3.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/2


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati u tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 li jissupplimenta d-Direttiva Nru 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-post, ħiters ikkombinati, pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari

(2014/C 207/02)

1.   Il-pubblikazzjoni ta' titli u referenzi tal-metodi tranżizzjonali tal-kejl u tal-kalkolu (1) għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 813/2013, u b'mod partikolari l-Annessi III u IV tiegħu, u għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 811/2013, u b'mod partikolari l-Annessi VII u VIII tiegħu.

2.   Il-parametri indikati fil-korsiv huma ddeterminati fir-Regolament (UE) Nru 813/2013 u fir-Regolament (UE) Nru 811/2013.

3.   Referenzi

Parametru

Organizzazzjoni

Referenza/Titlu

Noti

Ħiters tal-post b’bojler u ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdmu bi fjuwil gassuż

η, P, tipi ta' disinn, P stby, Pign

CEN

EN 15502-1:2012 Bojlers tat-tisħin li jaħdmu bil-gass - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u testijiet;

EN 15502-1:2012 għandu jissostitwixxi EN 297, EN 483, EN 677, EN 656, EN 13836, EN 15420.

Il-potenza termika utli b'potenza termika nominali P4 u l-effiċjenza utli b'potenza termika nominali η4 f'temperatura 80/60 °C

CEN

§ 3.1.6 Potenza nominali (definizzjoni, simbolu Pn);

§ 3.1.5.7 Effiċjenza utli (definizzjoni, simbolu ηu);

§ 9.2.2 (test);

Il-valuri kollha ta' effiċjenza huma espressi bħala l-valur kalorifiku gross GCV.

Tipi ta' disinn, definizzjonijiet

CEN

§ 3.1.10. Tipi ta' disinn ta' bojlers b'definizzjoni ta' “bojler ikkombinat”; “bojler ta' temperatura baxxa” u “bojler tal-kondensazzjoni”.

§ 8.15. Formazzjoni ta' konsendat (rekwżiti u test);

 

Il-potenza termika utli bi 30 % tal-potenza termika nominali P1 u effiċjenza utli bi 30 % tal-potenza termika nominali η1 f'kundizzjonijiet ta' potenza termika parzjali u temperatura baxxa

CEN

§ 3.1.5.7. Effiċjenza utli (definizzjoni, simbolu ηu);

§ 9.3.2. Effiċjenza utli b'tagħbija parzjali, Testijiet;

1)

it-testijiet jitwettqu bi 30 % tal-potenza termika nominali, mhux bil-potenza termali minima kostanti;

2)

it-temperaturi ta’ ritorn tat-test huma 30 °C (bojler tal-kondensazzjoni), 37 °C (bojler ta' temperatura baxxa) jew 50 °C (bojler standard).

Skont prEN 15502-1:2013

η4 hija l-enerġija utli bil-potenza termika nominali, jew għall-bojlers b'potenza aġġustabbli, bil-medja aritmetika tal-potenza termika massima u l-potenza termika minima

η1 hija l-enerġija utli bi 30 % tal-potenza termika nominali, jew għall-bojlers b'potenza aġġustabbli, bi 30 % tal-medja aritmetika tal-potenza termika massima u l-potenza termika minima

Telf ta’ sħana fil-modalità stennija P stby

CEN

§ 9.3.2.3.1.3 Telf fil-modalità stennija (test);

 

Konsum tal-enerġija tal-berner tat-tqabbid P ign

CEN

§ 9.3.2 Tabella 6 u 7: Q3 = berner tat-tqabbid permanenti.

Applikabbli għall-berners tat-tqabbid li jaħdmu bil-modalità burner prinċipali mitfi.

Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu NOX

CEN

EN 15502-1:2012 .

§ 8.13. NOX (klassifikazzjoni, metodi ta' ttestjar u kalkolu)

Il-valuri tal-emissjonijiet ta' NOX huma espressi bħala l-valur kalorifiku gross GCV.

Ħiters tal-post b’bojler u ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdmu bi fjuwil likwidu

Il-kundizzjonijiet ġenerali tat-test

 

EN 304:1992; A1:1998; A2:2003; Bojlers tat-tisħin - kodiċi tat-testijiet għall-bojlers tat-tisħin b'berners taż-żejt bl-atomizzazzjoni;

Taqsima 5 (‘Testijiet’).

 

Telf ta’ sħana fil-modalità stennija P stby

CEN

EN 304 bħal hawn fuq;

§ 5.7 Determinazzjoni tat-telf fil-modalità stennija.

P stby =q × (P4/η4), fejn ‘q’ hija kif definita f'EN 304.

It-test deskritt f'EN304 għandu jitwettaq bi Δ30K

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiva η son bir-riżultati tat-test għall-potenza utli P

CEN

Għall-bojlers tal-kondensazzjoni:

EN 15034:2006. Bojlers tat-tisħin - Bojlers tal-kondensazzjoni b'berners li jaħdmu biż-żejt tal-fjuwil; § 5.6 Effiċjenza utli.

EN 15034:2006 jirreferi għall-bojlers tal-kondensazzjoni li jaħdmu biż-żejt.

 

 

Għall-bojlers standard u bojlers ta' temperatura baxxa:

EN 304:1992; A1:1998; A2:2003; Bojlers tat-tisħin - kodiċi tat-testijiet għall-bojlers tat-tisħin b'berners taż-żejt bl-atomizzazzjoni;

Taqsima 5 (‘Testijiet’).

Għall-bojlers b'berner b'kurrent ta' arja sfurzat, taqsimiet simili japplikaw f'EN 303-1, EN 303-2 u EN 303-4. Għall-berners atmosferiċi, mingħajr arja sfurzata, japplika EN 1:1998

Il-kundizzjonijiet tat-test (is-settings tal-potenza u tat-temperatura) għal η 1 u η 4 huma l-istess bħal dawk għall-bojlers li jaħdmu bil-gass deskritti hawn fuq.

Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu NOX

CEN

EN 267:2009+A1:2011

Berners awtomatiċi b'kurrent ta' arja sfurzat għall-fjuwils likwidi;

§ 4.8.5. Valuri limitu ta' emissjoni għal NOX u CO;

§ 5. Ittestjar. ANNESS B. Kejl u korrezzjonijiet tal-emissjonijiet.

Il-valuri tal-emissjonijiet ta' NOX huma espressi bħala l-valur kalorifiku gross GCV.

