Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni ta' kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom /* COM/2013/0813 final - 2013/0402 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA L-Ewropa hi
f'saħħitha fix-xjenza u l-innovazzjoni u għandha l-potenzjal li
tkun fuq quddiem nett globalment. L-isforz għal xjenza ta' kwalità mhuwiex
biss l-għan tar-riċerkaturi, imma jipprovdi dħul importanti kemm
pubbliku u kemm privat. Madankollu,
ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) b'mod globali fi ħdan
l-UE mhuwiex misjuq biżżejjed min-negozji meta mqabbel ma' xi
wħud mill-imsieħba kummerjali ewlenin, b'mod partikolari l-Istati
Uniti u l-Ġappun. Investiment subottimali tan-negozju fir-R&Ż
għandu impatt negattiv fuq l-introduzzjoni ta’ prodotti, proċessi,
servizzi u kompetenzi ġodda. Għalhekk wieħed jixtieq li jtejjeb
il-kundizzjonijet ta' attività innovativa tan-negozju. Bħala parti
mill-strateġija usa’ tagħha Ewropa 2020, il-Kummissjoni impenjat
ruħha li toħloq Unjoni tal-Innovazzjoni, tipproteġi
l-investimenti fil-bażi tal-għarfien, tnaqqas il-frammentazzjoni li
tiswa ħafna flus, u tagħmel l-Ewropa post aktar sodisfaċenti
għall-innovazzjoni. Ambjent li jwassal għall-innovazzjoni għandu
b’mod partikolari jħeġġeġ livelli ogħla ta’
investiment fir-R&Ż mis-settur privat, permezz ta’ kollaborazzjoni
aktar estensiva, inkluża dik transkonfinali, fir-R&Ż u
l-iżviluppi teknoloġiċi bejn l-universitajiet u l-industrija,
l-innovazzjoni miftuħa u li tippermetti valutazzjoni mtejba tal-proprjetà
intellettwali (IP) b’tali mod li l-aċċess għall-kapital ta’
riskju u l-finanzjament ikun imsaħħaħ għal aġenti
ekonomiċi orjentati lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni. L-ilħuq ta'
dawn il-miri esklussivament fuq il-livell nazzjonali mhuwiex
biżżejjed u jwassal għal approċċi ineffiċjenti
duplikazzjoni tal-isforzi fl-Unjoni. Il-kostitjiet ta' tranżazzjoni imnaqqsa
drastikament fl-ekonomija diġitali wasslu għal suriet ġodda ta'
kooperazzjoni max-xjenza miftuħa u l-innovazzjoni, li ta' spiss iwasslu
għal mudelli ġodda ta' negozju bl-użu ta' tagħrif
maħluq b'mod konġunt. Madankollu, id-drittijiet tal-proprjetà
intellettwali (IPRs) huma parti essenzjali minn politika ta’ innovazzjoni. L-IPRs
jipprovdu l-innovaturi u l-inventuri b’mezzi ta’ approprjazzjoni tal-outputs
tal-isforzi tagħhom, li huma ta’ natura intanġibbli, u b’hekk
jipprovdu l-inċentivi neċessarji għal investiment
f’soluzzjonijiet, invenzjonijiet u kompetenzi ġodda. L-IPRs għandhom
it-tendenza li jipproteġu r-riżultati ta’ sforzi kreattivi jew
inventivi, iżda dawn għandhom ambitu limitat. Matul il-proċess tar-riċerka u
l-kreazzjoni tinġabar u tiġi żviluppata informazzjoni
sinifikanti, li progressivament tibni għarfien ta’ valur ekonomiku
sostanzjali li ħafna drabi ma jikkwalifikax għall-protezzjoni
tal-IPR, iżda li hu importanti bl-istess mod għall-innovazzjoni u
għall-kompetittività tan-negozji b’mod ġenerali. Meta l-ksib ta' dawn
l-assi u l-attirar ta' finanzjament u investiment jirrikejdu li l-PI
jinżammu sigrieti, il-kumpaniji, il-laboratorji, l-universitajiet, kif
ukoll l-inventuri u l-kreaturi individwali, juaw l-aktar forma ta'
approprjazzjoni affidabbli u li ilha teżisti fuq informazzjoni
prezzjuża: il-kunfidenzjalità. Peress li r-riċerka tibni fuq xogħol
preċedenti, il-kondiviżjoni tal-għarfien u s-sejbiet ġodda
jirrappreżentaw lieva importanti għal aktar innovazzjoni. Skont
il-mudell tan-negozju tal-innovatur hemm każijiet meta l-konfidenzjalità
tista’ tkun il-bażi rekwiżitorja li fuqha fl-IP tista’ tkun imrawma
sabiex tkun tista’ tiġi sfruttata f’innovazzjoni u żieda
fil-kompetittività. Kull IPR jibda b’sigriet. Il-kittieba ma jiżvelawx
it-tema li jkunu qed jiktbu dwarha (dritt futur tal-awtur), dawk li
jagħmlu l-karozzi ma jiċċirkulawx l-ewwel disinni ta' mudell
ġdid (disinn futur), il-kumpaniji ma jiżvelawx ir-riżultati
preliminari tal-esperimenti teknoliġiċi tagħhom (privattiva
futura), il-kumpaniji iżommu mistural-informazzjoni marbuta mat-tnedija
ta' prodott tal-marka ġdid (marka kummerċjali futura), eċċ. Fit-terminoloġija legali, informazzjoni
li tinżamm kunfidenzjali sabiex jiġu ppreservati l-kisbiet
kompetittivi hija magħrufa bħala “sigriet kummerċjali”,
“informazzjoni mhux żvelata”, “informazzjoni kunfidenzjali tan-negozju”
jew “kompetenza sigrieta”. Id-dinja tan-negozju u dik akkademika xi kultant
jużaw ismijiet oħra għaliha bħal “kompetenza proprjetarja”
jew “teknoloġija proprjetarja”. Is-sigrieti kummerċjali huma wkoll
daqstant importanti daqs il-ħarsien tal-innovazzjoni mhux
teknoloġika. Is-setturi tas-servizzi, li jirrappreżentaw madwar
70 % tal-PDG tal-UE, huma dinamiċi ħafna, u dak
id-dinamiżmu jiddependi fuq il-manutenzjoni innovattiva tal-ħolqien
tal-għarfien. Madankollu, is-settur tas-servizzi ma jistrieħx daqs
l-industrija tal-manifattura fuq il-proċess teknoloġiku u
l-innovazzjoni tal-prodott (kif protetti mill-privattivi). Il-kunfidenzjalità
f’din il-parti ewlwenija tal-ekonomija tal-UE tintuża għall-bini u
l-isfruttament tal-hekk imsejħa “soft innovation” (innovazzjoni sottili)
għall-kompetittività, li tkopri l-użu u l-applikazzjoni ta’ firxa
diversifikata ta’ informazzjoni strateġika kummerċjali, li testendi
lil hinn mit-tagħrif teknoloġiku, bħal informazzjoni fuq
il-klijenti u l-fornituri, proċessi tan-negozju, pjanijiet tan-negozju,
ir-riċerka tas-suq, eċċ. L-ekonomisti jaqblu li l-kumpaniji,
irrispettivament mid-daqs tagħhom, jivvalorizzaw is-sigrieti
tal-kummerċ mill-inqas daqs kull forma oħra ta’ PI. Is-sigrieti
kummerċjali huma partikolarment importanti għall-impriżi ta’
daqs żgħir u medju (SMEs) u l-istart-ups (dawk li qed jibdew) peress
li dawn ħafna drabi ma jkollhomx riżorsi umani speċjalizzati u
s-saħħa finanzjarja li jsegwu, jimmaniġġjaw, jinforzaw u
jiddefendu l-IPRs. Għalkemm mhux protetti bħal IPR
klassiku, is-sigrieti kummerċjali klassiċi xorta waħda huma
strument prinċipali kumplimentari meħtieġ
għall-approprjazzjoni tal-assi intellettwali li jixprunaw l-ekonomija
tal-għarfien tas-seklu 21. Id-detentur ta’ sigriet kummerċjali ma
jkollux drittijiet esklussivi fuq l-informazzjoni koperta mis-sigriet
kummerċjali. Madankollu, sabiex jiġi promoss proċess
ekonomikament effiċjenti u kompetittiv, huma ġġustifikati
restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ sigriet kummerċjali f’każijiet
fejn il-kompetenza jew l-informazzjoni relevanti tkun inkisbet mid-detentur
tas-sigriet kummerċjali kontra r-rieda tiegħu minn parti terza
permezz ta’ mezzi diżonesti. L-evalwazzjoni ta’ jekk u sa liema punt dawn
ir-restrizzjonijiet huma neċessarji hija soġġetta, fuq bażi
ta' każ b'każ, għal kontroll ġudizzjarju. Dan ifisser li l-kompetituri huma ħielsa,
u għandhom jiġu inkoraġġiti, li jiżviluppaw u
jużaw l-istess soluzzjonijiet, oħrajn simili jew dawk alternattivi,
biex b’hekk jikkompetu fl-innovazzjoni, iżda ma jitħallewx jingannaw,
jisirqu jew iqarrqu sabiex jiksbu informazzjoni kunfidenzjali żviluppata
minn oħrajn. Filwaqt li l-iżvilupp u l-ġestjoni
tal-għarfien u l-informazzjoni saru dejjem aktar ċentrali
għall-prestazzjoni tal-ekonomija tal-UE, l-esponiment ta' kompentenza u
informazzjoni ta' valur misturin (sigrieti kummerċjali) għal serq,
spjunaġġ jew tekniki oħra ta' miżapproprjazzjoni
għandu u qed ikompli jiżdied (il-globalizzazzjoni,
l-esternalizzazzjoni, ktajjen itwal tal-provvista, l-użu dejjem jikber
tal-ICT, eċċ.). Ir-riskju jżid ukoll li s-sigrieti
kummerċjali jiġu użati f’pajjiżi terzi li jipproduċu
prodotti kontraventorji li sussegwentement jikkompetu fl-UE ma’ dawk tal-vittma
tal-miżapproprjazzjoni. Madankollu, id-diversità u l-frammentazzjoni
kurrenti tal-qafas legali dwar il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali
kontra l-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali tagħhom qed
ifixkel ir-R&Ż transfruntiera u ċ-ċirkolazzjoni ta’
għarfien innovattiv billi jdgħajjef il-kapaċità tal-kumpaniji
Ewropej li jirrispondu għal attakki diżonesti fuq il-kompetenza
tagħhom. Ottimizzazzjoni tal-infrastruttura tal-PI
huwa pilastru importanti tal-Unjoni tal-Innovazzjoni u, f’dak il-kuntest,
f’Mejju 2011 il-Kummissjoni adottat strateġija komprensiva dwar l-IP, fejn
intrabtet li teżamina l-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali[1]. Din il-proposta hija
waħda aktar konsenjabbli fuq l-impenn li jinħoloq suq uniku
għall-proprjetà intellettwali. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT 2.1. Konsultazzjoni Pubblika Din l-inizjattiva hija bbażata fuq
evalwazzjoni tal-importanza tas-sigrieti kummerċjali
għall-innovazzjoni u għall-kompetittività tal-kumpaniji, sa fejn
jintużaw, ir-rwol u r-relazzjoni tagħhom mal-IPRs,
fil-ġenerazzjoni u l-isfruttament ekonomiku tal-għarfien u l-assi
intanġibbli, u l-qafas legali relevanti. Dawn il-valutazzjonijiet twettqu
bl-għajnuna ta’ żewġ studji esterni u b'konsultazzjonijiet
estensivi mal-partijiet interessati. L-ewwel studju (ippubblikat f’Jannar tal-2012)
jipprovdi valutazzjoni komparattiva tal-liġi tal-protezzjoni kontra
l-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali fl-Istati Membri
differenti tal-UE. It-tieni studju, ippubblikat f’Mejju tal-2013, ivvaluta
l-bażi ekonomika tas-sigrieti kummerċjali u l-protezzjoni kontra
l-miżapproprjazzjoni u analizza ulterjorment il-protezzjoni legali
tas-sigrieti kummerċjali madwar l-UE. Hu kkonferma n-natura frammentata u
diversifikata tal-protezzjoni eżistenti kontra l-miżapproprjazzjoni
tas-sigrieti kummerċjali fl-Unjoni kollha, kkunsidrata bħala b’mod
ġenerali mhux trasparenti u li timponi spejjeż u riskji bla
bżonn. L-istudju kkunsidra li sistema effiċjenti biex tiżgura
r-riżultati tar-R&Ż hija prekundizzjoni għan-negozji
