52013PC0547

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE /* COM/2013/0547 final - 2013/0264 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           Il-kuntest tal-proposta

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Is-suq tal-ħlasijiet elettroniċi fl-Ewropa joffri opportunitajiet kbar għall-innovazzjoni. Il-konsumaturi diġà bidlu b'mod sinifikanti d-drawwiet ta' ħlas tagħhom f'dawn l-aħħar snin. Flimkien man-numru dejjem jikber ta' ħlasijiet bil-karti ta' kreditu u debitu, iż-żieda tal-kummerċ elettroniku u l-popolarità dejjem tiżdied tat-telefowns intelliġenti wittew it-triq għall-iżvilupp ta' mezzi ġodda ta' ħlas. Il-benefiċċji ta' integrazzjoni aħjar tas-suq u tnaqqis tal-frammentazzjoni f'dan il-qasam f'livell Ewropew huma sostanzjali.

Din l-inizjattiva tippermetti lill-konsumaturi u lin-negozjanti biex jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-suq intern, partikolarment f'termini ta' kummerċ elettroniku.L-għan ta' din il-proposta huwa li tgħin tiżviluppa suq fl-UE kollha għall-ħlasijiet elettroniċi, li jippermetti lill-konsumaturi, lill-bejjiegħa bl-imnut u lil atturi oħrajn tas-suq sabiex igawdu l-benefiċċji sħaħ tas-suq intern tal-UE, f'konformità mal-istrateġija Ewropa 2020 u l-Aġenda Diġitali. Tali integrazzjoni ulterjuri qed issir dejjem aktar importanti hekk kif id-dinja tmur lil hinn mill-kummerċ minn stabbilimenti fiżiċi u timxi lejn ekonomija diġitali.

Biex isir dan, u biex jiġu promossi aktar kompetizzjoni, effiċjenza u innovazzjoni fil-qasam tal-ħlasijiet elettroniċi, għandu jkun hemm ċarezza ġuridika u kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, li jwasslu għal konverġenza 'l isfel tal-ispejjeż u l-prezzijiet għall-utenti tas-servizzi ta' ħlas, aktar għażla u trasparenza fis-servizzi ta' ħlas, iffaċilitar tal-forniment ta' servizzi innovattivi tal-ħlasijiet, u li jiġu żgurati servizzi ta' ħlas sikuri u trasparenti.

Dawn l-għanijiet jintlaħqu billi jiġi aġġornat u kkumplimentat il-qafas attwali dwar is-servizzi ta' ħlas; jiġu stipulati regoli li jżidu t-trasparenza, l-innovazzjoni u s-sigurtà fil-qasam tal-ħlasijiet bl-imnut u tittejjeb il-konsistenza bejn ir-regoli nazzjonali, b'enfasi fuq il-bżonnijiet leġittimi tal-konsumaturi. Il-miżuri proposti għandhom l-għan li jagħmlu dan b'manjiera teknoloġikament newtrali li tibqa' rilevanti hekk kif is-servizzi ta' ħlas ikomplu jevolvu.

Din il-proposta wkoll tinkorpora u tħassar id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill (l-hekk imsejħa “Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas" jew Payment Services Directive, “PSD")[1] li tistabbilixxi l-bażi għal qafas legali armonizzat għall-ħolqien ta' suq tal-ħlasijiet integrat, u b'hekk ittejjeb l-ekwità u l-aċċessibbiltà tal-qafas attwali tal-ħlasijiet għall-partijiet interessati kollha.

Fi żmien meta d-distinzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-ħlas (suġġetti għall-PSD) u istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi (suġġetti għad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[2], it-tieni Direttiva tal-Flus Elettroniċi jew Elecronic Money Directive, "EMD") qiegħda dejjem tonqos hekk kif it-teknoloġija u l-mudelli tan-negozju jikkonverġu, modernizzazzjoni sħiħa tal-qafas tal-ħlasijiet diġitali li tirriżulta fl-għaqda taż-żewġ kategoriji ta' atturi u l-leġiżlazzjonijiet rispettivi tkun ottimali. Madankollu, dan ikun jinvolvi bħala prerekwiżit li l-EMD tiġi rieżaminata biex jiġi żgurat qafas regolatorju koerenti. Sfortunatament, it-traspożizzjoni tard minn bosta Stati Membri tal-EMD ma ppermettietx li tinkiseb biżżejjed esperjenza b'din id-Direttiva sabiex tiġi evalwata flimkien mad-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas u jiġu kkunsidrati sinerġiji possibbli fir-rieżami. Rieżami tad-Direttiva 2009/110/KE huwa previst li jsir fl-2014.

Il-kuntest ġenerali

Progress sinifikanti u l-integrazzjoni tal-ħlasijiet bl-imnut fl-UE nkisbu matul l-aħħar 12-il sena, bl-acquis regolatorju u leġiżlattiv attwali dwar il-ħlasijiet.

Il-qafas legali stabbilit mill-PSD, ir-Regolament (KE) Nru 924/2009[3] tal-ħlasijiet transfruntieri, u t-Tieni Direttiva tal-Flus Elettroniċi diġà rriżultaw fi progress sinifikanti rigward l-integrazzjoni tas-swieq Ewropej tal-ħlasijiet bl-imnut. Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012[4] tad-data tat-tmiem tal-migrazzjoni lejn is-SEPA (Single Euro Payments Area) mexxa dan l-iżvilupp pass 'il quddiem billi stabbilixxa skadenzi għall-migrazzjoni għat-trasferimenti tal-krediti u d-debiti diretti pan-Ewropej, u ħa post l-iskemi nazzjonali għal ħlasijiet bl-euro nazzjonali u transfruntieri fl-UE (l-1 ta' Frar 2014 għaż-Żona tal-Euro). Dan il-qafas regolatorju huwa kkumplimentat minn każistika tal-QEĠ u deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-liġi tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-ħlasijiet bl-imnut.

Is-suq tal-ħlasijiet bl-imnut huwa dinamiku ħafna u kellu ritmu ta' innovazzjoni sinifikanti f'dawn l-aħħar ftit snin. Fl-istess ħin, oqsma importanti tas-suq tal-ħlasijiet, speċjalment ħlasijiet bil-kard u mezzi ġodda ta' ħlasijiet, bħall-ħlasijiet bl-internet u bil-mowbajl, spiss għadhom frammentati tul il-fruntieri nazzjonali u dan jagħmilha diffiċli għal servizzi ta' ħlas diġitali innovattivi u faċli biex jintużaw biex jiżviluppaw b'mod effiċjenti u biex jipprovdu lill-konsumaturi u lill-bejjiegħa bl-imnut b'metodi ta' ħlas sikuri u konvenjenti (bl-eċċezzjoni possibbli ta' karti ta' kreditu) fuq livell pan-Ewropew sabiex tinxtara medda dejjem usa' ta' oġġetti u servizzi. L-aħħar żviluppi f'dawn is-swieq issottolinjaw ukoll ċerti nuqqasijiet fil-qafas legali attwali tal-ħlasijiet u fallimenti tas-suq fis-swieq għal ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl li għandhom jiġu indirizzati f'din l-inizjattiva.

Ir-rieżami tal-qafas Ewropew u b'mod partikolari d-Direttiva dwar is-servizzi ta' ħlas u l-konsultazzjoni dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni "Lejn suq Ewropew integrat għal ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl"[5] fl-2012 wasslu għall-konklużjoni li aktar miżuri u aġġornamenti regolatorji, inklużi aġġustamenti għall-PSD, huma meħtieġa sabiex il-qafas tal-ħlasijiet ikun jista' jservi aħjar il-ħtiġijiet ta' suq Ewropew effettiv tal-ħlasijiet, b'kontribut sħiħ lejn ambjent tal-ħlasijiet li jrawwem il-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u s-sigurtà.

Fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Att dwar is-Suq Uniku II - Flimkien għal tkabbir ġdid"[6], il-modernizzazzjoni tal-qafas leġiżlattiv għall-ħlasijiet bl-imnut ġiet identifikata bħala prijorità ewlenija minħabba l-potenzjal tagħha għal tkabbir u innovazzjoni ġodda. Ir-rieżami tal-PSD u t-tħejjija ta' proposta leġiżlattiva dwar tariffi tal-interkambju multilaterali għall-ħlasijiet bil-kards ġew definiti bħala waħda mill-azzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni għall-2013.

Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Din l-inizjattiva hija parti minn pakkett usa' ta' miżuri leġiżlattivi dwar is-servizzi ta' ħlas. Hija tikkumplimenta u taġġorna l-qafas legali eżistenti għal servizzi ta' ħlas fl-UE, u b'mod partikolari:

– Id-Direttiva 2007/64/KE li toħloq qafas legali armonizzat biex il-ħlasijiet ikunu jistgħu jsiru aktar malajr u faċilment madwar l-UE kollha, u tintroduċi aktar kompetizzjoni fis-sistemi tal-ħlas u tiffaċilita l-ekonomiji ta' skala. Hija ffaċilitat ukoll l-implimentazzjoni operattiva taż-Żona Unika ta' Ħlasijiet bl-Euro (SEPA).

– Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 dwar il-ħlasijiet transkonfinali li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 u jestendi l-ambitu tar-Regolement għad-debiti diretti. Huwa elimina d-differenzi fl-imposti tal-ħlasijiet għall-utenti tas-servizzi ta' ħlas bejn ħlasijiet nazzjonali u transfruntieri f'euro fl-Unjoni Ewropea. Huwa japplika għal kull ħlas ipproċessat elettronikament.

– Ir-Regolament (KE) Nru 260/2012 li jistabbilixxi skadenzi tal-migrazzjoni għat-trasferimenti ta' kreditu pan-Ewropej u debiti diretti pan-Ewropej u li jissostitwixxi l-iskemi nazzjonali għal ħlasijiet bl-euro nazzjonali u transfruntieri fl-Unjoni Ewropea.

– Id-Direttiva 2009/110/KE dwar flus elettroniċi li tipprovdi qafas legali biex jinħarġu u jinfdew flus elettroniċi u li ġġib ir-reġim prudenzjali għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi f'konformità mar-rekwiżiti għal istituzzjonijiet tal-ħlas fil-PSD.

– Ir-Regolament dwar it-Trasferimenti ta' Fondi li jistabbilixxi regoli għall-fornituri ta' servizzi ta' ħlas biex jibagħtu informazzjoni dwar min iħallas tul il-katina kollha tal-ħlas għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-individwazzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Minbarra l-qafas leġiżlattiv, għadd ta' proċedimenti tal-kompetizzjoni mwettqa fil-livell Ewropew u nazzjonali indirizzaw prattiki antikompetittivi fis-suq tal-ħlasijiet.

Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

L-għanijiet tal-proposta huma għal kollox koerenti mal-politiki u l-objettivi tal-UE segwiti mill-Unjoni. L-ewwel nett, din il-proposta se ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi ta' ħlas u b'mod aktar ġenerali għal kull oġġett u servizz minħabba l-bżonn għal mezz ta' ħlas innovattiv, effiċjenti u sikur. Permezz tal-faċilitazzjoni tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi fl-Unjoni, hija tikkontribwixxi wkoll għall-kisba tal-għanijiet usa' tal-istrateġija UE 2020 u l-promozzjoni ta' tkabbir ġdid. It-tieni, din l-inizjattiva tappoġġa l-politiki tal-UE f'oqsma oħrajn bħall-ħarsien tad-dejta, is-sanzjonijiet amministrattivi, il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u b'mod aktar partikolari:

– L-inizjattivi leġiżlattivi tal-Kummissjoni dwar l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa[7] u b'mod partikolari l-proposta tal-Kummissjoni għal qafas legali dwar l-identifikazzjoni elettronika u l-fiduċja fis-servizzi għal tranżazzjonijiet elettroniċi[8] u l-proposta tagħha dwar miżuri biex ikun żgurat livell komuni għoli ta' sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Unjoni kollha[9] u l-prijoritajiet ewlenin identifikati fil-Komunikazzjoni dwar il-Kummerċ Elettroniku u s-Servizzi Onlajn[10], li għandhom l-għan li jiksbu Suq Uniku Diġitali.

– L-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżdied il-kompetizzjoni billi jiġu stabbiliti obbligi, drittijiet u opportunitajiet ugwali għall-parteċipanti fis-suq u billi tiġi ffaċilitata l-provvista transfruntiera ta' servizzi ta' ħlas.

– Il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni dwar tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ta' ħlas ibbażati fuq kards u dwar l-użu ta' ċerti regoli u prattiki restrittivi tan-negozju li hija ppreparata fl-istess ħin u f'koordinazzjoni mill-qrib ma' din il-proposta.

– Id-Direttiva 2011/83/KE dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur[11] li għandha l-għan li tippromwovi suq intern reali bejn in-negozji u l-konsumaturi u li tilħaq bilanċ tajjeb bejn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-intrapriżi, u b'hekk tillimita d-diskrezzjoni għan-negozjanti li japplikaw imposti fuq l-użu ta' strumenti tal-ħlas għall-ispejjeż imġarrba.

2.           Konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Nhar il-11 ta' Jannar 2012, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Green Paper "Lejn suq Ewropew integrat għal ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl"[12] li ġiet segwita minn konsultazzjoni pubblika estensiva. Il-Kummissjoni rċeviet aktar minn 300 tweġiba mingħand l-awtoritajiet, is-soċjetà ċivili, federazzjonijiet tan-negozju u kumpaniji minn oqsma differenti, li jirrappreżentaw varjetà wiesgħa ta' partijiet interessati. Daħal numru addizzjonali ta' kummenti, dokumenti ta' pożizzjoni u kontribuzzjonijiet minn barra l-konsultazzjoni.

Ir-rispons komprensiv mill-partijiet interessati[13] pprovda informazzjoni rilevanti dwar uħud mill-iżviluppi riċenti ġodda u dwar ħtiġijiet possibbli għal tibdil għall-qafas eżistenti tal-ħlasijiet. Smigħ pubbliku fl-istess kuntest seħħ fl-4 ta' Mejju 2012 u attendew għalih madwar 350 parti interessata.

Fl-20 ta' Novembru 2012, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni "Lejn suq Ewropew integrat għal ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl[14]. Ir-Riżoluzzjoni tirrikonoxxi l-għanijiet u l-ostakli għall-integrazzjoni identifikati fil-Green Paper u tappella għal azzjoni leġiżlattiva f'oqsma differenti dwar ħlasijiet bil-kard, filwaqt li tissuġġerixxi aktar kawtela dwar il-ħlasijiet bl-internet u l-mowbajl minħabba li dawk is-swieq huma anqas maturi. Barra minn hekk, tappella għal riforma għall-mudell ta' governanza taż-Żona Unika ta' Ħlasijiet bl-Euro (Single European Payments Area, SEPA).

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni appellaw għal aġġustamenti regolatorji importanti għall-qafas eżistenti, sabiex tisaħħaħ l-effikaċja tas-suq Ewropew tal-ħlasijiet u tingħata kontribuzzjoni għal ambjent tal-ħlasijiet li jrawwem il-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u s-sigurtà.

L-użu tal-kompetenza

Rigward ir-rieżami tal-PSD u tar-Regolament dwar ħlasijiet transfruntieri fis-Suq Intern, u l-ħtieġa potenzjali għal rieżami taż-żewġ testi legali, il-Kummissjoni għamlet xogħol addizzjonali biex tikseb xhieda fil-qasam u biex tiżgura l-impenn sħiħ tal-partijiet interessati differenti.

Il-proċess ta' rieżami tal-Kummissjoni dwar l-impatt tal-PSD u r-Regolament dwar il-ħlasijiet transfruntieri fis-Suq Intern kien ibbażat fuq żewġ studji esterni ddedikati. Dawn l-istudji pprovdew lill-Kummissjoni bi stampa komprensiva tal-konsegwenzi ekonomiċi u legali li jirriżultaw mill-PSD. L-ewwel studju, imwettaq mill-konsulenti esterni Tipik fl-2011, ipprovda valutazzjoni tal-konformità legali rigward it-traspożizzjoni tal-PSD fis-27 Stat Membru[15]. Matul is-sena 2012, it-tieni studju mħejji minn London Economics u IFF f'Assoċjazzjoni ma' PaySys, analizza l-impatt tal-PSD fuq is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern u l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-ħlasijiet transfruntieri fil-Komunità. Barra minn hekk, il-kontribut mill-Istati Membri u l-atturi tas-suq rilevanti nġabar permezz tal-kumitati konsultattivi tal-Kummissjoni fil-qasam tal-politika tal-ħlasijiet, jiġifieri l-Kumitat tal-Ħlasijiet (magħmul minn rappreżentanti mill-pajjiżi tal-UE) u l-Grupp Espert tas-Suq tas-Sistemi tal-Ħlasijiet (magħmul minn rappreżentanti tas-suq, kemm min-naħa tal-provvista kif ukoll min-naħa tad-domanda). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonsultat partijiet interessati rilevanti oħra dwar kwistjonijiet partikolari kif xieraq.