Kontenut ta' referenza tan-nitroġenu fil-fjuwil ta' 140mg/kg għandu jiġi applikat. Meta jitkejjel kontenut ta' nitroġenu differenti, ħlief għaż-żejt tal-kerosen biss, għandha tintuża din l-ekwazzjoni korrettiva li ġejja:

Formula

NO X(EN 267) huwa l-valur ta' NOX ikkorreġut abbażi tal-kundizzjonijiet ta' referenza tan-nitroġenu taż-żejt tal-fjuwil ta' 140 mg/kg;

NOXref huwa l-valur imkejjel ta' NOX skont B.2;

Nmeas huwa l-valur tal-kontenut tan-nitroġenu fiż-żejt tal-fjuwil imkejjel f'mg/kg;

Nref = 140 mg/kg.

Sabiex jiġi ddeterminat li r-rekwiżiti ġew issodisfati, għandu jiġi applikat il-valur tal-NO X(EN 267).

Għall-ħiters tal-post b’bojler elettriku u għall-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post η s tal-ħiters tal-post b’bojler elettriku u tal-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku

Il-Kummissjoni Ewropea

Punt 4 ta' din il-Komunikazzjoni

Elementi addizzjonali għall-kejl u l-kalkoli relatati mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post b’bojler, tal-ħiters ikkombinati b’bojler u tal-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni.

Ħiters tal-post b’koġenerazzjoni

Il-potenza termika utli b'potenza termika nominali ta' ħiter tal-post b'koġenerazzjoni bil-ħiter supplimentari diżattivat PCHP100+Sup0 , il-potenza termika utli b'potenza termika nominali ta' ħiter tal-post b'koġenerazzjoni bil-ħiter supplimentari attivat PCHP100+Sup100 ,

L-effiċjenza utli b'potenza termika nominali ta' ħiter tal-post b'koġenerazzjoni bil-ħiter supplimentari diżattivat ηCHP100+Sup0 , L-effiċjenza utli b'potenza termika nominali ta' ħiter tal-post b'koġenerazzjoni bil-ħiter supplimentari attivat ηCHP100+Sup100 ,

L-effiċjenza elettrika b'potenza termika nominali ta' ħiter tal-post b'koġenerazzjoni bil-ħiter supplimentari diżattivat ηel,CHP100+Sup0 , L-effiċjenza elettrika b'potenza termika nominali ta' ħiter tal-post b'koġenerazzjoni bil-ħiter supplimentari attivat ηel,CHP100+Sup100

CEN

FprEN 50465:2013

Tagħmir li jaħdem bil-gass – Tagħmir ta' Sħana u Enerġija Kkombinati ta' potenza termika nominali ta' 70 kW jew inqas.

Potenza termika

6.3 Potenza termika u potenza termika u elettrika; 7.3.1 u 7.6.1;

Effiċjenzi:

7.6.1 Effiċjenza (Hi) u 7.6.2.1. Effiċjenza – effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post – konverżjoni għal effiċjenza kalorifika grossa.

PCHP100+Sup0 tikkorrispondi għal

QCHP_100+Sup_0 × ηth,CHP_100+Sup_0

'f'FprEN 50465:2013

PCHP100+Sup100 tikkorrispondi għal

QCHP_100+Sup_100 × ηth,CHP_100+Sup_100

'f'FprEN 50465:2013

ηCHP100+Sup0 tikkorrispondi għal ηHs,th,CHP_100+Sup_0

'f'FprEN 50465:2013

ηCHP100+Sup100 tikkorrispondi għal ηHs,th,CHP_100+Sup_100

'f'FprEN 50465:2013

ηel,CHP100+Sup0 tikkorrispondi għal ηHs,el,CHP_100+Sup_0

'f'FprEN 50465:2013

ηel,CHP100+Sup100 tikkorrispondi għal ηHs,el,CHP_100+Sup_100

'f'FprEN 50465:2013

FprEN 50465 hija r-referenza biss għall-kalkolu ta' PCHP100+Sup0, PCHP100+Sup100, ηCHP100+Sup0, ηCHP100+Sup100, ηel,CHP100+Sup0, ηel,CHP100+Sup100.

Għall-kalkolu ta' ηs u ηson ta' ħiters tal-post b'koġenerazzjoni għandha tintuża l-metodoloġija deskritta f'din il-Komunikazzjoni.

Pstby , Pign

CEN

FprEN 50465:2013

Tagħmir li jaħdem bil-gass – Tagħmir ta' Sħana u Enerġija Kkombinati ta' potenza termika nominali ta' 70 kW jew inqas.

 

Telf ta’ sħana fil-modalità stennija P stby

CEN

§ 7.6.4 Telf fil-modalità stennijas Pstby ;

 

Konsum tal-enerġija tal-berner tat-tqabbid P ign

CEN

§ 7.6.5 Potenza termika ta' berner tat-tqabbid permanenti. Qpilot

Pign tikkorrispondi għal Q pilot f'FprEN 50465:2013

Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu NOX

CEN

FprEN 50465:2013

§ 7.8.2 NOX (sustanzi li jniġġsu oħra)

Il-valuri tal-emissjonijiet ta' NOX għandhom jitkejlu f'mg/kWh ta' dħul ta' fjuwil u espressi bħala l-valur kalorifiku gross GCV. L-enerġija elettrika ġġenerata waqt it-test, m’għandhiex titqies fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta’ NOX.

Ħiters tal-post b’bojler, ħiters ikkombinati b’bojler u ħiters tal-post b’koġenerazzjoni

Il-konsum tal-elettriku awżiljarju b'tagħbija massima elmax, b'tagħbija parzjali elmin u fil-modalità stennija PSB

CEN

EN 15456:2008: Bojlers tat-tisħin - il-konsum tal-enerġija elettrika għat-tisħin.

EN 15502:2012 għall-bojlers tal-gass.

FprEN 50465:2013

Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni

§ 7.6.3 Konsum enerġetiku tal-elettriku awżiljarju għal ErP

Kejl mingħajr (pompa taċ-)ċirkolazzjoni.

elmax tikkorrispondi għal Pelmax f'FprEN 50465:2013

elmin tikkorrispondi għal Pelmin f'FprEN 50465:2013

Fid-determinazzjoni ta' elmax, elmin u PSB , għandha tiġi inkluża l-enerġija elettrika awżiljarja kkunsmata mill-ġeneratur tas-sħana primarja.

