RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju /* COM/2014/0228 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT
EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tal-Programm
tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju Werrej 1..... Introduzzjoni. Error!
Bookmark not defined. 2..... IL-PROGRAMM
TAL-UE TAL-politika tal-ISPETTRU TAR-RADJU.. 3 2.1. Inventarju tal-ispettru. 4 2.2. Broadband mingħajr
fili 4 2.2.1. L-implimentazzjoni tal-banda ta' 800 MHz. 5 2.3. Użu komuni 6 2.3.1. Spettru mhux liċenzjat 7 2.3.2. Aċċess komuni liċenzjat (LSA) 8 2.4. Politika oħra tal-UE.. 8 3..... Id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju.. 8 4..... Konklużjonijiet. 9 1. Introduzzjoni Dan ir-rapport iwieġeb għar-rekwiżiti
tal-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 243/2012/UE[1]
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm pluriennali
tal-politika tal-ispettru tar-radju (l-RSPP), li jistipula li l-Kummissjoni
għandha tirrapporta dwar l-attivitajiet żviluppati u l-miżuri adottati skont
l-RSPP sa April 2014. L-obbligi ta’ rappurtar dwar l-użu armonizzat
tal-ispettru tar-radju jinsabu wkoll fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni
676/2002/KE[2]
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas regolatorju għall-politika dwar
l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru
tar-Radju). Dan ir-rapport għalhekk jgħaqqad dawn l-obbligi f’rapport konċiż. L-ispettru tar-radju huwa l-bażi
għall-komunikazzjoni mingħajr fili bħall-Wi-Fi u l-mowbajls, u riżorsa ewlenija
għal setturi oħra inkluż ix-xandir, il-manifattura u t-trasport, u servizzi
essenzjali mhux kummerċjali bħad-difiża, is-servizzi ta’ emerġenza u l-ħarsien
tal-ambjent. L-ispettru tar-radju huwa riżorsa naturali limitata u li tista'
terġa' tintuża, u li hemm domanda għolja għaliha; u l-apparat li jagħmel użu
minnha faċilment jista' jaqsam il-fruntieri. L-użu kemm jista’ jkun effiċjenti
tal-ispettru fis-suq intern kollu, inkluż il-kondiviżjoni tal-ispettru bejn applikazzjonijiet
u utenti differenti, jitlob koordinazzjoni fuq livell internazzjonali u fuq
livell Ewropew, waqt li jitqies l-impatt tiegħu fuq il-politiki tal-UE. 2. Il-Programm tal-UE
tal-politika tal-ispettru tar-radju L- RSPP jiddefinixxi objettivi ta’ politika
ewlenin u jistipula prinċipji ġenerali għall-ippjanar strateġiku u
għall-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru sabiex ikun żgurat il-funzjonament
tas-suq intern. L-RSPP, li huwa msejjes fuq dawn il-prinċipji, jidentifika
l-prijoritajiet għall-azzjoni fil-qasam tal-komunikazzjonijiet broadband
mingħajr fili, u l-medja awdjoviżiva, kif ukoll oqsma oħra ta’ politika tal-UE
bħall-programm Galileo, il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-dinja Koperniku,
it-trasport, is-saħħa, ir-riċerka, il-protezzjoni ċivili u l-għajnuna
f’diżastri, l-ambjent u l-qasam tal-applikazzjonijiet li jiffrankaw l-enerġija.
Il-Kummissjoni adottat deċiżjonijiet
implimentattivi speċifiċi li jappoġġaw oqsma ta’ politika speċifiċi tal-UE,
skont id-Deċiżjoni dwar l-ispettru tar-radju u l-RSPP. L-oqsma ta’ politika
tal-UE speċifiċi jinkludu: L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa: l-armonizzazzjoni tal-ispettru għall-broadband mingħajr fili kif ukoll
għal apparat ta' medda qasira li jiffaċilita l-applikazzjonijiet tal-“internet
tal-oġġetti”. L-Ajru Uniku Ewropew: L-armonizzazzjoni tal-ispettru għall-komunikazzjonijiet mobbli abbord
inġenji tal-ajru It-trasport marittimu u tal-art: L-armonizzazzjoni tal-użu tal-ispettru, fost l-oħrajn, għal sistemi
tat-trasport intelliġenti inklużi sistemi elettroniċi għall-ġbir tat-taxxi u
sistemi bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi. Il-Kummissjoni Ewropea qed tkompli l-ħidma
tagħha dwar il-politika tal-ispettru f’kollaborazzjoni mal-Kumitat tal-Ispettru
