52014PC0367

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (ISA2) L-interoperabbiltà bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku /* COM/2014/0367 final - 2014/0185 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1         Kuntest Politiku

Is-settur pubbliku għandu rwol ewlieni fl-ekonomija bħala regolatur, fornitur tas-servizzi u impjegatur. Jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-impjiegi totali u proporzjon sinifikanti tal-attività ekonomika fl-Istati Membri tal-UE. Settur pubbliku effiċjenti u produttiv jista' jkun motivatur qawwi għat-tkabbir ekonomiku permezz tal-appoġġ u l-governanza tiegħu tas-settur privat. Fi żmien meta l-gvernijiet qed jiffaċċjaw l-isfida li jiżguraw konsolidament fiskali filwaqt li jħeġġu t-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi, hemm ġustifikazzjoni qawwija għal titjib fl-effiċjenza, governanza aħjar, twettiq aktar malajr u aktar involviment tal-utenti fis-settur pubbliku[1].

Snin ta' xogħol fuq temi bħal pereżempju l-interoperabbiltà, il-gvern elettroniku, dejta miftuħa, il-cloud computing u l-innovazzjoni soċjali ffaċilitaw serje ta' kunċetti u għodod maturi. In-novità ewlenija hija l-kapaċità ta' dejta miftuħa, għodod parteċipattivi u pjattaformi interoperabbli biex ikun hemm veloċità, effiċjenza u kwalità bla preċedenti fil-ħolqien u t-twettiq tal-oġġetti u s-servizzi pubbliċi. Il-potenzjal li gvernijiet miftuħa interkonnessi u kooperattivi jiġbru kontribuzzjonijiet flimkien minn setturi varji b'mod interoperabbli u sikur issa huwa għoli, u t-twettiq ta' din l-ambizzjoni se jkun elementi kruċjali għat-twaqqif b'suċċess tas-suq uniku diġitali.

Kif imsemmi fl-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir tal-2013 tagħha[2], il-Kummissjoni tqis li l-interoperabbiltà transfruntiera tas-servizzi onlajn u d-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej huma kontributuri importanti għat-tkabbir u aktar effiċjenza. L-interoperabbiltà bejn l-amministrazzjonijiet hija element ewlieni li jista' jippermetti t-twettiq aktar effiċjenti u effettiv tas-servizzi diġitali, filwaqt li l-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà eżistenti jistgħu jnaqqsu l-multiplikazzjoni tal-kostijiet. Dawn huma fatturi ta' produttività importanti li jistgħu jtejbu u jimmodernizzaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi fil-livelli tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali[3].

Bħala reazzjoni għall-kriżi ekonomika attwali, il-Kummissjoni adottat inizjattiva importanti oħra, l-Istrateġija Ewropa 2020[4], sabiex l-UE tinbidel f'ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva, b'livelli għoljin ta' impjiegi, produttività u koeżjoni soċjali. Ċerti sfidi ewlenin indirizzati mill-Istrateġija jirrigwardaw direttament il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej. Kif enfasizzat fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (Digital Agenda for Europe - DAE)[5], programm emblematiku tal-Ewropa 2020, l-interoperabbiltà hija essenzjali għall-massimizzazzjoni tal-potenzjal soċjali u ekonomiku tal-ICT u, konsegwentement, id-DAE tista' tibda biss jekk tiġi żgurata l-interoperabbiltà. Il-pilastru tal-"interoperabbiltà u l-istandards" tad-DAE jorbot mal-prijoritajiet politiċi taħt inizjattivi rilevanti oħrajn bħal pereżempju l-Istrateġija Ewropea dwar l-Interoperabbiltà (European Interoperability Strategy - EIS), il-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà (European Interoperability Framework - EIF)[6] u l-Istrateġija tal-Kummissjoni elettronika tal-2012-15[7].

Fl-24 u l-25 ta' Ottubru 2013, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet li fihom enfasizza li l-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għandha titkompla, bl-implimentazzjoni rapida tas-servizzi, bħal pereżempju l-gvern elettroniku, is-saħħa elettronika, il-fatturar elettroniku u l-akkwist elettroniku li jiddependu fuq l-interoperabbiltà. Dan se jwassal għal aktar servizzi diġitali u servizzi diġitali aħjar għaċ-ċittadini u l-intrapriżi fl-Ewropa kollha, tfaddil fil-kostijiet u aktar effiċjenza, aktar trasparenza u kwalità tas-servizzi aħjar fis-settur pubbliku.

Il-programmi tal-interoperabbiltà għamlu ħafna progress mill-introduzzjoni tagħhom fl-1995. Il-Kummissjoni wriet id-dedikazzjoni tagħha għas-soluzzjonijiet tal-interoperabbiltà fuq perjodu twil ħafna. Illum huwa essenzjali li jkun hemm impenn kbir minn kull naħa biex il-Kummissjoni u l-Istati Membri jbiddlu u jimmodernizzaw is-servizzi fl-Ewropa kollha. F'dan il-kuntest, l-interoperabbiltà, bħala fattur determinanti, wittiet it-triq għall-kisba tal-"interazzjoni transkonfinali u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn […] l-amministrazzjonijiet, li tippermetti t-twassil ta’ servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet Komunitarji", kif mitlub fid-Deċiżjoni dwar il-programm preċedenti (id-Deċiżjoni ISA, l-Artikolu 1(2)[8]).

Għalhekk, billi tirreaġixxi għall-bżonnijiet reali, il-proposta attwali għat-tkomplija tal-programm tal-Kummissjoni dwar l-interoperabbiltà se tagħmel kontribut siewi lill-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej.

Il-proposta torbot ma' inizjattivi oħrajn li jikkontribwixxu għall-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, bħal pereżempju d-DAE, l-Orizzont 2020[9], il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (Connecting Europe Facility - CEF)[10] u netwerks bħal pereżempju n-Netwerk Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (European Public Administration Network - EUPAN), il-Fondi tal-Investiment u l-Fondi Strutturali Ewropej (fl-aħħar żewġ każijiet billi jiżguraw li l-proġetti ffinanzjati jkunu allinjati mal-oqfsa u l-ispeċifikazzjonijiet tal-interoperabbiltà fl-UE kollha). F'rapport reċenti dwar it-tisħiħ tal-innovazzjoni tas-settur pubbliku Ewropew[11], l-interoperabbiltà u x-xogħol fil-programm preċedenti huma msemmija bħala fatturi li jwasslu għall-innovazzjoni diġitali u li jegħlbu l-ostakoli għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku.

Dan il-programm ġdid għalhekk għandu jkun punt ċentrali ta' referenza u strument li jippermetti l-modernizzazzjoni bbażata fuq l-ICT tas-settur pubbliku fl-Ewropa, u, konsegwentement, kontribut imprezzabbli għall-kisba tas-suq uniku diġitali.

1.2         L-importanza tal-interoperabbiltà

Fl-Ewropa tal-lum, iċ-ċittadini huma liberi li jaħdmu u jgħixu f'pajjiż ieħor u n-negozji huma liberi li jagħmlu kummerċ u joperaw fl-Unjoni kollha. Meta jagħmlu dan, ta' spiss ikollhom jinteraġixxu b'mod elettroniku mal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri. Sabiex tiġi ffaċilitata din l-interazzjoni, l-Istati Membri qed jimmodernizzaw gradwalment l-amministrazzjonijiet tagħhom billi jtejbu l-proċessi tan-negozju u l-infrastrutturi tal-ICT, u b'hekk inaqqsu l-piż u l-kostijiet amministrattivi tagħhom filwaqt li jżidu l-effiċjenza u l-effettività tas-servizzi li jipprovdu.

Madankollu, minħabba li dan iseħħ fil-livell nazzjonali u tonqos l-interoperabbiltà fil-livell Ewropew, din il-bidla ta' spiss iġġib ostakoli elettroniċi li ma jħallux liċ-ċittadini u lin-negozji jużaw is-servizzi pubbliċi b'mod effiċjenti u jimpedixxu l-funzjonament bla tfixkil tas-suq intern.

Fl-istess ħin, l-isfidi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa jeħtieġu aktar u aktar reazzjonijiet politiċi komuni u għalhekk jeħtieġu li l-Istati Membri jingħaqdu flimkien biex jimplimentawhom. L-applikazzjoni ta' firxa wiesgħa ta' atti leġiżlattivi hija r-responsabbiltà kondiviża tal-Istati Membri u l-Kummissjoni u teħtieġ interazzjoni bejn il-fruntieri u s-setturi permezz ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà tal-ICT, li issa huma parti integrali tal-parti l-kbira tal-atti leġiżlattivi u strument ewlieni għal din l-interazzjoni.

1.3         L-isfond

Il-Programm tal-1995-99 dwar l-Iskambju tad-Dejta bejn l-Amministrazzjonijiet (IDA)[12] kellu l-għan li jippromwovi l-iżvilupp u l-operat tan-netwerks telematiċi trans-Ewropej li permezz tagħhom l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jistgħu jiskambjaw id-dejta ma' xulxin u/jew mal-Istituzzjonijiet tal-UE.

Il-programm ta' segwitu, IDA II (1999-2004) [13][14], kellu l-għan li jrendi s-servizzi tal-Gvern elettroniku lin-negozji u liċ-ċittadini Ewropej aktar effiċjenti.

Il-Programm 2005-09 IDABC[15] kien jimmira għat-twettiq interoperabbli tas-servizzi tal-Gvern elettroniku pan-Ewropej lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, lin-negozji u liċ-ċittadini.

Il-Programm 2010-15 ISA[16] dwar is-soluzzjonijiet tal-interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej kellu l-għan li jappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej billi jiffaċilita l-interazzjoni transfruntiera u transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva li tippermetti t-twettiq tas-servizzi pubbliċi elettroniċi sabiex jgħin fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni.

L-attivitajiet fil-programmi ta' hawn fuq għamlu kontribut sinifikanti għall-iżgurar tal-interoperabbiltà fl-iskambju elettroniku ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej. Fir-Riżoluzzjoni dwar Suq uniku diġitali kompetittiv - il-Gvern elettroniku bħala xprun tiegħu (it-3 ta' April 2012), il-Parlament Ewropew irrikonoxxa l-kontribut u r-rwol kumplessiv tal-Programm ISA fid-definizzjoni, il-promozzjoni u l-appoġġ tal-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet u l-oqfsa tal-interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, fil-ksib tas-sinerġiji, fil-promozzjoni tal-użu mill-ġdid tal-infrastruttura, is-servizzi diġitali u s-soluzzjonijiet tas-softwer, u fil-bidla tar-rekwiżiti ta' interoperabbiltà tal-amministrazzjonijiet pubbliċi fi speċifikazzjonijiet u standards għas-servizzi diġitali. Il-Parlament talab ukoll żieda fl-allokazzjonijiet finanzjarji għas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-UE għall-2014-20.

Minħabba li l-Programm ISA se jintemm fil-31 ta' Diċembru 2015, jeħtieġ programm tal-UE ġdid dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej sabiex:

· jittraċċa u janalizza l-pajsaġġ globali tal-interoperabbiltà fl-Ewropa u jevita l-frammentazzjoni tiegħu;

· jippermetti, jippromwovi u jappoġġa approċċ olistiku għall-ġbir, il-valutazzjoni, l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat, it-titjib u ż-żamma tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà, inklużi s-soluzzjonijiet li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid tad-dejta kif ukoll l-iskambju tagħha b'appoġġ għall-interazzjoni transfruntiera jew transsettorjali għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u bejniethom u għall-intrapriżi u ċ-ċittadini; u

· jippromwovi u jappoġġa l-użu mill-ġdid, l-integrazzjoni u l-konverġenza ta’ soluzzjonijiet eżistenti, inklużi dawk minn oqsma ta' politika tal-Unjoni oħrajn.

Il-programm il-ġdid se jikkontribwixxi għall-issodisfar tal-isfidi u għall-iżgurar tal-kontinwità filwaqt li jipprovdi forum għall-iskambju ta' ideat u esperjenza.

1.4         Inizjattivi relatati tal-UE u l-interoperabbiltà f'oqsma ta' politika oħrajn

Fil-kuntest aktar wiesa', l-azzjoni taħt il-Programm ISA preċedenti kienet ikkoordinata u allinjata b'mod kontinwu mal-ħidma kontinwa taħt il-Programm ta' Appoġġ tal-Politika tal-ICT (ICT Policy Support Programme - ICT PSP) tal-Programm Qafas tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni (Competitiveness and Innovation Framework Programme - CIP) u/jew mal-istrateġija tal-ICT interna tal-Kummissjoni, u b'azzjoni fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew tal-Gvern elettroniku tal-2011-15. Il-Programm ISA appoġġa lil dawn l-inizjattivi u lil inizjattivi simili kull meta kkontribwixxew għall-interoperabbiltà bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-UE.