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss LWA

CEN

Għal-livell ta’ qawwa tal-ħoss, imkejjel fuq ġewwa:

EN 15036 - 1: Bojlers tat-tisħin - Ir-regolamenti tat-test għall-emissjonijiet ta' storbju trasmess bl-arja minn ġeneraturi tas-sħana - Parti 1: Emissjonijiet ta' storbju trasmess bl-arja minn ġeneraturi tas-sħana.

Għall-akustika, EN 15036 - 1 jirreferi għal SO 3743-1 Akustika - Determinazzjoni tal-livelli ta' qawwa tal-ħoss ta' sorsi ta' storbju – Metodi tal-inġinerija għal sorsi żgħar u mobbli f'erjas riverberanti - Parti 1: Metodu ta' paragun għal kompartimenti tat-test bi ġnub iebsa, kif ukoll metodi permissibbli oħra, kull wieħed bil-preċiżjoni individwali tiegħu.

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post η s tal-ħiters tal-post b’bojler, tal-ħiters ikkombinati b’bojler u tal-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea

Punt 4 ta' din il-Komunikazzjoni.

Elementi addizzjonali għall-kejl u l-kalkoli relatati mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post b’bojler, tal-ħiters ikkombinati b’bojler u tal-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni.

Ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana

Metodi tal-ittestjar, pompi tas-sħana b'kompressjoni tal-fwar imħaddma bl-elettriku

CEN

EN 14825:2013

Kundizzjonaturi tal-arja, pakketti tat-tkessiħ b’likwidu u pompi tas-sħana, b’kompressuri tal-elettriku, għat-tisħin u t-tkessiħ tal-post – Ittestjar u klassifikazzjoni f'kundizzjonijiet ta’ tagħbija parzjali u kalkolu tal-prestazzjoni staġonali;

Taqsima 8: Il-metodi tat-test għall-kapaċità tal-ittestjar, u għall-valuri tal-EERbin(Tj) u tal-COPbin(Tj) fil-modalità attiva b'kundizzjonijiet ta' tagħbija parzjali

Taqsima 9: Il-metodi tat-test għall-konsum tal-elettriku fil-modalità termostat mitfi, fil-modalità stennija u fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank

 

Il-metodi tal-ittestjar, pompi tas-sħana b'kompressjoni tal-fwar imħaddma bi fjuwil likwidu jew gassuż

CEN

EN 14825:2013

Kundizzjonaturi tal-arja, pakketti tat-tkessiħ b’likwidu u pompi tas-sħana, b’kompressuri tal-elettriku, għat-tisħin u t-tkessiħ tal-post – Ittestjar u klassifikazzjoni f'kundizzjonijiet ta’ tagħbija parzjali u kalkolu tal-prestazzjoni staġonali;

Taqsima 8: Il-metodi tat-test għall-kapaċità tal-ittestjar, u għall-valuri tal-EERbin(Tj) u tal-COPbin(Tj) fil-modalità attiva b'kundizzjonijiet ta' tagħbija parzjali;

Taqsima 9: Il-metodi tat-test għall-konsum tal-elettriku fil-modalità termostat mitfi, fil-modalità stennija u fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank.

Sakemm jiġi ppubblikat Standard Ewropew ġdid. Qiegħed jiġi elaborat dokument ta' ħidma mill-grupp ta' esperti CEN/TC299 WG3

Il-metodi tal-ittestjar, ta' pompi tas-sħana bis-sorbiment li jaħdmu bi fjuwil likwidu jew gassuż

CEN

prEN 12309-4:2013

Tagħmir bis-sorbiment li jaħdem bil-gass u li jintuża għal tisħin u/jew tkessiħ b’potenza termika netta li ma taqbiżx is-70kW – Metodi tat-test

 

Pompi tas-sħana b'kompressjoni tal-fwar imħaddma bl-elettriku jew bi fjuwil likwidu jew gassuż.

Kundizzjonijiet ta’ ttestjar għal unitajiet arja-ilma, salmura-ilma u ilma-ilma għal applikazzjoni f'temperatura medja, għal kundizzjonijiet klimatiċi medji, isħan u iksaħ għall-kalkolu tal-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni SCOP għal pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku u tal-proporzjon staġonali tal-enerġija primarja SPER għal pompi tas-sħana li jaħdmu bi fjuwil likwidu jew gassuż.

CEN

EN 14825:2013

Taqsima 5.4.4, Tabelli 18,19 u 20 (arja-ilma);

Taqsima 5.5.4, Tabelli 30,31 u 32 (salmura-ilma, ilma-ilma);

Meta t-temperaturi tal-ħruġ stipulati fil-kolonna “ħruġ varjabbli” jkollhom jiġu applikati għal pompi tas-sħana li jikkontrollaw it-temperatura tal-ħruġ (fluss) tal-ilma skont id-domanda għat-tisħin. Għal pompi tas-sħana li ma jikkontrollawx it-temperatura tal-ħruġ (fluss) tal-ilma skont id-domanda għat-tisħin, iżda jkollhom temperatura tal-ħruġ fissa, it-temperatura tal-ħruġ għandha tiġi ssettjata skont il-“ħruġ fiss”.

Għal pompi tas-sħana imħaddma bi fjuwil likwidu jew gassuż japplika EN 14825:2013, sakemm jiġi ppubblikat Standard Ewropew ġdid.

Temperatura medja tikkorrispondi għal temperatura għolja f'EN 14825:2013.

It-testijiet jitwettqu skont EN 14825:2013, Taqsima 8:

Għal unitajiet ta' kapaċità fissa, it-testijiet jiġu applikati kif indikat f'EN 14825:2013, Taqsima 8.4. Jew jintużaw it-temperaturi tal-ħruġ waqt it-test sabiex jinkisbu t-temperaturi medji tal-ħruġ li jikkorrispondu għall-punti tad-dikjarazzjoni f'EN 14825:2013 JEW din id-dejta għandha tinkiseb permezz ta' interpolazzjoni / estrapolazzjoni lineari mill-punti ta' ttestjar f'EN 14511-2:2013, ikkumplimentat b'ittestjar f'temperaturi tal-ħruġ differenti fejn ikun meħtieġ.

Għal unitajiet b'kapaċità varjabbli, jiġi applikat EN 14825:2013, Taqsima 8.5.2. Jew il-kundizzjonijiet tat-test ikunu l-istess bħal dawk għall-punti tad-dikjarazzjoni speċifikati f'dak l-istandard JEW it-testijiet jistgħu jitwettqu f'temperaturi tal-ħruġ differenti u b'kundizzjonijiet ta' tagħbija parzjali u r-riżultati jiġu interpolati u estrapolati b'mod lineari sabiex tiġi ddeterminata d-dejta għall-punti tad-dikjarazzjoni f'EN 14825:2013.

