19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/28


Notifika dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE

Talba mingħand entità kontraenti

2013/C 303/13

Fl-1 ta' Ottubru 2013 il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali. L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba hija t-2 ta' Ottubru 2013.

Din it-talba, li saret minn Österreichische Post AG, tirrigwarda servizzi postali kif ukoll servizzi oħra kif issir referenza għalihom fl-Artikolu 6(2)(b) u (c) tad-Direttiva 2004/17/KE fl-Awstrija. L-Artikolu 30 imsemmi jistipula li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività kkonċernata hi esposta direttament għal kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex limitat. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet issir biss fil-qafas tad-Direttiva 2004/17/KE u ma taffettwax l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha żmien stipulat ta' tliet xhur, li jibda jgħodd mill-jum ta' ħidma msemmi hawn fuq, għat-teħid ta' deċiżjoni rigward din it-talba. Il-perjodu għalhekk jiskadi fit-2 ta' Jannar 2014.

Dan iż-żmien stipulat jista', eventwalment, jitwal bi tliet xhur. Kull estensjoni bħal din għandha tiġi ppubblikata.

Skont l-Artikolu 30(6), it-tieni subparagrafu, talbiet ġodda rigward is-servizzi postali kif ukoll servizzi oħra fl-Awstrija li jitressqu qabel l-iskadenza tal-perjodu previst għat-talba preżenti, ma jitqisux bħala proċedimenti ġodda iżda jkunu trattati fil-qafas ta’ din it-talba.