52014DC0910

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2015 Bidu Ġdid /* COM/2014/0910 final */


INTRODUZZJONI

Din il-Kummissjoni ngħatat il-mandat tal-kariga b'impenn biex tagħmel differenza: biex tagħmel affarijiet differenti u tagħmilhom b’mod differenti. Iċ-ċittadini jistennew li l-UE tagħmel differenza fejn jidħlu l-isfidi ekonomiċi u soċjali kbar — rata għolja ta’ qgħad, tkabbir kajman, livelli għoljin ta’ dejn pubbliku, differenzi fl-investiment u nuqqas ta’ kompetittività fis-suq globali. U jridu anqas interferenza mill-UE fi kwistjonijiet fejn l-Istati Membri huma mgħammra aħjar biex jagħtu reazzjoni fil-livell nazzjonali u reġjonali. Jistennew ukoll li l-UE tkun aktar miftuħa u responsabbli dwar dak li tagħmel u kif tagħmlu.

Din il-Kummissjoni hija determinata li tmexxi 'l quddiem din il-bidla, u li taħdem mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill biex tara li dan iseħħ. Din hija r-raġuni għaliex se niffukaw fuq il-"ħwejjeġ il-kbar", bħall-impjiegi u t-tkabbir, f'konformità mal-għaxar prijoritajiet tal-Linji Gwida Politiċi tal-President Juncker[1]. Aħna mhux se nippreżentaw proposti li ma jkunux ta' kontribut għal dawn il-prijoritajiet. U ser napplikaw diskontinwità politika[2] u se nwarrbu minn fuq l-aġenda proposti pendenti li ma jkunux konformi mal-objettivi tagħna jew li ma jkollhom l-ebda sens ta' direzzjoni, għaliex aħna rridu li l-istituzzjonijiet kollha jiffokaw fuq it-twettiq ta’ dak li verament huwa importanti.

Dan huwa l-impenn politiku tagħna, u fuq dik il-bażi rridu nilħqu lil hinn mill-bażi ta’ Brussell madwar l-UE sabiex terġa’ tinbena l-kundifenza u terġa’ tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE. Iċ-ċittadini se jiġġudikawna skont l-impenn u r-riżultati li niksbu, fuq it-titjib li huma jaraw f’ħajjithom bħala riżultat. Fl-ewwel xahar tagħna fil-kariga aħna ressaqna pakkett maġġuri dwar l-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment[3] flimkien ma' Pjan ta’ Investiment ġdid biex jiġu mmobilizzati aktar minn EUR 315-il biljun f’investimenti addizzjonali f’oqsma strateġiċi matul it-tliet snin li ġejjin. Irridu li nkomplu kif bdejna.

Il-proposti li qed inħabbru f’dan il-Programm ta’ Ħidma ntgħażlu għaliex nemmnu li dawn jistgħu jagħmlu differenza fejn jidħlu l-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment u li jistgħu jwasslu għal benefiċċji konkreti għaċ-ċittadini s-sena d-dieħla. Dak li aħna qed nimpenjaw ruħna għalih f’dan il-Programm ta’ Ħidma huma l-affarijiet li se nwettqu fl-2015. Aħna ser nipproponu azzjonijiet oħra biex inwettqu l-għaxar prijoritajiet fil-programmi ta’ ħidma tagħna għas-snin li ġejjin — il-ħidma preparatorja fil-każ ta' xi wħud minn dawn se tibda fl-2015.

Iżda l-parti l-kbira ta’ dak li jiġri fl-UE llum, u l-mod kif iċ-ċittadini tagħna jqisu lill-UE huma bbażati fuq il-leġiżlazzjoni u l-programmi eżistenti. Il-preokkupazzjonijiet immedjati tagħhom huma dwar il-ġabra tar-regoli eżistenti, u din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni qed tagħmel bħala prijorità politika t-tnaqqis tal-piż regolatorju filwaqt li jinżammu livelli għoljin ta’ protezzjoni soċjali, tas-saħħa u ambjentali u l-għażla għall-konsumatur. Aħna se nagħmlu riformi drastiċi fir-regoli biex jiġi żgurat li dawn jikkontribwixxu għall-aġenda tal-impjiegi u t-tkabbir u ma jkunux tali li jimponu piżijiet burokratiċi jew piżijiet amministrattivi, filwaqt li fl-istess ħin jipprovdu l-benefiċċji li ċ-ċittadini jistennew. Fejn ir-regoli huma skaduti jew ma jirriflettux il-prijoritajiet tagħna, aħna ser nirreveduhom u ntejbuhom. Fejn hemm burokrazija mhux meħtieġa, se neliminawha. Fejn ir-regoli li għandna jagħmlu sens u jservu l-għanijiet tagħna, ser naħdmu b’mod attiv biex niżguraw li dawn jiġu applikati sewwa, implimentati u infurzati sabiex iwasslu għal benefiċċji reali għaċ-ċittadini. U aħna se nużaw l-għodod l-oħra li għandna għad-dispożizzjoni tagħna biex immexxu 'l quddiem l-impjiegi u t-tkabbir, b’mod partikolari il-baġit tal-UE li huwa primarjament mezz għal investiment intelliġenti fl-Istati Membri u r-reġjuni.

Din hija aġenda għall-bidla, imwielda mill-ħtieġa li l-UE terġa’ tibda tikber sabiex il-mudell soċjali u ambjentali Ewropew, flimkien ma' ambjent b’saħħtu, ikun jista' jiġi sostnut fil-futur.

Hija wkoll sejħa għal bidla fil-metodi ta’ ħidma tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Irridu naħdmu magħhom biex niddefinixxu l-prijoritajiet ewlenin madwar it-tliet istituzzjonijiet u biex inħaffu t-teħid ta’ deċiżjonijiet fihom, sabiex l-effetti pożittivi tal-proposti tagħna jkunu jistgħu jintlaħqu malajr miċ-ċittadini. Aħna se nibnu sħubija aktar mill-qrib mal-Istati Membri, il-Parlamenti nazzjonali, ir-reġjuni u l-ibliet sabiex ikollna implimentazzjoni aħjar tal-politiki eżistenti u tal-effettività ta’ azzjoni fuq il-post, mill-użu tal-fondi strutturali għall-politika ambjentali, mis-suq uniku għad-drittijiet tal-konsumatur.

Sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-fiduċja, hemm il-ħtieġa li l-bidla tkun waħda li tidher[4] u li jkollha impatt malajr. B'dan il-programm ta’ ħidma — u bl-implimentazzjoni tiegħu fl-2015 — irridu nagħtu prova li din id-darba l-affarijiet huma differenti.

***

Dan il-Programm ta’ Ħidma jippreżenta azzjonijiet iffokati għall-2015. Ma jidħolx fid-dettall dwar dak li se tagħmel il-Kummissjoni fl-erba’ snin sussegwenti tal-mandat tagħha anki jekk se tibda l-ħidma preparatorja fi kwistjonijiet bħalma huma r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali. L-Anness I jippreżenta l-inizjattivi l-ġodda, organizzati madwar il-prijoritajiet prinċipali tal-Linji Gwida Politiċi, li l-Kummissjoni se tikkonċentra l-isforzi tagħha fl-2015 fuqhom.

Fit-tħejjija ta’ dan il-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni eżaminat il-proposti kollha li bħalissa qed jistennew deċiżjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill[5]. Aħna nqisu li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ diskontinwità politika bħala parti importanti tar-responsabbiltà politika tagħna: hemm bżonn li ssir tindifa sabiex ikunu jistgħu jiġu investiti l-ħin u l-enerġija f’dawk il-proposti li se jkollhom l-akbar impatt fuq it-tkabbir u l-impjiegi u li jkollhom prospetti tajba li jiġu adottati fil-futur qrib.

Iffurmajna opinjoni dwar il-proposti li nixtiequ nżommu, u li rridu naraw li jiġu adottati, dawk li qed nippjanaw li nemendaw sabiex inġibuhom konformi mal-għaxar prijoritajiet tagħna u dawk li qed nipproponu li nirtiraw. Il-Kummissjoni għadha impenjata bis-sħiħ dwar l-objettivi ta' ħafna mill-proposti li qed tipproponi li tirtira. Iżda l-proposti ma jkollhom l-ebda siwi jekk sempliċement jibqgħu rieqda fuq il-mejda tan-negozjati, jekk isiru irrelevanti minħabba xi żviluppi, jew jekk matul in-negozjati jiddgħajfu sal-punt fejn ma jkunux jistgħu aktar jiksbu l-iskop inizjali tagħhom. F'xi każi, il-Kummissjoni qed tipproponi li tirtira proposti sabiex tissostitwihom sussegwentement bi proposti aktar ambizzjużi jew biex tfassalhom b'mod li jkun aktar qrib l-għaxar prijoritajiet tagħha. F'każi oħra, is-soċjetà mxiet 'il quddiem minn mindu kienu saru l-proposti oriġinali mill-Kummissjoni. L-Anness II jelenka l-proposti li għandhom jiġu rtirati (jew emendati). Il-Kummissjoni qed tistenna l-fehmiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dawn il-proposti qabel ma tipproċedi bl-irtirar.

Il-Programm ta’ Ħidma jirrifletti wkoll l-impenn tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar. Din hija fil-qalba tal-programm tal-Kummissjoni dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni li għandu l-għan li jaqta’ l-burokrazija u jneħħi l-piżijiet regolatorji. L-azzjonijiet li fih – emendi leġiżlattivi, testijiet u evalwazzjonijiet ta' idoneità – jiffurmaw element ċentrali tal-ħidma tal-Kummissjoni u huma ppreżentati fl-Anness III. Se jitniedu, pereżempju, sforzi għas-simplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni. Se jkun hemm ukoll ħidma ffukata biex ir-riforma reċenti tas-servizzi finanzjarji, il-Politika Komuni tas-Sajd u r-regoli l-ġodda għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment 2014-2020 jibdew joperaw bla xkiel. Dan jirrikjedi koordinazzjoni u involviment fil-livelli kollha tal-partijiet interessati kollha — il-bini ta’ netwerks u l-iskambju ta’ esperjenzi u tal-aħjar prattiki f’oqsma ta’ politika differenti.

Biex tinforma aħjar liċ-ċittadini u lill-kumpaniji ta’ meta l-liġijiet tal-UE jidħlu fis-seħħ, il-Programm ta' Ħidma jelenka leġiżlazzjoni li ssir applikabbli fl-2015 fl-Anness IV.

***

1. Spinta ġdida għall-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment

In-narrattiva ekonomika l-ġdida tal-Kummissjoni hija mibnija madwar tliet linji ewlenin - l-ispinta lill-investiment, it-tkomplija tar-riformi strutturali u r-responsabilità fiskali. Fi sħubija mill-qrib mal-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Kummissjoni pproponiet pjan ta’ investiment importanti[6] biex tingħata spinta ġdida lill-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment fl-Ewropa. Il-finanzjament addizzjonali għall-investimenti l-ġodda se jiġi mmobilizzati permezz ta’ Fond Ewropew ġdid għal investimenti strateġiċi u billi jiġi żgurat li dan jilħaq l-ekonomija reali permezz tal-istabbiliment ta' linja ta' proġetti kredibbli u bl-espansjoni u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għal assistenza teknika.

Barra mill-Fond il-ġdid, l-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi (pereżempju self u garanziji, minflok għotjiet) se jkompli jiġi promoss biex jiżdied l-impatt tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għall-perjodu mill-2014 sal-2020, bl-objettiv ta’ mill-inqas l-irduppjar tal-użu ta’ tali strumenti fil-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid.

Miżuri addizzjonali ser ikunu ffukati fuq it-titjib tal-ambjent tan-negozju, it-tneħħija ta’ ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-investiment, u tisħiħ ulterjuri tas-Suq Uniku. Il-Kummissjoni se tressaq diversi proposti maħsuba biex jimplimentaw malajr dan l-approċċ u se tkompli teżamina r-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Hekk kif il-Ftehimiet ta' Sħubija kollha għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020 issa ġew approvati, u l-programmi operattivi li baqa’ qed jiġu ffinalizzati, l-investiment fuq l-għanijiet ta' Ewropa 2020[7] dwar it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv għandu jibda jagħti l-frott fl-2015. Il-politika ta’ koeżjoni l-ġdida, ankrata fil-profond fil-proċess tas-semestru Ewropew u l-proċess ta’ governanza ekonomika, sar is-sors prinċipali tal-investimenti pubbliku f’diversi Stati Membri.

Il-massimizzazzjoni tal-impatt tal-baġit tal-UE fuq l-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment b’għarfien imġedded tal-ħtieġa li jittejjeb il-mod kif  jintefqu l-flus pubbliċi se tkun parti mir-riflessjonijiet dwar ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u preparazzjonijiet għall-pakkett ta' wara l-QFP 2020, aktar tard matul il-mandat tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni se tagħmel rieżami tal-istrateġija tal-UE dwar il-politika ta' kummerċ u ta' investiment b'attenzjoni partikolari għall-kontribut tagħha lejn l-impjiegi u t-tkabbir. Il-konsolidazzjoni tar-rabtiet kummerċjali u ta' investiment tal-UE għal ċentri ġodda ta’ tkabbir fid-dinja mhix biss essenzjali għall-impjiegi, it-tkabbir, u l-produttività msaħħa fl-UE, iżda għandha impatti importanti fuq il-politika tal-viċinat u tal-iżvilupp tagħna kif ukoll fuq il-parteċipazzjoni tal-UE fl-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

L-Istati Membri qed jaffaċċaw l-isfida diffiċli biex aktar nies jibdew jaħdmu, u li l-ħaddiema jkollhom il-ħiliet li jeħtieġu biex jimxu 'l quddiem u jadattaw ruħhom għall-impjiegi tal-ġejjieni. Il-Kummissjoni se tippreżenta pakkett ta’ miżuri biex tappoġġja dawn l-isforzi sabiex tingħata spinta lill-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u fil-promozzjoni tal-ħiliet.