għall-innovazzjoni u li l-flessibilità offruta minn dipendenza
effiċjenti fuq is-sigrieti kummerċjali taqbel sew mal-mod li bih
l-innovazzjoni sseħħ fl-ambjent tan-negozju tal-lum. Hu kkonkluda li
l-armonizzazzjoni tal-liġi tas-sigrieti kummerċjali fl-UE ttejjeb
il-kundizzjonijiet għall-kumpaniji biex jiżviluppaw, jiskambjaw u
jużaw għarfien innovattiv. L-opinjonijiet tal-partijiet interessati kienu
miġbura fi tliet (3) passi. L-ewwel, is-soċjetà ċivili,
l-industrija, l-akkademja u l-awtoritajiet pubbliċi ddiskutew din
il-kwistjoni f’konferenza organizzata mill-Kummissjoni li saret f’Ġunju
tal-2012. It-tieni, sussegwentement ġie mniedi
stħarriġ dwar l-użu tas-sigrieti kummerċjali, r-riskji
assoċjati u l-protezzjoni legali, fil-kuntest tat-tieni studju, f'Novembru
tal-2012. L-istħarriġ kien immirat lejn kampjun rappreżentattiv
ta’ negozji madwar l-UE, inklużi l-SMEs li kienu responsabbli għal
60 % tal-kampjun. Waslu total ta’ 537 tweġiba
għall-istħarriġ. B’mod ġenerali, 75 % minn dawk li
wieġbu kklassifikaw is-sigrieti kummerċjali bħala ta' importanza
strateġika għat-tkabbir, il-kompetittività u l-prestazzjoni
innovattiva tal-kumpanija tagħhom. L-istħarriġ wera li matul
l-aħħar 10 snin, madwar wieħed minn kull ħamsa li
wieġbu kienu mġarrba għall-anqas tentattiv wieħed
f’miżapproprjazzjoni fi ħdan l-UE, billi kważi tnejn minn kull
ħamsa minn dawk li wieġbu ddikjaraw li r-riskju ta’
miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali kien żdied matul
l-istess perjodu. Żewġ terzi ta’ dawk li wieġbu indikaw
appoġġ għall-proposta leġiżlattiva tal-UE. It-tielet, mill-11 ta’ Diċembru 2012
sat-8 ta’ Marzu 2013 is-servizzi tal-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni
pubblika, li tiffoka fuq l-għażliet possibbli ta’ politika u
l-impatti tagħhom. Waslu 386 tweġiba, il-biċċa l-bira minn ċittadini
individwali (primarjament minn Stat Membru wieħed) u negozji. 202 minn
dawk li wieġbu sabu li l-protezzjoni legali kontra
l-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali għandha jiġu
indirizzati mill-UE. Madankollu, l-opinjonijiet espressi minn żewġ gruppi
ewlenin ta’ dawk li wieġbu (iċ-ċittadini u l-kumpaniji) kienu
polarizzati. Tlieta minn kull erba’ ċittadini jqisu s-sigrieti
kummerċjali bħala ta' importanza baxxa għar-R&Ż u
jaħsbu li l-protezzjoni legali eżistenti tas-sigrieti
kummerċjali hija eċċessiva u 75 % ma jarawx
il-ħtieġa ta’ azzjoni tal-UE. Il-kumpaniji li rreaġixxew,
min-naħa l-oħra, jikkunsidraw is-sigrieti kummerċjali bħala
importanti ferm għar-R&Ż u għall-kompetittività
tagħhom. Maġġoranza sinifikanti jaraw il-protezzjoni
eżistenti bħala dgħajfa, b’mod partikolari fuq livell transfruntier,
u jaraw id-differenzi bejn l-oqfsa legali nazzjonali bħala li jħallu
impatti negattivi bħal riskju akbar għan-negozju fl-Istati Membri
b'anqas protezzjoni, anqasinċentivabiex wieħed jidħol għal
R&Ż transfruntiera u u ż-żieda fin-nefqa f’miżuri preventivi
biex tiġi protetta l-informazzjoni. 2.2. Valutazzjoni tal-Impatt Il-valutazzjoni tal-impatt wea
d-diverġenzi nazzjonali fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali:
huma ftit il-liġijiet tal-Istati Membrijew jiddefinixxi s-sigrieti
kummerċjali jew jispeċifikaw jekk għandhomx jiġu protetti;
ordnijiet ta' waqfien u ebda tkomplija kontra l-kontraventuri mhumiex
disponibbli fil-każijiet kollha; ir-regoli tradizzjonali dwar il-kalkolu
tad-danni ta' spiss huma inadegwati għall-każijiet ta'
miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali u metodi alternattivi
(pereżempju l-ammont ta' royalties li kienu jkunu dovuti taħt ftehim
ta' liċenzja) mhumiex disponibbli fl-Istati membri kollha; u r-regoli
kriminali ma jindirizzawx is-serq tas-sigriet kummerċjali fl-Istati Membri
kollha. Barra minn hekk, ħafna Stati Membri ma għandhomx regoli
mmirati biex iħarsu s-sigrieti kummerċjali matul il-litigazzjoni, u
b’hekk jiskoraġġixxu vittmi ta’ miżapproprjazzjoni ta' sigriet
kummerċjali milli jfittxu rimedju fil-qorti. Irriżultaw żewġ problemi
ewlenin: ·
Inċentivi subottimali għal attvitajiet
ta' innovazzjoni transfruntiera. Meta s-sigrieti kummerċjali jkunu
f'riskju ta' miżapproprjazzjoni bi protezzjoni legali ineffettiva,
l-inċentivi biex wieħed jipparteċipa f'attivitajiet ta'
innovazzjoni (inluż fi skala transfruntiera) jkunu affettwati
minħabba (i) il-valur mistenni aktar baxx tal-innovazzjoni li tkun
tistrieħ fuq is-sigriet kummerċjali u l-kostijiet ogħla
għall-protezzjoni tiegħu; u (ii) ir-riskju ogħla tan-negozju
meta wieħed jikkondividi sigrieti kummerċjali. Pereżempju,
40 % tal-kumpaniji tal-UE joqogħdu lura milli jikkondividu sigrieti
kummerċjali ma’ partijiet oħra minħabba li jibżgħu li
jitilfu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni permezz ta’ użu
ħażin jew ir-rilaxx mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom. Dan
jimpedixxi l-innovazzjoni u b’mod partikolari r-riċerka kollaborattiva u
l-innovazzjoni miftuħa li teħtieġ il-kondiviżjoni ta’
informazzjoni prezzjuża minn diversi imsieħba tan-negozju u
r-riċerka. ·
Il-vantaġġi kompetittivi bbażati fuq
is-sigrieti kummerċjali huma fil-periklu (kompetittività mnaqqsa):
il-protezzjoni legali frammentata fi ħdan l-UE ma tiggarantixxix amibitu
komparabbli ta' protezzjoni u livell ta' rimedju fi ħdan is-Suq Intern,
b'hekk il-vantaġġi kompetittivi bbażati fuq is-sigrieti
kummerċjali, jekk ikunux relatati mal-innovazzjoni jew le, jiġu
fil-periklu u dan jimmina l-kompetittività tas-sidien tas-sigrieti
kummerċjali. Pereżempju, l-industrija Ewropea tal-kimika, li
tiddependi b’mod qawwi fuq l-innovazzjonijiet tal-proċessi assigurati
bis-sigrieti kummerċjali, tistma li l-miżapproprjazzjoni ta’ sigriet
kummerċjali tista' ta’ spiss twassal għal tnaqqis fil-fatturat ta'
30 %. L-objettiv ta’ din l-inizjattiva huwa li
jiġi żgurat li l-kompettitività tal-korpi Ewrope tan-negozju u
r-riċerka li hija bbażata fuq kompetenzi u informazzjoni mhux
żvelata (sigrieti kummerċjali) tkun protetta kif imiss u li jitjiebu
l-kundizzjonijiet/il-qafas għall-iżvilupp u l-isfruttament tal-innovazzjoni
u għat-trasferiment tal-għarfien fi ħdanis-Suq Intern.. B'mod
speċifiku, hi timmira li ttejjeb l-effikaċja tal-protezzjoni legali
kontra l-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali madwar is-Suq
Intern. L-għażliet possibbli li ġejjin
biex tissolva l-problema ġew meqjusa: –
Status quo. –
Il-forniment tal-informazzjoni u l-qawmien ta'
kuxjenza dwar il-miżuri, proċeduri u rimedji nazzjonali disponibbli
kontra l-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali. –
Il-konverġenza tal-liġi ċivili
nazzjonali fir-rigward tal-illegalità tal-atti ta' miżapproprjazzjoni
tas-sigrieti kummerċjali (imma r-regoli dwar ir-rimedji u l-preservazzjoni
dwar il-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali waqt proċeduri
legali li għandhom jiġu deċiżi f’livell nazzjonali). –
Konverġenza tar-rimedji tad-dritt ċivili
nazzjonali kontra l-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali u
r-regoli dwar iż-żamma tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti
kummerċjali matul u wara l-proċedimenti legali (minbarra
l-alternattiva 3). –
Il-konverġenza tal-liġi kriminali
nazzjonali minbarra konverġenza tal-liġi ċivili
(għażla 4), inkluż regolamentazzjoni dwar pieni kriminali
minimi. Il-valutazzjoni tal-imaptt ikkonkludiet li
l-alternattiva 4 se tkun proporzjonata u tkun l-aħjar biex jinkisbu
l-objettivi magħżula. F’termini tal-impatti, il-konverġenza
tar-rimedji tal-liġi ċivili se tippermetti li n-negozji innovattivi
jiddefendu sigrieti kummerċjali leġittimi tagħhom b’mod aktar
effettiv madwar l-UE. Barra minn hekk, jekk is-sidien tas-sigrieti
kummerċjali waqt il-proċedimenti jistgħu jiddependu fuq il-kunfidenzjalità,
huma jkunu aktar inklinati li jfittxu protezzjoni legali kontra ħsarat
potenzjali permezz ta' miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali.
Aktar ċertezza legali u konverġenza tal-liġijiet għandha
tikkontribwixxi biex jiżdied il-valur tal-innovazzjonijiet li l-kumpaniji
jippruvaw jipproteġu bħala sigrieti kummerċjali, minħabba
li jitnaqqsu r-riskji ta’ miżapproprjazzjoni. Jirriżultaw impatti
pożittivi fuq il-funzjonament tas-Suq Intern hekk kif il-kumpaniji, b’mod
partikolari l-SMEs, u r-riċerkaturi se jkunu jistgħu jagħmlu
użu aħjar tal-ideat innovattivi tagħhom stess billi jikkooperaw
mal-aqwa soċji fl-UE, u b’hekk ikun hemm għajnuna biex jiżdied
l-investiment tas-settur privat fir-R&Ż fi ħdan is-Suq Intern.
Fl-istess ħin, il-kompetizzjoni ma għandhiex tkun ristretta peress li
ma hu qed jingħata l-ebda dritt esklussiv u kull kompetitur huwa liberu li
indipendentement jikseb l-għarfien mħares mis-sigriet
kummerċjali (inkluż permezz ta' dekumpilazzjoni). Bl-istess mod,
l-ingaġġar u l-mobilità ta’ ħaddiema b'ħiliet għolja
(dawk li għandhom aċċess għal sigrieti kummerċjali) fi
ħdan is-Suq Intern ma għandhomx jiġu affettwati b’mod negattiv.
Dan għandu jkollu, fuq tul ta' żmien, effetti pożittivi fuq
il-kompetittività u t-tkabbir tal-ekonomija tal-UE. Din l-inizjattiva ma
għandhiex taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet fundamentali. B’mod
partikolari, l-inizjattiva se tippromwovi d-dritt għall-proprjetà u
d-dritt li wieħed imexxi negozju. F’termini ta’ aċċess għal
dokumenti fi proċedimenti ġudizzjarji iddaħħlu
fis-seħħ salvagwardji sabiex jipproteġu d-dritt ta’ difiża.
L-inizjattiva fiha wkoll salvagwardji biex jiżguraw li d-dritt
għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni jkun garantit. Din l-inizjattiva hija konsistenti mal-obbligi
internazzjonali (jiġifieri l-Ftehim dwar l-Aspetti Marbuta
mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali (il-Ftehim TRIPS)).