tar-Radju (RSC), il-Grupp ta’ Politika tal-Ispettru tar-Radju (RSPG)[3] u l-Konferenza Ewropea
tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT).[4] Il-Kummissjoni qed tikkonċentra l-isforzi
tagħha fuq diversi prijoritajiet relatati mal-ispettru mfissra fit-taqsimiet
hawn taħt. 2.1. Inventarju
tal-ispettru L-Artikolu 9 tal-RSPP stipula
l-inventarju tal-ispettru sabiex l-utenti privati u pubbliċi jkunu jistgħu
janalizzaw id-diversi tipi ta' użu tal-ispettru, bil-għan li jinkiseb għarfien
aħjar dwar l-użu attwali tal-ispettru. Dan għandu jippermetti lill-Kummissjoni
tipproponi miżuri għal użu aktar effiċjenti tal-ispettru sabiex tiġi żgurata
konnettività sostenibbli mingħajr fili. Dan jista’ jinkludi skambju ta’
opportunitajiet f’bandi ma' utenti eżistenti jew bandi ta' identifikazzjoni li
jistgħu jiġu allokati jew riallokati, sabiex tittejjeb l-effiċjenza, tiġi
mħeġġa l-innovazzjoni u tittejjeb il-kompetizzjoni. Din il-ħidma se tgħin
lill-Kummissjoni tidentifika spettru suffiċjenti u xieraq għall-broadband
mingħajr fili bil-għan li jiġu ddeżinjati l-210 MHz addizzjonali meħtieġa
biex tintlaħaq il-mira ta’ 1200 MHz tal-RSPP ta’ bandi armonizzati
għall-broadband mingħajr fili. Skont l-Artikolu 9(2) tal-RSPP, f’April
2013 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/195/UE[5] li tiddefinixxi
arranġamenti prattiċi, formati uniformi u metodoloġija għal inventarju dwar
l-ispettru tar-radju. Din id-Deċiżjoni tobbliga lill-Istati Membri biex ikomplu
jdaħħlu d-dejta dwar is-Sistema Ewropea dwar il-frekwenza tal-informazzjoni
(EFIS),[6]
u biex jipprovdu d-dejta addizzjonali disponibbli kollha, jiġifieri dejta mhux
miġbura fl-EFIS, lill-Kummissjoni f’format li jista’ jinqara minn magna
fil-perjodu bejn l-2013 u l-2015. Skont l-Artikolu 9(4) tal-RSPP,
il-Kummissjoni se tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar
ir-riżultati tal-analiżi tat-tendenzi teknoloġiċi, tal-ħtiġijiet futuri u
tad-domanda għall-ispettru f’rapport separat dwar l-inventarju, li huwa ppjanat
għal nofs l-2014. 2.2. Broadband
mingħajr fili L-Artikolu 3(b) tal-RSPP jistieden
lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jikkooperaw fl-allokazzjoni ta'
mill-inqas 1 200 MHz ta’ spettru sal-2015 sabiex tintlaħaq id-domanda
dejjem tikber mit-traffiku tad-dejta mingħajr fili. Sal-lum, permezz ta’
Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni adottati skont id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru
tar-Radju, ġie armonizzat total ta’ 990 MHz għall-broadband mingħajr fili.
L-Istati Membri, bħala medja, assenjaw madwar 600 MHz abbażi ta’ dawn il-miżuri
ta’ implimentazzjoni. Sabiex tinkiseb il-mira ta'
1 200 MHz, qed jitwettqu studji f’kooperazzjoni mal-Istati Membri.
Ta' importanza politika partikolari huwa l-futur tal-medda UHF (470-790 MHz) li
għaliha qed jikkompetu servizzi differenti: servizzi awdjoviżivi u
tal-broadband, mikrofoni mingħajr fili, netwerks għall-ħarsien tal-pubbliku
tagħmir għall-għajnuna f'diżastri u ta' spazju abjad. Il-Kummissjoni qed
tfittex il-konsulenza strateġika tal-RSPG[7]
u stabbilixxiet Grupp ta’ Livell Għoli ta' partijiet interessati[8] dwar l-użu potenzjali
futur tal-ispettru tal-UHF. Il-Kummissjoni tixtieq issib sitwazzjoni ta'
benefiċċju għaż-żewġ partijiet għas-setturi broadband mingħajr fili u
tax-xandir. Miexja wkoll il-ħidma biex tinkiseb soluzzjoni
sostenibbli għal tagħmir għall-Avvenimenti Speċjali u l-Ħolqien ta' Programmi
awdjo (PMSE) (eż. mikrofoni mingħajr fili), skont l-Artikolu 6(6) tal-RSPP
u biex jiġi antiċipat użu aktar effiċjenti tal-banda tal-UHF. Huwa xieraq u
f’waqtu li l-komunità tal-PMSE tingħata ċertezza fir-rigward id-disponibbiltà
kontinwa tal-ispettru għal mikrofoni mingħajr fili. Il-Kummissjoni
bdiet diskussjonijiet mal-Istati Membri fil-Kumitat għall-Ispettru tar-Radju
