25.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/2


Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar il-ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2013 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/C.39678/39731 – Deutsche Bahn

Relatur: L-Italja

2014/C 86/02

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jikkondividi t-tħassib dwar il-kompetizzjoni indikat mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' deċiżjoni tagħha.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jikkondividi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fl-abbozz tad-Deċiżjoni tagħha.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċedimenti jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti minn Deutsche Bahn huma adatti, meħtieġa u proporzjonati.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-impenji offruti minn Deutsche Bahn, ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.