Il-Valutazzjoni tal-impatt

Il-Kummissjoni wettqet Valutazzjoni tal-Impatt[16], fejn analizzat il-konsegwenzi potenzjali ta' nuqqas ta' suq Ewropew integrat tal-ħlasijiet. B'mod partikolari, ġew eżaminati l-kawżi tal-problemi li ġejjin:

– Applikazzjoni inkonsistenti tar-regoli eżistenti madwar l-Istati Membri minħabba ħafna għażliet u kriterji ta' applikazzjoni ħafna drabi ġeneriċi ħafna. B'mod partikolari, ċerti eżenzjonijiet stabbiliti fil-PSD jidhru ġenerali wisq jew skaduti rigward l-iżviluppi tas-suq u qed jiġu interpretati b'modi differenti ħafna. Nuqqasijiet fl-ambitu tal-applikazzjoni jinħolqu wkoll għall-ħlasijiet meta parti waħda mit-tranżazzjoni tkun tinsab barra miż-ŻEE u ħlasijiet f'muniti mhux tal-UE, li jwassal għal aktar frammentazzjoni tas-suq, arbitraġġ regolatorju, u distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

– Vojt legali għal ċerti fornituri li għadhom kif tfaċċaw tas-servizzi tal-internet, bħal fornituri terzi ta' servizzi li joffru bidu ta' ħlasijiet onlajn fuq bażi bankarja. Dawn is-servizzi jirrappreżentaw alternattiva vijabbli u ta' sikwit orħos tal-ħlas meta mqabbla ma' ħlasijiet bil-kard, u huma wkoll attraenti għall-konsumaturi li ma għandhomx kards. Il-biċċa l-kbira ta' dawn il-fornituri bħalissa mhumiex suġġetti għall-qafas ġuridiku attwali peress li fl-ebda mument ma jżommu fondi. Dan il-vojt legali jirriskja li jimpedixxi l-innovazzjoni u l-kundizzjonijiet xierqa għall-aċċess għas-suq.

– In-nuqqas ta' standardizzazzjoni u interoperabbiltà bejn soluzzjonijiet differenti tal-ħlas (ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl), f'aspetti differenti u fi gradi differenti speċjalment f'livell transfruntier, aggravat minn arranġamenti dgħajfa ta' governanza għas-suq tal-ħlasijiet bl-imnut tal-UE.

– Prattiki ta' ċċarġjar differenti u inkonsistenti (għall-użu ta' strument tal-ħlas speċifiku applikat min-negozjanti) bejn l-Istati Membri (fejn madwar nofs l-Istati Membri tal-UE jippermettu u n-nofs l-ieħor jipprojbixxu s-soprataxxi) li jwasslu għal konfużjoni għall-konsumaturi meta jmorru jixtru barra minn pajjiżhom jew fuq l-internet u kundizzjonijiet mhux ekwi.

– Fil-qasam tal-kards tal-ħlas, diversi regoli u prattiki restrittivi tan-negozju li jfixklu l-kompetizzjoni (fir-rigward tal-MIFs u r-regoli dwar l-għażla u l-flessibbiltà tan-negozjanti biex jaċċettaw il-kards).

Il-problemi identifikati deskritti hawn fuq irriżultaw f'konsegwenzi għall-konsumaturi, in-negozjanti, il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas ġodda u s-suq tas-servizzi ta' ħlas kollu kemm hu.

Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li l-aħjar għażliet ta' politika biex titjieb is-sitwazzjoni eżistenti billi (i) jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta' kundizzjonijiet kompetittivi ugwali bejn l-operaturi diġà stabbiliti u fornituri ġodda ta' ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl, (ii) tiġi miżjuda l-effiċjenza, it-trasparenza u l-għażla ta' strumenti tal-ħlas għall-utenti tas-servizzi ta' ħlas (il-konsumaturi u n-negozjanti) u (iii) jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ta' din tal-aħħar ikunu, fir-rigward tal-PSD:

– Li jissaħħaħ il-proġett SEPA u li tingħata s-setgħa lill-partijiet interessati kollha biex jieħdu rwol aktar attiv fil-ħolqien u t-twettiq tal-politika tal-ħlasijiet bl-imnut (governanza);

– Li tkun iffaċilitata l-istandardizzazzjoni permezz ta' qafas ta' governanza adegwat u permezz tal-involviment aħjar tal-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni (standardizzazzjoni);

– Li tiġi żgurata ċertezza legali fil-qasam tat-tariffi tal-interkambju għal ħlasijiet ibbażati fuq il-kards, u li tiġi pprovduta ċarezza fuq mudell ta' negozju aċċettabbli għall-inizjattivi tal-ħlas kurrenti u futuri bbażati fuq il-kards (tariffi tal-interkambju);

– Li jiġu aboliti regoli restrittivi tan-negozju għal ħlasijiet bil-kard li jwasslu għal distorsjonijiet tas-suq (miżuri ta' sostenn għat-tariffi tal-interkambju);

– Li jiġu armonizzati l-politiki tal-Istati Membri dwar is-soprataxxi skont id-deċiżjonijiet regolatorji dwar tariffi għall-interkambju (miżuri ta' sostenn għat-tariffi tal-interkambju);

– Li jiġu definiti l-kundizzjonijiet ta' aċċess għall-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' fondi għal fornituri terzi, inklużi s-servizzi tal-bidu tal-ħlas (kamp ta' applikazzjoni tal-PSD);

– Li jiġi aġġustat l-ambitu u tittejjeb il-konsistenza tal-qafas leġiżlattiv (kamp ta' applikazzjoni tal-PSD);

– Li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-PSD eżistenti (miżuri ta' rfinar tal-PSD);

– Li jissaħħu d-drittijiet tal-PSUs u jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-konsumatur fid-dawl tal-bidliet regolatorji (kamp ta' applikazzjoni tal-PSD, miżuri ta' sostenn tat-tariffa tal-interkambju).

Il-valutazzjoni tal-impatt irċeviet opinjoni pożittiva mingħand il-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt matul smigħ tal-20 ta' Marzu 2013. Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord, saru diversi tibdiliet għad-dokument, speċjalment f'dawn li ġejjin:

– is-sostanzjar tal-urġenza għar-rieżami tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas (PSD) kif ukoll ir-raġunijiet għar-regolamentazzjoni tal-MIF permezz ta' leġiżlazzjoni,

– is-simplifikar tal-preżentazzjoni tal-impatti permezz ta' enfasi fuq l-impatti tal-aktar għażliet importanti fit-test ewlieni u t-tqegħid ta' kwistjonijiet anqas sinifikanti fl-annessi,

– l-ispjegar aħjar tal-interdipendenzi bejn id-diversi għażliet u pakketti.

Il-biċċa l-kbira tal-miżuri ta' politika proposti huma indirizzati fil-proposta attwali. Dan japplika speċjalment għall-oqsma li diġà huma koperti mir-regoli attwali tal-PSD, pereż. aċċess għas-suq għat-TPPs (Third Party Providers), soprataxxi u regoli għal istituzzjonijiet tal-ħlas. Miżuri oħra, b'mod partikolari r-regolamentazzjoni tal-MIFs u miżuri anċillari, se jiġu indirizzati permezz ta' proposta leġiżlattiva speċifika, ippreżentata b'mod parallel.

Xi miżuri deskritti hawn fuq għandhom jiġu indirizzati permezz ta' mezzi mhux leġiżlattivi, pereżempju kwistjonijiet li jirrigwardaw l-involviment ta' Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni u l-governanza tas-SEPA.

L-arranġamenti tal-governanza tas-SEPA li jinsabu fis-seħħ, inkluż ir-rwol tal-Kunsill eżistenti tas-SEPA, korp tat-tmexxija ad hoc ta' livell għoli, li ddaħħal fis-seħħ taħt il-kopresidenza tal-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għal perjodu inizjali ta' tliet snin sabiex jittejjeb l-involviment tal-partijiet interessati fis-SEPA, jenħtieġ li jissaħħu. Għal dan l-għan, il-mandat tal-Kunsill tas-SEPA jeħtieġ li jiġi ċċarat, il-kompożizzjoni tiegħu tiġi riveduta u jiġi stabbilit bilanċ aħjar ta' interessi tan-naħa tal-provvista kif ukoll dik tad-domanda, sabiex jiġu żgurati pariri effettivi lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-orjentazzjoni tal-proġett tas-SEPA fil-futur u biex jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta' suq integrat, kompetittiv u innovattiv għall-ħlasijiet bl-imnut, b'mod partikolari fiż-Żona tal-Euro. Il-Kummissjoni se taħdem mal-Bank Ċentrali Ewropew sabiex tidentifika modi xierqa sabiex tindirizza l-ħidmiet, il-kompożizzjoni, il-presidenza u l-funzjonament tal-arranġamenti ta' governanza li jirrigwardaw is-SEPA.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Bażi legali

Il-proposta attwali hija bbażata fuq l-Artikolu 114 TFUE.

Sussidjarjetà u proporzjonalità

Suq integrat tal-UE għall-ħlasijiet elettroniċi bl-imnut jikkontribwixxi għall-għan tal-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jistipula suq intern. L-integrazzjoni tas-suq hija meħtieġa sabiex jiġu sfruttati b'mod sħiħ għadd ta' benefiċċji għaċ-ċittadini Ewropej. Dawn il-benefiċċji jinkludu aktar kompetizzjoni bejn il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u aktar għażla, innovazzjoni u sigurtà għall-utenti tas-servizzi ta' ħlas, speċjalment il-konsumaturi. Suq tal-ħlasijiet integrat fl-aħħar mill-aħħar jiffaċilita l-provvista transfruntiera ta' oġġetti u servizzi u b'hekk jikkontribwixxi għal Suq Uniku ġenwin. Kemm huwa fil-fond ir-rieżami tad-Direttiva dwar is-servizzi ta' ħlas huwa proporzjonat għall-kwistjonijiet li qamu sa issa. Id-Direttiva tibqa' globalment tajba għall-iskop tagħha; fl-istess ħin, il-qafas legali tal-UE jeħtieġ li jevolvi sabiex jieħu kont tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi u tan-negozju fil-qasam tal-ħlasijiet bl-imnut.

Min-natura tiegħu, suq tal-ħlasijiet integrat, ibbażat fuq netwerks li jilħqu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, jirrikjedi approċċ wieħed fl-Unjoni kollha billi l-prinċipji, regoli, proċessi u standards applikabbli għandhom ikunu konsistenti fost l-Istati Membri kollha sabiex ikun hemm ċertezza ġuridika u kundizzjonijiet ugwali għall-parteċipanti kollha rilevanti fis-suq. Minħabba l-frammentazzjoni attwali fis-suq, azzjoni individwali fil-livell ta' Stati Membri ma tkunx kapaċi tikseb l-għan ta' suq integrat u effiċjenti tal-ħlasijiet kemm għall-prodotti kif ukoll għas-servizzi, kemm domestiċi, kif ukoll transfruntieri.

L-approċċ jappoġġa aktar tisħiħ taż-Żona Unika tal-Ħlasijiet bl-Euro (SEPA) u huwa konsistenti mal-Aġenda Diġitali, b'mod partikolari l-ħolqien ta' Suq Diġitali Uniku. Huwa se jippromowovi l-innovazzjoni teknoloġika u jikkontribwixxi għal tkabbir u impjiegi ġodda, b'mod partikolari fl-oqsma tal-kummerċ elettroniku u bil-mowbajl.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Id-Direttiva għandha impatt baġitarju kif indikat fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva mehmuża mal-proposta.

5.           Informazzjoni addizzjonali

Iż-Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

Dokumenti ta' spjegazzjoni

Id-Direttiva l-ġdida proposta fiha bosta adattamenti għad-Direttiva eżistenti u ċerti obbligi ġodda għall-Istati Membri b'ċertu marġini ta' diskrezzjoni fir-rigward tal-mod kif dawn l-obbligi jiġu trasposti fil-liġi nazzjonali, bħad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar is-sigurtà. Għaldaqstant, l-Istati Membri qed jintalbu jipprovdu dokumenti ta' spjegazzjoni b'rabta mal-miżuri tat-traspożizzjoni li jridu jiġu adottati sabiex jippermettu lill-Kummissjoni biex tidentifika aħjar il-miżuri nazzjonali rilevanti u timmonitorja t-traspożizzjoni korretta tad-Direttiva.

Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

Is-sommarju qasir li ġej għandu l-għanijiet li jiffaċilita l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet billi jiddeskrivi fil-qosor l-emendi ewlenin meta mqabbla mal-PSD li sejra titħassar:

Artikolu 2 - Kamp ta' Applikazzjoni: Huwa propost li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni kemm rigward l-ambitu ġeografiku kif ukoll rigward il-muniti koperti.

Artikolu 2(1): Id-dispożizzjonijiet tal-PSD dwar it-trasparenza u r-rekwiżiti ta' informazzjoni japplikaw ukoll fir-rigward tat-tranżazzjonijiet tal-ħlasijiet lil pajjiżi terzi, meta fornitur ta' servizzi ta' ħlas wieħed biss ikun jinsab fl-Unjoni Ewropea (l-hekk imsejħa tranżazzjonijiet "one-leg"), fir-rigward ta' dawk il-partijiet tat-tranżazzjonijiet tal-ħlasijiet li jitwettqu fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2(2): Id-dispożizzjonijiet tal-PSD dwar it-trasparenza u r-rekwiżiti ta' informazzjoni se jiġu estiżi sabiex japplikaw għal kull munita u mhux, kif attwalment, biss għall-muniti tal-UE.

Artikolu 3 - Kamp ta' applikazzjoni negattiv: Din id-dispożizzjoni tikkjarifika u taġġorna l- "kamp ta' applikazzjoni negattiv" stipulat fid-Direttiva attwali, li jeżenta numru ta' attivitajiet (relatati mal-)ħlasijiet mill-kamp ta' applikazzjoni tal-PSD:

Artikolu 3(b): L-eżenzjoni tal-"aġent kummerċjali" ġiet emendata biex tapplika biss għal aġenti kummerċjali li jaġixxu f'isem jew min iħallas jew min jitħallas, u mhux għal dawk li jaġixxu kemm għal min iħallas kif ukoll għal min jitħallas. L-eżenzjoni attwali skont il-PSD kurrenti ntużat dejjem aktar fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ta' ħlasijiet ġestiti minn pjattaformi tal-kummerċ elettroniku f'isem kemm il-bejjiegħ (min jitħallas) kif ukoll ix-xerrej (min iħallas). Dan l-użu jmur lil hinn mill-iskop tal-eżenzjoni u għalhekk għandu jkun ristrett aktar.

Artikolu 3(k): L-eżenzjoni tan-"netwerk limitata" kull ma jmur qiegħda tiġi applikata dejjem aktar għal netwerks kbar li jinvolvu volumi ta' ħlas għolja u firxiet ta' prodotti u servizzi. Dan b'mod ċar imur lil hinn mill-għan oriġinali ta' din l-eżenzjoni, u jħalli volumi kbar ta' ħlasijiet barra l-qafas regolatorju u joħloq żvantaġġ kompetittiv għal atturi regolati tas-suq. Id-definizzjoni l-ġdida, li hija konformi mad-definizzjoni ta' netwerks limitati stabbiliti fid-Direttiva 2009/110/KE, għandha tikkontribwixxi biex jitnaqqsu dawn ir-riskji.

Artikolu 3(l): L-eżenzjoni attwali tal-kontenut diġitali jew "tat-telekomunikazzjonijiet" ġiet definita mill-ġdid b'enfasi aktar ristrett billi se tapplika esklużivament għal servizzi ta' ħlas anċillari mwettqa mill-fornituri ta' netwerks jew servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, bħal pereżempju l-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet. L-eżenzjoni se tapplika għall-forniment tal-kontenut diġitali pprovdut minn parti terza, soġġett għal ċerti limiti stabbiliti f'din id-direttiva. Id-definizzjoni l-ġdida għandha tiżgura kundizzjonijiet ekwi bejn fornituri differenti u tindirizza b'mod aktar effiċjenti l-ħtiġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur fil-kuntest tal-ħlasijiet.

Tħassir ta' Artikolu qadim 3(o): L-eżenzjoni tas-servizzi tal-ATM offruti minn fornituri indipendenti tal-ATMs mill-PSD wasslet għall-ħolqien ta' netwerks tal-ATMs fejn il-konsumaturi kellhom iħallsu tariffi għoljin għall-ġbid mill-ATMs. Jidher li din id-dispożizzjoni pprovdiet inċentivi għan-netwerks tal-ATM eżistenti li huma proprjetà tal-banek sabiex jikkanċellaw ir-relazzjoni kuntrattwali attwali ma' fornituri oħrajn ta' servizzi ta' ħlas sabiex ikunu jistgħu jitolbu tariffi ogħla direttament mingħand il-konsumaturi. Konsegwentement, din l-eżenzjoni għandha titħassar.

