52014PC0724

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 /* COM/2014/0724 final - 2014/0346 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.       IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew jeżiġu li l-miżuri tal-inflazzjoni fl-UE jkunu armonizzati sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari biex tiġi implimentata politika monetarja effettiva.

L-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur huma essenzjali biex jiġu vvalutati u jitkejlu l-affarijiet li ġejjin:

· il-konverġenza f’termini tal-istabbiltà tal-prezzijiet fl-UE; u

· ir-riżultati tal-politika monetarja taż-żona tal-euro f’termini tal-ilħiq tal-għan tal-istabbiltà tal-prezzijiet.

Il-miżuri armonizzati tal-inflazzjoni jintużaw ukoll biex tiġi vvalutata l-kompetittività nazzjonali bħala parti mill-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku tal-Kummissjoni.

Għal dawn l-għanijiet, l-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur iridu jkunu jistgħu jitqabblu għall-pajjiżi kollha u għall-kategoriji kollha tal-prodotti. Huma jridu jkunu ddettaljati biżżejjed u jkunu jistgħu jinħarġu fi żmien raġonevoli. Iċ-ċifri tal-inflazzjoni kkalkulati mill-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur għandhom jikkostitwixxu bażi oġġettiva u imparzjali għat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Barra minn hekk, indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur li jkunu jistgħu jitqabblu u li jkunu affidabbli, jikkostitwixxu, flimkien ma’ sorsi oħrajn, informazzjoni prezzjuża sabiex issir deflazzjoni ta’ valuri ekonomiċi bħas-salarji, il-kera, ir-rati tal-imgħax u d-dejta tal-kontijiet nazzjonali. Dawn l-istimi tas-sensiliet kronoloġiċi tal-volum juru l-evoluzzjoni ta’ fenomenu ekonomiku partikulari mingħajr l-impatt tal-inflazzjoni u jagħtu kontribut essenzjali għad-deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi.

F’Ottubru tal-1995, tfassal u ġie adottat l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (l-HICP), u fis-17-il sena ta’ wara, tfasslu u ġew adottati 20 Regolament ta’ implimentazzjoni marbutin miegħu.

Għall-utenti ewlenin tal-HICP, b’mod partikulari l-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew, jibqgħu importanti r-regoli standardizzati li jiżguraw l-aqwa tqabbil tad-dejta possibbli, iżda ċerti parametri nbidlu minn meta ġie adottat il-qafas oriġinali:

· l-iżvilupp tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) wasslet biex hemm ħafna iktar aċċettazzjoni tal-bżonn għal approċċ armonizzat għal ħafna mill-aspetti metodoloġiċi li għandhom x’jaqsmu mal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur;

· l-aspetti tekniċi tal-ġbir tad-dejta u l-kumpilazzjoni tal-indiċi nbidlu b’mod drammatiku minħabba l-pass mgħaġġel tal-progress teknoloġiku f’dawn l-aħħar snin. Permezz ta’ sistemi b’saħħithom tat-teknoloġija tal-informatika jistgħu jiġu adottati metodi li lanqas biss kienu jitqiesu sa għoxrin sena ilu: il-miġja tad-dejta skannjata qed tibdel għalkollox il-prattiki tal-ġbir tad-dejta u l-użu ta’ diversi sorsi fuq l-internet għall-prezzijiet qed jiżviluppa b’mod kontinwu;

· it-Trattat ta’ Lisbona stabbilixxa struttura ġdida tal-komitoloġija, u daħħal l-atti delegati u l-atti ta’ implimentazzjoni. Il-qafas legali jeħtieġ li jirrifletti dan.

Minħabba dawn il-bidliet differenti kollha, il-leġiżlazzjoni dwar l-HICP jeħtieġ li titfassal mill-ġdid sabiex il-bażi legali tiġi mmodernizzata u ssimplifikata u sabiex din tkun adattata għall-ħtiġijiet, kemm reali u potenzjali, tal-lum. L-eżami tar-Regolament dwar l-HICP jagħti l-opportunità lill-partijiet ikkonċernati li jirriflettu fuq ir-regoli u r-rakkomandazzjonijiet eżistenti, li jissimplifikawhom u li jiffukaw fuq aspetti partikulari skont ir-rilevanza attwali tagħhom u skont l-aħjar interessi tad-diversi tipi ta’ utenti.

Għal ħafna oqsma tal-politika li fihom l-UE għandha rwol attiv, hemm bżonn ta’ tagħrif dwar avvenimenti u żviluppi li jaffettwaw l-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur sabiex ikunu jistgħu jitfasslu l-għanijiet operazzjonali u jiġi evalwat il-progress li jkun sar. Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, l-Eurostat għandu jipprovdi wkoll deflaturi tal-ogħla kwalità possibbli, li għalihom l-HICP jipprovdi kontribut siewi. L-indiċijiet iridu jkunu f’waqthom, preċiżi, kompluti, koerenti u komparabbli fil-livell tal-UE u bejn gruppi differenti ta’ prodotti. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu ssodisfati biss billi tiġi mmodernizzata l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-HICP.

Ir-Regolament propost dwar l-HICP jħaddan fih il-prinċipji tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea marbutin mal-impenn favur il-kwalità, il-metodoloġija tajba, il-kosteffettività, ir-rilevanza, il-preċiżjoni, l-affidabbiltà, il-koerenza u l-komparabbiltà.

2.       IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-abbozz tar-Regolament dwar l-HICP ġie diskuss minn gruppi ta’ esperti magħmulin minn dawk li jipproduċu l-istatistika, b’mod partikulari l-istituti nazzjonali tal-istatistika, kif ukoll mill-utenti tal-istatistika, fosthom il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali. Ġie kkonsultat ukoll il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

Ma tqiesx li kien meħtieġ li ssir valutazzjoni tal-impatt.

3.       L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

L-għan ta’ din il-proposta huwa li jiġi stabbilit qafas legali komuni għall-produzzjoni tal-indiċijiet armonizzati mill-Istati Membri, li jinvolvi l-ġbir, il-kumpilazzjoni, l-ipproċessar u s-sottomissjoni ta’ indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur. Indiċijiet armonizzati bħal dawn huma meħtieġa għall-produzzjoni sistematika tal-miżuri tal-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

Din il-proposta tissimplifika u tiċċara r-rekwiżiti għall-kumpilazzjoni ta’ dawn l-indiċijiet. B’mod partikulari, din:

· tipprovdi qafas ġenerali ġdid li japplika għal kategoriji ddefiniti sewwa ta’ gruppi ta’ prodotti;

· tistabbilixxi kamp ta’ applikazzjoni ċar u ddefinit sewwa;

· iżżomm miżuri speċifiċi għal oqsma speċifiċi bħas-saħħa, l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali u l-assigurazzjoni;

· tindirizza d-differenzi li jista’ jkun hemm fl-interpretazzjoni tar-regoli u d-diffikultajiet li jistgħu jiltaqgħu magħhom il-fornituri tad-dejta huma u japplikaw ir-regoli;

· tiżgura li gruppi simili ta’ prodotti jiġu ttrattati bl-istess mod fl-UE kollha;

· tneħħi d-dispożizzjonijiet li m’għadhomx jgħoddu; u

· tiċċara d-dispożizzjonijiet li wasslu għal interpretazzjonijiet ħżiena fl-imgħoddi.

Fejn ikun hemm bżonn ta’ iktar speċifikazzjonijiet jew ta’ kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni, ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati atti delegati jew atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE).

B’mod partikulari, sabiex ikun żgurat li l-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur ikunu jistgħu jitqabblu bis-sħiħ, hemm bżonn ta’ kundizzjonijiet uniformi għall-affarijiet li ġejjin:

· it-tqassim tal-HICP skont il-kategoriji tal-klassifikazzjoni Ewropea tal-konsum individwali skont l-għan (l-ECOICOP);

· il-metodoloġija użata għall-produzzjoni tal-indiċijiet armonizzati;

· it-tifsira u l-użu tal-unitajiet tal-istatistika;

· il-piżijiet użati biex jiġu kkalkulati l-indiċijiet armonizzati u l-metadejta dwar il-piżijiet;

· il-kalendarju annwali biex jintbagħtu l-indiċijiet armonizzati u s-subindiċijiet;

· l-istandards għall-iskambju tad-dejta u tal-metadejta;

· il-kundizzjonijiet għar-reviżjoni tad-dejta;

· it-tagħrif bażiku u l-metodi li għandhom jintużaw, abbażi tal-evalwazzjoni tal-istudji pilota; u

· ir-rekwiżiti tekniċi għall-iżgurar tal-kwalità marbutin mal-kontenut tar-rapporti annwali dwar il-kwalità, mal-iskadenza biex dawn ir-rapporti jintbagħtu lill-Eurostat u mal-istruttura tal-inventarju.