Apparti mill-kundizzjonijiet tat-test A sa F, “f'każ li t-TOL tkun inqas minn – 20 °C, għandu jittieħed punt ta' kalkolu addizzjonali mill-kapaċità u l-COP f'kundizzjonijiet ta' – 15 °C” (cit. EN 14825:2013 § 7.4). Għall-finijiet ta' din il-komunikazzjoni, dan il-punt jissejjaħ “G”.

Pompi tas-sħana bis-sorbiment li jaħdmu bi fjuwil likwidu jew gassuż

Kundizzjonijiet tat-test għal unitajiet arja-ilma, salmura-ilma u ilma-ilma, għal applikazzjoni f'temperatura medja, għal kundizzjonijiet klimatiċi medji, isħan u iksaħ għall-kalkolu tal-proporzjon staġonali tal-enerġija primarja SPER

CEN

prEN 12309-3:2012

Tagħmir bis-sorbiment li jaħdem bil-gass u li jintuża għal tisħin u/jew tkessiħ b’potenza termika netta li ma taqbiżx is-70kW – Parti 3: Kundizzjonijiet tat-test.

Taqsima 4.2 Tabelli 5 u 6.

Temperatura medja tikkorrispondi għal temperatura għolja f'prEN 12309-3:3012

Pompi tas-sħana b'kompressjoni tal-fwar imħaddma bl-elettriku jew bi fjuwil likwidu jew gassuż.

Kundizzjonijiet ta’ ttestjar għal unitajiet arja-ilma, salmura-ilma u ilma-ilma għal applikazzjoni f'temperatura baxxa, għal kundizzjonijiet klimatiċi medji, isħan u iksaħ għall-kalkolu tal-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni SCOP għal pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku u tal-proporzjon staġonali tal-enerġija primarja SPER għal pompi tas-sħana li jaħdmu bi fjuwil likwidu jew gassuż.

CEN

EN 14825:2013;

Taqsima 5.4.2, Tabelli 11,12 u 13 (arja-ilma);

Taqsima 5.5.2, Tabelli 24,25 u 26 (salmura-ilma, ilma-ilma);

Meta t-temperaturi tal-ħruġ stipulati fil-kolonna “ħruġ varjabbli” jkollhom jiġu applikati għal pompi tas-sħana li jikkontrollaw it-temperatura tal-ħruġ (fluss) tal-ilma skont id-domanda għat-tisħin. Għal pompi tas-sħana li ma jikkontrollawx it-temperatura tal-ħruġ (fluss) tal-ilma skont id-domanda għat-tisħin, iżda jkollhom temperatura tal-ħruġ fissa, it-temperatura tal-ħruġ għandha tiġi ssettjata skont il-“ħruġ fiss”.

L-istess noti bħal dawk għal kundizzjonijiet klimatiċi medji u applikazzjoni f'temperatura medja, ħlief li “Temperatura medja tikkorrispondi għal temperatura għolja f'EN 14825:2013”.

Pompi tas-sħana bis-sorbiment li jaħdmu bi fjuwil likwidu jew gassuż

Kundizzjonijiet tat-test għal unitajiet arja-ilma, salmura-ilma u ilma-ilma, għal applikazzjoni f'temperatura baxxa, għal kundizzjonijiet klimatiċi medji, isħan u iksaħ għall-kalkolu tal-proporzjon staġonali tal-enerġija primarja SPER

CEN

prEN 12309-3:2012

Tagħmir bis-sorbiment li jaħdem bil-gass u li jintuża għal tisħin u/jew tkessiħ b’potenza termika netta li ma taqbiżx is-70kW – Parti 3: Kundizzjonijiet tat-test.

Taqsima 4.2 Tabelli 5 u 6.

 

Pompa tas-sħana b'kompressjoni tal-fwar imħaddma bl-elettriku

Kalkolu tal-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni SCOP

CEN

EN 14825:2013

Kundizzjonaturi tal-arja, pakketti tat-tkessiħ b’likwidu u pompi tas-sħana, b’kompressuri tal-elettriku, għat-tisħin u t-tkessiħ tal-post – Ittestjar u klassifikazzjoni f'kundizzjonijiet ta’ tagħbija parzjali u kalkolu tal-prestazzjoni staġonali;

Taqsima 7: Metodi ta' kalkolu għal SCOP ta' referenza, SCOPon ta' referenza u SCOPnet.

 

Pompa tas-sħana b'kompressjoni tal-fwar imħaddma bi fjuwil likwidu jew gassuż.

Kalkolu tal-proporzjon staġonali tal-enerġija primarja SPER

CEN

Standards Ewropej ġodda qed jiġu żviluppati

Il-formuli ta' SPER għandhom jiġu stabbiliti b'analoġija mal-formuli ta' SCOP għall-pompi tas-sħana b'kompressjoni tal-fwar imħaddma bl-elettriku: COP, SCOPnet , SCOPon u SCOP għandhom jiġu sostitwiti bi GUEGCV , PER, SPERnet , SPERon u SPER.

Pompi tas-sħana bis-sorbiment li jaħdmu bi fjuwil likwidu jew gassuż

Kalkolu tal-proporzjon staġonali tal-enerġija primarja SPER

CEN

prEN12309-6:2012

Tagħmir bis-sorbiment li jaħdem bil-gass u li jintuża għal tisħin u/jew tkessiħ b’potenza termika netta li ma taqbiżx is-70kW – Parti 6: Kalkolu tal-prestazzjonijiet staġonali

SPER tikkorrispondi għal SPERh f'prEN12309-6:2012

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ηs tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana

Il-Kummissjoni Ewropea

Punt 5 ta' din il-Komunikazzjoni

Elementi addizzjonali għall-kalkoli relatati mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana.

Pompi tas-sħana b'kompressjoni tal-fwar imħaddma bi fjuwil likwidu jew gassuż,

Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu NOX

CEN

Standard Ewropew ġdid qed jiġi żviluppat mill-grupp ta' esperti CEN/TC299 WG3

Għal unitajiet b'kapaċità varjabbli biss, NOX l-emissjonijiet għandhom jitkejlu bil-kundizzjonijiet tal-klassifikazzjoni standard kif definiti fit-Tabella 3 tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 813/2013, fejn jintuża l-“rpm ekwivalenti tal-magna (Erpmequivalent)”.