Artikolu 9 - Rekwiżiti ta' salvagwardja: Dawn ir-rekwiżiti se jiġu ssimplifikati u rekwiżiti ta' salvagwardja għal istituzzjonijiet tal-ħlas liċenzjati skont il-PSD se jiġu armonizzati aktar, b'mod partikolari bi tnaqqis tal-possibbiltajiet attwali għall-Istati Membri sabiex jillimitaw ir-rekwiżiti ta' salvagwardja u jnaqqsu l-għadd ta' metodi ta' salvagwardja possibbli bil-għan li jkun hemm kundizzjonijiet aktar ekwi u żieda fiċ-ċertezza legali.

Artikolu 14 - punt ta' aċċess elettroniku Ewropew fl-ABE: Punt ta' aċċess elettroniku uniku għandu jipprovdi għal trasparenza akbar tal-istituzzjonijiet tal-ħlas awtorizzati u rreġistrati billi jipprovdi għall-interkonnessjoni fil-livell tal-Unjoni ta' reġistri pubbliċi nazzjonali.

Artikolu 27 – Kundizzjonijiet: Il-possibbiltà li jintuża "reġim eħfef" għal "istituzzjonijiet żgħar tal-ħlas" se titwessa' biex tkopri numru ikbar ta' istituzzjonijiet żgħar, minħabba li xi wħud mill-Istati Membri kellhom esperjenzi negattivi (bħall-insolvenza) b'numru żgħir ta' fornituri ta' servizzi ta' ħlas b'attivitajiet lil hinn mil-limitu kurrenti għar-reġim tal-eżenzjoni. L-għan huwa li jinkiseb il-bilanċ it-tajjeb u, minn naħa, jiġi evitat piż regolatorju żejjed għal istituzzjonijiet żgħar ħafna u, min-naħa l-oħra, jiġi żgurat li l-utenti tas-servizzi ta' ħlas igawdu minn livell adegwat ta' protezzjoni.

Artikolu 29 - Aċċess għal sistemi ta' ħlas: Dan l-Artikolu jirfina r-regoli dwar l-aċċess għal sistemi ta' ħlas billi jiċċara l-kundizzjonijiet ta' aċċess mhux dirett tal-istituzzjonijiet tal-ħlas għal sistemi ta' ħlas magħżula skont id-Direttiva 98/26/KE (Id-Direttiva dwar il-Finalità tas-Saldu) f'manjiera komparabbli għall-aċċess użat minn istituzzjonijiet ta' kreditu iżgħar.

Artikolu 55(3) u (4) - Imposti applikabbli: Din ir-regola se tkompli tarmonizza prattiki ta' soprataxxi, b'kont dovut meħud tad-Direttiva 2011/83 dwar id-drittijiet tal-konsumatur u tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament (UE) XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ta' ħlas ibbażati fuq il-kards, li qed tiġi ppreżentata b'mod parallel. Il-flessibilità skont il-PSD attwali, li tippermetti lin-negozjanti jitolbu imposti minn min iħallas, joffrulu tnaqqis jew inkella jidderiġuh lejn l-użu tal-mezz ta' ħlas l-aktar effiċjenti, bil-kwalifikatur li l-Istati Membri jistgħu ma jħallux jew jillimitaw dawn is-soprataxxi għat-territorju tagħhom, wasslet għal eteroġeneità estrema fis-suq. Tlettax-il Stat Membru użaw din l-alternattiva biex jipprojbixxu soprataxxi skont il-PSD attwali. Reġimi differenti applikabbli fl-Istati Membri joħolqu problemi u konfużjoni kemm għan-negozjanti kif ukoll għall-konsumaturi, b'mod partikolari meta jbigħu jew jixtru prodotti u servizzi b'mod transfruntier permezz tal-internet. Il-projbizzjoni proposta tas-soprataxxi hija direttament marbuta ma' limiti fuq it-tariffi tal-interkambju skont il-proposta msemmija hawn fuq għal Regolament dwar tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ibbażati fuq kards. Minħabba t-tnaqqis sinifikanti tat-tariffi li n-negozjant se jkollu jħallas lill-bank tiegħu, soprataxxa ma għadhiex ġustifikata għall-kards irregolati mill-MIF li se jirrappreżentaw aktar minn 95 % tas-suq tal-kards tal-konsumaturi. Ir-regoli proposti għalhekk jikkontribwixxu għal titjib tal-esperjenza tal-konsumatur meta jħallas b'kard fl-Unjoni kollha u għal użu akbar ta' kards tal-ħlas minflok l-użu ta' flus kontanti.

Fir-rigward ta' kards mhux suġġetti għar-Regolament tat-tariffi għall-interkambju skont il-proposta msemmija hawn fuq dwar tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ibbażati fuq il-kards, jiġifieri kards korporattivi u kards ta' skemi ta' terzi, in-negozjanti xorta jibqgħu jitħallew iżommu soprataxxa sakemm is-soprataxxa tikkorrispondi mal-ispiża reali mġarrba, b'kont dovut meħud tad-Direttiva 2011/83. Artikoli 65 u 66 - Responsabbiltà tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas u ta' min iħallas għal tranżazzjonijiet ta' ħlas mhux awtorizzati: Il-modifiki proposti jissimplifikaw u jarmonizzaw aktar ir-regoli ta' responsabbiltà f'każ ta' tranżazzjonijiet mhux awtorizzati, u jiżguraw ħarsien aħjar tal-interessi leġittimi tal-utenti tal-ħlasijiet. Minbarra f'każ ta' frodi jew negliġenza gravi, l-ammont massimu li utent tal-ħlas jista' fi kwalunkwe ċirkostanzi jkun obbligat li jħallas f'każ ta' tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata se jitnaqqas mill-ammont kurrenti ta' EUR 150 għal EUR 50. Dan se jiċċara wkoll li l-ħlas tard mhux bilfors iwassal għal rifużjoni.

Artikolu 67 - Rifużjonijiet għal tranżazzjonijiet ta' ħlas mibdija minn min jitħallas jew permezz tiegħu: Din ir-regola tiċċara d-dritt ta' rifużjoni għal tranżazzjonijiet ta' debitu dirett u ġġibu konformi mas-Sistema Prinċipali tad-Debitu Dirett tas-SEPA, sakemm l-oġġett jew servizz imħallas ma jkunx għadu ġie kkunsmat. Skont ir-regoli attwali, reġimi differenti tar-rifużjoni japplikaw fir-rigward tad-debiti diretti, skont jekk tkunx ingħatat awtorizzazzjoni minn qabel, l-ammont jeċċedix l-ammont mistenni jew jekk, alternattivament, ikunx ġie maqbul dritt ulterjuri.

Artikolu 85 - Miżuri ta' sigurtà: Ir-regoli proposti jindirizzaw l-aspetti tas-sigurtà u l-aspetti ta' awtentikazzjoni f'konformità mal-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sigurtà tan-Netwerk u tal-Informazzjoni.

Titolu I-V u Anness I punt 7: Kopertura ta' servizzi ġodda u fornituri tas-servizzi li jippermettu aċċess għal kontijiet ta' ħlas - Il-PSD attwali ma jkoprix dawn l-atturi sakemm ma jkunux fi kwalunkwe ħin jiddisponu mill-fond ta' min iħallas jew ta' min jitħallas. Il-fatt li dawn it-TPPs bħalissa mhumiex regolati, tal-anqas f'ċerti Stati Membri, qajjem tħassib ta' sigurtà, protezzjoni tad-dejta u tar-responsabbiltà, minkejja l-benefiċċji potenzjali miġjuba minn dawn is-servizzi u l-fornituri tas-servizz. Il-proposta ġġib lil fornituri terzi ta' servizzi li joffru b'mod partikolari servizzi ta' bidu ta' ħlas ibbażati fuq is-servizzi bankarji onlajn fil-kamp ta' applikazzjoni tal-PSD (l-Anness I punt 7). Dan għandu jżid is-soluzzjonijiet ġodda rħas ta' ħlas elettroniku fuq l-internet filwaqt li jiżgura l-istandards xierqa tas-sigurtà, il-protezzjoni tad-dejta u r-responsabbiltà. Sabiex jitħallew jipprovdu servizzi ta' bidu ta' ħlas, it-TPPs ikunu meħtieġa li jiġu liċenzjati jew irreġistrati u sorveljati bħala istituzzjonijiet tal-ħlas (it-Titolu II). Bħall-fornituri l-oħra ta' servizzi ta' ħlas, huma se jkunu suġġetti għal drittijiet u obbligi armonizzati u b'mod partikolari rekwiżiti tas-sigurtà (-Artikoli 85 u 86). Ir-regoli previsti b'mod partikolari se jindirizzaw il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-informazzjoni tal-kont (l-Artikolu 58) rekwiżiti dwar l-awtentikazzjoni (l-Artikolu 87) u rettifika tat-tranżazzjonijiet (l-Artikoli 63 u 64) u qsim ibbilanċjat tar-responsabbiltà (l-Artikoli 65 u 66). Fornituri ta' servizzi ta' ħlas ġodda se jibbenefikaw ukoll minn din is-sistema l-ġdida, irrispettivament minn jekk dawn jiddisponux mill-fondi ta' min iħallas jew ta' min jitħallas fi kwalunkwe ħin.

Kapitolu 6 - Proċeduri ta' lmenti u rimedju barra mill-qorti għas-soluzzjoni tat-tilwim - għandhom jiffavorixxu konformità effettiva mad-Direttiva. Il-miżuri l-ġodda jaġġornaw ir-rekwiżiti dwar proċeduri ta' lmenti u rimedji barra l-qorti u sanzjonijiet adatti.

Artikolu 92 – Sanzjonijiet: F'konformità ma' proposti oħra riċenti fis-settur tas-servizzi finanzjarji, l-Istati Membri se jkunu obbligati li jallinjaw is-sanzjonijiet amministrattivi, jiżguraw li miżuri amministrattivi u sanzjonijiet xierqa jkunu disponibbli għal ksur ta' din id-Direttiva u jiżguraw li dawn is-sanzjonijiet jiġu applikati kif suppost.

Awtorità Bankarja Ewropea — Id-Direttiva fiha diversi oqsma fejn hija prevista ħidma mill-ABE fil-kapaċità tagħha li tikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti tas-superviżjoni (kif imsemmi fir-Regolament (UE) 1093/2010). B'mod partikolari, l-ABE se tintalab biex toħroġ linji gwida u abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji f'diversi oqsma, pereżempju sabiex jiġu ċċarati r-regoli dwar l-"ippassaportar" għall-istituzzjonijiet tal-ħlas li joperaw f'diversi Stati Membri, jew biex tiżgura l-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' sigurtà adegwati.

2013/0264 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[17],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[18]

Wara li kkonsultaw lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       F'dawn l-aħħar snin, sar progress sinifikanti fl-integrazzjoni tal-ħlasijiet bl-imnut fl-Unjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-atti tal-Unjoni dwar il-ħlasijiet, b'mod partikolari d-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[19], ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[20], id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[21], u r-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[22]. Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[23], kompliet tikkumplimenta l-qafas legali għas-servizzi ta' ħlas billi stabbiliet limitu speċifiku fuq il-possibbiltà li l-bejjiegħa bl-imnut iżommu soprataxxa lill-klijenti tagħhom għall-użu ta' ċertu mezz ta' ħlas.

(2)       Id-Direttiva 2007/64/KE ġiet adottata f'Diċembru 2007 fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni ta' Diċembru 2005. Minn dak iż-żmien 'il hawn, is-suq tal-ħlasijiet bl-imnut esperjenza innovazzjonijiet tekniċi sinifikanti bi tkabbir mgħaġġel fin-numru ta' ħlasijiet elettroniċi u bil-mowbajl u l-emerġenza ta' tipi ġodda ta' servizzi ta' ħlas fis-suq.

(3)       Ir-rieżami tal-qafas legali tal-Unjoni dwar is-servizzi ta' ħlas u b'mod partikolari l-analiżi tal-impatt tad-Direttiva 2007/64/KE u l-konsultazzjoni dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni "Lejn suq Ewropew integrat għall-ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl"[24] urew li l-iżviluppi taw lok għal sfidi importanti minn perspettiva regolatorja. Oqsma importanti tas-suq tal-ħlasijiet, b'mod partikolari ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl ta' spiss għadhom frammentati tul il-fruntieri nazzjonali. Ħafna prodotti jew servizzi innovattivi tal-ħlasijiet ma jaqgħux, kompletament jew f'partijiet kbar, fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE. Barra minn hekk, il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE u b'mod partikolari, l-elementi esklużi minnu, bħal ċerti attivitajiet relatati mal-ħlasijiet mir-regoli ġenerali, irriżultaw f'xi ftit każijiet ambigwi wisq, ġenerali wisq, jew sempliċment skaduti, meta jitqiesu l-iżviluppi tas-suq. Dan irriżulta f'inċertezza ġuridika, riskji potenzjali tas-sigurtà fil-katina tal-ħlas u nuqqas ta' protezzjoni tal-konsumatur f'ċerti żoni. Għal servizzi ta' ħlas diġitali innovattivi u faċli biex jintużaw irriżulta diffiċli biex wieħed jibda u biex il-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut jiġu pprovduti b'metodi ta' ħlas effettivi, sikuri u konvenjenti fl-Unjoni.

(4)       Li jiġi stabbilit suq uniku integrat għall-ħlasijiet elettroniċi huwa kruċjali sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi, in-negozjanti u l-kumpaniji jgawdu l-benefiċċji kollha tas-suq intern, fid-dawl tal-iżvilupp tal-ekonomija diġitali.

(5)       Regoli ġodda għandhom jiġu pprovduti sabiex jingħalqu l-lakuni regolatorji filwaqt li fl-istess ħin tiġi pprovduta aktar ċarezza legali u tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-qafas leġiżlattiv madwar l-Unjoni. Kundizzjonijiet operattivi ekwivalenti għandhom jiġu garantiti kemm għal sistemi eżistenti kif ukoll għal atturi ġodda fis-suq, li jiffaċilitaw l-ilħuq ta' suq usa' minn mezzi ġodda ta' ħlas u jiżguraw livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur fl-użu ta' dawn is-servizzi ta' ħlas madwar l-Unjoni kollha. Dan għandu jwassal għal xejra ta' tnaqqis fl-ispejjeż u fil-prezzijiet għall-utenti tas-servizzi ta' ħlas u aktar għażla u trasparenza għas-servizzi ta' ħlas.

(6)       F'dawn l-aħħar snin, ir-riskji tas-sigurtà relatati mal-ħlasijiet elettroniċi żdiedu, u dan minħabba l-kumplessità teknika akbar tal-ħlasijiet elettroniċi, il-volumi li kontinwament qed jikbru madwar id-dinja ta' ħlasijiet elettroniċi u t-tipi emerġenti ta' servizzi ta' ħlas. Billi servizzi ta' ħlas sikuri u bla periklu jikkostitwixxu kundizzjoni essenzjali għat-tħaddim tajjeb tas-suq tas-servizzi ta' ħlas, l-utenti ta' servizzi ta' ħlas għandhom ikunu protetti b'mod adegwat kontra dawn ir-riskji. Servizzi ta' ħlas huma essenzjali għall-manteniment ta' attivitajiet ekonomiċi u soċjetali vitali u għalhekk il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas bħal istituzzjonijiet ta' kreditu ġew kwalifikati bħala operaturi tas-suq skont l-Artikolu 3(8) tad-Direttiva [jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva NIS wara l-adozzjoni] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[25].

(7)       Minbarra l-miżuri ġenerali li għandhom jittieħdu fil-livell tal-Istati Membri fid-Direttiva [jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva NIS wara l-adozzjoni], ir-riskji relatati mas-sigurtà għal tranżazzjonijiet ta' ħlas għandhom ikunu indirizzati wkoll fil-livell tal-fornituri tas-servizz tal-ħlas. Il-miżuri tas-sigurtà li għandhom jittieħdu mill-fornituri tas-servizzi ta' ħlas iridu jkunu proporzjonati mar-riskji tas-sigurtà kkonċernati. Mekkaniżmu ta' rappurtar regolari għandu jiġi stabbilit, sabiex jiżgura li s-servizzi ta' ħlas jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi annwali b'informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni tar-riskji tas-sigurtà tagħhom u l-miżuri (addizzjonali) li jkunu ħadu b'reazzjoni għal dawn ir-riskji. Barra dan, sabiex jiġi assigurat li danni lil fornituri ta' servizzi ta' ħlas u sistemi ta' ħlas oħrajn, bħal tfixkil sostanzjali ta' sistemi ta' ħlas, u lill-utenti jinżammu għal minimu, huwa essenzjali li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas ikunu obbligati li jirrappurtaw mingħajr dewmien żejjed l-inċidenti relatati mas-sigurtà lill-Awtorità Bankarja Ewropea.