Leġiżlazzjoni tal-UE abbozzata tajjeb u l-implimentazzjoni effettiva tagħha jista’ jkollhom impatt kbir fuq l-impjiegi, it-tkabbir u l-innovazzjoni. L-industriji ekoloġiċi u l-ekoinnovazzjoni attwalment jipprovdu terz tas-suq globali għal teknoloġiji ekoloġiċi, b’valur ta’ triljun euro u dan mistenni li jirdoppja sal-2020. Il-proposta riveduta għall-ekonomija ċirkolari se ssaħħaħ din ix-xejra u għalhekk se tkun qed tikkontribwixxi għat-tkabbir ekoloġiku. F’dan il-qasam huwa importanti li naqblu dwar objettivi komuni għal dak li rridu niksbu, b'livell xieraq ta’ ambizzjoni, filwaqt li nkunu anqas preskrittivi dwar il-mezzi li l-Istati Membri jistgħu jużaw biex jikbsu dawn ir-riżultati, ħaġa li tagħmilha aktar faċli li l-proposti jissarrfu f’azzjoni konkreta.

L-UE għandha sistema regolatorja żviluppata sew. Attenzjoni mġedda fuq is-sinerġiji ta' implimentazzjoni u ta' esplorazzjoni bejn il-leġiżlazzjoni eżistenti tista’ twassal għal riżultati malajr, bil-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda għall-impjiegi u t-tkabbir. Minbarra li tirriforma l-leġiżlazzjoni eżistenti biex tara li din tkun xierqa għall-iskop tagħha, il-Kummissjoni se taħdem ukoll mal-Istati Membri biex tara li mill-korp eżistenti tal-liġijiet tal-UE jiġi sfruttat il-potenzjal massimu għat-tkabbir. Dan se jkun l-ogħla prijorità f’ħafna oqsma tal-ħidma tagħna — l-agrikoltura, is-sajd, id-dwana, is-servizzi finanzjarji u s-Suq Uniku, biex insemmu xi wħud.

2. Suq Uniku Diġitali Konness

Is-Suq Uniku Diġitali huwa wieħed miċ-ċwievet ewlenin lejn l-istabbiliment ta' dinamika ġdida madwar l-ekonomija Ewropea kollha kemm hi, li tkattar l-impjiegi, it-tkabbir, l-innovazzjoni u l-progress soċjali. L-oqsma kollha tal-ekonomija u tas-soċjeta qed isiru diġitali. L-Ewropa jeħtieġ li tkun fuq quddiem ta' din ir-rivoluzzjoni diġitali għaċ-ċittadini u għan-negozji tagħha. L-ostakli quddiem is-sistemi diġitali huma ostakoli quddiem l-impjiegi, il-prosperità u l-progress.

Il-Kummissjoni qed tħejji Strateġija li biha se tidentifika l-isfidi ewlenin biex jitlesta Suq Uniku Diġitali li jkun sikur, ta' fiduċja u dinamiku. L-Istrateġija se tiffoka fuq sitt linji: il-bini tal-fiduċja u l-kunfidenza, it-tneħħija ta' restrizzjonijiet, l-iżgurar tal-aċċess u tal-konnettività, il-bini tal-ekonomija Diġitali, il-promozzjoni tas-soċjetà elettronika u l-investiment f'riċerka u innovazzjoni fl-ICT li jkunu ta' klassi dinjija.

Fl-2015, bħala parti mill-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, il-Kummissjoni se jkollha l-għan li tikkonkludi n-negozjati interistituzzjonali li għaddejjin dwar proposti bħalma huma r-riforma komuni Ewropea tal-protezzjoni tad-dejta u r-Regolament dwar Kontinent Konness. Se tipproponi wkoll inizjattivi ġodda, kemm leġiżlattivi kif ukoll mhux leġiżlattivi, biex is-Suq Uniku Diġitali jinġieb fil-livell ta' ambizzjoni meħtieġa biex jintlaqgħu l-isfidi eżistenti. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni b'mod notevoli se tikkkumplimenta l-ambjent regolatorju ta' telekomunikazzjoni, timmodernizza l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur u dwar is-servizzi tal-medja awdjoviżiva, tissimplifika r-regoli għall-konsumaturi li jixtru onlajn u b'modi diġitali, tiffaċilita l-kummerċ elettroniku, ittejjeb iċ-ċibersigurtà u tintegra d-diġitalizzazzjoni madwar l-oqsma politiċi kollha.

 

3. Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti li jkollha Politika dwar it-Tibdil tal-Klima li Tħares lejn il-Futur

Provvista tal-enerġija affidabbli u bi prezz aċċessibbli hija prijorità ewlenija għal kulħadd. Il-Kummissjoni se tadotta qafas strateġiku għall-unjoni tal-enerġija u qed tistabbilixxi l-azzjonijiet kruċjali li għandhom jittieħdu sabiex tkun żgurata s-sigurtà tal-forniment tal-enerġija, titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, ikomplu jiġu integrati s-swieq nazzjonali tal-enerġija u tittejjeb il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi, titjieb l-effiċjenza tal-enerġija[8], jonqos is-sehem tal-karburi fit-taħlita tal-enerġija u jiġu promossi r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija.

L-UE hija wkoll minn ta’ quddiem fl-isforzi globali fil-ġlieda kontra t-tisħin globali. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-viżjoni u l-aspettattivi tal-UE fiż-żmien li jwassal għall-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) f’Pariġi fi tmiem l-2015 u se tibda tippreżenta l-proposti leġiżlattivi sabiex timplimenta l-pakkett tal-klima u l-enerġija tal-2030.

Se jkomplu l-isforzi biex jitjieb il-qafas regolatorju għal servizzi ta' trasport interkonnessi, bla perikli, b'inqas emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra.

4. Suq Intern Aktar Ġust u Aktar Profond b'Bażi Industrijali Msaħħa

Is-suq uniku huwa wieħed mill-aqwa assi tal-Ewropa — il-potenzjal tiegħu għandu jkompli jiġi sfruttat biex tittejjeb il-kompetittività tal-Ewropa fis-suq globali u jinħolqu l-impjiegi. Il-Kummissjoni se tippreżenta strateġija tas-suq intern biex jiġu stabbiliti approċċi ġodda biex jinqabad dan il-potenzjal.

Is-suq intern huwa wkoll il-pedament għas-saħħa industrijali u l-kapaċità produttiva tal-Ewropa, li għandha tkompli tissaħħaħ. Iż-żieda fl-investiment fl-infrastruttura u fl-SMEs u f'kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, it-titjib tal-ambjent regolatorju u l-għajnuna lill-kumpaniji biex jagħmlu innovazzjoni, pereżempju bl-appoġġ tal-programm Orizzont 2020, se jkunu oqsma importanti ta' ħidma. L-avjazzjoni qed tiffaċċja sfidi kbar. Il-Kummissjoni se teżamina modi biex jittejbu l-kundizzjonijiet tas-settur billi tissaħħaħ il-kompetittività tagħha.

Il-Kummissjoni hija ħerqana li tgħin lill-Istati Membri jnaqqsu l-qgħad permezz ta’ riformi strutturali u appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi u tal-impjegabbiltà. Hija qiegħda fil-proċess li tidentifika modi biex tinvesti fl-għarfien u l-ħiliet filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-gruppi l-aktar vulnerabbli bħaż-żgħażagħ qiegħda u dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil. Se jkun importanti li l-mobbiltà tax-xogħol tiġi appoġġata, speċjalment f’każijiet ta’ postijiet vakanti persistenti u t-tlaqqigħ ħażin tal-ħiliet, inkluż bejn il-fruntieri, filwaqt li jiġi appoġġat ir-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali fil-ġlieda kontra l-abbuż jew talbiet frodulenti.

It-tlestija u l-implimentazzjoni tar-riforma sinifikanti tal-qafas regolatorju finanzjarju b'reazzjoni għall-kriżi finanzjarja, inkluża l-implimentazzjoni tar-regoli superviżoorji u ta' riżoluzzjoni bankarji ġodda, għadu qasam ewlieni tal-ħidma tal-Kummissjoni. Il-qafas regolatorju se jkompli jissaħħaħ permezz ta’ proposta li tittratta l-immaniġġjar tal-kriżijiet u r-riżoluzzjoni ta’ entitajiet sistemiċi mhux bankarji. Il-Kummissjoni se tibda b'ħidma preparatorja dwar kif is-suq uniku għas-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi jista’ jwassal għal aktar benefiċċji għall-konsumaturi.

Il-Kummissjoni se tfassal pjan ta’ azzjoni biex tibni Unjoni tas-Swieq Kapitali, tesplora modi għat-tnaqqis tal-frammentazzjoni fis-swieq finanzjarji, id-diversifikazzjoni ta’ sorsi ta’ finanzjament għall-ekonomija sħiħa, it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs u t-tisħiħ tal-flussi transkonfinali tal-kapital fis-suq uniku biex il-kapital ikun jista' jintuża bl-aktar mod produttiv. Fuq perjodu qasir ta' żmien, hija se tipproponi qafas għal titolizzazzjoni ta’ kwalità għolja fl-Ewropa, it-titjib tal-informazzjoni ta’ kreditu standardizzata għall-SMEs, u se tqis kif testendi l-iskemi, li kisbu suċċess, ta' pjazzament privat madwar l-UE u tirrevedi d-Direttiva Prospectus għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fuq l-SMEs.

5. Unjoni Ekonomika u Monetarja Aktar Profonda u Aktar Ġusta

L-arkitettura tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja teħtieġ aktar tisħiħ sabiex l-euro jkun jista' jżomm il-fiduċja taċ-ċittadini, ikompli jaffaċċja t-taqlib fis-swieq u jinħolqu l-kundizzjonijiet għal tkabbir u impjiegi sostenibbli. Wara r-rieżami tar-regoli tal-governanza ekonomika u l-azzjonijiet biex jissimplifikaw u jirrazzjonalizzaw il-proċess tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni qed taħdem fuq l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, filwaqt li tiżviluppa proposti dwar passi ulterjuri lejn is-sovranità miġbura fil-governanza ekonomika. Dan l-isforz se jkun akkumpanjat minn azzjonijiet għat-tisħiħ tad-djalogu soċjali fil-livelli kollha.

Filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-kompetenza tal-Istati Membri rigward is-sistemi ta’ tassazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni se żżid l-isforzi tagħha fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa u twieġeb għas-sejħa għall-ġustizzja u t-trasparenza fejn tidħol it-tassazzjoni li ġejja mis-soċjetajiet tagħna. Billi tibda mill-ħidma li saret fuq l-erożjoni ta' bażi u t-trasferiment tal-profitti fil-livelli tal-OECD u tal-G20, il-Kummissjoni se tfassal Pjan ta' Azzjoni li jinkludi miżuri fil-livell tal-UE sabiex timxi lejn sistema fejn abbażi tagħha, il-pajjiż fejn jiġu ġġenerati l-profitti jkun ukoll il-pajjiż fejn issir it-tassazzjoni, inkluż fl-ekonomija diġitali, li tkun tirrekjedi ukoll ftehim dwar Bażi tat-Taxxa Komuni Konsolidata. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tagħmel ukoll malajr proposta dwar l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa dwar deċiżjonijiet tat-taxxa transkonfinali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-istituzzjonijiet l-oħra biex tinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji kif ukoll tisħiħ tar-regoli kontra l-ħasil tal-flus. Għadha għaddejja wkoll ħidma fil-qasam tal-VAT, inklużi miżuri biex tingħalaq id-differenza tat-taxxa.

6. Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Raġonevoli u Bbilanċjat mal-Istati Uniti

Il-kummerċ jagħti kontribut importanti għall-impjiegi u t-tkabbir. Minbarra l-Ftehim ta’ Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP) mal-Istati Uniti, il-Kummissjoni hija impenjata b’mod attiv f’għadd ta’ negozjati bilaterali flimkien ma’ impenn multilaterali b’saħħtu mad-WTO. Il-Kummissjoni diġà ħadet passi biex iżżid it-trasparenza fin-negozjati dwar it-TTIP[9], u qed tkompli taħdem lejn ftehim ibbilanċjat u raġonevoli, filwaqt li tissalvagwardja l-istandards Ewropew fejn jidħlu s-saħħa, il-politika soċjali, l-ambjent u l-protezzjoni tad-dejta kif ukoll id-diversità kulturali tagħha.

7. Żona ta’ Ġustizzja u Drittijiet Fundamentali Bbażata fuq il-Fiduċja Reċiproka

Iċ-ċittadini jippretendu mill-UE l-ġustizzja, il-protezzjoni, u l-istat tad-dritt, u li żżomm pożizzjoni soda fil-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem biex l-UE taderixxi mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-dawl tal-linji gwida li dalwaqt mistennija joħorġu mill-Qorti. Hija ser tkompli ttejjeb il-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu transfruntier kif ukoll il-kooperazzjoni ġudizzjarja għall-benefiċċju taċ-ċittadini madwar l-UE u tħares il-baġit tal-UE mill-frodi, inkluż billi tkompli bl-isforzi biex tistabbilixxi Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew indipendenti.

Il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata lejn l-ugwaljanza fl-opportunitajiet għal persuni b’diżabilità, b’rispett sħiħ tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà. Dan jinkludi l-aċċessibbiltà għall-ambjent fiżiku, għat-trasport, għall-informazzjoni u għat-teknoloġiji u sistemi ta’ komunikazzjoni (ICT), u faċilitajiet jew servizzi oħra.

Il-Kummissjoni hija impenjata li tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, biex tippermetti li aktar nisa jieħdu sehem fis-suq tax-xogħol. Fir-rigward tal-proposta dwar il-liv tal-maternità tal-2008, il-Kummissjoni se tirtiraha fi żmien sitt xhur, jekk ma jkunx possibbli li jiġu żblukkati n-negozjati. Dan għandu jippermetti li jkun hemm approċċ ġdid li jħares lejn din il-kwistjoni fil-kuntest usa’ tagħha, meta wieħed iqis ir-realtà tas-soċjetajiet tal-lum, u se tqis il-progress li jkun sar f’dan il-qasam fil-livell tal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni se tippreżenta Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà sabiex tindirizza t-theddid għas-sigurtà interna tal-UE bħalma huma l-kriminalità transfruntiera, iċ-ċiberkriminalità, it-terroriżmu, il-ġellieda barranin u r-radikalizzazzjoni biex tgħin lill-UE tipproteġi liċ-ċittadini tagħha filwaqt li tibqa’ miftuħa għad-dinja.

