52013PC0920

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tnaqqis ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE /* COM/2013/0920 final - 2013/0443 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.         KUNTEST TAL-PROPOSTA

Kuntest ġenerali - Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[1] tistabbilixxi livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet annwali għal kull Stat Membru li għandhom jintlaħqu sal-2010, u li jkopru emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit (SO2), tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx), tal-komposti organiċi volatili mhux tal-metanu (NMVOC) u tal-ammonja (NH3). Dawn kellhom l-għan li jnaqqsu t-tniġġis tal-arja u l-impatti negattivi tiegħu fuq is-saħħa pubblika u fuq l-ambjent fl-Unjoni kollha, u li jilħqu konformità mal-Protokoll ta’ Gothenburg.[2]

Hemm bżonn li dawn ir-rekwiżiti jiġu riveduti u aġġornati sabiex jiġu indirizzati r-riskji sinifikanti għas-saħħa u l-impatti ambjentali li joħloq it-tniġġis tal-arja fl-Unjoni li għadhom ma ġewx solvuti, u li l-liġijiet tal-Unjoni jiġu allinjati mal-impenji internazzjonali l-ġodda wara li ssir reviżjoni tal-Protokoll ta’ Gothenburg fl-2012.

It-tnaqqis tal-impatt meħtieġ huwa stipulat fl-Istrateġija Tematika dwar it-Tniġġis tal-Arja riveduta,[3] li taġġorna l-perkors lejn l-għan tal-Unjoni fuq perjodu ta’ żmien twil li jintlaħqu livelli ta’ kwalità tal-arja li ma jkollhomx impatti sinifikanti fuq u li ma joħolqux riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Din il-proposta hija waħda mill-pilastri leġiżlattivi ewlenin biex jinkiseb dan it-tnaqqis.

Apparti li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għal tnaqqis ulterjuri tal-emissjonijiet, din il-proposta tindirizza xi wħud min-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-Unjoni dwar l-arja, u l-ħtieġa għal koordinazzjoni mtejba bejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-kwalità tal-arja, kif ukoll it-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-bijodiversità.

Minħabba n-natura u l-firxa sa fejn ikopru l-modifiki fid-Direttiva 2001/81/KE, u minħabba l-ħtieġa li jiżdiedu l-konsistenza u ċ-ċarezza legali, ir-reviżjoni tad-Direttiva 2001/81/KE titlob li d-Direttiva titħassar u li tiġi adottata Direttiva ġdida (din id-Direttiva).

Konsistenza mal-politiki u mal-għanijiet l-oħra tal-Unjoni

l-għanijiet ta’ din l-inizjattiva huma konsistenti ma’ u jsaħħu l-għanijiet Ewropa 2020 dwar tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli. Dawn għandhom jistimolaw innovazzjoni li għandha tgħin biex jiġi appoġġjat it-tkabbir ekoloġiku u biex tinżamm il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, u għandhom ukoll jassistu t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, il-ħarsien tal-kapital naturali tal-Ewropa u l-isfruttar tar-rwol tal-Ewropa bħala mexxejja fil-qasam tal-iżvilupp ta' teknoloġiji ekoloġiċi ġodda.[4] Fejn ikun possibbli, għandhom jiġu segwiti s-simplifikazzjoni u l-kjarifika tal-politiki eżistenti sabiex tkun tista' ssir implimentazzjoni aħjar, fi spirtu ta’ regolamentazzjoni iktar intelliġenti.[5] Fejn jiġu introdotti miżuri, tingħata attenzjoni biex jiġu salvagwardjati l-interessi tal-SMEs skont il-prinċipju "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir".[6] Ġiet żgurata koerenza mal-oqsma relatati mill-qrib bħalma huma dawk tat-trasport, tal-industrija, tal-agrikoltura u tat-tibdil fil-klima, kif ukoll mal-qasam tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi.

2.         IR-RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-proċess ta’ reviżjoni ġie ispirat minn esperjenza ta' speċjalizzazzjoni mibnija tul bosta deċennji ta' valutazzjonijiet dwar il-kwalità tal-arja, u minn attivitajiet ta' ġestjoni u reviżjoni dwar il-kwalità tal-arja kemm fl-Unjoni kif ukoll f'livell internazzjonali. Il-partijiet li ġew ikkonsultati jinkludu l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni tal-qafas politiku attwali fil-livelli amministrattivi kollha. Saru ħames laqgħat mal-partijiet interessati bejn Ġunju 2011 u April 2013 sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u sabiex jiġu offruti opportunitajiet għal kummenti u kontribuzzjonijiet mingħand il-partijiet interessati. Il-laqgħat kollha ġew trażmessi permezz tal-Internet, sabiex ikun jista' jkun hemm l-aktar parteċipazzjoni estensiva possibbli. B'mod parallel, ġew organizzati żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi: l-ewwel waħda, li saret fl-aħħar tal-2011, iffukat fuq ir-reviżjoni tas-saħħiet u d-debbulizzi tal-qafas ta' politika eżistenti dwar il-kwalità tal-arja, filwaqt li t-tieni konsultazzjoni pubblika onlajn mal-partijiet interessati kollha, li ffukat fuq l-għażliet ta' politika ewlenin disponibbli biex jiġu indirizzati l-problemi li fadal fir-rigward tal-kwalità tal-arja, saret fil-bidu tal-2013.[7] Sar stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar il-fehma tal-pubbliku ġenerali rigward kwistjonijiet relatati mat-tniġġis tal-arja li ġie rrappurtat fl-2012.[8] Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) wettqu wkoll proġett pilota dwar l-Implimentazzjoni tal-Arja, li ġabar flimkien 12-il belt mill-Unjoni sabiex tiġi vvalutata l-esperjenza lokali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika dwar l-arja.[9]

Ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-impatt

Il-konformità sħiħa mal-legiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja tista’ tinkiseb f'terminu ta’ żmien qasir sa medju billi ssir enfasi fuq l-implimentazzjoni tal-politika eżistenti u billi tittieħed azzjoni mill-Istati Membri. Filwaqt li d-Direttiva 2001/81/KE għandha tiġi riveduta b'mod li tinkorpora l-impenji internazzjonali tal-Unjoni għall-2020 skont il-Protokoll ta’ Gothenburg, mhuwiex adattat li jiġu introdotti miżuri ta' tnaqqis aktar stretti għall-2020.

Madankollu, il-perjodu ta’ żmien sal-2030 huwa każ ta' natura differenti. Biex jiġu indirizzati l-impatti pendenti fuq is-saħħa u dawk fuq l-ambjent jeħtieġ li jsiru impenji aktar stretti ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet sostanzjalment . Għall-2030 l-għażla preferuta hija 70 % tat-tnaqqis massimu vijabbli tal-impatti fuq is-saħħa fl-2030, li għandhom jiġu ottimizzati għal tnaqqis addizzjonali fir-rigward tal-ewtrofikazzjoni u l-ożonu. Dawn l-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet jipprovdu perkors kontinwu lejn l-għan tal-Unjoni tul perjodu ta’ żmien twil.

L-implimentazzjoni tal-impenji tal-Protokoll ta’ Gothenburg għat-tnaqqis għall-2020 ma tinvolvi ebda nefqa addizzjonali tal-Unjoni li taqbeż il-linja ta' referenza. L-impenji l-ġodda għat-tnaqqis għall-2030 tfasslu biex jimplimentaw it-tnaqqis tal-impatti tal-kwalità tal-arja sal-2030 stabbilit fil-Komunikazzjoni dwar Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa. Il-valutazzjoni tal-impatt immudellat it-twassil ottimu tat-tnaqqis mixtieq, u din l-ottimizzazzjoni rendiet impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-aktar sitt sustanzi li jniġġsu rilevanti. Dawn l-impenji ta' tnaqqis mistennija jnaqqsu l-ispejjeż esterni totali tat-tniġġis tal-arja b’EUR 40 biljun (abbażi tal-aktar valutazzjoni konservattiva) meta mqabbla mal-EUR 212 biljun fil-linja ta' referenza, inklużi benefiċċji ekonomiċi diretti li jammontaw għal aktar minn EUR 2,8 biljun: EUR 1,85 biljun minn telf fil-produttività minħabba tnaqqis fix-xogħol, spejjeż imnaqqsa ta’ EUR 600 miljun fil-qasam tal-kura tas-saħħa, telf ta' EUR 230 miljun minħabba tnaqqis fil-valur tal-uċuħ tar-raba', u tnaqqis ta’ EUR 120 miljun fi ħsara għall-ambjent mibni. Dan jikkumpara ma’ spejjeż ta’ konformità annwali ta’ EUR 3,3 biljun, jew madwar frazzjoni ta' wieħed minn tnax mill-iffrankar fuq spejjeż esterni. Meta mqabbel mal-2005, il-linja ta' referenza għandha twassal għal tnaqqis ta' piż fuq is-saħħa ta' 40 % fl-2030. Din il-proposta tipprovdi 12 % aktar, li jfisser tnaqqis totali ta' 52 % fir-rigward tal-piż fuq is-saħħa meta mqabbel mal-2005. Għall-ewtrofikazzjoni, din tipprovdi 50 % aktar 'l fuq mil-linja ta' referenza.

Il-livelli massimi tal-metanu skont is-sistema NEC tal-Unjoni jistgħu jnaqqsu l-emissjonijiet b’mod kosteffikaċi, għalkemm jeħtieġ li l-politika tkun konsistenti mad-Deċiżjoni 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[10] Dispożizzjonijiet biex tittejjeb il-governanza u sabiex il-monitoraġġ u r-rappurtar jiġu allinjati mal-obbligi internazzjonali jistgħu jiġu inklużi għal spejjeż amministrattivi zgħar (madwar EUR 8 miljun bħala spiża inizjali u EUR 3,5 miljun bħala spiża annwali għall-Unjoni kollha).

3.         L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Sommarju tal-azzjoni proposta

Il-proposta tħassar u tibdel is-sistema attwali tal-Unjoni għat-tqegħid ta' limiti annwali fuq l-emissjonijiet nazzjonali ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, kif definit fid-Direttiva 2001/81/KE. B'hekk, din tiżgura li l-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet (NECs) li ġew stabbiliti fid-Direttiva 2001/81/KE għall-2010 u għas-snin ta' wara għal SO2, NOx, NMVOC u NH3 japplikaw sal-2020, u tistabbilixxi impenji ġodda għal tnaqqis ta' emissjonijiet nazzjonali ("impenji għal tnaqqis") li huma applikabbli mill-2020 u l-2030 għal SO2, NOx, NMVOC, NH3, kif ukoll għall-materja partikulata fina (PM2,5) u għall-metanu (CH4), kif ukoll livelli intermedji ta' emissjonijiet għas-sena 2025 applikabbli għall-istess sustanzi li jniġġsu.

Hawn taħt qed tingħata informazzjoni speċifika dwar l-Artikoli u dwar l-Annessi ewlenin.

L-Artikoli 1, 2 u 3 jispeċifikaw is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni ta’ din il-proposta u jipprovdu definizzjonijiet tat-termini ewlenin li jintużaw fihom.

Skont l-Artikolu 4 moqri flimkien mal-Anness II, l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-emissjonijiet annwali tagħhom ta' SO2, NOx, NMVOC, NH3, PM2,5 u CH4, sabiex jissodisfaw l-impenji tagħhom ta' tnaqqis applikabbli mill-2020 u l-2030. Barra minn hekk, fl-2025 l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-emissjonijiet annwali tagħhom ta’ dawk is-sustanzi li jniġġsu għal-livelli definiti fuq il-bażi ta’ perkors ta' tnaqqis lineari, sakemm dan ma jkunx jeħtieġ miżuri li jinvolvu spejjeż sproporzjonati. L-Artikolu 4 jindika liema sorsi ta’ emissjonijiet ma għandhomx jiġu kkunsidrati.