Skont l-Artikolu 291 tat-TFUE, ir-Regolament propost għalhekk jagħti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, ir-Regolament propost jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament. Dan se jippermetti lill-Kummissjoni:

· tiżgura l-komparabbiltà, fil-livell internazzjonali, tal-klassifikazzjoni tal-konsum individwali skont l-għan (COICOP) użata għat-tqassim tal-HICP;

· tistabbilixxi limitu li taħtu ma jkun hemm l-ebda obbligu li wieħed jipprovdi subindiċijiet tal-indiċijiet armonizzati; u

· tistabbilixxi lista tas-subindiċijiet li l-Istati Membri mhumiex obbligati jipproduċu.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti delegati ma jwasslux għal piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti għall-Istati Membri.

Il-proposta għal Regolament rivedut dwar l-HICP għandha l-għan li toħloq miżura legali waħda li tkopri l-kundizzjonijiet uniformi kollha. Bħalissa hemm 20 Regolament ta’ implimentazzjoni differenti. Bir-Regolament il-ġdid, dawn se jingħaqdu f’Regolament wieħed, u b’hekk il-partijiet ikkonċernati u l-Istati Membri se jkollhom aktar ċarezza u l-amministrazzjoni se tkun eħfef u iktar effikaċi. Is-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti u tal-implimentazzjoni tagħhom b’dan il-mod tikkostitwixxi wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-istrateġija proposta għal qafas legali ġdid għall-HICP.

4.       IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

M’hemm l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-UE.

2014/0346 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2494/95

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[1],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       L-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP) huma ddisinjati biex ikejlu l-inflazzjoni b’mod armonizzat fl-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew jużaw l-HICP fil-valutazzjoni tagħhom tal-istabbiltà tal-prezzijiet fl-Istati Membri skont l-Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat).

(2)       Is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (is-SEBĊ) tuża l-HICP bħala indiċi sabiex tkejjel l-ilħiq tal-għan ta’ stabbiltà tal-prezzijiet tas-SEBĊ skont l-Artikolu 127(1) tat-Trattat, li huwa partikularment rilevanti għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 127(2) tat-Trattat.

(3)       Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95[2] stabbilixxa qafas komuni għat-twaqqif ta’ indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur. Dan il-qafas legali jeħtieġ li jiġi adattat skont il-ħtiġijiet attwali u l-progress tekniku.

(4)       Dan ir-Regolament iqis il-programm tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar u, b’mod partikulari, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar regolamentazzjoni intelliġenti fl-Unjoni Ewropea[3].. Fil-qasam tal-istatistika, il-Kummissjoni stabbiliet is-simplifikazzjoni u t-titjib tal-ambjent regolatorju fl-istatistika bħala prijorità[4]..

(5)       L-HICP għandhom jitqassmu skont il-kategoriji tal-klassifikazzjoni Ewropea tal-konsum individwali skont l-għan (l-ECOICOP). Din il-klassifikazzjoni għandha tiżgura li l-istatistika Ewropea kollha dwar il-konsum privat tkun konsistenti u komparabbli. L-ECOICOP għandha tkun konsistenti wkoll mal-COICOP tan-NU, li hija l-istandard internazzjonali li jikklassifika l-konsum individwali skont l-għan, u għalhekk għandha tiġi adattata għall-bidliet li saru fil-COICOP tan-NU.

(6)       L-HICP regolari huma bbażati fuq il-prezzijiet osservati, li jinkludu wkoll it-taxxi fuq il-prodotti. Għaldaqstant, l-inflazzjoni tiġi affettwata mit-tibdiliet fir-rati tat-taxxa fuq il-prodotti. Għall-analiżi tal-inflazzjoni u għall-valutazzjoni tal-konverġenza fl-Istati Membri, jeħtieġ li jinġabar tagħrif ukoll dwar l-impatt tal-bidliet fit-taxxi fuq l-inflazzjoni. Għal dan il-għan, l-HICP għandhom jiġu kkalkulati wkoll abbażi ta’ prezzijiet b’rati tat-taxxa kostanti.

(7)       L-iffissar tal-indiċijiet tal-prezzijiet tad-djar u, b’mod partikulari, tad-djar okkupati mis-sidien stess (l-indiċijiet tad-DOS), huwa pass importanti biex jittejbu r-rilevanza u l-komparabbiltà tal-HICP. L-indiċijiet tal-prezzijiet tad-djar huma bażi neċessarja għall-kumpilazzjoni tal-indiċijiet tad-DOS. Barra minn hekk, l-indiċijiet tal-prezzijiet tad-djar huma wkoll indikatur importanti minnhom infushom.

(8)       Il-perjodu ta’ referenza tal-indiċijiet tal-prezzijiet għandu jiġi aġġornat f’intervalli regolari. Għandhom jiġu stabbiliti regoli għal perjodi komuni ta’ referenza tal-indiċijiet għall-indiċijiet armonizzati u għas-subindiċijiet tagħhom li jkunu integrati f’mumenti differenti sabiex ikun żgurat li l-indiċijiet miksubin ikunu komparabbli u rilevanti.

(9)       Sabiex titjieb l-armonizzazzjoni gradwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur, għandhom jitnedew studji pilota sabiex jivvalutaw kemm huwa fattibbli li jintuża tagħrif bażiku addizzjonali jew li jiġu applikati approċċi metodoloġiċi ġodda.

(10)     Għandha tingħata gwida dwar id-diversi stadji tal-produzzjoni ta’ indiċijiet armonizzati ta’ kwalità għolja f’manwal dwar il-metodoloġija, sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jipproduċu indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur li jkunu komparabbli. Il-manwal dwar il-metodoloġija għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni (mill-Eurostat) f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Istatistika u għandu jiġi aġġornat b’mod regolari. Fl-inventarju annwali tal-HICP imsemmi fl-Artikolu 9(2)(b) ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) dwar id-differenzi bejn il-metodi statistiċi użati u dawk irrakkomandati fil-manwal dwar il-metodoloġija, jekk ikun hemm.

(11)     Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tivverifika s-sorsi u l-metodi li l-Istati Membri jużaw biex jikkalkulaw l-indiċijiet armonizzati u għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-qafas legali min-naħa tal-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tiddjaloga b’mod regolari mal-awtoritajiet tal-istatistika tal-Istati Membri.

(12)     Huwa essenzjali li jkun hemm tagħrif dwar il-kuntest sabiex jiġi vvalutat jekk l-indiċijiet armonizzati ddettaljati pprovduti mill-Istati Membri humiex komparabbli biżżejjed. Barra minn hekk, metodi u prattiki trasparenti tal-kumpilazzjoni użati fl-Istati Membri jgħinu lill-partijiet ikkonċernati kollha jifhmu l-indiċijiet armonizzati u jtejbu aktar il-kwalità tagħhom. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit sett ta’ regoli għar-rappurtar tal-metadejta armonizzata.

(13)     Sabiex tkun żgurata l-kwalità tal-indiċijiet armonizzati, il-Kummissjoni (l-Eurostat), il-banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jiskambjaw id-dejta u l-metadejta kunfidenzjali skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5].

(14)     Billi l-Istati Membri ma jistgħux jilħqu b’mod suffiċjenti l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta’ standards komuni tal-istatistika għall-indiċijiet armonizzati, u dan jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta l-miżuri rilevanti għal dan skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan.

(15)     Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà, fil-livell internazzjonali, tal-klassifikazzjoni tal-konsum individwali skont l-għan (COICOP) użata għat-tqassim tal-HICP u sabiex ikun żgurat li jkun hemm adattament għall-bidliet li saru fil-COICOP tan-NU, biex jiġi stabbilit limitu li taħtu ma jkun hemm l-ebda obbligu li wieħed jipprovdi subindiċijiet tal-indiċijiet armonizzati u biex tiġi stabbilita lista tas-subindiċijiet li l-Istati Membri mhumiex obbligati jipproduċu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti dwar l-indiċijiet armonizzati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa partikularment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet ix-xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Hija u tħejji l-atti delegati u tfassalhom, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dokument rilevanti jintbagħtu fl-istess ħin, fil-waqt u kif xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(16)     Sabiex ikun żgurat li l-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur ikunu jistgħu jitqabblu bis-sħiħ, hemm bżonn ta’ kundizzjonijiet uniformi għat-tqassim tal-HICP skont il-kategoriji tal-ECOICOP, għall-metodoloġija użata għall-produzzjoni tal-indiċijiet armonizzati, għat-tagħrif ipprovdut mill-unitajiet tal-istatistika, għall-forniment tal-piżijiet u tal-metadejta dwar il-piżijiet, għall-istabbiliment ta’ kalendarju annwali biex jintbagħtu l-indiċijiet armonizzati u s-subindiċijiet, għall-istandards għall-iskambju tad-dejta u tal-metadejta, għall-kundizzjonijiet uniformi għar-reviżjonijiet, għat-titjib tat-tagħrif bażiku u tal-metodi abbażi tal-evalwazzjoni tal-istudji pilota u għar-rekwiżiti tekniċi għall-iżgurar tal-kwalità marbutin mal-kontenut tar-rapporti annwali dwar il-kwalità, mal-iskadenza biex ir-rapport jintbagħat lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) u mal-istruttura tal-inventarju. Sabiex ikunu żgurati t-tali kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Hija għandha teżerċita dawk is-setgħat skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6].

