Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea /* COM/2014/0102 final - 2014/0053 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi
l-istrument legali għall-iffirmar ta' Protokoll għall-Ftehim ta'
Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet
Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni
Russa, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea: (i) Proposta għal Deċiżjoni
tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll
f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha; Din il-proposta hija ppreżentata b’mod
konġunt ma’: (ii) Proposta għal Deċiżjoni
tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll f'isem l-Unjoni Ewropea u
l-Istati Membri tagħha; (iii) Rakkomandazzjoni għal
Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni tal-Protokoll,
mill-Kummissjoni Ewropea, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Skont l-Att
tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Kroazja
għandha taċċedi għall-ftehimiet internazzjonali ffirmati
jew konklużi mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha permezz
ta’ Protokoll għal dawk il-ftehimiet. Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li
jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri
tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa
l-oħra, ġie ffirmat fl-24 ta' Ġunju 1994.
Il-Ftehim daħal fis-seħħ
fl-1 ta’ Diċembru 1997. Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2012[1] awtorizzat
lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati,
sabiex jiġu konklużi l-protokolli rilevanti. In-negozjati
mal-Federazzjoni Russa ġew konklużi b’suċċess.
Il-Federazzjoni Russa qablet mat-test tal-Protokoll fin-Note Verbale
tagħha tal-4 ta’ Settembru, is-SEAE qabel fin-Note Verbale
tiegħu tal-24 ta’ Settembru. Dan l-iskambju ta’ Notes Verbales,
mitlub mill-Federazzjoni Russa, issostitwixxa l-inizjalar tal-Protokoll. Il-Protokoll propost
jinkorpora lir-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti
għall-Ftehim u jorbot lill-UE biex tipprovdi l-verżjoni awtentika
tal-Ftehim bil-lingwa uffiċjali l-ġdida tal-UE. Il-Protokoll jinkludi klawżola li
tispeċifika li l-Ftehim huwa emendat b'segwitu għad-dħul
fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013. Il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni
mal-Federazzjoni Russa b’mod partikolari għandu l-għan li jippromwovi
l-kummerċ u l-investiment, inkluż il-kummerċ fis-servizzi
tat-trasport, u jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni f’setturi
differenti li huwa limitat għal kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u
teknika globali. Għalhekk, flimkien mal-bażijiet proċedurali
legali applikabbli, il-Protokoll għandu jiġi ffirmat u konkluż
mill-Unjoni Ewropea abbażi tal-Artikolu 6(2) tal-Att
tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-waħda, u
tal-Artikoli 91, 100(2), 207 u 212 tat-TFUE min-naħa
l-oħra. Il-Kummissjoni qieset ir-riżultati
tan-negozjati bħala sodisfaċenti u qed titlob lill-Kunsill: –
biex jawtorizza l-iffirmar,
f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-applikazzjoni
proviżorja ta' Protokoll ta' adeżjoni għall-Ftehim ta'
Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet
Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u
l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. Il-Parlament Ewropew se jiġi msejjaħ
biex jagħti l-kunsens tiegħu għal dan il-Protokoll. 2014/0053 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u
l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja, tal-Protokoll
għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi
sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom,
min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra,
sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari
l-Artikoli 91, 100(2), 207 u 212, flimkien
mal-Artikolu 218(5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu
tal-Artikolu 6(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Skont it-termini
tal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja,
għandu jkun hemm qbil dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn
il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa
l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra[2] (“il-Ftehim”), permezz
ta' protokoll għal dan il-Ftehim. F'konformità mal-Artikolu 6(2)
tal-Att tal-Adeżjoni, għal tali adeżjoni għandha tapplika
proċedura ssimplifikata, li permezz tagħha jiġi konkluż
protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u
mill-pajjiżi terzi kkonċernati. (2) Fl-14 ta’ Settembru 2012,
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi
terzi kkonċernati[3].
In-negozjati mal-Federazzjoni Russa ġew konklużi b’suċċess.