L-imsieħba kummerċjali ewlenin għandhom leġiżlazzjoni
simili dwar din il-kwistjoni. 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi għall-adozzjoni ta’ regoli tal-UE li
jarmonizzaw il-leġislazzjoni nazzjonali, kull meta jkun meħtieġ
għall-funzjonament bla xkiel tas-Suq Intern. L-objettiv ta' din
il-proposta hu li tistabbilixxi livell ta' rimedju suffiċjenti u
komparabbli fis-Suq Intern kollu f’każ ta’ miżapproprjazzjoni ta'
sigriet kummerċjali (filwaqt li tipprovdi salvagwardji suffiċjenti
biex tipprevjeni mġiba abbużiva). Ir-regoli nazzjonali eżistenti
joffru livell inekwu ta’ protezzjoni madwar l-UE kontra
l-miżapproprjazzjoni tas-sigrieti kummerċjali, li tipperikola
l-funzjonament bla xkiel tas-Suq Intern għal informazzjoni u kompetenza.
Tabilħaqq, sabiex jintlaħaq il-potenzjal kollu tagħha bħala
ass ekonomiku, l-informazzjoni prezzjuża (bħal proċessi ta’
manifatturar, sustanzi u materjali ġodda, teknoloġija mingħajr
privattivi, soluzzjonijiet tan-negozju) għandha tkun trasferibbli, b’mod
kunfidenzjali, minħabba li jista’ jkollha użu differenti għal
atturi differenti f’reġjuni ġeografiċi differenti, u b’hekk
jiġi ġġenerat introjtu għall-awturi u li tiġi permessa
allokazzjoni effiċjenti ta’ riżorsi. Il-qafas legali mferrex ukoll
inaqqas l-inċentivi biex jitwettqu attivitajiet transfruntiera relatati
mal-innovazzjoni li jiddependu fuq l-użu ta’ informazzjoni protetta
bħala sigriet kummerċjali, bħal stabbiliment fi Stat Membru
differenti għall-finijiet ta' manifattura jew kummerċjalizzazzjoni
ta' oġġetti/servizzi bbażati fuq sigrieti kummerċjali,
il-forniment ta' oġġetti/servizzi lil kumpanija fi Stat Membru
ieħor jew l-esternalizzazzjoni tal-manuifattira lil kumpanija oħra fi
Stat Membru ieħor. F’dawk is-sitwazzjonijiet, jekk is-sigriet
kummerċjali huwa miżapproprjat f’pajjiż ieħor b’livell
aktar baxx ta’ protezzjoni, l-oġġetti kontraventorji jistgħu
jinfirxu mas-suq kollu. Ir-regoli nazzjonali eżistenti b’hekk irendu
netwerk transfruntier tal-R&D u l-innovazzjoni anqas attraenti u aktar
diffiċli. Dawn joħolqu ukoll riskju akbar ta’ negozju fi Stati Membri
b’livelli iktar baxxi ta’ protezzjoni, b’effetti negattivi fuq l-ekonomija
tal-UE kollha kemm hi għax, fuq naħa waħda, l-inċentivi
għall-kummerċ transfruntier jonqsu, u min-naħa l-oħra,
l-“oġġetti kontraventorji” li joriġinaw minn dawk l-Istati
Membri (jew importati minnhom) jistgħu jinfirxu madwar is-Suq Intern.
Il-proposta għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera
tar-R&Ż: protezzjoni ċara, soda u livellata ta' sigrieti
kummerċjali kontra l-miżapproprjazzjoni tippromwovi kondiviżjoni
u trasferiment transfruntier ta' informazzjoni u kompetenza kunfidenzjali
tan-negozju billi titnaqqas il-perċezzjoni ta' riskji u kostijiet ta'
tranżazzjoni assoċjati mal-ittrattat ta' leġiżlazzjonijiet
multipli. Għandha wkoll ittejjeb l-inċentivi għall-kummerċ
transfruntier, grazzi għat-tnaqqis tal-kompetizzjoni inġusta minn
dawk li jridu jieħdu rikba b'xejn fl-ispazju tas-suq transfruntier. F’termini ta’ sussidjarjetà, il-problemi
identifikati fil-valutazzjoni tal-impatt huma misjuqa mid-diversità u
l-inkonsistenza tal-qafas regolatorju eżistenti li ma jiżgurax
kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji tal-UE b’konsegwenzi negattivi fuq
il-kompetittività tagħhom u dik tal-UE bħala entità sħiħa.
Il-kisba ta’ konsistenza akbar b'miżuri ta’ rimedju madwar l-Istati Membri
hija ċentrali sabiex dawk il-problemi jiġu indirizzati. Madankollu
inkonsistenza bħal din ma tistax tinkiseb permezz ta' azzjoni li
tittieħed biss fil-livell tal-Istat Membru: f'dan il-qasam l-esperjenza
titlob li anke meta l-Istati Membri jkunu sa ċertu punt ikkoordinati, pereżempju
bil-Ftehim TRIPS, jibqa' ma jintlaħaqx grad sostanzjali ta'
armonizzazzjoni sostantiva. Għalhekk, l-iskala meħtieġa u
l-effetti tal-azzjoni proposta huma fil-livell tal-UE. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq
il-baġit tal-Unjoni Ewropea. L-azzjonijiet kollha proposti biex
jittieħdu mill-Kummissjoni f’din il-proposta huma konsistenti u
kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid 2014-2020. 5. SPJEGAZZJONI TAL-PROPOSTA 5.1. Dispożizzjonijiet
ġenerali Kapitoli 1 jiddefinixxi s-suġġett in
kwistjoni (Artikolu 1): id-Direttiva tapplika għall-akkwist,
l-iżvelar u l-użu illegali tas-sigrieti kummerċjali u
l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji li għandhom ikunu disponibbli
għall-finijiet ta' rimedju tal-liġi ċivili. Anke fil-Kapitolu I, Artikolu 2 jiddefinixxi
kunċetti ewlenin. Id-definizzjoni ta’ 'sigriet kummerċjali' jinkludi
tliet elementi: (i) l-informazzjoni għandha tkun kunfidenzjali; (ii)
għandu jkollha valur kummerċjali minħaba l-kunfidenzjalità
tagħha; u (iii) id-detentur tas-sigriet kummerjali irid ikun għamel
sforzi raġonevoli biex iżommha kunfidenzjali. Din id-definizzjoni
tiġi mid-definizzjoni ta’ 'informazzjoni mhux żvelata' fil-Ftehim
TRIPS. Id-definizzjoni ta’ 'detentur ta' sigriet
kummerċjali' tinkorpora, wkoll b'segeitu għall-Ftehim TRIPS,
il-kunċett ta’ kontroll legali ta’ sigriet kummerċjali bħala
element ewlieni. Għalhekk tiżgura li mhux biss is-sid oriġinali
tas-sigriet kummerċjali iżda wkoll dawk li għandhom
il-liċenzja jistgħu jiddefendu sigriet kummerċjali. Id-definizzjoni ta’ 'oġġett
kontraventorju' tintegra valutazzjoni ta’ proporzjonalità. l-oġġetti
li huma ddisinjati, manifatturati jew ikkumerċjalizzati li għandhom
kondotta illegali għandhom jibbenefikaw b'mod sinjifikanti mis-sigriet
kummerċjali in kwistjoni biex jitqiesu bħala oġġetti
kontraventorji. It-test għandu jintuża meta wieħed iqis kull
miżura li taffettwa direttament l-oġġetti mmanifatturati jew
imqiegħda mis-suq minn kontraventur. Kapitolu II jistabbilixxi
ċ-ċirkostanzi li taħthom l-akkwist, l-użu u l-kxif ta’
sigriet kummerċjali huma illegali (Artikolu 3), b’hekk li jintitolaw
lid-detentur tas-sigriet kummerċjali sabiex ifittex l-applikazzjoni
tal-miżuri u rimedji previsti fid-Direttiva. L-element ewlieni għal
dawk l-atti biex ikunu illegali huwa n-nuqqas ta’ kunsens tad-detentur
tas-sigriet kummerċjali. L-Artikolu 3 jiddetermina wkoll li l-użu ta’
sigriet kummerċjali minn parti terza li mhux involut direttament
fl-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali oriġinali, l-użu u
l-iżvelar huwa wkoll illegali, kell meta dik il-parti terza kienet konxja,
messha kienet taf, jew kienet avżata, bl-att illegali oriġinali.
LArtikolu 4 b’mod espliċitu jiċċara li sejbien indipendenti u
dekumpilazzjoni huma mezzi leġittimi biex wieħed jikseb
l-informazzjoni. 5.2. Miżuri, proċeduri u
rimedji Il-Kapitolu III jistabbilixxi l-miżuri,
il-proċeduri u r-rimedji li għandhom ikunu disponibbli
għad-detentur ta’ sigriet kummerċjali fil-każ ta’ akkwist,
użu jew żvelar illegali ta’ dak is-sigriet kummerċjali minn
parti terza. Sezzjoni 1 tistabbilixxi l-prinċipji
ġenerali applikabbli għal strumenti ta’ infurzar ċivili sabiex
jipprevjenu u jrażżnu atti ta’ miżapproprjazzjoni ta' sigriet
kummerċjali, notevolment l-effikaċja, il-ġustizzja u
l-proporzjonalità (Artikolu 5) u ta’ salvagwardji biex tiġi evitata
l-litigazzjoni abbużiva (l-Artikolu 6). Artikolu 7 jistabbilixxi perjodu
ta’ limitazzjoni. Artikolu 8 jirrikjedi mill-Istati Membri jipprovdu
l-awtoritajiet ġudizzjarji b’mekkaniżmi li jżommu l-kunfidenzjalità
tas-sigrieti kummerċjali żvelati fil-qorti għall-iskop ta’
litigazzjoni. Il-miżuri possibbli jeħtieġ li jinkludu:
ir-restrizzjoni tal-aċċess għad-dokumenti ppreżentati
lill-partijiet terzi, sħaħ jew parti minnhom; ir-restrizzjoni
tal-aċċess għas-seduti u r-reġistrazzjonijiet tas-seduti;
l-ordni għall-partijiet jew il-partijiet terzi biex iħejju
verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta' dokumenti li fihom sigrieti
kummerċjali u wkoll iħejju verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta'
deċiżjonijiet gudizzjarji. Dawn il-miżuri għandhom
jiġu applikati b’mod proporzjonat sabiex id-drittijiet tal-partijiet
għal smigħ xieraq ma jiġux mhedda. Il-miżuri ta'
kunfidenzjalità għandhom japplikaw matul il-litigazzjoni, iżda wkoll
wara litigazzjoni f’każ ta’ talbiet ta’ aċċess pubbliku
għad-dokumenti sakemm l-informazzjoni in kwistjoni tibqa’ sigriet
kummerċjali. Sezzjoni 2 tipprovdi għal miżuri
provviżorji u kawtelatorji fil-forma ta’ inġunzjonijiet
interlokutorji jew ta’ konfiski prekawzjonarji ta' oġġetti
kontraventorji (Artikolu 9). Tistabbilixxi wkoll salvagwardji biex tiġi
żgurata ekwità u proporzjonalità ta’ dawk il-miżuri provviżorji
u prekawzjonarji (Artikolu 10). Sezzjoni 3 tipprovdi għal miżuri li
jistgħu jiġu ordnati mad-deċiżjoni tal-merti tal-każ.