(17)     Hija u tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni u atti delegati skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis bl-ikbar reqqa l-kosteffettività.

(18)     Fil-kuntest tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ntalab jagħti l-gwida professjonali tiegħu.

(19)     Ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 għandu jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (l-HICP) u tal-prezzijiet tad-djar (l-HPI) fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll fil-livell nazzjonali u reġjonali.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “l-iżvilupp tal-istatistika” tfisser li jiġu stabbiliti l-metodi, l-istandards u l-proċeduri tal-istatistika użati għall-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika u li dawn jittejbu, bil-għan li jitfasslu miżuri u indikaturi ġodda tal-istatistika;

(b) “produzzjoni tal-istatistika” tfisser il-passi kollha li jridu jsiru biex tiġi kkumpilata l-istatistika, fosthom il-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar u l-analiżi tagħha;

(c) “tixrid tal-istatistika” tfisser l-attività li permezz tagħha l-istatistika, l-analiżi tal-istatistika u t-tagħrif mhux kunfidenzjali jsiru aċċessibbli għall-utenti;

(d) “prodotti” tfisser l-oġġetti u s-servizzi hekk kif iddefiniti fil-punt 3.01 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7] (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament dwar is-SEK 2010”);

(e) “prezzijiet għall-konsumatur” tfisser il-prezzijiet tax-xiri li l-unitajiet domestiċi jħallsu biex jixtru prodotti individwali permezz ta’ tranżazzjonijiet monetarji;

(f) “prezz tax-xiri” tfisser il-prezz li x-xerrej iħallas għall-prodotti fil-verità, inkluż kwalunkwe taxxa fuq il-prodotti bis-sussidji mnaqqsa, wara li mill-prezzijiet jew l-imposti standard jitnaqqsu l-iskontijiet għax-xiri bl-ingrossa jew għax-xiri fis-sigħat kwieti, minbarra l-imgħax jew l-imposti għas-servizzi miżjudin skont l-arranġamenti ta’ kreditu u kwalunkwe imposta oħra li jkun hemm minħabba li l-ħlas ma jkunx sar fil-perjodu speċifikat fil-mument tax-xiri;

(g) “indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (l-HICP)” tfisser l-indiċijiet komparabbli tal-prezzijiet għall-konsumatur li kull Stat Membru jipproduċi;

(h) “indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur b’rati tat-taxxa kostanti (l-HICP-CT)” tfisser indiċijiet li jkejlu l-bidliet fil-prezzijiet għall-konsumatur fuq perjodu taż-żmien mingħajr l-impatt tal-bidliet fir-rati tat-taxxa fuq il-prodotti matul dak l-istess perjodu taż-żmien;

(i) “prezzijiet amministrati” tfisser prezzijiet li jew huma stabbiliti direttament mill-gvern jew li huma influwenzati b’mod sinifikanti minnu;

(j) “indiċi tal-prezzijiet tad-djar okkupati mis-sidien stess (l-indiċi tad-DOS)” tfisser indiċi li jkejjel il-bidliet fil-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet tad-djar ġodda fis-settur tal-unitajiet domestiċi u ta’ prodotti oħra li l-unitajiet domestiċi jixtru bħala sidien li joqogħdu f’darhom stess;

(k) “indiċi tal-prezzijiet tad-djar” tfisser indiċi li jkejjel il-bidliet fil-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet tad-djar li l-unitajiet domestiċi jixtru;

(l) “subindiċi tal-HICP” tfisser indiċi tal-prezzijiet għal xi waħda mill-kategoriji tal-klassifikazzjoni Ewropea tal-konsum individwali skont l-għan (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-ECOICOP”) kif stabbilit fl-Anness;

(m) “indiċijiet armonizzati” tfisser l-HICP, l-HICP-CT, l-indiċijiet tad-DOS u l-HPI;

(n) “indiċi ta’ Laspeyres” tfisser indiċi tal-prezzijiet mogħti fil-forma li ġejja:

fejn P tirrappreżenta l-indiċi relattiv tal-livelli tal-prezzijiet f’żewġ perjodi differenti, Q tirrappreżenta l-kwantitaijet ikkunsmati, t0 tirrappreżenta l-perjodu ta’ referenza u tn tirrappreżenta l-perjodu li għalih qed jiġi kkalkulat l-indiċi;

(o) “indiċi tat-tip ta’ Laspeyres” tfisser indiċi li jkejjel il-bidliet medji fil-prezzijiet abbażi ta’ nefqa li tibqa’ l-istess meta mqabbla ma’ dik tal-perjodu ta’ referenza, jiġifieri li jżomm ix-xejra tal-konsum tal-unitajiet domestiċi kostanti mill-perjodu ta’ referenza ’l quddiem;

(p) “perjodu ta’ referenza tal-indiċi” tfisser il-perjodu li għalih l-indiċi jkun iffissat għal 100 punt tal-indiċi;

(q) “tagħrif bażiku”, b’referenza għall-HICP u għall-HICP-CT, tfisser dejta li tkopri l-elementi li ġejjin:

– il-prezzijiet kollha tax-xiri tal-prodotti li jridu jitqiesu sabiex jiġu kkalkulati s-subindiċijiet tal-HICP skont dan ir-Regolament;

– il-karatteristiċi kollha li jiddeterminaw il-prezz tal-prodott u kull karatteristika oħra li hija rilevanti għall-għan ikkonċernat tal-konsumatur;

– tagħrif dwar it-taxxi u d-dazji tas-sisa imposti;

– tagħrif dwar jekk prezz hux amministrat kompletament jew parzjalment jew le; u

– il-piżijiet kollha li jirriflettu l-livell u l-istruttura tal-konsum tal-prodotti kkonċernati;

(r) “tagħrif bażiku”, b’referenza għall-indiċijiet tad-DOS u għall-HPI, tfisser dejta li tkopri l-affarijiet li ġejjin:

– il-prezzijiet kollha tat-tranżazzjonijiet tad-djar li l-unitajiet domestiċi jixtru li jeħtieġ li jitqiesu sabiex jiġu kkalkulati l-indiċijiet tal-HPI skont dan ir-Regolament;

– il-karatteristiċi kollha li jiddeterminaw il-prezz tad-djar jew karatteristiċi rilevanti oħrajn;

(s) “unità domestika” tfisser unità domestika kif iddefinita fil-paragrafu 2.119(a) u (b) tal-Anness A tar-Regolament dwar is-SEK 2010, irrispettivament min-nazzjonalità jew mill-istatus ta’ residenza ta’ dik l-unità domestika;

(t) “territorju ekonomiku tal-Istat Membru” tfisser it-territorju kif iddefinit fil-paragrafu 2.05 tal-Anness A tar-Regolament dwar is-SEK 2010, ħlief għall-fatt li ż-żoni li jinsabu ’l barra mit-territorju iżda li jkunu jinsabu fil-fruntieri tal-pajjiż huma inkluzi, filwaqt li dawk territorjali li jinsabu fil-bqija tad-dinja huma esklużi;

(u) “nefqa monetarja finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum” tfisser dik il-parti tan-nefqa finali għall-konsum li jkunu għamlu:

– l-unitajiet domestiċi,

– fil-forma ta’ tranżazzjonijiet monetarji,

– fit-territorju ekonomiku tal-Istat Membru,

– għal prodotti użati għas-sodisfazzjon dirett tal-bżonnijiet jew tax-xewqat individwali, kif iddefinit fil-paragrafu 3.101 tal-Anness A tar-Regolament dwar is-SEK 2010,

– f’wieħed mill-perjodi taż-żmien li jkunu qed jitqabblu jew fit-tnejn li huma;

(v) “bidla sinifikanti fil-metodu ta’ produzzjoni” tfisser bidla li mistennija taffettwa r-rata annwali ta’ bidla ta’ indiċi armonizzat partikulari jew ta’ parti minnu, fi kwalunkwe perjodu, b’aktar minn:

– 0.1 punti perċentwali fil-każ tal-HICP kollu jew tal-indiċijiet tad-DOS jew tal-HPI; jew

– minn 0.3, 0.4, 0.5 jew 0.6 punti perċentwali fil-każ ta’ kull diviżjoni, grupp, klassi jew sottoklassi (ta’ ħames ċifri) tal-ECOICOP rispettivament.

Artikolu 3 Kumpilazzjoni tal-indiċijiet armonizzati

1.           L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-indiċijiet armonizzati kollha ddefiniti fl-Artikolu 2(m) lill-Kummissjoni (lill-Eurostat).

2.           L-indiċijiet armonizzati għandhom jiġu kkumpilati bl-użu ta’ formola tat-tip ta’ Laspeyres.

3.           L-HICP u l-HICP-CT għandhom jissejsu fuq il-bidliet fil-prezzijiet u l-piżijiet tal-prodotti inklużi fin-nefqa monetarja finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum.

