22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/188


P7_TA(2014)0353

Id-dimensjonijiet u l-piżijiet għal vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996, li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (COM(2013)0195– C7-0102/2013 – 2013/0105(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 443/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0195),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0102/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0256/2014),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 327, 12.11.2013, p. 133


P7_TC1-COD(2013)0105

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE, li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti Nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1)

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-White Paper “Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” ppubblikata fl-2011, tenfasizza l-ħtieġa li sal-2050 jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u b'mod partikolari dawk tad-diossidu tal-karbonju (CO2), b'60 % meta mqabbel mal-livell tal-1990 , kif ukoll b’20 % sal-2020 . [Em. 1]

(1a)

Billi attwalment ma hemm l-ebda politika stabbilita li tittratta l-emissjonijiet li qed jiżdiedu tas-CO2 mit-trakkijiet, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-introduzzjoni ta’ standards ta’ effiċjenza fl-użu tal-fjuwil għat-trakkijiet, billi tkompli testendi l-approċċ leġiżlattiv tagħha b'rabta mal-karozzi u l-vannijiet. [Em. 2]

(2)

F'dan il-qafas, il-White Paper tipprevedi li tadatta d-Direttiva 96/53/KE (3), sabiex tnaqqas il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-gass serra, b'mod li tadatta l-liġi għall-evoluzzjoni tat-teknoloġiji u għall-bżonnijiet ġodda tas-suq, u sabiex tiffaċilita t-trasport intermodali.

(3)

L-evoluzzjonijiet teknoloġiċi jinkludu l-possibbiltà li jiżdied tagħmir ajrudinamiku li jkun jista' jidħol 'il ġewwa jew jintewa fuq wara tal-vetturi, l-aktar trejlers jew semitrejlers, iżda li jaqbżu t-tul massimu permess mid-Direttiva 96/53/KE. L-istallazzjoni ta' dan it-tagħmir tista' ssir immedjatament, mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, minħabba li l-prodotti huma disponibbli fis-suq u diġà jintużaw f'kontinenti oħrajn. L-istess japplika għall-flaps ajrudinamiċi li jassorbu l-enerġija u t-tagħmir li jservi għall-protezzjoni tal-qiegħ u li huwa mmuntat fil-ġenb qrib ir-roti u fil-parti ta’ wara taħt is-semitrejlers, trejlers u vetturi oħrajn. Dan jista’ mhux biss itejjeb b’mod sinifikanti l-effiċjenza tal-enerġija tal-vettura, iżda wkoll il-ħarsien tas-saħħa tal-utenti l-oħra tat-triq. Din id-Direttiva għandha tħeġġeġ u tiffaċilita wkoll l-innovazzjoni fid-disinn tal-vetturi u tal-unitajiet tat-trasport. [Em. 3]

(3a)

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa approċċ bl-għan li jitnaqqsu l-vjaġġi ta’ kontejners vojta fit-trasport tat-triq tal-merkanzija fi ħdan il-qafas tal-miżuri li jikkonċernaw “il-piżijiet u d-dimensjonijiet” kif ukoll regoli ta’ armonizzazzjoni minima għall-kabotaġġ tat-triq sabiex jiġu evitati prattiki ta’ dumping. Barra minn hekk, ir-reviżjoni tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (4) (Direttiva tal-Eurovignette) għandha tintuża wkoll biex tirrifletti l-progress fl-istima tal-kostijiet esterni u għall-awtorizzazzjoni tal-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni għall-vetturi tqal tal-merkanzija. Qabel l-1 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta biex temenda d-Direttiva tal-Eurovignette. [Em. 4]

(4)

Il-vetturi tqal tal-merkanzija huma responsabbli għal madwar 26 % tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-trasport tat-triq fl-Ewropa waqt li l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tagħhom bilkemm tjiebet tul dawn l-aħħar 20 sena. It-titjib tal-ajrudinamika tal-kabina tal-vetturi bil-mutur għandha tippermetti wkoll titjib vantaġġjuż fuq il-prestazzjonijiet enerġetiċi tal-vetturi, flimkien mat-tagħmir imsemmi fil-premessa 3 iktar 'il fuq u huma meħtieġa b’mod urġenti sabiex is-settur tat-trasport tat-triq tal-merkanzija jnaqqas b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tal-vetturi . Madankollu, dan it-titjib huwa impossibbli bil-limiti attwali fuq it-tul stabbiliti mid-Direttiva 96/53/KE, mingħajr ma titnaqqas il-kapaċità tal-vetturi, li jqiegħed fil-periklu l-bilanċ ekonomiku tal-qasam. Għalhekk għandha tiġi pprovduta deroga fuq it-tul massimu. Kwalunkwe deroga bħal din m’għandhiex tintuża biex iżżid it-tagħbija utli tal-vettura. [Em. 5]

(5)

Fil-linji gwida tagħha dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020, il-Kummissjoni tipprevedi azzjonijiet bil-għan li l-vetturi jsiru aktar sikuri u li titjieb il-protezzjoni tal-utenti vulnerabbli. Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Forma ġdida tal-kabini għandha tikkontribwixxi wkoll għat-titjib fis-sikurezza tat-triq billi jonqos il-parti mhux viżibbli fil-viżjoni tas-sewwieqa, b'mod partikolari taħt il-windskrin u fil-ġenb tal-vettura , u b'hekk issalva għadd ta' ħajjiet ta' utenti vulnerabbli bħall-persuni għaddejjin bil-mixi jew ċiklisti. Il-forma ġdida tal-kabini għandha għalhekk, wara perjodu tranżitorju adattat, issir obbligatorja. B’ din il-forma l-ġdida se tippermetti wkoll li għandhom ukoll jiġu previsti l-istrutturi tal-assorbiment tal-enerġija f'każ ta' ħabta. Iż-żieda potenzjali fil-volum tal-kabina għandha tippermetti wkoll li jitjiebu l-livelli ta' kumdità u ta' sikurezza għas-sewwieq. [Em. 6]

(6)

Għandhom isiru testijiet fuq it-tagħmir ajrudinamiku u l-installazzjoni tiegħu fil-vetturi , skont il-proċedura tal-ittestjar għall-kejl tal-prestazzjoni ajrudinamika li qed tiġi żviluppata mill-Kummissjoni, qabel dan it-tagħmir jitqiegħed fis-suq. Għal dan il-għan, l-Istati Membri se jagħtu ċertifikati li għandhom ikunu rikonoxxuti mill-Istati Membri l-oħrajn. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida tekniċi dwar l-applikazzjoni u r-rekwiżiti għaċ-ċertifikati. [Em. 7]

(6a)