Erpmequivalent għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Erpmequivalent = X1 × Fp1 + X2 × Fp2 + X3 × Fp3 + X4 × Fp4

XI= rpm tal-magna b'70 %, 60 %, 40 %, 20 % tal-potenza termika nominali, rispettivament.

X1, X2, X3, X4 = rpm tal-magna b'70 %, 60 %, 40 %, 20 % tal-potenza termika nominali, rispettivament.

Fpi = fatturi ta' ponderazzjoni kif definiti f'EN 15502-1:2012, Taqsima 8.13.2.2

Jekk XI tkun inqas mill-rpm minimu tal-magna (Emin) tat-tagħmir, XI = Xmin

Pompi tas-sħana bis-sorbiment li jaħdmu bi fjuwil likwidu jew gassuż

Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu NOX

CEN

Standard Ewropew ġdid qed jiġi żviluppat mill-grupp ta' esperti CEN/TC299 WG2

prEN 12309-2:2013

Taqsima 7.3.13 “Kejl ta' NOX

Il-valuri tal-emissjonijiet ta' NOX għandhom jitkejlu f'mg/kWh ta' dħul ta' fjuwil u espressi bħala l-valur kalorifiku gross GCV.

Ma għandu jintuża ebda metodu alternattiv biex jesprimi l-emissjonijiet ta' NOX f’mg/kWh.

Livell ta' qawwa tal-ħoss (LWA ) tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana

CEN

Għal-livell ta’ qawwa tal-ħoss, imkejjel fuq ġewwa u mkejjel fuq barra:

EN 12102:2013 Kundizzjonaturi tal-arja, pakketti tat-tkessiħ b’likwidu, pompi tas-sħana u deumidifikaturi tal-arja b’kompressuri tal-elettriku għat-tisħin u t-tkessiħ tal-post - Kejl ta' storbju trasmess bl-arja - Determinazzjoni tal-livell ta' qawwa tal-ħoss

Għandu jintuża wkoll għall-pompi tas-sħana bis-sorbiment li jaħdmu bi fjuwil likwidu jew gassuż

Regolaturi tat-temperatura

Definizzjoni tal-klassijiet tar-regolaturi tat-temperatura, kontribut tar-regolaturi tat-temperatura għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ηs ta' pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari jew ta' pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari

Il-Kummissjoni Ewropea

Punt 6 ta' din il-Komunikazzjoni

Elementi addizzjonali għall-kalkoli relatati mal-kontribut tar-regolaturi tat-temperatura għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari jew ta' pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari.

Ħiters ikkombinati

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ηwh ta' ħiters tal-ilma kkombinati, Qelec u Qfuel

Il-Kummissjoni Ewropea

Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 814/2013, Anness IV § 3.a

Komunikazzjoni 2014/C 207/03 [għandha tiddaħħal referenza wara l-pubblikazzjoni fil-ĠUUE] fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 814/2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun, u tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari.

Għall-kejl u l-kalkolu ta' Qfuel u Qelec irreferi għall-Komunikazzjoni 2014/C 207/03 għall-istess tip ta' ħiter tal-ilma u sors(i) tal-enerġija

4.   Elementi addizzjonali għall-kejl u l-kalkoli relatati mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post b’bojler, tal-ħiters ikkombinati b’bojler u tal-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni

4.1.   Punti ta' ttestjar

ħiters tal-post b’bojler u ħiters ikkombinati b’bojler: jitkejlu l-valuri tal-effiċjenza utli η4 , η1 u l-valuri tal-potenza termika utli P4 , P1 ;

ħiters tal-post b’koġenerazzjoni:

ħiters tal-post b’koġenerazzjoni mhux mgħammra b'ħiters supplimentari: jitkejjel il-valur tal-effiċjenza utli ηCHP100+Sup0 , il-valur tal-potenza termika utli PCHP100+Sup0 u l-valur tal-effiċjenza elettrika ηel,CHP100+Sup0 ;

ħiters tal-post b’koġenerazzjoni mgħammra b'ħiters supplimentari: jitkejlu l-valuri tal-effiċjenza utli ηCHP100+Sup0 , ηCHP100+Sup100 , il-valuri tal-potenza termika utli P CHP100+Sup0, PCHP100+Sup100 u l-valuri tal-effiċjenza elettrika ηel,CHP100+Sup0 , ηel,CHP100+Sup100 .

4.2.   Kalkolu tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ηs hija definita bħala:

Formula

Fejn:

ηson hija l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiv, ikkalkolata skont il-punt 4.3 u espressa bħala %;

F(i) kuma korrezzjonijiet ikkalkolati skont il-punt 4.4 u espressi bħala %.

4.3.   Kalkolu tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiv

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post f'modalità attiva, ηson , hija kkalkolata kif ġej:

(a)

għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil:

ηson = 0,85 × η1 + 0,15 × η4

(b)

għall-ħiters tal-post b’bojler elettriku u għall-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku:

ηson = η4

Fejn:

η4 = P4 / (EC × CC), fejn

EC = il-konsum tal-elettriku għall-produzzjoni ta' enerġija termika utli P4

(c)

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li mhux mgħammra b’ħiters supplimentari:

ηson = ηCHP100+Sup0

(d)

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni mgħammra b’ħiters supplimentari:

ηson = 0,85 × ηCHP100+Sup0 + 0,15 × ηCHP100+Sup100

4.4.   Kalkolu ta' F(i)

(a)

Il-korrezzjoni F(1) tagħmel tajjeb għal kontribut negattiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post dovut għall-kontributi aġġustati ta' regolaturi tat-temperatura għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari jew ta' pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari, kif stipulat fil-punt 6.2. Għall-ħiters tal-post b’bojler, ħiters ikkombinati b’bojler u ħiters tal-post b'koġenerazzjoni, il-korrezzjoni hija F(1) = 3 %.

(b)

Il-korrezzjoni F(2) huwa fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post dovut għall-konsum tal-elettriku awżiljarju, espress bħala %, u huwa mogħti kif ġej:

għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil:

F(2) = 2,5 × (0,15 × elmax + 0,85 × elmin + 1,3 × PSB ) / (0,15 × P4 + 0,85 × P1 )

għall-ħiters tal-post b’bojler elettriku u għall-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku:

F(2) = 1,3 × PSB / (P4 × CC)

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li mhux mgħammra b’ħiters supplimentari:

F(2) = 2,5 × (elmax + 1,3 × P SB) / PCHP100+Sup0

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni mgħammra b’ħiters supplimentari:

F(2) = 2,5 × (0,15 × elmax + 0,85 × elmin + 1,3 × PSB ) / (0,15 × PCHP100+Sup100 + 0,85 × PCHP100+Sup0 )

JEW jista' jiġi applikat valur prestabbilit kif stipulat f'EN 15316-4-1.