(8)       Il-qafas regolatorju rivedut għas-servizzi ta' ħlas huwa kkomplimentat mir-Regolament (UE) [XX/XX/XX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[26]. Dak ir-Regolament jintroduċi regoli fir-rigward ta' impożizzjoni ta' tariffi tal-interkambju multilaterali u bilaterali għat-tranżazzjonijiet tal-konsumatur kollha li jsiru bil-kards ta' debitu u kreditu u elettroniċi u ħlasijiet bil-mowbajl ibbażati fuq dawk it-tranżazzjonijiet, u jqiegħed restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti regoli tan-negozju fir-rigward ta' tranżazzjonijiet bil-kards. Dak ir-Regolament jimmira li jkompli jaċċellera l-kisba ta' suq integrat effettiv għal ħlasijiet ibbażati fuq kards.

(9)       Sabiex jiġu evitati approċċi differenti fl-Istati Membri għad-detriment tal-konsumaturi, id-dispożizzjonijiet fuq it-trasparenza, u r-rekwiżiti tal-informazzjoni għal fornituri ta' servizzi ta' ħlas f'din id-Direttiva għandhom ukoll japplikaw għal tranżazzjonijiet meta l-fornitur tas-servizzi ta' ħlas ta' min iħallas jew ta' min jitħallas ikun jinsab fiż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn 'il quddiem iż-ŻEE) u l-fornitur tas-servizzi ta' ħlas l-ieħor ikun jinsab barra miż-ŻEE. Huwa wkoll xieraq li tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' trasparenza u ta' informazzjoni għal tranżazzjonijiet fil-muniti kollha bejn il-fornituri tas-servizz tal-ħlas li jinsabu fiż-ŻEE.

(10)     Id-definizzjoni ta' servizzi ta' ħlas għandha tkun teknoloġikament newtrali u tippermetti l-iżvilupp ulterjuri ta' tipi ġodda ta' servizzi ta' ħlas, filwaqt li tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet operattivi ekwivalenti kemm għal fornituri ta' servizzi ta' ħlas eżistenti kif ukoll għal dawk ġodda.

(11)     L-eżenzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas permezz ta' aġent kummerċjali f'isem min iħallas jew min jitħallas, kif stabbilit fid-Direttiva 2007/64/KE qiegħda tiġi applikata b'modi differenti ħafna fl-Istati Membri. Ċerti Stati Membri jippermettu l-użu tal-eżenzjoni mill-pjattaformi tal-kummerċ elettroniku li jaġixxu bħala intermedjarji f'isem kemm ix-xerrejja kif ukoll il-bejjiegħa individwali mingħajr marġini reali biex jinnegozjaw jew jikkonkludu l-bejgħ jew ix-xiri ta' oġġetti jew servizzi. Dan imur lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni maħsub ta' din l-eżenzjoni u jista' jżid ir-riskji għall-konsumaturi (billi dawn il-fornituri jibqgħu 'l barra mill-protezzjoni tal-qafas legali). Prattiki differenti ta' applikazzjoni wkoll ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq tal-ħlasijiet. Id-definizzjoni għandha ssir aktar preċiża u ċara sabiex tindirizza dan it-tħassib.

(12)     Ir-rispons mis-suq juri li l-attivitajiet ta' ħlas koperti mill-eċċezzjoni limitata tan-netwerk spiss jinkludu volumi u valuri ta' ħlas massivi u joffru lill-konsumaturi mijiet jew eluf ta' prodotti u servizzi differenti, li ma humiex konsistenti mal-iskop tal-eżenzjoni limitata tan-netwerk kif previst fid-Direttiva 2007/64/KE. Dan jimplika riskji akbar u l-ebda protezzjoni legali għall-utenti tas-servizzi ta' ħlas, partikolarment għall-konsumaturi u żvantaġġi ċari għal atturi regolati tas-suq. Deskrizzjoni aktar preċiża ta' netwerk limitat, skont id-Direttiva 2009/110/KE, hi meħtieġa sabiex jiġu limitati dawk ir-riskji. Strument tal-ħlas għandu għalhekk jitqies li jintuża f'netwerk limitat jekk ikun jista' jintuża biss għax-xiri ta' oġġetti u servizzi f'ħanut speċifiku jew katina ta' ħwienet jew għal firxa limitata ta' oġġetti u servizzi, ikun liema jkun il-post ġeografiku tal-punt tal-bejgħ. Dawn l-istrumenti jistgħu jinkludu kards tal-ħwienet, kards tal-petrol, kards tas-sħubija, kards tat-trasport pubbliku, vawċers għall-ikel jew vawċers għal servizzi speċifiċi, li huma xi kultant soġġetti għal taxxa speċifika jew għal qafas legali tax-xogħol imfassla biex jippromwovu l-użu ta' dawn l-istrumenti biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'leġiżlazzjoni soċjali. Meta tali strument speċifiku jiżviluppa fi strument għal użu bi skop ġenerali, ma għandhiex tibqa' tapplika l-eżenzjoni mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Strumenti li jistgħu jintużaw għal xiri minn ħwienet ta' kummerċjanti elenkati ma għandhomx ikunu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għaliex dawn l-istrumenti tfasslu tipikament għal netwerk ta' fornituri ta' servizz li kull ma jmur qed jikber. L-eżenzjoni għandha tapplika flimkien mal-obbligu ta' fornituri tas-servizzi tal-ħlasijiet potenzjali li jinnotifikaw attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tad-definizzjoni ta' netwerk limitat.

(13)     Id-Direttiva 2007/64/KE teżenta mill-ambitu tagħha ċerti tranżazzjonijiet ta' ħlasijiet permezz ta' tagħmir tat-telekomunikazzjoni jew tat-teknoloġija tal-informazzjoni meta l-operatur tan-netwerk mhux biss jaġixxi bħala intermedjarju għall-forniment tal-oġġetti u servizzi diġitali permezz tat-tagħmir inkwistjoni, iżda wkoll iżid il-valur ta' dawn l-oġġetti jew servizzi. B'mod partikolari din l-eżenzjoni tippermetti l-hekk imsejjaħ fatturar min-naħa tal-operatur jew xiri direttament fuq il-kont tat-telefown, li jibda minn ringing tones u servizzi speċjali tal-SMS, u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju ġodda msejsa fuq bejgħ ta' valur baxx tal-kontenut diġitali. Ir-rispons mis-suq ma juri l-ebda evidenza li dan il-metodu tal-ħlas, fdat mill-konsumaturi bħala konvenjenti għal ħlasijiet ta' limitu baxx, żviluppa f'servizz ġenerali tal-intermedjazzjoni tal-ħlasijiet. Madankollu, minħabba l-għażla ambigwa tal-kliem tal-eżenzjoni attwali, din ir-regola ġiet implimentata b'mod differenti fl-Istati Membri. Dan jissarraf f'nuqqas ta' ċertezza legali għall-operaturi u l-konsumaturi u ħafna drabi ppermetta lil servizzi ta' intermedjazzjoni ta' ħlas oħra sabiex jitolbu l-eliġibilità għall-eżenzjoni mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE. Huwa għalhekk xieraq li jitnaqqas il-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. L-eżenzjoni għandha tiffoka b'mod speċjali fuq il-mikroħlasijiet għall-kontenut diġitali, bħal ringtones, wallpapers, mużika, logħob, vidjos, jew applikazzjonijiet. L-eżenzjoni għandha tapplika biss għal servizzi ta' ħlas meta pprovduti bħala servizzi anċillari għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (jiġifieri n-negozju prinċipali tal-operatur ikkonċernat).

(14)     Bl-istess mod, id-Direttiva 2007/64/KE eżentat mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha servizzi ta' ħlas offruti minn fornituri tal-automated teller machines (minn hawn 'il quddiem ATMs) indipendenti minn banek jew fornituri oħrajn ta' servizzi ta' ħlas. Oriġinarjament imfasslin bħala inċentiv biex jiġu installati ATMs waħedhom f'żoni remoti u b'popolazzjoni żgħira billi jippermettulhom li jitolbu tariffi addizzjonali fuq tariffi mħallsa lill-fornituri tas-servizz tal-ħlas li jkunu ħarġu l-kard, id-dispożizzjoni ma kinitx maħsuba biex tintuża minn fornituri ta' ATMs b'netwerks li jinkludu mijiet jew saħansitra eluf ta' ATMs, li jkopru Stati Membru wieħed jew aktar. Din iwassal għal nuqqas ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva għal parti dejjem akbar tas-suq tal-ATMs, b'effetti negattivi fuq il-protezzjoni tal-konsumatur. Dan ukoll jinċentiva lill-fornituri tal-ATM eżistenti sabiex ifasslu mill-ġdid il-mudell tan-negozju tagħhom u jikkanċellaw ir-relazzjoni kuntrattwali normali mal-fornituri ta' servizzi ta' ħlas sabiex jitolbu tariffi ogħla direttament mill-konsumaturi. Konsegwentement, din l-eżenzjoni għandha titħassar.

(15)     Fornituri ta' servizzi li jixtiequ jibbenefikaw minn eżenzjoni skont id-Direttiva 2007/64/KE spiss ma jikkonsultawx mal-awtoritajiet dwar jekk l-attivitajiet tagħhom humiex koperti jew eżentati skont dik id-Direttiva iżda joqogħdu fuq l-evalwazzjonijiet tagħhom stess. Jidher li xi eżenzjonijiet setgħu ntużaw mill-fornituri tas-servizz tal-ħlas sabiex ifasslu mill-ġdid mudelli ta' negozju sabiex l-attivitajiet tal-ħlas offruti ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. Dan jista' jirriżulta f'riskji akbar għall-utenti tas-servizz tal-ħlasijiet u kundizzjonijiet diverġenti għall-fornituri tas-servizzi ta' ħlas fis-suq intern. Il-fornituri tas-servizz għandhom ikunu għalhekk obbligati li jinnotifikaw ċerti attivitajiet lill-awtoritajiet kompetenti, sabiex jiżguraw interpretazzjoni omoġenja tar-regoli fis-suq intern kollu.

(16)     Huwa importanti li jiġi inkluż rekwiżit sabiex fornituri tas-servizzi ta' ħlas potenzjali jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jipprovdu attivitajiet fil-qafas ta' netwerk limitat jekk il-volum ta' tranżazzjonijiet ta' ħlasijiet ikun ogħla minn limitu minimu partikolari. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw u jieħdu deċiżjoni motivata fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(k) dwar jekk dawk l-attivitajiet jistgħux jiġu kkunsidrati attivitajiet previsti fil-qafas ta' netwerk limitat.

(17)     Ir-regoli l-ġodda għandhom isegwu l-approċċ meħud fid-Direttiva 2007/64/KE, li jkopri t-tipi kollha ta' servizzi ta' ħlas elettroniku. Għalhekk għadu mhux xieraq li r-regoli l-ġodda japplikaw għal servizzi meta t-trasferiment tal-fondi minn min iħallas għal min jitħallas, jew it-trasport tagħhom, isir biss f'karti tal-flus u muniti jew meta t-trasferiment ikun ibbażat fuq ċekk stampat, kambjali stampati, promissory notes jew strumenti oħra, vouchers stampati jew kards maħruġa fuq fornitur ta' servizzi ta' ħlas jew xi parti oħra bil-ħsieb li jitqiegħdu fondi għad-dispożizzjoni tal-benefiċarju.

(18)     Mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE tfaċċaw tipi ġodda ta' servizzi ta' ħlas, speċjalment fil-qasam tal-ħlasijiet bl-internet. B'mod partikolari, fornituri terzi (minn hawn 'il quddiem, third party providers, "TPPs") evolvew, u qed joffru l-hekk-imsejħa servizzi ta' bidu ta' ħlas lill-konsumaturi u lin-negozjanti spiss mingħajr ma jidħlu f'pussess tal-fondi li se jiġu trasferiti. Dawk is-servizzi jiffaċilitaw il-ħlasijiet tal-kummerċ elettroniku billi jistabbilixxu pont ta' softwer bejn il-websajt tan-negozjant u l-pjattaforma bankarja onlajn tal-konsumatur sabiex jinbdew ħlasijiet bl-internet fuq il-bażi ta' trasferimenti tal-kreditu jew debiti diretti. It-TPPs joffru alternattiva rħisa għal ħlasijiet bil-kard kemm għan-negozjanti kif ukoll għall-konsumaturi u jipprovdu lill-konsumaturi l-possibbiltà li jixtru onlajn anke jekk ma jkollhomx karti ta' kreditu. Madankollu, billi t-TPPs bħalissa mhumiex suġġetti għad-Direttiva 2007/64/KE, dawn mhux neċessarjament ikunu taħt superviżjoni minn awtorità kompetenti u ma jsegwux ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/64/KE. Dan iqajjem sensiela ta' kwistjonijiet legali, bħall-protezzjoni tal-konsumatur, is-sigurtà u r-responsabbiltà kif ukoll kwistjonijiet bħall-kompetizzjoni u l-protezzjoni tad-dejta. Ir-regoli l-ġodda għandhom għalhekk jirrispondu għal dawn il-kwistjonijiet.

(19)     Ir-rimessa ta' flus huwa servizz sempliċi tal-ħlas li huwa ġeneralment ibbażat fuq flus likwidi pprovduti minn min iħallas lil min jipprovdi servizzi ta' ħlas, li jgħaddi l-ammont korrispondenti, pereżempju permezz ta' netwerk ta' komunikazzjoni, lil min jitħallas jew lil fornitur ieħor ta' servizzi ta' ħlas li jaġixxi f'isem min jitħallas. F'xi supermarkets fl-Istati Membri, il-merkanti u bejjiegħa oħra bl-imnut jipprovdu lill-pubbliku servizz korrispondenti li jippermetti l-ħlas ta' kontijiet tal-utilitajiet u kontijiet regolari domestiċi oħra. Dawk is-servizzi ta' ħlas ta' kontijiet għandhom jitqiesu bħala rimessa ta' flus, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jikkunsidrawx li l-attività taqa' taħt servizz ta' ħlas ieħor.

(20)     Huwa meħtieġ li jkunu speċifikati l-kategoriji ta' fornituri ta' servizzi ta' ħlas li jistgħu b'mod leġittimu jipprovdu dawk is-servizzi ta' ħlas madwar l-Unjoni kollha, jiġifieri, istituzzjonijiet ta' kreditu li jieħdu d-depożiti minn utenti li jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw tranżazzjonijiet ta' ħlas u li għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għar-rekwiżiti prudenzjali skont id-Direttiva 2013/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[27], istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi li joħorġu flus elettroniċi li jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw tranżazzjonijiet ta' ħlas u li għandhom jibqgħu soġġetti għar-rekwiżiti prudenzjali skont id-Direttiva 2009/110/KE, istituzzjonijiet ta' ħlas u istituzzjonijiet ta' kontijiet postali (post office giro institutions) li huma intitolati jagħmlu dan skont il-liġi nazzjonali.

(21)     Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi regoli għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas meta il-fondi jkunu flus elettroniċi kif stipulat fid-Direttiva 2009/110/KE. Din id-Direttiva, madankollu, ma għandha la tirregola l-ħruġ ta' flus elettroniċi u lanqas temenda r-regolament prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi kif previst f'dik id-Direttiva. Għalhekk, l-istituzzjonijiet tal-ħlas ma għandhomx ikollhom permess joħorġu flus elettroniċi.

(22)     Id-Direttiva 2007/64/KE stabbilixxiet reġim prudenzjali, u introduċiet liċenzja waħda għall-fornituri kollha ta' servizzi ta' ħlas li ma humiex konnessi mat-teħid ta' depożiti jew il-ħruġ ta' flus elettroniċi. Għal dak il-għan, id-Direttiva 2007/64/KE introduċiet kategorija ġdida ta' fornituri tas-servizz ta' ħlas, "istituzzjonijiet tal-ħlas", billi għamlet provvediment għall-awtorizzazzjoni, soġġetta għal sett ta' kundizzjonijiet stretti u komprensivi, ta' persuni ġuridiċi barra l-kategoriji eżistenti biex jipprovdu servizzi ta' ħlas madwar l-Unjoni. Għaldaqstant, l-istess kundizzjonijiet għandhom japplikaw madwar l-Unjoni kollha għal servizzi bħal dawn.