Il-White Paper tal-2011 dwar it-Trasport tipprevedi li 30 % tat-trasport tal-merkanzija fuq it-triq trasportata għal distanzi ta' 'l fuq minn 300 km għandu jaqleb għal mezzi oħra bħall-ferrovija jew it-trasport fuq l-ilma sal-2030, u aktar minn 50 % sal-2050, iffaċilitat minn kurituri effiċjenti u tat-trasport ekoloġiku tal-merkanzija. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, jeħtieġ li tiġi żviluppata infrastruttura adattata. Dan l-għan ġie approvat mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti  (6) . [Em. 8]

(6b)

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011 ir-reviżjoni tad-Direttiva 96/53/KE se tkun opportunità biex jittejbu s-sikurezza u l-kumdità tas-sewwieqa billi jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE  (7) (“Direttiva Qafas dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol”). [Em. 9]

(7)

L-aktar vetturi twal jistgħu jintużaw fit-trasport transfruntier jekk iż-żewġ Stati Membri kkonċernati jkunu jippermettu dan diġà u jekk il-kundizzjonijiet tad-deroga skont l-Artikoli 4, il-paragrafi 3, 4 jew 5 tad-Direttiva jkunu ssodisfati. Il-Kummissjoni Ewropea diġà pprovdiet linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva. L-attivitajiet tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 4(4), ma jaffettwawx ħafna l-kompetizzjoni internazzjonali jekk l-użu transfruntier jibqa' limitat għal żewġ Stati Membri fejn l-infrastruttura eżistenti u r-rekwiżiti tas-sikurezza tat-triq jippermettu dan. B'dan il-mod jintlaħaq bilanċ bejn, min-naħa l-waħda, id-dritt tal-Istati Membri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà, li jiddeċiedu x'inhuma s-soluzzjonijiet xierqa għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li politiki tali ma jagħmlux ħsara lis-suq intern. Għalhekk id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(4) qed jiġu kkjarifikati. [Em. 10]

(8)

L-użu ta' motorizzazzjoni alternattiva li ma baqgħux jużaw biss l-enerġija mill-fjuwils fossili, u li għalhekk ma jkunux iniġġsu jew iniġġsu anqas, bħall-motorizzazzjoni elettrika jew ibrida għal piżijiet tqal jew għall-karozzi tal-linja (essenzjalment f'ambjent urban jew periurban), iwassal għal piż żejjed li ma għandux jiġi kontabilizzat għad-detriment tal-piż utli tal-vettura, sabiex is-settur tat-trasport tat-triq ma jiġix ippenalizzat f'termini ekonomiċi. Il-vetturi mgħammra b'teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju għandhom jitħallew jeċċedu l-piż massimu b'mhux iktar minn tunnellata, skont il-piż meħtieġ għat-teknoloġija. Madankollu, dan il-piż żejjed ma għandux jgħolli l-volum tal-ħażna tal-vettura. Il-prinċipju ta’ newtralità f’termini teknoloġiċi għandu jinżamm. [Em. 11]

(9)

Il-White Paper dwar it-trasport tinsisti wkoll fuq il-ħtieġa li wieħed jadatta għall-evoluzzjonijiet tat-trasport intermodali, b'mod partikolari fil-każ tat-trasport bil-kontejners, fejn qed jintużaw dejjem aktar kontejners ta' 45 pied. Dawn jiġu trasportati bil-ferrovija jew permezz tal-passaġġi tal-ilma. Iżda l-parti tat-triq fit-trasport intermodali tista' tintuża biss, illum il-ġurnata, jekk l-Istati Membri u t-trasportaturi jsegwu proċeduri amministrattivi limitati jew jekk dawn il-kontenituri jkollhom irkejjen maqtugħin iċċertifikati li l-ispiża tagħhom hija waħda projbittiva. Żieda ta' 15-il ċentimetru fil-vetturi li jkunu qed iġorruhom tista' tevita l-proċeduri amministrattivi lit-trasportatur, u tiffaċilita t-trasport intermodali, mingħajr riskju jew preġudizzju għall-utenti l-oħra tat-triq jew għall-infrastruttura. Fil-fatt, l-estensjoni żgħira ta' dawn il-15-il ċentimetru b'rabta mat-tul tal-piżijiet tqal artikulati (16,50 m) ma tikkostitwixxix riskju addizzjonali għas-sikurezza tat-triq. Skont il-linja politika tal-White Paper dwar it-trasport, din iż-żieda, madankollu, hija biss awtorizzata għat-trasport intermodali, li fih il-parti tat-triq ma taqbiżx it-300 km għall-operazzjonijiet li jimplikaw parti ferrovjarja, fix-xmara jew parti marittima. Din id-distanza tidher waħda suffiċjenti biex tgħaqqad flimkien sit industrijali jew kummerċjali ma' stazzjon għat-trasbord jew port fix-xmara. Sabiex jiġi konness port marittimu u jkun hemm appoġġ għall-iżvilupp ta' awtostradi tal-baħar, huwa possibbli li jkun hemm distanza itwal għal operazzjoni tat-trasport marittimu fuq distanza qasira fl-Ewropa. [Em. 12]

(10)

Sabiex tissokta l-promozzjoni tat-trasport intermodali u sabiex jiġi kkunsidrat il-piż ta' kontejners vojta ta' 45 pied, jeħtieġ li tiġi estiża d-dispożizzjoni li tawtorizza ċ-ċirkulazzjoni ta' vetturi b'5 sa 6 fusijiet b'piż ta' 44 tunnellata li jittrasportaw, fi trasport intermodali, kontejners ta' 40 pied għal dawk li jitrasportaw kontejners ta' 45 pied.

(11)

Sa mill-adozzjoni tad-Direttiva 96/53/KE, il-piż medju tal-passiġġieri tal-kowċis kif ukoll tal-bagalji tagħhom, żdied b'mod sostanzjali u dan wassal għal tnaqqis progressiv fl-għadd ta' passiġġieri trasportati, meta jitqiesu l-limiti tal-piżijiet imposti mid-Direttiva. Il-ħtieġa li jkun iffavorit it-trasport kollettiv fil-konfront ta' dak individwali sabiex ikun hemm effiċjenza enerġetika aħjar, twassal sabiex jerġa' jiġi stabbilit mill-ġdid l-għadd ta' passiġġieri ta' qabel għal kull kowċ filwaqt li tiġi kkunsidrata din iż-żieda fil-piżijiet tagħhom u tal-bagalji tagħhom. Dan jista' jsir permezz ta' żieda fil-piż ammissibbli tal-kowċis b'żewġ fusijiet, fil-limiti li, madankollu, jippermettu li ma ssirx ħsara lill-infrastrutturi minħabba brix aktar rapidu.