L-Artikolu 5 jintitola lill-Istati Membri biex jużaw ċerti flessibilitajiet, sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax: li jilħqu sehem ta' tnaqqis ta' emissjonijiet ta' NOx, SO2, u PM2,5 mit-traffiku marittimu internazzjonali taħt ċerti kondizzjonijiet; biex jimplimentaw, b'mod konġunt, l-impenji tagħhom tat-tnaqqis ta' CH4; u biex jipproponu inventarji tal-emissjonijiet aġġustati meta jirriżulta nuqqas ta' konformità ma' impenn għal tnaqqis (ħlief għal CH4) minn metodoloġija tal-inventarju mtejba.

L-Artikolu 6 jeħtieġ li l-Istati Membri jadottaw, jimplimentaw u jaġġornaw b’mod regolari l-programmi nazzjonali tagħhom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja (NAPCPs), u li jagħtu dettalji dwar kif se jintlaħqu l-impenji tagħhom għat-tnaqqis. L-NAPCPs għandu mill-inqas ikun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III (parti 2) u informazzjoni dwar it-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' karbonju iswed, u jistgħu jippreskrivu miżuri speċifiċi, kif elenkati fl-Anness III (parti 1), biex jitrażżnu l-emissjonijiet ta' PM2,5 u ta' NH3 mis-settur agrikolu. L-NAPCPs għandhom jiġu żviluppati fil-kuntest tal-qafas globali tal-politika dwar il-kwalità tal-arja u għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-analiżi li tirfed l-għażla tal-miżuri. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-NAPCPs tagħhom għal konsultazzjoni pubblika qabel ma dawn jiġu ffinalizzati. Għal dan l-għan, l-Artikolu 16 jemenda d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11] sabiex jiżgura li din tkopri l-NAPCPs.

L-Artikolu 7 moqri flimkien mal-Anness I jeħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja u, b’hekk, jippreparaw u jaġġornaw, b’konformità mal-obbligi u mal-linji gwida ppromulgati skont il-Konvenzjoni LRTAP imsemmija u speċifikata aħjar fl-Anness IV, inventarji nazzjonali u projezzjonijiet dwar l-emissjonijiet li għandhom jiġu akkumpanjati minn rapport tal-inventarju informattiv (IIR). L-Istati Membri li japplikaw il-flessibilitajiet skont l-Artikolu 5 għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti fl-IIR jew f’rapport separat.

Skont l-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw, fejn prattikabbli, l-impatti avversi tat-tniġġis tal-arja fuq l-ilma u fuq l-ekosistemi terrestri, fuq il-bażi tal-modalitajiet speċifikati fl-Anness V. L-Istati Membri huma intitolati biex jagħmlu użu minn sistemi ta’ monitoraġġ stabbiliti bħala parti minn strumenti oħra tal-Unjoni.

L-Artikolu 9 jeħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fid-dati speċifikati fl-Anness I, l-NAPCP tagħhom flimkien ma' kwalunkwe aġġornamenti, kif ukoll l-informazzjoni kollha dwar il-monitoraġġ stabbilita skont l-Artikoli 7 u 8. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Istati Membri, għandha tivverifika b'mod regolari l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-dejta rrappurtata dwar l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet.

L-Artikolu 10 jistipula li l-Kummissjoni għandha tirrapporta kull ħames snin dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 4, paragrafu 2, li hu relatat mal-livelli ta' emissjoni intermedji stabbiliti għall-2025.

L-Artikolu 11 jippromwovi t-tixrid sistematiku, attiv u elettroniku tal-informazzjoni miġbura u pproċessata skont din il-proposta u jirreferi, f’dak il-kuntest, għar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet tal-Unjoni, inkluż fid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[12]

L-Artikolu 12 jippromwovi l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti sabiex l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja jibqgħu jiġu indirizzati aktar u b'mod aqwa fuq livell globali.

L-Artikolu 13 jistipula l-modalitajiet tal-proċedura applikabbli skont l-Artikoli 6(7), 7(9) u 8(3) għall-adattament tal-Annessi I, III (parti 1), IV u V għall-progress xjentifiku u tekniku permezz ta’ atti delegati.

L-Artikolu 14 jirreferi għall-proċedura ta’ eżaminazzjoni tal-Kumitat li l-Kummissjoni għandha tuża biex tippromulga atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 5(6) u 6(9), u jispeċifika li l-Kumitat eżistenti stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/50/KE għandu jintuża.

L-Artikoli 15, 17 u 19 jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont il-proposta, mad-dħul fis-seħħ u t-traspożizzjoni tal-proposta fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri.

L-Artikolu 18 jittratta r-revoka tad-Direttiva 2001/81/KE filwaqt li jispeċifika li l-NECs li din tistabbilixxi għandhom jibqgħu applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2019.

L-Anness VI jinkludi t-tabella ta' korrelazzjoni.

Bażi legali

Billi l-għan ewlieni tal-proposta huwa l-protezzjoni tal-ambjent, b'konformità mal-Artikolu 191 tat-TFUE, il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 192(1) tat-TFUE.

Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u l-għażla ta’ strument

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sa fejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri. Sabiex jiġu indirizzati l-impatti sinifikanti li fadal rigward il-kwalità tal-arja fl-Unjoni, kull Stat Membru għandu jnaqqas l-emissjonijiet tiegħu ta' sustanzi li jniġġsu, u l-kombinament kosteffikaċi ta’ tnaqqis fl-Ewropa kollha jista' jiġi kkoordinat biss f'livell tal-Unjoni. L-impenji ta’ tnaqqis identifikati jqisu mhux biss l-impatti domestiċi tal-emissjonijiet nazzjonali, iżda wkoll l-impatti transkonfinali tagħhom.

Azzjoni mill-Unjoni sservi biex l-għanijiet tal-proposta jintlaħqu b'mod aqwa. Id-Direttiva 2001/81/KE tistabbilixxi miri ta' tnaqqis u rekwiżiti minimi għall-implimentazzjoni tagħhom, filwaqt li tippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw l-aħjar kombinament ta’ miżuri sabiex jinkiseb dan it-tnaqqis. Dak il-prinċipju huwa miżmum f’din il-proposta, li tkompli tarmonizza r-rekwiżiti dwar programmi nazzjonali u dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja bl-għan li jiġu korretti n-nuqqasijiet tad-Direttiva 2001/81/KE, u li jkun hemm konformità ma’ impenji internazzjonali mibdija skont il-Konvenzjoni LRTAP u skont il-Protokolli tagħha. Għalkemm il-proposta teħtieġ kontroll tal-emissjonijiet mis-sors fis-settur agrikolu, l-Istati Membri huma intitolati li ma jimplimentawhomx jekk ma jkunux meħtieġa sabiex jinkiseb l-impenn rilevanti għat-tnaqqis.

Għaldaqstant, din il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

L-istrument legali magħżul huwa Direttiva, billi l-proposta tistabbilixxi għanijiet u obbligi, filwaqt li tippermetti biżżejjed flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward tal-għażla tal-miżuri għall-konformità u għall-implimentazzjoni dettaljata tagħhom. Għaldaqstant, din il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

4.         IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Id-Direttiva se tiġi implimentatata bl-użu tal-baġit eżistenti u mhux se jkollha impatt fuq il-qafas finanzjarju multiannwali.

5.         ELEMENTI FAKULTATTIVI

Dokumenti ta' spjegazzjoni

Il-Kummissjoni tqis id-dokumenti ta’ spjegazzjoni bħala meħtieġa sabiex tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni dwar it-traspożizzjoni tad-direttiva għar-raġunijiet li ġejjin.

It-traspożizzjoni sħiħa u korretta tad-Direttiva hija essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-miri tagħha (jiġifieri l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem) jinkisbu. Minħabba l-fatt li ċerti Stati Membri diġà jirregolaw l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, it-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva probabbilment ma tkunx magħmula minn att leġiżlattiv wieħed, iżda minn diversi emendi jew proposti ġodda fl-oqsma rilevanti. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tad-Direttiva ta' spiss hija deċentralizzata ħafna, billi l-awtoritajiet reġjonali u lokali huma responsabbli mill-applikazzjoni tagħha u, f'xi Stati Membri, anke mit-traspożizzjoni tagħha.

Il-fatturi msemmija hawn fuq huma mistennija li jżidu r-riskji ta’ traspożizzjoni u implimentazzjoni ħażina tad-Direttiva, u jikkumplikaw il-kompitu tal-Kummissjoni li timmonitorja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Informazzjoni ċara fir-rigward tat-traspożizzjoni tad-Direttiva hija strumentali fl-iżgurar tal-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tagħha.

Ir-rekwiżit li jiġu pprovduti dokumenti ta’ spjegazzjoni jista' joħloq piż amministrattiv addizzjonali fuq dawk l-Istati Membri li ma jaħdmux fuq din il-bażi fl-ebda każ. Madankollu, il-piż amministrattiv addizzjonali possibbli huwa proporzjonata mal-għan li qed jiġi segwit, jiġifieri li tiġi żgurata traspożizzjoni effettiva u li jintlaħqu bis-sħiħ l-għanijiet tad-Direttiva.

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq huwa xieraq li l-Istati Membri jintalbu jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u l-partijiet korrispondenti ta' strumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali .

2013/0443 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tnaqqis ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[13],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[14],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       F’dawn l-aħħar 20 sena sar progress sinifikanti fl-Unjoni fil-qasam tal-emissjonijiet antropoġeniċi fl-arja u fil-qasam tal-kwalità tal-arja minn politika dedikata tal-UE, inkluż mill-Komunikazzjoni tal-2005 tal-Kummissjoni 'Strateġija Tematika dwar it-tniġġis tal-arja' (TSAP)[15]. Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16] kellha rwol strumentali fil-ksib ta' dan il-progress billi imponiet limiti fuq l-emissjonijiet annwali totali tal-Istati Membri għall-2010 u għas-snin ta' wara ta' diossidu tal-kubrit (SO2), ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx), ta' ammonja (NH3) u ta' komposti organiċi volatili għajr il-metan (NMVOC). Bħala riżultat, bejn l-1990 u l-2010 l-emissjonijiet ta' SO2 tnaqqsu bi 82%, l-emissjonijiet ta' NOx tnaqqsu b'47%, l-emissjonijiet ta' NMVOC tnaqqsu b'56% u l-emissjonijiet ta' NH3 tnaqqsu bi 28%. Madankollu, kif ġie indikat fil-"Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa" ('TSAP riveduta'),[17] għad hemm impatti u riskji negattivi sinifikanti għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem.

(2)       Is-seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali[18] jikkonferma l-objettiv tal-Unjoni tul perjodu ta’ żmien twil rigward il-politika dwar l-arja, li jintlaħqu livelli ta’ kwalità tal-arja li ma jagħtux lok għal impatti negattivi fuq u riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u jitlob, għal dak l-għan, li jkun hemm konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja, miri u azzjonijiet strateġiċi għal wara l-2020, sforzi msaħħa f’oqsma fejn il-popolazzjoni u l-ekosistemi jinsabu esposti għal livelli għolja ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, u sinerġiji msaħħa bejn il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja u l-objettivi tal-politika tal-Unjoni stipulati b’mod partikolari fir-rigward tat-tibdil fil-klima u tal-bijodiversità.

(3)       It-TSAP riveduta tistabbilixxi għanijiet strateġiċi ġodda sal-2030 bl-għan li toqrob aktar lejn l-għan tal-Unjoni tul perjodu ta’ żmien twil.

(4)       L-Istati Membri u l-Unjoni huma partijiet tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila tal-1979 ('Konvenzjoni LRTAP')[19] u għal diversi Protokolli tagħha, inkluż il-Protokoll ta’ Gothenburg tal-1999 Sabiex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku.

(5)       Rigward is-sena 2020 u s-snin ta' wara, il-Protokoll rivedut ta' Gothenburg li ġie aċċettat mill-Kunsill fid-Deċiżjoni [xxxx/xxxx/EU][20] jistipula impenji ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u jieħu s-sena 2005 bħala s-sena bażi, għal kull parti fir-rigward ta' SO2, NOx, NH3, NMVOC u għall-materja partikulata fina (PM2,5), jippromwovi tnaqqis tal-emissjonijiet ta' karbonju iswed u jitlob li jkun hemm ġbir u żamma ta' informazzjoni dwar l-effetti negattivi ta' konċentrazzjonijiet u depożizzjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u l-parteċipazzjoni fil-programmi orjentati lejn l-effetti skont il-Konvenzjoni LRTAP.