(23)     Il-kundizzjonijiet għall-għoti u ż-żamma tal-awtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet tal-ħlas ma nbidlux sostanzjalment. Bħal fid-Direttiva 2007/64/KE, il-kundizzjonijiet jinkludu rekwiżiti prudenzjali proporzjonati mar-riskji operattivi u finanzjarji li jkollhom korpi bħal dawn fin-negozju tagħhom. F'dan ir-rigward hija meħtieġa sistema soda ta' kapital inizjali flimkien ma' kapital kontinwu li maż-żmien jista' jiġi elaborat b'manjiera aktar sofistikata skont il-ħtiġijiet tas-suq. Minħabba l-firxa fil-varjetà tal-qasam tas-servizzi ta' ħlas, din id-Direttiva għandha tippermetti diversi metodi kkombinati ma' ċerta firxa ta' diskrezzjoni superviżorja biex jiġi żgurat li l-istess riskji jiġu ttrattati bl-istess mod għall-fornituri kollha tas-servizzi ta' ħlas. Ir-rekwiżiti għall-istituzzjonijiet tal-ħlas għandhom jirriflettu l-fatt li istituzzjonijiet tal-ħlas huma involuti f'attivitajiet aktar speċjalizzati u limitati, u b'hekk jiġġeneraw riskji li huma idjeq u li jistgħu jkunu mmonitorjati u kkontrollati b'mod aktar faċli minn dawk li jqumu fil-firxa usa' ta' attivitajiet ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. B'mod partikolari, istituzzjonijiet tal-ħlas ma għandhomx jitħallew jaċċettaw depożiti mingħand utenti u għandhom jitħallew jużaw fondi li jkunu riċevuti minn utenti għall-għoti ta' servizzi ta' ħlas biss. Ir-regoli prudenzjali meħtieġa inkluż il-kapital inizjali għandhom ikunu xierqa għal-livelli ta' riskju relatati mas-servizz ta' ħlas rispettiv ipprovdut mill-istituzzjoni tal-ħlas. Servizzi li jippermettu biss aċċess għal kontijiet ta' ħlas, iżda mingħajr ma jipprovdu l-ebda kontijiet, għandhom jiġu kkunsidrati bħala ta' riskju medju fir-rigward tal-kapital inizjali.

(24)     Għandu jsir provvediment biex fondi tal-klijenti jinżammu mifruda mill-fondi tal-istituzzjoni tal-ħlas għal skopijiet ta' negozju ieħor. Madankollu, rekwiżiti ta' salvagwardja jidhru meħtieġa biss meta istituzzjoni tal-ħlas tkun fil-pussess tal-fondi tal-klijenti. Istituzzjonijiet tal-ħlas għandhom ukoll ikunu soġġetti għal rekwiżiti effettivi kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

(25)     Din id-Direttiva ma għandhiex tintroduċi bidliet fl-obbligi tal-istituzzjonijiet tal-ħlas fir-rigward tar-rappurtar tagħhom dwar il-kontijiet u l-awditi tal-kontijiet fil-kontijiet annwali u konsolidati tagħhom. L-istituzzjonijiet tal-ħlas għandhom ifasslu l-kontijiet annwali u konsolidati tagħhom skont id-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE[28] u, meta applikabbli, id-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE[29] u d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE[30]. Il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati għandhom jiġu awditjati, għajr jekk l-istituzzjoni tal-ħlas tkun eżentata minn dan l-obbligu skont id-Direttiva 78/660/KEE u, meta jkun applikabbli, id-Direttivi 83/349/KEE u 86/635/KEE.

(26)     Bl-iżviluppi teknoloġiċi, f'dawn l-aħħar snin tfaċċaw ukoll firxa ta' servizzi komplementari, bħal informazzjoni dwar il-kont u servizzi tal-aggregazzjoni tal-kontijiet. Dawn is-servizzi għandhom ikunu wkoll koperti b'din id-Direttiva sabiex il-konsumaturi jingħataw protezzjoni adegwata u ċertezza legali dwar l-istatus tagħhom.

(27)     Meta l-istituzzjonijiet tal-ħlas jinvolvu ruħhom fil-forniment ta' wieħed jew aktar mis-servizzi ta' ħlas koperti minn din id-Direttiva, huma għandhom iżommu kontijiet tal-ħlas użati esklussivament għal tranżazzjonijiet ta' ħlas. Sabiex istituzzjonijiet tal-ħlas ikunu jistgħu jipprovdu servizzi ta' ħlas, huwa indispensabbli li jkollhom aċċess għal kontijiet ta' ħlas. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali aċċess jiġi pprovdut b'mod proporzjonali għall-għan leġittimu li jkun intenzjonat li jservi.

(28)     Din id-Direttiva għandha tirregola l-għoti ta' kreditu minn istituzzjonijiet ta' ħlas, jiġifieri l-għoti ta' linji ta' kreditu u l-ħruġ ta' kards ta' kreditu, biss meta jkun marbut mill-qrib ma' servizzi ta' ħlas. Huwa biss jekk jingħata l-kreditu sabiex jiġu ffaċilitati servizzi ta' ħlas u dan il-kreditu jkun għal żmien qasir u jingħata għal perjodu li ma jeċċedix 12-il xahar, inkluż fuq bażi rotatorja, li jkun xieraq li istituzzjonijiet ta' ħlas jiġu permessi jagħtu tali kreditu fir-rigward tal-attivitajiet transfruntieri tagħhom, bil-kundizzjoni li jiġi ffinanzjat mill-ġdid prinċipalment bl-użu tal-fondi proprji tal-istituzzjoni tal-ħlas, kif ukoll fondi oħra mis-swieq kapitali, iżda mhux il-fondi miżmuma f'isem il-klijenti għal servizzi ta' ħlas. Dawn ir-regoli għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[31] jew leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti oħra fir-rigward ta' kundizzjonijiet għall-għoti ta' kreditu lill-konsumaturi mhux armonizzati minn din id-Direttiva.

(29)     B'mod ġenerali, il-funzjonament tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli mill-għoti ta' awtorizzazzjonijiet lil istituzzjonijiet tal-ħlas, mit-twettiq ta' kontrolli u mid-deċiżjonijiet jekk għandhomx jirtiraw dawk l-awtorizzazzjonijiet, irriżulta li qed jaħdem b'mod sodisfaċenti. Madankollu, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għandha tissaħħaħ, kemm fir-rigward tal-informazzjoni skambjata kif ukoll fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni koerenti tad-Direttiva, f'każijiet meta l-istituzzjoni tal-ħlas awtorizzata tixtieq tipprovdi servizzi ta' ħlas ukoll fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru ta' domiċilju tagħha, fl-eżerċizzju tad-dritt tal-istabbiliment jew il-libertà li tipprovdi servizzi ("ippassaportar"). L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) għandha tintalab biex tħejji sett ta' linji gwida dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju tad-dejta.

(30)     Sabiex issaħħaħ it-trasparenza rigward istituzzjonijiet tal-ħlas awtorizzati minn jew irreġistrati mal-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-aġenti u l-fergħat tagħhom, portal tal-internet li jservi bħala punt ta' aċċess elettroniku Ewropew għandu jiġi stabbilit mal-ABE, b'interkonnessjoni mar-reġistri nazzjonali. Dawn il-miżuri għandhom jimmiraw li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(31)     Id-disponibbiltà ta' informazzjoni preċiża, aġġornata għandha tittejjeb billi l-istituzzjonijiet tal-ħlas ikunu obbligati jinfurmaw lill-awtorità kompetenti fl-Istat tal-oriġini tagħhom, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe bidla li taffettwa l-eżattezza tal-informazzjoni u tal-evidenza pprovduta fir-rigward tal-awtorizzazzjoni, inklużi aġenti, fergħat jew entitajiet addizzjonali li lilhom l-attivitajiet jiġu esternalizzati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw ukoll, f'każ ta' dubju, li l-informazzjoni rċevuta tkun korretta.

(32)     Filwaqt li din id-Direttiva tispeċifika s-sett minimu ta' setgħat li l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom meta jagħmlu superviżjoni tal-konformità tal-istituzzjonijiet tal-ħlas, dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati b'konformità mad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza. Għall-eżerċitar ta' dawk is-setgħat li jista' jammonta għal interferenza serja mad-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, tad-dar u l-komunikazzjonijiet, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ salvagwardji adegwati u effettivi kontra kull abbuż jew arbitrarjetà, pereżempju, meta xieraq permezz ta' awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru kkonċernat.

(33)     Huwa importanti li jiġi żgurat li dawk kollha li jagħtu servizzi ta' rimessi jinġiebu fl-ambitu ta' ċerti rekwiżiti legali u regolatorji minimi. Għalhekk, huwa tajjeb li jkun hemm rekwiżit tar-reġistrazzjoni tal-identità u l-post fejn ikunu jinsabu dawk kollha li jagħtu servizzi ta' rimessi, inkluż ta' persuni li ma jkunux jistgħu jilħqu l-firxa sħiħa ta' kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet tal-ħlas. Dan l-approċċ huwa konformi mar-raġunament tar-Rakkomandazzjoni Speċjali VI tat-Task Force tal-Azzjoni Finanzjarja dwar il-Ħasil tal-Flus li jipprevedi l-forniment ta' mekkaniżmu meta fornituri ta' servizzi ta' ħlas li ma jkunux jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dik ir-Rakkomandazzjoni jkunu jistgħu madankollu jiġu trattati bħala istituzzjonijiet tal-ħlas. Għal dawn l-għanijiet, l-Istati Membri għandhom idaħħlu lil dawn il-persuni fir-reġistru tal-istituzzjonijiet tal-ħlas filwaqt li ma japplikawx il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jew parti minnhom. Madankollu, huwa essenzjali li l-possibbiltà ta' dispensa tkun soġġetta f'kull każ għal rekwiżiti stretti dwar il-volum ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas. Istituzzjonijiet tal-ħlas li jibbenefikaw minn dispensa la għandu jkollhom id-dritt ta' stabbiliment u lanqas il-libertà li jipprovdu servizz u lanqas ma jistgħu indirettament jeżerċitaw dawk id-drittijiet meta jkunu membru ta' sistema tal-ħlas.

(34)     Huwa essenzjali għal kwalunkwe fornitur ta' servizzi ta' ħlas li jkollu aċċess għas-servizzi ta' infrastruttura teknika tas-sistemi ta' ħlas. Dan l-aċċess għandu, madankollu, ikun soġġett għal rekwiżiti adatti sabiex ikunu żgurati l-integrità u l-istabbiltà ta' dawn is-sistemi. Kull fornitur ta' servizzi ta' ħlas li japplika għal parteċipazzjoni f'sistema tal-ħlas għandu jagħti prova lill-parteċipanti tas-sistema tal-ħlas li l-arranġamenti interni tiegħu huma robusti biżżejjed kontra kull tip ta' riskju. Dawn is-sistemi ta' ħlas tipikament jinkludu pereż. l-iskemi tal-kard ta' erba' partijiet kif ukoll sistemi ewlenin li jipproċessaw trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti. Biex tkun żgurata l-ugwaljanza fit-trattament madwar l-Unjoni bejn il-kategoriji differenti ta' fornituri awtorizzati ta' servizzi ta' ħlas, skont it-termini tal-liċenzja tagħhom, huwa meħtieġ li jkunu ċċarati r-regoli dwar l-aċċess għall-forniment ta' servizzi ta' ħlas u l-aċċess għal sistemi ta' ħlas.

(35)     Għandu jkun hemm dispożizzjoni għat-trattament mhux diskriminatorju ta' istituzzjonijiet tal-ħlas u istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati sabiex kwalunkwe fornitur ta' servizzi ta' ħlas li jikkompeti fis-suq intern ikun jista' juża s-servizzi tal-infrastruttura teknika ta' dawn is-sistemi ta' ħlas bl-istess kundizzjonijiet. Huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni għal trattament differenti għal fornituri ta' servizzi ta' ħlas awtorizzati u għal dawk li jibbenefikaw minn dispensa skont din id-Direttiva kif ukoll mid-dispensa skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/110/KE, minħabba d-differenzi fil-qafas prudenzjali rispettiv tagħhom. Fi kwalunkwe każ, differenzi fil-kundizzjonijiet tal-prezzijiet għandhom jitħallew biss meta dan ikun motivat minn differenzi fl-ispejjeż li jġarrbu l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas. Dan għandu jkun bla preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jillimitaw l-aċċess għal sistemi sistemikament importanti skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[32] u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Bank Ċentrali Ewropew u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) dwar l-aċċess għal sistemi ta' ħlas.

(36)     F'ċerti każijiet, l-Istati Membri taw aċċess indirett lill-fornituri tas-servizzi ta' ħlas speċifiċi għal sistemi ta' ħlas magħżula, b'analoġija għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/26/KE. Din id-Deċiżjoni hija fid-diskrezzjoni tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, biex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta bejn fornituri ta' servizzi ta' ħlas, din id-Direttiva għandha tipprovdi li meta Stat Membru ikun ta lil fornitur tas-servizz tal-ħlas aċċess indirett għal tali sistemi, fornituri oħrajn ta' servizzi ta' ħlas li huma fl-istess sitwazzjoni għandhom jibbenefikaw mill-istess trattament mhux diskriminatorju.

(37)     F'dawn l-aħħar snin, ċerti sistemi ta' ħlas ta' tliet partijiet li fihom is-sistema taġixxi bħala l-uniku fornitur ta' servizzi ta' ħlas kemm għal min iħallas kif ukoll għal min jitħallas, saru atturi rispettabbli fis-suq għall-ipproċessar tal-ħlasijiet. Għaldaqstant ma għadux iġġustifikat li dawn is-sistemi jitħallew jibbenefikaw minn eżenzjoni fir-rigward tal-forniment ta' aċċess għal fornituri oħrajn ta' servizzi ta' ħlas, meta sistemi ta' ħlas oħra ma jistgħux jibbenefikaw minn eżenzjoni bħal din.

(38)     Għandu jiġi stabbilit sett ta' regoli biex tkun żgurata t-trasparenza tal-kundizzjonijiet u tar-rekwiżiti ta' informazzjoni għal servizzi ta' ħlas.

(39)     Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika la għal tranżazzjonijiet ta' ħlas magħmulin fi flus kontanti għaliex suq uniku tal-ħlas għal flus kontanti diġà jeżisti u lanqas għal dawk it-tranżazzjonijet tal-ħlas ibbażati fuq ċekkijiet bil-karta peress li, min-natura tagħhom, dawn ma jistgħux ikunu pproċessati effiċjentement daqs metodi oħra tal-ħlas. Il-prattika tajba f'dan il-qasam għandha, madankollu, tkun ibbażata fuq il-prinċipji stabbiliti f'din id-Direttiva.

(40)     Peress li l-konsumaturi u l-impriżi mhumiex fl-istess pożizzjoni, ma għandhomx bżonn l-istess livell ta' protezzjoni. Waqt li huwa importanti li d-drittijiet tal-konsumatur ikunu garantiti b'dispożizzjonijiet li ma jistax ikun hemm deroga minnhom b'kuntratt, huwa raġonevoli li l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet jitħallew jiftiehmu mod ieħor meta ma jkunux qed jittrattaw mal-konsumaturi. Madankollu, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jistipulaw li l-mikrointrapriżi, kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE[33], għandhom ikunu trattati bl-istess mod bħall-konsumaturi. Fi kwalunkwe każ, ċerti dispożizzjonijiet ewlenin ta' din id-Direttiva għandhom dejjem ikunu applikabbli irrispettivament mill-istatus tal-utent.

(41)     Din id-Direttiva għandha tispeċifika l-obbligi fuq il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas fir-rigward tal-forniment ta' informazzjoni lill-utenti ta' servizzi ta' ħlas li għandhom jirċievu l-istess livell għoli ta' informazzjoni ċara dwar servizzi ta' ħlas biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati tajjeb u jkunu jistgħu jagħżlu liberament fl-Unjoni. Fl-interess tat-trasparenza din id-Direttiva għandha tistipula r-rekwiżiti armonizzati meħtieġa biex ikun żgurat li informazzjoni meħtieġa u suffiċjenti tingħata lill-utenti ta' servizzi ta' ħlas rigward kemm il-kuntratt ta' servizzi ta' ħlas kif ukoll it-tranżazzjonijiet ta' ħlas. Sabiex jippromwovu l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku fis-servizzi ta' ħlas, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jadottaw biss dawk id-dispożizzjonijiet ta' informazzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva.

(42)     Il-konsumaturi għandhom ikunu protetti minn prattiċi inġusti u qarrieqa b'mod konformi mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[34] kif ukoll id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[35] u d-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[36]. Id-dispożizzjonijiet addizzjonali f'dawk id-direttivi jkomplu jkunu applikabbli. Madankollu, ir-relazzjoni tar-rekwiżiti ta' informazzjoni pre-kuntrattwali bejn din id-Direttiva u d-Direttiva 2002/65/KE għandha b'mod partikolari tiġi ċċarata.