L-ISA kien ukoll allinjat sew mal-Programm CEF, l-istrument ta' finanzjament tal-Unjoni għan-netwerks trans-Ewropej fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni. Is-CEF jappoġġa l-mobilizzazzjoni u l-operat ta' servizzi diġitali transfruntiera ewlenin. Il-programm propost jikkumplimenta lis-CEF billi fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jinkludi li s-servizzi jinġiebu f'livell operattiv, kif meħtieġ, qabel ma jittieħdu fil-kontroll tas-CEF. Huwa wkoll wieħed mill-programmi determinanti u kontributuri għall-innovazzjoni tas-settur pubbliku fl-Ewropa.

L-interoperabbiltà għamlet ukoll kontribut sinifikanti fil-qasam tal-cloud computing. Kif iddikjarat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-isfruttar tal-potenzjal tal-Cloud Computing fl-Ewropa"[17], l-interoperabbiltà għandha rwol importanti fl-appoġġ tal-"ħolqien ta' servizzi pubbliċi bbażati fuq standards, skalabbli, u konformi mal-ħtiġijiet ta' popolazzjoni mobbli u negozji li jridu jibbenefikaw mis-suq uniku diġitali Ewropew". Il-programm propost se jqis l-attivitajiet tal-Inizjattiva tal-Cloud Ewropew fir-rigward tal-interoperabbiltà.

L-interoperabbiltà hija fattur determinanti fit-tfassil tal-politiki tal-UE u għall-implimentazzjoni b'suċċess fil-livell settorjali. L-oqsma ta' politika li ġejjin, fost oħrajn, jiddependu fuq l-interoperabbiltà għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tagħhom:

· Is-suq intern: Id-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern[18] tirrikjedi li l-Istati Membri joffru lill-fornituri ta' servizzi l-possibbiltà li jimlew b'mod elettroniku u bejn il-fruntieri l-proċeduri u l-formalitajiet kollha meħtieġa biex jipprovdu servizz barra mill-pajjiż tagħhom. Barra minn hekk, fil-qasam tad-dritt soċjetarju, id-Direttiva 2012/17/UE[19] tirrikjedi l-interoperabbiltà tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji tal-Istati Membri permezz ta' pjattaforma ċentrali. L-interkonnessjoni tar-reġistri tal-kumpaniji se tiżgura l-iskambju transfruntier tal-informazzjoni bejn ir-reġistri u se tiffaċilita l-aċċess fil-livell tal-UE għaċ-ċittadini u n-negozji għad-dejta dwar il-kumpaniji, u b'hekk titjieb iċ-ċertezza tad-dritt tal-ambjent tan-negozju fl-Ewropa;

· L-ambjent: Id-Direttiva INSPIRE[20] tirrikjedi l-adozzjoni ta' regoli ta' implimentazzjoni komuni li jistabbilixxu arranġamenti ta' interoperabbiltà teknika u li l-infrastrutturi nazzjonali jiġu adattati sabiex jiżguraw li d-dejta u s-servizzi spazjali jkunu interoperabbli u aċċessibbli bejn il-fruntieri tal-Unjoni;

· L-Affarijiet Interni u l-Ġustizzja: L-effettività tiddependi fuq interoperabbiltà u sinerġiji msaħħa fil-bażijiet ta' dejta Ewropej pereżempju permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen II (SIS II), is-Sistema Ewropea tad-Dattiloskopija (Eurodac) u l-portal tal-Ġustizzja elettronika;

· Id-Dwana, it-Tassazzjoni u d-Dazji tas-Sisa: b'aktar minn 20 sena ta' esperjenza fl-operat tas-sistemi tal-ICT trans-Ewropej li jilħqu l-Istati Membri kollha u jappoġġaw is-servizzi tan-negozju ffinanzjati mill-programmi Fiscalis 2013[21] u Dwana 2013[22], implimentati u operati mill-Kummissjoni u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-interoperabbiltà rriżultat bħala fattur ta' suċċess ewlieni. L-assi maħluqa taħt il-programmi Fiscalis 2013 u Dwana 2013 huma disponibbli għall-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid minn oqsma ta' politika oħrajn fuq il-bażi "kif inhu";

· Is-Saħħa: Id-Direttiva 2011/24/UE dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali tipprevedi regoli biex jiffaċilitaw l-aċċess għal kura tas-saħħa transfruntiera sikura u ta' kwalità għolja. Id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet espliċiti għall-kisba ta' interoperabbiltà usa' tas-sistemi nazzjonali tal-ICT għall-iskambju elettroniku tad-dejta dwar is-saħħa. Fil-farmaċewtiċi, in-netwerk Ewropew tat-Telematika huwa ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni. Huwa jagħti soluzzjonijiet prattiċi għas-simplifikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti mediċinali u netwerk ta' farmakoviġilanza Ewropea interoperabbli.

· Is-Saħħa tal-Annimali u s-Sikurezza tal-Ikel: Ġew applikati soluzzjonijiet effettivi li jappoġġaw il-katina sħiħa tat-traċċabbiltà tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali u twissijiet fl-10 snin li għaddew b’titjib konsistenti. L-atturi kollha fil-katina (min-negozju sal-amministrazzjonijiet) huma involuti fis-sistema TRACES. L-iskambji elettroniċi bejn l-atturi (inklużi l-pajjiżi terzi) huma bbażati fuq standards internazzjonali (UNCEFACT) u qed tiġi introdotta sistema ta' firem elettroniċi sabiex ikun jista' jsir proċessar elettroniku ta' kważi d-dokumenti uffiċjali kollha.

· Il-Fondi Ewropej: L-iskambji kollha ta' informazzjoni b'rabta mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta' ġestjoni, l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni, l-awtoritajiet tal-awditjar u l-korpi intermedji jitwettqu permezz ta' sistemi għall-iskambju elettroniku tad-dejta[23], sabiex tiġi ffaċilitata l-interoperabbiltà mal-oqfsa nazzjonali u tal-UE u sabiex il-benefiċjarji jkunu jistgħu jressqu l-informazzjoni meħtieġa darba biss;

· L-informazzjoni tas-settur pubbliku: Id-Direttiva 2013/37/UE[24] tipprevedi li, meta jkun possibbli u xieraq, il-korpi tas-settur pubbliku jagħmlu d-dokumenti disponibbli f'formati miftuħa u li jinqraw elettronikament flimkien mal-metadejta tagħhom, fl-aqwa livell ta’ preċiżjoni u granularità, f’format li jiżgura l-interoperabbiltà, l-użu mill-ġdid u l-aċċessibbiltà;

· L-identità elettronika: Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern[25] tenfasizza li l-UE teħtieġ qafas ta' abilitazzjoni biex jindirizza l-interoperabbiltà transfruntiera u jtejjeb il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sorveljanza nazzjonali għall-identifikazzjoni elettronika u l-awtentikazzjoni elettronika aċċettati fl-UE kollha;

· L-Istandardizzazzjoni tal-ICT: Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea[26] jirreferi għall-interoperabbiltà bħala eżitu essenzjali tal-istandardizzazzjoni u jiddikjara li, sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà fis-suq uniku u titjieb il-libertà tal-għażla għall-utenti tal-UE fil-qasam tal-ICT, huwa xieraq li jitħeġġeġ l-użu tal-ispeċifikazzjonijiet teknikċi rilevanti jew tiġi rikjesta l-konformità magħhom fil-livell tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, dan il-programm għandu jippromwovi u, fejn xieraq, jappoġġa l-istandardizzazzjoni parzjali jew sħiħa tas-soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà eżistenti.

· Il-Produzzjoni tal-Istatistika Ewropea: Fir-Regolament (KE) Nru 223/2009[27] dwar l-Istatistika Ewropea li jistabbilixxi l-bażi tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (European Statistical System - ESS) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 404 (2009) sussegwenti[28] dwar "il-metodu ta' produzzjoni tal-istatistika tal-UE : viżjoni għad-deċennju li ġej", l-interoperabbiltà hija fattur determinanti ewlieni għall-kisba ta' żieda fl-effiċjenza, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u t-titjib tal-kwalità tal-istatistika tal-UE għaċ-ċittadini, l-intrapriżi u dawk li jfasslu l-politika fl-UE.

· Fil-qasam tal-Akkwist Pubbliku, id-Direttivi 2014/25/UE, 2014/24/UE u 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 2014 jirrikjedu li l-Istati Membri jimplimentaw l-akkwist elettroniku. Huma jiddikjaraw li l-għodod u l-apparat li għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi, kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, iridu jkunu interoperabbli mal-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni f'użu ġenerali. Id-Direttiva 2014/55/UE[29] dwar il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku adottata mill-Parlament fil-11 ta' Marzu 2014 tikkonċerna l-iżvilupp ta' standard Ewropew għall-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-fatturar elettroniku fl-UE kollha.

Madankollu, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-inizjattivi settorjali kollha ta' hawn fuq, l-interoperabbiltà transsettorjali trid titqies u titpoġġa fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-programm.

1.5         Raġunijiet għall-proposta

Sabiex ikun hemm interazzjoni effiċjenti u effettiva maċ-ċittadini u n-negozji, l-Istati Membri għandhom jimmodernizzaw l-amministrazzjonijiet tagħhom u jipprovdu servizzi diġitali interoperabbli fil-livell nazzjonali u Ewropew.

Il-problemi ffaċċjati mill-amministrazzjonjiet pubbliċi għadhom jinkludu kumplessità organizzattiva interna, nuqqas ta' oqfsa, arkitetturi tal-ICT u għodod li jippermettu l-interoperabbiltà, frammentazzjoni kulturali u nuqqas ta' kooperazzjoni fost l-entitajiet istituzzjonali mxerrda.

Mill-evalwazzjoni interim tal-2012 tal-Programm ISA nstab li kien rilevanti[30] biex jirrispondi għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri, fuq il-bażi li dawk indirizzati minn programmi tal-Kummissjoni fl-imgħoddi u dawk attwali, jiġifieri IDA, IDABC u ISA, għadhom japplikaw għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej.

Dan il-programm għalhekk huwa meħtieġ sabiex:

– jiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

– jittraċċa u janalizza l-pajsaġġ globali tal-interoperabbiltà fl-Ewropa;

– jippermetti, jippromwovi u jappoġġa approċċ olistiku għall-ġbir, il-valutazzjoni, l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat, it-titjib u ż-żamma tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà, inklużi s-soluzzjonijiet li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid tad-dejta kif ukoll l-iskambju tagħha b'appoġġ għall-interazzjoni transfruntiera jew transsettorjali bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej; u

– fl-istess ħin, jippromwovi u jappoġġa l-użu mill-ġdid, l-integrazzjoni u l-konverġenza ta’ soluzzjonijiet eżistenti inklużi dawk minn oqsma ta' politika tal-UE oħrajn.

Fattur ewlieni fis-suċċess ta' kull interoperabbiltà, speċjalment fil-qasam tal-ICT, huwa li tiġi indirizzata fil-livell ġuridiku t-tajjeb għal effett massimu. Għandu jiġi żgurat li l-impatt tal-ICT tal-leġiżlazzjoni proposta jiġi vvalutat u mkejjel fi stadju bikri fil-proċess leġiżlattiv u li l-ħtiġijiet tal-ICT jiġu identifikati fil-ħin, u b'hekk tiġi permessa l-implimentazzjoni bla xkiel tal-leġiżlazzjoni meta tidħol fis-seħħ.

Dan il-programm se jappoġġa u jippromwovi l-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni proposta jew adottata u l-ippjanar għall-introduzzjoni ta' soluzzjonijiet għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tat-tali leġiżlazzjoni.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

2.1         Konsultazzjoni tal-partijiet interessati

L-opinjonijiet tal-partijiet interessati dwar il-ġejjieni tal-Programm ISA (din il-proposta) inġabru bejn Marzu 2013 u Jannar 2014 f'ħames sessjonijiet ta' konsultazzjonijiet formali mal-Istati Membri. Tnax-il DĠ tal-Kummissjoni[31] ġew ikkonsultati wkoll u l-kummenti tagħhom tqiesu fil-proposta.

Il-Kummissjoni ppreżentat is-"sitwazzjoni attwali" tat-tħejjija tal-bażi ġuridika għall-Programm ISA l-ġdid lill-Istati Membri f'żewġ laqgħat uffiċjali tal-Kumitat ISA u tliet laqgħat tal-Grupp ta' Koordinazzjoni ISA. Dan il-proċess iterattiv ippermettielha tiġbor ir-reazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-leġiżlazzjoni proposta.

Il-Kummissjoni l-ewwel għarrfet lill-Istati Membri bl-intenzjoni tagħha li tintroduċi deċiżjoni ġuridika ġdida għall-Programm ISA suċċessur f'Marzu 2013. Hija ppreżentat abbozz tal-leġiżlazzjoni f'laqgħa tal-Grupp ta' Koordinazzjoni ISA f'Ottubru 2013 u talbet lill-Istati Membri biex jipprovdu r-reazzjonijiet tagħhom.