(6)       Għaldaqstant, il-limitu massimu nazzjonali tal-emissjonijiet stabbilit bid-Direttiva 2001/81/KE għandu jiġi rivedut sabiex jinġieb konformi mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

(7)       L-Istati Membri għandhom jimplimentaw din id-Direttiva b’mod li jikkontribwixxi b'mod effettiv għall-ilħiq tal-għan fit-tul tal-Unjoni rigward il-kwalità tal-arja kif appoġġjat mil-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u tal-għanijiet tal-Unjoni rigward il-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ekosistemi billi l-livelli u d-depożizzjoni tat-tniġġis tal-arja minn inkwinanti aċidifikanti, ewtrofikanti u tal-ożonu jitnaqqsu għal livelli aktar baxxi mit-tagħbijiet u l-livelli kritiċi stabbiliti mill-Konvenzjoni LRTAP.

(8)       Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi wkoll lejn il-ksib tal-għanijiet dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, lejn il-mitigazzjoni tal-impatti tat-tibdil fil-klima billi tnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu b'ħajja qasira kif ukoll lejn it-titjib fil-kwalità tal-arja fuq livell globali.

(9)       L-Istati Membri għandhom jiġu konformi mal-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva għall-2020 u l-2030. Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm progress li jista’ jintwera favur l-ilħiq tal-ipenji għall-2030, l-Istati Membri għandhom jilħqu livelli ta’ emissjonijiet intermedji fl-2025, stabbiliti fuq il-bażi ta’ perkors lineari bejn il-livelli tal-emissjonijiet tagħhom għall-2020 u dawk definiti mill-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030, sakemm dan ma jinvolvix spejjeż sproporzjonati. Meta l-emissjonijiet għall-2025 ma jkunux jistgħu jiġu limitati b'dan il-mod, l-Istati Membri għandhom jispjegaw ir-raġunijiet tagħhom fir-rapporti tagħhom ippreżentati skont din id-Direttiva.

(10)     Bħala parti mill-Konvenzjoni LRTAP, xi Stati Membri għażlu li jiffissaw livelli massimi tal-emissjonijiet fir-rigward tas-settur tat-trasport fuq il-bażi tal-fjuwil użat. Dan irriżulta f’nuqqas ta’ koerenza mal-konsum globali tagħhom tal-enerġija u mal-istatistika relatata tagħhom, kif ukoll ma' dik tal-Unjoni kollha kemm hi. F’dan il-kuntest, sabiex tiġi garantita bażi komuni u koerenti għall-Istati Membri kollha u għall-Unjoni kollha kemm hi, din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti ta’ rappurtar u impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet fuq il-bażi tal-konsum nazzjonali tal-enerġija u fuq il-fjuwil mibjugħ, li jiżgura koerenza aqwa mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima.

(11)     Sabiex jippromwovu l-kisba b'mod kosteffikaċi tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet, l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jikkunsidraw tnaqqis ta' emissjonijiet minn traffiku marittimu internazzjonali jekk l-emissjonijiet minn dak is-settur ikunu aktar baxxi mil-livelli ta' emissjonijiet li kieku jirriżultaw minn konformità mal-istandards tal-liġijiet tal-Unjoni, inklużi l-limiti tal-kubrit għall-fjuwils stabbiliti fid-Direttiva 1999/32/KE tal-Kunsill.[21] L-Istati Membri għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jilħqu l-impenji tagħhom u l-livelli intermedji ta' emissjoni rigward il-metanu (CH4) b'mod konġunt, u li jagħmlu użu mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jagħmlu hekk.[22] Għall-iskop tal-verifika tal-konformità mal-livelli nazzjonali massimi tagħhom tal-emissjonijiet, mal-impenji tagħhom għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet u mal-livelli intermedji ta' emissjoni, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-inventarji nazzjonali tagħhom tal-emissjonijiet fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku u metodoloġiji mtejba dwar l-emissjonijiet. Il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona kontra l-użu minn Stat Membru ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-flessibilitajiet jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva ma jiġux issodisfati.

(12)     L-Istati Membri għandhom jadottaw u jimplimentaw programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja bil-ħsieb li jilħqu r-rekwiżiti tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-livelli intermedji ta' emissjoni tagħhom, u biex jagħtu kontribut effettiv lejn il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet f’żoni u f'agglomerazzjonijiet li huma affettwati minn konċentrazzjonijiet eċċessiv ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja u/jew f’dawk li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tniġġis tal-arja f'żoni u f'agglomerazzjonijiet oħra, inkluż f’pajjiżi ġirien. Għal dak l-għan, il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja ppromulgati skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[23]

(13)     Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-arja ta' NH3 u PM2,5 mill-kontributuri ewlenin, il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jinkludu miżuri li japplikaw għas-settur agrikolu. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jimplimentaw miżuri oħra apparti dawk stipulati f’din id-Direttiva, li għandu jkollhom livell ekwivalenti ta’ prestazzjoni ambjentali minħabba ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi.

(14)     Il-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, inkluż l-analiżi li tappoġġja l-identifikazzjoni ta’ politiki u miżuri, għandu jiġi aġġornat b'mod regolari.

(15)     Sabiex ifasslu programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja li huma infurmati tajjeb u sabiex ifasslu kwalunkwe aġġornamenti sinifikanti, l-Istati Membri għandhom jagħmlu dawk il-programmi u aġġornamenti soġġetti għal konsultazzjoni mal-pubbliku u mal-awtoritajiet kompetenti fil-livelli kollha meta l-għażliet kollha rigward il-politiki u l-miżuri jkunu miftuħa. L-Istati Membri għandhom jidħlu f’konsultazzjonijiet transkonfinali f’każijiet fejn l-implimentazzjoni tal-programm tagħhom tista' taffettwa l-kwalità tal-arja f’pajjiż ieħor, b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u fil-leġiżlazzjoni internazzjonali, inkluż il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali f’kuntest transkonfinali (Espoo, 1991) u l-Protokoll tagħha dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali (Kyiv, 2003), kif approvati mill-Kunsill.[24]

(16)     L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jirrappurtaw inventarji, projezzjonijiet u rapporti tal-inventarji informattivi dwar is-sustanzi li jniġġsu l-arja kollha koperti minn din id-Direttiva, li mbagħad għandhom jippermettu lill-Unjoni li tissodisfa d-dmirijiet tagħha ta’ rappurtaġġ skont il-Konvenzjoni LRTAP u l-Protokolli tagħha.

(17)     Sabiex tinżamm il-konsistenza ġenerali għall-Unjoni kollha kemm hi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappurtar tagħhom lill-Kummissjoni dwar l-inventarji, il-projezzjonijiet u r-rapporti tal-inventarji informattivi nazzjonali tagħhom dwar l-emissjonijiet huma konsistenti bis-sħiħ mar-rappurtar tagħhom skont il-Konvenzjoni LRTAP.

(18)     Sabiex tiġi vvalutata l-effettività tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ukoll jimmonitorjaw, fejn prattikabbli, l-effetti ta’ dan it-tnaqqis f’ekosistemi terrestri u akkwatiċi, b'konformità mal-linji gwida stabbiliti f'livell internazzjonali, u jirrappurtaw dawn l-effetti.

(19)     B’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[25], l-Istati Membri għandhom jiżguraw tixrid attiv u sistematiku ta’ informazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi.

(20)     Jeħtieġ li d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[26] tiġi emendata sabiexi tiġi żgurata l-konsistenza ta’ din id-Direttiva mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus tal-1998 dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Relatati mal-Ambjent.

(21)     Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-linji gwida dwar ir-rappurtar stabbiliti fl-Anness I, fil-Parti 1 tal-Anness III u fl-Annessi IV u V, sabiex dawn jiġu adattati għall-progress tekniku. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tipprepara u tfassal atti delegat, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(22)     Sabiex jiġi żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (KE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[27]

(23)     L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

(24)     Rigward in-natura tal-modifiki li għandhom isiru għad-Direttiva 2001/81/KE u l-punt safejn dawn iridu jkopru, l-istess Direttiva għandha tiġi mibdula sabiex jittejbu ċ-ċertezza, iċ-ċarezza, u t-trasparenza legali u s-simplifikazzjoni leġiżlattiva. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fit-titjib tal-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-livelli massimi tal-emissjonijiet stipulati fid-Direttiva 2001/81/KE sakemm l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva jsiru applikabbli fl-2020.

(25)     Peress li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-ambjent u għas-saħħa tal-bnedmin, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda minflok, minħabba n-natura transkonfinali tat-tniġġis tal-arja, jista’ jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif iddefinit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(26)     B'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni,[28] l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew iktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trasmissjoni ta’ dawn id-dokumenti għandha tkun ġustifikata.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-limiti għall-emissjonijiet tal-arja tal-Istati Membri rigward sustanzi aċidifikanti u ewtrofikanti li jniġġsu, għal prekursuri tal-ożonu, għal materja primarja f’forma ta’ partikuli u għal prekursuri ta’ materja sekondarja f’forma ta’ partikuli u sustanzi oħra li jniġġsu l-arja, u teħtieġ li l-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jiġu mfassla, adottati u implimentati, u li l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu u l-impatti tagħhom jiġu mmonitorjati u rrappurtati.

Artikolu 2

Ambitu

Din id-Direttiva għandha tapplika għal emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Anness I mis-sorsi kollha li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri, fiż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom u fiż-żoni tagħhom ta’ kontroll tat-tniġġis.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.           "emissjoni" tfisser ir-rilaxx ta' sustanza minn punt jew sors diffuż għal ġol-atmosfera;

2.           "prekursuri tal-ożonu" tfisser ossidi tan-nitroġenu, komposti volatili organiċi mhux metaniċi, metan u monossidu tal-karbonju;

3.           "għanijiet ta’ kwalità tal-arja" tfisser il-valuri ta’ limitu, il-valuri mira u l-obbligi tal-konċentrazzjoni tal-espożizzjoni għall-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE u fid-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;[29]

4.           "ossidi tan-nitroġenu" (NOx) tfisser monossidu tan-nitroġenu u diossidu tan-nitroġenu, espressi bħala diossidu tan-nitroġenu;

5.           "komposti organiċi volatili mhux metaniċi" (NMVOC) tfisser il-komposti organiċi kollha ta' natura antropoġenika, għajr il-metan, li huma kapaċi jipproduċi ossidanti fotokimiċi permezz ta' reazzjoni ma' ossidi tan-nitroġenu fil-preżenza tad-dawl tax-xemx;

6.           "PM2,5" tfisser il-materja partikulata li tgħaddi minn daħla selettiva skont id-daqs kif definit fil-metodu ta' referenza għat-teħid tal-kampjuni u għall-kejl tal-PM2,5, EN 14907, b'limitu ta' effiċjenza ta' 50% f'dijametru aerodinamiku ta' 2,5 µm;

7.           "impenn nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet" tfisser it-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ sustanza espress bħala perċentwal ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet bejn it-total ta’ emissjonijiet rilaxxati matul is-sena bażi (2005) u t-total ta’ emissjonijiet rilaxxati matul sena kalendarja mira li l-Istati Membri ma għandhomx jaqbżu;

8.           "ċiklu tal-inżul u tat-tluq" tfisser iċ-ċiklu li jinkludi l-mument li l-ajruplan jidħol minn u joħroġ għal fuq ir-runway, il-ġirja għat-tluq, x’ħin jinqata’ mill-art, x’ħin javviċina r-runway, l-inżul u l-attivitajiet l-oħra kollha tal-ajruplan li jseħħu f’altitudni ta’ inqas minn 3000 pied;

9.           "'traffiku marittimu internazzjonali" tfisser vjaġġi fuq il-baħar jew f’ilmijiet kostali ta' bastimenti tal-bnadar kollha, għajr bastimenti tas-sajd, li jitilqu mit-territorju ta’ pajjiż wieħed u li jaslu fit-territorju ta’ pajjiż ieħor;

10.         "żona ta' kontroll ta' emissjoni" tfisser żona tal-baħar speċjali stabbilita b'konformità mal-Anness VI tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (MARPOL);

11.         'żona ta' kontroll tat-tniġġis' tfisser żona tal-baħar li tinsab mhux aktar minn 200 mil nawtiku bogħod mil-linji ta' referenza li minnhom titkejjel il-wisà tal-baħar territorjali, kif stabbilit minn Stat Membru għall-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġis minn bastimenti skont ir-regoli u l-istandards internazzjonali applikabbli;

12.         "karbonju iswed" (BC) tfisser materja partikolata karbonjuża li tassorbi d-dawl.