(43)     L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun propozjonali għall-bżonnijiet tal-utenti u kkomunikata b'mod standard. Madankollu, ir-rekwiżiti ta' informazzjoni għal tranżazzjoni unika tal-ħlas għandhom ikunu differenti minn dawk ta' kuntratt qafas li jipprovdi għas-sensiela ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas.

(44)     Fil-prattika, il-kuntratti qafas u t-tranżazzjonijiet ta' ħlas koperti minnhom huma ferm aktar komuni u ekonomikament importanti minn tranżazzjonijiet ta' ħlas uniku. Jekk hemm kont tal-ħlas jew strument speċifiku tal-ħlas, huwa meħtieġ kuntratt qafas. Għalhekk, ir-rekwiżiti għal informazzjoni minn qabel dwar kuntratti qafas għandhom ikunu pjuttost komprensivi u dejjem għandha tingħata informazzjoni jew bil-miktub jew fuq strument ieħor li jżomm fit-tul, bħal karti stampati minn printers tal-kontijiet, CD-ROMs, DVDs u hard drives ta' kompjuters personali li fuqhom tista' tinħażen il-posta elettronika, u siti tal-Internet, dment li tali siti huma aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta' żmien adegwat għall-finijiet ta' informazzjoni u jippermettu r-riproduzzjoni mingħajr tibdil tal-informazzjoni maħżuna. Madankollu, għandu jkun possibbli li l-fornitur tas-servizzi ta' ħlas u l-utent ta' servizzi ta' ħlas jiftiehmu fil-kuntratt qafas dwar il-mod li bih tingħata l-informazzjoni sussegwenti dwar tranżazzjonijiet ta' ħlas eżegwiti, pereżempju, li fl-Internet-banking l-informazzjoni kollha dwar il-kont tal-ħlas issir disponibbli onlajn.

(45)     Fit-tranżazzjonijiet ta' ħlas uniku l-informazzjoni essenzjali biss għandha tingħata dejjem fuq l-inizjattiva proprja tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas. Minħabba li dak li jħallas huwa ġeneralment preżenti meta jagħti l-ordni għall-ħlas, mhuwiex meħtieġ li jiġi rikjest li l-informazzjoni għandha f'kull każ tingħata bil-miktub jew bi strument ieħor li jżomm fit-tul. Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jista' jagħti informazzjoni orali minn fuq il-bank jew jagħmilha faċilment aċċessibbli b'mod ieħor, pereżempju billi jżomm il-kundizzjonijiet fuq notice board fuq il-post. Għandha tingħata wkoll informazzjoni dwar fejn hija disponibbli informazzjoni aktar dettaljata oħra (pereż. l-indirizz tal-websajt). Madankollu, jekk il-konsumatur jitlob hekk, l-informazzjoni essenzjali għandha tingħata bil-miktub jew fuq strument ieħor li jżomm fit-tul.

(46)     Din id-Direttiva għandha tistipula d-dritt tal-konsumatur li jirċievi informazzjoni rilevanti mingħajr ħlas qabel ikun marbut bi kwalunkwe kuntratt ta' servizzi ta' ħlas. Il-konsumatur għandu wkoll ikun jista' jitlob informazzjoni minn qabel flimkien mal-kuntratt qafas bil-miktub, mingħajr ħlas fi kwalunkwe ħin waqt ir-relazzjoni kuntrattwali, sabiex ikun jista' jqabbel is-servizzi u l-kundizzjonijiet tal-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u f'każ ta' kwalunkwe tilwima jkun jista' jivverifika d-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali tiegħu. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu kumpatibbli mad-Direttiva 2002/65/KE. Id-dispożizzjonijiet espliċiti dwar informazzjoni bla ħlas f'din id-Direttiva ma għandux ikollhom l-effett li jippermettu li jintalbu imposti għall-forniment ta' informazzjoni lill-konsumaturi skont Direttivi applikabbli oħra.

(47)     Il-mod kif l-informazzjoni meħtieġa għandha tingħata mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas lill-utent ta' servizzi ta' ħlas għandu jieħu kont tal-ħtiġijiet ta' dan tal-aħħar kif ukoll tal-aspetti tekniċi prattiċi u l-kost-effiċjenza skont is-sitwazzjoni fir-rigward tal-ftehim fil-kuntratt ta' servizzi ta' ħlas rispettiv. Għalhekk, id-Direttiva tiddistingwi bejn żewġ modi kif l-informazzjoni għandha tingħata mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas: jew l-informazzjoni għandha tiġi provduta, jiġifieri attivament komunikata mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas fil-ħin adatt kif rikjest minn din id-Direttiva mingħajr l-ebda talba ulterjuri min-naħa tal-utent ta' servizzi ta' ħlas, inkella l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utent ta' servizzi ta' ħlas, b'kont meħud ta' kwalunkwe talba li jista' jkollu għal aktar informazzjoni. F'dan il-każ tal-aħħar, l-utent ta' servizzi ta' ħlas irid jieħu passi attivi biex jikseb l-informazzjoni bħal pereżempju jitlobha espliċitament mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, jilloggja f'kaxxa postali ta' kont tal-bank jew idaħħal kard tal-bank fi printer għal rendikonti tal-kont. Għal tali finijiet il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għandu jiżgura li l-aċċess għall-informazzjoni jkun possibbli u li l-informazzjoni tkun disponibbli għall-utent ta' servizzi ta' ħlas.

(48)     Il-konsumatur għandu jirċievi informazzjoni bażika dwar tranżazzjonijiet li twettqu mingħajr imposti addizzjonali. Fil-każ ta' tranżazzjoni ta' ħlas uniku l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ma għandux jimponi tariffi separati għal din l-informazzjoni. Bl-istess mod, l-informazzjoni mensili sussegwenti dwar tranżazzjonijiet ta' ħlas b'kuntratt qafas għandha tingħata mingħajr ħlas. Madankollu, b'kont meħud tal-importanza tat-trasparenza fl-ipprezzar u fid-differenzjar tal-ħtiġijiet tal-konsumatur, il-partijiet għandhom ikunu jistgħu jiftiehmu dwar imposti fir-rigward ta' informazzjoni aktar frekwenti jew addizzjonali. Sabiex jittieħed kont tal-prattiki nazzjonali differenti, l-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu regoli li jirrikjedu li dikjarazzjonijiet mensili stampati ta' kontijiet tal-ħlas għandhom dejjem jingħataw mingħajr ħlas.

(49)     Biex tkun iffaċilitata l-mobbiltà tal-konsumatur, għandu jkun possibbli li l-konsumaturi jtemmu kuntratt qafas wara l-iskadenza ta' sena mingħajr ma jeħlu imposti. Għall-konsumaturi, il-perjodu ta' avviż miftiehem ma għandux ikun ta' aktar minn xahar, u għall-fornituri ta' servizzi ta' ħlas mhux inqas minn xahrejn. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' fornitur ta' servizzi ta' ħlas li jtemm il-kuntratt ta' servizzi ta' ħlas f'ċirkostanzi eċċezzjonali skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti oħra, bħal-leġiżlazzjoni dwar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, kwalunkwe azzjoni mmirata lejn l-iffriżar ta' fondi, jew kwalunkwe miżura speċifika marbuta mal-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati.

(50)     Strumenti tal-ħlas ta' valur baxx għandhom ikunu alternattiva rħisa u faċli biex tintuża fil-każ ta' oġġetti u ta' servizzi bi prezz baxx u ma għandhomx ikunu mgħobbija żżejjed b'rekwiżiti eċċessivi. Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni rilevanti u r-regoli dwar l-eżekuzzjoni tagħhom għandhom għalhekk ikunu limitati għal informazzjoni essenzjali, b'kont meħud ukoll tal-kapaċitajiet tekniċi li jistgħu ġustifikabbilment ikunu mistennija minn strumenti ddedikati għal ħlasijiet ta' valur baxx. Minkejja s-sistema eħfef, l-utenti ta' servizzi ta' ħlas għandhom jibbenefikaw minn protezzjoni adegwata meta wieħed jikkunsidra r-riskji limitati li dawn l-istrumenti ta' ħlas jippreżentaw, speċjalment fir-rigward ta' strumenti ta' ħlas imħallsa minn qabel.

(51)     Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji li bihom TPPs huma permessi li jaċċessaw u jużaw l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' fondi fuq il-kont tal-utent ta' servizzi tal-ħlas miżmum ma' fornitur ta' servizzi ta' ħlas ieħor. B'mod partikolari, ir-rekwiżiti meħtieġa tal-protezzjoni tad-dejta u tas-sigurtà stabbiliti jew imsemmija f'din id-Direttiva jew inklużi fil-linji gwida tal-ABE għandhom jiġu sodisfatti kemm mit-TPP kif ukoll mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas li jipprovdi s-servizz tal-kont tal-utent tas-servizz ta' ħlas. Min iħallas għandu jagħti kunsens espliċitu lit-TPP biex ikollu aċċess għall-kont ta' ħlas tiegħu u jiġi infurmat sewwa dwar il-grad ta' dan l-aċċess. Biex ikun possibbli l-iżvilupp ta' fornituri ta' servizzi ta' ħlas oħra li ma jistgħux jirċievu depożiti, huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jipprovdulhom l-informazzjoni fuq id-disponibbiltà ta' fondi jekk min iħallas ikun ta l-kunsens tiegħu biex din l-informazzjoni tiġi kkomunikata lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas li joħroġ l-istrument tal-ħlas.

(52)     Id-drittijiet u l-obbligi tal-utenti ta' servizzi ta' ħlas u l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas għandhom ikunu adegwatament aġġustati biex iqisu l-involviment tat-TPP fit-tranżazzjoni kull meta jintuża s-servizz tal-bidu tal-ħlas. Speċifikament, tqassim ibbilanċjat tar-responsabbiltà bejn il-fornitur tas-servizz ta' ħlas li jipprovdi s-servizz tal-kont u t-TPP involut fit-tranżazzjoni għandu jobbligahom biex jieħdu f'idejhom ir-responsabbiltà għall-partijiet rispettivi tat-tranżazzjoni li huma fil-kontroll tagħhom u jidentifika b'mod ċar il-parti responsabbli f'każ ta' inċidenti. F'każ ta' frodi jew ta' nuqqas ta' qbil, it-TPP għandu jkun b'obbligu speċifiku biex jipprovdi lil min iħallas u lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas li jipprovdi s-servizz tal-kont bir-referenza tat-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni tal-awtorizzazzjoni dwar it-tranżazzjoni kkonċernata.

(53)     Sabiex jitnaqqsu r-riskji u l-konsegwenzi ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas mhux awtorizzati jew eżegwiti skorrettament l-utent ta' servizzi ta' ħlas għandu jinforma lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas kemm jista' jkun malajr dwar kwalunkwe kontestazzjoni li tikkonċerna tranżazzjonijiet ta' ħlas allegatament mhux awtorizzati jew eżegwiti skorrettament dment li l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ikun issodisfa l-obbligi ta' informazzjoni tiegħu skont din id-Direttiva. Jekk l-iskadenza ta' notifika tiġi rispettata mill-utent ta' servizzi ta' ħlas, huwa għandu jkun jista' jsegwi dawk il-pretensjonijiet fil-perjodi ta' preskrizzjoni skont il-liġi nazzjonali. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa pretensjonijiet oħrajn bejn l-utenti ta' servizzi ta' ħlas u l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas.

(54)     Fil-każ ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas mhux awtorizzati, min iħallas għandu jitħallas lura immedjatament l-ammont tat-tranżazzjoni rispettiva. Sabiex min iħallas ma jitħalliex ibati żvantaġġi, id-data tal-valur tal-kreditu ta' rifużjoni ma għandhiex tkun aktar tard mid-data meta l-ammont rispettiv ikun ġie debitat. Biex jiġi provdut inċentiv għall-utent ta' servizzi ta' ħlas biex jinnotifika, mingħajr dewmien bla bżonn, lill-fornitur dwar kwalunkwe serq jew telf ta' strument tal-ħlas u b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas mhux awtorizzati, l-utent għandu jkun responsabbli biss għal ammont limitat ħafna, ħlief jekk l-utent ta' servizzi ta' ħlas ikun aġixxa bi frodi jew negliġenza gravi. F'dan il-kuntest ammont ta' EUR 50 jidher li hu adegwat sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati u livell għoli ta' protezzjoni għall-utenti fl-Unjoni. Barra minn dan, ladarba l-utenti jkunu nnotifikaw lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas li l-istrument ta' ħlas tiegħu seta' kien kompromess, l-utenti ma għandhomx ikunu meħtieġa li jkopru telf ulterjuri li jirriżulta minn użu mhux awtorizzat ta' dak l-istrument. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità tal-fornituri ta' servizzi ta' ħlas għas-sigurtà teknika tal-prodotti tagħhom.

(55)     Sabiex tkun ivvalutata negliġenza possibbli mill-utent ta' servizzi ta' ħlas, għandhom ikunu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi kollha. L-evidenza u l-livell ta' negliġenza allegata għandhom b'mod ġenerali jkunu evalwati skont il-liġi nazzjonali. It-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali marbutin mal-forniment u l-użu ta' strument ta' ħlas elettroniku, li l-effett tagħhom ikun li jżidu r-responsabbiltà tal-prova fuq il-konsumatur jew li jnaqqsu r-responsabbiltà tal-prova fuq min joħroġ l-istrument għandhom ikunu kkunsidrati nulli u bla effett. Barra minn hekk, f'sitwazzjonijiet speċifiċi u b'mod partikolari meta l-istrument tal-ħlas ma jkunx preżenti fil-punt tal-bejgħ, bħal fil-każ ta' ħlasijiet onlajn fuq l-internet, jidher xieraq li l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ikun obbligat jipprovdi evidenza ta' negliġenza allegata minħabba li l-mezzi ta' min iħallas huma limitati ħafna biex jagħmel dan f'każijiet bħal dawn.

(56)     Għandu jkun hemm provvediment għall-allokazzjoni ta' telf fil-każ ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas mhux awtorizzati. Ħlief għall-każijiet ta' frodi u negliġenza gravi, il-konsumatur ma għandu qatt ikun obbligat iħallas aktar minn massimu ta' EUR 50 fil-każ ta' tranżazzjoni mhux awtorizzata mill-kont tiegħu. Jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet differenti għal utenti ta' servizzi ta' ħlas li mhumiex konsumaturi, peress li tali utenti normalment huma f'pożizzjoni aħjar biex jivvalutaw ir-riskju ta' frodi u jieħdu miżuri ta' kumpens.

(57)     Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi r-regoli għar-rifużjoni sabiex il-konsumatur jiġi protett meta t-tranżazzjoni ta' ħlas imwettqa teċċedi l-ammont li seta' raġonevolment ikun mistenni. Sabiex ma jkunx hemm żvantaġġ finanzjarju għal min iħallas, jeħtieġ li jkun żgurat li d-data tal-valur tal-kreditu ta' kull rifużjoni ma tkunx aktar tard mid-data meta l-ammont rispettiv ikun ġie debitat. Fil-każ ta' debiti diretti, fornituri ta' servizzi ta' ħlas għandhom ikunu jistgħu jipprovdu termini saħansitra aktar favorevoli lill-konsumaturi tagħhom, li għandu jkollhom dritt inkondizzjonat għal rifużjoni ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' ħlas disputata. Madankollu, dan id-dritt inkondizzjonat tar-rifużjoni li jiżgura l-ogħla livell ta' protezzjoni tal-konsumatur mhuwiex ġustifikat f'każijiet meta n-negozjant ikun diġà wettaq il-kuntratt u l-oġġett jew servizz li jikkorrispondi miegħu jkun diġà ġie kkunsmat. F'każijiet meta l-utent jagħmel pretensjoni għal rifużjoni ta' tranżazzjoni ta' ħlas id-drittijiet ta' rifużjoni ma għandhom jaffettwaw la r-responsabbiltà ta' min iħallas lejn min jitħallas li tirriżulta mir-relazzjoni sottostanti, pereżempju għall-oġġetti jew servizzi li jkunu ordnati, ikkonsumati jew li jintalbu imposti għalihom b'mod leġittimu, u lanqas id-drittijiet tal-utent f'dak li għandu x'jaqsam ma' revoka ta' ordni tal-ħlas.