8. Lejn Politika Ġdida dwar il-Migrazzjoni

Sabiex tiġi indirizzata l-pressjoni dejjem tiżdied fil-fruntieri esterni tagħna, il-Kummissjoni qed tiżviluppa Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li se tibbilanċja approċċ iktar ġust u raġjonevoli għall-migrazzjoni legali, sabiex l-UE ssir destinazzjoni attraenti għat-talenti u l-ħiliet, b’miżuri stretti kontra l-migrazzjoni irregolari u t-traffikar u l-kuntrabandu tal-bnedmin. It-titjib tal-ġestjoni tal-migrazzjoni tfisser irbit aħjar bejn il-politika ta’ migrazzjoni tagħna mal-politika esterna tagħna, it-trawwim ta’ kooperazzjoni interna u esterna akbar, l-offerta tal-protezzjoni lill-persuni fil-bżonn, ibbażata fuq ir-responsabbiltà u s-solidarjetà u l-prevenzjoni ta' avvenimenti traġiċi bħal dawk li qegħdin iseħħu ripetutament fil-Mediterran.

9. Attur Globali Aktar b’Saħħtu

L-avvenimenti ta' dan l-aħħar poġġew fuq quddiem l-isfidi ġeopolitiċi, mhux l-inqas fuq il-fruntieri tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE. L-UE għandha bżonn politika barranija komuni effettiva b'mekkaniżmi aħjar biex jiġu antiċipati avvenimenti u biex jiġu identifikati malajr reazzjonijiet komuni għal sfidi komuni, u azzjonijiet komuni għall-ħtif ta' opportunitajiet li minnhom nistgħu biss nibbenefikaw bis-sħiħ flimkien. L-Ewropa jeħtieġ li taħdem għalenija fejn jidħlu materji ta' sigurtà u ta' difiża u biex tiżviluppa s-sħubiji strateġiċi tagħha. L-użu koerenti u konġunt tal-istrumenti kollha disponibbli għall-Unjoni, inkluż il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) u l-projezzjoni esterna sistematika tal-politiki interni se jkunu indispensabbli biex jitmexxew 'il quddiem l-objettivi ta' politika tal-UE fix-xena globali.

Il-Kummissjoni ser tqis bħala prijorità l-promozzjoni tal-istabbiltà fil-fruntieri tal-Ewropa. Biex jinkiseb dan l-objettiv huwa essenzjali li tingħata għajnuna lill-pajjiżi ġirien fl-implimentazzjoni ta' riformi demokratiċi u ekonomiċi, fid-difiża tal-istat tad-dritt, fit-tisħiħ tal-governanza ekonomika u l-kompetittività, fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika li tiffunzjona tajjeb u biex isiru aktar prosperi. Il-Kummissjoni se tirrevedi l-politika Ewropea tal-viċinat u tagħmel proposti għall-futur. Kif iddikjarat fil-Linji Gwida Politiċi, in-negozjati tat-tkabbir li għaddejjin se jkomplu u b'mod partikolari se jkun meħtieġ li l-Balkani tal-Punent iżommu perspettiva Ewropea, iżda ma hu se jkun hemm l-ebda tkabbir fil-ħames snin li ġejjin.

L-UE għandha rekord qawwi ta’ kooperazzjoni internazzjonali u ta' provvista ta' appoġġ għall-iżvilupp u assistenza lejn bosta partijiet tad-dinja. Dan jinkludi l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-azzjonijiet esterni kollha tagħna, l-indirizzar tal-inugwaljanzi u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Madankollu, il-politika ta’ żvilupp tagħna trid ukoll tiġi adattata kontinwament għall-ħtiġijiet li dejjem qed jevolvu tal-pajjiżi sħab biex jinkisbu l-aħjar riżultati għall-impenji tagħna. Bil-fatt li l-2015 hija s-Sena Ewropea tal-Iżvilupp, il-Kummissjoni se tkompli l-ħidma tagħha lejn it-twettiq tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli għal wara l-2015 u se tniedi riflessjonijiet dwar ir-relazzjonijiet futuri tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw (wara Cotonou). Qed nikkontribwixxu wkoll fil-ġlieda kontra l-Ebola. Aħna se nkompli nimmassimizzaw l-impatt tal-għajnuna umanitarja tagħna u ntejbu l-kapaċità tagħna ta' reazzjoni għall-kriżijiet.

10. Unjoni ta’ Tibdil Demokratiku

Iċ-ċittadini jistennew titjib f’dak li qed tagħmel l-UE, u kif nagħmluh. Irridu nkunu miftuħa kemm jista’ jkun dwar il-ħidma tal-Kummissjoni, u aħna se nikkooperaw mal-istituzzjonijiet l-oħra biex intejbu r-responsabbiltà u l-aċċessibbiltà tal-azzjonijiet tal-UE. Il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ regoli ġodda biex tiġi żgurata trasparenza sħiħa fil-kuntatti bejn il-Kummissarji u l-assoċjazzjonijiet jew individwi li jaħdmu għal rashom[10], u se tressaq proposti għal Ftehim Interistituzzjonali dwar reġistru mandatorju ta' trasparenza, sabiex l-istituzzjonijiet Ewropej joperaw fil-miftuħ fejn tidħol l-infuwenza fuq il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet.

Kif imħabbar fil-linji gwida politiċi, il-Kummissjoni se tirrevedi l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM) sabiex tindirizza l-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini u tal-Istati Membri fir-rigward tal-obbligu legali attwali tal-Kummissjoni li tapprova l-awtorizzazzjoni ta’ OĠM f’każijiet fejn maġġoranza ċara fost l-Istati Membri tkun topponi l-proposta.

Il-Kummissjoni se ttejjeb l-istrumenti tagħha għal regolazzjoni aħjar, partikolarment l-evalwazzjonijiet, il-valutazzjonijiet tal-impatt u l-konsultazzjonijiet pubbliċi tagħna, u se tidentifika ġabra ulterjuri ta’ azzjonijiet ġodda fil-kuntest tal-Programm dwar l-Idoneità tar-Regolamentazzjoni. L-istituzzjonijiet kollha jeħtieġ li jkunu istituzzjonijiet ta' regolamentazzjoni aħjar jekk għandna niksbu proċess leġiżlattiv aktar effiċjenti fil-livell tal-UE. Għalhekk il-Kummissjoni se tippreżenta proposta għal Ftehim Interistituzzjonali ġdid dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Sabiex il-prijoritajiet fejn jidħlu l-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment jiksbu r-riżultati, it-tliet istituzzjonijiet jeħtieġ li jaħdmu aħjar flimkien biex l-affarijiet isiru. Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex itejjeb l-ipprogrammar konġunt li jrawwem is-sjieda kondiviża ta’ prijoritajiet sabiex l-aġenda tal-UE titmexxa 'l quddiem bl-aktar mod effettiv, filwaqt li jiġi rispettat ir-rwol u l-prerogattivi ta’ kull istituzzjoni skont it-Trattati.

***

Wara l-adozzjoni tal-Programm ta’ Ħidma 2015, il-Kummissjoni trid taħdem mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill biex tidentifika lista ta’ proposti ta’ prijorità li l-istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhomli jagħmlu progress rapidu dwarhom u jiżguraw l-adozzjoni rapida finali tagħhom, inkluż b’mod partikolari dawk marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-Inizjattiva ta' investiment. Flimkien nistgħu niżguraw li din id-darba se jkun hemm differenza.

[1] Bidu ġdid għall-Ewropa: L-Aġenda Tiegħi għall-Impjiegi, it-Tkabbir, il-Ġustizzja u t-Tibdil Demokratiku — Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (http://ec.europa.eu/priorities/docs/pg_mt.pdf)

[2] Ara l-punt 39 subparagrafu 2 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea: "Il-Kummissjoni għandha tipproċedi b’analiżi tal-proposti kollha pendenti fil-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni l-ġdida, biex tikkonfermahom jew tirtirahom politikament, filwaqt li tqis kif jistħoqq il-fehmiet espressi mill-Parlament."

[3] COM(2014) 903.

[4] Bħala sinjal tal-bidu ġdid bil-Kummissjoni l-ġdida u dan il-Programm ta' Ħidma, il-Kummissjoni se tiffoka l-ħidma ta' komunikazzjoni tagħha fl-2015 fuq l-għaxar prijoritajiet tal-Linji Gwida Politiċi. Ara l-punt 2.4 ta' SEC(2013) 486 tat-23 ta' Settembru 2013 dwar il-komunikazzjoni korporattiva taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020.

[5] B'kollox, hemm 452 proposta pendenti minn Kummissjonijiet preċedenti.

[6] COM(2014)903.

[7] COM(2010)2020 finali.

[8] Il-Kummissjoni qed tirrieżamina d-Direttiva dwar l-Ittikkettjar tal-Enerġija (2010/30/UE) u se teżamina jekk il-modalitajiet kurrenti jeħtieġx li jiġu adattati biex tkun tista' tikseb l-objettivi tagħha b'mod anqas intrussiv.

[9] C(2014)9052.

[10] C(2014)9051.

Anness I: Inizjattivi ġodda

Nru || Titolu || Tip ta’ inizjattiva[1] || Deskrizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u tal-objettivi

Spinta Ġdida għall-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment

1. || Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa: Segwitu Leġiżlattiv || Leġiżlattiva || L-azzjonijiet ta’ segwitu li jinkludu t-twaqqif ta’ Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (ESIF), jippromwovu l-kooperazzjoni ma’ Banek Promozzjonali Nazzjonali u t-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs.

2. || Il-promozzjoni tal-integrazzjoni u l-impjegabbiltà fis-suq tax-xogħol || Leġiżlattiva / Mhux leġiżlattiva || Pakkett ta’ miżuri biex jappoġġja lill-Istati Membri biex in-nies, speċjalment dawk qiegħda fuq medda itwal ta’ żmien u ż-żgħażagħ, isibu xogħol u biex tiġi żviluppata forza tax-xogħol kwalifikata. Dan se jinkludi miżuri biex isegwu l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni ta’ persuni qiegħda fit-tul, kif ukoll miżuri biex jippromwovu l-ħiliet.

3. || Evalwazzjoni ta’ nofs it-term tal-Istrateġija Ewropa 2020 || Mhux leġiżlattiva || Strateġija Ewropa 2020 imtejba u aġġornata, li tuża tagħlim li nkiseb mill-ewwel erba’ snin tal-istrateġija u tiżgura li din taġixxi bħala strateġija effettiva ta’ wara l-kriżi għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa.  Hija s-segwitu għall-konsultazzjoni pubblika riċenti.

Suq Uniku Diġitali Konness

4. || Pakkett ta' Suq uniku Diġitali (DSM) || Leġiżlattiva / Mhux leġiżlattiva || L-għan huwa li jiġi żgurat li l-konsumaturi jgawdu aċċess transfruntier għal servizzi diġitali, jinħolqu opportunitajiet indaqs għal kumpaniji u jinħolqu l-kundizzjonijiet għal ekonomija u soċjetà diġitali u dinamika. Il-pakkett se jinkludi, fost proposti leġiżlattivi oħrajn, il-modernizzazzjoni tad-drittijiet tal-awtur.

Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti li Tħares ’il Quddiem fil-Politika dwar it-Tibdil fil-Klima

5. || Il-Qafas Strateġiku tal-Unjoni tal-Enerġija || Mhux leġiżlattiva/ Leġiżlattiva || Il-Qafas tal-Istrateġija ser jiffoka fuq: is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija; l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali tal-enerġija; it-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija Ewropea; id-dekarbonizzazzjoni tat-taħlita tal-enerġija u l-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija. Dan se jinkludi r-rieżami tas-Sistema tal-Iskambju għan-Negozjar ta' Emissjonijiet tal-UE bħala parti mill-qafas leġiżlattiv ta’ wara l-2020.

6. || Komunikazzjoni dwar it-Triq lejn Pariġi — rispons multilaterali għat-tibdil fil-klima || Mhux leġiżlattiva || L-objettiv huwa li tingħata ħarsa lejn il-viżjoni u l-aspettattivi tal-UE u tiġi spjegata l-ambizzjoni tal-imsieħba fil-kuntest tal-Ftehim tal-2015 u tiġi stabbilita l-kontribuzzjoni tal-UE wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Ottubru 2014.

Suq Intern Aktar Ġust u aktar fil-Fond b’Bażi Industrijali Msaħħa

7. || L-Istrateġija tas-Suq Intern għal oġġetti u servizzi || Leġiżlattiva / Mhux leġiżlattiva || Strateġija għal approċċ imġedded u integrat għas-Suq Uniku, li tagħti aktar integrazzjoni u ttejjeb ir-rikonoxximent reċiproku u l-istandardizzazzjoni f’setturi ewlenin industrijali u tas-servizzi fejn il-potenzjal ekonomiku huwa l-akbar, pereż. is-servizzi tan-negozji, il-kostruzzjoni, il-bejgħ bl-imnut, il-professjonijiet regolati, il-manifattura avvanzata u l-provvista kkombinata ta' servizzi/prodotti. Ser ikun hemm iffukar partikolari fuq l-SMEs.

8. || Pakkett ta’ Mobbiltà tax-Xogħol || Leġiżlattiva / Mhux leġiżlattiva || Il-pakkett għandu l-għan li jappoġġa l-mobbiltà tax-xogħol u jindirizza l-abbuż permezz ta’ koordinazzjoni aħjar tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, ir-rieżami mmirat tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema u EURES imtejjeb.

9. || L-Unjoni tas-Swieq Kapitali || Leġiżlattiva / Mhux leġiżlattiva || Pjan ta’ azzjoni biex jittejjeb il-finanzjament tal-ekonomija permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament iżjed effiċjenti abbażi tas-suq inkluż ħidma lejn qafas ta’ titolizzazzjoni ta’ kwalità għolja.

10. || Qafas għar-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji minbarra l-banek || Leġiżlattiva || Proposta biex jinħoloq qafas Ewropew għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji sistemikament rilevanti bħal Kontropartijiet Ċentrali tal-Ikklerjar.

11. || Pakkett tal-Avjazzjoni || Leġiżlattiva / Mhux leġiżlattiva || Il-pakkett se jinkludi Komunikazzjoni li se tidentifika l-isfidi u l-miżuri għat-titjib tal-kompetittività tas-settur tal-Avjazzjoni tal-UE u r-rieżami tar-Regolament EASA 216/2008.