(c)

Il-korrezzjoni F(3) huwa fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post dovut għat-telf ta' sħana fil-modalità stennija, u huwa mogħti kif ġej:

għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil:

F(3) = 0,5 × Pstby / P4

għall-ħiters tal-post b’bojler elettriku u għall-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku:

F(3) = 0,5 × Pstby / (P4 × CC)

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li mhux mgħammra b’ħiters supplimentari:

F(3) = 0,5 × Pstby / PCHP100+Sup0

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni mgħammra b’ħiters supplimentari:

F(3) = 0,5 × Pstby / PCHP100+Sup100

JEW jista' jiġi applikat valur prestabbilit kif stipulat f'EN 15316-4-1.

(d)

Il-korrezzjoni F(4) huwa fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post dovut għall-konsum tal-elettriku mill-berner tat-tqabbid, u huwa mogħti kif ġej:

għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil:

F(4) = 1,3 × Pign / P4

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li mhux mgħammra b’ħiters supplimentari:

F(4) = 1,3 × Pign / PCHP100+Sup0

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni mgħammra b’ħiters supplimentari:

F(4) = 1,3 × Pign / PCHP100+Sup100

(e)

Għall-ħiters tal-post b'koġenerazzjoni, il-korrezzjoni F(5) huwa fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post dovut għall-effiċjenza elettrika, u huwa mogħti kif ġej:

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li mhux mgħammra b’ħiters supplimentari:

F(5) = - 2,5 × ηel,CHP100+Sup0

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni mgħammra b’ħiters supplimentari:

F(5) = - 2,5 × (0,85 × ηel,CHP100+Sup0 + 0,15 × ηel,CHP100+Sup100 )

5.   Elementi addizzjonali għall-kalkoli relatati mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana

5.1.   Kalkolu tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ηs hija definita bħala:

(a)

għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana imħaddma bl-elettriku:

ηs = (100/CC) × SCOP - ΣF(i)

(b)

għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana imħaddma bi fjuwils:

ηs = SPER - ΣF(i)

F(i) huma korrezzjonijiet ikkalkolati skont il-punt 5.2 u espressi bħala %. SCOP u SPER għandhom jiġu kkalkolati skont it-tabelli fil-punt 5.3, u jiġu espressi bħala %.

5.2.   Kalkolu ta' F(i)

(a)

Il-korrezzjoni F(1) tagħmel tajjeb għal kontribut negattiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post dovut għall-kontributi aġġustati ta' regolaturi tat-temperatura għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari jew ta' pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari, kif stipulat fil-punt 6.2. Għall-ħiters tal-post b'pompa tas-sħana u ħiters ikkombinati b'pompa tas-sħana, il-korrezzjoni hija F(1) = 3 %.

(b)

Il-korrezzjoni F(2) huwa fattur ta’ korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post dovut għall-konsum tal-elettriku minn pompa jew pompi tal-ilma ta' taħt l-art, espress bħala %. Għall-ħiters tal-post b'pompa tas-sħana u ħiters ikkombinati b'pompa tas-sħana ilma-/salmura-ilma, il-korrezzjoni hija F(2) = 5 %.

5.3   L-ammont ta' sigħat għall-kalkolu ta' SCOP u SPER

Għall-kalkolu ta' SCOP u SPER, għandu jintuża dan l-ammont ta' referenza ta' sigħat li l-unitajiet jaħdmu fil-modalità attiv, fil-modalità termostat mitfi, fil-modalità stennija, fil-modalità mitfi u fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank:

Tabella 1

Ammont ta' sigħat użati għat-tisħin biss

 

modalità mixgħul

modalità termostat mitfi;

modalità stennija;

modalità mitfi

modalità ħiter tal-kisi tal-krank

 

HHE

HTO

HSB

HOFF

HCK

Kundizzjonijiet klimatiċi medji (h/y)

2 066

178

0

3 672

3 850

Kundizzjonijiet klimatiċi isħan (h/y)

1 336

754

0

4 416

5 170

Kundizzjonijiet klimatiċi iksaħ (h/y)

2 465

106

0

2 208

2 314


Tabella 2

Ammont ta' sigħat użati għall-pompi tas-sħana riversibbli

 

modalità mixgħul

modalità termostat mitfi;

modalità stennija;

modalità mitfi

modalità ħiter tal-kisi tal-krank

 

HHE

HTO

HSB

HOFF

HCK

Kundizzjonijiet klimatiċi medji (h/y)

2 066

178

0

0

178

Kundizzjonijiet klimatiċi isħan (h/y)

1 336

754

0

0

754

Kundizzjonijiet klimatiċi iksaħ (h/y)

2 465

106

0

0

106

HHE , HTO , HSB , HCK , HOFF = L-ammont ta' sigħat li l-unità titqies li taħdem fil-modalità attiv, fil-modalità termostat mitfi, fil-modalità stennija, fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank u fil-modalità mitfi, rispettivament.

6.   Elementi addizzjonali għall-kalkoli relatati mal-kontribut tar-regolaturi tat-temperatura għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari jew ta' pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari

6.1.   Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013, u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

“ħiter modulanti” tfisser ħiter li jkollu l-kapaċità jvarja l-potenza output filwaqt li jibqa' jaħdem kontinwament;

Definizzjoni tal-klassijiet tar-regolaturi tat-temperatura

—   Klassi I - Termostat tal-Kamra Mixgħul/Mitfi: Termostat tal-kamra li jikkontrolla x-xgħil/t-tifi tal-ħiter. Parametri tal-prestazzjoni, inkluż id-divrenzjali tal-iswiċċjar u l-preċiżjoni tar-regolatur tat-temperatura tal-kamra jiġu ddeterminati mill-kostruzzjoni mekkanika tat-termostat.