Ir-reazzjonijiet li waslu minn 16-il Stat Membru[32] f'Novembru 2013 indikaw li:

· il-leġiżlazzjoni l-ġdida għandha tiffoka fuq l-evitar tal-irduppjar tal-isforzi u l-koordinazzjoni ma' programmi oħrajn tal-UE (imsemmi minn 10 Stati Membri);

· il-monitoraġġ tar-riżultati għandu jitkompla u jinkludi l-kwantifikazzjoni tal-benefiċċji tal-programm (imsemmi minn seba' Stati Membri);

· il-Programm ISA l-ġdid għandu jikkontribwixxi għall-interoperabbiltà fil-perspettiva kollha billi juża mudell/għodda tal-arkitettura bħal pereżempju l-Kartografija Ewropea tal-Interoperabbiltà (imsemmi minn sitt Stati Membri); u

· il-Progamm għandu jitmexxa permezz ta' approċċ ibbażat fuq il-ħtiġijiet (imsemmi minn sitt Stati Membri).

Kummenti oħrajn inqas importanti kienu li:

· hemm ħtieġa li jiġu involuti gruppi ta' partijiet interessati differenti fir-rieżami tal-leġiżlazzjoni (pereżempju ċ-ċittadini, in-negozji, l-akkademja) u li jiġi żgurat li tindirizza s-sitwazzjoni tagħhom;

· il-leġiżlazzjoni l-ġdida għandha tenfasizza l-importanza tal-użu mill-ġdid tad-dejta, is-servizzi u s-soluzzjonijiet;

· ir-referenzi speċifiċi fil-leġiżlazzjoni għandhom iħeġġu s-simplifikazzjoni tal-proċessi fil-kuntest tal-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi; u

· il-programm il-ġdid għandu jkollu r-rwol ta' faċilitatur/inkubatur għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-istituzzjonijiet sabiex jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet ma jiġux biss stabbiliti iżda jkunu wkoll sostenibbli, mingħajr ma l-isforzi jiġu rduppjati.

L-aktar reazzjoni reċenti mill-Istati Membri nġabret fil-laqgħa tas-16 ta' Jannar 2014 tal-Kumitat ISA, meta ġie ppreżentat u sar qbil fuq il-pjan taż-żmien għall-adozzjoni tal-programm il-ġdid. Qablu li, għalkemm il-leġiżlazzjoni għandha tiġi estiża għaċ-ċittadini u n-negozji, l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jibqgħu l-punt fokali sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà minn tarf sa tarf.

2.2         Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt għal dan il-programm kienet ibbażata fuq metaevalwazzjoni mill-evalwazzjonijiet tal-programm preċedenti (evalwazzjoni interim tal-2012 għall-Programm ISA u r-rieżami tal-implimentazzjoni tal-EIS) u fuq ir-reazzjonijiet tal-Istati Membri.

L-evalwazzjoni interim tal-ISA fil-biċċa l-kbira pożittiva kkonkludiet li l-Programm ISA kien allinjat mal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni u l-ħtiġijiet tal-Istati Membri u kien implimentat b'mod effiċjenti u koerenti, b'riżultati li ntużaw mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istati Membri. Madankollu, hija identifikat ukoll xi nuqqasijiet u għamlet rakkomandazzjonijiet għal azzjoni fir-rigward ta':

· il-komunikazzjoni u s-sensibilizzazzjoni;

· l-involviment tal-partijiet interessati u l-kontinwità tal-ġestjoni; u

· l-evitar tat-trikkib u l-irduppjar tax-xogħol, iż-żieda tal-użu mill-ġdid u l-iżgurar tas-sostenibbiltà.

Barra minn hekk, l-evalwaturi qiesu li erba' mill-ħdax-il rakkomandazzjoni mill-aħħar evalwazzjoni tal-programm preċedenti (IDABC) kienu għadhom japplikaw għall-Programm ISA.

Dan il-programm iqis ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport interim u jindirizza n-nuqqasijiet b'attivitajiet speċifiċi, filwaqt li jimmira li jikkonsolida, jippromwovi u jespandi l-attivitajiet eżistenti tal-Programm ISA. B'mod partikolari, il-programm il-ġdid se jgħin biex jiġu identifikati, jinħolqu u jiġu operati soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà, li mbagħad jiġu pprovduti għal użu illimitat lil istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni, u lil amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali u lokali, u b'hekk tiġi ffaċilitata l-interazzjoni transfruntiera jew transsettorjali bejniethom. Il-programm se jiżviluppa wkoll soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà b'mod awtonomu jew jikkumplimenta u jappoġġa inizjattivi oħra tal-Unjoni billi jittestja soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà bħala "inkubatur tas-soluzzjonijiet" jew jiżgura s-sostenibbiltà tagħhom bħala "pont għas-soluzzjonijiet".

B'hekk, il-programm se jgħin fit-tnaqqis tal-kost u l-piż amministrattiv tal-interazzjoni transfruntiera għal dawk kollha kkonċernati, itejjeb aktar is-suq intern u l-moviment liberu fl-UE mingħajr ostakoli elettroniċi amministrattivi, u jikkontribwixxi għall-impjantazzjoni rapida tas-sistemi ICT li jappoġġaw il-leġiżlazzjoni tal-UE.

Jekk dan il-programm ma jiġix adottat, jonqos l-appoġġ għall-interazzjoni effettiva u effiċjenti bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u dan iwassal għal kostijiet akbar u aktar sforz. Barra minn hekk, il-proliferazzjoni ta' soluzzjonijiet differenti tista' involontarjament tirriżulta f'ostakoli elettroniċi ġodda jew agħar, u b'hekk timpedixxi l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u l-moviment liberu, jiġifieri l-oppost tal-għan ta' modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej.

B'mod simili, l-istabbiliment u l-operat ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà ġodda ma jkomplux jikkontribwixxu għall-iżgurar ta' skambju effiċjenti u effettiv ta' dejta bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej. Mingħajr programm ġdid jittieħdu ħafna inqas inizjattivi tal-UE għall-appoġġ tal-interoperabbiltà, li hija prekundizzjoni għat-twettiq tas-servizzi diġitali onlajn transfruntiera jew transsettorjali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej.

Bit-tnedija ta' dan il-programm, l-UE se tagħmel kontribut importanti għall-iżgurar ta' interazzjoni bla xkiel bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej għall-benefiċċju dirett tal-Istati Membri, in-negozji u ċ-ċittadini.

Il-programm se jżid valur ekonomiku billi jappoġġa l-funzjonament tajjeb tas-suq intern permezz ta' soluzzjonijiet li se jiżguraw:

(a)        ħinijiet ta' rispons iqsar fl-interazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi maċ-ċittadini u n-negozji;

(b)        l-identifikazzjoni u l-użu mill-ġdid ta' soluzzjonijiet eżistenti biex iservu ħtiġijiet simili tan-negozju; u

(c)        l-awtomatizzjoni tat-tranżazzjonijiet transfruntiera u transsettorjali, biex b'hekk jiġu ffrankati r-riżorsi u l-ħin.

Il-valur soċjali jiżdied minħabba li l-attivitajiet tal-programm eventwalment jibbenefikaw liċ-ċittadini u lin-negozji bħala utenti tas-servizzi pubbliċi elettroniċi transfruntiera u transsettorjali li jużaw it-tali soluzzjonijiet komuni u kondiviżi.

3.           ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

3.1         Sommarju tal-leġiżlazzjoni proposta

Dan il-programm jiġi wara l-Programm ISA u se jikkonsolida, jippromwovi u jespandi l-attivitajiet tiegħu.

B'mod partikolari, il-programm il-ġdid se:

· jgħin biex jiġu identifikati, jinħolqu u jiġu operati soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà, li mbagħad jiġu pprovduti għal użu illimitat lil istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni, u lil amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali u lokali, u b'hekk tiġi ffaċilitata l-interazzjoni transfruntiera jew transsettorjali bejniethom;

· jiżviluppa soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà b'mod awtonomu jew jikkumplimenta u jappoġġa inizjattivi oħra tal-Unjoni billi jittestja soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà bħala "inkubatur tas-soluzzjonijiet" jew jiżgura s-sostenibbiltà tagħhom bħala "pont għas-soluzzjonijiet"; u

· jivvaluta l-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni tal-UE eżistenti u proposta.

3.2         Bażi ġuridika

Skont l-Artikolu 170 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), sabiex tgħin biex jinkisbu l-għanijiet msemmijin fl-Artikoli 26 u 174 tat-TFUE u sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, l-operaturi ekonomiċi u l-komunitajiet reġjonali u lokali jkunu jistgħu jiksbu benefiċċju sħiħ mill-istabbiliment ta' żona mingħajr fruntieri interni, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta' netwerks trans-Ewropej permezz ta' azzjonijiet għall-promozzjoni tal-interkonnettività u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali, kif ukoll l-aċċess għalihom.

Skont l-Artikolu 172 tat-TFUE (li qabel kien l-Artikolu 156 tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea), "il-linji gwida u l-miżuri l-oħra previsti fl-Artikolu 171(1) għandhom jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-linji gwida u l-proġetti ta’ interess komuni li jirrigwardaw it-territorju ta’ Stat Membru partikolari għandhom ikunu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Istat Membru interessat."

3.3         Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-UE.

L-għanijiet tal-proposti ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri li jaġixxu b'mod indipendenti, minħabba li dan ma jipproduċix l-effetti ta' interoperabbiltà meħtieġa għas-servizzi pubbliċi elettroniċi transfruntiera jew transsettorjali u ma jistabbilixxix soluzzjonijiet komuni u kondiviżi b'appoġġ tal-interazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej.

L-azzjoni tal-UE se tikseb l-għanijiet tal-proposta b'mod aktar effettiv, minħabba li l-programm se jistabbilixxi u jopera soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-appoġġ tal-interazzjoni bla xkiel bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi bejn il-fruntieri jew is-setturi, u b'hekk jiġi permess it-twettiq tas-servizzi pubbliċi elettroniċi b'appoġġ tal-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-UE.

Għalhekk, il-programm għandu dimensjoni tal-UE inerenti ċara. Għalhekk il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

3.4         Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-programm se jappoġġa l-provvista ta' soluzzjonijiet komuni u kondiviżi, jiġifieri oqfsa komuni, għodod ġeneriċi u servizzi komuni, li għandhom jiġu applikati, kif xieraq, mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej għall-iskambju ta' informazzjoni fil-fruntieri jew is-setturi kollha. Fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet oħrajn, l-applikazzjoni ta' dawn is-soluzzjonijiet hija soġġetta għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri.

L-istabbiliment u t-titjib ta' oqfsa komuni u għodod ġeneriċi se jiġu ffinanzjati permezz tal-programm, filwaqt li l-użu tat-tali oqfsa u għodod se jiġi ffinanzjat mill-utenti fil-livell amministrattiv ikkonċernat. Il-programm se jiffinanzja l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni (jiġifieri t-twassil sa stat ta' maturità operazzjonali) u t-titjib tas-servizzi komuni, iżda se jiffinanzja l-operat reali tagħhom biss meta dan jista' jservi l-interessi tal-UE. F'każijiet oħrajn, l-użu tas-servizzi, inkluż l-operat tagħhom fuq bażi deċentralizzata, se jiġi ffinanzjat mill-utenti.

Is-soluzzjonijiet stabbiliti mill-programm se jnaqqsu l-piż finanzjarju u amministrattiv fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej meta jinteraġixxu ma' xulxin. Għalhekk, il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

3.5         L-għażla tal-istrumenti

Bħal fil-Programm ISA preċedenti, l-att ġuridiku propost huwa deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, minħabba li f'dan il-każ partikolari, deċiżjoni hija l-aktar mezz xieraq għall-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

4.           L-IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm ISA2 il-ġdid għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2020 huwa EUR 130 928 000. Il-pakkett propost huwa konsistenti mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020.

Aktar dettalji huma pprovduti fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta.

5.           ELEMENTI FAKULTATTIVI

Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

Pajjiżi kandidati

L-att propost huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi kandidati.

2014/0185 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (ISA2)

L-interoperabbiltà bħala mezz għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[33],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[34],

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       F'serje ta' Dikjarazzjonijiet Ministerjali (f'Manchester fl-24 ta' Novembru 2005, Lisbona fid-19 ta' Settembru 2007, Malmö fit-18 ta' Novembru 2009 u Granada fid-19 ta' April 2010), il-ministri stiednu lill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri billi jiġu implimentati soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà transfruntiera u transsettorjali li jippermettu servizzi pubbliċi aktar effiċjenti u sikuri. Barra minn hekk, l-Istati Membri rrikonoxxew li jridu jitwettqu servizzi pubbliċi aħjar b'inqas riżorsi, u li l-potenzjal tal-Gvern elettroniku jista' jissaħħaħ bil-promozzjoni ta' kultura ta' kollaborazzjoni u bit-titjib tal-kundizzjonijiet għall-interoperabbiltà fl-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej.