(58)     Għall-ippjanar finanzjarju u l-eżekuzzjoni tal-obbligi tal-ħlas fil-ħin xieraq, il-konsumaturi u l-intrapriżi għandhom bżonn ta' ċertezza dwar it-tul taż-żmien li tieħu l-eżekuzzjoni ta' ordni tal-ħlas. Għalhekk, din id-Direttiva għandha tintroduċi punt fiż-żmien li fih id-drittijiet u l-obbligi jkollhom effett, b'mod partikolari, meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jirċievi l-ordni tal-ħlas inkluż meta kellu l-opportunità li jirċeviha permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni miftiehma fil-kuntratt ta' servizzi ta' ħlas, minkejja kwalunkwe involviment preċedenti fil-proċess li wassal għall-ħolqien u t-trażmissjoni tal-ordni tal-ħlas, pereżempju kontrolli dwar is-sigurtà u d-disponibbiltà tal-fondi, informazzjoni dwar l-użu tan-numru tal-identità personali (PIN) jew il-ħruġ ta' wegħda ta' ħlas. Barra minn hekk, l-irċevuta ta' ordni ta' ħlas għandha sseħħ meta l-fornitur tas-servizzi ta' ħlas ta' min iħallas jirċievi l-ordni ta' ħlas li għandha tiġi ddebitata mill-kont ta' min iħallas. Il-jum jew il-mument meta min jitħallas jittrażmetti lill-fornitur tas-servizzi ordnijiet ta' ħlas għall-ġbir, pereżempju ta' ħlas bil-kard jew ta' debiti diretti jew meta min jitħallas jingħata finanzjament minn qabel fuq l-ammonti relatati mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu (permezz ta' kreditu kontinġenti fil-kont tiegħu) ma għandux ikun rilevanti f'dan ir-rigward. L-utenti għandhom ikunu jistgħu jserrħu fuq l-eżekuzzjoni tajba ta' ordni tal-ħlas kompluta u valida jekk il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ma jkollu l-ebda raġuni kuntrattwali jew statutorja għal rifjut. Jekk il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jirrifjuta ordni għall-ħlas, ir-rifjut u r-raġuni għal dan għandhom ikunu kkomunikati lill-utent ta' servizzi ta' ħlas fl-aktar opportunità bikrija soġġett għar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali.

(59)     Tenut kont tal-ħeffa li biha sistemi moderni tal-ħlas totalment awtomatizzati jipproċessaw tranżazzjonijiet ta' ħlas, li jfisser li wara ċertu punt fiż-żmien l-ordnijiet tal-ħlas ma jkunux jistgħu jiġu revokati mingħajr spejjeż kbar ta' intervent manwali, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata skadenza ċara għar-revoka tal-ħlas. Madankollu, skont it-tip ta' servizzi ta' ħlas u l-ordni tal-ħlas, il-punt fiż-żmien jista' jiġi varjat bi qbil bejn iż-żewġ partijiet. Revoka, f'dan il-kuntest, hija applikabbli biss għar-relazzjoni bejn l-utent ta' servizzi ta' ħlas u l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, u għalhekk hija mingħajr preġudizzju għall-irrevokabbiltà u l-finalità tat-tranżazzjonijiet ta' ħlas fis-sistemi ta' ħlas.

(60)     Tali irrevokabbiltà ma għandhiex taffettwa d-dritt jew l-obbligu ta' fornitur ta' servizzi ta' ħlas skont il-liġijiet ta' wħud mill-Istati Membri, ibbażati fuq il-kuntratt qafas ta' min iħallas jew il-liġi, regolamenti, dispożizzjonijiet amministrattivi jew linji gwida nazzjonali, li jħallas lura lil min iħallas l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas imwettqa f'każ ta' tilwima bejn min iħallas u min jitħallas. Tali ħlas lura għandu jitqies bħala ordni ta' ħlas ġdida. Ħlief f'dawk il-każijiet, tilwimiet legali li jqumu fir-relazzjoni sottostanti l-ordni ta' ħlas għandhom jiġu solvuti biss bejn min iħallas u min jitħallas.

(61)     Biex ikun hemm ipproċessar tal-ħlas għal kollox integrat u dirett u ċertezza legali fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta' kwalunkwe obbligu sottostanti bejn l-utenti ta' servizzi ta' ħlas, huwa meħtieġ li l-ammont totali trasferit mingħand min iħallas għandu jkun akkreditat lill-kont ta' min jitħallas. Għaldaqstant, ma għandux ikun possibbli li xi ħadd mill-intermedjarji involuti fl-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas jagħmel tnaqqis mill-ammont trasferit. Madankollu, għandu jkun possibbli għal min jitħallas li jidħol fi ftehim mal-fornitur ta' servizz tal-ħlas tiegħu taħt liema dan tal-aħħar ikun jista' jnaqqas l-imposti tiegħu. Minkejja dan, sabiex min jitħallas ikun jista' jivverifika li l-ammont dovut huwa mħallas korrettament, l-informazzjoni sussegwenti pprovduta dwar it-tranżazzjoni ta' ħlas għandha tindika mhux biss l-ammont sħiħ tal-fondi trasferiti iżda wkoll l-ammont ta' kwalunkwe imposti.

(62)     Fir-rigward ta' imposti, l-esperjenza wriet li t-tqassim tal-imposti bejn min iħallas u min jitħallas huwa l-aktar sistema effiċjenti peress li jiffaċilita l-ipproċessar dirett tal-ħlas. Għandu għalhekk isir provvediment biex id-drittijiet jinġabru, normalment, direttament mingħand min iħallas u mingħand min jitħallas mill-fornituri tas-servizzi ta' ħlas rispettivi tagħhom. Madankollu, dan għandu japplika biss meta t-tranżazzjoni ta' ħlas ma tkunx teħtieġ kambju ta' muniti. L-ammont ta' kwalunkwe imposti miġbura jista' jkun ukoll żero għaliex id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw il-prattika li permezz tagħha l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ma jiġborx imposti mingħand il-konsumaturi meta dawn jikkreditaw il-kontijiet tagħhom. B'mod simili, skont it-termini tal-kuntratt, fornitur ta' servizzi ta' ħlas jista' biss jiġbor imposti mingħand min jitħallas (il-kummerċjant) għall-użu tas-servizzi ta' ħlas, li jkollu l-effett li l-ebda imposta ma tkun imposta fuq min iħallas. L-impożizzjoni ta' imposti mis-sistemi ta' ħlas jista' jkun fil-forma ta' tariffa għal abbonament. Id-dispożizzjonijiet dwar l-ammont trasferit jew kwalunkwe imposta miġbura ma għandhom l-ebda impatt dirett fuq l-ipprezzar bejn il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u kwalunkwe intermedjarji.

(63)     Prattiki nazzjonali differenti dwar ħlas għall-użu ta' xi strument tal-ħlas partikolari (minn hawn 'il quddiem "soprataxxa") wasslu għal eteroġeneità estrema fis-suq tal-ħlasijiet tal-Unjoni u saru sors ta' konfużjoni għall-konsumaturi, b'mod partikolari fil-kuntest tal-kummerċ elettroniku u dak transfruntier. Negozjanti li jinsabu fl-Istati Membri fejn is-soprataxxi huma permessi joffru prodotti u servizzi fi Stati Membri fejn dawn huma pprojbiti u f'dan il-każ xorta jimponu soprataxxa fuq il-konsumatur. Barra minn hekk, raġunament b'saħħtu għal rieżami tal-prattiki tas-soprataxxi huwa appoġġat mill-fatt li r-Regolament (UE) Nru xxx/ssss jistabbilixxi regoli dwar tariffi ta' interkambju multilaterali għal ħlasijiet ibbażati fuq kards. Billi t-tariffi tal-interkambju huma l-element ewlieni li jagħmel il-biċċa l-kbira tal-ħlasijiet bil-kard għaljin u s-soprataxxi fil-prattika huma limitati għal ħlasijiet ibbażati fuq kards, ir-regoli dwar il-ħlasijiet tal-interkambju għandhom ikunu akkumpanjati minn rieżami tar-regoli tas-soprataxxi. Sabiex jippromwovu t-trasparenza tal-prezzijiet u l-użu tal-aktar strumenti ta' ħlas effiċjenti, l-Istati Membri u l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas ma għandhomx iżommu lil min jitħallas milli jitlob imposta minn min iħallas biex juża strument għall-ħlas partikolari, filwaqt li jqisu debitament id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2011/83/UE. Madankollu, id-dritt ta' min jitħallas li jitlob soprataxxa għandu japplika biss għal dawn l-istrumenti tal-ħlas li għalihom it-tariffi tal-interkambju mhumiex irregolati. Dan għandu jaġixxi bħala mekkaniżmu li jiggwida lejn l-orħos mezz ta' ħlas.

(64)     Sabiex titjieb l-effiċjenza tal-ħlasijiet fl-Unjoni kollha, l-ordnijiet ta' ħlas kollha mibdija minn min iħallas u denominati fl-euro jew fil-munita ta' Stat Membru li qiegħed barra miż-Żona tal-Euro, inklużi trasferimenti ta' krediti u ħlasijiet ta' flus, għandhom ikunu soġġetti għal ħin ta' eżekuzzjoni massimu ta' jum. Għall-ħlasijiet l-oħra kollha, bħal ħlasijiet mibdija minn jew permezz ta' min jitħallas, inklużi debiti diretti u ħlasijiet bil-kard, fin-nuqqas ta' ftehim espliċitu bejn il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas u min iħallas li jistabbilixxi perjodu ta' eżekuzzjoni itwal, l-istess perjodu ta' eżekuzzjoni ta' jum għandu japplika. Il-perjodi ta' hawn fuq jistgħu jkunu estiżi b'jum ta' negozju addizzjonali, jekk l-ordni tal-ħlas tingħata fuq karta. Dan jippermetti t-tkomplija tal-forniment ta' servizzi ta' ħlas għal dawk il-konsumaturi li huma mdorrijin biss b'dokumenti fuq karta. Meta tintuża skema ta' debitu dirett il-fornitur tas-servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas għandu jitrażmetti l-ordni tal-ġbir fil-limiti taż-żmien miftehma bejn min jitħallas u l-fornitur tas-servizz ta' ħlas, u b'hekk jippermetti saldu fid-data miftehma. Minħabba li l-infrastrutturi tal-ħlas huma ħafna drabi effiċjenti ħafna u biex il-livelli preżenti ta' servizzi ma jmorrux lura, l-Istati Membri għandhom jitħallew iżommu fis-seħħ jew jistabbilixxu regoli li jispeċifikaw żmien ta' eżekuzzjoni ta' anqas minn jum ta' negozju, meta jkun xieraq.

(65)     Id-dispożizzjonijiet dwar l-eżekuzzjoni għall-ammont sħiħ u ż-żmien tal-eżekuzzjoni għandhom jikkostitwixxu prattika tajba meta wieħed mill-fornituri ta' servizzi ma jkunx jinsab fl-Unjoni.

(66)     Huwa essenzjali li l-utenti ta' servizzi ta' ħlas ikunu jafu l-ispejjeż u l-imposti reali tas-servizzi ta' ħlas biex ikunu jistgħu jagħmlu l-għażla tagħhom. Għaldaqstant, ma għandhomx jitħallew jintużaw metodi ta' pprezzar li ma jkunux trasparenti, peress li huwa komunement aċċettat li dawk il-metodi jagħmluha diffiċli ħafna għall-utenti biex jistabbilixxu l-prezz reali tas-servizzi ta' ħlas. Speċifikament, l-użu ta' datar ta' valur li jkun ta' żvantaġġ għall-utent ma għandux ikun permess.

(67)     Il-funzjonament mingħajr problemi u effiċjenti tas-sistema tal-ħlas jiddependi fuq kemm l-utent ikun jista' jistrieħ fuq li l-fornitur ta' servizz ta' ħlas iwettaq kif suppost it-tranżazzjoni ta' ħlas u fiż-żmien miftiehem. Ġeneralment, il-fornitur jinsab f'pożizzjoni li jevalwa r-riskji involuti fit-tranżazzjoni ta' ħlas. Huwa l-fornitur li jipprovdi s-sistemi ta' ħlas, li jagħmel arranġamenti biex jerġa' jiġbor fondi li jkunu ntilfu jew li jkunu ġew allokati ħażin, u li jiddeċiedi fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dwar l-intermedjarji involuti fl-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni ta' ħlas. Fid-dawl ta' dawk il-kunsiderazzjonijiet kollha, huwa għal kollox xieraq, ħlief għal ċirkostanzi anormali u mhux prevedibbli, li tkun imposta responsabbiltà fuq il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni ta' ħlas aċċettata mill-utent, ħlief għall-atti u l-omissjonijiet tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas li l-għażla tagħhom hija biss ir-responsabbiltà ta' min jitħallas. Madankollu, sabiex min iħallas ma jitħalliex mingħajr protezzjoni f'sitwazzjonijiet mhux probabbli meta jista' jkun li jibqa' miftuħ (non liquet) jekk l-ammont ta' ħlas kienx debitament riċevut mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas jew le, l-obbligu ta' prova korrispondenti għandu jibqa' tal-fornitur ta' servizzi ta' min iħallas. Bħala regola, wieħed jista' jistenna li l-istituzzjoni intermedjarja, normalment korp "newtrali" bħal bank ċentrali jew "clearing house", li tkun qed tittrasferixxi l-ammont ta' ħlas mingħand il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas li jibgħat għal għand dak li jirċievi, taħżen id-dejta tal-kont u tkun tista' tipprovdiha kull meta dan ikun meħtieġ. Kull meta l-ammont ta' ħlas ikun ġie kkreditat fil-kont tal-fornitur ta' servizz ta' ħlas li jirċievi, min jitħallas għandu immedjatament ikollu pretensjoni fuq il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu għal kreditu fil-kont.

(68)     Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas għandu jassumi responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tal-ħlas korrett, inkluż, b'mod partikolari, l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta' ħlas u l-ħin tal-eżekuzzjoni, u responsabbiltà sħiħa għal kwalunkwe nuqqas minn partijiet oħra fil-katina tal-ħlas sal-kont ta' min jitħallas. Bħala riżultat ta' dik ir-responsabbiltà, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għandu, meta l-ammont sħiħ mhuwiex ikkreditat lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas jew huwa biss ikkreditat lilu tard, jikkoreġi t-tranżazzjoni ta' ħlas jew mingħajr dewmien bla bżonn iħallas lura lil min iħallas l-ammont rilevanti ta' dik it-tranżazzjoni, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pretensjoni li tista' ssir skont il-liġi nazzjonali. Minħabba r-responsabbiltà tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, min iħallas jew min jitħallas ma għandhom ikunu mgħobbija bl-ebda spiża li jkollha x'taqsam mal-ħlas żbaljat. F'każ ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni, eżekuzzjoni difettuża jew dewmien fl-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data tal-valur ta' ħlasijiet korrettivi tal-fornituri tas-servizzi ta' ħlas tkun dejjem l-istess bħad-data tal-valur fil-każ ta' eżekuzzjoni korretta.

(69)     Din id-Direttiva għandha tikkonċerna biss obbligi u responsabbiltajiet kuntrattwali bejn l-utent ta' servizzi ta' ħlas u l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas. Madankollu, il-funzjonament tajjeb ta' trasferimenti ta' kreditu u servizzi ta' ħlas oħrajn jirrikjedi li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u l-intermedjarji tagħhom, bħal proċessuri, ikollhom kuntratti fejn id-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tagħhom ikunu miftehma. Kwistjonijiet relatati ma' responsabbiltajiet jiffurmaw parti essenzjali minn dawn il-kuntratti uniformi. Biex tiġi żgurata l-kredibbiltà bejn il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u intermedjarji li jieħdu sehem fi tranżazzjoni ta' ħlas, tinħtieġ ċertezza legali fis-sens li fornitur ta' servizzi ta' ħlas mhux responsabbli jiġi kkumpensat għat-telf imġarrab jew għal somom imħallsin skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva rigward ir-responsabbiltà. Aktar drittijiet u dettalji tal-kontenut ta' rikors u kif għandhom jiġu ttrattati pretensjonijiet fuq il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jew intermedjarju attribwibbli għal tranżazzjoni ta' ħlas difettuża għandhom jitħallew biex jiġu definiti minn arranġamenti kuntrattwali.

(70)     Għandu jkun possibbli għall-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jispeċifika mingħajr ambigwità l-informazzjoni meħtieġa biex ordni ta' ħlas tkun tista' titwettaq korrettament. Min-naħa l-oħra, madankollu, biex tiġi evitata l-frammentazzjoni u l-periklu għall-istabbiliment ta' sistemi ta' ħlas integrati fil-Komunità, l-Istati Membri ma għandhomx jitħallew li jitolbu l-użu ta' identifikatur partikolari għal tranżazzjonijiet ta' ħlas. Madankollu, dan ma għandux iżomm lill-Istati Membri milli jitolbu lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta' min iħallas jaġixxi bid-diliġenza dovuta u jivverifika l-koerenza tal-identifikatur uniku meta dan ikun teknikament possibbli u mingħajr ħtieġa ta' intervent manwali, u meta l-identifikatur uniku jinstab li hu inkoerenti, jirrifjutaw l-ordni ta' ħlas u jinformaw b'dan lil min iħallas. Ir-responsabbiltà tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandha tkun limitata għall-eżekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta' ħlas skont l-ordni ta' ħlas li tkun saret mill-utent tas-servizzi tal-ħlas.