—   Klassi II - Regolatur ta' kompensazzjoni għat-temp, li jintuża ma' ħiters modulanti: Regolatur tat-temperatura tal-fluss tal-ħiter li jvarja s-setting tat-temperatura tal-fluss tal-ilma fil-ħruġ tal-ħiter skont it-temperatura prevalenti ta' barra u l-kurva ta' kompensazzjoni għat-temp magħżula. Il-kontroll jinkiseb billi jiġi mmodulat l-output tal-ħiter.

—   Klassi III - Regolatur ta' kompensazzjoni għat-temp, li jintuża ma' ħiters b'output mixgħul/mitfi: Regolatur tat-temperatura tal-fluss tal-ħiter li jvarja s-setting tat-temperatura tal-fluss tal-ilma fil-ħruġ tal-ħiter skont it-temperatura prevalenti ta' barra u l-kurva ta' kompensazzjoni għat-temp magħżula. It-temperatura tal-fluss tal-ħiter tiġi varjata billi jiġi kkontrollat ix-xgħil/it-tifi tal-ħiter.

—   Klassi IV - Termostat tal-kamra TPI, li jintuża ma' ħiters b'output mixgħul/mitfi: Termostat tal-kamra elettroniku li jikkontrolla kemm ir-rata taċ-ċiklu tat-termostat kif ukoll il-proporzjoni mixgħul/mitfi waqt iċ-ċiklu tal-ħiter b'mod proporzjonali għat-temperatura tal-kamra. L-istrateġija ta' regolatur TPI tnaqqas it-temperatura medja tal-ilma, iżżid il-preċiżjoni tar-regolatur tat-temperatura tal-kamra u ttejjeb l-effiċjenza tas-sistema.

—   Klassi V - Termostat tal-kamra modulanti, li jintuża ma' ħiters modulanti: Termostat tal-kamra elettroniku li jvarja t-temperatura tal-fluss tal-ilma fil-ħruġ tal-ħiter skont id-devjazzjoni tat-temperatura mkejla tal-kamra mit-temperatura ssettjata mit-termostat għall-kamra. Il-kontroll jinkiseb billi jiġi mmodulat l-output tal-ħiter.

—   Klassi VI - Regolatur ta' kompensazzjoni għat-temp u senser tal-kamra, li jintuża ma' ħiters modulanti: Regolatur tat-temperatura tal-fluss tal-ħiter li jvarja t-temperatura tal-fluss tal-ilma fil-ħruġ tal-ħiter skont it-temperatura prevalenti ta' barra u l-kurva ta' kompensazzjoni għat-temp magħżula. Senser tat-temperatura tal-kamra jimmonitorja t-temperatura tal-kamra u jaġġusta l-ispostament parallel tal-kurva ta' kompensazzjoni biex iżid il-kumdità tal-kamra. Il-kontroll jinkiseb billi jiġi mmodulat l-output tal-ħiter.

—   Klassi VII - Regolatur ta' kompensazzjoni għat-temp u senser tal-kamra, li jintuża ma' ħiters b'output mixgħul/mitfi: Regolatur tat-temperatura tal-fluss tal-ħiter li jvarja t-temperatura tal-fluss tal-ilma fil-ħruġ tal-ħiter skont it-temperatura prevalenti ta' barra u l-kurva ta' kompensazzjoni għat-temp magħżula. Senser tat-temperatura tal-kamra jimmonitorja t-temperatura tal-kamra u jaġġusta l-ispostament parallel tal-kurva ta' kompensazzjoni biex iżid il-kumdità tal-kamra. It-temperatura tal-fluss tal-ħiter tiġi varjata billi jiġi kkontrollat ix-xgħil/it-tifi tal-ħiter.

—   Klassi VIII – Regolatur tat-temperatura tal-kamra multisensorjali, li jintuża ma' ħiters modulanti: Kontroll elettroniku, mgħammar bi 3 sensers jew aktar tal-kamra li jvarja t-temperatura tal-fluss tal-ilma fil-ħruġ tal-ħiter skont id-devjazzjoni tat-temperatura mkejla aggregata tal-kamra mit-temperaturi ssettjati mis-sensers għall-kamra. Il-kontroll jinkiseb billi jiġi mmodulat l-output tal-ħiter.

6.2.   Kontribut tar-regolaturi tat-temperatura għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ta' pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari jew ta' pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari

Numru tal-klassi

I

II

III

IV

V

VI

VII

VIII

Valur f'%

1

2

1,5

2

3

4

3,5

5

7.   Inputs ta' enerġija

Definizzjonijiet

“inċertezza tal-kejl (preċiżjoni)” hija l-preċiżjoni li biha strument jew sett ta' strumenti kapaċi jirrappreżenta valur attwali kif stabbilit minn strument ta' referenza kkalibrat bi preċiżjoni kbira;

“devjazzjoni permissibbli (medja tul il-perjodu tat-test)” hija d-differenza massima, fin-negattiv jew fil-pożittiv, permessa bejn il-valur medju (tul il-perjodu tat-test) ta' parametru mkejjel u l-valur issettjat;

“devjazzjonijiet permissibbli ta' valuri individwali mkejla mill-valuri medji” hija d-differenza massima, fin-negattiv jew fil-pożittiv, permessa bejn il-valur ta' parametru mkejjel u l-valur medju ta' dak il-parametru tul il-perjodu tat-test;

(a)   Elettriku u fjuwils fossili

Parametru mkejjel

Unità

Valur

Devjazzjoni permissibbli (medja tal-perjodu tat-test)

Inċertezza tal-kejl (preċiżjoni)

Elettriku

Potenza

W

 

 

± 2 %

Enerġija

kWh

 

 

± 2 %

Vultaġġ, perjodu tat-test > 48 h

V

230 / 400

± 4 %

± 0,5 %

Vultaġġ, perjodu tat-test < 48h

V

230 / 400

± 4 %

± 0,5 %

Vultaġġ, perjodu tat-test < 1 h

V

230 / 400

± 4 %

± 0,5 %

Kurrent Elettriku

A

 

 

± 0,5 %

Frekwenza

Hz

50

± 1 %

 

Gass

Tipi

Gassijiet tat-test EN 437

 

 

Valur kalorifiku nett (NCV) u

Valur kalorifiku gross (GCV)

MJ/m3

Gassijiet tat-test EN 437

 

± 1 %

Temperatura

K

288,15

 

± 0,5

Pressjoni

mbar

1 013,25

 

± 1 %

Densità

dm3/kg

 

 

± 0,5 %

Rata ta' fluss

m3/s jew l/min

 

 

± 1 %

Żejt

Żejt tal-gass għat-tisħin

Kompożizzjoni, Karbonju/ Idroġenu/ Kubrit

kg/kg

86/13,6/0,2 %

 