Artikolu 11 jipprovdi għall-projbizzjoni tal-użu jew l-iżvelar
ta’ sigriet kummerċjali, il-projbizzjoni li wieħed jagħmel,
joffri, jqiegħed fis-suq jew juża l-oġġetti kontraventorji
(jew jimporta jew jaħżen ġġetti kontraventorji għal
dawk il-finijiet) u miżuri korrettivi. Il-miżuri korrettivi jirrikjedu,
fost l-oħrajn, li l-kontraventur jeqred jew jibgħat lid-detentur
oriġinali tas-sigriet kummerċjali l-informazzjoni kollha li jkollu
fir-rigward tal-akkwistar, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigriet
kummerċjali. Artikolu 12 jistabbilixxi s-salvagwardji biex jiżguraw
l-ekwità u l-proporzjonalità tal-miżuri previsti fl-Artikolu 11. L-għoti ta’ danni għall-ħsara
li jsofri d-detentur tas-sigriet kummerċjali illegali bħala
konsegwenza tal-akkwistat, l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigriet
kummerċjali tiegħu huwa minqux fl-Artikolu 13, li jitlob
għall-kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha, inkluż
il-qligħ inġust li jinkiseb mill-konvenut. Il-possibbiltà li
jiġu kkalkulati d-danni fuq il-bażi ta’ royalties ipotetiċi hija
disponibbli wkoll, f’konformità ma' dak li hu previst fil-każ ta’ ksur ta’
drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Artikolu 14 jagħti s-setgħa
l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti biex jadottaw miżuri ta’
pubbliċità fuq talba tal-attur, inkluża l-pubblikazzjoni
tad-deċiżjoni fuq il-merti tal-każ — sakemm ma jiġix
żvelat is-sigriet kummerċjali u wara li tiġi kkunsidrata
l-proporzjonalità tal-miżura. Id-Direttiva ma tintegrax regoli dwar
l-infurzar transkonfinali ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji kif
ir-regoli ġenerali tal-UE dwar din il-kwistjoni japplikaw, u jippermettu
l-infurzar fl-Istati Membri kollha ta’ sentenza tal-Qorti li jipprojbixxu
l-importazzjoni fl-UE ta’ oġġetti infrazzjonarji. 5.3. Sanzjonijiet, rappurtar u
dispożizzjonijiet finali Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni
effettiva tad-Direttiva u l-issodisfar tal-objettivi mixtieqa, Kapitolu IV
jipprevedi l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet f’każ tan-nonkonformità
mal-miżuri previsti fil-Kapitolu III u jinkludi dispożizzjonijiet
dwar il-monitoraġġ u r-rapportar. Il-Kummissjoni tqis li, skont
id-dikjarazzjonijiet konġunti dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni[2], ma hemmx argumenti
biżżejjed biex formalment titlob dokumenti ta’ spjegazzjoni
mill-Istati Membri biex jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-kontenut ta’ din
id-Direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’
traspożizzjoni nazzjonali. Minn perspettiva teknika, id-Direttiva mhijiex
partikolarment kumplessa, tinkludi biss għadd limitat ta’ obbligi legali
li jirrikjedu traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u tittratta kwistjoni
delimitata sew li diġà kienet irregolata fuq livell nazzjonali fir-rigward
tal-qasam viċin tal-IPRs. Għalhekk, it-traspożizzjoni fil-livell
nazzjonali ma tkunx mistennija li tkun ikkumplikata u dan għandu
jħaffef il-monitoraġġ ta’ tali traspożizzjoni. 2013/0402 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni ta'
kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu
u l-iżvelar illegali tagħhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att
leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3]. Wara li kkonsultat lill-Kontrollur Ewropew
għall-Protezzjoni tad-Dejta[4], Waqt li jaġixxu skont il-proċedura
ordinarja leġiżlattiva , Billi: (1) Negozji u istituzzjonijiet
ta’ riċerka mhux kummerċjali jinvestu fl-akkwist, l-iżvilupp u
l-applikazzjoni ta’ kompetenza u informazzjoni, li hija l-ingredjent ewlieni
tal-ekonomija tal-għarfien. Dan l-investiment fil-ġenerazzjoni u
l-applikazzjoni ta’ kapital intellettwali jiddetermina l-kompetittività
tagħhom fis-suq u għalhekk il-qligħ tagħhom
mill-investiment, li huwa l-motivazzjoni fil-bażi tar-riċerka u
l-iżvilupp tan-negozju. In-negozji jirrikorru għal mezzi differenti biex
jaddattaw ir-riżultati tal-attivitajiet innovattivi tagħhom meta
il-ftuħ ma jippermettix l-isfruttament sħiħ tal-investimenti
tagħhom ta’ riċerka u innovazzjoni. L-użu ta’ drittijiet formali
ta’ proprjetà intellettwali bħal privattivi, drittijiet ta’ disinn jew
drittijiet tal-awtur hija waħda minn dawn l-attivitajiet. Attività
oħra hi l-protezzjoni tal-aċċess u l-isfruttament
tal-għarfien li huma ta’ valur għall-entità u mhux magħrufa
ħafna. Tali kompetenza u informazzjoni kummerċjali, li tinżamm mistura
u bl-intenzjoni li tibqa' kunfidenzjali tissejjaħ sigriet
kummerċjali. In-negozji, irrispettivament mid-daqs tagħhom,
jagħtu valur lis-sigrieti kummerċjali daqs il-privattivi u forom
oħra ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali u jużaw il-kunfidenzjalità
bħal għodda ta' ġestjoni tal-innovazzjoni tan-negozju u
r-riċerka u , li jkopri firxa diversifikata ta’ informazzjoni, li jestendi
lil hinn mit-tagħrif teknoloġiku għal dejta kummerċjali
bħal informazzjoni fuq il-konsumaturi u l-fornituri, pjanijiet tan-negozju
jew riċerka u strateġijitas-suq. Bil-protezzjoni ta' firxa
wiesgħa ta’ kompetenzi u informazzjoni kummerċjali, kemm bħala
ħaġa kumplimentari jew bħala alternattiva għad-drittijiet
ta’ proprjetà intellettwali, is-sigrieti kummerċjali jippermettu lill-awtur
li jikseb profitt mill-ħolqien u l-innovazzjonijiet tiegħu u
għalhekk huwa partikolarment importanti għar-riċerka u
l-iżvilupp u l-prestazzjoni innovattiva. (2) Innovazzjoni miftuħa
hija lieva importanti għall-ħolqien ta’ għarfien ġdid u
tirfed l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ġodda u innovattivi
bbażati fuq l-użu ta’ għarfien maħlud b'mod konġunt.
Sigrieti kummerċjali għandhom rwol importanti fil-ħarsien
tal-iskambju tal-għarfien bejn in-negozji fi ħdan u lil hinn
mill-fruntieri tas-suq intern fil-kuntest tar-riċerka u l-iżvilupp u
l-innovazzjoni. Ir-riċerka kollaborattiva, inkluża l-kooperazzjoni
transfruntiera, hija partikolarment importanti biex iżżid il-livelli
ta’ riċerka u żvilupp tan-negozju fi ħdan is-suq intern.
Innovazzjoni miftuħa hija katalist għal ideat ġodda biex isibu
triqthom lejn is-suq biex jissodisfaw il-ħtiġiet tal-konsumaturi u
jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. F’suq intern fejn ostakoli għal
tali kollaborazzjoni transkonfinali huma minimizzati u fejn il-kooperazzjoni ma
tiġix distorta, il-kreazzjoni intellettwali u l-innovazzjoni għandhom
iħeġġu investiment fi proċessi, servizzi u prodotti
innovattivi. Tali ambjent li jwassal għall-kreattività intellettwali u
l-innovazzjoni huwa importanti wkoll għat-tkabbir fl-impjiegi u titjib
tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni. Is-sigrieti kummerċjali huma
fost l-aktar forma użata ta’ protezzjoni tal-kreazzjoni intellettwali u
tal-kompetenza innovattiva min-negozji, iżda huma fl-istess ħin
l-inqas protetti minn qafas legali tal-Unjoni eżistenti kontra l-akkwist,
l-użu jew l-iżvelar illegali minn partijiet terzi. (3) Negozji innovattivi huma
dejjem aktar esposti għal prattiki qarrieqa bil-għan li jużaw
b'mod qarrieq sigrieti kummerċjali, bħal serq, ikkupjar mhux
awtorizzat, spjunaġġ ekonomiku, ksur tar-rekwiżiti
tal-kunfidenzjalità, kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-Unjoni.
Żviluppi riċenti, bħalma huma l-globalizzazzjoni,
iż-żieda fl-esternalizzazzjoni, perjodi itwal ta' katini
tal-provvista, użu akbar ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u
komunikazzjoni, jikkontribwixxu biex jiżdied ir-riskju ta’ dawk
il-prattiki. L-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali ta’ sigrieti
kummerċjali jikkompromettu l-abiltà leġittima tad-detentur
tas-sigriet li jinkiseb redditu tal-prekursur bl-użu tal-outputs tal-isforzi
innovattivi tiegħu. Mingħajr mezzi legali effettivi u komparabbli
biex jiddefendu s-sigrieti kummerċjali madwar l-Unjoni, huma mhedda
l-inċentivi innovattivi biex wieħed jinvolvi ruħu f’attività
transkonfinali fi ħdan is-suq intern u s-sigrieti tal-kummerċ ma
humiex f'pożizzjoni li jilħqu l-potenzjal tagħhom bħala
muturi tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Għalhekk, l-innovazzjoni u
l-kreattività huma skoraġġiti u l-investiment jonqos, u dan jaffettwa
l-funzjonament mingħajr skossi tas-suq intern u jimmina l-potenzjal
tiegħu li jsaħħaħ it-tkabbir. (4) L-isforzi internazzjonali
meħuda fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ biex
tiġi indirizzata din il-problema wasslu għall-konklużjoni
tal-Ftehim dwar l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ tal-Proprjetà Intellettwali
(il-Ftehim TRIPS). Dan tinkludi, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet
dwar il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali kontra l-akkwist, l-użu
jew l-iżvelar illegali tagħhom minn partijiet terzi, li huma
standards internazzjonali komuni. L-Istati Membri kollha, kif ukoll l-Unjoni
nnifisha, huma marbuta b’dan il-Ftehim li ġie approvat
bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE[5]. (5) Minkejja l-Ftehim TRIPS, hemm
differenzi importanti fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward
tal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali kontra l-akkwist, l-użu jew
l-iżvelar illegali tagħhom minn persuni oħra. Għalhekk,
pereżempju, mhux l-Istati Membri kollha adottaw definizzjonijiet
nazzjonali tas-sigrieti kummerċjali u/jew l-akkwist, l-użu jew
l-iżvelar illegali ta’ sigrieti kummerċjali, u b’hekk l-ambitu
tal-protezzjoni mhuwiex faċilment aċċessibbli u huwa differenti
madwar l-Istati Membri. Barra minn hekk, ma hemmx konsistenza fir-rigward
tar-rimedji disponibbli tal-liġi ċivili fil-każ tal-akkwist,
l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigrieti kummerċjali u
l-ordnijiet ta’ waqfien u ebda tkomplija mhux dejjem ikunu disponibbli
fl-Istati Membri kollha kontra partijiet terzi li ma jkunux kompetituri
tad-detentur leġittimu tas-sigriet kummerċjali. Id-diverġenzi
jeżistu wkoll madwar l-Istati Membri fir-rigward tat-trattament ta’
partijiet terzi li akkwistaw sigriet kummerċjali in bona fede iżda
sussegwentement jiskopru, waqt l-użu, li l-akkwist tagħhom ġie
minn l-akkwist illegali preċedenti ta' parti oħra. (6) Ir-regoli nazzjonali jvarjaw
ukoll dwar jekk id-detenturi leġittimi ta' sigriet kummerċjali
jistgħux ifittxu l-qerda ta’ prodotti mmanifatturati minn partijiet terzi
li jużaw illegalment sigrieti kummerċjali jew ir-ritorn jew il-qerda
ta’ kwalunkwe dokumenti, fajls jew materjal li jkun fihom jew li jimplimentaw
l-akkwist jew l-użu illegali tas-sigriet kummerċjali. Barra minn
hekk, ir-regoli nazzjonali applikabbli dwar il-kalkolu ta’ danni mhux dejjem
iqisu n-natura intanġibbli tas-sigrieti kummerċjali, li
jagħmilha diffiċli biex wieħed juri l-profitti attwali mitlufa
jew l-arrikkiment inġust tal-kontraventur fejn l-ebda valur fis-suq jista’
jiġi stabbilit għall-informazzjoni inkwistjoni. Ftit Stati Membri
biss jippermettu l-applikazzjoni ta’ regoli astratti dwar il-kalkolu tad-danni
fuq il-bażi ta' royalty jew jew miżata raġonevoli li