(2)       Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Mejju 2010 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Aġenda Diġitali għall-Ewropa[35] (DAE), waħda mill-inizjattivi emblematiċi tal-Istrateġija Ewropa 2020 tagħha[36], il-Kummissjoni enfasizzat li l-interoperabbiltà hija essenzjali biex jiġi massimizzat il-potenzjal soċjali u ekonomiku tal-ICT u li, konsegwentement, l-Aġenda Diġitali tista' tibda biss jekk tiġi żgurata l-interoperabbiltà.

(3)       Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-16 ta' Diċembru 2010 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Lejn l-interoperabbiltà għas-servizzi pubbliċi Ewropej[37], il-Kummissjoni introduċiet l-Istrateġija Ewropea dwar l-Interoperabbiltà (EIS) u l-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà (EIF).

(4)       Fil-livell tal-Unjoni, l-interoperabbiltà tiffaċilita l-implimentazzjoni b'suċċess tal-politiki. Il-politiki li ġejjin b'mod partikolari jiddependu fuq l-interoperabbiltà għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tagħhom:

(5)       Fil-qasam tas-suq intern, id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[38] tirrikjedi li l-Istati Membri joffru lill-fornituri ta' servizzi l-possibbiltà li jimlew b'mod elettroniku u bejn il-fruntieri l-proċeduri u l-formalitajiet kollha meħtieġa biex jipprovdu servizz barra mill-pajjiż tagħhom.

(6)       Fil-qasam tad-dritt soċjetarju, id-Direttiva 2012/17/UE[39] tirrikjedi l-interoperabbiltà tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji tal-Istati Membri permezz ta' pjattaforma ċentrali. L-interkonnessjoni tar-reġistri tal-kumpaniji se tiżgura l-iskambju transfruntier tal-informazzjoni bejn ir-reġistri u se tiffaċilita l-aċċess fil-livell tal-UE għaċ-ċittadini u n-negozji għad-dejta dwar il-kumpaniji, u b'hekk titjieb iċ-ċertezza tad-dritt fl-ambjent tan-negozju fl-Ewropa.

(7)       Fil-qasam tal-ambjent, id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[40] tirrikjedi l-adozzjoni ta' regoli ta' implimentazzjoni komuni li jistabbilixxu arranġamenti ta' interoperabbiltà teknika. B'mod partikolari, dik id-Direttiva tirrikjedi li l-infrastrutturi nazzjonali jiġu adattati sabiex jiżguraw li d-dejta u s-servizzi spazjali jkunu interoperabbli u aċċessibbli bejn il-fruntieri tal-Unjoni.

(8)       Fil-qasam tal-affarijiet interni u l-ġustizzja, l-interoperabbiltà msaħħa fil-bażijiet ta' dejta Ewropej hija l-bażi tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)[41], is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen II (SIS II)[42], is-Sistema Ewropea tad-Dattiloskopija (Eurodac)[43] u l-portal tal-Ġustizzja elettronika[44]. Barra minn hekk, fl-24 ta' Settembru 2012, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jitolbu l-introduzzjoni tal-Identifikatur Ewropew tal-Leġiżlazzjoni (European Legislation Identifier - ELI) u li enfasizza l-ħtieġa għat-tfittix u l-iskambju interoperabbli tal-informazzjoni ġuridika ppubblikata f'ġurnali uffiċjali nazzjonali u f'gazzetti ġuridiċi, permezz tal-użu ta' identifikaturi uniċi u metadejta strutturata.

(9)       L-interoperabbiltà kienet fattur ewlieni għas-suċċess fil-qasam tad-Dwana, it-Tassazzjoni u d-Dazji tas-Sisa: bl-operat tas-sistemi tal-ICT trans-Ewropej li jilħqu l-Istati Membri kollha u jappoġġaw is-servizzi tan-negozju interoperabbli ffinanzjati mill-programmi Fiscalis 2013 u Dwana 2013, implimentati u operati mill-Kummissjoni u l-amministrazzjonijiet nazzjonali. L-assi maħluqa taħt il-programmi Fiscalis 2013 u Dwana 2013 huma disponibbli għall-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid minn oqsma ta' politika oħrajn.

(10)     Fil-qasam tas-saħħa, id-Direttiva 2011/24/UE[45] tipprevedi regoli biex jiffaċilitaw l-aċċess għal kura tas-saħħa transfruntiera sikura u ta' kwalità għolja. B'mod speċifiku, id-Direttiva stabbilixxiet in-Netwerk tas-Saħħa elettronika biex tindirizza l-isfida tal-interoperabbiltà bejn is-sistemi eletroniċi tas-saħħa. In-Netwerk jista' jadotta linji gwida dwar il-ġabra minima ta' dejta li għandha tiġi skambjata bejn il-fruntieri fil-każ ta' kura mhux ippjanata u b'emerġenza u dwar is-servizzi tal-Preskrizzjoni elettronika bejn il-fruntieri nazzjonali.

(11)     Fil-qasam tal-fondi Ewropej, l-Artikolu 122 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[46] jirrikjedi li l-iskambji kollha ta' informazzjoni bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta' ġestjoni, l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni, l-awtoritajiet tal-awditjar u l-korpi intermedji jitwettqu permezz ta' sistemi elettroniċi għall-iskambju tad-dejta. Dawn is-sistemi għandhom jiffaċilitaw l-interoperabbiltà mal-oqfsa nazzjonali u tal-Unjoni u jippermettu lill-benefiċjarji jressqu l-informazzjoni meħtieġa darba biss.

(12)     Fil-qasam tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, id-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[47] tenfasizza li l-korpi tas-settur pubbliku, meta jkun possibbli u xieraq, għandhom jagħmlu d-dokumenti disponibbli f'formati miftuħa u li jinqraw elettronikament flimkien mal-metadejta tagħhom, fl-aqwa livell ta’ preċiżjoni u granularità, f’format li jiżgura l-interoperabbiltà, l-użu mill-ġdid u l-aċċessibbiltà.

(13)     Fil-qasam tal-identità elettronika, il-proposta tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ġunju 2012 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern[48] tenfasizza li jeħtieġ li l-Unjoni toħloq qafas ta' abilitazzjoni biex jindirizza l-interoperabbiltà transfruntiera u jtejjeb il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sorveljanza nazzjonali għall-identifikazzjoni elettronika u l-awtentikazzjoni elettronika aċċettati fl-Unjoni kollha.

(14)     Fil-qasam tal-istandardizzazzjoni tal-ICR, ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[49] jirreferi għall-interoperabbiltà bħala eżitu essenzjali tal-istandardizzazzjoni.

(15)     Fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont 2020[50] isemmi b'mod ċar li s-soluzzjonijiet interoperabbli u l-istandards fl-ICT huma fatturi determinanti għas-sħubija tal-industriji fil-livell tal-Unjoni. Il-kollaborazzjoni madwar pjattaformi komuni b'teknoloġija miftuħa b'effetti konsegwenzjali u ta' ingranaġġ se tippermetti li firxa wiesgħa ta' partijiet interessati jibbenefikaw minn żviluppi ġodda u joħolqu aktar innovazzjonijiet.

(16)     Fil-qasam tal-akkwist pubbliku, id-Direttivi 2014/25/UE[51], 2014/24/UE[52] u 2014/23/UE[53] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 2014 jirrikjedu li l-Istati Membri jimplimentaw l-akkwist elettroniku. Huma jiddikjaraw li l-għodod u l-apparat li għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi, kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, iridu jkunu interoperabbli mal-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni f'użu ġenerali. Barra minn hekk, id-Direttiva 2014/55/UE[54] dwar il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku adottata mill-Parlament fil-11 ta' Marzu 2014 tikkonċerna l-iżvilupp ta' standard Ewropew għall-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-fatturar elettroniku fl-UE kollha.

(17)     L-interoperabbiltà hija wkoll element fundamentali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[55] fil-qasam tal-infrastruttura u s-servizzi tal-broadband. Ir-Regolament 2014/283/UE[56] dwar il-linji gwida għan-netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni jsemmi b'mod espliċitu li prijorità operazzjonali sabiex is-CEF tikseb l-għanijiet tagħha hija l-interoperabbiltà, il-konnettività, il-mobilizzazzjoni sostenibbli, l-operat u t-titjib tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali trans-Ewropej kif ukoll il-koordinazzjoni tagħhom fil-livell tal-Unjoni.

(18)     Fil-livell politiku, il-Kunsill talab ripetutament għal interoperabbiltà ħafna akbar fl-Ewropa u għal sforzi kontinwi għall-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej. B'mod partikolari, fl-24 u l-25 ta' Ottubru 2013, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet li fihom enfasizza li l-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għandha titkompla permezz tal-implimentazzjoni rapida tas-servizzi, bħal pereżempju l-gvern elettroniku, is-saħħa elettronika, il-fatturar elettroniku u l-akkwist elettroniku li jiddependu fuq l-interoperabbiltà.

(19)     Perspettiva ta' interoperabbiltà f'settur uniku hija assoċjata mar-riskju li l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet differenti jew mhux kompatibbli fil-livelli nazzjonali jew settorjali twassal għal ostakoli elettroniċi ġodda li jimpedixxu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-moviment liberu assoċjat, u tnaqqas il-ftuħ u l-kompetittività tas-swieq u t-twettiq tas-servizzi ta' interess ġenerali għaċ-ċittadini u l-intrapriżi. Sabiex inaqqsu dan ir-riskju, l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom isaħħu l-isforzi konġunti sabiex jevitaw il-frammentazzjoni tas-suq u jiżguraw l-interoperabbiltà transfruntiera jew transsettorjali fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, filwaqt li jnaqqsu l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi, u jippromwovu s-soluzzjonijiet ICT li jkun sar qbil komuni fuqhom, filwaqt li jiżguraw governanza xierqa.

(20)     Bosta programmi suċċessivi ppruvaw jiżguraw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni koerenti ta' strateġiji ta' interoperabbiltà globali u settorjali, oqfsa ġuridiċi, linji gwida, servizzi u għodod sabiex jindirizzaw ir-rekwiżiti skont il-politiki applikabbli fl-Unjoni kollha, bħal pereżempju:

– Il-Programm IDA (1999-2004) stabbilit bid-Deċiżjoni 1719/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[57] u bid-Deċiżjoni Nru 1720/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[58],

– il-Programm IDABC (2005-09) stabbilit bid-Deċiżjoni 2004/387/KE Gvern elettroniku[59]; u

– il-Programm ISA (2010-15) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[60].

(21)     L-attivitajiet fil-programmi IDA, IDABC u ISA għamlu kontributi importanti għall-iżgurar tal-interoperabbiltà fl-iskambju elettroniku ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Unjoni. Fir-Rioluzzjoni tiegħu dwar Suq uniku diġitali kompetittiv - il-Gvern elettroniku bħala xprun (it-3 ta' April 2012)[61], il-Parlament Ewropew irrikonoxxa l-kontribut u r-rwol kumplessiv tal-Programm ISA fid-definizzjoni, il-promozzjoni u l-appoġġ tal-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet u l-oqfsa tal-interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, fil-ksib tas-sinerġiji, fil-promozzjoni tal-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet u fil-bidla tar-rekwiżiti ta' interoperabbiltà tagħhom f'speċifikazzjonijiet u standards għas-servizzi diġitali.

(22)     Minħabba li d-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tieqaf tapplika fil-31 ta' Diċembru 2015, huwa meħtieġ Programm tal-Unjoni ġdid dwar soluzzjonijiet tal-interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (ISA2) sabiex jittraċċa u janalizza l-pajsaġġ tal-interoperabbiltà globali fl-Ewropa u jevita l-frammentazzjoni tiegħu. Il-Programm se jippermetti, jappoġġa u jippromwovi approċċ olistiku għall-ġbir, il-valutazzjoni, l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat, it-titjib u ż-żamma tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà, inklużi s-soluzzjonijiet li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid tad-dejta kif ukoll l-iskambju tagħha b'appoġġ għall-interazzjonijiet transfruntiera jew transsettorjali bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u mal-intrapriżi u ċ-ċittadini. Fl-aħħar nett, il-Programm se jippromwovi l-użu mill-ġdid, l-integrazzjoni u l-konverġenza ta’ soluzzjonijiet eżistenti, inklużi dawk li ġejjin minn oqsma ta' politika tal-Unjoni oħrajn.

(23)     Is-soluzzjonijiet stabbiliti jew operati skont dan il-Programm ISA2 għandhom, kemm jista' jkun, jiffurmaw parti minn ambjent konsistenti ta' servizzi li jiffaċilitaw l-interazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi, l-intrapriżi u ċ-ċittadini Ewropej, u jiżguraw, jiffaċilitaw u jippermettu l-interoperabbiltà transfruntiera jew transsettorjali.

(24)     Iċ-ċittadini u l-intrapriżi għandhom ukoll jibbenefikaw minn servizzi tal-front-office komuni, li jistgħu jerġgħu jintużaw u interoperabbli li jirriżultaw minn integrazzjoni aħjar ta' proċessi u skambju ta' dejta permezz tal-back-offices tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej.