4.           L-HICP m’għandhomx ikopru t-tranżazzjonijiet bejn l-unitajiet domestiċi, ħlief fil-każ tal-kirjiet li l-inkwilini jħallsu lis-sidien privati, f’liema każ is-sidien privati jkunu qed jaġixxu qishom produtturi ta’ servizzi fis-suq li l-unitajiet domestiċi (l-inkwilini) jkunu qed jixtru.

5.           Is-subindiċijiet tal-HICP għandhom jiġu kkumpilati għall-kategoriji tal-ECOICOP. Għandhom jiġu adottati kundizzjonijiet uniformi għat-tqassim tal-HICP skont il-kategoriji tal-ECOICOP permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 4 Komparabbiltà tal-indiċijiet armonizzati

1.           Biex l-HICP jew l-indiċijiet tad-DOS jitqiesu bħala komparabbli, kull differenza bejn il-pajjiżi fil-livelli kollha ta’ dettall għandha tirrifletti biss id-differenzi fil-bidliet fil-prezzijiet jew fix-xejriet tal-infiq.

2.           Kull subindiċi tal-indiċijiet armonizzati li jvarja mill-kunċetti jew mill-metodi mogħtija f’dan ir-Regolament għandu jitqies li huwa komparabbli jekk iwassal għal indiċi li huwa stmat li jvarja b’mod sistematiku:

(a) b’0.1 % jew inqas, bħala medja, f’sena waħda meta mqabbel mas-sena ta’ qabilha, minn indiċi kkumpilat abbażi tal-approċċ metodoloġiku mogħti f’dan ir-Regolament fil-każ tal-HICP;

(b) b’1 % jew inqas, bħala medja, f’sena waħda meta mqabbel mas-sena ta’ qabilha, minn indiċi kkumpilat abbażi tal-approċċ metodoloġiku mogħti f’dan ir-Regolament fil-każ tal-indiċijiet tad-DOS u tal-HPI.

Meta ma jkunx jista’ jsir kalkolu bħal dan, il-konsegwenzi tal-użu ta’ metodoloġija li tvarja mill-kunċetti jew mill-metodi mogħtija f’dan ir-Regolament għandhom jiġu spjegati fid-dettall.

3.           Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10 għall-emendar tal-Anness sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-indiċijiet armonizzati fil-livell internazzjonali.

4.           Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi, għandha tiġi ddefinita l-metodoloġija x-xierqa għall-produzzjoni ta’ indiċijiet armonizzati komparabbli permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 5 Rekwiżiti tad-dejta

1.           L-Istati Membri għandhom jiġbru tagħrif bażiku li jkun rappreżentattiv ta’ pajjiżhom għall-indiċijiet armonizzati u għas-subindiċijiet tagħhom.

2.           It-tagħrif għandu jinkiseb mill-unitajiet tal-istatistika kif iddefiniti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93[8].

3.           L-unitajiet tal-istatistika li jipprovdu t-tagħrif dwar il-prodotti inklużi fin-nefqa monetarja finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum għandhom jikkooperaw fil-ġbir jew fl-għoti tat-tagħrif bażiku skont il-bżonn. L-unitajiet tal-istatistika għandhom jagħtu tagħrif preċiż u komplut, inkluż f’forma elettronika jekk jintalbu jagħmlu dan. Fuq talba tal-korpi nazzjonali responsabbli għall-kumpilazzjoni tal-istatistika uffiċjali, l-unitajiet tal-istatistika għandhom jipprovdu tagħrif f’forma elettronika, bħad-dejta skannjata, li jkun iddettaljat biżżejjed biex jiġu prodotti l-indiċijiet armonizzati u biex jiġu evalwati l-konformità mar-rekwiżiti tal-komparabbilità u l-kwalità tal-indiċijiet armonizzati. Għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-forniment ta’ dan it-tagħrif permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

4.           L-indiċijiet armonizzati u s-subindiċijiet tagħhom għandhom jissejsu fuq il-perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċijiet, jiġifieri l-2015. Dan it-tisjis għandu jibda jseħħ mill-indiċi għal Jannar tal-2016.

5.           L-indiċijiet armonizzati u s-subindiċijiet tagħhom għandhom jerġgħu jissejsu fuq perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċijiet ġdid f’każ ta’ bidla kbira fil-metodoloġija tal-indiċijiet armonizzati jew kull għaxar snin mill-2015 ’il quddiem. Dan it-tisjis mill-ġdid fuq perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċijiet ġdid għandu jibda jseħħ mill-indiċi ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10 sabiex tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar it-tisjis mill-ġdid tal-indiċijiet armonizzati b’rabta ma’ bidliet kbar fil-metodoloġija.

6.           Sabiex ma jkunx hemm piż żejjed fuq l-Istati Membri u sal-punt li s-subindiċijiet tal-indiċijiet armonizzati huma sinifikanti biss ’il fuq minn ċertu limitu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10 sabiex tistabbilixxi limitu li taħtu ma jkun hemm l-ebda obbligu li wieħed jipprovdi dawk is-subindiċijiet.

7.           Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10 sabiex tistabbilixxi lista tas-subindiċijiet tal-ECOICOP li l-Istati Membri mhumiex obbligati jipproduċu, jew minħabba li dawn is-subindiċijiet ma jkoprux il-konsum privat jew minħabba li dawn mhumiex armonizzati biżżejjed mil-lat tal-metodoloġija.

Artikolu 6 Frekwenza

1.           L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-HICP, l-HICP-CT u s-subindiċijiet rispettivi tagħhom lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) kull xahar, inklużi dawk is-subindiċijiet li huma jipproduċu fuq intervalli itwal taż-żmien.

2.           L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-indiċijiet tad-DOS u l-HPI lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) kull tliet xhur. Huma jistgħu jipprovduhomlha wkoll kull xahar fuq bażi volontarja.

3.           L-Istati Membri mhumiex obbligati jipproduċu s-subindiċijiet kull xahar jew kull tliet xhur f’każijiet fejn il-ġbir inqas frekwenti tad-dejta jissodisfa r-rekwiżiti tal-komparabbiltà mogħtija fl-Artikolu 4. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) dwar il-kategoriji tal-ECOICOP u tad-DOS li għalihom beħsiebhom jiġbru d-dejta f’intervalli ta’ iktar minn xahar jew tliet xhur rispettivament.

4.           Kull sena, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw mill-ġdid u jaġġornaw il-piżijiet tas-subindiċijiet għall-indiċijiet armonizzati. Għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-forniment tal-piżijiet u tal-metadejta dwar il-piżijiet permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 7 Skadenzi, standards għall-iskambju u reviżjonijiet

1.           Mhux aktar tard minn 20 jum kalendarju wara tmiem ix-xahar ta’ referenza għas-serje ta’ kull xahar u minn 85 jum kalendarju wara tmiem it-tliet xhur ta’ referenza għas-serje ta’ kull tliet xhur, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-indiċijiet armonizzati u s-subindiċijiet kollha lill-Kummissjoni (lill-Eurostat).

2.           L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) id-dejta u l-metadejta mitluba minn dan ir-Regolament f’konformità mal-istandards għall-iskambju tad-dejta u tal-metadejta.

3.           Is-subindiċijiet tal-indiċijiet armonizzati li jkunu diġà ġew ippubblikati jistgħu jiġu riveduti.

4.           L-istabbiliment ta’ kalendarju annwali għas-sottomissjoni tal-indiċijiet armonizzati u tas-subindiċijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-istandards għall-iskambju tad-dejta u tal-metadejta msemmijin fil-paragrafu 2 u l-kundizzjonijiet uniformi għar-reviżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3 għandhom jiġu speċifikati fid-dettall permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 8 Studji pilota

1.           Kull meta jkun hemm bżonn ta’ titjib fit-tagħrif bażiku għall-kumpilazzjoni tal-indiċijiet armonizzati, jew meta jiġi identifikat il-bżonn ta’ titjib fil-komparabbiltà tal-indiċijiet fil-metodi msemmijin fl-Artikolu 4(2), il-Kummissjoni (l-Eurostat) tista’ tniedi studji pilota li l-Istati Membri għandhom iwettqu fuq bażi volontarja.

2.           L-istudji pilota għandhom jivvalutaw kemm huwa fattibbli li jinkiseb tagħrif bażiku mtejjeb jew li jiġu adottati approċċi metodoloġiċi ġodda.

3.           Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tevalwa r-riżultati tal-istudji pilota f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-utenti ewlenin tal-indiċijiet armonizzati, filwaqt li tqis il-benefiċċji li jiġu mit-titjib tat-tagħrif dwar il-prezzijiet meta mqabbla mal-ispejjeż addizzjonali li jinħolqu għall-ġbir u l-kumpilazzjoni tat-tali tagħrif.