setgħet kienet dovuta li kieku kienet teżisti liċenzja
għall-użu tas-sigriet kummerċjali. Barra minn hekk, diversi
regoli ta' Stati Membri ma jiggarantixxux il-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità
tas-sigriet kummerċjali jekk id-detentur tas-sigriet kummerċjali
jintroduċi pretensjoni għal allegat akkwist, użu jew
żvelara illegali ta’ sigriet kummerċjali minn parti terza, u b’hekk
titnaqqas l-attrazzjoni tal-miżuri u r-rimedji eżistenti u tiddgħajjef
il-protezzjoni offruta. (7) Id-differenzi fil-protezzjoni
legali tas-sigrieti kummerċjali previsti mill-Istati Membri jimplikaw li
s-sigrieti kummerċjali ma jgawdux livell ekwivalenti ta’ protezzjoni
madwar l-Unjoni, ħaġa li twassal għal frammentazzjoni tas-suq
intern f’dan il-qasam u li jiddgħajjef b’mod ġenerali l-effett
diswassiv ir-regoli. Is-suq intern huwa affettwat sa fejn u sakemm dawn
id-differenzi jnaqqsu l-inċentivi tan-negozji li jidħlu għal
attività innovattiva relatata transkonfinali, inkluża kooperazzjoni ta'
riċerka jew manifattura ma' imsieħba, esternalizzazzjoni jew
investiment fi Stati Membri oħra, li jiddependu mill-użu
tal-informazzjoni protetta bħala sigriet kummerċjali. Riċerka u
żvilupp transkonfinali kif ukoll attivitajiet relatati mal-innovazzjoni,
inkluż kummerċ relatat mal-manifattura u sussegwentement ta' natura
transkonfinali, se jsiru anqas attraenti u aktar diffiċli fl-Unjoni, u
b’hekk naslu għal ineffiċjenzi relatati mal-innovazzjoni fuq l-iskala
tal-Unjoni. Barra minn hekk, jidher riskju akbar ta’ negozju fi Stati Membri
b’livelli komparattivament iktar baxxi ta’ protezzjoni, fejn is-sigrieti
tal-kummerċ jistgħu jinsterqu jew akkwistati b’xi mod ieħor
illegali ieħor iktar faċilment. Dan iwassal għal allokazzjoni
ineffiċjenti tal-kapital għal innovazzjoni li ssaħħaħ
it-tkabbir fi ħdan is-suq intern minħabba n-nefqa akbar fuq
miżuri protettivi li jikkumpensaw għan-nuqqas ta’ protezzjoni legali
insuffiċjenti f’xi Stati Membri. Dan jiffavorixxi wkoll attività ta’
kompetituri inġusti li wara l-akkwist illegali tas-sigrieti
kummerċjali jistgħu jifirxu l-oġġetti riżultanti
fis-suq intern kollu. Differenzi ta’ reġim leġiżlattiv
jiffaċilitaw ukoll l-importazzjoni ta’ oġġetti minn pajjiżi
terzi lejn l-Unjoni permezz ta’ punti ta’ dħul bi protezzjoni aktar
dgħajfa, meta d-disinn, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’
dawk l-oġġetti jiddependu fuq sigrieti kummerċjali misruqa jew
akkwistati illegalment b’mod ieħor. B’mod ġenerali, dawn
id-differenzi joħolqu ħsara għall-funzjonament tajjeb tas-suq
intern. (8) Huwa xieraq li jkun hemm
provvediment għal regoli fil-livell tal-Unjoni biex jiġu approssimati
s-sistemi leġiżlattivi nazzjonali sabiex jiġi żgurat li
jkun hemm livell ta’ rimedju suffiċjenti u konsistenti fis-suq intern kollu
fil-każ ta’ akkwist, użu jew żvelar illegali ta’ sigrieti
kummerċjali. Għal dan l-għan, huwa importanti li wieħed
jistabbilixxi definizzjoni omoġenea ta' sigriet kummerċjali
mingħajr ma jirrestrinġi s-suġġett in kwistjoni għal
protezzjoni kontra l-miżapproprijazzjoni. Din id-definizzjoni għandha
għalhekk tiġi mibnija b’tali mod li tkopri l-informazzjoni
tan-negozju, informazzjoni u kompetenza teknoloġika fejn hemm kemm
interess leġittimu li tinżamm kunfidenzjalità kif ukoll aspettattiva
leġittima fil-preservazzjoni ta’ tali kunfidenzjalità. Min-natura
tagħha, din id-definizzjoni għandha teskludi informazzjoni trivjali u
ma għandiex testendi għall-għarfien u l-ħiliet miksuba
mill-impjegati fil-kors normali tal-impjieg tagħhom u li huma
magħrufa jew aċċessibbli għal persuni li ġeneralment
jittrattaw din it-tip ta’ informazzjoni. (9) Huwa importanti wkoll li
jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi li taħthom il-protezzjoni
legali hija ġġustifikata. Għal din ir-raġuni, huwa
neċessarju li jiġu stabbiliti kondotta u prattiki li għandhom
jitqiesu bħala akkwist, użu jew żvelar illegali ta’ sigriet
kummerċjali. L-iżvelar mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jew
l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali ta’ informazzjoni relatata man-negozju
li jkollhom skont l-obbligi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[6]
jew għal regoli oħra dwar l-aċċess għal dokumenti
m’għandux ikun meqjus bħala żvelar illegali ta’ sigriet
kummerċjali. (10) Fl-interess tal-innovazzjoni u
biex titrawwem il-kompetizzjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva
m’għandhomx joħolqu l-ebda dritt esklussiv fuq l-għarfien jew
il-kompetenza protetta bħala sigriet kummerċjali. Għalhekk,
l-iskoperta indipendenti tal-istess kompetenza u informazzjoni tibqa’ possibbli
u l-kompetituri tad-detentur tas-sigriet kummerċjali huma wkoll liberi li
jwettqu dekumpilazzjoni ta' kwalunkwe prodott akkwistat legalment. (11) F’konformità
mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-miżuri u r-rimedji maħsuba
biex jipproteġu s-sigrieti kummerċjali għandhom ikunu mfassla
sabiex jissodisfaw l-objettiv tal-funzjonament tas-suq intern bla xkiel
għar-riċerka u l-innovazzjoni mingħajr ma jipperikolaw
l-għanijiet u l-prinċipji l-oħra ta’ interess pubbliku. F’dan
ir-rigward, il-miżuri u r-rimedji jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji
kompetenti jagħtu kont tal-valur ta’ sigriet kummerċjali, is-serjetà
tal-kondotta li tirriżulta fl-akkwist, l-użu jew l-iżvelar
illegli ta’ sigriet kummerċjali kif ukoll l-impatt ta’ kondotta bħal
din. Għandu jiġi żgurat ukoll li l-awtoritajiet ġudizzjarji
kompetenti jingħataw id-diskrezzjoni li jiżnu l-interessi
tal-partijiet involuti fit-tilwima, kif ukoll l-interessi ta’ partijiet terzi
inkluż, fejn xieraq, il-konsumaturi. (12) Il-funzjonament bla xkiel
tas-suq intern jiġi imminat jekk il-miżuri u r-rimedji previsti
jintużaw biex ikunu segwiti għanijiet illeġittimi inkompatibbli
mal-objettivi ta’ din id-Direttiva. Għalhekk, huwa importanti li jiġi
żgurat li l-awtoritajiet ġudizzjarji jkollhom is-setgħa li
jissanzjonaw imġiba abbużiva mir-rikorrent li jaġixxi in mala
fede u jippreżenta applikazzjonijiet manifestament bla bażi. Huwa
importanti wkoll li l-miżuri u r-rimedji previsti m’għandhomx
jirrestrinġu l-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni (li tinkludi
l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja kif rifless fl-Artikolu 11 tal-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea) jew attività ta' kxif ta' qerq.
Għalhekk il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali m’għandhiex
tiġi estiża għal każijiet fejn l-iżvelar ta’ sigriet
kummerċjali jservi l-interess pubbliku safejn hu kkonċernat
l-iżvelar tal-kondotta jew l-għemil ħażin relevanti. (13) Fl-interess
taċ-ċertezza legali u meta wieħed iqis li d-detenturi
leġittimi tas-sigrieti kummerċjali huma mistennija li
jeżerċitaw id-dmir li joqgħodu attenti fir-rigward
tal-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali siewja
tagħhom u l-monitoraġġ tal-użu tagħhom, jidher xieraq
li wieħed jirrestrinġi l-possibbiltà li jinbdew azzjonijiet
għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali għal perjodu limitat
wara d-data li fiha d-detenturi tas-sigrieti kummerċjali jsiru jafu, jew
ikollhom raġuni biex isiru jafu, bl-akkwist, l-użu jew l-iżvelar
illegali tas-sigriet kummerċjali tagħhom minn parti terza. (14) Il-prospett li jitilfu
l-kunfidenzjalità tas-sigriet kummerċjali matul proċeduri
kontenzjużi spiss jiskoraġġixxi lid-detentur leġittimu
tas-sigriet kummerċjali milli jibda proċeduri sabiex jiddefendi
s-sigrieti kummerċjali, u dan jipperikola l-effikaċja tal-miżuri
u r-rimedji previsti. Għal din ir-raġuni, huwa neċessarju li
jiġu stabbiliti, soġġett għal salvagwardji xierqa li
jiżguraw id-dritt għal proċess ġust, rekwiżiti
speċifiċi bil-għan li jipproteġu l-kunfidenzjalità
tas-sigrieti kummerċjali li jitressqu fil-kors ta’ proċedimenti legali
istitwiti għad-difiża tiegħu. Dawn għandhom jinkludu l-possibbiltà
li jiġi limitat l-aċċess għal provi jew seduti, jew li
jiġu ppubblikati biss elementi mhux kunfidenzjali ta’ deċizjonijiet
ġudizzjarji. Protezzjoni bħal din għandha tibqa’
fis-seħħ wara li jintemmu l-proċedimenti legali għat-tul
ta’ żmien li fih l-informazzjoni li tkun koperta mis-sigriet
kummerċjali ma tkunx fl-isfera pubblika. (15) L-akkwist illegali ta’ sigriet
kummerċjali minn parti terza jista’ jkollu effetti devastanti fuq
id-detentur leġittimu tiegħu minħabba li ġaladarba
jiġi żvelat pubblikament ikun impossibbli għal dak id-detentur
li jmur lura għas-sitwazzjoni ta' qabel it-telf tas-sigriet
kummerċjali. Għalhekk, huwaessenzjali li jkun hemm provvediment
għalmiżuri interim fil-pront u aċċessibbli għat-terminazzjoni
immedjata tal-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali ta' sigriet
kummerċjali. Tali rimedju għandu jkun disponibbli mingħajr ma
wieħed ikollu għalfejn jistenna deċiżjoni dwar is-sustanza
tal-każ, b’rispett dovut għad-drittijiet tad-difiża u
l-prinċipju ta’ proporzjonalità filwaqt li jiġu kkunsidrati
l-karatteristiċi tal-każ in kwistjoni. Garanziji ta’ livell
għoli biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż u l-ħsara
kkawżata lill-intimat permezz ta’ talba mhux ġustifikata jistgħu
jkunu meħtieġa wkoll, partikolarment fejn kull dewmien jista’ jikkawża
danni irreparabbli għad-detentur leġittimu ta’ sigriet
kummerċjali. (16) Għall-istess raġuni,
huwa importanti wkoll li jkun hemm disposizzjoni għal miżuri li
jipprevjenu aktar użu jew żvelar illegali ta’ sigriet
kummerċjali. Sabiex il-miżuri projbittivi jkunu effettivi, it-tul ta’
żmien tagħhom, meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu limitu
ta' żmien, għandu jkun biżżejjed biex jelimina kwalunkwe
vantaġġ kummerċjali li l-parti terza setgħet tikseb
mill-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali ta' sigriet kummerċjali.
Fi kwalunkwe każ, l-ebda miżura ta’ dan it-tip ma għandha tkun
infurzabbli jekk l-informazzjoni oriġinarjament koperta mis-sigriet
kummerċjali hija fid-dominju pubbliku għal raġunijiet li ma
jistgħux jiġu attribwiti lill-intimat. (17) Sigriet kummerċjali
jista' jiġu użat illegalment għad-disinn, il-manifattura jew
il-kummerċjalizzazzjoni ta' oġġetti, jew komponenti
tagħhom, li jistgħu jinfirxu mas-suq intern kollu, u b’hekk
jaffettwaw l-interessi kummerċjali tad-detentur tas-sigriet
kummerċjali u l-funzjonament tas-suq intern. F’dawk il-każijiet u
meta s-sigriet kummerċjali in kwistjoni għandu impatt sinifikanti fuq
il-kwalità, il-valur jew il-prezz tal-oġġett riżultanti jew fuq
it-tnaqqis tal-kost, l-iffaċilitar jew li it-tħaffif tal-manifattura
tiegħu jew il-proċessi tal-kummerċjalizzazzjoni, huwa importanti
li l-awtoritajiet ġudizzjarji jingħataw is-setgħa biex jordnaw
miżuri xierqa bil-ħsieb li jiżguraw li dawk il-prodotti ma
jitqegħdux fis-suq jew jitneħħew minnu. Meta tittieħed
f’kunsiderazzjoni in-natura globali tal-kummerċ, huwa wkoll
meħtieġ li dawn il-miżuri jinkludu l-projbizzjoni
tal-importazzjoni ta’ dawk l-oġġetti fl-Unjoni jew il-ħażna
tagħhom għall-għoti jew it-tqegħid tagħhom fis-suq.