(25)     Il-Programm ISA2 għandu jkun strument għall-modernizzazzjoni tas-settur pubbliku fl-Unjoni.

(26)     L-interoperabbiltà hija konnessa direttament mal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet komuni u dipendenti fuq l-użu tagħhom. Il-Programm ISA2 għandu jippromwovi u, fejn xieraq, jappoġġa l-istandardizzazzjoni parzjali jew sħiħa tas-soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà eżistenti. Dan għandu jinkiseb f'kooperazzjoni ma' attivitajiet ta' standardizzazzjoni oħrajn fil-livell tal-Unjoni, ma' organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni Ewropej u ma' organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni internazzjonali oħrajn.

(27)     Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-Istrateġija Ewropa 2020. F'dan il-kuntest, l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ippubblikat mill-Kummissjoni fl-2011, l-2012 u l-2013 juri li l-kwalità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej għandha impatt dirett fuq l-ambjent ekonomiku u għalhekk hija kruċjali għall-istimulazzjoni tal-produttività, il-kompetittività u t-tkabbir. Dan huwa rifless b'mod ċar fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż, li jitolbu azzjoni speċifika mmirata lejn ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika.

(28)     Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jinkludi għan tematiku għal "tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti". F'dan il-kuntest, il-Programm ISA2 għandu jorbot ma' programmi u inizjattivi li jikkontribwixxu għall-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, bħal pereżempju d-DAE, u netwerks relatati bħal pereżempju n-Netwerk Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EUPAN) u jfittex is-sinerġiji magħhom.

(29)     L-interoperabbiltà tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej tikkonċerna l-livelli kollha tal-amministrazzjoni: Ewropew, lokali, reġjonali u nazzjonali. Għalhekk huwa importanti li s-soluzzjonijiet iqisu l-ħtiġijiet rispettivi tagħhom, kif ukoll dawk taċ-ċittadini u l-intrapriżi fejn rilevanti.

(30)     L-amministrazzjonijiet nazzjonali jistgħu jiġu appoġġati fix-xogħol tagħhom permezz ta' strumenti speċifiċi taħt il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (European Structural and Investment Funds - ESIF). Il-kooperazzjoni mill-qrib taħt il-Programm ISA2 għandha timmassimizza l-benefiċċji mistennija minn dawn l-istrumenti billi tiżgura li l-proġetti ffinanzjati jkunu allinjati mal-oqfsa u l-ispeċifikazzjonijiet tal-interoperabbiltà madwar l-Unjoni kollha bħal pereżempju l-EIF.

(31)     Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pakkett finanzjarju għat-tul kollu tal-Programm ISA2 li jikkostitiwixxi l-ammont primarju ta' referenza, skont it-tifsira tal-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013[62] bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(32)     Għandha titqies il-possibbiltà li jintużaw il-fondi ta' qabel l-adeżjoni biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati fil-Programm ISA2 u l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ulterjuri f'dawk il-pajjiżi tas-soluzzjonijiet previsti fih.

(33)     Il-Programm ISA2 għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' kull inizjattiva ta' segwitu fil-kuntest tal-Ewropa 2020 u d-DAE. Sabiex jiġi evitat l-irduppjar tal-isforzi, għandu jqis kull programm tal-Unjoni ieħor fil-qasam tas-soluzzjonijiet, is-servizzi u l-infrastrutturi tal-ICT, b'mod partikolari s-CEF stabbilit fir-Regolament 1316/2013/UE u l-Orizzont 2020 stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

(34)     Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[63].

(35)     Il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli meta, f'każijiet ġustifikati kif dovut relatati mal-programm ta' ħidma stabbilit kontinwu, raġunijiet importanti ħafna ta' urġenza jeħtieġu hekk.

(36)     L-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni huma li tiffaċilita l-interazzjoni transfruntiera jew transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u ċ-ċittadini u n-negozji, sabiex tippermetti t-twettiq tas-servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni. Billi dan ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri jekk dawn jaġixxu waħedhom minħabba li l-istabbiliment tal-funzjoni ta' koordinazzjoni fil-livell Ewropew ikun diffiċli u għali fil-livell tal-Istati Membri mill-Istati Membri nnifishom u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu l, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Is-suġġett u l-għan

1.           Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għall-2016-20, programm dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (aktar 'il quddiem imsejjaħ "il-Programm ISA2").

Il-Programm ISA2 jiffaċilita l-interazzjoni transfruntiera jew transsettorjali elettronika effiċjenti u effettiva bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u ċ-ċittadini u n-negozji, sabiex jippermetti t-twettiq tas-servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni.

2.           Permezz tal-Programm ISA2, l-Unjoni tidentifika, toħloq u topera soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà li jimplimentaw il-politiki tal-Unjoni. Sussegwentement, dawn is-soluzzjonijiet jiġu pprovduti għal użu illimitat lil istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni, u lil amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali u lokali, u b'hekk tiġi ffaċilitata l-interazzjoni transfruntiera jew transsettorjali bejniethom.

3.           Il-Programm ISA2 jiżviluppa soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà b'mod awtonomu jew jikkumplimenta u jappoġġa inizjattivi oħra tal-Unjoni billi jittestja soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà bħala inkubatur tas-soluzzjonijiet jew billi jiżgura s-sostenibbiltà tagħhom bħala pont għas-soluzzjonijiet.

4.           Il-Programm ISA2 jiġi wara l-programm tal-Unjoni dwar soluzzjonijiet interoperabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE (aktar 'il quddiem imsejjaħ "il-Programm ISA") u jikkonsolida, jippromwovi u jespandi l-attivitajiet tiegħu.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) "interoperabbiltà" tfisser il-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet disparati u diversi li jinteraġixxu lejn għanijiet ta’ benefiċċju u miftiehma b’mod komuni, li jinvolvu l-qsim ta’ informazzjoni u għarfien bejn l-organizzazzjonijiet permezz tal-proċessi tan-negozju li huma jappoġġaw, permezz tal-iskambju ta’ dejta bejn is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) rispettivi tagħhom;

(2) "soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà" tfisser oqfsa komuni, servizzi komuni u għodod ġeneriċi li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet differenti u diversi, iffinanzjati u żviluppati b'mod awtonomu mill-Programm ISA2 jew żviluppati b'kooperazzjoni ma' inizjattivi tal-Unjoni oħrajn, fuq il-bażi tar-rekwiżiti identifikati tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej;

(3) li taġixxi bħala "inkubatur tas-soluzzjonijiet" ifisser l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà jew l-appoġġ tagħhom matul il-fażi pilota tagħhom, qabel ma jsiru operazzjonali fi programmi jew inizjattivi tal-Unjoni oħrajn;

(4) li taġixxi bħala "pont għas-soluzzjonijiet" ifisser l-iżvilupp ulterjuri tas-soluzzjonijiet interoperabbli li huma operazzjonali bis-sħiħ jew l-appoġġ tagħhom qabel it-twettiq tagħhom f'programmi jew inizjattivi tal-Unjoni oħrajn;

(5) "oqfsa komuni" tfisser speċifikazzjonijiet, standards, metodoloġiji, linji gwida, assi semantiċi komuni u approċċi u dokumenti simili;

(6) “servizzi komuni” tfisser il-kapaċità organizzazzjonali u teknika li twassal eżitu komuni lill-utenti, inklużi s-sistemi operazzjonali, l-applikazzjonijiet u l-infrastrutturi diġitali ta' natura ġenerika li jissodisfaw rekwiżiti komuni tal-utent f'oqsma politiċi jew żoni ġeografiċi, flimkien mal-governanza operazzjonali ta' appoġġ tagħhom;

(7) "għodod ġeneriċi" tfisser sistemi, pjattaformi ta' referenza, pjattaformi kondiviżi u kollaborattivi, u komponenti ġeneriċi li jissodisfaw rekwiżiti komuni tal-utent f'oqsma politiċi jew żoni ġeografiċi;

(8) "azzjonijiet" tfisser proġetti, soluzzjonijiet li diġà huma fil-fażi operazzjonali tagħhom u miżuri ta' akkumpanjament;

(9) "proġett" tfisser sekwenza limitata fiż-żmien ta' kompiti definiti sew li jindirizzaw ħtiġijiet identifikati tal-utent permezz ta' approċċ f'fażijiet;

(10) "miżuri ta' akkumpanjament" tfisser:

– miżuri strateġiċi u ta' sensibilizzazzjoni;

– miżuri li jappoġġaw il-ġestjoni tal-Programm ISA2;

– miżuri f'rabta mal-kondiviżjoni tal-esperjenza u l-iskambju u l-promozzjoni ta' prattika tajba;

– miżuri għall-promozzjoni tal-użu mill-ġdid ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà eżistenti;

– miżuri li jimmiraw lejn il-bini tal-komunità u ż-żieda tal-kapaċità; u

– miżuri li jimmiraw lejn l-istabbiliment ta' sinerġiji ma' inizjattivi rilevanti mal-interoperabbiltà f'oqsma oħra tal-politika tal-Unjoni;

(11) "Arkitettura Ewropea ta' Referenza għall-Interoperabbiltà (European Interoperability Reference Architecture - EIRA)" tfisser arkitettura bi struttura ġenerika, li tinkludi serje ta' prinċipji u linji gwida li japplikaw għall-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà fl-Unjoni Ewropea;

(12) "Kartografija Ewropea tal-Interoperabbiltà (European Interoperability Cartography - EIC)" tfisser repożitorju ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej ipprovdut mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri, ippreżentat f'format komuni u li jikkonforma mal-kriterji speċifiċi tal-użu mill-ġdid u l-interoperabbiltà li jistgħu jiġu rrappreżentati fuq l-EIRA.

Artikolu 3 Attivitajiet

Il-Programm ISA2 għandu jappoġġa u jippromwovi:

(a) il-valutazzjoni, it-titjib, l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat u l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà transfruntiera jew transsettorjali eżistenti;

(b) l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni, l-operat u l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà transfruntiera jew transsettorjali ġodda;

(c) il-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni proposta jew adottata;

(d) l-identifikazzjoni ta' diskrepanzi fil-leġiżlazzjoni li jfixklu l-interoperabbiltà bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej;

(e) l-istabbiliment, iż-żamma u t-titjib tal-EIRA;

(f) l-istabbiliment u ż-żamma tal-EIC bħala strument biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà eżistenti u biex jiġu identifikati l-oqsma fejn għad hemm nuqqas ta' tali soluzzjonijiet;

(g) il-valutazzjoni, l-aġġornament u l-promozzjoni ta' speċifikazzjonijiet u standards komuni eżistenti u l-iżvilupp, l-istabbiliment u l-promozzjoni ta' speċifikazzjonijiet u standards komuni ġodda permezz tal-pjattaformi ta' standardizzazzjoni tal-Unjoni u b'kooperazzjoni mal-organizzazzjoni ta' standardizzazzjoni Ewropej jew internazzjonali kif xieraq; u

(h) l-iżvilupp ta' mekkaniżmi li jkejlu u jikkwantifikaw il-benefiċċji tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà.

Barra minn hekk, il-Programm ISA2 jista' jaġixxi bħala "inkubatur tas-soluzzjonijiet" billi jittestja soluzzjonijiet interoperabbli ġodda, u bħala "pont għas-soluzzjonijiet" billi jopera soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà eżistenti.

Artikolu 4 Prinċipji ġenerali

L-azzjonijiet varati jew li jitkomplew fil-Programm ISA2:

(a) ikunu bbażati fuq l-utilità u mmexxija minn ħtiġijiet identifikati;

(b) jikkonformaw mal-ġabra ta' prinċipji li ġejja:

– is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

– l-iffukar fuq l-utent;

– l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà;

– is-sigurtà u l-privatezza;

– il-multilingwiżmu;

– is-simplifikazzjoni amministrattiva;

– it-trasparenza;

– il-preservazzjoni tal-informazzjoni;

– il-ftuħ;

– l-użu mill-ġdid;

– in-newtralità u l-adattabbiltà teknoloġika; u

– l-effettività u l-effiċjenza;

(c) ikunu estensibbli u applikabbli għal negozji jew oqsma politiċi oħrajn; u

(d) juru sostenibbiltà finanzjarja, organizzazzjonali u teknika.

Artikolu 5 Azzjonijiet

1.           Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, timplimenta l-azzjonijiet speċifikati fil-programm kontinwu ta’ ħidma stabbilit skont l-Artikolu 7, b'konformità mar-regoli ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 6.

2.           L-azzjonijiet fil-forma ta' proġetti, fejn xieraq, jikkonsistu fil-fażijiet li ġejjin:

– inizjazzjoni;

– ippjanar;

– eżekuzzjoni;

– għeluq; u

– monitoraġġ u kontroll.

Il-fażijiet ta' proġetti speċifiċi jiġu identifikati u speċifikati fiż-żmien meta l-azzjoni tiġi inkluża fil-programm kontinwu ta’ ħidma.