dwar spettru ta' armonizzazzjoni ta' abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni għal
PMSE awdjo ppjanata għall-adozzjoni fit-tieni nofs tal-2014. Bħala parti mill-proċess tal-inventarju,
bħalissa għaddejjin studji tekniċi u tinsab għaddejja analiżi biex jiġi
aċċertat jekk il-koeżistenza ta’ broadband mingħajr fili mas-servizzi eżistenti
tistax tiġi prevista f'bandi oħra eżistenti. L-Artikolu 6(2) tal-RSPP jobbliga
lill-Istati Membri biex sal-2012 jawtorizzaw l-użu tal-bandi ta’ frekwenzi diġà
armonizzati fuq livell tal-UE.[9]
Il-Kummissjoni ilha taħdem biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f’waqtha
tal-obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 6(2), billi tuża l-mezzi
kollha għad-dispożizzjoni tagħha, inklużi ittri pilota li ntbagħtu lil 23 Stat
Membru u t-tnedija ta’ proċedura ta' ksur. 2.2.1. L-implimentazzjoni
tal-banda ta' 800 MHz L-Artikolu 6(4) tal-RSPP jobbliga
lill-Istati Membri jwettqu proċess ta’ awtorizzazzjoni sabiex jippermettu banda
ta' 800 MHz, jew kif inhi magħrufa aħjar bħala "l-banda tad-dividend
diġitali”, biex sal-1 ta’ Jannar 2013 tintuża biex tipprovdi
servizzi tal-komunikazzjoni elettronika. Fuq il-bażi ta’ talbiet debitament
ġustifikati, il-Kummissjoni tat derogi speċifiċi għal Stati Membri fejn
iċ-ċirkostanzi nazzjonali jew lokali eċċezzjonali jew problemi
tal-koordinazzjoni tal-frekwenzi trasfruntieri waqqfu d-disponibbiltà tal-banda
(Table 1). Erbatax-il Stat Membru fittxew derogi; tnejn
ġew miċħuda fl-intier tagħhom minħabba li ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet
tal-Artikolu 6(4). Il-Kummissjoni illimitat kemm jista' jkun possibbli d-durata
tad-derogi għat-12-il pajjiż l-oħra, waqt li qieset kull ċirkostanza speċifika.
Ingħataw biss parzjalment żewġ talbiet għal deroga u erba’ oħra ingħataw għal
durata iqsar milli mitlub. Filwaqt li l-Kummissjoni fittxet li tevita
konsegwenzi negattivi għal Stati Membri ġirien, id-derogi kienu prinċipalment
iġġustifikati minn diffikultajiet fit-tifi ta' TV analogi minħabba
sitwazzjonijiet ġeografiċi jew ekonomiċi speċifiċi, jew problemi ta’
koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi. Fil-Bulgarija
l-ispettru ta' 800 MHz se jkompli jintuża, minħabba li skont
l-Artikolu 1(3) tal-RSPP, hija nnotifikat li l-armata għadha qed tagħmel
użu mill-banda ta' 800MHz sakemm it-tagħmir jitneħħa mill-użu gradwalment.
Matul l-aħħar sentejn, l-RSPG offra l-influwenza tiegħu biex jgħin lill-Istati
Membri fi kwistjonijiet ta' koordinazzjoni transfruntieri fl-Unjoni;
madanakollu din il-medjazzjoni siewja xxekklet min-nuqqas ta' setgħat ta'
infurzar ċari. Tabella 1 — Allokazzjoni u derogi tal-banda
armonizzata ta' 800 MHz Status || Stati Membri || Għadd ta' SM Allokazzjoni fl-2012 jew qabel || ES*, DK, DE, IE, FR, IT, LU, NL, PT, SE, HR || 11 Allokazzjoni fl-2013** || LT, AT, SK, FI, CZ, BE, ir-Renju Unit, EE*** || 8 Deroga sal-1.1.2014 || ES || 1 Deroga sal-5.4.2014 || RO || 1 Deroga sat-30.6.2014 || HU || 1 Deroga sat-30.10.2014 || EL || 1 Deroga sal-31.12.2014 || MT || 1 Deroga sat-30.6.2015 || LV || 1 Deroga sal-aħħar tal-2015 || CY || 1 Għadha ma ġietx allokata || BG (użu militari notifikat skont l-Art.1(3)); PL (deroga sal-aħħar tal-2013, iżda tard), SI. || 3 * Minkejja li ġiet assenjata fl-2011, id-deroga
għandha sal-1.1.2014. ** Inklużi derogi sal-1 ta’ Jannar 2014 *** 40 MHz biss
allokati (20 MHz 40 MHz allokati f'Jannar 2014) Fir-rigward is-Servizzi ta’ Komunikazzjoni
Elettronika (ECS) l-RSPP jobbliga lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati
Membri, biex tindirizza r-riskju possibbli ta’ frammentazzjoni tas-suq intern
minħabba l-kriterji u l-proċeduri tal-għażla diverġenti għal spettru
armonizzat. Dan għandu jsir billi tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni u
l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri
tal-awtorizzazzjoni, u billi tiġi mħeġġa l-kondiviżjoni tal-informazzjoni