Wara li ġie kkunsidrat il-prinċipju tal-proporzjonalità,
il-miżuri korrettivi ma għandhom neċessarjament iwasslu
għall-qerda tal-oġġetti meta għażliet vijabbli
oħra huma preżenti, bħal li wieħed iċaħħad
lill-oġġett mill-kwalità tal-infrazzjoni tiegħu jew
id-dispożizzjoni tal-oġġetti 'il barra mis-suq, pereżempju,
permezz ta’ donazzjonijiet li minn organizzazzjonijiet tal-karità. (18) Persuna oriġinarjament
setgħet akkwistat sigriet kummerċjali in bona fede iżda kien fi
stadju aktar tard li saret konxja, inkluż permezz ta' avviż
ippreżentat mid-detentur oriġinali tas-sigriet kummerċjali, li
l-għarfien tagħha tas-sigriet kummerċjali in kwistjoni kien
derivat minn sorsi li użaw jew żvelaw sigriet kummerċjali
rilevanti b’tali mod li tikser il-liġi. Sabiex jiġi evitat li f’dawn
iċ-ċirkostanzi il-miżuri korrettivi jew inġunzjonijiet
pprovduti jistgħu jikkawżaw dannu sproporzjonat lil dik il-persuna,
l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà, f’każijiet
xierqa, ta’ kumpens fi flus mogħtija lill-parti danneġġjata
bħala miżura alternattiva, sakemm tali kumpens ma jaqbiżx
l-ammont ta’ royalties jew miżati li kienu jkunu dovuti kieku dik
il-persuna kisbet awtorizzazzjoni biex tuża s-sigriet kummerċjali in
kwistjoni, għall-perjodu ta’ żmien li matulu l-użu tas-sigriet
kummerċjali seta' ġie evitat mid-detentur oriġinali tas-sigriet
kummerċjali. Madankollu, fejn l-użu illegali ta’ sigriet
kummerċjali jikkostitwixxi infrazzjoni ta’ liġi lil hinn minn dak
previst f’din id-Direttiva jew li x’aktarx ikun ta’ dannu
għall-konsumaturi, tali użu illegali m’għandux ikun permess. (19) Sabiex jiġi evitat li
persuna li konxjament, jew li kellha raġunijiet serji biex tkun taf,
takkwista, tuża jew tiżvela illegalment sigriet kummerċjali
tibbenefika minn kondotta ta’ dan it-tip u biex jiġi żgurat li detentur
ta' sigriet kummerċjali danneġġjat, sa fejn ikun possibbli,
jitqiegħed f'pożizzjoni li fiha kien ikun li kieku l-kondotta ma
seħħitx, huwa meħtieġ li jkun hemm provvediment għal
kumpens adegwat tal-preġudizzju li sofra bħala riżultat ta’
kondotta illegali. L-ammont ta’ danni mogħtija lil detentur ta’ sigriet
kummerċjali danneġġjat għandu jqis il-fatturi pertinenti
kollha, bħal telf ta’ dħul imġarrab mid-detentur ta' sigriet
kummerċjali jew qligħ inġust li jkun għamel il-kontraventur
u, fejn xieraq, kwalunkwe preġudizzju morali ikkawżat lid-detentur
ta' sigriet kummerċjali. Bħala alternattiva, pereżempju fejn,
meta wieħed iqis in-natura intanġibbli tas-sigrieti kummerċjali,
jkun diffiċli li wieħed jiddetermina l-ammont tal-preġudizzju
attwali li ġie soffert, l-ammont tad-danni jista' joħroġ minn
elementi bħar-royalties jew il-miżati li kienu jkunu dovuti kieku
l-kontraventur kien talab l-awtorizzazzjoni biex juża s-sigriet
kummerċjali in kwistjoni. L-għan huwa li ma tiġix introdotta
obbligazzjoni biex tipprovdi għall-ħsara punitiva imma biex
tiżgura kumpens ibbażat fuq kriterji oġġettivi waqt li
tikkunsidra l-ispejjeż li jkun bata d-detentur tas-sigriet
kummerċjali, bħall-ispejjeż ta' identifikazzjoni u riċerka. (20) Sabiex ikun hemm deterrent
supplimentari kontra l-kontraventuri futuri u biex ikun hemm kontribut
għal kuxjenza tal-pubbliku ġenerali, huwa utli li wieħed
jippubbliċizza deċiżjonijiet, inkluż, fejn xieraq, permezz
ta’ reklami prominenti, f’każijiet li jikkonċernaw l-akkwist, l-użu
jew l-iżvelar illegali tas-sigrieti kummerċjali, sakemm din
il-pubblikazzjoni ma tirriżultax fl-iżvelar tas-sigrieti
kummerċjali u lanqas ma teffettwa b’mod sproporzjonat il-privatezza u
r-reputazzjoni ta’ persuni fiżiċi. (21) L-effettività tal-miżuri
u rimedji disponibbli għad-detenturi tas-sigrieti kummerċjali
jistgħu jkunu mminati f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità
mad-deċiżjonijiet relevanti adottati mill-awtoritajiet
ġudizzjarji kompetenti. Għal din ir-raġuni, huwa neċessarju
li jiġi żgurat li dawk l-awtoritajiet ikollhom is-setgħat xierqa
ta’ sanzjoni. (22) Sabiex tiġi
ffaċilita l-applikazzjoni uniformi tal-miżuri għall-protezzjoni
tas-sigrieti kummerċjali, huwa xieraq li jiġu pprovduti sistemi ta’
kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, fuq
naħa waħda, u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq in-naħa
l-oħra, b’mod partikolari bil-ħolqien ta’ netwerk ta’ korrispondenti
maħtura mill-Istati Membri. Barra minn hekk, bil-għan li jiġi
rieżaminat jekk dawn il-miżuri jissodisfawx l-għanijiet
maħsuba għalihom, il-Kummissjoni, megħjuna, kif xieraq,
mill-Osservatorju Ewropew dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà
intellettwali, għandha teżamina l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva
u l-effettività tal-miżuri nazzjonali meħuda. (23) Din id-Direttiva tirrispetta
d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod
partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod
partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u
tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-espressjoni
u l-informazzjoni, il-libertà tal-għażla tal-mestier u d-dritt
għax-xogħol, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt
għal proprjetà, id-dritt għal amministrazzjoni tajba,
aċċess għall-fajl u l-preservazzjoni tas-segretezza tan-negozju,
id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u
d-dritt għal difiża. (24) Huwa importanti li
d-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali ta’
kwalunkwe persuna involuta f’litigazzjoni li tikkonċerna l-akkwist,
l-użu jew l-iżvelar illegali tas-sigrieti kummerċjali u li
d-dejta personali tagħhom hija pproċessata huma rispettati.
Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7] tirregola
l-ipproċessar tad-dejta personali li jsir fl-Istati Membri fil-kuntest ta’
din id-Direttiva u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti
tal-Istati Membri, b’mod partikolari l-awtoritajiet indipendenti pubbliċi
maħtura mill-Istati Membri. (25) Peress li l-objettiv ta’ din
id-Direttiva, biex is-suq intern jiffunzjona mingħajr skossi permezz
tal-istabbiliment ta' rimedju suffiċjenti u ta' livell komparabbli fis-suq
intern kollu fil-każ ta’ akkwist, użu jew żvelar illegali ta’
sigriet kummerċjali, ma jistax jintlaħaq biżżejjed
mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti
tagħha, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta
miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit
fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta'
proporzjonalità msemmi f'dak l-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx aktar
milli neċessarju biex jintlaħaq l-objettiv. (26) Din id-Direttiva
m'għandux ikolla l-mira li tistabbilixxi regoli armoniżżati
għall-koperazzjoni ġudizzjarja, ġurisdizzjoni, rikonoxximent u
infurzar ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, jew li
tittratta mal-liġi applikabbli. Strumenti oħra tal-Unjoni li
jirregolaw affarijiet bħal dawn f’termini ġenerali,
fil-prinċipju, għandhom jibqgħu ugwalment applikabbli għall-qasam
kopert minn din id-Direttiva. (27) Din id-Direttiva
m’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-liġi
tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva
m'għandhomx ikunu użati biex jirrestrinġu l-kompetizzjoni
mingħajr bżonn f'manjiera li jmur kontra dak it-Trattat. (28) Il-miżuri adottati sabiex
iħarsu l-akkwist, l-iżvelar u l-użu illegali tas-sigrieti
kummerċjali ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe
liġi oħra rilevanti f’oqsma oħra inklużi d-drittijiet
tal-proprjetà intellettwali, il-privatezza, l-aċċess
għad-dokumenti u liġi ta’ kuntratt. Madankollu, fejn l-ambitu
tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8] u l-ambitu ta’ din
id-Direttiva jidħlu f’xulxin, din id-Direttiva tieħu preċedenza
bħala lex specialis. ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Kapitolu I Suġġett u kamp ta' applikazzjoni Artikolu 1
Suġġett Din id-Direttiva tistipula regoli dwar
il-protezzjoni kontra l-akkwist, l-iżvelar u l-użu illegali
tas-sigrieti kummerċjali. Artikolu 2
Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva,
għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1) 'sigriet kummerċjali' jfisser
informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin: (a) hu sigriet fis-sens li mhux, bħala
korp jew fil-konfigurazzjoni preċiża u l-assemblaġġ
tal-komponenti tiegħu, magħruf ġeneralment jew
aċċessibbli b'mod faċli lill-persuni li ġeneralment
jitrattaw din it-tip ta' informazzjoni; (b) għandu valur kummerċjali
minħabba li hu sigriet; (c) kien soġġett għal passi
raġonevoli taħt iċ-ċirkostanzi, mill-persuna li
għandha l-kontroll legali ta' l-informazzjoni, biex jinżamm sigriet. (2) 'detentur tas-sigriet
kummerċjali' jfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li
legalment tikkontrolla sigriet kummerċjali; (3) 'kontraventur' tfisser kwalunkwe
persuna fiżika jew ġuridika li tkun akkwistat, użat jew
żvelat illegalment sigrieti kummerċjali; (4) 'oġġetti kontraventorji'
tfisser oġġetti li d-disinn, il-kwalità, il-proċess ta’ fabbrikazzjoni
jew kummerċjalizzazzjoni tagħhom b’mod sinifikanti jibbenefikaw minn
sigrieti kummerċjali akkwistati, użati jew żvelati illegalment. Kapitolu II L-akkwist, l-użu u l-iżvelar
illegali, tas-sigrieti kummerċjali Artikolu 3
L-akkwist, l-użu u l-iżvelar illegali, tas-sigrieti kummerċjali 1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li d-detenturi tas-sigrieti kummerċjali huma intitolati
japplikaw għall-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji stipulati f’din
id-Direttiva biex jipprevjenu, jew jiksbu rimedju għall-akkwist,
l-użu jew l-iżvelar illegali, ta’ sigriet kummerċjali. 2. L-akkwist ta’ sigriet
kummerċjali mingħajr il-kunsens tad-detentur tas-sigriet
kummerċjali għandu jkun meqjus bħala illegali kull meta
jitwettaq intenzjonalment jew minħabba negliġenza sejra bi: (a) aċċess mhux awtorizzat, jew
kopja ta’ kwalunkwe dokument, oġġett, materjal, sustanza jew fajl
elettroniku, legalment taħt il-kontroll tad-detentur tas-sigriet
kummerċjali, li fihom sigrieti kummerċjali jew li minnhom wieħed
jista’ jiddeduċi sigrieti kummerċjali; (b) serq; (c) tixħim; (d) qerq; (e) ksur jew persważjoni għal ksur
ta' ftehim ta’ kunfidenzjalità jew kwalunkwe dmir ieħor biex tinżamm
segretezza; (f) kwalunkwe mġieba oħra li,
taħt iċ-ċirkostanzi, hija kkunsidrata kuntrarja
għall-prattika kummerċjali onesta. 3. L-użu jew l-iżvelar
ta’ sigriet kummerċjali għandu jitqies bħala illeġittimu
kull meta jitwettaq, mingħajr il-kunsens tad-detentur tas-sigriet
kummerċjali, intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja, minn
persuna nstab li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) akkwistat is-sigriet kummerċjali
illegalment; (b) tkun qed tikser ftehim ta’
kunfidenzjalità jew kwalunkwe dover ieħor biex iżomm is-segretezza
tas-sigriet kummerċjali; (c) tkun qed tikser kuntratt jew kul dover ieħor
li tillimita l-użu tas-sigriet kummerċjali. 4. L-użu jew l-iżvelar
ta’ sigriet kummerċjali għandhom ukoll ikunu meqjusa bħala
illegali kull meta persuna, waqt l-użu jew l-iżvelar, kienet taf jew
fiċ-ċirkostanzi kellha tkun taf li sigriet kummerċjali inkiseb
minn persuna oħra li kienet qed tuża jew tiżvela sigriet
kummerċjali b’mod illegali fis-sens tal-paragrafu 3. 5. Il-produzzjoni konxja jew
volontarja, l-offerta jew it-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti
kontraventorji, jew l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-ħażna
tal-oġġetti kontraventorji għal dawk il-finijiet, għandha
titqies bħala użu illegali ta’ sigriet kummerċjali. Artikolu 4
L-akkwist, l-użu u l-iżvelar legali tas-sigrieti kummerċjali 1. L-akkwist tas-sigrieti
kummerċjali għandu jiġi meqjus bħala legali meta jinkiseb
permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin: (a) skoperta jew kreazzjoni indipendenti; (b) osservazzjoni, studju, żarmar jew
test ta’ prodott jew oġġett li jkun sar disponibbli
għall-pubbliku jew li huwa legalment fil-pussess tal-akkwirent
tal-informazzjoni; (c) eżerċizzju tad-dritt
tar-rappreżentanti tal-ħaddiema għal tagħrif u
konsultazzjoni f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali u/jew ta’
ċerti prattiki; (c) kwalunkwe prattika oħra li,
fiċ-ċirkostanzi, hija konformi ma' prattiċi kummerċjali
onesti. 2. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li m’hemmx dritt għall-applikazzjoni għall-miżuri,
l-proċeduri u r-rimedji stipulati f’din id-Direttiva meta l-allegat
akkwist, użu jew żvelar ta’ sigriet kummerċjali twettaq fi
kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin: (a) biex isir użu leġittimu
mid-dritt tal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni; (b) għall-iskop tinkixef il-kondotta
ħażina, l-għemil ħażin jew attività illegali
tal-applikant, sakemm l-allegat akkwist, użu jew żvelar ta’ sigriet
kummerċjali kien meħtieġ għal dik ir-rivelazzjoni u li
l-intimat aġixxa fl-interess pubbliku; (c) is-sigriet kummerċjali ġie
żvelat mill-ħaddiema lir-rappreżentanti tagħhom bħala
parti minn eżerċizzju leġittimu tal-funzjonijiet
rappreżentattivi tagħhom; (d) għall-iskop tal-issodisfar ta'
obbligu nonkontrattwali; (e) għall-iskop tal-protezzjoni ta'
interess leġittimu. Kapitolu III Miżuri, proċeduri u rimedji Sezzjoni 1
Dispożizzjonijiet ġenerali Artikolu 5
Obbligu Ġenerali 1. L-Istati Membri għandhom
jipprovdu għall-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji
meħtieġa sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ rimedju
ċivili kontra l-akkwist l-użu u l-iżvelar illegali, tas-sigrieti
kummerċjali. 2. Dawk il-miżuri,
proċeduri u rimedji għandhom: (a) ikunu ġusti u ekwi; (b) ma jkunux ikkumplikati jew għaljin
bla bżonn, jew jinvolvu skadenzi mhux raġonevoli jew dewmien mhux
ġustifikat; (c) ikunu effettivi u dissważivi Artikolu 6
Proporzjonalità u abbuż ta' litigazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li l-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji stipulati
f’konformità ma’ din id-Direttiva għandhom ikunu applikati
mill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti b’mod li: (a) huwa proporzjonat; (b) jevita l-ħolqien ta' xkiel
għall-kummerċ leġittimu fis-suq intern; (c) jipprovdi salvagwardji kontra
l-abbuż. 2. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li fejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jiddeterminaw
li talba li tikkonċerna l-akkwist, l-iżvelar jew l-użu illegali
ta’ sigriet kummerċjali tkun manifestament infondata u l-applikant jinstab
li ta bidu għal proċedimenti legali in mala fede bil-għan li
jdewwem jew jirrestrinġi l-aċċess tal-intimat għas-suq jew
inkella li jintimida jew jiffastidja lill-intimat, dawn l-awtoritajiet
ġudizzjarji kompetenti għandhom ikunu intitolati li jieħdu
l-miżuri li ġejjin: (a) jimponu sanzjonijiet fuq l-applikant (b) jordnaw id-disseminazzjoni
tal-informazzjoni dwar id-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 14. Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu
għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà
għall-intimat li jitlob id-danni, jekk il-liġi tal-Unjoni jew
il-liġi nazzjonali tippermetti. Artikolu 7
Perjodu ta' limitazzjoni L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-azzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżuri, il-proċeduri u
r-rimedji stipulati f’din id-Direttiva jistgħu jinġiebu f’tal-anqas
sena waħda imma mhux aktar minn sentejn wara d-data li fiha l-applikant
sar jaf, jew kellu raġuni biex isir konxju, tal-aħħar fatt li
jagħti lok għall-azzjoni. Artikolu 8
Preservazzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali matul il-kors
tal-proċedimenti legali 1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li l-partijiet, ir-rappreżentanti legali tagħhom,
l-uffiċjali tal-qorti, xhieda, esperti u kull persuna oħra li tkun
qed tipparteċipa fi proċeduri legali dwar l-akkwist l-użu jew
l-iżvelar illegali, ta’ sigriet kummerċjali, jew min għandu
aċċess għal dokumenti li jiffurmaw parti minn dawk
il-proċedimenti legali, m’għandux jitħalla juża jew
jiżvela kwalunkwe sigriet kummerċjali jew allegat sigriet
kummerċjali li sar jaf bih bħala riżultat ta’ tali
parteċipazzjoni jew aċċess. L-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu ma jibqax
jeżisti f’xi waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin: (a) fejn matul il-proċedimenti,
l-allegat sigriet kummerċjali jinstab li ma jissodisfax ir-rekwiżiti
stabbiliti fil-punt (1) tal-Artikolu 2; (b) fejn maż-żmien, l-informazzjoni
in kwistjoni ssir ġeneralment magħrufa fost jew faċilment
aċċessibbli għall-persuni li ġeneralment jitrattaw dik
it-tip ta’ informazzjoni. 2. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu,
fuq applikazzjoni debitament raġonata minn parti, jieħdu miżuri
speċifiċi meħtieġa biex jippreservaw il-kunfidenzjalità ta’
kwalunkwe sigriet kummerċjali jew allegat sigriet kummerċjali
użat jew imsemmi matul il-proċedimenti legali li jirrigwardaw
l-akkwist l-użu jew l-iżvelar illegali, ta’ sigriet kummerċjali.
Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu
għandhom mill-inqas jinkludu l-possibbiltà: (a) li jiġi restritt l-aċċess
għal kull dokument li fih sigrieti kummerċjali sottomess
mill-partijiet jew mill-partijiet terzi, kollha jew parti minnhom; (b) li jiġi ristrett l-aċċess
għal seduti, meta s-sigrieti kummerċjali jistgħu jiġu
żvelati, u r-rekords jew transkript korrispondenti tagħhom.
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, u soġġett għal
ġustifikazzjoni xierqa, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti
jistgħu jirrestrinġu l-aċċess tal-partijiet għal dawk
is-seduti u jordnaw li dawn jitwettqu biss fil-preżenza tar-rappreżentanti
legali tal-partijiet u esperti awtorizzati suġġett għal obbligu
tal-kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafu 1; (c) li jagħmlu disponibbli verżjoni
mhux kunfidenzjali ta’ kull deċiżjoni ġudizzjarja, li minnhom
ikunu tneħħew is-siltiet li jinkludu s-sigrieti kummerċjali. Fejn, minħabba l-ħtieġa li
jiġi protett is-sigriet kummerċjali jew l-allegata sigriet
kummerċjali u skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu ta’ dan
il-paragrafu, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tiddeċiedi li
l-evidenza legalment fil-kontroll ta’ parti m’għandhiex tiġi
żvelata lill-parti l-oħra u fejn tali evidenza tkun materjali
għar-riżultat tal-litigazzjoni, l-awtorità ġudizzjarja tista’
xorta waħda tawtorizza l-iżvelar ta’ dik l-informazzjoni
lir-rappreżentanti legali tal-parti l-oħra u, fejn xieraq,
lill-esperti awtorizzati suġġetti għall-obbligu
tal-kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafu 1. 3. Meta jiddeċiedu dwar
l-għoti jew iċ-ċaħda tal-applikazzjoni msemmija
fil-paragrafu 2 u jivvalutaw il-proporzjonalità, l-awtoritajiet
ġudizzjarji kompetenti għandhom iqisu l-interessi leġittimi
tal-partijiet u, fejn xieraq ta’ partijiet terzi, u kwalunkwe ħsara
potenzjali għal waħda mill-Partijiet, u fejn xieraq partijiet terzi,
li jirriżultaw mill-għoti jew ir-rifjut ta’ tali applikazzjoni. 4. Kwalunkwe pproċessar ta’
dejta personali skont il-paragrafi 1, 2 u 3 għandu jitwettaq f’konformità
mad-Direttiva 95/46/KE. Sezzjoni 2
Miżuri proviżorji u kawtelatorji Artikolu 9
Miżuri proviżorji u kawtelatorji 1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu, fuq
it-talba tad-detentur tas-sigriet kummerċjali, jordnaw kwalunkwe
mill-miżuri provviżorji u prekawzjonarji li ġejjin kontra
l-allegat kontraventur: (a) il-waqfien, jew, skont il-każ,
il-projbizzjoni tal-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali
fuq bażi provviżorja; (b) il-projbizzjoni tal-produzzjoni,
l-offerta, jew it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta' prodotti
kontraventorji, jew l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-ħażna ta'
prodotti kontraventorji għal dawk l-iskopijiet; (c) il-konfiska jew il-kunsinna ta’ oġġetti
suspettati bħala kontraventorji, inklużi oġġetti importati,
sabiex jiġu evitati d-dħul u ċ-ċirkulazzjoni tagħhom
fis-suq. 2. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jagħmlu
l-kontinwazzjoni tal-akkwist, l-użu jew l-iżvelar allegatament
illegali ta’ sigriet kummerċjali soġġett
għall-preżentazzjoni ta’ garanziji maħsuba biex jiżguraw
il-kumpens tad-detentur tas-sigriet kummerċjali. Artikolu 10
Kundizzjonijiet ta' applikazzjoni u salvagwardja 1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom,
fir-rigward tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 9, l-awtorità li jitolbu
lill-applikant jipprovdi evidenza li tista' titqies raġonevolment
disponibbli sabiex jissodisfaw ruħhom li s-sigriet kummerċjali
jeżisti, li l-applikant huwa d-detentur tas-sigriet kummerċjali
leġittimu u li sigriet kummerċjali kien akkwistat illegalment, li
sigriet kummerċjali qed jiġi użat u żvelat illegalment, jew
li hija imminenti akkwiżizzjoni, użu jew żvelar illegli ta’
sigriet kummerċjali. 2. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li, meta jiddeċiedu li jagħtu jew jiċħdu
l-applikazzjoni u jivvalutaw l-proporzjonalità tagħha, l-awtoritajiet
ġudizzjarji kompetenti għandhom ikunu mitluba li jqisu l-valur tas-sigriet
kummerċjali, il-miżuri meħuda biex jiġi protett is-sigriet
kummerċjali, il-kondotta tal-intimat fl-akkwist, l-iżvelar jew
l-użu tas-sigriet kummerċjali, l-impatt tal-iżvelar jew
l-użu illegali tas-sigriet kummerċjali, l-interessi leġittimi
tal-partijiet u l-impatt li l-għoti jew ir-rifjut tal-miżuri jista’
jkollhom fuq il-partijiet, l-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi,
l-interess pubbliku u s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluża
l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni. 3. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li miżuri provviżorji msemmija fl-Artikolu 9 huma
revokati jew inkella jieqfu milli jidħlu fis-seħħ, fuq talba
tal-intimat, jekk: (a) l-applikant ma jibdiex proċedimenti
li jwasslu għal deċiżjoni dwar il-meriti tal-każ quddiem
l-awtorità ġudizzjarja kompetenti, f’perjodu raġonevoli ta’
żmien determinat mill-awtorità ġudizzjarja li tordna l-miżuri
meta liġi ta’ Stat Membru tippermetti dan jew, fin-nuqqas ta’ tali
determinazzjoni, fi żmien mhux aktar minn 20 ġurnata tax-xogħol
jew 31 jum kalendarju, liema minnhom ikun l-itwal; Sadanittant, it-tagħrif inkwistjoni
m’għadhux jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt (1) tal-Artikolu 2,
għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti
lill-intimat. 4. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu
jagħmlu l-miżuri proviżorji msemmija fl-Artikolu 9
soġġeti għal preżentazzjoni mill-applikant ta' sigurtà
adegwata jew assigurazzjoni ekwivalenti intiża biex tassigura il-kumpens
mingħajr preġudizzju soffert mill-intimat jew kwalunkwe persuna
oħra milquta mill-miżuri. 5. Fejn il-miżuri interim
huma revokati fuq il-bażi tal-punt (a) tal-paragrafu 3, fejn dawn jiskadu
minħabba kwalunkwe att jew omissjoni mill-applikant, jew fejn
sussegwentement jinstab li ma kien hemm l-ebda akkwist, żvelar jew
użu illegali ta’ sigriet kummerċjali jew theddid ta’ kondotta
bħal din, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandu jkollhom
l-awtorità sabiex jordnaw lill-applikant, fuq talba tal-intimat jew ta’ parti
terza danneġġjata, biex jipprovdi lil-intimat, jew il-parti terza
danneġġata, b'kumpens xieraq għal kwalunkwe dannu kkawżat
minn dawk il-miżuri. Sezzjoni 3
Miżuri li jirriżultaw minn deċiżjoni fuq il-merti
tal-każ Artikolu 11