Artikolu 4

Impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet

1.           Bħala minimu, l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom ta' diossidu tal-kubrit (SO2), ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx), ta' komposti organiċi volatili għajr il-metan (NMVOC), ta' ammonja (NH3), ta' materja partikulata (PM2,5) u ta' metan (CH4) b'konformità mal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet applikabbli mill-2020 u l-2030, kif stabbilit fl-Anness II.

2.           Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati sabiex jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-2025 annwali tagħhom ta' SO2, NOx, NMVOC, NH3, PM2,5 u CH4. Il-livelli ta’ dawk l-emissjonijiet għandhom jiġu determinati fuq il-bażi ta’ fjuwils mibjugħin, permezz ta' perkors ta' tnaqqis lineari stabbilit bejn il-livelli tal-emissjonijiet tagħhom għall-2020 u l-livelli ta’ emissjonijiet definiti mill-impenji għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet għall-2030.

Meta l-emissjonijiet għall-2025 ma jkunux jistgħu jiġu limitati skont il-perkors iddeterminat, l-Istati Membri għandhom jispjegaw ir-raġunijiet tagħhom fir-rapporti tagħhom ippreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9.

3.           L-emissjonijiet li ġejjin mhumiex meqjusa għall-iskop ta’ konformità mal-paragrafi 1 u 2:

(a) emissjonijiet mill-ajruplani lil hinn miċ-ċiklu ta' nżul u tlugħ;

(b) l-emissjonijiet fil-Gżejjer Kanarji, id-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, il-Madejra u l-Azores;

(c) emissjonijiet mit-traffiku marittimu nazzjonali lejn u mit-territorji msemmija fil-punt (b);

(d) emissjonijiet minn traffiku marittimu internazzjonali, mingħajr ħsara għall-Artikolu 5(1).

Artikolu 5

Flessibbiltajiet

1.           Sabiex jiġu konformi mal-livelli intermedji ta' emissjoni iddeterminati għall-2025 skont l-Artikolu 4, paragrafu 2, u skont l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II applikabbli mill-2030 'il quddiem għal NOx, SO2 u PM2,5, l-Istati Membri jistgħu jikkumpensaw tnaqqis fl-emissjonijiet ta' NOx, SO2 u PM2,5 miksub mit-traffiku marittimu internazzjonali kontra emissjonijiet ta' NOx, SO2 u PM2,5 rilaxxati minn sorsi oħra fl-istess sena, bil-kundizzjoni li dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) it-tnaqqis tal-emissjonijiet għandu jseħħ f’żoni tal-baħar li huma parti mill-ibħra territorjali, miż-żoni ekonomiċi esklużivi jew miż-żoni ta’ kontroll tat-tniġġis tal-Istati Membri, jekk dawn iż-żoni jkunu ġew stabbiliti;

(b) ikunu adottaw u implimentaw miżuri effettivi ta’ monitoraġġ u spezzjoni li jiżguraw it-tħaddim tajjeb ta’ din il-flessibbiltà;

(c) ikunu implimentaw miżuri biex jinkisbu emissjonijiet ta’ NOx, SO2 u PM2,5 minn traffiku marittimu internazzjonali li huma aktar baxxi mil-livelli ta' emissjonijiet li kieku jinkisbu permezz tal-konformità mal-istandards tal-Unjoni applikabbli għal emissjonijiet ta’ NOx, SO2 u PM2,5, u li jkunu wrew kwantifikazzjoni adegwata tat-tnaqqis addizzjonali tal-emissjonijiet li jirriżulta minn dawn il-miżuri;

(d) ma jkunux ikkumpensaw għal aktar minn 20% tat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' NOx, SO2 u PM2,5 ikkalkulati skont il-punt (c), sakemm il-kumpens ma jirriżultax f'nuqqas ta' konformità mal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-2020 stabbiliti fl-Anness II.

2.           L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw, b'mod konġunt, l-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-livelli tal-emissjonijiet tal-metan u tal-livelli intermedji ta' emissjoni tal-metan imsemmija fl-Anness II, bil-kundizzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu konformi mar-rekwiżiti u l-modalitajiet kollha applikabbli stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(b) ikunu adottaw u implimentaw dispożizzjonijiet effettivi sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni konġunta titħaddem kif suppost.

3.           L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-inventarji nazzjonali annwali tal-emissjonijiet għal SO2, NOx, NH3, NMVOC u PM2,5, b'konformità mal-Anness IV meta n-nuqqas ta’ konformità mal-impenji nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis ta' emissjonijiet jew mal-livelli intermedji tagħhom ta' emissjoni jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ metodi ta' inventarji ta' emissjonijiet imtejba aġġornati skont l-għarfien xjentifiku.

4.           L-Istati Membri li beħsiebhom japplikaw il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta' qabel is-sena ta’ rappurtar ikkonċernata. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi s-sustanzi li jniġġsu u l-oqsma kkonċernati u, fejn disponibbli, il-kobor tal-impatti fuq l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet.

5.           Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha teżamina u tevalwa jekk l-użu ta’ kwalunkwe mill-flessibbiltajiet għal sena partikolari jissodisfax ir-rekwiżiti u l-kriterji rilevanti.

F'każ li l-Kummissjoni ma tqajjem ebda oġġezzjoni fi żmien disa’ xhur mid-data tal-wasla tar-rapport rilevanti msemmi fl-Artikolu 7, paragrafi 4, 5 u 6, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-użu tal-flessibbiltà applikata bħala aċċettat u validu għal dik is-sena. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-użu ta’ flessibbiltà mhuwiex skont ir-rekwiżiti u l-kriterji applikabbli, għandha tadotta Deċiżjoni u tinforma lill-Istat Membru li din ma tistax tiġi aċċettata.

6.           Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-regoli dettaljati għall-użu tal-flessibbiltajiet kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3, b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14.

Artikolu 6

Programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja

1.           L-Istati Membri għandhom iħejju u jadottaw programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja skont il-Parti 2 tal-Anness III sabiex jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom skont l-Artikolu 4.

2.           Fit-tfassil, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom:

(a) jivvalutaw sa liema punt is-sorsi nazzjonali ta’ emissjonijiet x’aktarx li jkollhom impatt fuq il-kwalità tal-arja fit-territorju tagħhom u fl-Istati Membri ġirien tagħhom permezz tad-dejta u l-metodoloġiji żviluppati bħala parti mill-programm Ewropew għall-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni (EMEP), fejn ikun xieraq;

(b) iqisu l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja sabiex tintlaħaq il-konformità mal-għanijiet relatati mal-kwalità tal-arja fit-territorji tagħhom u, fejn ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien;

(c) jagħtu prijorità lil miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju iswed meta jieħdu miżuri biex jinkisbu l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet tagħhom għall-PM2,5;

(d) jiżguraw koerenza ma’ pjanijiet u programmi rilevanti oħra stabbiliti bis-saħħa ta' rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom, sakemm ikun meħtieġ, jinkludu l-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti 1 tal-Anness III jew miżuri li għandhom l-istess effett ambjentali, bil-ħsieb li jintlaħqu l-impenji nazzjonali rilevanti tagħhom għat-tnaqqis ta' emissjonijiet.

3.           Il-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandu jiġi aġġornat kull sentejn.

4.           Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3, il-politiki u l-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jinsabu fil-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jiġu aġġornati fi żmien 12-il xahar fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet:

(a) l-obbligi stipulati fl-Artikolu 4 ma jiġux imħarsa jew ikun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ konformità;

(b) l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu użu minn kwalunkwe mill-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 5.

5.           L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw, b’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-awtoritajiet kompetenti li, minħabba r-responsabbiltajiet ambjentali speċifiċi tagħhom fil-qasam tat-tniġġis, il-kwalità u l-ġestjoni tal-arja fil-livelli kollha, x’aktarx li jiġu milquta mill-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll tat-tniġġis tal-arja, fir-rigward tal-programmi nazzjonali tagħhom ta' kontroll tat-tniġġis tal-arja u kwalunkwe aġġornamenti sinifikanti qabel dawn jiġu finalizzati. Fejn xieraq, għandhom jiġu żgurati konsultazzjonijiet transkonfinali b'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

6.           Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi, fejn xieraq, permezz ta’ skambju ta’ prattiki tajba.

7.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 13 sabiex tadatta l-Parti 1 tal-Annessi III għall-progress tekniku.

8.           Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi gwida dwar l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja.

9.           Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika wkoll il-format u l-informazzjoni meħtieġa rigward il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja fil-forma ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14.

Artikolu 7

Inventarji ta' emissjonijiet u projettazzjonijiet

1.           L-Istati Membri għandhom jippreparaw u jaġġornaw kull sena l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu stabbiliti fit-Tabella A tal-Anness I, b'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-istess Anness.

L-Istati Membri għandhom jippreparaw u jaġġornaw kull sena l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu stabbiliti fit-Tabella B tal-Anness I, b'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-istess Anness.

2.           L-Istati Membri għandhom iħejju u jaġġornaw kull sentejn inventarji tal-emissjonijiet spazjalment diżaggregati, inventarji ta' sorsi lokalizzati kbar u projezzjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu stabbiliti fit-Tabella C tal-Anness I, b'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-istess Anness.

3.           L-inventarji u l-projezzjonijiet tal-emissjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu akkumpanjati minn rapport tal-inventarju informattiv, b’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella D tal-Anness I.

4.           L-Istati Membri li japplikaw il-flessibilità skont l-Artikolu 5(1) għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fir-rapport tal-inventarju informattiv tas-sena kkonċernata:

(a) il-kwantità tal-emissjonijiet ta' NOx, SO2 u PM2,5 li kieku kienu jseħħu fin-nuqqas ta' żona ta' kontroll ta' emissjoni;

(b) il-livell tat-tnaqqis tal-emissjonijiet miksub fil-parti taż-żona ta' kontroll ta' emissjoni tal-Istat Membru skont l-Artikolu 5(1)(c);

(c) il-punt safejn japplikaw din il-flessibbiltà;

(d) kwalunkwe dejta addizzjonali li l-Istati Membri jistgħu jqisu bħala xierqa biex il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, tkun tista' twettaq valutazzjoni sħiħa tal-kondizzjonijiet li taħthom tkun ġiet implimentata l-flessibbiltà.

5.           L-Istati Membri li jagħżlu l-flessibilità skont l-Artikolu 5(2) għandhom jipprovdu rapport separat li jippermetti lill-Kummissjoni tanalizza u tivvaluta jekk ir-rekwiżiti ta’ dik id-dispożizzjoni ġewx issodisfati.

6.           L-Istati Membri li jagħżlu l-flessibilità skont l-Artikolu 5(3) għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fil-Parti 4 tal-Anness IV fir-rapport tal-inventarju informattiv għas-sena kkonċernata sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tanalizza u tivvaluta jekk ġewx issodisfati r-rekwiżiti ta’ dik id-dispożizzjoni.

7.           L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarji tal-emissjonijiet, inkluż inventarji tal-emissjonijiet aġġustati, projezzjonijiet dwar l-emissjonijiet u r-rapport tal-inventarju informattiv skont l-Anness IV.

8.           Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, kull sena għandha tistabbilixxi u taġġorna l-inventarji, il-projezzjonijiet u r-rapport tal-inventarju informattiv għas-sustanzi kollha li jniġġsu l-arja tal-Unjoni kollha msemmija fl-Anness I, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3.

9.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 13 sabiex tadatta l-Anness I b'rabta mal-iskadenzi għar-rappurtar u sabiex tadatta l-Anness IV għall-progress tekniku.