4.           Abbażi tal-evalwazzjoni tal-istudji pilota, għandu jiddaħħal tagħrif bażiku mtejjeb jew metodi mtejba permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 9 Żgurar tal-kwalità

1.           L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-kwalità tal-indiċijiet armonizzati li huma jipprovdu. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kriterji standard tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

2.           L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) l-affarijiet li ġejjin:

(a) rapport annwali standard dwar il-kwalità li jkopri l-kriterji tal-kwalità msemmijin fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009;

(b) inventarju annwali li jkun fih dettalji dwar is-sorsi tad-dejta, id-definizzjonijiet u l-metodi użati, fosthom dettalji dwar kwalunkwe differenza li jista’ jkun hemm bejn il-metodi statistiċi użati u dawk irrakkomandati fil-manwal dwar il-metodoloġija; u

(c) tagħrif ieħor relatat li jkun iddettaljat biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu evalwati l-konformità mar-rekwiżiti tal-komparabbilità u l-kwalità tal-indiċijiet armonizzati, jekk il-Kummissjoni (l-Eurostat) titlob dan.

3.           Jekk Stat Membru jkun beħsiebu jibdel b’mod sinifikanti l-metodi tal-produzzjoni tal-indiċijiet armonizzati jew ta’ parti minnhom, huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) b’dan mill-inqas tliet xhur qabel ma tkun se tidħol fis-seħħ kwalunkwe bidla ta’ dan it-tip. L-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) kwantifikazzjoni tal-impatt tal-bidla.

4.           Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tekniċi għall-iżgurar tal-kwalità marbutin mal-kontenut tar-rapport annwali standard dwar il-kwalità, l-iskadenza biex ir-rapport jintbagħat lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) u l-istruttura tal-inventarju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 10 Eżerċizzju tad-delega

1.           Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.           Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 4(3) u fl-Artikolu 5(5) sa (7) għandha tingħata għal perjodu taż-żmien mhux determinat.

3.           Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jirrevokaw id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 4(3) u fl-Artikolu 5(5) sa (7) f’kull mument. Deċiżjoni ta’ tħassir għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.           Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 5(5) sa (7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lilhom jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhux beħsiebhom joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 11 Il-Kumitat

1.           Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 12 Tħassir

1.           Bla preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom ikomplu jipprovdu indiċijiet armonizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 sat-trażmissjoni tad-dejta li tirreferi għall-2015.

2.           Ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2016. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 13 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jidħol fis-seħħ għall-ewwel darba għad-dejta li tirreferi għal Jannar tal-2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

[1]               ĠU C […].

[2]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1).

[3]               Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni - Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea (COM(2010) 543 finali).

[4]               Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-metodu ta’ produzzjoni tal-istatistika tal-UE: viżjoni għad-deċennju li ġej (COM(2009) 404 finali).

[5]               Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

[6]               Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

[7]               Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

[8]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1).

ANNESS

Il-klassifikazzjoni Ewropea tal-konsum individwali skont l-għan (l-ECOICOP)

01                    IKEL U XORB MHUX ALKOĦOLIKU

01.1                 Ikel

01.1.1              Ħobż u ċereali

01.1.1.1           Ross

01.1.1.2           Dqiq u ċereali oħra

01.1.1.3           Ħobż

01.1.1.4           Prodotti oħra moħmija

01.1.1.5           Pizza u kixx

01.1.1.6           Prodotti tal-għaġin u kuskus

01.1.1.7           Ċereali għall-kolazzjon

01.1.1.8           Prodotti oħra taċ-ċereali

01.1.2              Laħam

01.1.2.1           Ċanga u vitella

01.1.2.2           Majjal

01.1.2.3           Laħam tal-ħaruf u laħam tal-mogħoż

01.1.2.4           Laħam tat-tjur

01.1.2.5           Tip ta’ laħam ieħor

01.1.2.6           Ġewwieni tal-annimali li jittiekel

01.1.2.7           Laħam imnixxef, immellaħ jew affumikat

01.1.2.8           Preparazzjonijiet oħra magħmulin mil-laħam

01.1.3              Ħut u frott tal-baħar

01.1.3.1           Ħut frisk jew imkessaħ

01.1.3.2           Ħut iffriżat

01.1.3.3           Frott tal-baħar frisk jew imkessaħ

01.1.3.4           Frott tal-baħar iffriżat

01.1.3.5           Ħut u frott tal-baħar imnixxef, immellaħ jew affumikat

01.1.3.6           Preparazzjonijiet oħrajn ipproċessati jew ippreservati bbażati fuq il-ħut u l-frott tal-baħar

01.1.4              Ħalib, ġobon u bajd

01.1.4.1           Ħalib frisk sħiħ

01.1.4.2           Ħalib frisk bi ftit xaħam

01.1.4.3           Ħalib tal-bott

01.1.4.4           Jogurt

01.1.4.5           Ġobon u baqta

01.1.4.6           Prodotti oħra tal-ħalib

01.1.4.7           Bajd

01.1.5              Żjut u xaħmijiet

01.1.5.1           Butir

01.1.5.2           Marġerina u xaħmijiet veġetali oħrajn

01.1.5.3           Żejt taż-żebbuġa

01.1.5.4           Żjut tal-ikel oħrajn

01.1.5.5           Xaħmijiet oħrajn tal-annimali li jittieklu

01.1.6              Frott

01.1.6.1           Frott frisk jew imkessaħ

01.1.6.2           Frott iffriżat

01.1.6.3           Frott imqadded u ġewż imnixxef

01.1.6.4           Frott tal-bott u prodotti bbażati fuq il-frott

01.1.7              Ħaxix

01.1.7.1           Ħaxix frisk jew imkessaħ, minbarra l-patata u tuberi oħrajn

01.1.7.2           Ħaxix iffriżat, minbarra l-patata u tuberi oħrajn

01.1.7.3           Ħaxix imnixxef u ħaxix ieħor ipproċessat jew ippreservat

01.1.7.4           Patata

01.1.7.5           Krisps

01.1.7.6           Tipi ta’ tuberi oħrajn u prodotti magħmulin mit-tuberi

01.1.8              Zokkor, ġamm, għasel, ċikkulata u ħlewwiet

01.1.8.1           Zokkor

01.1.8.2           Ġammijiet, marmellati u għasel

01.1.8.3           Ċikkulata

01.1.8.4           Ħlewwiet

01.1.8.5           Silġ li jittiekel u ġelat

01.1.8.6           Sustanza artifiċjali li tintuża flok iz-zokkor

01.1.9              Prodotti tal-ikel li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor

01.1.9.1           Zlazi u taħwir

01.1.9.2           Melħ, ħwawar u ħaxix tal-borma

01.1.9.3           Ikel tat-trabi

01.1.9.4           Ikel lest

01.1.9.9           Prodotti tal-ikel oħrajn li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor

01.2                 Xorb mhux alkoħoliku

01.2.1              Kafè, te u kokotina

01.2.1.1           Kafè

01.2.1.2           Te

01.2.1.3           Kokotina u trab taċ-ċikkulata

01.2.2              Ilma minerali, xorb li jirrinfreska (“soft drinks”) u meraq tal-frott u tal-ħaxix

01.2.2.1           Ilma minerali u ilma tan-nixxigħat

01.2.2.2           Xorb li jirrinfreska (“soft drinks”)

01.2.2.3           Meraq tal-frott u tal-ħaxix

02                    XORB ALKOĦOLIKU, TABAKK U NARKOTIĊI

02.1                 Xorb alkoħoliku

02.1.1              Spirti

02.1.1.1           Spirti u likuri

02.1.1.2           Xorb alkoħoliku li jirrinfreska (“soft drinks” alkoħoliċi)

02.1.2              Inbid

02.1.2.1           Inbid mill-għeneb

02.1.2.2           Inbid minn frott ieħor

02.1.2.3           Inbid imqawwi

02.1.2.4           Xorb ibbażat fuq l-inbid

02.1.3              Birra

02.1.3.1           Lager

02.1.3.2           Tip ta’ birra alkoħolika oħra

02.1.3.3           Birra alkoħolika mhix qawwija u birra mhix alkoħolika

02.1.3.4           Xorb ibbażat fuq il-birra

02.2                 Tabakk

02.2.0              Tabakk

02.2.0.1           Sigaretti

02.2.0.2           Sigarri

02.2.0.3           Prodotti oħra tat-tabakk

02.3                 Narkotiċi

02.3.0              Narkotiċi

02.3.0.0           Narkotiċi

03                    ILBIES U XEDD IS-SAQAJN

03.1                 Ilbies

03.1.1              Drappijiet tal-ilbies

03.1.1.0           Drappijiet tal-ilbies

03.1.2              Ħwejjeġ

03.1.2.1           Ħwejjeġ tal-irġiel

03.1.2.2           Ħwejjeġ tan-nisa

03.1.2.3           Ħwejjeġ għat-trabi (tat-twelid sa meta jkollhom sentejn) u għat-tfal (ta’ bejn it-tliet snin u t-tlettax-il sena)