3.           L-implimentazzjoni tal-Programm ISA2 tiġi appoġġata minn miżuri ta' akkumpanjament.

Artikolu 6 Ir-regoli ta' implimentazzjoni

1.           Fl-implimentazzjoni tal-Programm ISA2, jitqiesu kif dovut l-Istrateġija Ewropea dwar l-Interoperabbiltà, il-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà u l-aġġornamenti futuri tagħhom.

2.           L-involviment tal-akbar għadd possibbli ta' Stati Membri f'proġett jitħeġġeġ. L-Istati Membri jkunu jistgħu jingħaqdu fi proġett fi kwalunkwe stadju u jitħeġġu jagħmlu dan.

3.           Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni, is-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà jiġu speċifikati b'referenza għall-istandards Ewropej eżistenti u ġodda jew speċifikazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku jew miftuħa għall-iskambju tal-informazzjoni u l-integrazzjoni tas-servizzi.

4.           L-istabbiliment jew it-titjib ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà, fejn xieraq, jibnu jew jiġu akkumpanjati mill-kondiviżjoni tal-esperjenza u l-iskambju u l-promozzjoni tal-prattika tajba. Il-kondiviżjoni tal-esperjenza u l-prattika tajba bejn il-partijiet interessati kollha u l-konsultazzjonijiet pubbliċi rilevanti jitħeġġu.

5.           Sabiex jiġi evitat l-irduppjar u jitħaffef l-istabbiliment ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà, jitqiesu r-riżultati miksuba minn inizjattivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri rilevanti oħrajn fejn xieraq.

6.           L-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà fil-Programm ISA2, fejn xieraq, tiġi ggwidata mill-EIRA.

7.           Is-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà u l-aġġornamenti tagħhom jiġu inklużi fl-EIC u jiġu magħmula disponibbli, fejn xieraq, għall-użu mill-ġdid mill-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej.

8.           Il-Kummissjoni timmonitorja perjodikament l-implimentazzjoni u l-użu mill-ġdid ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà fl-Unjoni kollha, bħala parti mill-programm kontinwu ta’ ħidma stabbilit skont l-Artikolu 7.

9.           Sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji u jiġu żgurati sforzi kumplimentari u kumbinati, l-azzjonijiet, fejn xieraq, jiġu kkoordinati ma' inizjattivi tal-Unjoni rilevanti oħrajn.

10.         L-azzjonijiet u s-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà kollha ffinanzjati fil-Programm ISA2, fejn xieraq, jitħeġġu biex jużaw mill-ġdid is-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà disponibbli.

Artikolu 7 Il-programm kontinwu ta’ ħidma

1.           Fil-bidu tal-Programm ISA2, il-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu programm kontinwu ta’ ħidma u temendah mill-inqas darba fis-sena, għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet għall-perjodu ta' applikazzjoni sħiħ ta' din id-Deċiżjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

Il-programm kontinwu ta’ ħidma jidentifika, jipprijoritizza, jiddokumenta, jagħżel, jiddisinja, jimplimenta u jevalwa l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5, kif ukoll jippromwovi r-riżultati tagħhom.

2.           L-inklużjoni ta' azzjonijiet fil-programm kontinwu ta’ ħidma tkun soġġetta għall-konformità ma' ġabra ta' regoli u mal-kriterji ta' ammissjoni qabel ma jiġu inklużi fil-programm kontinwu ta’ ħidma. Dawk ir-regoli u l-kriterji u kull emenda tagħhom ikunu parti integrali tal-programm kontinwu ta’ ħidma.

3.           Proġett li oriġinarjament ġie varat u żviluppat fil-Programm ISA jew inizjattiva oħra tal-Unjoni jista' jiġi inkluż fil-programm kontinwu ta’ ħidma fi kwalunkwe fażi tiegħu.

Artikolu8 Dispożizzjonijiet baġitarji

1.           Il-fondi jiġu rilaxxati kull meta proġett jew soluzzjoni fil-fażi operazzjonali tagħhom jiġu inklużi fil-programm kontinwu ta’ ħidma jew wara t-tlestija b'suċċess ta' fażi tal-proġett kif definit fil-programm kontinwu ta’ ħidma u kull emenda tiegħu.

2.           L-emendi għall-programm kontinwu ta’ ħidma li jikkonċernaw l-allokazzjonijiet baġitarji ta' aktar minn EUR 400 000 għal kull azzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

3.           L-azzjonijiet fil-Programm ISA2 jistgħu jirrikjedu l-akkwist ta' servizzi esterni, li jiġi soġġett għar-regoli tal-UE dwar l-akkwist kif stabbilit fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Artikolu9 L-azzjonijiet u s-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà li huma eliġibbli għall-finanzjament

1.           L-iżvilupp, l-istabbiliment u t-titjib ta' oqfsa komuni u għodod ġeneriċi jiġu ffinanzjati mill-Programm ISA2. L-użu tat-tali oqfsa u għodod jiġi ffinanzjat mill-utenti.

2.           L-iżvilupp, l-istabbiliment, l-industrijalizzazzjoni u t-titjib ta' servizzi komuni jiġu ffinanzjati mill-Programm ISA2. Operazzjoni ċentralizzata ta' dawn is-servizzi fil-livell tal-Unjoni tista' tiġi ffinanzjata wkoll mill-Programm, fil-każijiet fejn din l-operazzjoni titqies mill-Kummissjoni bħala waħda li sservi lill-interessi tal-Unjoni u tkun ġustifikata kif dovut fil-programm kontinwu ta’ ħidma. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-użu ta' dawk is-servizzi jiġi ffinanzjat b'mezzi oħrajn.

3.           Is-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà meħuda mill-Programm ISA2 bħala "inkubatur tas-soluzzjonijiet" jew bħala "pont għas-soluzzjonijiet" jiġu ffinanzjati mill-Programm sakemm jittieħdu minn programmi jew inizjattivi oħrajn.

4.           Il-miżuri ta' akkumpanjament jiġu ffinanzjati mill-Programm.

Artikolu10 Il-Kumitat

1.           Il-Kummissjoni tiġi assistita mill-Kumitat dwar Soluzzjonijiet ta' Interoperabbiltà għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi, Negozji u Ċittadini Ewropej (il-Kumitat ISA2) stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.           Minħabba raġunijiet ġustifikati importanti ħafna ta' urġenza, il-Kummissjoni tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Dawk l-atti jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx sitt xhur.

Artikolu11 Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.           Il-Kummissjoni u l-Kumitat ISA2 jimmonitorjaw b'mod regolari l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm ISA2 u s-sodisfazzjoni tal-utenti bih. Huma jesploraw ukoll sinerġiji ma' programmi tal-Unjoni kumplimentari.

2.           Il-Kummissjoni tirrapporta annwalment lill-Kumitat ISA2 dwar l-implimentazzjoni tal-Programm.

3.           Il-Programm ikun soġġett għal evalwazzjoni interim u evalwazzjoni finali u r-riżultati tagħhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2018 u l-31 ta' Diċembru 2021 rispettivament. F'dan il-kuntest, il-kumitat responsabbli tal-Parlament jista' jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni u twieġeb id-domandi mqajma mill-membri tiegħu.

4.           L-evalwazzjonijiet jeżaminaw kwistjonijiet bħal pereżempju r-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, l-utilità, is-sostenibbiltà u l-koerenza tal-azzjonijiet tal-Programm. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni finali teżamina l-punt sa fejn il-Programm laħaq l-għan tiegħu.

5.           Il-prestazzjoni tal-Programm tiġi vvalutata bi tqabbil mal-għan stabbilit fl-Artikolu 1 u l-azzjonijiet tal-programm kontinwu ta’ ħidma. L-għan jitkejjel b'mod partikolari permezz tal-għadd ta' fatturi determinanti ewlenin tal-interoperabbiltà u permezz tal-għadd ta' strumenti ta' appoġġ għall-amministrazzjonijiet pubbliċi mwassla lill-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u użati minnhom. L-indikaturi għall-kejl tar-riżultat u l-impatt tal-Programm jiġu definiti fil-programm kontinwu ta’ ħidma.

6.           L-evalwazzjonijiet jeżaminaw ukoll il-benefiċċji tal-azzjonijiet lill-Unjoni għall-avvanz tal-politiki komuni, jidentifikaw l-oqsma għat-titjib potenzjali u jivverifikaw is-sinerġiji ma' inizjattivi tal-Unjoni oħrajn fil-qasam tal-interoperabbiltà transfruntiera jew transsettorjali u l-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej.

7.           L-azzjonijiet kompluti jew sospiżi jibqgħu soġġetti għall-evalwazzjoni globali tal-programm. Dawn jiġu mmonitorjati fir-rigward tal-pożizzjoni tagħhom fil-pajsaġġ kumplessiv tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà fl-Ewropa u evalwati f'termini ta' adozzjoni mill-utent, l-użu u l-użu mill-ġdid.

8.           L-evalwazzjoni tal-Programm ISA2 tinkludi, fejn japplika, informazzjoni li tirrigwarda:

(a) il-benefiċċji kwantifikabbli li jagħtu s-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà billi jorbtu l-ICT mal-ħtiġijiet tal-utenti;

(b) l-impatt pożittiv kwantifikabbli tas-soluzzjonijiet interoperabbli bbażati fuq l-ICT.

Artikolu 12 Kooperazzjoni internazzjonali

1.           Il-Programm ISA2 ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi kandidati fil-qafas tal-ftehimiet rispettivi tagħhom mal-Unjoni.

2.           Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali oħrajn titħeġġeġ, notevolment fil-qafas tas-Sħubiji Ewro-Mediterranji u tal-Lvant u mal-pajjiżi fil-viċinat, b'mod partikolari dawk tar-reġjuni tal-Balkani tal-Punent u tal-Baħar l-Iswed. Il-kost relatat ma għandux jiġi kopert mill-Programm ISA2.

3.           Fejn xieraq, il-Programm jippromwovi l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet tiegħu mill-pajjiżi terzi.

Artikolu 13 Inizjattivi mhux tal-Unjoni

Bla ħsara għall-politiki l-oħra tal-Unjoni, is-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà stabbiliti u operati mill-Programm ISA2 jistgħu jintużaw minn inizjattivi mhux tal-Unjoni, għal finijiet mhux kummerċjali, sakemm ma jkunx hemm kostijiet addizzjonali għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u l-għan ewlieni tal-Unjoni tas-soluzzjoni interoperabbli ma jiġix kompromess.

Artikolu 14 Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.           Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni f'din id-Deċiżjoni għall-perjodu tal-applikazzjoni tagħha jkun ta' EUR 130 928 000.

2.           L-approprjazzjonijiet annwali jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

3.           L-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm tista' wkoll tkopri l-ispejjeż għall-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa fuq bażi regolari għall-ġestjoni tal-programm u l-kisba tal-għanijiet tiegħu.

Artikolu 15 Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija tapplika mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2020.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma tal-politika/i kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għan(ijiet)

              1.5.    Bażi għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

              2.2.    Sistema ta' ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

              3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti

              3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej (ISA2)

1.2.        Qasam/oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[64]

Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni — Programm operazzjonali taħt it-Titolu 26: L-amministrazzjoni tal-Kummissjoni

Attività: 26 03 Servizzi għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

ü Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[65]

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għan(ijiet)

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-għan ġenerali huwa li tiġi ffaċilitata l-interazzjoni transfrutiera jew transsettorjali elettronika, effiċjenti u effettiva bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u bejn dawn, iċ-ċittadini u n-negozji, sabiex jitwasslu s-servizzi pubbliċi elettroniċi li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni u l-iskambju ta' informazzjoni tas-settur pubbliku.

L-għanijiet speċifiċi huma li:

-         jitjiebu, jiġu operati u jintużaw mill-ġdid is-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà transfruntiera jew transsettorjali eżistenti;

-         jitjiebu, jiġu operati u jintużaw mill-ġdid is-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà transfruntiera jew transsettorjali eżistenti;

-         jiġu vvalutati l-implikazzjonijiet tal-ICT tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni proposta jew adottata u jiġu identifikati l-oqsma li fihom il-leġiżlazzjoni ġdida tista' tippromwovi l-interoperabbiltà;

-         tinħoloq Arkitettura Ewropea ta' Referenza għall-Interoperabbiltà (EIRA) biex tintuża bħala l-għodda għall-bini u l-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà;

-         jinħoloq strument biex jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà eżistenti u biex jiġu identifikati l-oqsma fejn għad hemm nuqqas ta' tali soluzzjonijiet;

-         jiġu vvalutati u promossi l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards komuni eżistenti u jiġu żviluppati speċifikazzjonijiet u standards komuni ġodda; u

-         jiġi introdott mekkaniżmu li jkejjel u jikkwantifika l-benefiċċji tas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà.