sabiex tiżdied il-konsistenza madwar l-Unjoni. Madankollu, l-esperjenza miksuba
mill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-broadband mingħajr fili
tal-RSPP u mill-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri
tal-awtorizzazzjoni nazzjonali f’dawn l-aħħar sentejn, turi li l-RSPP ma
stimulax biżżejjed is-suq uniku, u dan wassal għal konverġenza ta’
kundizzjonijiet tal-liċenzjar, l-integrazzjoni tan-netwerks jew l-investiment
fil-broadband mingħajr fili u t-tixrid tiegħu b’rati komparabbli ma’ dawk ta’
reġjuni oħra jew meħtieġa biex sal-2020 tinkiseb il-mira tad-DAE ta’
30 Mbps għal kulħadd. 2.3. Użu
komuni L-Artikolu 4 tal-RSPP jgħid li l-Istati
Membri u l-Kummissjoni għandhom, fejn xieraq, jieħdu miżuri biex itejbu
l-effiċjenza u l-flessibbiltà b’mod partikolari permezz tal-użu komuni u
kondiviż tal-ispettru sabiex iħeġġu l-innovazzjoni u l-investiment. F’Settembru
2012, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-fehmiet tagħha dwar “Il-Promozzjoni tal-użu komuni
tar-riżorsi tal-ispettru tar-radju fl-UE”.[10] Bħala l-ewwel dokument
ta’ segwitu għall-prijoritajiet stabbiliti mill-RSPP, din il-Komunikazzjoni
tisħaq fuq l-importanza tat-teknoloġiji għall-użu komuni tal-frekwenzi
tar-radju, kif ukoll il-ħtieġa li jinħolqu inċentivi u ċertezza legali
għall-innovaturi. Dan id-dokument jipproponi modi biex jitħeġġeġ użu aktar
effiċjenti tal-ispettru permezz ta’ innovazzjonijiet mingħajr fili. F’termini ta’ miżuri konkreti dwar l-użu
komuni tal-ispettru l-Kummissjoni qed tgħin l-innovazzjoni permezz
tal-armonizzazzjoni ta' bandi ta’ frekwenzi li huma soġġetti għal
awtorizzazzjonijiet ġenerali (tal-ispettru mhux liċenzjat) jew drittijiet
individwali ta’ użu (aċċess komuni liċenzjat) kif deskritt fit-taqsimiet li
ġejjin, kif ukoll billi titlob standards relatati mal-Organizzazzjonijiet
Ewropej tal-Istandards.[11]
2.3.1. Spettru
mhux liċenzjat Apparat għal medda qasira (SRD) normalment
ikun soġġett għal awtorizzazzjonijiet ġenerali biss bħall-apparat għall-identifikazzjoni
tal-frekwenzi tar-Radju (RFID) li jappoġġa l-awtomazzjoni tal-katina
tal-provvista u l-applikazzjonijiet minn magna għal magna (M2M); sistemi tat-trasport intelliġenti (ITS) emerġenti
inklużi sistemi elettroniċi u radars ta' medda qasira għall-vetturi (SRR); u
applikazzjonijiet użati miċ-ċittadini bħall-alarms, apparat mediku u routers
tal-Wi-fi. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE[12] dwar l-armonizzazzjoni
tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra tistabbilixxi
l-bandi ta’ frekwenza armonizzati u taħt liema kundizzjonijiet dwar l-użu
tekniku l-SRDs jistgħu jintużaw madwar l-Ewropa. Applikazzjonijiet li
jiddependu fuq bandi tal-SRDS eżentati mil-liċenzja jibbenefikaw minn aċċess
faċli għall-ispettru tar-radju minħabba li mhi meħtieġa l-ebda liċenzja tal-ispettru
fl-Unjoni Ewropea. L-armonizzazzjoni ta’ bandi tal-SRDs fis-suq intern kollu
tappoġġa wkoll ekonomiji ta’ skala għall-manifatturi tat-tagħmir. Minħabba d-domanda dejjem tikber għal meded
tal-SRDs armonizzati għal diversi applikazzjonijiet, il-Kummissjoni Ewropea
taġġorna l-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-ispettru għall-SRDs
regolarment. Bħala parti minn dan il-proċess ta’ aġġornament regolari, l-Anness
Tekniku tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE ġie
aġġornat ħames darbiet minn meta ġie adottat għall-ewwel darba fl-2006, l-aktar
riċenti fl-2013 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/752/UE[13]). L-aħħar aġġornament
jintroduċi kategoriji tal-SRDs usa’ bħala bażi għal ambjenti ta' kondiviżjoni
armonizzati, bil-għan li jiffaċilitaw aċċess aktar faċli, l-innovazzjoni u
t-teknoloġija u n-newtralità tas-servizz, – li kollha kemm huma huma prinċipji
importanti li jinsabu fl-RSPP. Bħala parti mill-proposta Kontinent Konness,