(12)

L-awtoritajiet responsabbli għar-rispett tal-preskrizzjonijiet marbuta mat-trasport tat-triq jiddikjaraw għadd għoli ta' ksur, xi drabi gravi, b'mod partikolari fir-rigward tal-piżijiet tal-vetturi tat-trasport. Din is-sitwazzjoni tirriżulta mill-għadd insuffiċjenti ta' kontrolli mwettqa skont id-Direttiva 96/53/KE, jew mill-effikaċja dgħajfa ta' dawn il-kontrolli. Minbarra dan, il-proċeduri u r-regoli ta' kontroll huma differenti fl-Istati Membri, u dan joħloq sitwazzjonijiet ta' insikurezza ġuridika għas-sewwieqa ta' vetturi li jiċċirkulaw f'bosta Stati Membri tal-Unjoni. Ukoll, dawk it-trasportaturi li ma jirrispettawx ir-regoli marbuta ma' dan il-qasam, jibbenefikaw minn vantaġġ kompetittiv sinifikanti meta mqabbel mal-kompetituri tagħhom li jimxu mar-regoli, u meta mqabbel ma' modi oħra ta' trasport. Din is-sitwazzjoni hija ta' ostaklu għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern u ta’ riskju għas-sikurezza tat-triq . Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri jżidu r-ritmu u l-effiċjenza tal-kontrolli mwettqa, kemm dawk manwali kif ukoll il-preselezzjonijiet fid-dawl ta' tali kontroll , abbażi ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskji . [Em. 13]

(13)

Fil-fatt, diġà huma disponibbli soluzzjonijiet tekniċi sempliċi, fissi jew mobbli li jippermettu l-preselezzjoni, mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li l-vetturi jitwaqqfu, tal-vetturi suspettati bi ksur; dan huwa mod li jxekkel anqas il-fluss tat-traffiku, huwa anqas oneruż u jippermetti kundizzjonijiet ottimi ta' sikurezza. Ċertu tagħmir jista' jittella' abbord piżijiet tqal u jipprovdi lis-sewwieq b'mezz ta' awtokontroll li jippermettilu jkun jaf jekk huwiex konformi mal-liġi. Dan it-tagħmir abbord jista' wkoll jikkomunika d-dettalji dwar il-vetturi, mingħajr ma jkun hemm għalfejn titwaqqaf il-vettura, lill-pulizija jew lis-sistemi awtomatiċi ta' kontroll li jitqiegħdu fit-triq, billi juża interfaċċja ta' komunikazzjoni li taħdem bil-microwaves. Fil-preselezzjoni, limitu minimu ta' piż ta' 2 000 vetturi-kilometru jiggarantixxi l-effikaċja tal-kontroll fit-triq fit-territorju tal-Unjoni, għaliex jippermetti l-kontroll ta' kull vettura permezz ta' medja statistika kull tlett ijiem.

(14)

Għadd kbir ta' ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/53/KE ġeneralment jirriżulta mil-livell mhux dissważiv tas-sanzjonijiet previsti mil-liġi tal-Istati Membri f'każ ta' ksur ta' dawn ir-regoli, inkluż in-nuqqas ta' tali sanzjonijiet. Din id-dgħufija tiggrava aktar minħabba d-diversità kbira tal-livelli ta' sanzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istati Membri differenti. Sabiex ikun hemm rimedju għal dawn id-dgħufijiet, jeħtieġ li, fil-livell tal-Unjoni, jiġu armonizzati l-livelli u l-kategoriji ta' sanzjonijiet amministrattivi għall-ksur tad-Direttiva 96/53/KE. Dawn is-sanzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u, dissważivi u mhux diskriminatorji . [Em. 14]

(15)

L-awtoritajiet tal-kontroll fl-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni sabiex il-kontrolli tal-piżijiet tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni tal-vetturi jsiru aktar effikaċi fil-livell internazzjonali, u sabiex il-kontrolli jitwettqu kif xieraq b'mod aktar faċli, b'mod partikolari l-identifikazzjoni ta' min ikun qed iwettaq il-ksur, id-deskrizzjoni tal-ksur u tas-sanzjonijiet applikati, u l-istat ta' rispettabbiltà tal-intrapriżi kkonċernati. Il-punt ta' kuntatt magħżul skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (8), jista' jservi ta' punt ta' konverġenza għal dan l-iskambju ta' informazzjoni.

(16)

Xieraq li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiġu infurmati b'mod regolari dwar il-kontrolli li jsiru mill-Istati Membri fit-toroq. Din l-informazzjoni, mogħtija mill-Istati Membri mill-punti ta’ kuntatt rispettivi tagħhom , se tippermetti lill-Kummissjoni li tiżgura r-rispett ta' din id-Direttiva min-naħa tat-trasportaturi u li teżamina jekk il-miżuri sfurzati għandhomx jiġu elaborati jew le. [Em. 15]

(16a)

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Anness I mad-Direttiva 96/53/KE u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tagħha, billi inter alia tqis l-impatti fuq il-kompetizzjoni internazzjonali, id-diviżjoni modali, l-ispiża tal-adattament tal-infrastruttura u l-objettivi ambjentali u ta' sikurezza tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-White Paper tal-2011 dwar it-Trasport. [Em. 16]

(17)

Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sabiex tiddefinixxi l-eżiġenzi applikabbli għat-tagħmir ajrudinamiku ġdid u t-tagħmir il-ġdid li jservi għall-protezzjoni tal-qiegħ li jitqiegħed fuq wara u fil-ġnub tal-vetturi jew għall-kunċett ta' vetturi bil-mutur ġodda, bil-għan li jiġu riveduti l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip kif imsemmi fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (9) fi ħdan il-qafas tar-regolamenti tan-NU/KEE, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jippermettu li tiġi żgurata l-interoperabilità sħiħa tat-tagħmir abbord tal-piż, u l-gwidi dwar il-proċeduri ta' kontroll tal-piż tal-vetturi fit-triq. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Matul it-tħejjija u l-elaborazzjoni tal-atti ddelegati, Il-konsultazzjonijiet għandhom jinkludu l-partijiet interessati bħall-produtturi, is-sewwieqa, l-assoċjazzjonijiet tas-sigurtà fit-toroq, l-awtoritajiet tat-traffiku u ċ-ċentri ta' taħriġ. I l-Kummissjoni tieħu ħsieb li d-dokumenti rilevanti jiġu trażmessi simultanjament, fi żmien xieraq u b'mod approprjat, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. għandha tippubblika rapport dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni . Il-partijiet interessati għandu jkollhom ħin biżżejjed biex jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti.[Em. 17]

(18)

Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva ma jistgħux jitwettqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba d-dimensjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva, jitwettqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, dawn jistgħu jieħdu l-miżuri neċessarji skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà ddedikati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif imniżżel f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex tilħaq dan l-għan.