Dan ġie kkonfermat fi skambju ta’ noti
fl-24 ta’ Settembru 2013. (3) Il-Protokoll għandu
jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha,
soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. (4) Il-konklużjoni
tal-Protokoll hija soġġetta għal proċedura separata li
tikkonċerna kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea
tal-Enerġija Atomika. (5) Fid-dawl tal-adeżjoni
tal-Kroazja mal-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013, il-Protokoll
għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja minn din id-data, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim ta'
Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet
Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u
l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huwa b’dan approvat f’isem
l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett
għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din
id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
jistabbilixxi l-istrument ta' setgħat sħaħ
għall-persuna/persuni indikata/indikati min-negozjaturi tal-Protokoll biex
tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll, soġġett għall-konklużjoni
tiegħu. Artikolu 3 Il-Protokoll jiġi applikat fuq bażi
proviżorja, f'konformità mal-Artikolu 4 tiegħu,
mill-1 ta’ Lulju 2013, sakemm jitlestew il-proċeduri
għall-konklużjoni tiegħu. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza
l-ftuħ tan-negozjati għall-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew
konklużi bejn l-Unjoni Ewropea, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri
tagħha, ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma'
organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (id-Dokument tal-Kunsill 13351/12
RISTRETT). [2] ĠU L 327, 28.11.1997, p. 3. [3] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza
l-ftuħ tan-negozjati għall-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew
konklużi bejn l-Unjoni Ewropea, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri
tagħha, ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma'
organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (id-Dokument tal-Kunsill 13351/12
RISTRETT). PROTOKOLL
għall-
FTEHIM TA' SĦUBIJA U KOOPERAZZJONI
li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri
tagħhom,
min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra,
sabiex titqies l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA’ SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI, IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TAL-ISVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA
TA’ FUQ Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar
l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u
t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn
hawn 'il quddiem imsejħa "Stati Membri", L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem
imsejħa "l-Unjoni", u IL-KOMUNITÀ EWROPEA GĦALL-ENERĠIJA
ATOMIKA min-naħa
l-waħda, U L-FEDERAZZJONI RUSSA min-naħa
l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsejħa flimkien
bħala "il-Partijiet", BILLI l-Ftehim ta' Sħubija u
Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u
l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni
Russa min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ
"il-Ftehim") ġie ffirmat
fl-24 ta' Ġunju 1994 f'Korfu; BILLI t-Trattat dwar l-Adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat
fid-9 ta' Diċembru 2011 fi Brussell; BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar
il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u
l-aġġustamenti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità
Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
mal-Ftehim trid tiġi adottata billi jiġi konkluż protokoll
għall-Ftehim; WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
fl-1 ta’ Lulju 2013; FTIEHMU kif ġej: ARTIKOLU 1 Ir-Repubblika tal-Kroazja b'dan taderixxi
bħala Parti għall-Ftehim. Bl-istess mod kif jagħmlu l-Istati
Membri l-oħra, ir-Repubblika tal-Kroazja tadotta wkoll u tqis it-testi
tal-Ftehim, u tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u
l-Iskambji ta’ Ittri annessi mal-Att Finali ffirmat fl-istess data u tal-Protokoll
għall-Ftehim tal-21 ta’ Mejju 1997 li daħal
fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2000, tal-Protokoll
għall-Ftehim tas-27 ta’ April 2004 li daħal
fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2005, u tal-Protokoll
għall-Ftehim tat-23 ta’ April 2007 li daħal
fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2008. ARTIKOLU 2 Wara l-iffirmar ta’ dan il-Protokoll, l-Unjoni
tikkomunika lill-Istati Membri u lill-Federazzjoni Russa l-verżjoni
tal-lingwa Kroata tal-Ftehim, tal-Att Finali u tad-dokumenti kollha annessi
miegħu, kif ukoll il-Protokolli għall-Ftehim
tal-21 ta’ Mejju 1997, tas-27 ta’ April 2004 u
tat-23 ta’ April 2007. Mid-data tal-applikazzjoni
proviżorja ta’ dan il-Protokoll, il-verżjoni tal-lingwa msemmija
fl-ewwel sentenza ta’ dan l-Artikolu ssir awtentika bl-istess kundizzjonijiet
tal-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana,
Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża,
Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena,
Russa, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża
tal-Ftehim. ARTIKOLU 3 Dan il-Protokoll jifforma parti integrali
mill-Ftehim. ARTIKOLU 4 1. Dan il-Protokoll huwa approvat
mill-Partijiet, f'konformità mal-proċeduri tagħhom stess.
Il-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri
meħtieġa għal dan il-għan. L-istrumenti ta’ approvazzjoni
jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni
Ewropea. 2. Dan il-Protokoll jidħol
fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu
tal-aħħar strument ta’ approvazzjoni. 3. Dan il-Protokoll japplika fuq
bażi proviżorja wara 15-il jum mid-data tal-iffirmar tiegħu. 4. Dan il-Protokoll japplika
għar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet fil-qafas tal-Ftehim mid-data
tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea. ARTIKOLU 5 Dan il-Ftehim jitfassal f’żewġ kopji
bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan,
bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg,
bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan,
bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż,
bir-Rumen, bir-Russu, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, u
kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku bl-istess mod. B'XIEHDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji hawn
taħt iffirmati, mogħtija l-poter għal dan l-iskop, iffirmaw dan
il-Protokoll. Magħmul fi …, fi … tas-sena ... GĦALL-UNJONI EWROPEA, IL-KOMUNITÀ EWROPEA
TAL-ENERĠIJA ATOMIKA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA GĦALL-FEDERAZZJONI RUSSA