar-ritorn u t-tneħħija ta’ migranti li jkunu qed jirrisjedu illegalment;

id-Direttiva dwar Residenza fit-Tul li tkopri l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ status ta’ residenti għal żmien twil lil ċittadini mhux tal-UE.

F’konformità mal-prinċipji ta’ solidarjetà u responsabbiltà, l-Istati Membri jridu jiggarantixxu l-istess livell ta’ protezzjoni lill-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali. Huma jridu japplikaw ukoll politika ta’ ritorn effettiva. Nuqqasijiet sistematiċi fi Stat Membru wieħed jew aktar ikollhom impatt fuq l-Unjoni kollha.

Il-Kummissjoni nediet 37 proċedura ta’ ksur kontra 19-il Stat Membru minħabba li naqsu milli jittrasponu fil-liġi nazzjonali, sa Lulju 2015, id-Direttivi l-ġodda tal-UE li jiffurmaw is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli bil-proċedimenti ta’ ksur kontra żewġ Stati Membri billi dawn naqsu milli jittrasponu d-Direttiva dwar il-Kwalifika. Din il-leġiżlazzjoni tifforma totalità koerenti, maħsuba biex tiggarantixxu implimentazzjoni ġusta u konsistenti tar-regoli dwar l-ażil fl-Istati Membri kollha.

Bl-istess mod, in-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni għandha effett korrużiv fuq l-effiċjenza ġenerali tas-sistema. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli bil-proċedimenti ta’ ksur kontra Stat Membru wieħed għal applikazzjoni ħażina tal-acquis dwar l-ażil.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni dan l-aħħar bagħtet talbiet ta’ informazzjoni lill-Istati Membri fi tmien każijiet u se tkompli ssegwi b’mod mgħaġġel u effettiv il-proċeduri ta’ ksur, fejn meħtieġ, sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa mal-acquis dwar l-ażil, mar-Regolament dwar it-teħid tal-marki tas-swaba u mad-Direttiva dwar ir-Ritorn.

 

Id-Direttiva 2013/32/UE dwar il-Proċeduri tal-Asil

Id-Direttiva 2013/33/UE dwar il-Kondizzjonijiet ta’ Akkoljenza

Id-Direttiva 2011/95/UE dwar il-Kwalifika

Ir-Regolament EURODAC EU/603/2013

Id-Direttiva 2008/115/KE dwar ir-Ritorn

 

Stadju ta' Proċess

Stadju ta' Proċess

Stadju ta' Proċess

Stadju ta' Proċess

Stadju ta' Proċess

L-Awstrija

 

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

 

 

Il-Belġju

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

 

 

Il-Bulgarija

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

OM mibgħuta għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

 

Ċipru

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

Ittra amministrattiva mingħuta biex titlob kjarifiki dwar l-applikazzjoni

 

Il-Kroazja

 

 

 

 

Ir-Repubblika Ċeka

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

 

Id-Danimarka

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

 

L-Estonja

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

 

Il-Finlandja

 

 

 

 

Franza

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

 

Il-Ġermanja

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

Ittra amministrattiva mibgħuta biex titlob kjarifiki dwar l-applikazzjoni

Ittra amministrattiva mibgħuta biex titlob kjarifiki dwar l-applikazzjoni

Il-Greċja

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

Ittra amministrattiva mibgħuta biex titlob kjarifiki dwar l-applikazzjoni

Ittra amministrattiva mibgħuta biex titlob kjarifiki dwar l-applikazzjoni

It-tieni ATM mibgħut għal applikazzjoni ħażina

 

L-Ungerija

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

Ittra amministrattiva mibgħuta biex titlob kjarifiki dwar l-applikazzjoni

 

L-Irlanda

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

 

Mhux applikabbli

L-Italja

Ittra amministrattiva mibgħuta biex titlob kjarifiki dwar l-applikazzjoni

Ittra amministrattiva mibgħuta biex titlob kjarifiki dwar l-applikazzjoni

Il-Latvja

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

 

Il-Litwanja

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

 

Il-Lussemburgu

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

 

Malta

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

 

In-Netherlands

 

 

 

 

Il-Polonja

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

 

Il-Portugall

 

 

 

 

Ir-Rumanija

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

 

Is-Slovakkja

 

 

 

 

Is-Slovenja

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

 

Spanja

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

OM mibgħuta għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

L-Iżvezja

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

ATM mibgħut għal nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

 

 

 

Ir-Renju Unit

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

 

Mhux applikabbli

40 Deċiżjoni ġdida

ATM = Avviż ta' Tqegħid fil-Mora

OM = Opinjoni Motivata