(19)

Jeħtieġ għalhekk li d-Direttiva 96/53/KE tiġi emendata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 96/53/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Ir-referenzi għad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE huma mibdula b'referenza għad-Direttiva 2007/46/KE

(2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2 huwa kkompletat bid-definizzjonijiet li ġejjin:

“vettura bi propulsjoni ibrida”: vettura skont it-tifsira tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni “teknoloġija b'livell baxx ta' karbonju” tfisser teknoloġija li ma tiddependix bis-sħiħ minn sorsi ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi  (10) , li jkollha mutur wieħed jew aktar ta' trazzjoni li jaħdem bl-elettriku żejt fossili fil-provvista tal-enerġija għat-trasport u li mhuwiex imqabbad tikkontribwixxi b'mod permanenti man-netwerk jew ikollha mutur wieħed jew aktar ta' trazzjoni ta' kombustjoni interna; sinifikanti għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport. Is-sorsi jinkludu:

l-elettriku,

l-idroġenu,

il-fjuwils sintetiċi,

bijokarburanti avanzati,

il-gass naturali, inkluż il-bijometan, f’forma gassuża (gass naturali kkompressat – CNG) u f’forma likwifikata (gass naturali likwifikat – LNG), u

sħana mitlufa. [Em. 18]

“vettura elettrika”: vettura skont it-tifsira tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi  (11) , li jkollha mutur wieħed jew aktar ta' trazzjoni li jaħdem bl-elettriku u li mhuwiex imqabbad b'mod permanenti man-netwerk; [Em. 19]

“unità tat-trasport ta' tagħbija intermodali”: unità li tista' tidħol fil-kategoriji li ġejjin: kontejner, kaxxa skambjabbli, semitrejlers; [Em. 20 Din l-emenda tapplika fit-test kollu]

(a)

Il-kelma “nazzjonali” titneħħa fil-punti a) u b) tal-paragrafu 1. [Em. 21]

(b)

L-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tinbidel bis-sentenza li ġejja:

“L-operazzjonijiet tat-trasport jitqiesu li ma jaffettwawx ħafna l-kompetizzjoni internazzjonali fil-qasam tat-trasport, jekk jitwettqu fit-territorju ta' Stat Membru, jew fil-każ ta' operazzjoni transfruntiera, bejn żewġ Stati Membri li l-fruntieri tagħhom imissu ma' xulxin biss u li kull wieħed minnhom ikun adotta miżuri li ttieħdu b'applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, jekk tkun issodisfata kundizzjoni waħda jew oħra previsti fil-punti a) u b):” [Em. 22]

3)

L-artikolu 4(6), 4(5)(b), 4(8)(a), jitħassru.

4)

L-Artikolu 5 jinbidel kif ġej:

(a)

il-kliem “mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(6)” jitħassru.

(b)

Punt (b) jitħassar.

(5)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 8

1.   Bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni ajrudinamika tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni ta' vetturi, it-tul massimu previst fil-punt 1.1 tal-Anness I  sa massimu ta' 500 mm , jista’ jinqabeż għall-vetturi jew għall-kombinazzjoni ta' vetturi mgħammra bit-tagħmir li jwieġeb għall-ħtiġijiet ippreċiżati hawn taħt. L-uniku għan ta' dan il-qbiż fit-tul hija ż-żieda, fuq wara tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni ta' vetturi, ta' tagħmir li jtejjeb il-karatteristiċi ajrudinamiċi tiegħu. [Em. 23]

2.   Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni u tas-sikurezza li t-tagħmir imsemmi fl-ewwel paragrafu jrid jissodisfa, huma dawn li ġejjin:

it-titjib sinifikanti fil-prestazzjonijiet ajrudinamiċi tal-vetturi,

f'termini ta' sikurezza tat-triq u ta' sikurezza tat-trasport intermodali, b'mod partikolari:

(i)

l-iffissar u ż-żamma maż-żmien tat-tagħmir sabiex jiġi limitat garantit li ma jeżistix ir-riskju li jinqala', [Em. 24]

(ii)

sinjalazzjoni matul il-jum u l-lejl skont il-kondizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-installazzjoni ta’ tagħmir tad-dawl u tas-sinjalazzjoni bid-dawl , li tkun effikaċi f'kundizzjonijiet meteoroloġiċi ħżiena u li tippermetti li l-parti esterna tal-vettura tkun viżibbli għall-utenti l-oħra tat-triq, [Em. 25]

(iii)

disinn li jillimita r-riskji li jkollhom il-vetturi l-oħra u l-passiġġieri tagħhom f'każ ta' ħabta,

(iv)

it-tagħmir ma jżidx b'mod sinifikanti r-riskji li l-vettura tinqaleb minħabba rjieħ laterali;

(iva)

disinn li ma jnaqqasx il-viżibbiltà tas-sewwieq tal-vettura ta’ wara, [Em. 26]

id-dħul fin-netwerks eżistenti, b'mod partikolari

(i)

iż-żamma tal-immaniġġjar tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni ta' vetturi fuq l-infrastrutturi tat-toroq, urbani u interurbani,

(ii)

għat-trejlers u semitrejlers ikkonċernati, id-dħul fl-unitajiet ferrovjarji, marittimi u tax-xmajjar matul l-operazzjonijiet tat-trasport intermodali,

(iii)

dan it-tagħmir ikun jitgħawweġ, jiddaħħal 'il ġewwa jew jinqala' faċilment mis-sewwieq. [Em. 27]

Il-qbiż tat-tul massimu ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità ta' tagħbija tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni tal-vetturi. [Em. 28]

3.   Qabel il-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, it-tagħmir ajrudinamiku miżjud u l-istallazzjoni tiegħu fuq il-vetturi jridu jiġu awtorizzati mill-Istati Membri li fil-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (*1). Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jagħtu ċertifikat. Dan li jiċċertifika r-rispett tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 ta' hawn fuq u jindika li t-tagħmir jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-titjib tal-prestazzjonijiet ajrudinamiċi. Iċ-ċertifikati tal-awtorizzazzjoni mogħtija fi Stat Membru huma rikonoxxuti mill-Istati Membri l-oħrajn. [Em. 29]

4.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 16, sabiex tikkompleta r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2. Dawn jieħdu l-forma ta' karatteristiċi tekniċi, tal-livelli minimi ta' prestazzjonijiet, ta' limiti tad-disinn u ta' proċeduri maħsuba għall-għoti ta' ċertifikat tat-test imsemmi fil-paragrafu 3. L-atti ddelegati, għall-ewwel darba, għandhom jiġu adottati sa mhux iktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva. [Em. 30]

Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tiżgura koerenza mal-atti legali tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip. [Em. 31]

5.   Sakemm jiġu adottati l-atti ddelegati, il-vetturi jew il-kombinazzjoni ta' vetturi mgħammra bit-tagħmir ajrudinamiku fuq wara tal-vetturi u li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 u eżaminati skont il-paragrafu 3, jistgħu jiċċirkulaw jekk it-tul tagħhom ikun jaqbeż, sa massimu ta' żewġ metri, it-tul stabbilit fil-punt 1.1 tal-Anness I. Din il-miżura tranżitorja tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. [Em. 32]

(*1)  Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).”"