Artikolu 8

Il-monitoraġġ tal-impatti tat-tniġġis tal-arja

1.           L-Istati Membri għandhom jiżguraw, jekk ikun prattikabbli, il-monitoraġġ tal-impatti negattivi tat-tniġġis tal-arja fuq l-ekosistemi skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.

2.           L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jikkoordinaw il-monitoraġġ tal-impatti tat-tniġġis tal-arja ma' programmi ta’ monitoraġġ oħra stabbiliti bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva 2008/50/KE u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[30]

3.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 sabiex tkun tista' tadatta l-Anness V għall-progress tekniku u xjentifiku.

Artikolu 9

Rappurtar mill-Istati Membri

1.           L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-programm nazzjonali taghħom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja lill-Kummissjoni [fi żmien tliet xhur mid-data msemmija fl-Artikolu 17, id-data għad għandha tiddaħħal mill-OPOCE], u għandhom ukoll jipprovdu l-aġġornamenti kull sentejn wara dan.

Meta programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jiġi aġġornat skont l-Artikolu 6(4), l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dan fi żmien xahrejn.

2.           Mill-2017, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet, il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet, l-inventarji tal-emissjonijiet spazjalment diżaggregati, l-inventarji u r-rapporti tas-sorsi lokalizzati kbar tagħhom imsemmija fl-Artikolu 7(1), (2) u (3) u, fejn rilevanti, fl-Artikolu 7(4), (5) u (6), lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skont d-dati tar-rappurtar stabbiliti fl-Anness I.

Din il-komunikazzjoni għandha tkun konsistenti mar-rappurtar lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni LRTAP.

3.           L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-emissjonijiet u l-projezzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar il-CH4 b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[31]

4.           Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Istati Membri, għandha tivverifika b'mod regolari d-dejta rrappurtata dwar l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet. Din il-verifika għandha tinvolvi dan li ġej:

(a) kontrolli li jivverifikaw it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata;

(b) kontrolli biex jiġu identifikati każijiet fejn id-dejta tal-inventarju titħejja b’mod li mhuwiex konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti skont il-liġi internazzjonali, b’mod partikolari skont il-Konvenzjoni LRTAP;

(c) fejn xieraq, il-kalkolu tal-korrezzjonijiet tekniċi meħtieġa li jirriżultaw, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri.

5.           L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja msemmija fl-Artikolu 8 lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent:

(a) [Qabel id-data msemmija fl-Artikolu 17 - id-data għad trid tiddaħħal mill-OPOCE] u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, il-post fejn jinsabu s-siti tal-monitoraġġ u l-indikaturi mmonitorjati assoċjati, u

(b) Fi żmien [sena mid-data msemmija fl-Artikolu 17 - id-data għad trid tiddaħħal mill-OPOCE] u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, il-valuri mkejla tal-indikaturi obbligatorji.

Artikolu 10

Rapporti mill-Kummissjoni

1.           Mill-inqas kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u għandha tinkludi valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tagħha lejn il-kisba tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tirrapporta skont kif imsemmi hawn fuq għas-sena 2025, u għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-kisba ta’ livelli ta’ emissjonijiet intermedji msemmija fl-Artikolu 4, paragrafu 2 u r-raġunijiet għal kwalunkwe nuqqas ta’ ksib. Għandha wkoll tidentifika l-ħtieġa għal aktar azzjoni, filwaqt li tikkunsidra l-impatti settorjali tal-implimentazzjoni.

2.           Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu evalwazzjoni tal-impatti ambjentali u soċjo-ekonomiċi ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 11

Aċċess għall-informazzjoni

1.           L-Istati Membri għandhom, b’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE, jiżguraw it-tixrid attiv u sistematiku fost il-pubbliku tal-informazzjoni li ġejja billi tippubblikaha fuq sit tal-Internet li jista' jiġi aċċessat mill-pubbliku:

(a) il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja u kwalunkwe aġġornamenti.

(b) l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet, inkluż meta jitwettqu, l-inventarji tal-emissjonijiet aġġustati, il-projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet u r-rapporti tal-inventarju informattivi u rapporti u informazzjoni addizzjonali komunikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9.

2.           Il-Kummissjoni għandha, b’konformità mar-Regolament Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,[32] tiżgura t-tixrid attiv u sistematiku fost il-pubbliku billi tippubblika inventarji tal-emissjonijiet, il-projezzjonijiet u r-rapporti tal-inventarju informattivi fl-Unjoni kollha fuq sit tal-Internet li jista' jiġi aċċessat mill-pubbliku.

Artikolu 12

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u koordinazzjoni fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali

L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, kif xieraq, isegwu kooperazzjoni bilaterali u multilaterali ma’ pajjiżi terzi, u koordinazzjoni fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), inkluż permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riċerka u l-iżvilupp tekniku u xjentifiku, bl-għan li tittejjeb il-bażi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

Artikolu 13

L-eżerċizzju tad-delega

1.           Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.           Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 6(7), 7(9) u 8(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

3.           Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 6(7), 7(9) u 8(3) tista’ titħassar fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni għandha tintemm permezz ta' deċiżjoni ta' revoka. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data speċifikata fiha aktar tard. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.           Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 6(7), 7(9) u 8(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

Artikolu 14

Proċedura ta' kumitat

1.           Il-Kummissjoni għandu jassistiha l-Kumitat dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/50/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 15

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jkunu applikati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 16

Emenda għad-Direttiva 2003/35/KE

Fl-Anness I tad-Direttiva 2003/35/KE, għandu jiżdied il-punt (g) li ġej:

'(g) l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva XXXX/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali għal ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE *

* ĠU L XX ta’ XX.XX.XXXX, p. X)'

Artikolu 17

Traspożizzjoni

1.           L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ - id-data għad għandha tiddaħħal mill-OPOCE].

Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta jiġu ppubblikati b’mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

2.           L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam li tkopri din id-Direttiva.

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet ta' revoka u ta' tranżizzjoni

1.           Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tħassret mill-[sad-data msemmija fl-Artikolu 17 ta’ din id-Direttiva - id-data għad għandha tiddaħħal mill-OPOCE].

Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva mħassra għandhom ikomplu japplikaw:

(a) L-Artikolu 1 u l-Anness I sal-31 ta' Diċembru 2019;

(b) L-Artikolu 7(1) u (2) u l-Artikolu 8(1) sa [id-data msemmija fl-Artikolu 17 ta’ din id-Direttiva - id-data għandha tiddaħħal mill-OPOCE].

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw b’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VI.

2.           Sal-31 ta’ Diċembru 2019, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikolu 5(3) ta’ din id-Direttiva b’rabta mal-livelli massimi skont l-Artikolu 4 u l-Anness I tad-Direttiva 2001/81/KE.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 20

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

[1]               Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi ta' l-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22).

[2]               Protokoll għall-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila sabiex titnaqqas l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ożonu troposferiku (1999).

[3]               Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa”, COM(2013) [xxx]

[4]               Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "EWROPA 2020 -Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv", COM(2010) 2020 finali, 3.3.2010.

[5]               Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea", COM(2010) 543 finali, 08.10.2010.

[6]               Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ““Aħseb l-ewwel fiż-Żgħir” - “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa” COM(2008) 394 finali, 25.6.2008.

[7]               Fil-konsultazzjoni ntużaw żewġ kwestjonarji: total ta' 1934 individwu ħadu sehem f'kwestjonarju iqsar għall-pubbliku ġenerali; filwaqt li kien hemm 371 risposta għall-kwestjonarju t-twil, li tfassal għall-esperti u għall-partijiet interessati. Ara http://ec.europa.eu/environment/consultations/air_pollution_en.htm

[8]               Ir-riżultati huma disponibbli fl-Ewrobarometru tal-2013.

[9]               Għar-riżultati kollha, ara r-Rapport 7/2013 taż-ŻEE.

[10]             Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

[11]             Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, ĠU L156, 25.6.2003, p. 17).

[12]             Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

[13]             ĠU C , , p. .

[14]             ĠU C , , p. .

[15]             Il-Komunikazzjoni tal-21 ta' Settembru 2005 mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - "Strateġija Tematika dwar it-Tniġġis tal-Arja", COM(2005) 446 finali.

[16]             Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22).

[17]             Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew "Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa", COM(2013) [xxx].

[18]             Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna", COM (2012) 710, 29.11.2012.

[19]             Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tinġis tal-Arja Transkonfinali fit-Tul biex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' ma' Wiċċ l-Art (ĠU L179, 17.7.2003, p. 1).

[20]             Id-Deċiżjoni 2013/xxxx/EU tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni tal-Emenda għall-Protokoll tal-1999 għall-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila sabiex titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku (ĠU L.. p,).

[21]             Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis fil-kontenut tal-kubrit f′ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13).

[22]             Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

[23]             Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).

[24]             Id-Deċiżjoni 2008/871/KE tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2008 dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta’ Espoo tal-UN/ECE tal-1991 dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali (ĠU L 308, 19.11.2008, p. 33).

[25]             Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess tal-pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

[26]             Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, ĠU L156, 25.6.2003, p. 17).

[27]             Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

[28]             ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

[29]             Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3–16).

[30]             Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

[31]             Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013 p. 13).

[32]             Ir-Regolament Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.09.2006, p. 13).

ANNESS I

Il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet tal-arja

A.          Rekwiżiti ta’ rappurtar annwali tal-emissjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu

Element || Sustanzi niġġiesa || Serje kronoloġika || Dati tar-rapportar

Emissjonijiet nazzjonali totali skont il-kategorija tas-sorsi tal-NFR(1), inkluż oġġetti tal-memorandum || - SO2, NOX, NMVOC, NH3, CO - metalli tqal (Cd, Hg, Pb)* - POPs** (total ta' PAHs u ta' benżo(a)piren, benżo(b)fluworanten, benżo(k)fluworanten indeno(1,2,3-cd)piren, diossini/furani, PCBs, HCB) || Annwali, mill-1990 sas-sena ta’ rappurtar nieqes 2 (X-2) || 15/02****

Emissjonijiet nazzjonali totali skont il-kategorija tas-sorsi tal-NFR || - -         PM2,5, PM10*** u BC. || Annwali, mill-2000 sas-sena ta’ rappurtar nieqes 2 (X-2) || 15/02****

Emissjonijiet nazzjonali totali skont il-kategorija tas-sorsi || - CH4 || Annwali, mill-2005 sas-sena ta’ rappurtar nieqes 2 (X-2) || 15/02****

Emissjonijiet nazzjonali preliminari skont l-NFR aggregata(2) || - SO2, NOX, NH3, NMVOC, PM2,5 || Annwali, għas-sena ta’ rappurtar nieqes 1 (X-1) || 30/09

(1)        Nomenklatura għar-rappurtar skont kif stipulat mill-Konvenzjoni LRTAP

(2)        Kif aggregati fis-setturi skont kif stipulat fl-Anness IV tal-linji gwida għar-rappurtar tal-Konvenzjoni LRTAP           Konvenzjoni

*          Cd (kadmju), Hg (merkurju), Pb (ċomb)

**         POPs (sustanzi niġġiesa organiċi persistenti)

***       PM10 tfisser il-materja partikulata li tgħaddi minn daħla selettiva skont id-daqs kif definit fil-metodu ta' referenza għat-teħid tal-kampjuni u għall-kejl tal-PM10, EN 12341, b'limitu ta' effiċjenza ta' 50% f'dijametru aerodinamiku ta' 10 µm.

****     Sottomissjonijiet mill-ġdid minħabba żbalji għandhom isiru fi żmien erba’ ġimgħat ta' mill-anqas u għandhom jinkludu spjegazzjoni ċara            dwar il-bidliet li jkunu saru.