Unjoni Ekonomika u Monetarja Aktar Ġusta u aktar fil-Fond

12. || Pakkett tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja aktar fil-Fond || Leġiżlattiva / Mhux leġiżlattiva || Il-pakkett se jkompli fuq ir-rieżami l-aktar riċenti tal-miżuri ta’ governanza ekonomika (“six-pack” u “two-pack”), jipprovdi inċentivi għal riformi strutturali u jindirizza r-rappreżentanza esterna tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

13. || Proposta għal Direttiva bil-għan li tipprovdi għal skambju obbligatorju ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ sentenzi transfruntieri || Leġiżlattiva || Il-proposta se tiżgura l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti bejn l-awtoritajiet tat-taxxa ta’ Stati Membri differenti dwar avvanzi ta’ interpretazzjoni jew applikazzjonijiet ta’ dispożizzjonijiet legali f’sitwazzjonijiet transfruntieri ta’ kull persuna li tħallas it-taxxa.

14. || Pjan ta' Azzjoni dwar l-isforzi fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa, inkluża Komunikazzjoni fuq approċċ rinnovat għal tassazzjoni korporattiva fis-Suq Uniku fid-dawl ta' żviluppi globali || Mhux leġiżlattiva || Il-Pjan ta' Azzjoni se jinkludi, mix-xogħol li sar fuq il-bażi ta' erożjoni u l-qsim ta' profitti fil-livelli tal-OECD u G20, jinkludi miżuri fuq livell tal-UE sabiex ikun hemm ċaqliq lejn sistema li fuq il-bażi tagħha l-pajjiż fejn il-profitti huma ġġenerati huwa wkoll il-pajjiż ta' tassazzjoni, inkluż fl-ekonomija diġitali. Il-Komunikazzjoni għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-istabbiltà tal-bażijiet tat-taxxa korporattiva fl-UE għal ambjent ta' tassazzjoni ġusta, inkluż xogħol għat-tnedija mill-ġdid ta' Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva.

Il-kummerċ: Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Raġonevoli u Bbilanċjat mal-Istati Uniti

15. || Strateġija ta' Kummerċ u Investiment għal Impjiegi u Tkabbir || Mhux leġiżlattiva || Rieżami komprensiv tal-istrateġija għall-politika kummerċjali tal-UE, u b’mod partikolari l-kontribuzzjoni li tagħti għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investimenti. Ir-rieżami se jkopri l-aspetti kollha tal-politika kummerċjali, inklużi negozjati bilaterali, plurilaterali u multilaterali kif ukoll miżuri awtonomi. Dan ser jinkludi orjentazzjonijiet ta’ politika f’dawn l-oqsma kollha għall-ħames snin li ġejjin.

Qasam ta’ Ġustizzja u Drittijiet Fundamentali Bbażat fuq il-Fiduċja Reċiproka

16. || Proposti biex titlesta l-adeżjoni tal-UE mal-KEDB || Leġiżlattiva || Proposti li jippermettu l-iffirmar, il-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ adeżjoni, fid-dawl ta' gwida pendenti mill-Qorti.

17. || Aġenda Ewropea fuq is-Sigurtà || Mhux leġiżlattiva || Il-Komunikazzjoni se tipproponi Aġenda Ewropea tas-Sigurtà għall-perjodu 2015-2020 billi tirrieżamina l-azzjonijiet li għaddejjin u tidentifka azzjonijiet ġodda filwaqt li jitqies it-theddid ġdid.

Lejn Politika Ġdida dwar il-Migrazzjoni

18. || Aġenda Ewropea fuq il-Migrazzjoni || Leġiżlattiva / Mhux leġiżlattiva || L-objettiv huwa li jiġi żviluppat approċċ ġdid dwar il-migrazzjoni legali biex l-UE ssir destinazzjoni attraenti għal talenti u ħiliet, kif ukoll li ttejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni billi tintensifika l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, it-trawwim għall-qsim tal-piżijiet u tas-solidarjetà u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari. L-aġenda tinkludi r-rieżami tad-Direttiva dwar il-Karta Blu, permess tax-xogħol fl-UE kollha għall-ħaddiema bi kwalifiki għoljin.

Attur Globali aktar b’Saħħtu

19. || Komunikazzjoni dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat || Mhux leġiżlattiva || Il-Komunikazzjoni konġunta tar-Rappreżentant Għoli u tal-Kummissjoni se tippreżenta r-riżultati tar-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) bil-ħsieb li jkun hemm orjentazzjonijiet politiċi ġodda wara konsultazzjoni mnedija flimkien mal-pakkett annwali tal-PEV.

20. || Komunikazzjoni dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli ta' wara l-2015. || Mhux leġiżlattiva || Il-Komunikazzjoni għandha l-għan li tistabbilixxi pożizzjoni komuni tal-UE dwar is-Sħubija Globali biex jinkisbu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Din se tkopri l-implimentazzjoni kemm finanzjarja kif ukoll mhux finanzjarja, nazzjonali/internazzjonali u finanzjament pubbliku u privat, tipi differenti ta’ sħubijiet kif ukoll il-monitoraġġ, l-arranġamenti ta’ responsabbiltà u rieżami.

Unjoni ta’ Bidla Demokratika

21. || Proposta għal ftehim interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet || Mhux leġiżlattiva || Proposta biex taġġorna u ssaħħaħ il-fehim komuni mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward ta’ regolamentazzjoni aħjar.

22. || Proposta għal ftehim interistituzzjonali dwar Reġistru tat-Trasparenza mandatorju || Mhux leġiżlattiva || Il-proposta għal ftehim interistituzzjonali mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill se ttejjeb it-trasparenza u r-responsabilità billi tagħmel ir-reġistru tat-trasparenza obbligatorju fl-interess tar-rappreżentanti kollha li jippruvaw jinfluwenzaw it-tfassil tal-politika f’xi waħda mit-tliet istituzzjonijiet.

23. || Rieżami tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-OĠM (Organiżmi Ġenetikament Modifikati) || Leġiżlattiva || Ir-rieżami ser iħares lejn kif dawn ir-regoli jistgħu jinbidlu biex jiżguraw aħjar li l-fehmiet tal-maġġoranza tal-Istati Membri jkunu kkunsidrati.

[1] It-tip ta’ inizjattiva tista’ tinbidel wara l-eżitu tal-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt.

L-Anness III – REFIT Azzjonijiet[1]

Nru || Titolu || It-tip ta’ inizjattiva / l-objettiv REFIT || Deskrizzjoni

Agrikoltura u Żvilupp Rurali

1. || Azzjoni orizzontali li tiddikjara l-ħruġ mill-użu ta’ għadd ta’ atti skaduti b’rabta mal-Politika Agrikola Komuni || Inizjattiva leġiżlattiva: Tħassir || L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li formalment jiddikjara li atti li eżawrew l-effetti tagħhom huma skaduti filwaqt li ma jistgħux jiġu rrevokati minħabba nuqqas ta’ bażi legali.

2. || Regoli ta’ tikkettar taċ-ċanga || Evalwazzjoni || Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97. L-evalwazzjoni tivvaluta l-impatt ta’ regoli ta’ tikkettar għal-laħam taċ-ċanga fil-katina ta’ provvista, il-kummerċ u l-konsumaturi. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

3. || Miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod tal-Unjoni (POSEI) Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fil-gżejjer minuri fil-baħar Eġew. || Evalwazzjoni || Rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 rispettivament — biex jevalwaw l-impatt ta’ miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni (POSEI), u miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew. Il-programm POSEI se jkun soġġett għal evalwazzjoni li se jiġi segwit minn valutazzjoni tal-impatt bil-għan li tiġi riveduta l-politika POSEI jekk ikun meħtieġ. Tinsab għaddejja. Ir-riżultati mistennija għall-2016.

Azzjoni klimatika u tal-Enerġija

4. || Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/66 li temenda d-Direttiva 94/2/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE fir-rigward tal-ittikkettjar tal-enerġija ta' refriġeraturi, freezers elettriċi domestiċi u l-kombinazzjonijiet tagħhom || Inizjattiva leġiżlattiva: Tħassir || Id-Direttiva ma għadhiex rilevanti minħabba l-adozzjoni ta’ atti delegati ġodda.

5. || Id-Direttiva 1999/9 li temenda d-Direttiva 97/17/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward it-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni tad-dar tal-ħasil tal-platti || Inizjattiva leġiżlattiva: Tħassir || Id-Direttiva ma għadhiex rilevanti minħabba l-adozzjoni ta’ atti delegati ġodda.

6. || Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE tat-23 ta' Mejju 1995 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE rigward l-ittikkettjar li jindika l-konsum tal-enerġija ta' magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ fid-djar || Inizjattiva leġiżlattiva: Tħassir || Id-Direttiva ma għadhiex rilevanti minħabba l-adozzjoni ta’ atti delegati ġodda.

7. || Ir-Regolament tal-Aġenzija ta’ forniment tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika tal-5 ta’ Mejju 1960 li jistabbilixxi l-manjiera li fiha d-domanda għandha tiġi bilanċjata kontra l-provvista ta’ minerali, materjali primi u materjali speċjali fissili (ĠU P 032 11/05/1960) || Inizjattiva leġiżlattiva: Aġġornament / Rieżami || Aġġornament / Rieżami tar-Regolament.

8. || Ir-Regolament tal-Aġenzija ta’ forniment tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li temenda r-regoli tal-Aġenzija ta’ Provvista tal-5 ta’ Mejju 1960 li jistabbilixxi l-manjiera li fiha d-domanda għandha tiġi bilanċjata kontra l-provvista ta’ minerali, materjali primi u materjali speċjali fissili (ĠU L 193, 25/7/1975) || Inizjattiva leġiżlattiva: Aġġornament / Rieżami || Aġġornament / Rieżami tar-Regolament.

9. || Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Novembru 639 dwar l-iffissar ta’ mira tal-Komunità għal tnaqqis fil-konsum ta’ sorsi primarji ta’ enerġija fil-każ ta’ diffikultajiet fil-provvista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 1979 li tistabblixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 77/706/KEE || Inizjattiva leġiżlattiva: Tħassir || Id-Deċiżjoni ma għadhiex valida hekk kif ir-rilaxx tal-ħażniet ta’ emerġenza regolat mid-Direttiva dwar il-ħażniet taż-żejt 2009/119/KE hija meqjusa bħala l-għodda ta’ reazzjoni ewlenija f’każ ta’ interruzzjoni tal-provvista taż-żejt

10. || Promozzjoni ta’ enerġiji rinnovabbli || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

11. || Ħżin ġeoloġiku ta’ diossidu tal-karbonju || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tad-Direttiva 2009/31/KE dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju Ir-riżultati mistennija għall-2015.

12. || It-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ta' użu ħafif || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tar-Regolamenti 443/2009 u 510/2011 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ta’ użu ħafif. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

13. || Kwalità tal-Fjuwil || Evalwazzjoni || Id-Direttiva tal-Kwalità tal-Fjuwil 98/70/KE Se tinbeda fl-2015.

Ekonomija u Soċjetà Diġitali

14. || Studju dwar regoli dwar il-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku || Studju || Studju biex jivvaluta jekk regoli dwar il-komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva għal xorb alkoħoliku pprovdewx minorenni l-livell ta’ protezzjoni meħtieġa, u b’hekk jikkontribwixxu għal evalwazzjoni tal-idoneità regolatorja tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (id-Direttiva 2010/13/UE). Ir-riżultati mistennija għall-2015.

15. || Studju dwar l-effikaċja ta’ aspetti ko- u awto-regolatorji fil-promozzjoni ta’ implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva || Studju || Studju biex jivvaluta sa liema punt l-aspetti ta’ koregolazzjoni u awtoregolazzjoni li jippromwovu l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva dwar is-servizzi tal-midja awdjoviżivi jistgħu jnaqqsu l-kumplessità regolatorja. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

16. || Id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tad-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, wara ftehim fuq il-proposta tal-protezzjoni tad-dejta. Għaddejja, mistenni li tintemm fl-2016

17. || Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Medja Awdjoviżiva || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tad-Direttiva 2010/13/UE tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva. Għaddejja, mistenni li tintemm fl-2016

18. || Pakkett Telekomunikazzjoni || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tal-Pakkett tat-Telekomunikazzjoni tal-2009. Għaddejja, mistenni li tintemm fl-2016

Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Tassazzjoni u Doganali

19. || Taxxa fuq is-sisa || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa. L-evalwazzjoni tkopri l-arranġamenti ġuridiċi għal movimenti transfruntiera ta’ prodotti bid-dazju tas-sisa rilaxxati għall-konsum bejn negozjanti u kumpaniji ta’ bejgħ mill-bogħod. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

20. || Punt Uniku ta' Servizz || Evalwazzjoni || Valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ Punt Uniku ta' Servizz (2008/8/KE). Se tinbeda fl-2015.

Impjiegi, Affarijiet Soċjali, Ħiliet u Mobbiltà tax-Xogħol

21. || L-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema || Inizjattiva leġiżlattiva: Konsolidazzjoni, Simplifikazzjoni || Konsolidazzjoni ta’ tliet Direttivi fil-qasam tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema filwaqt li jitqiesu r-riżultati ta’ konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali: Id-Direttiva 2002/14/KE tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji

22. || L-Istatistika dwar l-Azzar || Inizjattiva leġiżlattiva: Tħassir || Ir-Regolament (KE) Nru 48/2004 tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja annwali rigward l-industrija tal-azzar għas-snin ta’ referenza 2003-2009 skada għaliex id-dejta rispettiva ma għadhiex tinġabar  

23. || Integrazzjoni tal-Istatistika Soċjali || Inizjattiva leġiżlattiva: Konsolidazzjoni, Simplifikazzjoni || Il-konsolidazzjoni u l-integrazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar persuni u unitajiet domestiċi. L-objettiv huwa li jsir l-aħjar użu possibbli mill-informazzjoni pprovduta minn djar privati u individwi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet attwali u futuri għal statistika Ewropea filwaqt li jinżamm il-piż tar-rispons fil-livell attwali.

24. || Saħħa u Sigurtà fil-Post tax-Xogħol || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol u t-23 direttiva relatati. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

25. || Xogħol Part-Time u dak b’Terminu Fiss || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta' Diċembru 1997 li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, mis-CEEP u mill-ETUC. Id-Direttiva 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

26. || Obbligi ta’ Informazzjoni || Evalwazzjoni || Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KE dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kundizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg. Mistenni li tibda 2015, li tiskadi fl-2016

Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

27. || Regolament tal-Awtorizzazzjonijiet tas-Sajd || Inizjattiva leġiżlattiva: Riformulazzjoni || Proposta għal Regolament li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1006/2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd. Riformulazzjoni tar-Regolament ta’ Awtorizzazzjoni tas-Sajd (FAR) attwali sabiex tiġi ssimplifikata s-sistema attwali, jiġu armonizzati rekwiżiti tad-dejta varjabbli ħafna mill-Istati Membri u tittejjeb l-effiċjenza ta’ sanzjonijiet.