6.

Jitħassar l-Artikolu 8a.

(7).

L-Artikolu 9 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 9

1.   Bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni ajrudinamika u s-sikurezza fit-triq tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni ta' vetturi, it-tul massimu previst fil-punt 1.1 tal-Anness I, jista' jinqabeż għall-vetturi jew għall-kombinazzjoni ta' vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ppreċiżati fil-paragrafu 2 ta' hawn taħt. L-għan prinċipali ta' dan il-qbiż huwa li jippermetti l-bini ta' kabini ta' tratturi filwaqt li jittejbu l-karatteristiċi ajrudinamiċi tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni tal-vetturi, u li jtejjeb is-sikurezza fit-triq għal utenti tat-triq dgħajfin kif ukoll għal vetturi waqt kolliżjonijiet fuq in-naħa ta’ wara . [Em. 33]

2.   Ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni u sikurezza li l-kabini msemmija fl-ewwel paragrafu jridu jissodisfaw, huma dawn li ġejjin:

it-titjib fil-prestazzjonijiet ajrudinamiċi tal-vetturi,

it-tisħiħ tas-sikurezza tat-triq u tas-sikurezza fit-trasport intermodali, b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat li l-forma ta' quddiem tal-kabina:

(i)

ittejjeb il-viżibbiltà għas-sewwieq tal-utenti il-viżjoni diretta biex l-utenti vulnerabbli, jkunu iktar viżibbli għas-sewwieqa b'mod partikolari billi tnaqqas il-parti il-partijiet mhux viżibbli li tkun taħt il-windskrin ta' quddiem, u madwar il-kabina u , fejn meħtieġ, billi jitqiegħed tagħmir addizzjonali, bħal mirjat u sistemi ta' kameras, [Em. 34]

(ii)

tnaqqas il-ħsarat f'każ ta' ħabta ma' vetturi oħra u ttejjeb il-prestazzjoni tal-assorbiment tal-enerġija billi titwaħħal sistema tal-immaniġġjar tal-ħbit li tassorbi l-enerġija ; [Em. 35]

(iia)

it-titjib tal-protezzjoni tal-persuni mexjin bl-aġġustament tad-disinn ta’ quddiem sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ overruns f’każ ta’ kolliżjonijiet ma’ utenti vulnerabbli tat-triq billi titħeġġeġ id-diverżjoni lejn il-ġenb tal-utenti vulnerabbli [Em. 36]

l-immaniġġjar tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni ta' vetturi fuq l-infrastrutturi u mingħajr ma jiġu imposti l-limiti fuq l-użu tal-vetturi fit-terminali intermodali,

il-kumdità u s-sikurezza tas-sewwieqa fir-rigward tat-titjib tal-kwalità tal-post tax-xogħol . [Em. 37]

Il-fatt li jinqabeż it-tul massimu ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni tal-vetturi.

(2a)     Bil-għan li jittejbu s-sikurezza u l-kumdità tas-sewwieq, u fl-aħħar nett li jiġi żgurat it-titjib tas-sikurezza fit-toroq tal-vetturi fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, ir-rekwiżiti ta’ sikurezza u kumdità msemmija fl-Artikolu 9(2) li għandhom jintlaħqu mill-kabini tas-sewwieqa huma dawn li ġejjin:

konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE  (*2) (“id-Direttiva Qafas tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol”), bil-ġerarkija tagħha ta’ miżuri ta’ prevenzjoni għall-eliminazzjoni ta’ sorsi tal-vibrazzjoni tal-ġisem kollu u ta’ diżordni muskoluskeletali;

il-kabina tas-sewwieq tiġi mgħammra b’karatteristiċi ta’ sikurezza, l-ewwel u fuq kollox b’punt ta’ ħruġ sigur mill-kabina f’każ ta’ nar;

iż-żieda fid-daqs tal-kabina tas-sewwieq biex tadatta għar-rekwiżiti ta’ kumdità u sikurezza għas-sedili u l-couchettes tas-sewwieq waqt li jiġu kkunsidrati sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. [Em. 38]

3.   Qabel il-kummerċjalizzazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jeżaminaw il-prestazzjonijiet ajrudinamiċi u ta' sikurezza tad-disinji l-ġodda tal-vetturi bil-mutur fil-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE u għalhekk jagħtu ċertifikat. Dan jiċċertifika l-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 ta' hawn fuq. It-test tal-prestazzjoni ajrudinamika ta dawn il-vetturi għandu jkun konformi mar-regoli rilevanti għall-kejl tal-prestazzjoni ajrudinamika żviluppat mill-Kummissjoni . Iċ-ċertifikati tat-test mogħtija fi Stat Membru huma rikonoxxuti mill-Istati Membri l-oħrajn. [Em. 39]

3a.     Vetturi ġodda N2 u N3 u taħlita ta' vetturi għandhom jużaw kabini li huma konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 9(2) minn [seba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. [Em. 40]

4.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 16 u bi qbil mar-regolamenti eżistenti tal-NU/KEE , sabiex tikkompleta r-rekwiżiti li l-kabini l-ġodda tat-trattur iridu jissodisfaw, u li huma msemmija fil-paragrafu 2. Dawn jieħdu l-forma ta' karatteristiċi tekniċi, ta' livelli minimi ta' prestazzjonijiet fis-sigurtà u s-settur ajrudinamiku , ta' limiti tad-disinn u ta' proċeduri maħsuba għall-għoti ta' ċertifikat tat-test imsemmi fil-paragrafu 3. L-atti ddelegati, għall-ewwel darba, għandhom jiġu adottati sa mhux iktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva. [Em. 41]

(*2)   Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).” "

(8)

Fl-Artikolu 10, il-frażi “id-data indikata fl-Artikolu 11” jinbidlu bi “17 ta' Settembru 1997”.