B.           Rekwiżiti ta’ rappurtar annwali tal-emissjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu

Element || Sustanzi niġġiesa || Serje kronoloġika || Dati tar-rapportar

Emissjonijiet nazzjonali totali skont il-kategorija tas-sorsi tal-NFR || - -         metalli tqal (As, Cr, Cu, Ni, Se u Zn u l-komposti tagħhom)* - TSP** || Annwali, mill-1990 (2000 għat-TSP) sas-sena ta’ rappurtar nieqes 2 (X-2) || 15/2

*          As (arseniku), Cr (kromu), Cu (ram), Ni (nikil), Se (selenju), Zn (żingu)

**         TSP (total ta' partiċelli sospiżi)

C.          Kull sentejn mill-2017, rekwiżiti għar-rappurtar dwar l-emissjonijiet u l-projezzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 7(2)

Element || Sustanzi niġġiesa || Serje kronoloġika / snin ta’ mira || Dati tar-rapportar

Dejta nazzjonali dwar l-emissjonijiet imqassma fi grilji skont il-kategorija tas-sorsi (GNFR) || - SO2, NOX, NMVOC, CO, NH3, PM10, PM2,5 - metalli tqal (Cd, Hg, Pb), - POPs (total ta' PAHs, HCB, PCBs, diossini/furani) - BC (jekk disponibbli) || Kull sentejn, għas-sena ta’ rappurtar nieqes 2 (X-2) || 01/05 *

Sorsi Lokalizzati Kbar (LPS) skont il-kategorija tas-sorsi (GNFR) || - SO2, NOX, NMVOC, CO, NH3, PM10, PM2,5, - metalli tqal (Cd, Hg, Pb), - POPs (total ta' PAHs, HCB, PCBs, diossini/furani) - BC (jekk disponibbli) || Kull sentejn, għas-sena ta’ rappurtar nieqes 2 (X-2) || 01/05 *

Emissjonijiet projettati skont l-NFR aggregata || - SO2, NOX, NH3, NMVOC, PM2,5 u BC || Rappurtar bijennali l jkopri kull sena mis-sena X sal-2030 u, fejn disponibbli, 2040 u 2050 || 15/03

Emissjonijiet proġettati skont il-kategorija tas-sorsi aggregati || - CH4 || 15/03

*          Sottomissjonijiet mill-ġdid minħabba żbalji għandhom isiru fi żmien erba’ ġimgħat u għandhom jinkludu spjegazzjoni ċara dwar            il-bidliet li jkunu saru.

D.          Rappurtar annwali tar-rapport tal-inventarju informattiv imsemmi fl-Artikolu 7(3)

Element || Sustanzi niġġiesa || Serje kronoloġika / snin ta’ mira || Dati tar-rapportar

Rapport tal-Inventarju Informattiv (IIR) || - SO2, NOX, NMVOC, NH3, CO, TSP, PM2,5, PM10 u BC - metalli tqal (Cd, Hg, Pb, As, Cr, Cu, Ni, Se, Zn) - POPs (total ta' PAHs u ta' benżo(a)piren, benżo(b)fluworanten, benżo(k)fluworanten indeno(1,2,3-cd)piren, diossini/furani, PCBs, HCB) || Is-snin kollha (kif indikat fit-Tabelli A-B-C) || 15/03

ANNESS II

Impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet

Tabella (a):     Impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit (SO2), ossidi       tan-nitroġenu (NOx) u komposti volatili organiċi mhux metaniċi (NMVOC). Fjuwils mibjugħa, sena ta' bażi 2005

Stat Membru || Tnaqqis ta' SO2 imqabbel mal-2005 || Tnaqqis ta' NOx imqabbel mal-2005 || Tnaqqis ta' NMVOC imqabbel mal-2005

Għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 || || Għal kwalunkwe sena mill-2030 || Għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 || || Għal kwalunkwe sena mill-2030 || Għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 || || Għal kwalunkwe sena mill-2030

Il-Belġju || 43% || || 68 % || 41 % || || 63 % || 21 % || || 44 %

Il-Bulgarija || 78 % || || 94 % || 41 % || || 65 % || 21 % || || 62 %

Ir-Repubblika Ċeka || 45 % || || 72 % || 35 % || || 66 % || 18 % || || 57 %

Id-Danimarka || 35 % || || 58 % || 56 % || || 69 % || 35 % || || 59 %

Il-Ġermanja || 21 % || || 53 % || 39 % || || 69 % || 13 % || || 43 %

L-Estonja || 32 % || || 71 % || 18 % || || 61 % || 10 % || || 37 %

Il-Greċja || 74 % || || 92 % || 31 % || || 72 % || 54 % || || 67 %

Spanja || 67 % || || 89 % || 41 % || || 75 % || 22 % || || 48 %

Franza || 55 % || || 78 % || 50 % || || 70 % || 43 % || || 50 %

Il-Kroazja || 55 % || || 87 % || 31 % || || 66 % || 34 % || || 48 %

L-Irlanda || 65 % || || 83 % || 49 % || || 75 % || 25 % || || 32 %

L-Italja || 35 % || || 75 % || 40 % || || 69 % || 35 % || || 54 %

Ċipru || 83 % || || 95 % || 44 % || || 70 % || 45 % || || 54 %

Il-Latvja || 8 % || || 46 % || 32 % || || 44 % || 27 % || || 49 %

Il-Litwanja || 55 % || || 72 % || 48 % || || 55 % || 32 % || || 57 %

Il-Lussemburgu || 34 % || || 44 % || 43 % || || 79 % || 29 % || || 58 %

L-Ungerija || 46 % || || 88 % || 34 % || || 69 % || 30 % || || 59 %

Malta || 77 % || || 98 % || 42 % || || 89 % || 23 % || || 31 %

Il-Pajjiżi l-Baxxi || 28 % || || 59 % || 45 % || || 68 % || 8 % || || 34 %

L-Awstrija || 26 % || || 50 % || 37 % || || 72 % || 21 % || || 48 %

Il-Polonja || 59 % || || 78 % || 30 % || || 55 % || 25 % || || 56 %

Il-Portugall || 63 % || || 77 % || 36 % || || 71 % || 18 % || || 46 %

Ir-Rumanija || 77 % || || 93 % || 45 % || || 67 % || 25 % || || 64 %

Is-Slovenja || 63 % || || 89 % || 39 % || || 71 % || 23 % || || 63 %

Is-Slovakkja || 57 % || || 79 % || 36 % || || 59 % || 18 % || || 40 %

Il-Finlandja || 30 % || || 30 % || 35 % || || 51 % || 35 % || || 46 %

L-Isvezja || 22 % || || 22 % || 36 % || || 65 % || 25 % || || 38 %

Ir-Renju Unit || 59 % || || 84 % || 55 % || || 73 % || 32 % || || 49 %

UE 28 || 59 % || || 81 % || 42 % || || 69 % || 28 % || || 50 %

Tabella (b):    Impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-ammonijaka (NH3), għall-materja partikulata      fina (PM2,5) u għall-metan (CH4). Fjuwils mibjugħa, sena ta' bażi 2005

Stat Membru || Tnaqqis ta' NH3 imqabbel mal-2005 || Tnaqqis ta' PM2,5 imqabbel mal-2005 || Tnaqqis ta' CH4 imqabbel mal-2005

Għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 || || Għal kwalunkwe sena mill-2030 || Għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 || || Għal kwalunkwe sena mill-2030 || || Għal kwalunkwe sena mill-2030

Il-Belġju || 2 % || || 16 % || 20 % || || 47 % || || 26 %

Il-Bulgarija || 3 % || || 10 % || 20 % || || 64 % || || 53 %

Ir-Repubblika Ċeka || 7 % || || 35 % || 17 % || || 51 % || || 31 %

Id-Danimarka || 24 % || || 37 % || 33 % || || 64 % || || 24 %

Il-Ġermanja || 5 % || || 39 % || 26 % || || 43 % || || 39 %

L-Estonja || 1 % || || 8 % || 15 % || || 52 % || || 23 %

Il-Greċja || 7 % || || 26 % || 35 % || || 72 % || || 40 %

Spanja || 3 % || || 29 % || 15 % || || 61 % || || 34 %

Franza || 4 % || || 29 % || 27 % || || 48 % || || 25 %

Il-Kroazja || 1 % || || 24 % || 18 % || || 66 % || || 31 %

L-Irlanda || 1 % || || 7 % || 18 % || || 35 % || || 7 %

L-Italja || 5 % || || 26 % || 10 % || || 45 % || || 40 %

Ċipru || 10 % || || 18 % || 46 % || || 72 % || || 18 %

Il-Latvja || 1 % || || 1 % || 16 % || || 45 % || || 37 %

Il-Litwanja || 10 % || || 10 % || 20% || || 54 % || || 42 %

Il-Lussemburgu || 1 % || || 24 % || 15 % || || 48 % || || 27 %

L-Ungerija || 10 % || || 34 % || 13 % || || 63 % || || 55 %

Malta || 4 % || || 24 % || 25 % || || 80 % || || 32 %

Il-Pajjiżi l-Baxxi || 13 % || || 25 % || 37 % || || 38 % || || 33 %

L-Awstrija || 1 % || || 19 % || 20% || || 55 % || || 20%

Il-Polonja || 1 % || || 26 % || 16 % || || 40 % || || 34 %

Il-Portugall || 7 % || || 16 % || 15 % || || 70 % || || 29 %

Ir-Rumanija || 13 % || || 24 % || 28 % || || 65 % || || 26 %

Is-Slovenja || 1 % || || 24 % || 25 % || || 70 % || || 28 %

Is-Slovakkja || 15 % || || 37 % || 36 % || || 64 % || || 41 %

Il-Finlandja || 20% || || 20% || 30 % || || 39 % || || 15 %

L-Isvezja || 15 % || || 17 % || 19 % || || 30 % || || 18 %

Ir-Renju Unit || 8 % || || 21 % || 30 % || || 47 % || || 41 %

UE 28 || 6 % || || 27 % || 22 % || || 51 % || || 33 %

ANNESS III

Il-kontenut tal-Programmi Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja (NAPCPs),

Parti 1

Il-miżuri li jistgħu jiġu inklużi fil-Programm Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja

Meta relevanti, l-Istati Membri għandu jużaw il-UNECE Guidance Document for Preventing and Abating Ammonia Emissions (Ammonia Guidance Document),[1] u l-aħjar tekniki disponibbli stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[2] meta jkun qed jimplimentaw l-miżuri stabbiliti fil-Parti I.

A.          Miżuri biex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet tal-ammonijaka

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kodiċi nazzjonali konsultattiv ta' prattika agrikola tajba għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka, fuq il-bażi tal-UNECE Framework Code for Good Agricultural Practice for Reducing Ammonia Emissions tal-2001,[3] li għandu jkopri ta' mill-inqas dawn it-temi:

(a) immaniġjar tan-nitroġenu, li jieħu in konsiderazzjoni ċ-ċiklu sħiħ tan-nitroġenu;

(b) strateġiji għall-għalf tal-bhejjem;

(c) approċċi ta' emissjonijiet baxxi għat-tixrid tad-demel;

(d) sistemi ta' emissjonijiet baxxi għall-ħżin tad-demel;

(e) sistemi ta' emissjonijiet baxxi għall-ipproċessar u l-kompostjar tad-demel;

(f) sistemi ta' emissjonijiet baxxi għall-postijiet fejn jinżammu l-annimali;

(g) approċċi ta' emissjonijiet baxxi għall-applikazzjoni tal-fertilizzanti minerali.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu baġit nazzjonali tan-nitroġenu biex jiġu sorveljati l-bidliet fit-telf ġenerali ta’ nitroġenu reattiv mill-agrikoltura, inklużi l-ammonijaka, l-ossidu nitruż, l-ammonju, in-nitrati u n-nitriti, fuq il-bażi tal-prinċipji stabbiliti fid-Dokument ta' Gwida dwar il-Baġits tan-Nitroġenu tal-UNECE[4].

3. L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-fertilizzanti inorganiċi billi jużaw il-metodi li ġejjin:

(a) l-użu tal-fertilizzanti tal-karbonat tal-ammonju għandu jkun ipprojbit;

(b) il-fertilizzanti bbażati fuq l-urea għandhom, kemm jista’ jkun, jinbidlu bil-fertilizzanti bbażati fuq in-nitrat tal-ammonja;

(c) fil-każ li l-fertilizzanti bbażati fuq l-urea jibqgħu jiġu applikati, għandhom jintużaw metodi magħrufa bħala li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka b'tal-anqas 30 % meta mqabbel mal-meotdu ta' referenza, kif speċifikat fid-Dokument ta' Gwida dwar l-Ammonijaka;

(d) fertilizzanti inorganiċi għandhom jitferrxu skont il-ħtiġijiet previsti tal-għalla jew il-bur li fuqhom qed jiġu applikati b’rispett tan-nitroġenu u l-fosfru, filwaqt li jittieħed kont ukoll tal-kontenut eżistenti tan-nutrijenti tal-ħamrija u n-nutrijenti mill-fertilizzanti oħrajn.