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

L-għan speċifiku Nru 26

It-twettiq interoperabbli ta' servizzi tal-gvern elettroniku pan-Ewropej għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini

-         L-investiment f'amministrazzjonijiet pubbliċi moderni — soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà

Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Attività ABB 26.03: Servizzi għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistenni(ja)

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

L-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà aħjar għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u bejniethom u n-negozji/iċ-ċittadini se jtejjeb b'mod sinifikanti l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u joħloq opportunitajiet għal tnaqqis sinifikanti fil-kost.

Permezz tal-Programm ISA2, DIGIT se jaħdem, flimkien ma' servizzi oħra tal-Kummissjoni u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u partijiet interessati oħra, fuq il-fatturi determinanti ewlenin tal-interoperabbiltà, l-appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-UE, u l-iffaċilitar tat-twettiq tas-servizzi pubbliċi elettroniċi għall-użu mill-amministrazzjonjiet pubbliċi Ewropej u l-appoġġ tagħhom.

Dan jappoġġa b'mod attiv il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej għall-benefiċċju tal-inizjattivi tal-Unjoni, l-Istati Membri, in-negozji u ċ-ċittadini.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Il-Kummissjoni identifikat għan ġenerali u ġabra ta' għanijiet speċifiċi (ara l-paragrafu 1.4.1).

Il-kisba ta' dawn l-għanijiet hija mistennija li tikkontribwixxi għall-indikaturi tal-eżitu li bihom il-"loġika ta' intervent" tal-Programm ikun jista' jitkejjel b'mod formali. L-indikaturi u r-riżultati mistennija ġew żviluppati fl-evalwazzjoni ex-ante u huma stabbiliti fid-dokument ta' akkumpanjament rilevanti.

L-għanijiet, l-eżiti u l-indikaturi speċifiċi jaqgħu taħt il-ħames kategoriji ewlenin li ġejjin li jirrappreżentaw il-linji ta' azzjoni fil-Programm:

–        fatturi determinanti ewlenin tal-interoperabbiltà;

–        appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

–        strumenti ta' appoġġ għall-amministrazzjonijiet pubbliċi;

–        miżuri ta' akkumpanjament; u

–        il-monitoraġġ tal-attivitajiet.

L-impatt baġitarju tal-Programm jinsab fit-Tabella 3.2.2. L-evalwazzjoni tal-Programm se teżamina kwistjonijiet bħal pereżempju r-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, l-utilità, is-sostenibbiltà u l-koerenza tal-azzjonijiet u tivvaluta l-prestazzjoni bi tqabbil mal-għan tal-Programm u l-programm kontinwu ta’ ħidma.

1.5.        Bażi għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

Il-Programm ISA2, se jkollu jissodisfa l-ħtieġa li jinħolqu fatturi determinanti ewlenin tal-interoperabbiltà, jappoġġa l-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jipprovdi strumenti ta' appoġġ lill-amministrazzjonjiet pubbliċi Ewropej u jibni fuq oqfsa komuni eżistenti jew ġodda, servizzi komuni, u għodod ġeneriċi li jistgħu jerġgħu jintużaw.

Dawn il-ħtiġijiet ġew identifikati permezz ta' skambji ta' opinjonijiet ma' dawk involuti f'oqsma oħrajn tal-politika tal-Unjoni u r-rappreżentanti tal-Istati Membri, permezz tal-evalwazzjoni ex-ante u permezz tal-konsultazzjoni formali deskritta fil-memorandum ta' spjegazzjoni. Il-benefiċjarji ewlenin tal-attivitajiet fil-Programm se jkunu l-amministrazzjonjiet pubbliċi Ewropej. In-negozji u ċ-ċittadini se jibbenefikaw b'mod indirett permezz tal-provvista ta' servizzi mill-amministrazzjonijiet pubbliċi.

1.5.2.     Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-oqsma ta' attività kollha tal-Programm ISA2 huma fir-responsabbiltà kondiviża tal-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-Programm se jintervjeni biss fil-każijiet ta' valur miżjud Ewropew li jista' jintwera, kif speċifikat fil-memorandum ta' spjegazzjoni.

Il-kumitat ta' ġestjoni tal-Programm se jiżgura l-koerenza u l-komplementarjetà mal-attivitajiet fil-livell tal-Istati Membri. Fil-livell tal-Unjoni, il-koordinazzjoni bejn is-servizzi se tiżgura li l-attivitajiet ikunu allinjati ma' dawk f'oqsma ta' politika oħrajn (pereżempju s-Semestru Ewropew, rapporti/rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż) u mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-pilastru II tal-Aġenda Diġitali dwar l-interoperabbiltà u l-istandards, bi ħsieb li jiġu mmassimizzati l-koerenza u s-sinerġiji. Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u oqsma ta' politika oħrajn se jgħinu lill-Programm biex kontinwament jivvaluta l-ħtiġijiet reali, il-proporzjonalità tal-attivitajiet u r-rispett tas-sussidjarjetà.

Kif enfasizzat fil-memorandum ta' spjegazzjoni, il-Programm ISA2 se jżid valur primarjament finanzjarju u ekonomiku lill-intervent tal-Unjoni u jikkontribwixxi għall-infurzar u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bil-kisba ta' sinerġiji konsiderevoli permezz tal-koordinazzjoni bejn il-fruntieri jew is-setturi.

1.5.3.     Lezzjonijiet li ttieħdu minn esperjenzi simili fil-passat

Ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm ISA preċedenti jenfasizza l-konklużjonijiet fil-maġġoranza pożittivi tal-evalwazzjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet kollha ġew indirizzati fil-Programm ISA2 il-ġdid.

1.5.4.     Kompatibbbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti xierqa oħrajn

Kif iddikjarat fil-memorandum ta' spjegazzjoni, il-koerenza mas-CEF u l-kumplementarjetà magħha hija żgurata u hija mistennija li twassal għal sinerġiji.

1.6.        Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

ü Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– ü  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-1.1.2016 sal-31.12.2020

– ¨  Impatt finanzjarju minn [SSSS] sa [SSSS]

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mhux limitat

– Implimentazzjoni b'perjodu tal-bidu minn SSSS sa SSSS,

– segwitu minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.        Management mode(s) planned[66]

ü Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

– ü mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

– ¨  mill-aġenziji eżekuttivi;

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni indiretta permezz tad-delega ta' kompiti ta' implimentazzjoni lil:

– ¨ pajjiżi terzi jew il-korpi li jkunu nnominaw;

– ¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);

– ¨il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

– ¨ korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

– ¨ korpi tal-liġi pubblika;

– ¨ korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa;

– ¨ korpi rregolati mil-liġi privata ta' Stat Membru li huma inkarigati biex jimplimentaw sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa;

– ¨ persuni inkarigati biex jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

– Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-Programm ISA2 se jibda fl-1 ta' Jannar 2016.

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet

Il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-programm huwa ppjanat skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u l-proċeduri amministrattivi tal-Kummissjoni. Il-monitoraġġ se jinkludi rappurtar annwali lill-kumitat ta' ġestjoni dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet appoġġati.

Il-Programm se jkun soġġett għal evalwazzjoni interim u evalwazzjoni finali u r-riżultati tagħhom se jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2018 u l-31 ta' Diċembru 2021 rispettivament. F'dan il-kuntest, il-kumitat responsabbli tal-Parlament jista' jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni u twieġeb id-domandi mqajma mill-membri tiegħu.

2.2.        Sistema ta' ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Riskju(i) identifikat(i)

Twettqet evalwazzjoni ex-ante sabiex takkumpanja l-proposta għad-Deċiżjoni. Kif dovut, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw minn din u mill-evalwazzjoni interim tal-Programm ISA ġew meqjusa. Ċerti riskji identifikati fir-rakkomandazzjonijiet huma indirizzati bir-reqqa fil-proposta.

Il-Programm ISA2 se jiżviluppa u jappoġġa lill-Kartografija Ewropea tal-Interoperabbiltà (EIC) bħala strument għat-traċċar u l-analiżi tal-pajsaġġ tal-interoperabbiltà fl-Ewropa u għall-identifikazzjoni ta' soluzzjonijiet li huma disponibbli u dawk li għad jonqos. Fuq dik il-bażi, se jkompli jappoġġa s-soluzzjonijiet eżistenti, joħloq soluzzjonijiet ġodda u jaġixxi bħala faċilitatur għas-soluzzjonijiet ta' interoperabbiltà li jirriżultaw minn inizjattivi oħrajn tal-Unjoni li jistgħu jsiru operazzjonali fil-mezzi tat-twettiq tas-servizzi diġitali tal-Unjoni. Għalhekk se jevita li jkun hemm irduppjar tal-isforzi, isaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u s-servizzi tal-Kummissjoni, u jippromwovi b'mod attiv l-użu mill-ġdid ta' soluzzjonjiet eżistenti.

2.2.2.     Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta' kontroll interna stabbilita

Il-metodi ta' kontroll eżistenti applikati mill-Kummissjoni se jkopru l-approprjazzjonijiet fil-Programm.

2.2.3.     Stima tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli u l-valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta' żball

Huwa previst għadd kbir ta' mekkaniżmi ta' kontroll finanzjarji u amministrattivi. Il-Programm se jiġi implimentat permezz tal-akkwist pubbliku skont ir-regoli u l-proċeduri fir-Regolament Finanzjarju.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

2.3.1.     Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti

Ir-regoli u l-proċeduri tal-akkwist pubbliku japplikaw tul il-proċess kollu; dawn jinkludu:

–        l-istabbiliment tal-programm ta' ħidma, soġġett għall-opinjoni tal-kumitat ta' ġestjoni, bi tragwardi għar-rilaxx tal-finanzjament sabiex tiġi żgurata l-kontrollabbiltà tal-kisbiet u l-kostijiet;

–        l-abbozzar xieraq tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti sabiex tiġi żgurata l-kontrollabbiltà tal-kisbiet tar-riżultati rikjesti u tal-kostijiet imġarrba;

–        l-analiżi kwalitattiva u finanzjarja tal-offerti;

–        l-involviment ta' dipartimenti oħrajn tal-Kummissjoni matul il-proċess kollu;

–        il-verifika tar-riżultati u l-eżami tal-fatturi qabel il-ħlas, f'bosta livelli; u

–        awditjar intern.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

· Intestaturi baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-QFP u tal-intestaturi baġitarji.

Intestatura tal-QFP || Intestatura baġitarja || Tip ta'  nefqa || Kontribuzzjoni

Numru […][Intestatura ………………………………………...……….] || Diff/Mhux Diff. ([67]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[68] || mill-pajjiżi kandidati[69] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1A || 26.01.04.01 Appoġġ għan-nefqa għas-soluzzjonijiet tal-interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej || Mhux diff. || IVA || IVA || LE || LE

· Intestaturi baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-QFP u tal-intestaturi baġitarji.

Intestatura tal-QFP || Intestatura baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru […][Intestatura ………………………………………...……….] || Diff./Mhux Diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1A || 26.03.01.01 Soluzzjonijiet tal-interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej[70] (ISA2) || Diff. || IVA || IVA || LE || LE

1A || 26.03.01.51 It-tlestija tal-azzjonijiet iffinanzjati mis-Soluzzjonijiet tal-interoperabbiltà għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi Ewropej (ISA) || Diff. || IVA || IVA || LE || LE

3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-QFP || Numru || 1A — Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

DĠ: DIGIT || || || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || || || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || ||

Numru tal-intestatura baġitarja || Impenji || (1) || 24.448 || 25.115 || 25.783 || 26.452 || 27.130 || || || 128.928

Pagamenti || (2) || 6.500 || 23.800 || 24.500 || 26.000 || 48.128 || || || 128.928

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[71] || || || || || || || ||

Numru tal-intestatura baġitarja || || (3) || 0.400 || 0.400 || 0.400 || 0.400 || 0.400 || || || 2.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  għad-DĠ DIGIT || Impenji || =1+1a +3 || 24.848 || 25.515 || 26.183 || 26.852 || 27.530 || || || 130.928

Pagamenti || =2+2a +3 || 6.900 || 24.200 || 24.900 || 26.400 || 48.528 || || || 130.928

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 24.848 || 25.515 || 26.183 || 26.852 || 27.530 || || || 130.928

Pagamenti || (5) || 6.900 || 24.200 || 24.900 || 26.400 || 48.528 || || || 130.928

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 1A tal-QFP || Impenji || =4+ 6 || 24.848 || 25.515 || 26.183 || 26.852 || 27.530 || || || 130.928

Pagamenti || =5+ 6 || 6.900 || 24.200 || 24.900 || 26.400 || 48.528 || || || 130.928

Intestatura tal-QFP || 5 || Nefqa amministrattiva

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || || || TOTAL

DĠ: DIGIT ||

Ÿ Riżorsi umani || 2.416 || 2.416 || 2.416 || 2.416 || 2.416 || || || 12.080

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0.120 || 0.120 || 0.120 || 0.120 || 0.120 || || || 0.600