(9)

L-Artikolu 10a huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 10a

Il-piżijiet massimi tal-vetturi bi propulsjoni ibrida jew bi propulsjoni kompletament elettrika mgħammra b’teknoloġija b’livell baxx tal-karbonju huma dawk indikati fil-punt 2.3.1 2.3.4 tal-Anness I. [Em. 42]

Il-vetturi bi propulsjoni ibrida jew elettrika mgħammra b’teknoloġija b’livell baxx tal-karbonju għandhom, madankollu, jirrispettaw il-limiti indikati fil-punt 3 tal-Anness I: piżijiet massimi awtorizzati għal kull fus.”[Em. 43]

(10)

L-Artikolu 11 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 11

Id-dimensjonijiet massimi stabbiliti fil-punti 1.1 u 1.6 tal-Anness I jistgħu jinqabżu bi 15-il ċentimetru għall-vetturi jew għall-kombinazzjoni ta' vetturi li jittrasportaw kontenituri jew kaxex skambjabbli ta' 45 pied, fil-każ fejn it-trasport fit-triq tal-kontejner jew tal-iswap body ikun jagħmel parti mit-parti minn operazzjoni ta' trasport intermodali. [Em. 44]

Minħabba dan l-Artikolu u l-punt 2.2.2 c) tal-Anness I, l-operazzjoni tat-trasport intermodali tuża, tal-inqas, il-ferrovija, it-trasport bix-xmara jew it-trasport marittimu. Tkun tikkonsisti wkoll minn parti li tinvolvi t-triq fil-bidu jew lejn it-tmiem tal-vjaġġ tagħha. Kull parti li tinvolvi t-triq ma tistax tkopri aktar minn 300 km tat-territorju tal-Unjoni Ewropea, jew sal-eqreb terminali li bejniethom ikun hemm servizz regolari. Operazzjoni tat-trasport titqies ukoll bħala trasport intermodali jekk tuża t-trasport marittimu fuq distanza qasira fl-Ewropa, ikun xi jkun it-tul tal-vjaġġi fit-triq inizjali u dawk finali. Il-vjaġġ inizjali u l-vjaġġ finali fit-triq f'operazzjoni li tuża t-trasport marittimu fuq distanza qasira fl-Ewropa, jibdew mill-punt tat-tagħbija tal-merkanzija sal-eqreb port marittimu xieraq għall-vjaġġ inizjali u/jew f'dak il-każ bejn l-eqreb port marittimu xieraq u l-punt ta' żbark tal-merkanzija għall-vjaġġ finali Sal-2017, il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, għandha tagħmel proposta leġiżlattiva biex tememnda d-Direttiva 92/106/KEE  (*3) u, b'mod partikolari, id-definizzjoni eżistenti ta' trasport kombinat, sabiex jitqies l-iżvilupp fit-trasport bil-kontejners u biex jiġi faċilitat l-iżvilupp ta' trasport intermodali effiċjenti. [Em. 45]

(*3)   Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport kombinat ta' merkanzija bejn Stati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).” "

(11)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 12

1.   L-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' preselezzjoni u ta' kontroll li għandha fil-mira l-vetturi u twettaq kontrolli fuq il-vetturi jew il-kombinazzjoni ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni, sabiex jassiguraw ir-rispett tal-obbligi ta' din id-Direttiva. [Em. 46]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-għadd u s-severità ta' kwalunkwe ksur ta' din id-Direttiva li tkun wettqet impriża individwali tiġi introdotta fis-sistema ta' stabbiliment tar-riskju li twaqqfet bl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE  (*4) . [Em. 47]

Meta jkunu qed jiġu identifikati l-vetturi suġġetti għal spezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħżlu, bħala prijorità, il-vetturi mħaddma minn impriżi bi profil ta’ riskju għoli kif imsemmi fid-Direttiva 2006/22/KE. Il-vetturi jistgħu wkoll jintgħażlu għal spezzjonijiet b'mod arbitrarju. [Em. 48]

2.   Wara li tgħaddi l-iskadenza ta' sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jagħmlu miżuri ta' piż fuq il-vetturi jew fuq il-kombinazzjoni ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni. Dawn il-miżuri ta' preselezzjoni għandhom l-għan li jżidu l-effiċjenza tal-ispezzjonijiet u jidentifikaw il-vetturi li dwarhom hemm suspett ta' ksur u li għandhom jiġu kkontrollati manwalment. Dawn jistgħu jsiru bl-għajnuna ta' sistemi awtomatiċi mqiegħda fuq l-infrastrutturi, jew ta' sistemi abbord il-vetturi skont il-paragrafu 6 ta' hawn taħt. Is-sistemi awtomatiċi għandhom jippermettu l-identifikazzjoni tal-vetturi li dwarhom hemm suspett ta' eċċess fil-piż massimu awtorizzat. Iċ-ċertifikazzjoni ta' dawn is-sistemi awtomatiċi min-naħa tal-Istati Membri, li ma jkunux intużaw ħlief għal preselezzjoni u mhux biex jikkaratterizzaw il-ksur, mhijiex obbligatorja. I s-sistemi abbord jistgħu jiġu integrati ma' takografi diġitali installati fil-vetturi bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*5) . [Em. 49]

3.   L-Istati Membri jipproċedu għal għadd ta' miżuri ta' preselezzjoni li jirrappreżentaw tal-anqas piż għal 2 000 vettura-kilometru f'medja annwali.

4.   L-Istati Membri jaraw li l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw l-informazzjoni neċessarja sabiex il-kontrolli jsiru aktar effikaċi fil-livell tal-Unjoni u sabiex dawn jiġu ffaċilitati, b'mod partikolari permezz tal-punt ta' kuntatt nazzjonali responsabbli għall-iskambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn. Din l-informazzjoni neċessarja tinkludi, b'mod partikolari, l-identifikazzjoni ta' min iwettaq il-ksur, id-deskrizzjoni tal-ksur imwettaq u s-sanzjonijiet applikati flimkien mal-istat ta' rispettabbiltà tal-intrapriża kkonċernata. Il-punt ta' kuntatt huwa magħżul skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6).

5.   Il-vetturi li dwarhom hemm suspett ta' eċċess fil-piż wara li tkun twettqet il-preselezzjoni skont il-paragrafu 2, huma s-suġġett ta' miżura waħda jew aktar minn fost dawn li ġejjin:

(i)

kontroll fit-triq permezz ta' tagħmir ta' kejl approvat wara l-interċettazzjoni tal-vettura,

(ii)

notifika li tintbagħat lill-intrapriża tat-trasport bl-informazzjoni li tikkonċerna s-suspett fil-konfront tal-eċċess fil-piż tal-vettura,

(iii)

kontroll tal-intrapriża tat-trasport fil-postijiet tagħha, b'mod partikolari f'każ ta' reċividità wara li tintbagħat l-informazzjoni msemmija f'(ii).