03.1.3              Bċejjeċ oħra tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ

03.1.3.1           Bċejjeċ oħra tal-ilbies

03.1.3.2           Aċċessorji tal-ħwejjeġ

03.1.4              Tindif, tiswija u kiri tal-ilbies

03.1.4.1           Tindif tal-ilbies

03.1.4.2           Tiswija u kiri tal-ilbies

03.2                 Xedd is-saqajn

03.2.1              Żraben u tipi ta’ xedd is-saqajn oħrajn

03.2.1.1           Xedd is-saqajn għall-irġiel

03.2.1.2           Xedd is-saqajn għan-nisa

03.2.1.3           Xedd is-saqajn għat-trabi u għat-tfal

03.2.2              Tiswija u kiri ta’ xedd is-saqajn

03.2.2.0           Tiswija u kiri ta’ xedd is-saqajn

04                    AKKOMODAZZJONI, ILMA, ELETTRIKU, GASS U TIPI TA’ FJUWILS OĦRAJN

04.1                 Kirjiet reali għall-akkomodazzjoni

04.1.1              Il-kirjiet reali li jħallsu l-inkwilini

04.1.1.0           Il-kirjiet reali li jħallsu l-inkwilini

04.1.2              Kirjiet reali oħrajn

04.1.2.1           Il-kirjiet reali li jħallsu l-inkwilini għal residenzi sekondarji

04.1.2.2           Il-kirjiet għall-garaxxijiet u kirjiet oħrajn li jħallsu l-inkwilini

04.2                 Il-kirjiet imputati tal-akkomodazzjoni

04.2.1              Il-kirjiet imputati tas-sidien li joqogħdu fil-post tagħhom stess

04.2.1.0           Il-kirjiet imputati tas-sidien li joqogħdu fil-post tagħhom stess

04.2.2              Kirjiet imputati oħrajn

04.2.2.0           Kirjiet imputati oħrajn

04.3                 Manutenzjoni u tiswija tal-post fejn wieħed jgħix

04.3.1              Materjal għall-manutenzjoni u t-tiswija tal-post fejn wieħed jgħix

04.3.1.0           Materjal għall-manutenzjoni u t-tiswija tal-post fejn wieħed jgħix

04.3.2              Servizzi marbutin mal-manutenzjoni u t-tiswija tal-post fejn wieħed jgħix

04.3.2.1           Servizzi tal-plamers

04.3.2.2           Servizzi tal-elektrixins

04.3.2.3           Servizzi ta’ manutenzjoni għas-sistemi ta’ tisħin

04.3.2.4           Servizzi tal-bajjada

04.3.2.5           Servizzi tal-mastrudaxxi

04.3.2.9           Servizzi oħrajn marbutin mal-manutenzjoni u t-tiswija tal-post fejn wieħed jgħix

04.4                 Il-provvista tal-ilma u servizzi oħrajn marbutin mal-post fejn wieħed jgħix

04.4.1              Il-provvista tal-ilma

04.4.1.0           Il-provvista tal-ilma

04.4.2              Il-ġbir taż-żibel

04.4.2.0           Il-ġbir taż-żibel

04.4.3              Il-ġbir tad-dranaġġ

04.4.3.0           Il-ġbir tad-dranaġġ

04.4.4              Servizzi oħrajn marbutin mal-post fejn wieħed jgħix li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor

04.4.4.1           L-ispejjeż tal-mantuenzjoni f’bini okkupat minn bosta unitajiet domestiċi

04.4.4.2           Servizzi tas-sigurtà

04.4.4.9           Servizzi oħrajn marbutin mal-post fejn wieħed jgħix

04.5                 Elettriku, gass u tipi ta’ fjuwils oħrajn

04.5.1              Elettriku

04.5.1.0           Elettriku

04.5.2              Gass

04.5.2.1           Gass naturali u gass tal-belt

04.5.2.2           Idrokarburi likwifikati (butan, propan, eċċ.)

04.5.3              Fjuwils likwidi

04.5.3.0           Fjuwils likwidi

04.5.4              Fjuwils solidi

04.5.4.1           Faħam

04.5.4.9           Fjuwils solidi oħrajn

04.5.5              Enerġija termali

04.5.5.0           Enerġija termali

05                    GĦAMARA, TAGĦMIR TAD-DAR U MANUTENZJONI KONTINWA TAD-DAR

05.1                 Għamara u tagħmir tad-dar, twapet u kisi ieħor tal-art

05.1.1              Għamara u tagħmir tad-dar

05.1.1.1           Għamara tad-dar

05.1.1.2           Għamara tal-ġnien

05.1.1.3           Tagħmir tad-dawl

05.1.1.9           Għamara oħra u tagħmir ieħor tad-dar

05.1.2              Twapet u kisi ieħor tal-art

05.1.2.1           Twapet u raggs

05.1.2.2           Kisi ieħor tal-art

05.1.2.3           Servizzi tat-tpoġġija tat-twapet tal-qjies mal-art u tal-kisi tal-art

05.1.3              Tiswija tal-għamara, tat-tagħmir tad-dar u tal-kisi tal-art

05.1.3.0           Tiswija tal-għamara, tat-tagħmir tad-dar u tal-kisi tal-art

05.2                 Tessuti għad-dar

05.2.0              Tessuti għad-dar

05.2.0.1           Tessuti għat-tagħmir tad-dar u purtieri

05.2.0.2           Lożor u mħaded

05.2.0.3           Bjankerija tal-mejda u tal-kamra tal-banju

05.2.0.4           Tiswija tat-tessuti għad-dar

05.2.0.9           Tessuti għad-dar oħrajn

05.3                 Apparat domestiku

05.3.1              Apparat domestiku kbir, kemm jekk jaħdem bl-elettriku u kemm jekk le

05.3.1.1           Friġġijiet, friżers u friġġijiet bil-friżer magħhom

05.3.1.2           Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ u magni tal-ħasil tal-platti

05.3.1.3           Kukers

05.3.1.4           Ħiters u kondizzjonaturi tal-arja

05.3.1.5           Tagħmir tat-tindif

05.3.1.9           Apparat domestiku kbir ieħor

05.3.2              Apparat domestiku żgħir li jaħdem bl-elettriku

05.3.2.1           Apparat għall-ipproċessar tal-ikel

05.3.2.2           Magni tal-kafè u tat-te u apparat simili għalihom

05.3.2.3           Ħdejjed tal-mogħdija

05.3.2.4           Towsters u grillijiet

05.3.2.9           Apparat domestiku żgħir ieħor li jaħdem bl-elettriku

05.3.3              Tiswija tal-apparat domestiku

05.3.3.0           Tiswija tal-apparat domestiku

05.4                 Oġġetti tal-ħġieġ, reċipjenti ta’ fuq il-mejda u għodod għall-użu ta’ kuljum fid-dar

05.4.0              Oġġetti tal-ħġieġ, reċipjenti ta’ fuq il-mejda u għodod għall-użu ta’ kuljum fid-dar

05.4.0.1           Oġġetti tal-ħġieġ, oġġetti tal-kristall, oġġetti taċ-ċeramika u oġġetti tal-porċellana

05.4.0.2           Pożati, platti u dixxijiet ċatti u fided

05.4.0.3           Oġġetti u għodod tal-kċina li ma jaħdmux bl-elettriku

05.4.0.4           Tiswija tal-oġġetti tal-ħġieġ, tar-reċipjenti ta’ fuq il-mejda u tal-għodod għall-użu ta’ kuljum fid-dar

05.5                 Għodod u tagħmir għad-dar u għall-ġnien

05.5.1              Għodod u tagħmir kbir

05.5.1.1           Għodod u tagħmir kbir li jaħdem b’mutur

05.5.1.2           Tiswija u kiri ta’ għodod u tagħmir kbir

05.5.2              Għodod żgħar u aċċessorji oħrajn

05.5.2.1           Għodod żgħar li ma jaħdmux b’mutur

05.5.2.2           Diversi aċċessorji tal-għodod iż-żgħar

05.5.2.3           Tiswija tal-għodod iż-żgħar li ma jaħdmux b’mutur u tal-aċċessorji l-oħrajn

05.6                 Oġġetti u servizzi użati għall-manutenzjoni kontinwa tad-dar

05.6.1              Oġġetti tad-dar li ma jdumux iservu

05.6.1.1           Prodotti tat-tindif u tal-manutenzjoni

05.6.1.2           Oġġetti żgħar tad-dar oħrajn li ma jdumux iservu

05.6.2              Servizzi domestiċi u servizzi tad-dar

05.6.2.1           Servizzi domestiċi offruti minn persunal li jitħallas

05.6.2.2           Servizzi tat-tindif

05.6.2.3           Il-kiri tal-għamara u tat-tagħmir tad-dar

05.6.2.9           Servizzi domestiċi u servizzi tad-dar oħrajn

06                    SAĦĦA

06.1                 Prodotti, apparat u tagħmir mediku

06.1.1              Prodotti farmaċewtiċi

06.1.1.0           Prodotti farmaċewtiċi

06.1.2              Prodotti mediċi oħrajn

06.1.2.1           Testijiet tat-tqala u apparat kontraċettiv mekkaniku

06.1.2.9           Prodotti mediċi oħrajn li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor

06.1.3              Apparat u tagħmir terapewtiku

06.1.3.1           Nuċċalijiet korrettivi tal-vista u lentijiet tal-kuntatt

06.1.3.2           Strumenti għas-smigħ

06.1.3.3           Tiswija tal-apparat u t-tagħmir terapewtiku

06.1.3.9           Apparat u tagħmir terapewtiku ieħor

06.2                 Servizzi għall-pazjenti ta’ barra

06.2.1              Servizzi mediċi

06.2.1.1           Servizzi ta’ tabib mhux speċjalista

06.2.1.2           Servizzi ta’ speċjalista

06.2.2              Servizzi ta’ dentist

06.2.2.0           Servizzi ta’ dentist

06.2.3              Servizzi paramediċi

06.2.3.1           Servizzi tal-laboratorji tal-analiżi medika u taċ-ċentri fejn jittieħdu r-raġġi X

06.2.3.2           Banjijiet termiċi, terapija ġinnastika korrettiva, servizzi tal-ambulanza u l-kiri ta’ tagħmir terapewtiku