28. || Simplifikazzjoni ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni tal-organiżmi tal-baħar || Inizjattiva leġiżlattiva: Simplifikazzjoni || Proposta għal qafas simplifikat ta' miżuri tekniċi li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd b'miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi marini.

29. || Ir-Regolamenti tal-Ekotikketta u l-Eko-Ġestjoni u tal-Verifika Ambjentali || Verifiki tal-Adegwatezza || Kontroll tal-Idoneità: Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) Ir-Regolament 66/2010 dwar l-Ekotikketta tal-UE L-għan ta’ kontroll tal-idoneità huwa li jevalwa u jivvaluta l-kontribuzzjoni għall-kompetittività, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

30. || Il-Politika Komuni tas-Sajd || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tal-impatt tar-Regolament tal-Kontroll tas-Sajd (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd) dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-Politika Komuni tas-Sajd u l-objettivi, minħabba d-dħul fis-seħħ tagħha fl-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2014. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

31. || Responsabbiltà Ambjentali || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tad-Direttiva 2004/35/KE dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal ħsara ambjentali (ELD). Skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva, il-Kummissjoni tirrapporta dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

32. || Ilma tax-Xorb || Evalwazzjoni || Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “Right2water” il-Kummissjoni ħabbret li kienet se twettaq konsultazzjoni fl-UE dwar id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb (id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem).  L-evalwazzjoni sussegwenti tipprovdi evidenza dwar jekk il-leġiżlazzjoni tkunx adattata għall-għan tagħha u tikseb l-objettivi tagħha. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

33. || Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fl-Ewropa (INSPIRE). || Evalwazzjoni || Id-Direttiva 2007/2/KE li tistabbilixxi infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE). Ir-riżultati mistennija għall-2015.

34. || Natura 2000 (id-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats) || Verifiki tal-Adegwatezza || Kontroll tal-Idoneità: tad-Direttiva 2009/147/KE dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa. Għaddej, li jiskadi fl-2016.

35. || Storbju ambjentali || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE li tirrigwardja l-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-istorbju ambjentali. Fl-Artikoli 10(4) u 11, id-Direttiva tistabbilixxi ħames rapporti regolari f'sena mill-Kummissjoni li jkun fihom valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva, sommarju ta’ mmappjar u pjanijiet ta’ azzjoni rrappurtati u valutazzjoni tal-ħtieġa għal aktar azzjoni Komunitarja. Għaddejja, li tiskadi fl-2016.

36. || Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (E-PRTR) || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE — skont l-Artikolu 17 tar-Regolament, il-Kummissjoni tippubblika rapport kull tliet snin ibbażat fuq l-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri. Għaddejja, li tiskadi fl-2016.

37. || L-emissjonijiet ta’ komposti volatili organiċi Fażi I (VOC I) || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 94/63/KE dwar il-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili (VOC) li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz. L-evalwazzjoni tagħti attenzjoni partikolari biex ikunu osservati u evalwati l-piż regolatorju u jiġu identifikati opportunitajiet għal simplifikazzjoni. Din tkun qiegħda taħdem b’mod parallel mal-valutazzjoni tad-Direttiva VOC II. Għaddejja, li tiskadi fl-2016.

38. || L-emissjonijiet tal-Komposti Organiċi Volatili Fażi II (VOC II) || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2009/126/KE tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz Artikolu 7 ta’ VOC-II jirrikjedi li l-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2014, twettaq rieami tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u, b’mod partikolari: · il-limitu ta' 100 m3 fis-sena msemmi fl-Artikolu 3(1)(b) u (2)(b) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 94/63/KE; ir-rekord ta' konformità waqt it-tħaddim tas-sistemi għall-irkupru tal-fwar tal-petrol tat-tip Fażi II; kif ukoll · il-ħtieġa ta' tagħmir awtomatiku ta' monitoraġġ. Din tkun qiegħda taħdem b’mod parallel mal-valutazzjoni tad-Direttiva VOC I. Għaddejjin, għandha tintemm fl-aħħar kwart tal-2016.

39. || Annimali selvaġġi fiż-żoo || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE dwar iż-żamma ta' annimali selvaġġi fiż-żoo. Mistenni li tibda 2015, li tiskadi fl-2016.

40. || Id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali (SEA) || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali (id-Direttiva 2001/42/KE): Skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva, il-Kummissjoni, mill-2006, tirrapporta dwar it-tħaddim u l-effikaċja tagħha f’intervalli ta’ seba’ snin. It-tieni rapport ta’ implimentazzjoni tal-2016  jevalwa l-applikazzjoni u l-effikaċja tad-Direttiva madwar l-UE u jiġi vvalutat il-potenzjal għas-simplifikazzjoni u li jista’ jwassal għal riżultat tal-evalwazzjoni REFIT. Mistennija li tibda fl-2015, li tiskadi fl-2016.

L-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji, u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali

41. || Id-Direttiva tal-Prospetti - 2003/71/KE. || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2003/71/KE tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

42. || Standards Internazzjonali tal-Kontabilità || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tar-Regolament 1606/2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità. L-objettiv ta’ din il-valutazzjoni huwa li tevalwa l-effetti attwali ta’ tmien snin ta’ użu ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju (SIRF)[2] fl-UE fir-rigward tal-objettivi inizjali tar-Regolament tal-Bord Internazzjonali tal-Istandards tal-Kontabilità (IASB). Ir-riżultati mistennija għall-2015.

Saħħa u Sikurezza tal-Ikel

43. || Liġi dwar l-Ikel || Kontroll tal-Idoneità || Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel. L-objettiv tal-Kontroll ta' idoneità huwa li jevalwa l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, il-valur miżjud tal-UE tal-għodod ewlenin użati fil-liġi tal-ikel (b’mod partikolari leġiżlazzjoni bbażata fuq ix-xjenza, l-użu ta’ prinċipju ta’ prekawzjoni, prevenzjoni ta’ frodi u informazzjoni lill-konsumaturi, rekwiżiti li l-operaturi jwettqu l-awtokontrolli u jittraċċaw l-ikel, għodod għall-ġestjoni ta’ allerti, emerġenza / kriżi, EFSA). Ir-riżultati mistennija għall-2015.

Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs

44. || Id-Direttiva 1999/45/KE dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ preparazzjonijiet perikolużi || Inizjattiva leġiżlattiva: Tħassir || Id-Direttiva tkun revokata skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 CLP fl-1 ta’ Ġunju 2015.

45. || Il-liġi tal-kumpaniji || Inizjattiva leġiżlattiva: Kodifikazzjoni || Il-kodifikazzjoni tas-seba' Direttivi tal-Liġi tal-Kumpaniji fi strument wieħed biex tiżdied it-trasparenza u l-leġibbiltà (id-Direttivi 82/891, 2005/56, 2009/101, 2009/102, 2011/35, 2012/17, 2012/30). L-għan tal-kodifikazzjoni ta' bosta direttivi tal-liġi tal-kumpaniji fi strument wieħed hu li tiżdied it-trasparenza u l-leġibbiltà.

46. || Is-settur tar-raffinar tal-petroleum / żejt || Kontroll tal-idoneità || Kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti għall-industrija tar-raffinar taż-żejt mhux raffinat, id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija, is-sistema tal-UE għall-Iskambju tal-Emissjonijiet, id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwil, id-Direttiva dwar Vetturi ta’ Enerġija Nadifa u Effiċjenti, id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali, id-Direttiva tal-Ħażniet Strateġiċi taż-Żejt, id-Direttiva tal-Karburanti tal-Fjuwil Marittimu, id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika u d-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

47. || L-Industrija tal-Kimika || Valutazzjoni tal-Ispejjeż Kumulattivi || Valutazzjoni tal-ispejjeż kumulattivi tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE l-aktar rilevanti tal-industrija tal-kimika fl-Ewropa. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

48. || L-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal prodotti || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tal-prinċipju ta’ Rikonoxximent Reċiproku u kif dan jiġi applikat fl-Istati Membri (l-Artikolu 34 TFUE). Ir-riżultati mistennija għall-2015.

49. || Ir-rimedji fil-qasam tal-akkwist pubbliku || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tad-Direttiva 2007/66/KE li temenda d-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE tal-Kunsill rigward it-titjib fl-effettività ta' proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi Ir-riżultati mistennija għall-2015.

50. || Direttivi ta’ ippakkjar minn qabel || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tad-Direttivi 75/107/KEE, 76/211/KEE u 2007/45/KE dwar l-istadju ta’ qabel l-ippakkjar. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

51. || Aġenti kummerċjali || Evalwazzjoni || Is-suq intern - Evalwazzjoni tad-Direttiva 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

52. || Leġiżlazzjoni dwar il-prodotti kimiċi minbarra REACH[3] || Kontroll tal-Idoneità || Kontrolli tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni tal-aktar sustanzi kimiċi rilevanti li mhumiex koperti mir-REACH kif ukoll dwar aspetti relatati tal-leġislazzjoni applikata lil industriji aktar 'l isfel fil-proċess. Se jinbdew fl-2015.

53. || Rilevanza tal-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni ta’ sistemi ta’ standardizzazzjoni tal-UE. L-għan tal-evalwazzjoni huwa li jivvaluta r-rilevanza tas-sistema ta’ standardizzazzjoni Ewropea kif stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea. Se tinbeda fl-2015.

54. || Direttiva dwar il-Makkinarju || Evalwazzjoni || Suq intern għall-prodotti - Evalwazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju. Se tinbeda fl-2015.

55. || Industriji bbażati fuq il-foresti || Valutazzjoni tal-Ispejjeż Kumulattivi || Valutazzjoni tal-ispejjeż kumulattivi tal-ispejjeż regolatorji l-aktar rilevanti tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE għall-industriji bbażati fuq il-foresti tal-UE (ix-xogħol fl-injam, l-għamara, il-polpa u l-karta u l-istampar), notevolment dwar il-marġni ta’ profitti u l-kompetittività internazzjonali. Se tinbeda fl-2015.

56. || Ħġieġ / ċeramika || Valutazzjoni tal-Ispejjeż Kumulattivi || Valutazzjoni tal-ispejjeż kumulattivi tal-ispejjeż regolatorji l-aktar rilevanti fil-leġiżlazzjoni u fil-politiki tal-UE għall-industrija tal-ħġieġ u taċ-ċeramika tal-UE, notevolment dwar il-marġni ta’ profitti u l-kompetittività internazzjonali. Se tinbeda fl-2015.

57. || Id-Direttiva dwar il-Ħlasijiet Tard || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2011/7/UE dwar il-ġlieda kontra ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali. Se tinbeda fl-2015.

58. || Settur tal-kostruzzjoni || Kontrolli tal-idoneità (oriġinarjament għall-Valutazzjoni tal-Ispejjeż Kumulattivi) || Kontrolli tal-idoneità tal-aktar leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE li jħallu impatt fuq dan is-settur fil-qasam tas-suq intern u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Se tinbeda fl-2015.

Ġustizzja, Konsumatur u Ugwaljanza bejn is-Sessi

59. || Id-Direttiva 2006/114/KE dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (id-"Direttiva tal-Kummerċjalizzazzjoni tan-Negozju", id-DRQK) || Inizjattiva leġiżlattiva: Simplifikazzjoni || Id-Direttiva tal-Kummerċjalizzazzjoni tan-Negozju tissimplifika u tirrazzjonalizza l-ambitu tal-protezzjoni fi tranżazzjonijiet bejn negozji. Tindirizza l-problema ta’ prattiki qarrieqa ta’ kummerċjalizzazzjoni onlajn jew permezz ta’ mezzi oħra ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. Il-benefiċċju mistenni tad-Direttiva tal-Kummerċjalizzazzjoni tan-Negozji għall-SMEs, (tnaqqis fl-ispejjeż marbuta ma’ prattiki qarrieqa ta’ kummerċjalizzazzjoni fejn l-SMEs infushom ma jkunux jistgħu jinfurzaw id-dritt tagħhom b’mod effettiv) jammonta għal EUR 419-il miljun - EUR 477 miljun kull sena.

60. || Trattament ugwali fis-sigurtà soċjali || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni rigward trattament ugwali fis-sigurtà soċjali tkopri d-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

61. || Kuntratti ta’ timeshare, dwar prodott ta’ vaganza għal perjodu fit-tul, ta’ bejgħ mill-ġdid u ta’ skambju || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2008/122/KE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perjodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

62. || Qafas leġiżlattiv dwar id-drittijiet tal-konsumaturi u r-reklamar || Kontroll tal-idoneità || Kontrolli tal-idoneità fuq atti legali relatati mad-drittijiet tal-konsumaturi u r-reklamar inkluż: Id-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur. Id-Direttiva 1999/44/KE dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom; Id-Direttiva 93/13/KE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi. Se tinbeda fl-2015.

Il-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza

63. || Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn din il-ħtieġa || Inizjattiva leġiżlattiva: Kodifikazzjoni || Il-kodifikazzjoni tar-Regolament dwar il-Viża 539/2001 (14-il emenda) b’segwitu għal sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja mistennija għal nofs l-2015.

64. || Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/JHA tas-17 ta’ Ottubru 2000 li tikkonċerna l-arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn l-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja tal-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni. || Inizjattiva leġiżlattiva: Tħassir || Kooperazzjoni bejn l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (FIUs) għal skopijiet ta’ prevenzjoni tkun irregolata mir-Raba' Direttiva kontra l-ħasil tal-flus (COM/2013/045). L-ambitu tal-applikazzjoni prattika tar-regoli dwar il-kooperazzjoni għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi huwa limitat u ma hemmx bżonn li jinżamm.

65. || Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tar-Regolament 767/2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) u 2004/512/KE d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), ir-Regolament 810/2009) u d-Deċiżjoni 2008/633. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

66. || Dħul, transitu u residenza mhux awtorizzati || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE li tiddefinixxi l-iffaċilitar ta’ dħul, transitu u residenza mhux awtorizzati u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/946/JHA dwar it-tisħiħ tal-qafas penali biex ikun impedut it-tħaffif tad-dħul, it-transitu u r-residenza mhux awtorizzati għar-rikonċiljazzjoni tal-ġlieda effettiva kontra l-kuntrabandu mal-ħtieġa li tiġi evitata l-kriminalizzazzjoni tal-assistenza umanitarja. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

67. || FRONTEX inklużi Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

68. || Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/JHA. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

69. || Programm ta' Azzjoni fuq il-Migrazzjoni Legali || Kontroll tal-idoneità || Kontroll tal-idoneità tad- Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin (il-Karta Blu) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul Id-Direttiva 2011/98/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (Permess Uniku) Biex tivvaluta l-idoneità ta’ migrazzjoni legali attwali tal-acquis u tipproponi bidliet possibbli. Se tinbeda fl-2015.

Il-kummerċ

70. || Il-leġiżlazzjoni dwar il-kummerċ || Inizjattiva leġiżlattiva: Il-kodifikazzjoni / ir-riformulazzjoni / ir-revoka || Il-kodifikazzjoni, ir-riformulazzjoni u r-revoka tal-leġiżlazzjoni emendata b’żewġ regolamenti ta’ abilitazzjoni li permezz tagħhom il-leġiżlazzjoni kummerċjali ssir konformi mat-TFUE — ir-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-15 ta’ Jannar 2014 u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-15 ta’ Jannar.

71. || Devjazzjoni tal-kummerċ ta’ ċerti mediċini prinċipali || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 953/2003 biex tiġi evitata devjazzjoni tal-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini prinċipali. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

Trasport

72. || Id-Direttiva 2007/38/KE dwar ir-retrofitting ta’ mirja fuq vetturi tqal tal-merkanzija || Inizjattiva leġiżlattiva: Tħassir || Id-Direttiva laħqet l-objettiv tagħha: Il-vetturi kollha soġġetti għall-obbligu tar-retrofitting (dawk irreġistrati bejn l-1 ta’ Jannar 2000 u s-27 ta’ Jannar 2007) issa huma mgħammra b’mirja ġodda.

73. || Ir-revoka tar-Regolament 569/2008 li jemenda r-Regolament Nru 11 (1960) dwar l-abolizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport. || Inizjattiva leġiżlattiva: Tħassir || Dan ir-Regolament ma għadux neċessarju u sostitwit minn żvilupp teknoloġiku u alternattiva għal-leġiżlazzjoni.

74. || Proposta ta' simplifikazzjoni li temenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009 dwar l-aċċess għax-xogħol ta’ operatur tat-trasport bit-triq u 1072/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija. || Inizjattiva leġiżlattiva: Simplifikazzjoni || Il-proposta tiċċara u tissimplifika ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009 u 1072/2009. L-emendi korrispondenti jiffaċilitaw l-implimentazzjoni mill-Istati Membri u jressqu applikazzjoni aktar uniformi madwar l-UE. L-emendi previsti jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-awtoritajiet pubbliċi u l-operaturi privati.

75. || Trasport Ikkombinat || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri - id-Direttiva introduċiet inċentivi għall-ħidmiet tat-trasport ikkombinat, l-aktar permezz ta’ deroga għal limiti u obbligi imposti minn partijiet oħra ta’ leġiżlazzjoni (kabotaġġ, piżijiet u dimensjonijiet).

76. || Faċilitajiet ta' riċeviment fil-port || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tad- Direttiva 2000/59/KE dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet. L-objettiv tal-evalwazzjoni huwa ħarsa komprensiva lejn il-funzjonament tad-Direttiva u valutazzjoni tal-effikaċja u l-effiċjenza. L-evalwazzjoni għandha tindika oqsma problematiċi, li jistgħu jiġu indirizzati f’rieżami possibbli tad-Direttiva biex ittejjeb u tissimplifika l-qafas leġislattiv u tnaqqas l-ispejjeż regolatorji. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

77. || Regoli u Standards ta’ Sigurtà għal Vapuri tal-Passiġġieri || Kontroll tal-idoneità || Kontroll tal-Idoneità: Id-Direttiva 2009/45/KE tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri Id-Direttiva 2003/25/KE dwar il-ħtiġijiet ta’ stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro Id-Direttiva 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri Id-Direttiva 1998/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità Il-Kontroll tal-Idoneità għandu l-għan li jevalwa l-potenzjal li jissimplifika u jirrazzjonalizza l-qafas eżistenti fl-ibbilanċjar bejn ir-regoli tal-IMO, tal-UE u dawk nazzjonali. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

78. || Il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija || Evalwazzjoni || Evalwazzjoni tad-Direttiva 2009/33/KE tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-objettiv tad-Direttiva huwa li jinkoraġġixxi użu aħjar ta’ proċeduri ta’ sejħa għal offerti li jwassal għal użu effiċjenti tal-finanzjament pubbliku u jippromwovi vetturi aktar nodfa. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

79. || Is-sigurtà fil-mini || Evalwazzjoni || L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2004/54/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Netwerk Trans-Ewropew tat-Toroq. Ir-riżultati mistennija għall-2015.

[1]  Il-Kummissjoni tiżgura permezz tal-programm REFIT tagħha li l-acquis tal-UE tkun “adattata għall-għan tagħha”. F'REFIT, il-Kummissjoni tgħarbel l-acquis regolatorju tal-UE u tidentifika azzjoni korrettiva meħtieġa. Dawn l-azzjonijiet jinkludu inizjattivi leġiżlattivi biex jissimplifikaw u jnaqqsu l-piż regolatorju, tħassir ta’ leġiżlazzjoni li ma għadhiex aktar meħtieġa, l-irtirar tal-proposti mingħajr ċans realistiku ta’ adozzjoni jew fejn l-objettivi inizjali ma jistgħux jiġu miksuba u evalwazzjonijiet u Verifiki tal-Adegwatezza sabiex jivvalutaw ir-rilevanza, il-koerenza, l-effiċjenza, l-effikaċja u l-valur miżjud tal-UE tal-leġiżlazzjoni tal-UE u jidentifikaw aktar opportunitajiet għas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet. L-ewwel sett ta’ azzjonijiet ġie ppubblikat f’Ottubru 2013, u t-tieni sett ġie ppubblikat f’Ġunju 2014. B’kollox, kważi 200 azzjoni sa issa ġew identifikati fil-qafas ta’ REFIT u jinġiebu flimkien f’tabella ta’ valutazzjoni komprensiva ppubblikata fit-18 ta’ Ġunju 2014. B’dan il-mod il-Kummissjoni tippubblika l-azzjoni li qed tittieħed, il-progress li jkun sar u r-riżultati miksuba, filwaqt li tilqa’ input minn dawk kollha interessati, filwaqt li jitqiesu l-kummenti u s-suġġerimenti tagħhom.

Il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2015 jikkonferma dawk l-azzjonijiet identifikati fil-qafas tal-programm REFIT li se jittieħdu matul is-sena li ġejja. Dan l-anness jinkludi l-inizjattivi leġiżlattivi kollha meħuda fil-qafas tal-programm REFIT (is-simplifikazzjoni, il-kodifikazzjoni jew it-tfassil mill-ġdid, il-konsolidazzjoni, it-tħassir, l-aġġornament / ir-rieżami) ippjanati għall-adozzjoni mill-Kummissjoni fl-2015 u l-evalwazzjoni u l-kontrolli tal-idoneità kollha mwettqa fil-qafas tal-programm REFIT li jew jinsabu għaddejjin jew huma fejn ir-riżultati mistennija matul l-2015.

[2] http://www.ifrs.org/About-us/Pages/What-are-IFRS.aspx

[3] Din l-evalwazzjoni hija ġestita b’mod konġunt mad-DĠ tal-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd.

Anness IV: Leġiżlazzjoni li ssir applikabbli fl-2015

Nru || Titolu || Suġġett || Data tal-applikazzjoni

Atti leġislattivi

1. || Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 || Fondi strutturali agrikoli || 1/01/2015

2. || Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 || L-istrutturi agrikoli || 1/01/2015

3. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 317/2014 tas-27 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (is-sustanzi CMR)  || Il-protezzjoni tal-konsumatur || 1/01/2015

4. || Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 713/2014 tal-24 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali || Dazji doganali: Il-kwoti tariffarji komunitarji, it-tariffa doganali komuni || 1/01/2015

5. || Ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (riformulazzjoni) (BĊE/2013/38) || Il-politika ekonomika u monetarja, l-Unjoni Ekonomika u Monetarja || 1/01/2015

6. || Ir-Regolament (UE) Nru 1074/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar obbligi ta’ rapportar statistiku għal istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji tal-posta li jirċievu depożiti mingħand residenti fiż-żona tal-euro li mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2013/39) || Il-politika ekonomika u monetarja, l-Unjoni Ekonomika u Monetarja || 1/01/2015

7. || Ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (riformulazzjoni) (BĊE/2013/40) || Il-politika ekonomika u monetarja, l-Unjoni Ekonomika u Monetarja || 1/01/2015

8. || Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 827/2014 tat-23 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Litwanja || L-Unjoni Ekonomika u Monetarja || 1/01/2015

9. || Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 851/2014 tat-23 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata tal-kambju għall-euro għal-Litwanja || L-Unjoni Ekonomika u Monetarja || 1/01/2015

10. || Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 || L-Unjoni Ekonomika u Monetarja || 1/01/2015

11. || Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2013/34) || L-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-politika ekonomika u monetarja || 1/01/2015

12. || Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2013/33) || L-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-politika ekonomika u monetarja, l-informazzjoni u l-verifika || 1/01/2015

13. || Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  || Politika Ekonomika || 1/01/2015

14. || Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi || Ambjent || 1/01/2015

15. || Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012  || Dispożizzjonijiet finanzjarji, il-politika ekonomika || 1/01/2015

16. || Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012  || Il-libertà ta’ stabbiliment, is-suq intern - prinċipji || 1/01/2015

17. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1319/2013 tad-9 ta’ Diċembru 2013 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) || Informazzjoni u verifika || 1/01/2015

18. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 752/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 li jissostiwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula l-livelli massimi ta' residwu għar-residwi tal-pestiċidi. || Il-leġislazzjoni dwar is-saħħa tal-pjanti || 1/01/2015

19. || Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-post tal-forniment ta’ servizzi || It-taxxa fuq il-valur miżjud, it-tassazzjoni || 1/01/2015

20. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2014 tat-28 ta’ Ottubru 2014 li jemenda l-Annessi II, VII, VIII, IX u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered  || Leġislazzjoni veterinarja || 1/01/2015

21. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 218/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014 li jemenda l-Annessi tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament dwar iġjene rigward ikel li joriġina mill-annimali u dwar il-kontrolli uffiċjali fuq l-ikel li joriġina mill-annimali) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005  || Il-leġiżlazzjoni veterinarja, il-prodotti tal-ikel || 1/01/2015

22. || Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali || Ġustizzja u affarijiet interni || 10/01/2015

23. || Ir-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni f’materji ċivili || Spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja || 11/01/2015

24. || Id-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta’ protezzjoni || Ġustizzja u Affarijiet Interni || 11/01/2015

25. || Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq  || Trasport || 02/03/2015

26. || Id-Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) || Libertà tal-istabbiliment || 31/03/2015

27. || Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II). || Is-suq intern, il-libertà tal-istabbiliment || 31/03/2015

28. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1004/2014 tat-18 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kosmetiċi  || Is-suq intern - il-prinċipji, il-protezzjoni tal-konsumatur || 16/04/2015

29. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 301/2014 tal-25 ta’ Marzu 2014 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-komposti tal-kromju VI  || Il-protezzjoni tal-konsumatur || 01/05/2015

30. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1126/2014 tas-17 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għal asulam, ċjanammid, dikloran, flumjoksażin, flupirsulfuron-metil, pikolinafen u propisoklor f'ċerti prodotti jew fuqhom  || Il-protezzjoni tal-konsumatur, il-leġislazzjoni dwar is-saħħa tal-pjanti || 13/05/2015

31. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 286/2011 tat-10 ta’ Marzu 2011 li jemenda, għall-finijiet tal-addattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet  || L-approssimazzjoni tal-liġijiet, is-suq intern - il-prinċipji, l-ostakoli tekniċi || 01/06/2015

32. || Id-Direttiva 2014/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE, 92/85/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jiġu allinjati mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet || Impjiegi || 01/06/2015

33. || Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE || Ambjent || 01/06/2015

34. || Ir-Regolament (KE) Nru 1336/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 biex jadattah għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet || L-ambjent, l-ostakoli tekniċi, l-industrija || 01/06/2015

35. || Ir-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu  || Il-libertà tal-istabbiliment || 21/06/2015

36. || Id-Direttiva 2013/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ batteriji u akkumulaturi portabbli li jkun fihom il-kadmju maħsuba għall-użu f’għodda mingħajr fil imħaddma bl-enerġija, u ta’ ċelluli buttuna li fihom kontenut baxx ta’ merkurju, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/603/KE || Ambjent || 01/07/2015

37. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2014 tat-18 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kosmetiċi  || Is-suq intern - il-prinċipji, il-protezzjoni tal-konsumatur || 01/07/2015

38. || Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 1994 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti  || Il-libertà tal-istabbiliment, l-approssimazzjoni tal-liġijiet || 04/07/2015

39. || Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE || Il-protezzjoni tal-konsumatur || 09/07/2015

40. || Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment ta' "Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja || Ġustizzja u affarijiet interni, il-moviment liberu tal-persuni || 20/07/2015

41. || Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ intrapriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE || Il-libertà tal-istabbiliment || 20/07/2015

42. || Id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali || Il-politika dwar l-ażil, ġustizzja u affarijiet interni || 21/07/2015

43. || Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali || Ġustizzja u affarijiet interni, il-politika dwar l-ażil || 21/07/2015

44. || Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 || Agrikoltura || 01/08/2015

45. || Ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni || Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili, ġustizzja u affarijiet interni || 17/08/2015

46. || Id-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI || Ġustizzja u Affarijiet Interni || 04/09/2015

47. || Id-Direttiva 2013/39/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika dwar l-ilma || Ambjent || 14/09/2015

48. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2014 tas-26 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar l-Ibbilanċjar tal-Gass tan-Netwerks ta’ Trażmissjoni  || L-enerġija, is-suq intern - prinċipji || 01/10/2015