TOTAL DĠ DIGIT || Approprjazzjonijiet || 2.536 || 2.536 || 2.536 || 2.536 || 2.536 || || || 12.680

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-QFP || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 2.536 || 2.536 || 2.536 || 2.536 || 2.536 || 2.536 || || 12.680

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || || || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA minn 1 sa 5 tal-QFP || Impenji || 27.384 || 28.051 || 28.719 || 29.388 || 30.066 || || || 143.608

Pagamenti || 9.436 || 26.736 || 27.436 || 28.936 || 51.064 || || || 143.608

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali

– ü  Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

L-approprjazzjonijiet ta' impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Indika għanijiet u riżultati ò || || || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || || || TOTAL

RIŻULTATI

Tip[72] || Il-kost medju || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru totail || Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU skont il-paragrafu 1.4.1 u 1.4.4 || || || || || || || || || || || || || || || ||

atturi determinanti ewlenin tal-interoperabbiltà || || || || 6.000 || || 6.000 || || 6.000 || || 7.000 || || 7.000 || || || || || || 32.000

Appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE || || || || 10.000 || || 12.000 || || 12.000 || || 14.000 || || 14.000 || || || || || || 62.000

Strumenti ta' appoġġ għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej || || || || 3.000 || || 3.500 || || 4.000 || || 4.500 || || 4.500 || || || || || || 19.500

Miżuri ta' akkumpanjament || || || || 2.550 || || 2.550 || || 2.550 || || 2.550 || || 2.550 || || || || || || 12.750

Attivitajiet ta' monitoraġġ || || || || 0.535 || || 0.535 || || 0.535 || || 0.535 || || 0.535 || || || || || || 2.675

KOST TOTALI || || 22.094 || || 24.594 || || 25.094 || || 28.594 || || 28.594 || || || || || || 128.925

3.2.3.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

– ü  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || || || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-QFP || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 2.416 || 2.416 || 2.416 || 2.416 || 2.416 || || || 12.080

Nefqiet amministrattivi oħrajn || 0.120 || 0.120 || 0.120 || 0.120 || 0.120 || || || 0.600

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-QFP || 2.536 || 2.536 || 2.536 || 2.536 || 2.536 || || || 12.680

Barra mill-INTESTATURA 5 tal-QFP[73] || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqiet oħrajn ta' natura amministrattiva || || || || || || || ||

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-QFP || || || || || || || ||

TOTAL || 2.536 || 2.536 || 2.536 || 2.536 || 2.536 || || || 12.680

L-approprjazzjonijiet tar-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' riżorsi umani.

– ü  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tiġi espressa f'unitajiet ekwivalenti għal full-time

|| || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || || || Total

|| Ÿ Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju) || ||

|| XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) — AD || 10 || 10 || 10 || 10 || 10 || || || 10

|| XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) — AST || 4 || 4 || 4 || 4 || 4 || || || 4

|| XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) — AST/SC || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || || || 2

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[74] ||

|| XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-“pakkett globali’) — SNE || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || || || 3

|| XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-“pakkett globali’) — CA || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || || || 1

|| XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || ||

|| XX 01 04 yy[75] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || || ||

|| - Delegazzjonijiet || || || || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (CA, SNE, INT — Riċerka indiretta) || || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (CA, INT, SNE — Riċerka diretta) || || || || || || || ||

|| Intestaturi baġitarji oħrajn (speċifika) || || || || || || || ||

|| TOTAL || 20 || 20 || 20 || 20 || 20 || || || 20

XX hija l-qasam ta' politika jew titolu baġitarju kkonċernat

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju || Il-karigi ta' AD ikopru l-ġestjoni reali tal-Programm: it-tfassil tal-Programm ta' ħidma, il-ġestjoni tal-baġit, il-ġestjoni tas-sejħiet pubbliċi għall-offerti assoċjati mal-eżekuzzjoni tal-Programm, il-ġestjoni tal-kuntratt assoċjat mal-eżekuzzjoni tal-Programm, is-segwitu tal-proġetti, il-kuntatti mas-servizzi tal-Kummissjoni u l-esperti tal-Istati Membri, l-organizzazzjoni tal-laqgħat mal-esperti, il-gruppi ta' ħidma u l-konferenzi. Il-kap tal-unità huwa inkluż ukoll. Il-karigi ta' AST u AST/SC jipprovdu appoġġ fl-oqsma li ġejjin: - Kompiti ta' segretarjat, organizzazzjoni tal-missjonijiet (żewġ persuni); - Ġestjoni tal-baġit, sejħiet għall-offerti, kuntratti u ħlas tal-fatturi (żewġ persuni); - Tixrid tal-informazzjoni u komunikazzjoni (żewġ persuni); - Loġistika: organizzazzjoni tal-laqgħat u l-gruppi ta' ħidma, stediniet lill-esperti, rimbors tal-esperti, ġestjoni tad-dokumenti (persuna waħda).

Persunal estern || Il-karigi END jappoġġaw il-ġestjoni reali tal-Programm, u jikkumplimentaw il-karigi AD l-aktar fl-oqsma relatati mal-koordinazzjoni mal-Istati Membri, is-segwitu tal-proġetti u l-organizzazzjoni tal-laqgħat mal-esperti, il-gruppi ta' ħidma u l-konferenzi. Il-persunal kuntrattwali se jipprovdi appoġġ iddedikat għal (a) l-attivitajiet ta' tixrid u ta' użu tal-Programm u (b) il-ġestjoni reali ta' azzjonijiet speċifikati l-aktar fl-oqsma li jinvolvu servizzi oħrajn tal-Kummissjoni.

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti

– ü  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti.

Il-proposta hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali eżistenti.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega l-ipprogrammar mill-ġdid meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[76].

Spjega l-ħtieġa, billi tispeċifika l-intestaturi baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdi l-ebda kofinanzjament minn partijiet terzi.

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– ü  Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨         fuq ir-riżorsi proprji

¨         fuq id-dħul mixxellanju

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti || L-impatt tal-proposta/inizjattiva[77]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …………. || || || || || || || ||

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-intestatura/i baġitarja/i tan-nefqa affetwata/i.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[1]               http://ec.europa.eu/enterprise/policies/innovation/policy/public-sector-innovation/index_en.htm.

[2]               L-isħarriġ annwali dwar it-tkabbir 2013 tal-Kummissjoni, COM(2012) 750 finali, 28.11.2012.

[3]               Analiżi tal-Implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Interoperabbiltà tal-2012, rapport dwar il-fatturi politiċi, soċjoekonomiċi u ġuridiċi.

[4]               Komunikazzjoni tal-Kummissjoni EWROPA 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, COM 2010) 2020 finali, 3.3.2010.

[5]               Aġenda Diġitali għall-Ewropa, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2010) 245 finali, 28.8.2010.

[6]               Lejn l-interoperabbiltà għas-servizzi pubbliċi Ewropej, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2010) 744 finali, 16.12.2010. .

[7]               Kummissjoni elettronika 2012-15: It-twettiq ta' servizzi diġitali utentċentriċi, Komunikazzjoni minn VP Šefčovič lill-Kummissjoni, SEC(2012) 492 finali, 1.8.2012.

[8]               Id-Deċiżjoni 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà fl-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA), ĠU L 260, 3,10,2009, p. 20.

[9]               Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

[10]             Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 1316/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

[11]             Inħaddmu l-Innovazzjoni Ewropea fis-Settur Pubbliku: Lejn Arkitettura Ġdida (Powering European Public Sector Innovation: Towards A New Architecture). Rapport tal-Grupp Espert fuq l-Innovazzjoni fis-Settur Privat. EUR 13825 EN, 2013

[12]             Council Decision 95/468/EC of 6 November 1995 on a Community contribution for telematic interchange of data between administrations in the Community (IDA). ĠU L 269. 11.11.1995, p. 23-25

[13]             Id-Deċiżjoni Nru 1719/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1999 dwar serje ta' linji gwida, inkluża l-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni, għal netwerks trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta' tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA). ĠU L 203, 3.8.1999, p. 1.

[14]             Id-Deċiżjoni Nru 1720/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1999 li taddotta serje ta' azzjonijiet u miżuri biex tiżgura l-interoperabilità ta' u l-aċċess għan-netwerks trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta' tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA). ĠU L 203, 3.8.1999, p. 9.

[15]             Id-Deċiżjoni 2004/387/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar it-twassil interoperabbli ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini (IDABC), ĠU L 181, 18.5.2004, p. 25.

[16]             Id-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA), ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20.

[17]             Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "L-isfruttar tal-potenzjal tal-Cloud Computing fl-Ewropa". COM(2012) 529.

[18]             Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

[19]             Id-Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE u d-Direttivi 2005/56/KE u 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpanniji.

[20]             Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE). ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

[21]             Id-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi programm Komunitarju sabiex itejjeb il-ħidma tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern (Fiscalis 2013) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2235/2002/KE. ĠU L 330, 15/12/2007, p. 1–7.

[22]             Id-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fil-Komunità (Dwana 2013). ĠU L 154, 14/06/2007, p. 25–31.

[23]             Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320

[24]             Id-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku, ĠU L 175, 27.6.2013, p. 1.

[25]             Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern, COM(2012) 238 finali, 4.6.2012,

[26]             Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

[27]             Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' dejta suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej. ĠU L 87, 31.3.2009, p. 64-173

[28]             Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-metodu ta' produzzjoni tal-istatistika tal-UE: viżjoni għad-deċennju li ġej. COM(2009) 404 finali, 10.8.2009

[29]             Id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku. ĠU L 133, 6.5.2014, p. 1-11

[30]             Evalwazzjoni interim tal-programm ISA, Kurt Salmon, 31.10.2012.

[31]             SG, COMP, MARE, JRC, PO, DGT, EMPL, REGIO, HOME, JUST, ENTR, CNECT.

[32]             L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit.

[33]               ĠU C , , p.

[34]               ĠU C , , p. .

[35]               COM(2010) 245.

[36]               COM(2010) 2020.

[37]               COM(2010) 744.

[38]               Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern. ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

[39]               Id-Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE u d-Direttivi 2005/56/KE u 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji.

[40]               Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE). ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

[41]               Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS). ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60–81.

[42]             Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II). ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4–23.

[43]             Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2725/2000 tal-11 ta' Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment ta' Eurodac għat-tqabbil ta' marki tas-swaba għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin. ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1–10.

[44]             https://e-justice.europa.eu

[45]             Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali. ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45-65.

[46]             Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006. ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

[47]             Id-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku. ĠU L 175, 27.6.2013, p. 1.

[48]             COM(2012) 238. ĠU C [..], [..], p. [..]

[49]             Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

[50]             Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE. ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104.

[51]             Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE. ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243

[52]             Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE. ĠU L 94, 28.3/.014, p 65-242.

[53]             Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni. ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1-64

[54]             Id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku. ĠU L 133, 6.5.2014, p. 1.

[55]             Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010. ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.

[56]             Ir-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar linji gwida għal netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE. ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14.

[57]             Id-Deċiżjoni 1719/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1999 dwar serje ta' linji gwida, inkluża l-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni, għal netwerks trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta' tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA). ĠU L 203, 3.8.1999, p. 1.

[58]             Id-Deċiżjoni Nru 1720/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1999 li taddotta serje ta' azzjonijiet u miżuri biex tiżgura l-interoperabilità ta' u l-aċċess għan-netwerks trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta' tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA). ĠU L 203, 3.8.1999, p. 9.

[59]             Id-Deċiżjoni 2004/387/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar it-twassil interoperabbli ta' servizzi ta' eGovernment pan-Ewropej lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini. ĠU L 144, 30.4.2004, p. 62 u ĠU L 181, 18.5.2004, p. 25 (Rettifika).

[60]             Id-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA). ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20.

[61]             Dokument A7-0083/2012.

[62]             Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba. ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1-11

[63]             Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.12.2011, p. 13.

[64]               ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività – ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.

[65]               Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[66]               Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html.

[67]               Diff. = Approprjazzjonijiet Differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati.

[68]               EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[69]               Pajjiżi kandidati u, fejn huwa applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[70]               Din il-partita baġitarja ġdida se tissostitwixxi l-intestatura baġitarja 26 03 01 01: Soluzzjonijiet tal-interoperabbiltà għall-Amministrazzjonijiet Pubbliċi Ewropej (ISA). It-tlestija tal-azzjonijiet tal-ISA se tiġi koperta mill-partita 26 03 01 02: Tlestija ....

[71]               Għajnuna u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu intestaturi “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[72]               Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu fornuti (pereżempju: numru ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, numru ta' kilometri ta' toroq li nbnew, eċċ)

[73]               Għajnuna u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu intestaturi “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[74]               CA= Perunsal Kuntrattwali; LA = Persunal Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat; INT = persunal mill-aġenziji; JED= Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet). .

[75]               Taħt il-limitu ta' persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu intestaturi "BA").

[76]               Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali (għall-perjodu 2007-13).

[77]               Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 % tal-ispejjeż tal-ġbir.