7.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/13


Avviż dwar ir-regoli ta’ oriġini applikabbli u s-sospensjoni temporanja fir-rigward tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra

2014/C 352/06

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Fiġi nnotifikaw it-tkomplija tal-proċeduri meħtieġa tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra skont l-Artikolu 76(2) ta’ dak il-Ftehim (1).

Konsegwentement il-Ftehim japplika provviżorjament mit-28 ta’ Lulju 2014 bejn l-Unjoni Ewopea u r-Repubblika ta’ Fiġi. Minn din id-data, b’konfromità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 (2), il-Protokoll I tal-Ftehim dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti li joriġinaw” jieħu post id-dispożizzjonijiet fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

Mill-istess data, b’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007, il-proċeduri ta’ sospensjoni temporanja stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 4 tal-Artikolu 5 tar-Regolament jiġu sostitwiti b’dawk fl-Artikolu 17 tal-Ftehim.


(1)  ĠU L 272, 16.10.2009, p. 2.

(2)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.