4. Sal-1 ta’ Jannar 2022, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka mid-demel tal-irziezet billi jużaw il-metodi li ġejjin:

(a) inaqqsu l-emissjonijiet mill-applikazzjoni tad-demel likwidu u d-demel solidu fuq ir-raba' u l-bur bl-użu ta’ metodi li jnaqqsu l-emissjonijiet b’tal-inqas 30 % meta mqabbel mal-metodu ta’ referenza deskritt fid-Dokument ta' Gwida dwar l-Ammonijaka u bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)      id-demel u d-demel likwidu għandhom jitferrxu biss skont il-ħtiġijiet dwar in-nutrijenti previsti tar-raba’ jew l-bur li fuqhom jiġu applikati b'rispett tan-nitroġenu u l-fosfru, filwaqt li jitqiesu ukoll il-kontenut eżistenti tan-nutrijenti tal-ħamrija u n-nutrijenti minn fertilizzanti oħrajn;

(ii)     id-demel u d-demel likwidu ma għandhomx jitferrxu meta l-art li fuqha jiġu applikati hija saturata bl-ilma, mgħarrqa, iffriżata jew mgħottija bil-borra;

(iii)    id-demel likwidu li jinfirex fuq il-bur għandu jiġi applikat bl-użu ta’ manka li tinġibed għat-tifrix tad-demel, b'għodda li tinġibed għat-tifrix tad-demel li tmiss biss kemm kemm l-uċuħ tar-raba’ jew permezz tal-injezzjoni baxxa jew l-injezzjoni fil-fond;

(iv)    Id-demel u d-demel likwidu li jinfirex fuq ir-raba' għandhom jiġu inkorporati fil-ħamrija fl-ewwel erba’ sigħat mit-tferrix.

(b) inaqqsu l-emissjonijiet mill-ħażna tad-demel barra l-irziezet tal-annimali, billi jintużaw il-metodi li ġejjin:

(i)      għall-imħażen tad-demel likwidu mibnija wara l-1 ta’ Jannar 2022, għandhom jintużaw is-sistemi jew it-tekniki ta’ ħżin b’emissjonijiet baxxi magħrufa li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka b’tal-inqas 60 % meta mqabbel mal-metodu ta’ referenza deskritt fid-Dokument ta' Gwida dwar l-Ammonijaka, u b'mill-inqas 40 % għall-imħażen eżistenti tad-demel likwidu;

(ii)     għall-imħażen tad-demel solidu, l-imħażen għandhom ikunu mgħottija;

(iii)    l-intrapriżi agrikoli għandu jkollhom kapaċità biżżejjed ta’ ħżin tad-demel biex iferrxu d-demel biss matul perjodi li huma xierqa għat-tkabbir ta' uċuħ tar-raba’.

(c) inaqqsu l-emissjonijiet mill-irżeizet tal-annimali, bl-użu ta’ sistemi li huma magħrufa li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka b’tal-inqas 20 % meta mqabbel mal-metodu ta’ referenza deskritt fid-Dokument ta' Gwida dwar l-Ammonijaka.

(d) inaqqsu l-emissjonijiet mid-demel, bl-użu ta' strateġiji ta' għalf b'livelli baxxi ta' proteini u li huma magħrufa li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka b’tal-inqas 10 % meta mqabbel mal-metodu ta’ referenza deskritt fid-Dokument ta' Gwida dwar l-Ammonijaka.

B.           Miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet biex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet ta' materja partikulata u tal-karbonju iswed

1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-ħruq fil-miftuħ fl-għelieqi ta’ skart u fdal tal-ħsad agrikolu u ta' fdal tal-foresti, u għandho jissorveljaw u jinfurzaw l-implimentazzjoni tagħha. Kull eżenzjonijiet għal tali projbizzjoni għandhom ikunu limitati għal programmi preventivi biex jiġu evitati nirien bla kontroll, għall-kontroll ta’ organiżmi ta’ ħsara, jew biex biex jġu protetti l-bijodiversità.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kodiċi konsultattiv nazzjonali ta’ prattiki agrikoli tajbin għall-ġestjoni tajba tal-fdal tal-ħsad, abbażi ta’ dawn l-approċċi li ġejjin:

(a) titjib tal-istruttura tal-ħamrija permezz tal-inkorporazzjoni tal-fdal tal-ħsad;

(b) tekniki mtejba għall-inkorporazzjoni tal-fdal tal-ħsad;

(c) użu alternattiv tal-fdal tal-ħsad;

(d) titjib tal-istatus tan-nutrijenti u tal-istruttura tal-ħamrija permezz tal-inkorporazzjoni tad-demel kif meħtieġ għall-aqwa tkabbir tal-pjanti, biex b’hekk jiġi evitat il-ħruq tad-demel (demel tal-irziezet, tiben tal-firxa).

C.          Il-prevenzjoni tal-impatti fuq intrapriżi agrikoli żgħar

1. Meta jittieħdu l-miżuri deskritti fit-taqsimiet A u B hawn fuq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ l-impatti fuq l-intrapriżi agrikoli żgħar u mikro. L-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jeżentawhom minn dawk il-miżuri fejn ikun xieraq u possibbli fid-dawl tal-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet.

Parti 2

Il-kontenut minimu tal-Programmi Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja (NAPCPs),

1. Il-programm inizjali nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja msemmi fl-Artikoli 6 u 9 għandu ta' mill-anqas ikopri l-kontenut li ġej:

(a) il-kuntest tal-qafas nazzjonali ta' politika dwar il-kwalità tal-arja u t-tniġġis li fih ġie żviluppat il-programm, inkluż:

(i)      il-prijoritajiet politiċi u r-relazzjoni tagħhom mal-prijoritajiet stabbiliti f’oqsma politiċi rilevanti oħra, inkluż it-tibdil fil-klima;

(ii)     ir-responsabbiltajiet attribwiti lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

(iii)    il-progress li sar mill-politiki u l-miżuri attwali fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-titjib tal-kwalità tal-arja, u l-grad ta’ konformità mal-obbligi nazzjonali u tal-UE;

(iv)    l-evoluzzjoni ulterjuri projettata fuq il-bażi tal-fatt li ma tkun seħħet l-ebda bidla fil-politiki u l-miżuri li jkunu diġà ġew adottati

(b) l-alternattivi ta' politika meqjusa bħala li jissodisfaw l-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-2020 u għall-2030 'il quddiem u l-livelli intermedji ta' emissjonijiet iddeterminati għall-2025, u li jikkontribwixxu biex itejbu aktar l-kwalità tal-arja, u l-analiżi tagħha, inkluż l-metodu tal-analiżi; l-impatti individwali jew ikkombinati tal-politiki u l-miżuri dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-kwalità tal-arja u l-ambjent; u l-inċertezzi assoċjati;

(c) il-miżuri u l-politiki magħżula għall-adozzjoni, inkluż skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni u r-reviżjoni tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli;

(d) fejn rilevanti, spjegazzjoni tar-raġunijiet għalfejn il-livelli intermedji ta' emissjonijiet għall-2025 ma jistgħux jiġu milħuqa mingħajr ma l-miżuri jinvolvu spejjeż sproporzjonati;

(e) valutazzjoni ta’ kif il-politiki u l-miżuri magħżula jiżguraw koerenza mal-pjanijiet u l-programmi stabbiliti f’oqsma oħra ta’ politika rilevanti.

2. L-aġġornatmenti tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja msemmija fl-Artikoli 6 u 9 għandhom ta' mill-anqas ikopru l-kontenut li ġej:

(a) valutazzjoni tal-progress milħuq fl-implimentazzjoni tal-programm, it-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet;

(b) kull tibdil sinifikanti fil-kuntest tal-politika, il-valutazzjonijiet, il-programm jew l-iskeda ta' żmien tal-implimentazzjoni.

ANNESS IV

Il-metodoloġiji għat-tħejjija u l-aġġornament tal-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet, il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet, ir-rapporti tal-inventarji informattivi u l-inventarji tal-emissjonijiet aġġustati

Għas-sustanzi niġġiesa msemmija fl-Anness I, minbarra CH4, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarji tal-emissjonijiet, inventarji tal-emissjonijiet aġġustati, projezzjonijiet u rapporti tal-inventarju informattivi bl-użu ta’ metodoloġiji adottati mill-Partijiet tal-Konvenzjoni LRTAP (Linji Gwida għar-Rappurtar EMEP) u huma mitluba li jużaw il-Gwida tal-EMEP/EEA imsemmija fih. Barra minn hekk, informazzjoni supplimentari, b’mod partikolari d-dejta tal-attivitajiet, meħtieġa għall-valutazzjoni tal-inventarji u l-projettazzjonijiet għandha titħejja skont l-istess linji gwida.

Id-dipendenza fuq il-Linji Gwida għar-Rappurtar EMEP hija mingħajr ħsara għall-modalitajiet addizzjonali speċifikati f’dan l-Anness u għar-rewkżiti tar-rappurtar tan-nomenklatura, is-serje ta’ żmien u d-dati tar-rappurtar speċifikati fl-Anness I.

Parti 1

Inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet

1. L-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet għandhom ikunu trasparenti, konsistenti, komparabbli, sħaħ u preċiżi.

2. L-emissjonijiet mill-kategoriji ewlenin identifikati għandhom jiġu kkalkulati skont il-metodoloġiji definiti fil-Gwida tal-EMEP/EEA u bil-għan li tintuża l-metodoloġija ta’ Grad 2 jew ogħla (iddettaljata).

L-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġiji bbażati fuq metodi xjentifiċi u kompatibbli biex jistabbilixxu l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet jekk dawn jagħtu stimi aktar preċiżi mill-metodoloġiji standard stabbiliti fil-Gwida tal-EMEP/EEA.

3. Għall-emissjonijiet mit-trasport, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet konsistenti mal-bilanċi nazzjonali tal-enerġija kif rappurtati lill-Eurostat.

4. L-emissjonijiet mill-vetturi tat-trasport tat-triq għandhom jiġu kkalkulati u rrappurtati abbażi tal-fjuwil li jinbiegħ fl-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu wkoll jirrappurtaw l-emissjonijiet mill-vetturi tat-triq abbażi tal-fjuwil użat jew abbażi tal-kilometri misjuqa fl-Istat Membru.

5. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-emissjonijiet nazzjonali annwali tagħhom espressi f’unità applikabbli speċifikata fil-mudell għar-rappurtar NFR tal-Konvenzjoni LRTAP.

Parti 2

Projezzjonijiet tal-emissjonijiet

1. Il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet għandhom ikunu trasparenti, komparabbli, konsistenti, sħaħ u preċiżi u l-informazzjoni rappurtata għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a) identifikazzjoni ċara tal-politiki u l-miżuri adottati u ppjanati inklużi fil-projezzjonijiet;

(b) ir-riżultati tal-analiżi tas-sensittività mwettqa għall-projezzjonijiet;

(c) deskrizzjoni tal-metodoloġiji, il-mudelli, is-suppożizzjonijiet sottostanti u l-parametri ewlenin ta’ input u ta' prestazzjoni.

2. Il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet għandhom jiġu stmati u aggregati għas-setturi tas-sorsi rilevanti. L-Istati Membri għandhom jipprovdu projezzjoni “b’miżuri” (miżuri adottati) u, fejn ikun rilevanti, “b’miżuri addizzjonali” (miżuri ppjanati) għal kull sustanza niġġiesa skont il-gwida stabbilita fil-Gwida tal-EMEP/EEA.

3. Il-projezzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-aħħar inventarju nazzjonali tal-emissjonijiet annwali u mal-projezzjonijiet rappurtati skont ir-Regolament Nru 525/2013.