 

N-frazzjoni

mg/kg

140

± 70

 

Valur kalorifiku nett (NCV, Hi)

MJ/kg

42,689 (2)

 

 

Valur kalorifiku gross (GCV, Hs)

MJ/kg

45,55

 

 

Densità ρ15 f'temperatura ta' 15 °C

kg/dm3

0,85

 

 

Kerosen

kompożizzjoni, Karbonju/ Idroġenu/ Kubrit

kg/kg

85/14,1/0,4 %

 

 

Valur kalorifiku nett (NCV, Hi)

MJ/kg

43,3 (2)

 

 

Valur kalorifiku gross (GCV, Hs)

MJ/kg

46,2

 

 

densità ρ15 f'temperatura ta' 15 °C

kg/dm3

0,79

 

 

(b)   Enerġija solari għal testijiet tal-kolletturi solari

Parametru mkejjel

Unità

Valur

Devjazzjoni permissibbli (medja tal-perjodu tat-test)

Inċertezza tal-kejl (preċiżjoni)

Irradjanza solari tat-test (G globali, short wave)

W/m2

> 700 W/m2

± 50 W/m2 (test)

± 10 W/m2 (fuq ġewwa)

Irradjanza solari diffuża (frazzjoni ta' G totali)

%

< 30 %

 

 

Varjazzjoni ta' irradjanza termali (fuq ġewwa)

W/m2

 

 

± 10 W/m2

Temperatura tal-fluwidu fid-dħul/fil-ħruġ tal-kollettur

°C/ K

medda ta' 0-99 °C

± 0,1 K

± 0,1 K

Differenza fit-temperatura tal-fluwidu fid-dħul/fil-ħruġ tal-kollettur

 

 

 

± 0,05 K

Angolu tal-inċidenza (għall-perpendikulari)

°

< 20°

± 2 % (<20°)

 

Veloċità tal-arja parallela mal-kollettur

m/s

3 ± 1 m/s

 

0,5 m/s

Rata ta' fluss tal-fluwidu (għas-simulatur ukoll)

kg/s

0,02 kg/s kull m2 ta' erja ta’ apertura tal-kollettur

± 10 % bejn it-testijiet

 

Telf ta' sħana mill-pajp taċ-ċirkwit fit-test

W/K

<0,2 W/K

 

 

(c)   Enerġija termali ambjentali

Parametru mkejjel

Unità

Devjazzjoni permissibbli (medja tal-perjodu tat-test)

Devjazzjonijiet permissibbli (testijiet individwali)

Inċertezza tal-kejl (preċiżjoni)

Sors tas-sħana tas-salmura jew tal-ilma

Temperatura tad-dħul tas-salmura/tal-ilma

°C

± 0,2

± 0,5

± 0,1

Fluss volumetriku

m3/s jew l/min

± 2 %

± 5 %

± 2 %

Differenza fil-pressjoni statika

Pa

± 10 %

± 5 Pa/ 5 % (b)

Sors tas-sħana tal-arja

Temperatura tal-arja fuq barra (b’termometru niexef) Tj

°C

± 0,3

± 1

± 0,2

Temperatura tal-arja tal-gass tal-egżost

°C

± 0,3

± 1

± 0,2

Temperatura tal-arja fuq ġewwa

°C

± 0,3

± 1

± 0,2

Fluss volumetriku

dm3/s

± 5 %

± 10 %

± 5 %

Differenza fil-pressjoni statika

Pa

± 10 %

± 5 Pa/ 5 % (b)

(d)   Kundizzjonijiet tat-test u tolleranzi għar-riżultati

Parametru mkejjel

Unità

Valur

Devjazzjoni permissibbli (medja tal-perjodu tat-test)

Devjazzjonijiet permissibbli (testijiet individwali)

Inċertezza tal-kejl (preċiżjoni)

Ambjent

Temperatura ambjentali fuq ġewwa

°C jew K

20 °C

± 1 K

± 2 K

± 1 K

Veloċità tal-arja, pompa tas-sħana (bil-ħiter tal-ilma mitfi)

m/s

< 1,5 m/s

 

 

 

Veloċità tal-arja differenti

m/s

< 0,5 m/s

 

 

 

Ilma sanitarju

Temperatura tal-ilma kiesaħ solari

°C jew K

10 °C

± 1 K

± 2 K

± 0,2 K

Temperatura tal-ilma kiesaħ differenti

°C jew K

10 °C

± 1 K

± 2 K

± 0,2 K

Pressjoni tal-ilma kiesaħ, ħiters tal-ilma li jaħdmu bil-gass

bar

2 bar

 

± 0,1 bar

 

Pressjoni tal-ilma kiesaħ, differenti (għajr ħiters tal-ilma tal-elettriku istantanji)

bar

3 bar

 

 

± 5 %

Temperatura tal-ilma sħun, ħiters tal-ilma li jaħdmu bil-gass

°C jew K

 

 

 

± 0,5 K

Temperatura tal-ilma sħun, tal-elettriku istantanji

°C jew K

 

 

 

± 1 K

Temperatura tal-ilma (dħul/ħruġ) differenti

°C jew K

 

 

 

± 0,5 K

Rata ta' fluss volumetriku, ħiters tal-ilma b'pompa tas-sħana

dm3/s

 

± 5 %

± 10 %

± 2 %

Rata ta' fluss volumetriku, Ħiters tal-Ilma tal-Elettriku Istantanji

dm3/s

 

 

 

≥10 l/min: ± 1 %

< 10 l/min: ± 0,1 l/min

Rata ta' fluss volumetriku, ħiters tal-ilma differenti

dm3/s

 

 

 

± 1 %


(1)  L-intenzjoni hija li dawn il-metodi tranżizzjonali finalment jinbidlu bi standard(s) armonizzat(i). Fejn disponibbli, ir-referenza/i għall-istandard(s) armonizzat(i) għandha/hom tiġi/jiġu ppubblikata/i f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva Nru 2009/125/KE.

(2)  Valur prestabbilit, jekk il-valur ma jiġix determinat b'mod kalorimetriku. Alternattivament, jekk il-massa volumetrika u l-kontenut ta' kubrit ikunu magħrufin (eż. permezz ta' analiżi bażika), il-valur ta' tisħin nett (Hi) jista' jiġi determinat permezz ta':

Hi = 52,92 – (11,93 x ρ15) – (0,3 –S) in MJ/kg