06.2.3.9           Servizzi paramediċi oħrajn

06.3                 Servizzi ta’ sptar

06.3.0              Servizzi ta’ sptar

06.3.0.0           Servizzi ta’ sptar

07                    TRASPORT

07.1                 Xiri ta’ vetturi

07.1.1              Karozzi

07.1.1.1           Karozzi ġodda

07.1.1.2           Karozzi użati

07.1.2              Muturi

07.1.2.0           Muturi

07.1.3              Roti

07.1.3.0           Roti

07.1.4              Vetturi miġbudin mill-annimali

07.1.4.0           Vetturi miġbudin mill-annimali

07.2                 L-użu tat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.1              Partijiet tal-bdil u aċċessorji għat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.1.1           Tajers

07.2.1.2           Partijiet tal-bdil għat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.1.3           Aċċessorji għat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.2              Fjuwils u lubrikanti għat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.2.1           Diżil

07.2.2.2           Petrol

07.2.2.3           Fjuwils oħrajn għat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.2.4           Lubrikanti

07.2.3              Manutenzjoni u tiswija tat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.3.0           Manutenzjoni u tiswija tat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.4              Servizzi oħrajn marbutin mat-tagħmir personali tat-trasport

07.2.4.1           Il-kiri ta’ garaxxijiet, ta’ postijiet tal-parkeġġ u ta’ tagħmir personali tat-trasport

07.2.4.2           Faċilitajiet ta’ pedaġġ u ta’ miters fit-triq għall-ipparkjar

07.2.4.3           Lezzjonijiet, testijiet u liċenzji tas-sewqan u kontrolli tekniċi tal-vettura

07.3                 Servizzi tat-trasport

07.3.1              Trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija

07.3.1.1           Trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija

07.3.1.2           Trasport tal-passiġġieri bil-metrò u bit-tramm

07.3.2              Trasport tal-passiġġieri bit-triq

07.3.2.1           Trasport tal-passiġġieri b’tal-linja u bil-kowċ

07.3.2.2           Trasport tal-passiġġieri b’taksi u b’karozza mikrija bis-sewwieq b’kollox

07.3.3              Trasport tal-passiġġieri bl-ajru

07.3.3.1           Titjiriet nazzjonali

07.3.3.2           Titjiriet internazzjonali

07.3.4              Trasport tal-passiġġieri bil-baħar u fl-ilmijiet navigabbli interni

07.3.4.1           Trasport tal-passiġġieri bil-baħar

07.3.4.2           Trasport tal-passiġġieri fl-ilmijiet navigabbli interni

07.3.5              Trasport tal-passiġġieri kkombinat

07.3.5.0           Trasport tal-passiġġieri kkombinat

07.3.6              Servizzi tat-trasport mixtrija oħrajn

07.3.6.1           Trasport b’sistemi ta’ funikulari differenti

07.3.6.2           Servizzi ta’ ġarr u ħżin

07.3.6.9           Servizzi tat-trasport mixtrija oħrajn li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor

08                    KOMUNIKAZZJONI

08.1                 Servizzi tal-posta

08.1.0              Servizzi tal-posta

08.1.0.1           Twassil tal-ittri

08.1.0.9           Servizzi tal-posta oħrajn

08.2                 Tagħmir tat-telefown u tal-faks

08.2.0              Tagħmir tat-telefown u tal-faks

08.2.0.1           Tagħmir tat-telefown fiss

08.2.0.2           Tagħmir tat-telefown ċellulari

08.2.0.3           Tagħmir ieħor tat-telefown u tal-faks

08.2.0.4           Tiswija tat-tagħmir tat-telefown u tal-faks

08.3                 Servizzi tat-telefown u tal-faks

08.3.0              Servizzi tat-telefown u tal-faks

08.3.0.1           Servizzi tat-telefown bil-wajers

08.3.0.2           Servizzi tat-telefown bla wajers

08.3.0.3           Servizzi ta’ forniment ta’ aċċess għall-internet

08.3.0.4           Servizzi tat-telekomunikazzjoni offruti flimkien

08.3.0.5           Servizzi oħrajn tat-trażmissjoni tal-informazzjoni

09                    MOGĦDIJA TAŻ-ŻMIEN U KULTURA

09.1                 Tagħmir awdjoviżiv, tagħmir fotografiku u tagħmir għall-ipproċessar tal-informazzjoni

09.1.1              Tagħmir biex wieħed jirċievi, jirrekordja u jipproduċi mill-ġdid il-ħsejjes u l-istampi

09.1.1.1           Tagħmir biex wieħed jirċievi, jirrekordja u jipproduċi mill-ġdid il-ħsejjes

09.1.1.2           Tagħmir biex wieħed jirċievi, jirrekordja u jipproduċi mill-ġdid il-ħsejjes u l-istampi

09.1.1.3           Apparat portabbli tal-ħsejjes u tal-istampi

09.1.1.9           Tagħmir ieħor biex wieħed jirċievi, jirrekordja u jipproduċi mill-ġdid il-ħsejjes u l-istampi

09.1.2              Tagħmir fotografiku u ċinematografiku u strumenti tal-vista

09.1.2.1           Magni tar-ritratti

09.1.2.2           Aċċessorji għat-tagħmir fotografiku u ċinematografiku

09.1.2.3           Strumenti tal-vista

09.1.3              Tagħmir għall-ipproċessar tal-informazzjoni

09.1.3.1           Kompjuters personali

09.1.3.2           Aċċessorji għat-tagħmir għall-ipproċessar tal-informazzjoni

09.1.3.3           Softwer

09.1.3.4           Kalkulaturi u tagħmir ieħor għall-ipproċessar tal-informazzjoni

09.1.4              Mezzi ta’ reġistrazzjoni

09.1.4.1           Mezzi ta’ reġistrazzjoni rreġistrati minn qabel

09.1.4.2           Mezzi ta’ reġistrazzjoni mhux irreġistrati minn qabel

09.1.4.9           Mezzi ta’ reġistrazzjoni oħrajn

09.1.5              Tiswija tat-tagħmir awdjoviżiv, tat-tagħmir fotografiku u tat-tagħmir għall-ipproċessar tal-informazzjoni

09.1.5.0           Tiswija tat-tagħmir awdjoviżiv, tat-tagħmir fotografiku u tat-tagħmir għall-ipproċessar tal-informazzjoni

09.2                 Oġġetti kbar oħrajn li jdumu jservu li jintużaw għall-mogħdija taż-żmien u għall-kultura

09.2.1              Oġġetti kbar li jintużaw għall-mogħdija taż-żmien fuq barra

09.2.1.1           Vannijiet bil-kumditajiet meħtieġa għall-kampeġġ, karavani u trejlers

09.2.1.2           Ajruplani, inġenji tal-ajru ħfief ħafna, glajders, “hang-gliders” u blalen tal-arja sħuna

09.2.1.3           Dgħajjes, muturi awtbord u l-iffittjar (“outfitting”) tad-dgħajjes

09.2.1.4           Żwiemel, ponijiet u l-aċċessorji tagħhom

09.2.1.5           Oġġetti kbar għal-logħob u għall-isports

09.2.2              Strumenti mużikali u oġġetti kbar li jdumu jservu li jintużaw għall-mogħdija taż-żmien fuq ġewwa

09.2.2.1           Strumenti mużikali

09.2.2.2           Oġġetti kbar li jdumu jservu li jintużaw għall-mogħdija taż-żmien fuq ġewwa

09.2.3              Manutenzjoni u tiswija ta’ oġġetti kbar oħrajn li jdumu jservu li jintużaw għall-mogħdija taż-żmien u għall-kultura

09.2.3.0           Manutenzjoni u tiswija ta’ oġġetti kbar oħrajn li jdumu jservu li jintużaw għall-mogħdija taż-żmien u għall-kultura