49. || Ir-Regolament (UE) Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri ta’ konformità għall-utenti mill-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni || Ambjent || 12/10/2015

50. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 984/2013 tal-14 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar il-Mekkaniżmi ta’ Allokazzjoni tal-Kapaċità fis-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass u li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  || L-enerġija, is-suq intern - prinċipji || 01/11/2015

51. || Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007  || Trasport || 15/11/2015

52. || Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI || Ġustizzja u Affarijiet Interni || 16/11/2015

53. || Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 || L-agrikoltura u s-sajd || 01/12/2015

54. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru  || Trasport, telekomunikazzjoni || 01/12/2015

55. || Id-Direttiva 2014/60/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar ir-ritorn ta' oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta' Stat Membru u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (Riformulazzjoni) || Kultura || 19/12/2015

56. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2013 tas-6 ta'Diċembru 2013 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi  || Il-protezzjoni tal-konsumatur || 27/12/2015

57. || Id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem || Is-saħħa || 28/12/2015

58. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel  || Is-suq intern - il-prinċipji, il-prodotti alimentari || 31/12/2015

Atti ta’ implimentazzjoni u delegati

59. || Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità || Fondi strutturali agrikoli || 1/01/2015

60. || Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2014 tat-18 ta' Lulju 2014 li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni || L-istrutturi agrikoli || 1/01/2015

61. || Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 641/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni || L-istrutturi agrikoli || 1/01/2015

62. || Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta’ Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni || It-tariffa doganali komuni || 1/01/2015

63. || Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1130/2014 tat-22 ta' Ottubru 2014 li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2015 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill || It-tariffa doganali komuni, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) || 1/01/2015

64. || Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 400/2014 tat-22 ta’ April 2014 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2015, l-2016 u l-2017 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom  || Il-protezzjoni tal-konsumatur, il-prodotti alimentari, il-leġislazzjoni dwar is-saħħa tal-pjanti || 1/01/2015

65. || 2013/188/UE: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2013 dwar rapporti annwali li jikkonċernaw spezzjonijiet mhux diskriminatorji li twettqu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (notifikata bid-dokument C(2013) 2098)  || Is-suq intern - il-prinċipji || 1/01/2015

66. || Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2014 tat-22 ta' Lulju 2014 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 154/2013 || Sistemi preferenzjali || 1/01/2015

67. || Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk  || Trasport || 1/01/2015

68. || Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru  || Trasport || 1/01/2015

69. || Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1042/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 fir-rigward tal-post tal-forniment ta’ servizzi || It-taxxa fuq il-valur miżjud, it-tassazzjoni || 1/01/2015

70. || 2014/288/UE: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2014 fir-rigward tar-rekwiżiti standard ta' rapportaġġ għall-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u mard żoonotiku kkofinanzjati mill-Unjoni u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/940/KE (notifikata bid-dokument C(2014) 2976) || Il-leġislazzjoni veterinarja || 1/01/2015

71. || Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/802/UE tal-14 ta’ Novembru 2014, li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/470/UE u 2010/472/UE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li huma marbuta mal-iscrapie għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina  || Il-leġislazzjoni veterinarja || 1/01/2015

72. || Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2014 li temenda l-Anness F tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 64/432/KEE rigward il-format tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Unjoni u r-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa relatati mat-Trichinella għall-kummerċ tas-suwini domestiċi ġewwa l-Unjoni || Il-leġislazzjoni veterinarja || 1/01/2015

73. || Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 687/2014 tal-20 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward taċ-ċarezza, l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni, l-ekwivalenza tal-istandards ta' sigurtà u l-miżuri ta' sigurtà tal-merkanzija u tal-posta  || Trasport || 01/03/2015

74. || Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1337/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 li jistipula r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjanza għal laħam frisk, imkessaħ jew iffirżat tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur || Oġġetti tal-ikel || 01/04/2015

75. || Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2013 tat-30 ta’ April 2013 dwar il-metodu komuni ta’ sikurezza għall-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 352/2009  || Trasport || 21/05/2015

76. || Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 869/2014 tal-11 ta' Awwissu 2014 dwar servizzi ġodda għall-passiġġieri ferrovjarji || Trasport || 16/06/2015

77. || Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 870/2014 tal-11 ta' Awwissu 2014 dwar kriterji għall-applikanti għall-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja || Trasport || 16/06/2015

78. || Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 699/2014 tal-24 ta' Ġunju 2014 dwar it-tfassil tal-logo komuni li jidentifika l-persuni li joffru prodotti mediċinali lill-pubbliku għall-bejgħ mill-bogħod, u dwar ir-rekwiżiti tekniċi, elettroniċi u kriptografiċi għall-verifika tal-awtentiċità tiegħu || Is-saħħa pubblika, is-suq intern - prinċipji || 01/07/2015

79. || 2014/672/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2014 dwar l-estensjoni tad-deżinjazzjoni tal-Korp ta’ Evalwazzjoni tal-Prestazzjoni tal-ajru uniku ewropew || Trasport || 01/07/2015

80. || Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dejta u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b’xejn lill-utenti || Informazzjoni u verifika, it-trasport || 01/10/2015

81. || Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jissuplimenta d-Direttiva ITS 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali || Trasport || 01/10/2015

Anness II: Lista ta' proposti pendenti li qed jiġu rtirati jew modifikati

Irtirar għal raġunijiet għajr meta jkun hemm obsoloxxenza, kif ukoll modifiki, huma indikati b’tipa grassa

Nru || COM/ Referenza interistituzzjonali || Titolu || Ir-raġunijiet għall-irtirar/modifika

Agrikoltura u Żvilupp Rurali

1. || COM/2010/0537 2010/0266/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) || Il-proposta skadiet bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament 1305/2013.

2. || COM/2010/0539 2010/0267/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa || Il-proposta skadiet bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament 1307/2013 - ir-riforma tal-PAK.

3. || COM/2010/0745 2010/0365/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (UE) Nru …/ ta' ... li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 78/2008 || Il-proposta skadiet bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament 1306/2013 - ir-riforma tal-PAK.

4. || COM/2010/0738 2010/0354/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni || Il-proposta skadiet bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament 1308/2013 - ir-riforma tal-PAK.

5. || COM/2010/0759 2010/0364/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi || Proposta integrata f’COM (2014) 0180 adottata fid-19 ta’ Marzu 2014.

6. || COM/2010/0761 2010/0366/COD  || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija || Il-proposta skadiet bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament 1306/2013 - ir-riforma tal-PAK.

7. || COM/2010/0799 2010/0385/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) || Il-proposta skadiet bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament 1308/2013 - ir-riforma tal-PAK.

8. || COM/2011/0193 2011/0075/NLE || Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet, rifużjonijiet u prezzijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni unika tas-swieq agrikoli || Ma għadhiex tgħodd. Ir-riforma tal-PAK ħadet f'idejha l-proposta.

9. || COM/2011/0663 2011/0290/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi. || Il-proposta skadiet, peress li l-kontenut tagħha ttieħed minn 2013/0398/COD

10. || COM/2013/0159 2013/0087/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNILL dwar l-iffissar ta' rata ta' aġġustament għal pagamenti diretti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 || Ma għadhiex tgħodd. Il-proposta skadiet fit-30 ta’ Ġunju 2013 skont l-Artikolu 18 tar-Regolament 1290/2005.

11. || COM/2013/0521 2013/0247/COD  || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) || Il-proposta skadiet bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament 1310/2013 - ir-riforma tal-PAK.

12. || COM/2014/0032 2014/0014/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema għall-għajnuna għall-provvista ta’ frott u ħaxix, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi || L-iskema sħiħa se tiġi evalwata għas-sussidjarjetà, il-proporzjonalità u raġunament ta' regolamentazzjoni aħjar bħala parti mis-simplifikazzjoni tal-PAK. Sakemm isir dan il-Kummissjoni tirrakkomanda lill-koleġiżlaturi li l-ħidma fuq il-proposta emendatorja tal-2013 għandha tiġi sospiża.

13. || COM/2014/0175 2014/0097/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-iffissar ta’ rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 għas-sena kalendarja tal-2014 || Il-proposta skadiet fit-30 ta’ Ġunju 2014 skont l-Artikolu 26 tar-Regolament 1306/2013. Kontenut integrat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li sadanittant ġie adottat (COM/879/2014).

14. || COM/2014/0180 2014/0100/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi, li jemenda r-Regolament (UE) Nru XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali] u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 || Jekk mhux miftiehem f’sitt xhur, jirtiraw u jissostitwixxu b’inizjattiva ġdida.

Riżorsi Umani u l-Baġit

15. || COM/2004/0509 2004/0172/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar assistenza amministrattiva reċiproka għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra || Proposta ġdida għal Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali ġiet adottata f’Lulju 2012 COM(2012)0363.

16. || COM/2010/0071 2010/0047/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej || Ma għadhiex tgħodd. Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid 966/2012 ġie adottat fis-26/10/2012.

17. || COM/2010/0072 2010/0048/APP || Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2007-2013            || Ma għadhiex tgħodd. Il-proposta għal Regolament għal Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu 2007-13 jista’ jiġi rtirat/

18. || COM/2012/0754 2012/0350/NLE || Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012 ir-remunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom || Ma għadhiex tgħodd. F’April 2014, ġie adottat ir-Regolament 423/2014.

Azzjoni Klimatika & l-Enerġija

19. || COM/2011/0518 2011/0225/NLE || Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi || L-ebda ftehim ma hu previst. Filwaqt li l-PE ta opinjoni favorevoli f’Diċembru 2013, ma kienx hemm biżżejjed appoġġ fil-Kunsill biex jintlaħaq qbil dwar il-proposta.

Affarijiet Ekonomiċi & Finanzjarji, Tassazzjoni & Dwana

20. || COM/0098/0030 1998/0025/CNS || Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tirregola t-trattament fiskali tal-vetturi bil-mutur privati ttrasferiti b’mod permanenti lil Stat Membru differenti b’rabta ma’ trasferiment tar-residenza jew użati b’mod temporanju fi Stat Membru differenti minn dak li fih huma rreġistrati || Il-proposta tmur lura għall-1998 u ma hu previst l-ebda qbil dwar is-sustanza.

21. || COM/2002/0456 2002/0246/CNS || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni 77/270/Euratom li tagħti l-poteri lill-Kummissjoni biex toħroġ self tal-Euratom bl-għan li tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' impjanti tal-enerġija nuklejari || Proposta tal-Kummissjoni magħmula fl-2002 u imblukkata fil-Kunsill għal aktar minn għaxar snin (id-deċiżjoni taħt it-Trattat Euratom kienet tesiġi unanimità li ma ntlaħqitx).

22. || COM/2002/0457 2002/0246/NLE || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni 77/271/Euratom dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 77/270/Euratom li tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li toħroġ self tal-Euratom bl-għan li tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' impjanti tal-enerġija nuklejari || Proposta tal-Kummissjoni magħmula fl-2002 u imblukkata fil-Kunsill għal aktar minn għaxar snin (id-deċiżjoni taħt it-Trattat Euratom kienet tesiġi unanimità li ma ntlaħqitx).

23. || COM/2005/0261 2005/0130/CNS || Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri || L-ebda ftehim ma hu previst. Il-proposta ilha mill-2005 u ma għadhiex tiġi diskussa fil-Kunsill, l-aħħar test ta’ kompromess ilu mill-2007.

24. || COM/2006/0486 2006/0165/CNS || Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 92/84/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku || L-ebda ftehim ma hu previst. Ġiet diskussa fil-Kunsill għall-aħħar darba fl-2010.

25. || COM/2010/0032 2010/0018/NLE || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fil-prodotti koperti bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, fir-rigward tal-emenda lill-Anness II tal-Protokoll 1 ta’ dak il-Ftehim, skont id-dħul fis-seħħ tas-Sistema Armonizzata 2007 || Ma għadhiex tgħodd.

26. || COM/2010/0034 2010/0019/NLE || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar l-emenda tal-Anness II tal-Protokoll 3 tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni tal-KE-Turkija tal-25 ta’ Frar 1998 rigward ir-reġim kummerċjali għal prodotti agrikoli, dwar il-lista ta’ xogħol jew tal-ipproċessar li meħtieġ isir fuq materjali li mhumiex ta’ oriġini sabiex il-prodott manifatturat jista’ jikseb status ta’ oriġini, skont id-dħul fis-seħħ tas-Sistema Armonizzata 2007 || Ma għadhiex tgħodd.

27. || COM/2010/0778 2010/0378/NLE || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni maħluq permezz tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Kroata, fuq in-naħa l-oħra, dwar l-emendi għall-Protokoll 4 ta' dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva   || Il-proposta ma għadhiex tgħodd wara l-adeżjoni tal-Kroazja.

28. || COM/2011/0169 2011/0092/CNS || Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku      || In-negozjati tal-Kunsill irriżultaw f’abbozz ta’ test ta’ kompromess li żnatura kompletament is-sustanza tal-proposta tal-Kummissjoni. Barra minn hekk ma hemm l-ebda ftehim fil-Kunsill lanqas dwar l-abbozz ta’ kompromess.

Impjiegi, Affarijiet Soċjali, Ħiliet u Mobilità tax-Xogħol

29. || COM/2014/0239 2014/0131/NLE || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-103 sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol fir-rigward ta’ Rakkomandazzjoni li tissupplimenta l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat Nru 29, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol || Il-proposta ma tgħoddx billi l-Konferenza li għaliha kienet beħsiebha tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed skont l-Art. 218(9) tat-TFUE saret mingħajr ma l-Kunsill adotta d-deċiżjoni proposta.

L-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

30. || COM/2009/0189 2009/0057/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokk tal-Punent ta’ sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk || Din il-proposta ġiet issuperata bid-dħul fis-seħħ tal-obbligu ta’ ħatt kif previst fir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd.

31. || COM/2009/0399 2009/0112/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi pjan fit-tul għall-istokk ta’ inċova fil-Bajja ta’ Biscay u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk || Din il-proposta ġiet issuperata bid-dħul fis-seħħ tal-obbligu ta’ ħatt kif previst f’din ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd.