il-Kummissjoni pproponiet il-ħolqien ta' ambjent favorevoli u sistema
amministrattiva għall-użu ta’ ċelloli żgħar sabiex twieġeb għad-domanda għal
kapaċità futura tal-konnettività bil-broadband, kif ukoll għall-provvediment
tal-konnettività ta' Radju LAN (RLAN jew tal-WiFi) u l-ġbir flimkien ta’
riżorsi RLAN ta' utenti differenti. Barra minn hekk, inħareġ mandat lis-CEPT
rigward estensjoni possibbli ta’ RLANs fil-banda ta' 5 GHz, soġġett
għall-fattibilità teknika li tkun kapaċi żżomm servizzi importanti oħra (GMES u
ITS) li huma wkoll prijoritajiet skont l-RSPP. Il-Kummissjoni qed taħdem ukoll
fuq miżura biex tiffaċilita t-teknoloġija ta' banda wiesgħa ħafna (UWB -
ultra-wide band), li tittrasmetti sinjali tar-radju ta’ qawwa baxxa f’medda
wiesgħa ta’ frekwenzi, u tappoġġa applikazzjonijiet għal meded qosra bħal
komunikazzjonijiet ta' dejta għolja, lokalizzazzjoni u radar li jippenetra
l-art. 2.3.2. Aċċess komuni liċenzjat (LSA) Skont il-kunċett LSA id-drittijiet
tal-ispettru fuq bażi komuni jingħataw lil liċenzji soġġetti għal termini
definiti mir-regolatur biex ikun possibbli li tiġi żgurata kwalità tas-servizz
prevedibbli. Kull utent jeħtieġ dritt għall-użu individwali (iżda mhux
esklussiv) biex jaċċessa banda ta’ frekwenza partikolari u l-iffissar ta’
kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni huwa r-responsabbiltà tal-awtorità ta’
ġestjoni tal-ispettru, li tiddefinixxi l-parametri ta’ aċċess permezz ta’
regolamentazzjoni u kundizzjonijiet tal-liċenzja. L-Opinjoni riċenti tal-RSPG dwar l-LSA tista'
titqies bħala spunt għal applikazzjoni aktar ġenerika tal-kunċett. Is-CEPT u
l-RSPG identifikaw il-banda ta' 2.3 GHz bħala kandidat possibbli għall-użu minn
servizzi tal-broadband mingħajr fili fl-UE. Dan l-użu
qed jitqies fil-kuntest tal-LSA, peress li jiżgura l-użu responsabbli fit-tul
tal-banda f’dawk l-Istati Membri li jixtiequ jżommu l-użu eżistenti, filwaqt li
jipprovdi ċertezza legali għal detenturi tal-liċenzji addizzjonali. 2.4. Politiki
oħra tal-UE L-Artikolu 8(2) tal-RSPP jobbliga
lill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, li tidentifika
l-possibbiltajiet għall-użu tal-ispettru sabiex jikkontribwixxu għal ekonomija
b’livell baxx ta’ karbonju. Iridu wkoll jikkunsidraw li jagħmlu l-ispettru
disponibbli għal teknoloġiji mingħajr fili li għandhom il-potenzjal li jtejbu
l-iffrankar tal-enerġija u l-effiċjenza ta’ sistemi intelliġenti
għad-distribuzzjoni tal-enerġija u sistemi ta’ metraġġ intelliġenti. F’April
2012 il-Kummissjoni wettqet "Konsultazzjoni pubblika dwar l-użu
tal-ispettru għal produzzjoni u distribuzzjoni tal-enerġija iktar effiċjenti”,
li wriet li ma kien hemm l-ebda pożizzjoni komuni dwar l-użu tal-infrastruttura
tal-ICT għal sistemi u miters intelliġenti u lanqas fuq l-użu tal-ispettru
komuni, fuq bażi liċenzjata jew mhux liċenzjata. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda opinjoni
komuni dwar kif is-servizzi kritiċi għall-missjoni għandhom jiġu pprovduti.
Għal dan l-għan, il-Kummissjoni nediet studju dwar "L-użu ta’ netwerks u
tagħmir mobbli kummerċjali għal komunikazzjonijiet bil-broadband ta' veloċità
għolja f’setturi speċifiċi”. L-għan ta' dan l-istudju huwa li jesplora r-rwol
potenzjali ta’ netwerks mobbli kummerċjali biex jiżgura l-provvista ta’
servizzi ta’ komunikazzjoni “kritiċi għall-missjonijiet", inklużi grilji
enerġetiċi intelliġenti. L-istudju għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar
l-infrastruttura u l-użu tal-ispettru għal dawn l-applikazzjonijiet. 3. Id-Deċiżjoni
dwar l-Ispettru tar-Radju Id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju
stipulat għodod regolatorji sabiex tiġi assigurata l-koordinazzjoni ta’
approċċi ta’ politika u kundizzjonijiet armonizzati għad-disponibbiltà u l-użu
effiċjenti tal-ispettru tar-radju meħtieġa għall-funzjonament tas-suq intern.