09.3                 Oġġetti oħrajn u tagħmir ieħor għall-mogħdija taż-żmien, ġonna u annimali domestiċi

09.3.1              Logħob, ġugarelli u passatempijiet

09.3.1.1           Logħob u passatempijiet

09.3.1.2           Ġugarelli u oġġetti tal-festi

09.3.2              Tagħmir għall-isports, għall-kampeġġ u għall-mogħdija taż-żmien fuq barra

09.3.2.1           Tagħmir għall-isports

09.3.2.2           Tagħmir għall-kampeġġ u għall-mogħdija taż-żmien fuq barra

09.3.2.3           Tiswija tat-tagħmir għall-isports, għall-kampeġġ u għall-mogħdija taż-żmien fuq barra

09.3.3              Ġonna, pjanti u fjuri

09.3.3.1           Prodotti għall-ġonna

09.3.3.2           Pjanti u fjuri

09.3.4              Annimali domestiċi u prodotti marbutin magħhom

09.3.4.1           Ix-xiri tal-annimali domestiċi

09.3.4.2           Prodotti għall-annimali domestiċi

09.3.5              Servizzi veterinarji u servizzi oħrajn għall-annimali domestiċi

09.3.5.0           Servizzi veterinarji u servizzi oħrajn għall-annimali domestiċi

09.4                 Servizzi tal-mogħdija taż-żmien u servizzi kulturali

09.4.1              Servizzi tal-mogħdija taż-żmien u servizzi sportivi

09.4.1.1           Servizzi tal-mogħdija taż-żmien u servizzi sportivi - l-attendenza għalihom

09.4.1.2           Servizzi tal-mogħdija taż-żmien u servizzi sportivi - il-parteċipazzjoni fihom

09.4.2              Servizzi kulturali

09.4.2.1           Ċinema, teatri u kunċerti

09.4.2.2           Mużewijiet, libreriji u ġonna żooloġiċi

09.4.2.3           Ħlas tal-liċenzja tar-radju u tat-televiżjoni u l-abbonamenti

09.4.2.4           Il-kiri ta’ tagħmir u aċċessorji b’rabta mas-servizzi kulturali

09.4.2.5           Servizzi fotografiċi

09.4.2.9           Servizzi kulturali oħrajn

09.4.3              Logħob tal-azzard

09.4.3.0           Logħob tal-azzard

09.5                 Gazzetti, kotba u kartolerija

09.5.1              Kotba

09.5.1.1           Rumanzi

09.5.1.2           Kotba edukattivi tal-iskola

09.5.1.3           Kotba oħrajn li mhumiex rumanzi

09.5.1.4           Servizzi ta’ legatura u t-tniżżil ta’ kotba elettroniċi

09.5.2              Gazzetti u perjodiċi

09.5.2.1           Gazzetti

09.5.2.2           Rivisti u perjodiċi

09.5.3              Materjal stampat ieħor

09.5.3.0           Materjal stampat ieħor

09.5.4              Kartolerija u materjal għat-tpinġija

09.5.4.1           Prodotti tal-karti

09.5.4.9           Kartolerija oħra u materjal ieħor għat-tpinġija

09.6                 Vaganzi b’kollox inkluż

09.6.0              Vaganzi b’kollox inkluż

09.6.0.1           Vaganzi nazzjonali b’kollox inkluż

09.6.0.2           Vaganzi internazzjonali b’kollox inkluż

10                    EDUKAZZJONI

10.1                 Edukazzjoni primarja u ta’ qabel il-primarja

10.1.0              Edukazzjoni primarja u ta’ qabel il-primarja

10.1.0.1           Edukazzjoni ta’ qabel il-primarja (tal-livell 0 tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni tal-1997 (l-ISCED-97))

10.1.0.2           Edukazzjoni primarja (tal-livell 1 tal-ISCED-97)

10.2                 Edukazzjoni sekondarja

10.2.0              Edukazzjoni sekondarja

10.2.0.0           Edukazzjoni sekondarja

10.3                 Edukazzjoni postsekondarja li mhix terzjarja

10.3.0              Edukazzjoni postsekondarja li mhix terzjarja

10.3.0.0           Edukazzjoni postsekondarja li mhix terzjarja (tal-livell 4 tal-ISCED-97)

10.4                 Edukazzjoni terzjarja

10.4.0              Edukazzjoni terzjarja

10.4.0.0           Edukazzjoni terzjarja

10.5                 Edukazzjoni li ma tistax tiġi ddefinita f’livell partikulari

10.5.0              Edukazzjoni li ma tistax tiġi ddefinita f’livell partikulari

10.5.0.0           Edukazzjoni li ma tistax tiġi ddefinita f’livell partikulari

11                    RISTORANTI U LUKANDI

11.1                 Servizzi tal-forniment tal-ikel

11.1.1              Ristoranti, kafetteriji u stabbilimenti simili għalihom

11.1.1.1           Ristoranti, kafetteriji u swali taż-żfin

11.1.1.2           Servizzi tal-ikel ta’ malajr u tal-ikel li jinxtara biex jittiekel xi mkien ieħor

11.1.2              Kantins

11.1.2.0           Kantins

11.2                 Servizzi tal-akkomodazzjoni

11.2.0              Servizzi tal-akkomodazzjoni

11.2.0.1           Lukandi, motels, dvieren u servizzi simili tal-akkomodazzjoni

11.2.0.2           Ċentri tal-btajjel, postijiet tal-kampeġġ, ħostels taż-żgħażagħ u servizzi simili tal-akkomodazzjoni

11.2.0.3           Servizzi tal-akkomodazzjoni offruti minn stabbilimenti oħra

12                    OĠĠETTI U SERVIZZI OĦRAJN

12.1                 Kura personali

12.1.1              Ħwienet tal-parrukkiera u stabbilimenti għall-kura personali

12.1.1.1           Qtigħ u arranġament tax-xagħar għall-irġiel u għat-tfal

12.1.1.2           Qtigħ u arranġament tax-xagħar għan-nisa

12.1.1.3           Trattamenti għall-kura personali

12.1.2              Apparat għall-kura personali li jaħdem bl-elettriku

12.1.2.1           Apparat għall-kura personali li jaħdem bl-elettriku

12.1.2.2           Tiswija tal-apparat għall-kura personali li jaħdem bl-elettriku

12.1.3              Apparat ieħor u oġġetti u prodotti oħrajn għall-kura personali

12.1.3.1           Apparat li ma jaħdimx bl-elettriku

12.1.3.2           Oġġetti għall-iġjene u l-benesseri personali, prodotti eżoteriċi u prodotti tas-sbuħija

12.2                 Prostituzzjoni

12.2.0              Prostituzzjoni

12.2.0.0           Prostituzzjoni

12.3                 Proprjetà personali li mhix ikklassifikata xi mkien ieħor

12.3.1              Ġojjellerija, arloġġi u arloġġi tal-idejn jew tal-but

12.3.1.1           Ġojjellerija

12.3.1.2           Arloġġi u arloġġi tal-idejn jew tal-but

12.3.1.3           Tiswija tal-ġojjellerija, tal-arloġġi u tal-arloġġi tal-idejn jew tal-but

12.3.2              Proprjetà personali oħra

12.3.2.1           Oġġetti tal-ivvjaġġar

12.3.2.2           Oġġetti għat-trabi

12.3.2.3           Tiswija tal-proprjetà personali l-oħra

12.3.2.9           Proprjetà personali oħra li mhix ikklassifikata xi mkien ieħor

12.4                 Protezzjoni soċjali

12.4.0              Protezzjoni soċjali

12.4.0.1           Servizzi ta’ indukrar tat-tfal

12.4.0.2           Djar tal-anzjani u residenzi għall-persuni b’diżabilità

12.4.0.3           Servizzi sabiex in-nies jibqgħu fi djarhom

12.4.0.4           Servizzi ta’ konsulenza

12.5                 Assigurazzjoni

12.5.1              Assigurazzjoni fuq il-ħajja

12.5.1.0           Assigurazzjoni fuq il-ħajja

12.5.2              Assigurazzjoni marbuta mal-post fejn wieħed jgħix

12.5.2.0           Assigurazzjoni marbuta mal-post fejn wieħed jgħix

12.5.3              Assigurazzjoni marbuta mas-saħħa

12.5.3.1           Assigurazzjoni pubblika marbuta mas-saħħa

12.5.3.2           Assigurazzjoni privata marbuta mas-saħħa

12.5.4              Assigurazzjoni marbuta mat-trasport

12.5.4.1           Assigurazzjoni fuq il-vetturi b’mutur

12.5.4.2           Assigurazzjoni tal-ivvjaġġar

12.5.5              Tip ta’ assigurazzjoni oħra

12.5.5.0           Tip ta’ assigurazzjoni oħra

12.6                 Servizzi finanzjarji li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor

12.6.1              Servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett (FISIM)

12.6.1.0           Servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b’mod indirett (FISIM)

12.6.2              Servizzi finanzjarji oħrajn li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor

12.6.2.1           Imposti tal-banek u tal-uffiċċji tal-posta

12.6.2.2           Tariffi u imposti fuq is-servizzi tas-sensara u tal-konsulenti tal-investiment

12.7                 Servizzi oħrajn li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor

12.7.0              Servizzi oħrajn li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor

12.7.0.1           Tariffi amministrattivi

12.7.0.2           Servizzi legali u kontabbiltà

12.7.0.3           Servizzi tal-funerali

12.7.0.4           Tariffi u servizzi oħrajn