9.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 378/269


P7_TA(2014)0180

Statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (setgħat iddelegati u implimentattivi) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward l-għoti ta’ setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri (COM(2013)0484 – C7-0205/2013 – 2013/0226(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 378/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0484),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0205/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0003/2014),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-COD(2013)0226

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward l-għoti ta’ setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposra mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”), is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni jeħtieġ li jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat.

(2)

B’rabta mal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni impenjat ruħha (3) li tanalizza, fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fit-Trattat, l-atti leġiżlattivi li ma kinux ġew adattati għall-proċedura regolatorja bi skrutinju qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Fil-kuntest tal-allinjament tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 mar-regoli l-ġodda tat-TFUE, is-setgħat ta’ implimentazzjoni li attwalment huma kkonferiti lill-Kummissjoni għandhom jiġu pprovduti b’setgħat biex tadotta atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni.

(5)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, sabiex jtqiesu t-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tal-limitu għall-kopertura statistika dwar it-trasport tal-passaġġi fl-ilmijiet interni, l-adattament tad-definizzjonijiet u l-adozzjoni tad-definizzjonijiet addizzjonali, Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex jiġi adattat il-kamp tal-applikazzjoni tal-ġbir tad-dejta u l- kif ukoll l-adattament tal- kontenut tal-annessi. [Em. 1]

(6)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet dawk li jwieġbu. [Em. 2]

(7)

Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(8)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni kkonferiti lill-Kummissjoni biex tadotta arranġamenti għat-trażmissjoni tad-dejta inklużi standards għall-iskambjar għall-iskambju tad-data, għad-disseminazzjoni tar-riżultati mill-Kummissjoni (Eurostat) u wkoll biex jiġu żviluppati u ppubblikati kundizzjonijiet u kriterji ta’ metodoloġiċi mfassla biex tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta prodotta. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Għandha tintuża l-proċedura ta' eżami għall-adozzjoni ta' dawk l-atti, minħabba l-ambitu ġenerali tagħhom. [Em. 3]

(9)

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huwa meħtieġ u xieraq biex jintlaħaq l-għan l-objettiv bażiku tal-allinjament tas-setgħat konferiti fuq il -Kummissjoni għall-Artikoli permezz tal-Artikoli  290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar dan l-allinjament fid-dominju tal-istatistika tat-trasport. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan l-objettiv , skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. [Em. 4]

(10)

Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li l-proċeduri għall-adozzjoni ta' miżuri li nbdew iżda ma tlestewx qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma jiġux affettwati minn dan ir-Regolament.

(11)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 huwa emendat kif ġej:

(-1a)

Fl-Artikolu 2(4), punt (b) huwa mħassar; [Em. 5]

(-1b)

Fl-Artikolu 2(4), punt (c) huwa mħassar; [Em. 6]

(1)

Fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, fejn dan ikun meħtieġ , skont l-Artikolu 9, li jieħu kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, fir-rigward tal-adattament tal-limitu għall-kopertura statistika dwar it-trasport tal-passaġġi fl-ilmijiet interni.”[Em. 7]

(2)

Fl-Artikolu 3, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati , fejn dan ikun meħtieġ , f’konformità mal-Artikolu 9, li jieħu kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, fir-rigward tal-adattament tad-definizzjonijiet u l-adozzjoni tad-definizzjonijiet addizzjonali.”[Em. 8]

(3)

Fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati , fejn dan ikun meħtieġ , f’konformità mal-Artikolu 9, li jieħu kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, dwar l-adattament tal-kamp tal-applikazzjoni tal-ġbir tad-dejta u l-kontenut tal-Annessi.”[Em. 9]

(4)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Arranġamenti għat-trażmissjoni tad-dejta lill-Kummissjoni (Eurostat), inklużi standards għall-iskambjar tad-dejta, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2).”

(5)

Fl-Artikolu 6, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għandhom jiġu adottati arranġamenti għat-tixrid ta’ riżultati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2).”

(6)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta kundizzjonijiet u kriterji ta’ metodoloġiċi mfassla sabiex tiżgura l-kwalità tad-dejta prodotta f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).”

(6a)

Fl-Artikolu 7, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3a.     Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji tal-kwalità li jridu jiġu applikati għad-data li se tiġi trażmessa huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*1).

3b.     Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika l-modalitajiet, l-istruttura, il-perjodiċità u l-elementi ta' komparabbiltà għar-rapporti tal-kwalità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

(*1)   Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).” [Em. 10]"

(6b)

Fl-Artikolu 8, il-kliem introduttorju tal-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Sa …  (*2) u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Programmi Statistiċi, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dak ir-rapport għandu:” [Em. 11]

(*2)   Tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. "

(7)

L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Eżerċizzju tas-setgħat delegati tad-delega [Em. 12]

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' li jiġu adottati atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. [Em. 13]

2.   Meta teżerċita s-setgħat delegati fl-Artikolu 2(5), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(4), il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq il-konvenuti.

3.   Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(5), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(4) għandha tiġi konferita kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’żmien indeterminat ħames snin minn… (*3). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b'mod taċitu għall-perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 14]

4.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(5), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delegazzjoni tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

5.   Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(5), Artikolu 3(4) u Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”.

(*3)   Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju. "

(8)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2a.     Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 15]

(*4)  Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164)."

(*5)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”"

(8a)

Fl-Anness B, it-Tabella B1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Tabella B1. Trasport skont in-nazzjonalità tal-bastiment u skond it-tip ta' bastiment (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2 karattri alfanumeriċi

“B1”

 

Pajjiż rapportatur

2 karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4 karattri numeriċi

“ssss”

 

Pajjiż/reġjun tat-tgħabija

4 karattri alfanumeriċi

NUTS2  (*6)

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4 karattri alfanumeriċi

NUTS2  (*6)

 

Tip ta’ trasport

karattru numeriku

1 = Nazzjonali

 

 

 

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

 

 

 

3 = Tranżitu

 

Tip ta' bastiment

karattru numeriku

1= Barkun motorizzat

 

 

 

2= Barkun mhux motorizzat

 

 

 

3= Barkun tanker motorizzat

 

 

 

4= Barkun tanker mhux motorizzat

 

 

 

5= Bastimenti oħra għall-ġarr tal-merkanzija

 

 

 

6= Bastiment marittimu

 

 

 

7= Bastimenti tal-kruċieri li jġorru aktar minn 100 passiġġier

 

 

 

8= Vapuri għall-ġarr tal-passiġġieri għal aktar minn 300 metru

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2 karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (*7)

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati–Km

 

 

Tunnellati–Km

Passiġġieri ttrasportati

12-il karattru numeriku

 

Passiġġier

Kilometri tal-passiġġieri

12-il karattru numeriku

 

Passiġġier

Sits disponibbli għall-passiġġieri

12-il karattru numeriku

 

Sit tal-passiġġier

[Em. 16]

(9)

l-Anness G huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-proċeduri għall-adozzjoni ta' miżuri previsti fir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 li nbdew iżda ma tlestewx qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ….,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014.

(2)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(3)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 19.

(4)  Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 1).

(*6)   Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

“NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.

“Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.

“ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

(*7)   Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtata l-kodiċi ISO nazzjonali. Fil-każ li n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija “ZZ”.