17.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/5


Avviż mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika tal-Italja skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

2014/C 13/06

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku rċieva applikazzjoni għal liċenzja għall-prospettar ta' idrokarburi, bl-isem ta' “BROLA” ippreżentata minn Enel Longanesi Developments Srl fir-rigward ta' żona fir-reġjun ta' Emilia-Romagna, speċifikament fil-provinċja ta' Bologna, delimitata mill-arki meridjani u paralleli li, imbagħad jgħaqqdu l-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom fi gradi:

Punt

Koordinati ġeografiċi

Lonġitudni tal-Punent imkejla mill-meridjan ta' Monte Mario

Latitudni N

a

– 0°56′

44°30′

b

– 0°48′

44°30′

c

– 0°48′

44°27′

d

– 0°43′

44°27′

e

– 0°43′

44°24′

f

– 0°57′

44°24′

g

– 0°57′

44°28′

h

– 0°56′

44°28′

Il-koordinati t'hawn fuq ġew immarkati skont il-mappa tal-Italja prodotta mill-Istitut Ġeografiku Militari (Istituto Geografico Militare, IGM) fuq skala ta' 1:100 000 – fil-kwadru tal-mappa Nru 88.

Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-fruntieri, l-erja tas-superfiċje hija 164,20 km2.

Skont id-Direttiva msemmija hawn fuq, l-Artikolu 4 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996, id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta' Marzu 2011, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku jrid jippubblika avviż biex jippermetti lil persuni interessati oħra li jippreżentaw applikazzjonijiet għal liċenzji għall-prospettar ta' idrokarburi għall-istess żona deskritta hawn fuq.

L-awtorità kompetenti għall-għoti tal-liċenzja rilevanti hija d-Diviżjoni VI tad-Direttorat Ġenerali għar-Riżorsi Minerali u tal-Enerġija tad-Dipartiment tal-Enerġija fil-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku.

Ir-regoli għall-għoti tal-liċenzja minerarja huma stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Il-Liġi Nru 613 tal-21 ta' Lulju 1967; Il-Liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991; Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; Id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta' Marzu 2011.

Il-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet huwa tliet xhur wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu mhumiex se jiġu kkunsidrati.

L-applikazzjonijiet iridu jiġu ppreżentati f'dan l-indirizz:

Ministero dello sviluppo economico

Dipartimento per l’energia

Direzione generale delle risorse minerarie ed energetiche

Divisione VI

Via Molise 2

00187 Roma RM

ITALIA

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati wkoll permezz ta' email iċċertifikata (CEM) fuq l-indirizz li ġej: ene.rme.div6@pec.sviluppoeconomico.gov.it; id-dokumenti meħtieġa għandhom jiġu ppreżentati f'format elettroniku flimkien mal-firma diġitali ta' rappreżentant legali tal-applikant.

Skont il-Punt 2 tal-Anness A tad-Digriet Prim Ministerjali tal-Ministri Nru 22 tat-22 ta' Diċembru 2010, it-tul ta' żmien globali tal-proċedura għall-għoti tal-liċenzji għall-prospettar ma jridx jaqbeż il-180 ġurnata.