6.   Skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-fatt li l-vetturi u l-kombinazzjoni ta' vetturi jiġu mgħammra b'tagħmir vetturi ġodda N2 u N3 u taħlitiet ta' vetturi għandhom jiġu mgħammra b’sistemi ta' ppeżar abbord (piż totali u piż għal kull fus) li jippermetti li f'kull mument ikunu jistgħu jiġu kkomunikati d-dettalji tal-ippeżar; mill-vettura li tkun qed tiċċirkola lejn l-awtorità li tkun qed twettaq il-kontrolli fit-triq jew li tkun responsabbli għar-regoli tat-trasport tal-merkanzija minn [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] . Il-komunikazzjoni ssir permezz ta' interfaċċja ddefinita bl-istandards CEN DSRC (*7) EN 12253, EN 12795, EN 12834, EN 13372 u ISO 14906. L-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli wkoll għas-sewwieq. [Em. 50]

7.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 16 fir-rigward ta'

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kumplimentari li jippermettu li tiġi żgurata l-interoperabilità sħiħa fil-livell tal-Unjoni, it-tagħmir abbord ta' ppeżar imsemmi fil-paragrafu 6 hawn fuq, sabiex l-awtoritajiet ta' kull Stat Membru jkunu jistgħu jikkomunikaw bl-istess mod mal-vetturi u mal-kombinazzjoni ta' vetturi rreġistrati fl-Istat Membru kollha u f'dak il-każ, tiġi skambjata informazzjoni li tkun waslet mal-awtoritajiet ta' Stati Membri oħrajn.

il-proċeduri ta' kontroll tal-preselezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-mezzi materjali użati għall-kontrolli tal-preselezzjoni, ir-rekwiżiti tal-preċiżjoni u r-regoli tal-użu ta' dawn il-mezzi materjali. Dawn il-proċeduri, l-ispeċifikazzjonijiet u r-regoli tal-użu għandhom l-għan li jiżguraw li l-kontrolli jsiru bl-istess mod fl-Istati Membri kollha filwaqt li b'dan il-mod jiġi garantit trattament ugwali għat-trasportaturi kollha fit-territorju kollu tal-Unjoni.

il-proċeduri u speċifikazzjonijiet komuni għall-ilħiq ta' livell suffiċjenti ta' affidabilità li jippermetti li s-sistemi abbord jintużaw għall-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-Artikolu 13. [Em. 51]

7a.     Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk is-sistemi abbord, meta interkonness mat-takografu diġitali, jistax ikun utli għall-infurzar ta’ leġiżlazzjoni oħra dwar it-trasport tat-triq. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proposti leġiżlattivi. [Em. 52]

(*4)   Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35). "

(*5)   Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 ta' Frar 2014 takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali relatata mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1). "

(*6)  Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51)."

(*7)  DSRC: Dedikata Komunikazzjonijiet ta' Medda Qasira.”"

(12)

L-Artikolu 13 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 13

1.   Il-ksur fid-Direttiva preżenti huwa kklassifikat f'kategoriji differenti skont il-livell ta' serjetà tagħhom.

2.   Piż żejjed li jkun inqas minn 5 2 % tal-piż massimu awtorizzat fil-punti 2, 3, 4.1 u 4.3 tal-Anness 1 jippermetti avviż bil-miktub lill-intrapriża tat-trasport, li jista' jwassal għal sanzjoni, jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi dan it-tip ta' sanzjoni; [Em. 53]

3.   Piż żejjed ta' bejn 5 2 u 15 % tal-piż massimu awtorizzat fil-punti 2, 3, 4.1 u 4.3 tal-Anness 1 huwa meqjus bħala ksur minuri skont it-tifsira ta' din id-Direttiva u jwassal għal sanzjoni finanzjarja. L-awtoritajiet tal-kontroll jistgħu wkoll iwaqqfu l-vettura sabiex tinħatt sakemm din tilħaq il-piż massimu awtorizzat; [Em. 54]

4.   Piż żejjed ta' bejn 10 u 20 15  % tal-piż massimu awtorizzat fil-punti 2, 3, 4.1 u 4.3 tal-Anness 1 huwa meqjus bħala ksur gravi skont it-tifsira ta' din id-Direttiva. Dan iwassal għal sanzjoni finanzjarja u għaż-żamma immedjata tal-vettura sabiex din tinħatt sakemm tilħaq il-piż massimu awtorizzat. [Em. 55]

5.   Piż żejjed ta' 20 15  % tal-piż massimu awtorizzat fil-punti 2, 3, 4.1 u 4.3 tal-Anness 1 huwa meqjus bħala ksur serju ħafna skont it-tifsira ta' din id-Direttiva, minħabba r-riskji kbar għall-utenti l-oħra tat-triq. Dan iwassal għal żamma immedjata tal-vettura sabiex din tinħatt sakemm tilħaq il-piż massimu awtorizzat flimkien ma' sanzjoni finanzjarja. Għandha tiġi implimentata l-proċedura tat-telf ta' rispettabbiltà tal-intrapriża tat-trasport skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009  (12), [Em. 56]

6.   Tul żejjed , għoli jew wisa' żejda ta' anqas minn 2 1  % tad-dimensjonijiet massimi indikati fil-punt 1 tal-Anness 1 tippermetti avviż bil-miktub lill-intrapriża tat-trasport, li jista' jwassal għal sanzjoni, jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi dan it-tip ta' sanzjoni. [Em. 57]

7.   Tul żejjed , għoli jew wisa' żejda ta' bejn 2 1 sa 20 10  % tad-dimensjonijiet massimi indikati fil-punt 1 tal-Anness 1, kemm jekk tal-piż imbarkat jew tal-vettura innifisha, iwasslu għal sanzjoni finanzjarja għall-intrapriża tat-trasport . L-awtoritajiet tal-kontroll iwaqqfu l-vettura sakemm tinħatt jekk it-tul żejjed jew il-wisa' żejda jkunu minħabba t-tagħbija, jew sakemm jinkiseb permess speċjali mill-intrapriża tat-trasport, skont l-Artikolu 4(3); [Em. 58]

8.   Tul żejjed , għoli jew wisa' żejda tat-tagħbija jew tal-vettura ta' aktar minn 20 10  % tad-dimensjonijiet massimi indikati fil-punt 1 tal-Anness 1 huma meqjusa bħala ksur serju ħafna skont it-tifsira ta' din id-Direttiva, minħabba r-riskji kbar għall-utenti l-oħra tat-triq. Dan iwassal għal sanzjonijiet finanzjarji u għaż-żamma immedjata tal-vettura min-naħa tal-awtoritajiet tal-kontroll, sakemm tinħatt il-vettura jew sakemm jinkiseb permess speċjali mill-intrapriża tat-trasport skont l-Artikolu 4(3) jekk it-tul żejjed jew il-wisa' żejda jkunu minħabba t-tagħbija. Għandha tiġi implimentata l-proċedura tat-telf ta' rispettabbiltà tal-intrapriża tat-trasport skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. [Em. 59]

9.   Is-sanzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafi 3, 4, 5, 7 u 8 huma effettivi, proporzjonali u dissważivi.”