Inġunzjonijiet u miżuri korrettivi 1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li, fejn tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja li
ssib akkwist, użu jew żvelar illegali ta’ sigriet kummerċjali,
l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu, fuq talba
tal-applikant jordnaw kontra l-kontraventur: (a) il-waqfien, jew, skont il-każ,
il-projbizzjoni tal-użu jew l-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali; (b) il-projbizzjoni tal-produzzjoni,
l-offerta, jew it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta' oġġetti
kontraventorji, jew l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew il-ħażna ta'
oġġetti kontraventorji għal dawk l-iskopijiet; (c) l-adozzjoni tal-miżuri korrettorji
xierqa fir-rigward tal-oġġetti kontraventorji. 2. Il-miżuri korrettivi
msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jinkludu (a) dikjarazzjoni ta' kontravenzjoni; (b) is-sejħa lura tal-prodotti
kontraventorji mis-suq; (c) li l-prodotti kontraventorji
titneħħielhom il-kwalità kontraventorja tagħhom; (d) il-qerda tal-oġġetti kontraventorji
jew, fejn xieraq, l-irtirar tagħhom mis-suq, sakemm din l-azzjoni ma
ddgħajjifx il-protezzjoni tas-sigriet kummerċjali in kwistjoni; (e) il-qerda totali jew parzjali ta’ kull
dokument, oġġett, materjal, sustanza jew fajl elettroniku li fihom
jew li jimplimentaw is-sigriet kummerċjali jew, skont il-każ,
il-konsenja lid-detentur tas-sigriet kummerċjali tad-dokumenti, l-oġġetti,
il-materjali, is-sustanzi u l-fajls elettroniċi kollha jew parti minnhom. 3. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li, meta jiġi ordnat l-irtirar tal-prodotti kontraventorji
mis-suq, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jordnaw, fuq talba
tad-detentur tas-sigriet kummerċjali, li l-oġġetti
jingħataw lid-detentur jew lill-organizzazzjonijiet tal-karità taħt
kondizzjonijiet li għad iridu jiġu deċiżi mill-awtoritajiet
ġudizzjarji li għandhom l-għan li jiżguraw li l-oġġetti
inkwistjoni ma jerġgħux jidħlu fis-suq. L-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom
jordnaw li dawk il-miżuri jitwettqu bl-ispejjeż għal min ikun
kiser id-drittijiet, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet partikolari sabiex ma
jsirx dan. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mingħajr
preġudizzju għal kwalunkwe danni li jistgħu jiġġarbu
mid-detentur tas-sigriet kummerċjali minħabba l-akkwist, l-użu
jew l-iżvelar illegali tas-sigriet kummerċjali. Artikolu 12
Kundizzjonijiet tal-applikazzjoni, salvagwardji u miżuri alternattivi 1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li, waqt li kienet qed tiġi eżaminata talba għal
l-adozzjoni tal-mandati ta’ inibizzjoni u miżuri korrettivi previsti
fl-Artikolu 11 u tiġi vvalutata l-proporzjonalità tagħhom,
l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jqisu l-valur tas-sigriet
kummerċjali, il-miżuri meħuda biex jiġi protett is-sigriet
kummerċjali, il-kontotta tal-kontraventur fl-akkwist, l-iżvelar jew
l-użu tas-sigriet kummerċjali, l-impatt ta’ żvelar illegali jew
użu tas-sigriet kummerċjali, l-interessi leġittimi tal-partijiet
u l-impatt li l-għoti jew ir-rifjut tal-miżuri jista’ jkollhom fuq
il-partijiet, l-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi, l-interess
pubbliku u s-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà
tal-espressjoni u tal-informazzjoni. Meta l-awtoritajiet kompetenti jillimitaw
id-dewmien tal-miżura msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11 (1), dan
iż-żmien għandu jkun biżżejjed biex jelimina kwalunkwe
vantaġġ kummerċjali jew ekonomiku li l-kontraventur seta' jikseb
mill-akkwist l-iżvelar jew l-użu illegali tas-sigriet
kummerċjali. 2. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li l-miżuri msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11(1) huma
revokati jew inkella jieqfu milli jidħlu fis-seħħ, fuq talba
tal-intimat jekk sadanittant l-informazzjoni in kwistjoni ma tibqax tissodisfa
l-kundizzjonijiet tal-punt (1) tal-Artikolu 2 għal raġunijiet li ma
jistgħux jiġu attribwiti lill-intimat. 3. L-Istati Membri għandhom
jipprovdu li, fuq talba tal-persuna responsabbli li tkunu soġġetta
għall-miżuri previsti fl-Artikolu 11, l-awtorità ġudizzjarja
kompetenti tista' tordna kumpens fi flus li għandu jitħallas
lill-parti danneġġjata minflok ma jiġu applikati dawk
il-miżuri jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li
ġejjin: (a) il-persuna kkonċernata
oriġinarjament akkwistat għarfien tas-sigriet kummerċjali
b’rieda tajba u tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(4); (b) l-ezekuzzjoni tal-miżuri in
kwistjoni jikkawżaw lill-persuna dannu sproporzjonat; (c) kumpens pekunjarju lill-parti
danneġġata tidher li hi raġonevolment sodisfaċenti. Meta jkun ġie ordnat kumpens pekunjarju
minflok l-ordni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 11 (1), tali kumpens
pekunjarju ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ royalties jew miżati
li kienu jkunu dovuti, li kieku dik il-persuna kienet talbet awtorizzazzjoni
biex tuża s-sigriet kummerċjali in kwistjoni, għall-perjodu ta’
żmien li matulu l-użu tas-sigriet kummerċjali seta’ ġie
projbit. Artikolu 13
Id-danni 1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, fuq applikazzjoni
tal-parti danneġġjata, jordnaw lill-kontraventur li kien jaf jew li
messu kien jaf li hu jew hi kien/et qed j/tagħmel l-akkwist l-iżvelar
jew l-użu illegali ta’ sigriet kummerċjali, li jħallsu
lid-detentur tas-sigriet kummerċjali id-danni xierqa għall-ħsara
attwali mġarrba. 2. Meta jiġu ffisati
d-danni, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jikkunsidraw il-fatturi
xierqa kollha, bħall-konsegwenzi negattivi ekonomiċi, li jinkludu
qliegħ mitluf, li l-parti li sarulha d-danni, xi profitti inġusti li
saru mill-kontraventur u, f'każijiet xierqa, elementi barra fatturi
ekonomiċi, bħall-preġudizzju morali ikkawżat lid-detentur
tas-sigriet kummerċjali bl-akkwist, l-użu jew l-iżvelar illegali
tas-sigriet kummerċjali. Madankollu, l-awtoritajiet ġudizzjarji
kompetenti jistgħu ukoll, skont il-każ jifissaw id-danni bħala
somma li titħallas f’daqqa fuq il-bażi ta’ elementi bħal minimu
tal-ammont tar-royalties jew tat-tariffi li kieku kienu jkunu dovuti jekk
il-persuna li għamlet il-ksur talbet awtorizzazzjoni sabiex tuża
s-sigriet kummerċjali in kwistjoni. Artikolu 14
Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji 1. L-Istati Membri għandhom
jassiguraw li, fil-proċedimenti legali istitwiti għall-akkwist,
użu jew żvelar illegali ta' sigriet kummerċjali, l-awtoritajiet
ġudizzjarji kompetenti jistgħu jordnaw, fuq it-talba tal-applikant u
jħallas il-kontraventur, miżuri xierqa għat-tixrid
tal-informazzjoni li tikkonċerna d-deċiżjoni, li jinkludi
l-pubblikazzjoni tagħha sħiħa jew parti minnha. 2. Kwalunkwe miżura
msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tippreserva l-kunfidenzjalità
tas-sigrieti kummerċjali kif previst fl-Artikolu 8. 3. Biex jiġi
deċiż jekk jiġux ordnati miżuri ta’ pubbliċità u ta’
stima ta’ proporzjonalità, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti
għandhom iqisu d-dannu possibbli li miżura bħal din tista’
tikkawża għall-privatezza u r-reputazzjoni tal-kontraventur, kull
meta l-kontraventur huwa persuna naturali, kif ukoll il-valur tas-sigriet
kummerċjali, il-kondotta tal-kontraventur fl-akkwist, l-iżvelar jew
l-użu tas-sigriet kummerċjali, l-impatt tal-akkwist, l-iżvelar
jew l-użu tas-sigriet kummerċjali, u l-probabbiltà ta’ aktar użu
u żvelar tas-sigriet kummerċjali mill-kontraventur. Kapitolu IV Sanzjonijiet, rappurtar u
dispożizzjonijiet finali Artikolu 15
Sanzjonijiet għan-nonkonformità mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu jimponu sanzjonijiet
fuq il-partijiet, ir-rappreżentanti legali tagħhom u kwalunkwe
persuna oħra li tonqos jew tirrifjuta li tikkonforma ma’ kull miżura
adottata skont l-Artikoli 8, 9 u 11. Is-sanzjonijiet previsti għandhom
jinkludu l-possibbiltà li jiġu imposti penali ta' pagamenti rikorrenti
f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ miżura adottata skont l-Artikoli
9 u 11. Is-sanzjonijiet stabbiliti għandhom ikunu
effettivi, proporzjonati u diswassivi. Artikolu 16
Il-bdil ta' informazzjoni u l-korrispondenti Bl-għan li ssir promozzjoni
tal-koperazzjoni, li tinkludi il-bdil ta' informazzjoni, bejn l-Istati Membri u
bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, kull Stat Membru għandu
jagħżel korrispondent nazzjonali jew aktar fuq xo kwestjoni li
tirrelata ma' l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija f'din id-Direttiva.
Għandha tikkomunika id-dettalji tal-korrispondent(i) nazzjonali lill-Istati
Membri l-oħra u l-Kummissjoni. Artikolu 17
Rapporti 1. Sa XX XX 20XX [tliet snin
wara l-għeluq tal-perjodu ta’ traspożizzjoni], l-Aġenzija
tal-Unjoni Ewropea għal Marki Kummerċjali u Disinji, fil-kuntest
tal-attivitajiet tal-Osservatorju Ewropew dwar il-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà
Intellettwali, għandha tħejji rapport inizjali dwar xejriet ta’
litigazzjoni fir-rigward tal-akkwist, użu jew żvelar illegali
tas-sigrieti kummerċjali skont l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. 2. Sa XX XX 20XX [erba’ snin
wara l-għeluq tal-perjodu ta’ traspożizzjoni], il-Kummissjoni
għandha tfassal rapport intermedju dwar l-applikazzjoni ta’ din
id-Direttiva u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan
ir-rapport għandu jieħu f’kunsiderazzjoni r-rapport imħejji
mill-Osservatorju Ewropew dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà
intellettwali. 3. Sa XX XX 20XX [tmien snin
wara l-għeluq tal-perjodu ta’ traspożizzjoni], il-Kummissjoni
għandha tfassal evalwazzjoni tal-effetti ta’ din id-Direttiva u
tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Artikolu 18
Traspożizzjoni 1. L-Istati Membri għandhom
idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u
d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw
ma' din id-Direttiva sa XX XX 20XX [24 xahar wara d-data tal-adozzjoni ta' din
id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk
id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk
id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din
id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni
uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif
għandha ssir it-tali referenza. 2. L-Istati Membri għandhom
jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin
tal-dritt nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 19
Id-dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol
fis-seħħ fl-20 ġurnata wara il-pubblikazzjoni tagħha
fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 20
Destinatarji Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati
Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] COM (2011)287. [2] ĠU C 369 of 17.12.2011, p.14-15. [3] ĠU C , , p. . [4] ĠU C , , p. . [5] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill
tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoin f’isem
il-Komunitа Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet
fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’
negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336,
23.12.1994, p. 1). [6] Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku
għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
(ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43). [7] Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi
fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali u dwar il-moviment
liberu ta’ dik id-data [dejta] (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31). [8] Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
2004/48/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà
intellettwali (ĠU L157, 30.4.2004, p.45).