32. || COM/2010/0572 2010/0290/NLE || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikronesja || Wara vot negattiv dwar il-Protokoll fuq in-naħa tal-Kungress tal-FSM, il-proposta tkun tidher li m’għadhiex tikkostitwixxi bażi realistika għall-konklużjoni tal-Protokoll. Għalhekk, għandha titneħħa.

33. || COM/2012/0155 2012/0077/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. || Din il-proposta ġie issuperata mill-pjan ta’ ġestjoni propost għal diversi speċijiet fil-Baltiku (COM/2014/0614).

34. || COM/2012/0471 2012/0232/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ċerti miżuri tekniċi u ta' kontroll fi Skagerrak u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 u r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 || Il-parti l-kbira tal-proposta ttrattat l-introduzzjoni ta' obbligu tal-ħatt, li issa huwa kopert mill-Art 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Ma jista’ jiġi mistenni l-ebda progress previst għall-bqija tal-proposta.

35. || COM/2012/0591 2012/0285/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound.                || Din il-proposta ġiet issuperata mill-pjan ta’ ġestjoni propost għal diversi speċijiet fil-Baltiku (COM/2014/0614).

36. || COM/2013/0300 2013/0153/NLE || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed fil-HELCOM u fl-OMI dwar id-deżinjazzjoni tal-Baħar Baltiku bħala Zona ta' Kontroll tal-Emissjonijiet tal-Ossidu tan-Nitroġenu (NECA) || L-ebda Ftehim ma hu previst.

37. || COM/2013/0920. 2013/0443/COD || Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tnaqqis ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi niġġiesa fl-atmosfera u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE ||  Għandha tiġi modifikata bħala parti mis-segwitu leġiżlattiv għall-Pakkett tal-Enerġija u l-Klima tal-2030.

38. || COM/2014/0397 2014/0201/COD || Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 2008/98/KE dwar l-iskart, 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma, 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku       28/10/2014 || Tiġi rtirata u sostitwita bi proposta ġdida aktar ambizzjuża sa tmiem l-2015 għal promozzjoni ta' ekonomija ċirkolari.

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir

39. || COM/2008/0308 2008/0095/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija || Ma għadhiex tgħodd. Irtirar rikjest mill-PE.

40. || COM/2012/0092 2012/0041/NLE || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Turkija || Ma għadhiex tgħodd.

41. || COM/2012/0133 2012/0063/NLE || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Protokoll 4 (Regoli ta’ oriġini) għall-Ftehim taż-ŻEE || Qed titħejja proposta ġdida.

42. || COM/2012/0329 2012/0159/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) || Ma għadhiex tgħodd. Ir-Regolament Nru 1085/2006 (ir-Regolament IPA I) skada fl-aħħar tal-2013 u ġie sostitwit bi strument ġdid fil-bidu tal-2014 (IPA II).

Affarijiet Barranin & Il-Politika ta’ Sigurtà

43. || COM/2005/0281 2005/0121/CNS || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar ta’ Protokoll għall-Qafas ta’ Ftehim għall-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, bħala parti, u r-Repubblika tal-Korea, bħala l-parti l-oħra, biex tiġi meħuda in konsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, , ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja mal-Unjoni Ewropea || Ma għadhiex tgħodd. Il-Ftehim  Qafas dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni tħassar permezz tal-Artikolu 43 tal-Ftehim Qafas UE-Korea tal-2010 (ĠU L20/14 tat-23.1.2013).

44. || COM/2013/0289 2013/0155/NLE || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra || Megħlub mill-avvenimenti, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ġie ffirmat fuq il-bażi ta’ Deċiżjonijiet tal-Kunsill ġodda fl-2014.

45. || COM/2013/0653 || Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra || Megħlub mill-avvenimenti, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ġie konkluż abbażi ta' Deċiżjoni ġdida tal-Kunsill fl-2014.

Is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel

46. || COM/2007/0090 2007/0037/COD || Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament 852/2004/KE dwar l-Iġjene tal-Oġġetti tal-Ikel || Ma għadhiex rilevanti. Il-proposta kienet inizjalment maħsuba biex tippermetti lill-SMEs jidderogaw mir-rekwiżiti tal-UE għall-produtturi tal-ikel li japplikaw awtokontrolli (HACCP) tul il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom, iżda ma ntlaqgħetx b’mod unanimu mill-Kunsill (26 kontra, astensjoni waħda). Sadanittant, linji gwida għall-applikazzjoni tal-HACCP għall-bejjiegħa bl-imnut u SMEs oħra ġew ippubblikati u jinkludu l-flessibbiltà u strumenti ta’ simplifikazzjoni. L-irtirar huwa inkluż fil-Komunikazzjoni REFIT ta’ Ġunju 2014.

47. || COM/2013/0262 2013/0137/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-produzzjoni u d-disponibbiltà fis-suq taʼ materjal riproduttiv tal-pjanti (il-liġi tal-materjal riproduttiv tal-pjanti) || Wara r-rifjut tal-proposta tiegħu fl-1 qari f’April 2014, il-PE talab lil COM tirtira permezz ta' ittra tal-President tal-PE datata l-11/09/2014 D(2014)41887.

Is-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs

48. || COM/2010/0371 2010/0199/COD || Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur                || L-ebda ftehim ma hu previst. Id-diskussjonijiet waqfu kemm fil-Kunsill kif ukoll fil-PE. L-irtirar ġie inkluż fil-Komunikazzjoni REFIT ta’ Ġunju 2014.

49. || COM/2012/0084 2012/0035/COD || Proposta għal DIRETTIVA dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta' applikazzjoni ta' sistemi pubbliċi tal-assigurazzjoni tas-saħħa || L-ebda ftehim ma hu previst.

50. || COM/2012/0124 2012/0060/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi regoli dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi || Proposta biex tiġi emendata f’konformità mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni l-ġdida sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri, jitqassru l-perjodi ta’ żmien tal-investigazzjonijiet u jitnaqqas l-għadd ta’ atturi fl-implimentazzjoni.

51. || COM/2012/0241 2012/0124/NLE || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lill-Istati Membri jinnegozjaw fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (New York, s-27 ta' Lulju 2012) fil-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni || Ma għadhiex tgħodd. Proposta megħluba minn Deċiżjonijiet oħrajn, li l-aħħar waħda minnhom hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/165/UE li tawtorizza lill-Istati Membri li jirratifikaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 89, 25.3.2014, p. 44).

52. || COM/2014/0085 2014/0043/NLE || Proposta għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar il-Prinċipji tal-Kwalità tat-Turiżmu Ewropew || Il-proposta intlaqtet minn minoranza li timblokka fil-Kunsill. L-ebda ftehim ma hu previst.

53. || COM/2014/0344 2014/0176/COD || Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tixrid ta’ dejta satellitari ta’ osservazzjoni tad-Dinja għal għanijiet kummerċjali || Jekk ma tiġix miftiehma sa sitt xhur, tiġi rtirata u sostitwita b’inizjattiva ġdida.

Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp

54. || COM/2008/0244 2008/0270/NLE || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-ftehim Internazzjonali 2007 dwar il-Kafè || Ma għadhiex tgħodd. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 186/12) awtorizzat l-iffirmar (l-approvazzjoni) tal-Ftehim Internazzjonali 2007 dwar il-Kafé. Minn dak iż-żmien l-UE hija membru uffiċjali tal-ICO.

Ir-relazzjonijiet interistituzzjonali

55. || COM/2013/0451 2013/0218/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea || Għandha tiġi indirizzata fil-Ftehim interistituzzjonali l-ġdid dwar Regolamentazzjoni Aħjar.

56. || COM/2013/0452 2013/0220/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea || Għandha tiġi awtorizzata fil-Ftehim interistituzzjonali l-ġdid dwar Regolamentazzjoni Aħjar.

57. || COM/2013/0751 2013/0365/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea || Għandha tiġi indirizzata fil-Ftehim interistituzzjonali l-ġdid dwar Regolamentazzjoni Aħjar.

Ġustizzja, Konsumaturi u Ugwaljanza bejn is-Sessi

58. || COM/2008/0637 2008/0193/COD || Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu || Jekk ma tiġix miftiehma sa sitt xhur, tiġi rtirata u sostitwita b’inizjattiva ġdida. L-irtirar inkluż fil-Komunikazzjoni REFIT ta’ Ġunju 2014.

59. || COM/2010/0082 2010/0050/COD || Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-dritt ta' interpretazzjoni u traduzzjoni fi proċedimenti kriminali || Ma għadhiex tgħodd billi d-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali ġiet adottata.

60. || COM/2011/0635 2011/0284/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ || Proposta modifikata sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-kummerċ elettroniku fis-Suq Uniku Diġitali.

61. || COM/2012/0035 2012/0022/APP || Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-Istatut għal Fondazzjoni Ewropea || L-ebda progress fil-Kunsill. Billi hija meħtieġa l-unanimità, ma hemm l-ebda prospetti li jista’ jintlaħaq ftehim.

Il-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni & ċ-Ċittadinanza

62. || COM/2009/0102 2009/0033/CNS || Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen || L-irtirar ta’ din il-proposta diġà tħabbar fil-proposta tal-Kummissjoni, COM(2010)0624/ COM(2010)0559. Madankollu, l-ebda att formali (separat) ta’ rtirar ma ttieħed mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-proposta għadha formalment pendenti u jeħtieġ tiġi rtirata formalment.

Riċerka, Xjenza u Innovazzjoni

63. || COM/2011/0931 2011/0460/NLE || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-adozzjoni ta' Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-proġett ITER (2014-2018) || Sostitwita bil-proposta COM (2013)0607.

Il-Kummerċ

64. || COM/2011/0380 2011/0167/NLE || Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) || Il-proposta ma għadhiex rilevanti wara d-deċiżjoni tal-PE ta’ Lulju 2012 li ma jagħtix il-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-ACTA. L-irtirar għalhekk kieku jgħin biex jiċċara li l-ebda passi ulterjuri ma huma qed jiġu previsti fir-rigward tal-proċedura ta' konklużjoni.

Trasport

65. || COM/2000/0802 2000/0326/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta' fond għall-kumpens għall-ħsara mit-tniġġis miż-żejt fl-ilmijiet Ewropej u miżuri relatati || L-irtirar huwa meħtieġ billi l-valutazzjoni tal-impatt u l-analiżi rilevanti issa huma skaduti. L-irtirar huwa inkluż fil-Komunikazzjoni REFIT ta’ Ġunju 2014.

66. || COM/2005/0353 2005/0141/APP || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u s-Serbja u l-Montenegro dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru || L-Istati Membri kollha rratifikaw il-Ftehim tal-ECAA (2006/36/APP) li jipprevali fuq il-Ftehim.

67. || COM/2008/0700 || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar tal-Protokoll Emendatorju għall-Konvenzjoni fir-rigward tas-Sistema ta’ Navigazzjoni fid-Danubju tat-18 ta’ Awwissu 1948 (Il-Konvenzjoni ta’ Belgrad) || L-ebda ftehim ma hu previst.

68. || COM/2009/0217 2009/0063/COD || Il-proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni || L-ebda appoġġ mil-leġiżlaturi. Il-proposta ilha imblukkata mill-2010. L-irtirar inkluż fil-Komunikazzjoni REFIT ta’ Ġunju 2014.

69. || COM/2009/0229 2009/0066/APP || Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti; u dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Anċillari bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti; il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti; l-Iżlanda, bħala t-tielet parti; u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti || Il-proposta inbidlet b’dan 2011/0102/NLE.

70. || COM/2010/0653 2010/0320/NLE || Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar it-twettiq mir-Repubblika tal-Kroazja tal-kundizzjonijiet għall-kompletar tal-ewwel perjodu tranżizzjonali skont il-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni Temporanja ta' Amministrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-istabbiliment tal-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni || L-ebda evoluzzjoni u l-Kroazja issa hija Stat Membru.

71. || COM/2011/0824 2011/0397/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-servizzi ta’ groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE || L-ebda ftehim ma hu previst.

Kodifikazzjonijiet

72. || COM/2008/0761 2008/0225/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa || Ma għadhiex tgħodd għax l-att li kellu jiġi kkodifikat ġie emendat minn mindu saret il-proposta.

73. || COM/2009/0446 2009/0123/COD || Proposta għal DIRETTIVA …/…/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta’ […] dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (verżjoni kkodifikata) || Ma għadhiex tgħodd għax fiha dispożizzjonijiet skaduti dwar il-komitoloġija.

74. || COM/2009/0535 2009/0151/COD || Proposta għal REGOLAMENT (KE) Nru.../... TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' […] dwar l-istatistika tal-iskart (Verżjoni kkodifikata) || Ma għadhiex tgħodd għax l-att li għandu jiġi kkodifikat ġie emendat minn mindu saret il-proposta.

75. || COM/2009/0634 2009/0176/COD || Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slotts f'ajruporti tal-Komunità (Verżjoni kkodifikata) || Ma għadhiex tgħodd billi fiha dispożizzjonijiet skaduti dwar il-komitoloġija.

76. || COM/2010/0179 2010/0095/COD || Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (Kodifikazzjoni) || Ġiet ippreżentata proposta emendata għall-kodifikazzjoni lill-PE u lill-Kunsill (COM/2013/0932). Għalhekk, il-proposta inizjali dwar il-kodifikazzjoni COM(2010)0179 issa tista' tiġi rtirata.

77. || COM/2010/0184 2010/0098/CNS || Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL (EURATOM) li jistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (Riformulazzjoni) || Tħejjiet proposta għal att ġdid li jissostitwixxi l-atti (COM/2013/0576). Il-kodifikazzjoni proposta COM(2010)0184 tista' tiġi rtirata

78. || COM/2010/0507 2010/0260/COD || Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl (Kodifikazzjoni) || Ma għadhiex tgħodd billi fiha referenza għal dispożizzjoni skaduta dwar il-komitoloġija.

79. || COM/2010/0691 2010/0338/NLE || Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (Kodifikazzjoni) || Verżjoni riformulata tal-att ġiet adottata (ir-Regolament 729/2014).

80. || COM/2012/0008 2012/0007/COD || Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' preparazzjonjijiet perikolużi (Riformulazzjoni) || Ma għadhiex tgħodd. Il-proposta ma kienet indirizzata mill-ebda Presidenza tal-Kunsill u issa ma għadhiex tgħodd, billi d-Direttiva 1999/45/KE eżistenti se tiġi revokata fl-1 ta’ Ġunju 2015.