(13)

Jiżdied l-Artikolu 14 li ġej:

“Artikolu 14

Għat-trasport tal-kontejners, il-burdnar jagħti lit-trasportatur tat-triq, fdat bit-trasport tal-kontejner min-naħa tal-burdnar qabel it-tagħbija , dikjarazzjoni bil-miktub li tindika l-piż gross tal-kontejner ittrasportat. Din id-dikjarazzjoni tista’ tiġi ppreżentata b’mezzi elettroniċi. Irrispettivament mill-forma tagħha, id-dokument li jiddikjara l-piż gross tal-kontejner għandu jiġi ffirmat minn persuna awtorizzata kif suppost mill-burdnar. Il-burdnar ikun responsabbli f'każ li din l-informazzjoni dwar il-piż gross tal-kontejner tkun nieqsa jew żbaljata, u t-trasportatur huwa responsabbli f'każ ta' tagħbija żejda tal-vettura. [Em. 60]

Fl-attivitajiet tat-trasport intermodali, l-informazzjoni dwar il-piż gross ta' kontejner ippakkjat għandha tingħata lill-parti li jmiss li se tieħu l-kustodja tal-kontejner.” [Em. 61]

(14)

Jiżdied l-Artikolu li ġej

“Artikolu 15

Kull sentejn, fl-ewwel trimestru tas-sena kalendarja, l-Istati Membri jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-kontrolli li jkunu twettqu matul is-sentejn kalendarji ta' qabel, ir-riżultati ta' dawn il-kontrolli, u s-sanzjonijiet applikati fuq min ikun wettaq il-ksur. Il-Kummissjoni tistabbilixxi analiżi ta' dawn ir-rapporti u tibgħatha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fit-tieni trimestru tas-sena kalendarju.”

15)

Jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 16

1.   Is-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni li tadotta l-atti ddelegati hija sottomessa għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 8(4), fl-Artikolu 9(5) u fl-Artikolu 12(7) tingħata lill-Kummissjoni għal tul indeterminat ta' żmien ħames snin li jibda mill-[data [mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. [Em. 62]

3.   L-għoti tas-setgħa msemmi fl-Artikolu 8(4) u fl-Artikolu 9(5) u fl-Artikolu 12(7), jista' jiġi rrevokat f'kull ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka ttemm l-għoti tas-setgħat ippreċiżati. Hi tibda tapplika mill-ewwel jum wara dak tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data oħra li tippreċiża. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandi tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat, adottat skont l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(5) u l-Artikolu 12(7), jidħol biss fis-seħħ jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux oġġezzjonaw fi żmien xahrejn min-notifika ta' dan l-att liż-żewġ istituzzjonijiet jew jekk, qabel ma tkun għaddiet id-data ta' skadenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx. Din l-iskadenza tista' titwal b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”

(15a)

Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 16a

Sal-2016, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Anness I mad-Direttiva 96/53/KE u tressaq rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġiżlattiva akkumpanjata kif xieraq mill-valutazzjoni tal-impatt. Ir-rapport għandu jsir disponibbli mill-inqas 6 xhur qabel kwalunkwe proposta leġiżlattiva.” [Em. 63]

(15b)

Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 16b

Sal-1 ta' Jannar 2016 il-Kummissjoni għandha tlesti reviżjoni ta’ din id-Direttiva u, jekk ikun xieraq, fuq bażi ta’ din ir-reviżjoni u l-valutazzjoni tal-impatt tagħha, għandha tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-01.01.2017, għall-awtorizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ sikurezza stabbiliti bl-Artikolu 9(2) għall-vetturi M2 u M3 ġodda kollha.” [Em. 64]

(16)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(-a)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1.1:

“trasportaturi ta’ vetturi b’tagħbija: 20,75m” [Em. 65]

(a)

Il-punt 1.2(b) jinbidel bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“(b)

superstrutturi ta' vetturi kundizzjonati jew li jkunu qed iġorru unitajiet ta' trasport tagħbija intermodali kundizzjonati: 2,60 m”

(aa)

Il-Punt 1.4 jinbidel b'dan li ġej:

“1.4

Superstrutturi u oġġetti tal-merkanzija standardizzati li jistgħu jitneħħew bħal kontejners huma inklużi fid-dimensjonijiet speċifikati fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.6, 1.7, 1.8 u 4.4. Minħabba n-natura indiviżibbli tal-vetturi rfinuti bħal karozzi ġodda mgħobbija fuq trasportaturi speċjalizzati, dawn it-trasportaturi b’tagħbija jistgħu jaqbżu d-dimensjonijiet fil-punt 1.1 sal-punt permess mir-regolamenti u l-kundizzjonijiet tal-infrastruttura u sakemm dawn it-trasportaturi ta’ vetturi, meta jkunu vojta, jikkonformaw bis-sħiħ mal-punti msemmija hawn fuq.” [Em. 66]

(b)

Il-punt 2.2.2 c) jinbidel bit-test li ġej:

“(c)

vettura bil-mutur bi b’2 jew 3 fusijiet b'semitrejler li jkollu 2 jew 3 fusijiet u li jkun qed jitrasporta jittrasporta , fi trasport intermodali, unità waħda jew aktar ta' trasport intermodali, għal tul massimu totali ta' 40 jew 45 pied: 44 tunnellata.”[Em. 70]

(c)

Il-punt 2.3.1 jinbidel bit-test li ġej:

“(a)

vetturi bil-mutur b'żewġ fusijiet li mhumiex karozzi tal-linja:18-il tunnellata.”

“Vetturi bil-mutur b'żewġ fusijiet li mhumiex xarabank u bi propulsjoni ibrida jew elettrika: 19-il tunnellata.” [Em. 67]

“(b)

xarabank b'żewġ fusijiet: 19-il tunnellata .5 tunnellati .”[Em. 68]

(ca)

Għandu jiżdied il-punt li ġej:

“2.3.4

Vetturi mgħammra b’teknoloġija b’livell baxx tal-karbonju:

Il-piż massimu huwa dak imsemmi fil-punt 2.3.1, 2.3.2, 2.3.3 jew 2.4 miżjud bil-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija b’livell baxx tal-karbonju, b’massimu ta’ tunnellata waħda. Dak il-piż addizzjonali għandu jiġi indikat fid-dokumenti ta’ reġistrazzjoni uffiċjali tal-vettura bil-mutur maħruġa mill-Istat Membru fejn il-vettura hija rreġistrata. F’każijiet fejn din l-informazzjoni hija nieqsa, iċ-ċifri msemmija fil-punti 2.3.1., 2.3.2, 2.3.3 jew 2.4 għandhom japplikaw.” [Em. 69]

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament it-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-modalitajiet ta' din ir-referenza huma stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet essenzjali tal-liġi interna li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ....,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 327, 12.11.2013, p. 133.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).

(4)   Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/62/KE tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas għall-vetturi għat-trasport ta' merkanzija tqila għall-użu għal xi infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42).

(5)  Id-Direttiva 2007/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 ta' Lulju 2007 fuq l-retrofitting ta' mirja fuq vetturi tqal tal-merkanzija reġistrati fil-Komunità (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 25).

(6)   ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 72.

(7)   Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).

(8)  Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta 'operatur tat-trasport stradali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).

(9)   Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta 'vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.)

(10)   ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(11)   ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(12)   ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.