Stabbilixxiet ukoll il-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju (l-RSC), li l-irwol
tiegħu huwa li jassisti lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’
implimentazzjoni li jibnu fuq mandati lis-CEPT biex jinkisbu l-għanijiet ta’
politika msemmija hawn fuq. L-implimentazzjoni b’suċċess tal-RSD bniet fuq
it-trawwim ta’ relazzjonijiet ta’ ħidma tajba bejn il-Kummissjoni u l-Istati
Membri rrappreżentati fl-RSC. Din il-kollaborazzjoni tkompliet
fl-implimentazzjoni attwali tal-RSPP. Il-miżuri kollha proposti
għall-votazzjoni lill-RSC irċivew opinjoni pożittiva. Lista ta’ deċiżjonijiet
adottati bejn l-2006 u l-2013 hija pprovduta fl-Anness 1. Id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju,
irnexxilha tagħmel disponibbi r-riżorsi għad-dispożizzjoni tal-ispettru
armonizzati għal setturi strateġiċi fis-suq intern u hija eżempju pożittiv ta’
kooperazzjoni mal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-qafas strateġiku tal-RSPP
jirrappreżenta qafas strateġiku importanti għall-implimentazzjoni tal-politika
dwar l-ispettru tal-Unjoni bl-użu tal-mekkaniżmi stabbiliti mill-RSD. 4. Konklużjonijiet L-RSPP ikkontribwixxa għal użu aktar
effiċjenti tal-ispettru billi ħeġġeġ approċċi komuni tal-ispettru pereżempju
billi ffissa l-għan ta’ 1 200 MHz għall-broadband mingħajr fili, u
billi ta bidu għall-proċess tal-inventarju tal-ispettru li se tkun għodda li
jippermetti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiddefinixxu politika
msejsa aktar fuq il-fatti. Dan il-programm għen ukoll billi rawwem
l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni permezz ta’ użu aktar effiċjenti tal-ispettru,
u b’hekk l-ispettru jsir disponibbli għal servizzi innovattivi. L-armonizzazzjoni
tal-ispettru toħloq il-potenzjal għal ekonomiji ta’ skala, u tippermetti
l-aktar kundizzjonijiet għall-użu tal-ispettru wiesgħa possibbli, u tippermetti
l-aċċess għal għadd kemm jista' jkun possibbli ta' applikazzjonijiet filwaqt li
tħares l-użu eżistenti. Min-naħa l-oħra, l-RSPP wera limitazzjonijiet
minħabba l-karattru ġenerali ta’ xi prinċipji regolatorji li stabbilixxa, li
jeħtieġ ikunu aktar preċiżi għal implimentazzjoni effettiva. Filwaqt li kull
Stat Membru jibqa’ jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri
tal-awtorizzazzjoni għall-ispettru, id-differenzi kbar f’dawn
il-kundizzjonijiet u l-proċeduri jikkontribwixxu għall-frammentazzjoni tas-suq
intern b’impatt negattiv fuq l-integrazzjoni tan-netwerks bejn il-fruntieri,
fuq il-kapaċitajiet ta' handsets disponibbli u għal żvantaġġi oħra
għall-konsumaturi.[14]
Is-sempliċi skambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki bbażat fuq
il-prinċipji ġenerali u l-kundizzjonijiet tal-qafas attwali ma jidhirx li huwa
biżżejjed biex dawn l-ostakoli għas-suq uniku jitneħħew. Ċertezza legali dwar
prinċipji u kriterji komuni stabbiliti sew li huma applikati mill-Istati Membri
b’mod ikkoordinat fl-Unjoni kollha jidhru li huma l-minimu meħtieġ. Id-dewmien fl-għoti tal-banda ta' 800 MHz
juri l-ħtieġa għal aktar mekkaniżmi bi prontezza u flessibbli għall-iskedar
armonizzat ta' assenjazzjonijiet mal-Unjoni kollha jew għal kategoriji
tal-Istati Membri bbażati fuq il-karatteristiċi tas-suq tal-broadband mingħajr
fili, u għad-durata armonizzata tad-drittijiet għall-użu tal-ispettru. F’dan
ir-rigward, huwa importanti li tiġi żgurata l-assenjazzjoni effiċjenti u
f’waqtha tal-ispettru armonizzat eżistenti sabiex jiġu akkumulati l-benefiċċji
soċjoekonomiċi potenzjali permezz ta’ servizzi diġitali pprovduti fuq netwerks
broadband mingħajr fili. Aktar dispożizzjonijiet speċifiċi huma
meħtieġa b’mod urġenti f’dawn l-oqsma. Biex tindirizza dawn in-nuqqasijiet,
il-Kummissjoni pproponiet miżuri leġiżlattivi konkreti bħala parti mill-pakkett
Kontinent Konness.[15]
Dawn jistabbilixxu sett ta’ prinċipji u kriterji ta’ awtorizzazzjoni komuni
tal-ispettru flimkien ma’ mekkaniżmu formali għal evalwazzjoni bejn il-pari
limitat fiż-żmien ta’ pjanijiet nazzjonali bil-għan li tiġi żgurata l-aħjar
prattika. Barra minn hekk, iċ-ċertezza legali dwar
l-iskedar komuni u d-durata tal-assenjazzjonijiet tal-ispettru għall-broadband
mingħajr fili se tkun ta’ benefiċċju għall-operaturi fl-evalwazzjonijiet
tal-każ tan-negozju tagħhom u fl-istrateġiji transfruntieri u se
tippermettilhom ikollhom aċċess prevedibbli għall-ispettru u l-kundizzjonijiet
għall-investiment. Biex jiġi żgurat li
l-politika dwar l-ispettru tar-radju tikkontribwixxi b'mod effettiv
għall-politiki tal-UE, jeħtieġ li jiżdiedu l-isforzi ta' koordinazzjoni li qed
isiru taħt il-gwida strateġika tal-RSPP u l-implimentazzjoni teknika b’suċċess
permezz tad-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-radju, billi tissaħħaħ
il-koordinazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet fi ħdan l-Ewropa. Rapport finali dwar
l-ewwel RSPP u l-progress lejn il-miri stabbiliti huma ppjanati għal tmiem
l-2015.