Parti 3

Rapport tal-inventarju informattiv

Ir-rapporti tal-inventarju informattivi għandhom jitħejjew skont il-Linji Gwida għar-Rappurtar EMEP u għandhom jiġu rrapurtati billi jintuża l-mudell għar-rapporti tal-inventarju kif speċifikat fil-linji gwida. Ir-rapport tal-inventarju għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) deskrizzjonijiet, referenzi u sorsi ta’ informazzjoni tal-metodoloġiji, suppożizzjonijiet, fatturi ta’ emissjoni u dejta tal-attivitajiet speċifiċi, kif ukoll ir-raġunament għall-għażla tagħhom;

(b) deskrizzjoni tal-kategoriji ewlenin nazzjonali tas-sorsi ta’ emissjonijiet;

(c) informazzjoni dwar inċertezzi, assigurazzjoni tal-kwalità u verifika;

(d) deskrizzjoni tal-arranġamenti istituzzjonali għat-tħejjija tal-inventarju;

(e) kalkoli mill-ġdid u titjib ippjanat;

(f) jekk rilevanti, informazzjoni dwar l-użu ta’ flessibiltajiet previsti skont l-Artikolu 5(1) u (3);

(g) sommarju eżekuttiv.

Parti 4

Aġġustament tal-inventarji nazzjonali

1. Fil-proposta tiegħu lill-Kummissjoni, Stat Membru li jipproponi aġġustament tal-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet tiegħu skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 5(3) għandu jinkludi mill-inqas id-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin:

(a) evidenza li l-impenn/impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonjiet konċernat(i) nqabeż/nqabżu;

(b) evidenza ta’ kemm l-aġġustament tal-inventarju tal-emissjonijiet inaqqas l-iskorriment u jikkontribwixxi għall-konformità mal-impenn/impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjoniet konċernat(i);

(c) stima ta’ jekk u meta l-impenn/impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet konċernat(i) huwa/huma mistenni/ja li jinkiseb/jinkisbu abbażi tal-projezzjonijiet tal-emissjonijiet mingħajr l-aġġustament;

(d) evidenza li l-aġġustament hu konsistenti ma’ wieħed jew diversi minn dawn it-tliet ċirkostanzi. Tista’ ssir referenza, skont kif xieraq, għal aġġustamenti preċedenti rilevanti:

(i)      għal kategoriji ġodda ta’ sorsi tal-emissjonijiet:

– evidenza li l-kategorija l-ġdida tas-sors tal-emissjonijiet hija rikonoxxuta fil-letteratura xjentifika u/jew tal-Gwida tal-EMEP/EEA;

– evidenza li din il-kategorija tas-sors ma kinitx inkluża fl-inventarju storiku nazzjonali tal-emissjonijiet rilevanti fiż-żmien meta kien stabbilit it-tnaqqis tal-emissjonijiet;

– evidenza li l-emissjonijiet minn kategorija ġdida ta' sors jikkontribwixxu għal sitwazzjoni fejn Stat Membru ma jkunx jista' jissodisfa l-impenji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet, bl-appoġġ ta' deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija, ta' dejta u tal-fatturi tal-emissjoni użati sabiex tintlaħaq din il-konklużjoni;

(ii)     għal fatturi tal-emissjonijiet differenti ħafna użati għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet minn kategoriji ta' sorsi speċifiċi:

– deskrizzjoni ta’ fatturi tal-emissjonijiet oriġinali, inkluż deskrizzjoni dettaljata tal-bażi xjentifika li minnha ġie derivat il-fattur tal-emissjonijiet;

– evidenza li l-fatturi oriġinali tal-emissjonijiet intużaw biex jiġi ddeterminat it-tnaqqis tal-emissjonijiet fiż-żmien meta ġew stabbiliti;

– deskrizzjoni tal-fatturi aġġornati tal-emissjonijiet, inklua informazzjoni dettaljata dwar il-bażi xjentifika li minnha ġie derivat il-fattur tal-emissjonijiet;

– tqabbil tal-istimi tal-emissjonijiet magħmula bl-użu tal-fatturi oriġinali u aġġornati tal-emissjonijiet, li juru li l-bidla fil-fatturi tal-emissjonijiet tikkontribwixxi biex Stat Membru ma jkunx jista' jissodisfa l-impenji tiegħu ta' tnaqqis;

– ir-raġunament li ntuża biex ġie deċiż jekk il-bidliet fil-fatturi tal-emissjonijiet humiex sinifikanti.

Mill-2025, fatturi tal-emissjonijiet differenti b’mod sinifikanti milli mistenni mill-implimentazzjoni ta’ norma jew standard stabbilit ma għandhomx jitqiesu għall-aġġustament.

(iii)    għal metodoloġiji differenti b’mod sinifikanti użati għad-determinazzjoni ta' emissjonijiet minn kategoriji ta' sorsi speċifiċi:

– deskrizzjoni tal-metodoloġija oriġinali użata, inkluż informazzjoni dettaljata dwar il-bażi xjentifika li minnha ġie derivat il-fattur tal-emissjonijiet;

– evidenza li l-metodoloġija oriġinali intużat biex jiġi determinat it-tnaqqis tal-emissjonijiet fiż-żmien meta ġie stabbilit;

– deskrizzjoni tal-metodoloġija aġġornata użata, inkluż deskrizzjoni dettaljata tal-bażi jew referenza xjentifika li minnha ġie derivat;

– tqabbil ta’ stimi tal-emissjonijiet imwettqa bl-użu tal-metodoloġiji oriġinali u aġġornati li juru li l-bidla fil-metodoloġija tikkontribwixxi biex Stat Membru ma jkunx jista' jissodisfa l-impenn tiegħu tat-tnaqqis;

– ir-raġunament biex jiġi deċiż jekk il-bidla fil-metodoloġija hix sinifikanti;

2. L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw l-istess informazzjoni ta’ appoġġ għal proċeduri ta' aġġustament fuq il-bażi ta' prekundizzjonijiet simili, bil-kundizzjoni li kull Stat Membru jippreżenta l-informazzjoni speċifika meħtieġa għal kull pajjiż individwali kif deskritt fil-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw mill-ġdid l-emissjonijiet aġġustati sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tas-serje ta’ żmien għal kull sena li għaliha jiġi applikat l-aġġustament/jiġu applikati l-aġġustamenti.

ANNESS V

Monitoraġġ tal-effetti tas-sustanzi niġġiesa fl-ambjent

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-netwerk tas-siti tal-monitoraġġ tagħhom huma rappreżentattivi tal-ilma frisk, naturali u seminaturali tagħhom, kif ukoll tat-tipi tal-ekosistemi tal-foresti.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ ikun bbażat fuq l-indikaturi obbligatorji li ġejjin fis-siti kollha tan-netwerk definiti fil-paragrafu 1:

(a) għall-ekosistemi tal-ilma frisk: li jiġi stabbilit kemm hi kbira l-ħsara bijoloġika, inklużi r-riċevituri sensittivi (mikrofiti, makrofiti u dijatomi), u telf tal-istokk tal-ħut jew telf ta' invertebrati:

il-kapaċità ta’ newtralizzazzjoni tal-aċidu (ANC) indikatur ewlieni u l-indikaturi ta' appoġġ tal-aċidità (pH), is-sulfat maħlul (SO4), in-nitrat (NO3) u l-karbonju organiku maħlul fl-ilma bi frekwenza minima ta’ teħid ta’ kampjuni minn perjodi ta' kull sena (fil-lag fi żmien il-ħarifa) għal ta' kull xahar (fix-xmajriet).

(b) għall-ekosistemi terrestri: li jiġu eżaminati l-aċidità tal-ħamrija, it-telf tan-nutrijenti fil-ħamrija, il-qagħda u l-bilanċ tan-nitroġenu kif ukoll it-telf tal-bijodiversità:

(i)      l-indikatur ewlieni ta' aċidità tal-ħamrija : frazzjonijiet skambjabbli tal-katjoni ta' bażi (saturazzjoni ta' bażi) u aluminju skambjabbli fil-ħamrija kull 10 snin u l-indikaturi ta' appoġġ, pH, sulfat, nitrat, katjoni ta' bażi, konċentrazzjonijiet tal-aluminju f'soluzzjoni ta' ħamrija kull sena (fejn rilevanti);

(ii)     l-indikatur ewlieni ta' lissija tan-nitrati fil-ħamrija (NO3,leach) kull sena;

(iii)    l-indikatur ewlieni ta' proporzjon tal-karbonju man-nitroġenu (C/N) u indikatur ta’ appoġġ totali tan-nitroġenu fil-ħamrija (Ntot), kull 10 snin;

(iv)    l-indikatur ewlieni ta' bilanċ tan-nutrijenti fil-weraq (N/P,N/K, N/Mg) kull erba’ snin.

(c) għall-ekosistemi terrestri: li tiġi eżaminata l-ħsara mill-ożonu għat-tkabbir u l-bijodiversità tal-veġetazzjoni:

(i)      l-indikatur ewlieni ta' ħsara għat-tkabbir tal-veġetazzjoni u ħsara lill-weraq u l-indikatur ta’ sostenn tal-fluss tal-karbonju (Cflux) kull sena;

(ii)     l-iskorriment tal-indikatur ewlieni tal-livelli kritiċi bbażati fuq il-fluss kull sena matul l-istaġun tat-tkabbir;

3. L-Istati Membri għandhom jużaw il-metodoloġiji fil-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja fuq Distanza Twila u l-Manwali tagħha għall-Programmi Internazzjonali ta' Kooperazzjoni meta tinġabar u tiġi rrappurtata[5] l-informazzjoni koperta mill-paragrafu 2.

ANNESS VI

Tabella ta' Korrelazzjoni

Id-Direttiva Attwali || Direttiva 2001/81/KE

Artikolu 1 || Artikolu 1

Artikolu 2 || Artikolu 2 (1el subparagrafu)

Artikolu 3(1) || Artikolu 3(e)

Artikolu 3(2), (3), (6), (7), (9-12) || -

Artikolu 3(4) || Artikolu 3(j)

Artikolu 3(5) || Artikolu 3(k)

Artikolu 3(8) || Artikolu 3(g)

Artikolu 4(1), (2) || Artikolu 4(1)

Artikolu 4(3) || Artikolu 2(2ni subparagrafu)

Artikolu 5 || -

Artikolu 6(1) || Artikolu 6(1), (2)

Artikolu 6(2), (5-9) || -

Artikolu 6(3), (4) || Artikolu 6(3)

Artikolu 7(1) (1el subparagrafu) || Artikolu 7(1)

Artikolu 7(1) (2ni subparagrafu), (3-6) || -

Artikolu 7(2) || -

Artikolu 7(7) || Artikolu 7(2)

Artikolu 7(8) || Artikolu 7(3)

Artikolu 7(9) || Artikolu 7(4)

Artikolu 8 || -

Artikolu 9(1) || Artikolu 8(2)

Artikolu 9(2) (1el subparagrafu) || Artikolu 8(1)

Artikolu 9(2) (2ni subparagrafu), (3-5) || -

Artikolu 10 || Artikoli 9 u 10

Artikolu 11(1) || Artikolu 6(4)

Artikolu 11(2) || Artikolu 7(3)

Artikolu 12 || Artikolu 11

Artikolu 13 || Artikolu 13(3)

Artikolu 14 || Artikolu 13(1), (2)

Artikolu 15 || Artikolu 14

Artikolu 16 || -

Artikolu 17 || Artikolu 15

Artikolu 18 || -

Artikolu 19 || Artikolu 16

Artikolu 20 || Artikolu 17

Anness I || Artikolu 8(1) u Anness III

Anness II || Anness I

Annessi III, V u VI || -

Anness IV || Anness III

[1]               Id-Deċiżjoni 2012/11, ECE/EB/AIR/113/Add. 1

[2]               Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

[3]               Id-Deċiżjoni ECE/EB.AIR/75, paragrafu 28a

[4]               Id-Deċiżjoni 2012/10, ECE/EB.AIR/113/Add.1

[5]               Id-Deċiżjoni 2008/1, ECE/EB.AIR/wg.1/2008/16