Anness 1 – Lista deċiżjonijiet marbuta mal-ispettru
bejn l-2006 u l-2013 Il-programm ta’ politika u definizzjoni Data || Deċiżjoni || Kontenut Is-16 ta' Diċembru 2009 || Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/978/KE || Li temenda d-Deċiżjoni 2002/622/KE li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju L-14 ta’ Marzu 2012 || Id-Deċiżjoni 243/2012/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill || Li tistabbilixxi programm ta' politika pluriennali tal-ispettru tar-radju Broadband mingħajr fili Data || Att tal-Unjoni || Kontenut It-12 ta' Frar 2007 || Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE || Li temenda d-Deċiżjoni 2005/513/KE dwar l-użu tal-faxxa ta' frekwenza ta' 5 GHz għall-implimentazzjoni ta' Sistemi ta’ Aċċess bla Wajers u n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali L-14 ta’ Frar 2007 || Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/KE || L-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju fil-medda ta' 2 GHz għal sistemi li jipprovdu servizzi satellitari mobbli Il-21 ta’ Mejju 2008 || Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE || l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ 3400-3800 MHz għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi It-13 ta’ Ġunju 2008 || Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE || L-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenza ta' 2500-2690 MHz għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika Il-5 ta’ Awwissu 2008 || Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE || L-armonizzazzjoni tal-faxex ta' frekwenza ta' 5875-5 905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi tat-Trasport Intelliġenti (ITS) Is-16 ta’ Settembru 2009 || Id-Direttiva 2009/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill || Li temenda d-Direttiva tal-GSM biex jagħmlu l-medda ta' 900 MHz disponibbli għal kwalunkwe sistema terrestri li kapaċi tipprovdi servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li jistgħu jeżistu flimkien mas-sistemi tal-GSM Is-16 ta’ Frar 2009 || Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE || L-armonizzazzjoni tal-meded ta' frekwenza ta' 900 MHz u 1800 MHz għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika Is-6 ta’ Mejju 2010 || Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/267/UE || L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi ta’ użu fil-medda ta' frekwenzi 790-862 MHz għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika It-18 ta' April 2011 || Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE, || Li temenda d-Deċiżjoni 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ 900 MHz u 1800 MHz għal servizzi ta’ elettroniċi ta' komunikazzjoni Il-5 ta' Novembru 2012 || Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/688/UE || L-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenza 1920-1980 MHz u 2110-2170 MHz għal servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika Informazzjoni dwar l-użu tal-ispettru Data || Deċiżjoni tal-Kummissjoni || Kontenut Is-16 ta’ Mejju 2007 || 2007/344/KE || Id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità It-23 ta' April 2013 || 2013/195/UE || Li tiddefinixxi arranġamenti prattiċi, formati uniformi u metodoloġija fir-rigward tal-inventarju tal-ispettru tar-radju Użu komuni Data || Deċiżjoni tal-Kummissjoni || Kontenut Id-9 ta' Novembru 2006 || 2006/771/KE || dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (SRD) It-23 ta' Novembru 2006 || 2006/804/KE || L-armonizzazzjoni tal-ispettru tal-frekwenzi tar-radju għal apparat għall-identifikazzjoni li jaħdem permezz ta’ frekwenzi tar-radju (RFID) li jopera fil-medda ta’ frekwenza ultra għolja Il-21 ta’ Frar 2007 || 2007/131/KE || Li tippermetti l-użu tal-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband It-23 ta’ Mejju 2008 || 2008/432/KE || Li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra Il-5 ta’ Awwissu 2008 || 2008/673/KE || Li temenda d-Deċiżjoni 2005/928/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenza bejn il-169,4 u l-169.8125 MHz għal ċerti tipi ta’ apparat ta’ medda qasira It-13 ta’ Mejju 2009 || 2009/381/KE || Li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra Il-21 ta' April 2009 || 2009/343/KE || Li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta' użu tal-ispektrum tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband It-13 ta’ Ġunju 2010 || 2010/368/UE || li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma' tagħmir għal meded qosra Id-29 ta’ Lulju 2011 || 2011/485/UE || Li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar il-faxxa ta' 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta' tagħmir bir-radar ta' medda qasira għall-vetturi It-8 ta' Diċembru 2011 || 2011/829/UE || Li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra Il-11 ta' Diċembru 2013 || 2013/752/UE || Li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/928/KE Komunikazzjonijiet abbord l-inġenji tal-ajru
u l-bastimenti Data || Deċiżjoni tal-Kummissjoni || Kontenut Is-7 ta' April 2008 || 2008/294/KE || Kundizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum għas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru Id-19 ta’ Marzu 2010 || 2010/166/UE || Kundizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum tar-radju għas- servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti It-12 ta' Novembru 2013 || 2013/654/UE || Li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas- servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru. Perjodi tranżitorji/arranġamenti ta'
kondiviżjoni - l-Artikolu 4.5 tad-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju Data || Deċiżjoni tal-Kummissjoni || Kontenut It-22 ta’ Mejju 2007 || 2007/346/KE || Franza — segħat ta' emissjoni limitati għall-RFID Is-16 ta' Diċembru 2008 || 2009/1/KE || Il-Bulgarija — armonizzazzjoni tal-banda ta' 2500-2690 MHz Il-25 ta’ Frar 2009 || 2009/159/KE || L-Awstrija — l-użu ta' banda ta' 5875-5905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà tal- ITS Is-6 ta' Ottubru 2009 || 2009/740/KE || France — armonizzazzjoni tal-banda ta' 500-2690 MHz Is-26 ta' Ottubru 2009 || 2009/812/KE || Franza — armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu minn apparat ta' medda qasira Il-31 ta’ Marzu 2010 || 2010/194/UE || Il-Bulgarija — armonizzazzjoni tal-banda ta' 2500-2690 Derogi taħt l-Artikolu 6 4)
tad-Deċiżjoni dwar l-RSPP rigward il-banda ta' 800 MHz Id-data tad-deċiżjoni || Deċiżjoni tal-Kummissjoni notifikata lill-Istati Membri || Kontenut It-23 ta’ Lulju 2013 || C(2013) 4546 || Spanja — 12-il xahar It-23 ta’ Lulju 2013 || C(2013) 4547 || Il-Polonja —12-il xahar It-23 ta’ Lulju 2013 || C(2013) 4569 || L-Ungerija — 18-il xahar It-23 ta’ Lulju 2013 || C(2013) 4570 || L-Awstrija — 9 xhur It-23 ta’ Lulju 2013 || C(2013) 4590 || Malta — 24 xahar It-23 ta’ Lulju 2013 || C(2013) 4592 || Is-Slovakkja — ma ngħatat l-ebda deroga It-23 ta’ Lulju 2013 || C(2013) 4593 || Ir-Rumanija — sal-5.4.2014 It-23 ta’ Lulju 2013 || C(2013) 4594 || Is-Slovenja — ma ngħatat l-ebda deroga It-23 ta’ Lulju 2013 || C(2013) 4595 || Ċipru — 36 xahar It-23 ta’ Lulju 2013 || C(2013) 4608 || Il-Finlandja — 12-il xahar It-23 ta’ Lulju 2013 || C(2013) 4613 || Litwanja — 6 xhur* Is-17 ta' Ottubru 2013 || C(2013)6765 || Il-Greċja — 30.10.2014 Is-17 ta' Ottubru 2013 || C(2013)6764 || Il-Latvja — 30 xahar Id-9 ta' Diċembru 2013 || C(2013)8690 || Ir-Repubblika Ċeka — 6 xhur** * 30 xahar għas-subbanda ta' 820-821 MHz ** Żewġ distretti
biss [1] ĠU L 81, 21.3.2012, pp. 7–17 [2] ĠU L 108, 24.4.2002, pp. 1–6 [3] Il-Grupp ta’ Politika tal-Ispettru tar-Radju huwa grupp
konsultattiv għall-Kummissjoni mwaqqaf skont id-Deċiżjoni 2002/622/KE [4] Is-CEPT huwa pjattaforma ta’ kooperazzjoni teknika fejn
il-membri minn 48 pajjiż Ewropew jikkooperaw fl-oqsma tal-karigi, l-ispettru
tar-radju u n-netwerks tat-telekomunikazzjoni [5] ĠU L 113, 25.4.2013, pp.
18-21 [6] L-EFIS hija bażi ta’ dejta onlajn li tissodisfa d-Deċiżjoni KE
2007/344/KE dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu
tal-ispettru fl-Ewropa li hija kkontrollata mill-Uffiċċju Ewropew
tal-Komunikazzjonijiet (EKO) f’Kopenħagen. [7] Id-dokument RSPG13-543
(l-Anness 1): Konsultazzjoni pubblika dwar il-Programm ta' Ħidma 2014, p.2 [8] Stqarrija
għall-istampa tal-grupp ta' livell għoli, IP/14/14
tat-13 Jannar 2014 [9] ĠU L 144, 4.6.2008, pp. 77–81; ĠU L 163, 24.6.2008, pp.
37–41; ĠU L 274, 20.10.2009, pp. 32–35 [10] Inħeġġu
l-użu komuni ta’ riżorsi ta’ spettru tar-radju fl-UE [11] Il-mandat
ta' standardizzazzjoni M 512 lis-CEN, is-CENELEC u l-ETSI għal sistemi
tar-radju rikonfigurabbli [12] ĠU L 113, 11.11.2006, pp. 66-70 [13] ĠU L 334, 13.12.2013, pp. 17-36 [14] Valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta għal Regolament
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistipula miżuri dwar is-suq uniku
Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, u biex jinkiseb Kontinent
Konness, SWD(2013) 331 final [15] Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew,
lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni
dwar is-Suq Uniku tat-Telekomunikazzjonijiet, COM(2013) 634