(71)     Biex tiġi ffaċilitata l-prevenzjoni effettiva tal-frodi, u biex ikun miġġieled il-frodi tal-ħlas madwar il-Komunità, għandha ssir dispożizzjoni għall-iskambju effiċjenti ta' dejta bejn fornituri tas-servizzi tal-ħlas li għandhom jitħallew jiġbru, jipproċessaw u jiskambjaw dejta personali li għandha x'taqsam ma' persuni involuti fi frodi tal-ħlas. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[37], ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[38] huma applikabbli għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

(72)     Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà li tmexxi negozju, id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt li ma tiġix ipproċessat u kkastigat darbtejn fi proċeduri kriminali għall-istess reat. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata f’konformità ma’ dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(73)     Hu meħtieġ li jkun żgurat l-infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet adottati fil-liġijiet nazzjonali skont din id-Direttiva. Għalhekk għandhom jitfasslu proċeduri xierqa li permezz tagħhom ikun possibbli li jitmexxew ilmenti kontra fornituri tas-servizzi tal-ħlas li ma jkunux konformi ma' dawn id-dispożizzjonijiet u biex ikun żgurat li, meta xieraq, ikunu imposti penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Fid-dawl tal-iżgurar ta' konformità effettiva ma’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [39] u li jaġixxu b’mod independenti minn fornituri tas-servizzi tal-ħlas. Għal raġunijiet ta’ trasparenza, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni liema awtoritajiet ġew nominati, b’deskrizzjoni ċara ta’ dmirijiethom skont din id-Direttiva.

(74)     Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-klijenti li jressqu kawża quddiem il-qrati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw riżoluzzjoni straġudizzjarja aċċessibbli faċilment u mingħajr spejjeż żejda tal-konflitti bejn fornituri tas-servizzi tal-ħlas u konsumaturi li jirriżultaw mid-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva. Ir-Regolament (KE)nNru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[40] jipprovdi li l-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi mir-regoli obbligatorji tal-liġi tal-pajjiż li fihom għandhom ir-residenza abitwali tagħhom ma tistax tkun imdgħajfa minn xi terminu kuntrattwali dwar il-liġi applikabbli. Fir-rigward tal-istabbiliment ta’ proċedura effiċjenti u effettiva ta' soluzzjoni tat-tilwim, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornituri tas-servizzi tal-ħlas jistabbilixxu proċedura ta’ lment għall-konsumatur li tkun tista' tiġi segwita mill-konsumaturi tagħhom qabel ma l-ilment jiġi riferut biex jissolva bi proċedura extraġudizzjarja jew quddiem il-Qorti. Il-proċedura tal-ilmenti għandha tinkludi perjodi ta’ żmien qosra u definiti b’mod ċar li fihom il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jwieġeb għall-ilment.

(75)     L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk l-awtoritajiet kompetenti maħturin biex jagħtu l-awtorizzazzjoni lill-istituzzjonijiet għall-ħlas jistgħux ikunu wkoll l-awtoritajiet kompetenti rigward il-proċedura ta' ilment jew rikors straġudizzjarju.

(76)     Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar il-konsegwenzi f'dak li għandu x'jaqsam mar-responsabbiltà għal ineżattezzi fl-espressjoni jew fit-trażmissjoni ta' stqarrija.

(77)     Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar it-trattament tal-VAT tas-servizzi tal-ħlas fid-Direttiva 2006/112/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[41].

(78)     Fl-interess taċ-ċertezza legali, ikun xieraq li jsiru arranġamenti tranżizzjonali sabiex persuni li jkunu bdew l-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet tal-ħlas skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2007/64/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva jkunu jistgħu jkomplu b'dawk l-attivitajiet fl-Istat Membru konċernat għal perjodu speċifiku.

(79)     Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament ta’ referenza għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE meta dik ir-Rakkomandazzjoni hija emendata u fir-rigward tal-emendar, fil-każ ta’ inflazzjoni jew żviluppi sinifikanti fis-suq, tal-ammont medju ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas eżegwiti mill-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas użat bħala limitu għal Stati Membri li japplikaw l-għażla li jirrinunzjaw (partijiet) mir-rekwiżiti għal-liċenzjar għal istituzzjonijiet iżgħar ta' ħlas. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(80)     Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tista’ tistrieħ fuq l-għarfien espert u appoġġ tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), li għandu jkollha l-kompitu li tfassal linji gwida u tipprepara standards tekniċi regolatorji dwar aspetti ta’ sigurtà marbuta mas-servizzi ta’ ħlas, u dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-kuntest tal-provvediment ta’ servizzi u l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet tal-ħlas awtorizzati fi Stati Membri oħra. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji. Dawn il-kompiti speċifiċi huma kompletament konformi mar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-ABE definiti fir-Regolament (KE) Nru 1093/2010, li taħthom l-ABE tkun ġiet stabbilita.

(81)     Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri, l-integrazzjoni ulterjuri tas-suq uniku fis-servizzi tal-ħlas, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri peress li jirrikjedi l-armonizzazzjoni ta' għadd kbir ta' regoli differenti li bħalissa jeżistu fis-sistemi legali tad-diversi Stati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif iddefinit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(82)     Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni[42], l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew iktar fejn jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' Direttiva u l-partijiet li jikkorrispondu magħhom tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġustifikata.

(83)     Minħabba n-numru ta’ tibdiliet li jeħtieġ li jsiru għad-Direttiva 2007/64/KE huwa xieraq li titħassar u tiġi sostitwita

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1 Suġġett

1.           Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li skonthom l-Istati Membri jiddistingwu s-sitt kategoriji li ġejjin ta' fornitur tas-servizzi tal-ħlas:

(a) istituzzjonijiet ta' kreditu fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[43], inklużi fergħat fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(17) ta' dan ir-Regolament li jinsabu fl-Unjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu li għandhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom fl-Unjoni jew, b'konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2013/36/UE, barra mill-Unjoni.

(b) istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/110/KE;

(c) istituzzjonijiet ta' kontijiet postali (post office giro institutions) li huma intitolati skont il-liġi nazzjonali biex jipprovdu servizzi tal-ħlas;

(d) istituzzjonijiet ta' ħlas skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4) ta' din id-Direttiva;

(e) il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali meta ma jkunux qed jaġixxu bħala awtorità monetarja jew awtoritajiet pubbliċi oħra;

(f) l-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom meta ma jkunux qed jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta' awtoritajiet pubbliċi.

2.           Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli li jikkonċernaw kundizzjonijiet ta' trasparenza, u d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-utenti tas-servizzi tal-ħlas u tal-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, f'relazzjoni mal-għoti tas-servizzi tal-ħlas bħala xogħol regolari jew attività tan-negozju.

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni

1.           Din id-Direttiva tapplika għas-servizzi tal-ħlas ipprovduti fl-Unjoni, meta kemm il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta' min iħallas u l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta' min jitħallas, jew il-fornitur uniku tas-servizzi tal-ħlas fit-tranżazzjoni ta' ħlas, jinsabu fiha. L-Artikolu 78 u t-Titolu III japplikaw ukoll għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas meta l-uniku wieħed mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas ikun jinsab fl-Unjoni, fir-rigward ta' dawk il-partijiet tat-tranżazzjoni tal-ħlasijiet li jitwettqu fl-Unjoni.

2.           It-Titolu III japplika għal servizzi ta’ ħlas f’kull valuta. It-Titolu IV japplika għas-servizzi tal-ħlas li jsiru bil-euro jew b'valuta ta' Stat Membru li qiegħed barra miż-Żona tal-Euro.

3.           L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ta' din id-Direttiva, jew parti minnhom, għall-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(5)(2)-(23), tad-Direttiva 2013/36/UE, ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 5(2) u (3) ta' dan l-Artikolu.

Artikolu Kamp ta' applikazzjoni negattiv

Din id-Direttiva ma tapplikax għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) tranżazzjonijiet ta' ħlas li jsiru biss fi flus kontanti direttament minn min iħallas għal min jitħallas, mingħajr ebda intervent intermedjarju;

(b) tranżazzjonijiet ta' ħlas minn min iħallas għal min jitħallas permezz ta' aġent kummerċjali awtorizzat li jinnegozja jew jikkonkludi l-bejgħ jew ix-xiri ta' merkanzija jew servizzi f'isem jew ta' min iħallas jew min jitħallas;

(c) trasport fiżiku professjonali ta' flus f'noti bankarji u f'muniti, inkluż il-ġbir, l-ipproċessar u l-kunsinna tagħhom;

(d) tranżazzjonijiet ta' ħlas li jikkonsistu fil-ġbir u t-tqassim mhux professjonali ta' flus kontanti fil-qafas ta' attività mhux bi skop ta' qligħ jew ta' karità;

(e) servizzi fejn il-flus kontanti huma fornuti minn min jitħallas lil min iħallas bħala parti minn tranżazzjoni ta' ħlas, wara li tkun saret talba espliċita mill-utent tas-servizzi tal-ħlas eżatt qabel l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta' ħlas permezz tal-ħlas għax-xiri ta' merkanzija jew servizzi;

(f) operazzjonijiet kontanti għal kontanti, fejn il-fondi ma jkunux miżmuma fuq kont tal-pagamenti;

(g) tranżazzjonijiet ta' ħlas ibbażati fuq kwalunkwe minn dawn id-dokumenti li ġejjin li jinħarġu a debitu tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas bil-ħsieb li jitqiegħdu fondi għad-dispożizzjoni ta' min jitħallas:

i.        ċekkijiet stampati skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tad-19 ta' Marzu 1931 li tistipula liġi uniformi għaċ-ċekkijiet;

ii.       ċekkijiet stampati li jixbhu lil dawk imsemmija fil-punt (i) u rregolati bil-liġi tal-Istati Membri li mhumiex parti għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra tad-19 ta' Marzu 1931 dwar liġi uniformi għaċ-ċekkijiet;

iii.      abbozzi stampati skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tas-7 ta' Ġunju 1930 dwar liġi uniformi għall-kambjali u ċ-ċedoli;

iv.      abbozzi stampati li jixbhu lil dawk imsemmija fil-punt (iii) u u rregolati bil-liġi tal-Istati Membri li mhumiex parti għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra tas-7 ta' Ġunju 1930 dwar liġi uniformi għall-kambjali u ċ-ċedoli;

v.       vawċers stampati;

vi.      traveller's cheques stampati;

vii.     money orders postali stampati kif inhuma definiti mill-Unjoni Postali Universali;

(h) tranżazzjonijiet ta' ħlas li jsiru f'sistema tal-ħlas jew ta’ sistema ta’ saldu tat-titoli bejn aġenti ta' salsu, kontropartijiet ċentrali, kmamar tal-ikklerjar taċ-ċekkijiet u/jew banek ċentrali u parteċipanti oħra fis-sistema, u fornituri tas-servizzi tal-ħlas, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29;

(i) tranżazzjonijiet ta' ħlas relatati mas-servicing tal-assi ta' titoli, inkluż dividendi, introjtu jew distribuzzjonijiet oħra, jew fidwa jew bejgħ, imwettqa mill-persuni msemmija fil-punt (h) jew minn ditti tal-investiment, istituzzjonijiet tal-kreditu, impriżi ta' investiment kollettivi jew kumpaniji ta' ġestjoni ta' assi li jipprovdu servizzi ta' investiment jew kwalunkwe entità oħra permessa li jkollhom il-kustodja ta' strumenti finanzjarji;

(j) servizzi pprovduti minn fornituri ta' servizzi tekniċi, li jappoġġaw il-forniment tas-servizzi tal-ħlas, mingħajr ma dawn f'xi mument ikunu fil-pussess tal-fondi li għandhom jiġu trasferiti, inkluż l-ipproċessar u l-ħażna ta' dejta, is-servizzi ta' fiduċja u ta' protezzjoni tal-privatezza, awtentikazzjoni ta' dejta u ta' entità, il-forniment ta' servizzi ta' netwerk tal-informazzjoni teknoloġika (IT) u ta' komunikazzjoni, il-forniment u l-manutenzjoni ta' terminals u apparat użat għas-servizzi tal-ħlas, bl-esklużjoni ta' servizzi tal-bidu tal-ħlas u servizzi ta' informazzjoni tal-kontijiet;

(k) servizzi bbażati fuq strumenti speċifiċi mfassla biex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi li jistgħu jintużaw biss b’mod limitat, għaliex jippermettu lid-detentur tal-flus elettroniċi jixtri oġġetti jew servizzi fl-istabbiliment tal-emittent tal-flus elettroniċi jew f'network limitat ta’ fornituri ta’ servizz skont ftehim kummerċjali dirett ma’ emittent professjonali, jew inkella għaliex jistgħu jkunu biss użati biex jakkwistaw firxa limitata ta’ oġġetti u servizzi.

(l) tranżazzjonijiet ta’ ħlas imwettqa minn fornitur ta’ netwerks jew servizzi ta’ komunikazzjoni fejn it-tranżazzjoni tkun prevista għal abbonat man-netwerk jew servizz u għax-xiri ta’ kontenut diġitali bħal servizzi anċillari għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, irrispettivament mill-apparat li jintuża għax-xiri jew il-konsum tal- kontenut, sakemm il-valur ta’ kull tranżazzjoni ta’ ħlas uniku ma jaqbiżx il-EUR 50 u l-valur kumulattiv ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas ma jkunx jaqbeż il-EUR 200 fi kwalunkwe xahar ta' fatturazzjoni;

(m) tranżazzjonijiet ta' ħlas imwettqa bejn fornituri tas-servizzi tal-ħlas, l-aġenti jew il-fergħat tagħhom għal rashom;

(n) tranżazzjonijiet ta' ħlas bejn impriża prinċipali u s-sussidjarja tagħha jew bejn sussidjarji tal-istess impriża prinċipali, mingħajr ebda intervent intermedjarju minn fornitur tas-servizzi tal-ħlas ħlief għal impriża li tappartjeni għall-istess grupp;

Artikolu 4 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.           "Stat Membru tad-domiċilju" tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

i.        l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas; jew

ii.       jekk il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, ma jkollu l-ebda uffiċċju reġistrat, l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali;

2.           "Stat Membru ospitanti" tfisser l-Istat Membru minbarra l-Istat Membru ta' domiċilju li fih il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ikollu aġent jew fergħa jew fejn jagħti s-servizzi tal-ħlas;

3.           "servizzi tal-ħlas" tfisser kwalunkwe attività ta' negozju kif stabilit fl-Anness I;

4.           "istituzzjoni tal-ħlas" tfisser persuna ġuridika li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 10 biex tipprovdi u twettaq servizzi tal-ħlas fl-Unjoni kollha;

5.           "tranżazzjoni ta' ħlas" tfisser att, mibdi minn min iħallas jew f'ismu jew minn min jitħallas, ta' tqegħid, ta' trasferiment jew ta' ġbid ta' fondi, irrispettivament minn kwalunkwe obbligazzjoni sottostanti bejn min ħallas u min jitħallas;

6.           "sistema ta' ħlas" tfisser sistema ta’ trasferiment ta’ fondi b’arranġamenti formali u standardizzati u regoli komuni għall-ipproċessar, l-ikklerjar u/jew is-saldu ta’ tranżazzjonijiet ta' ħlas;

7.           "min iħallas" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha kont tal-pagament u tippermetti ordni ta’ ħlas minn dak il-kont tal-pagamenti, jew, meta ma jkun hemm l-ebda kont tal-pagamenti, persuna fiżika jew ġuridika li tagħti ordni ta' ħlas;

8.           “benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun ir-riċevitur intenzjonat ta’ fondi li kienu s-suġġett ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas;

9.           "fornitur tas-servizzi tal-ħlas" tfisser korpi msemmija fl-Artikolu 1(1) u persuni ġuridiċi u fiżiċi li jibbenefikaw mir-rinunzja skont l-Artikolu 27;

10.         "fornitur tas-servizz tal-ħlas għall-manteniment tal-kontijiet" tfisser fornitur tas-servizz tal-ħlas li jipprovdi u jmantni kontijiet ta' ħlas għal min iħallas;

11.         "fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta' parti terza" tfisser fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jeżerċita negozju fl-attivitajiet imsemmija fil-punt 7 tal-Anness I;

12.         "utent tas-servizzi tal-ħlas" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża servizz ta’ ħlas fil-kapaċità ta’ jew min iħallas jew minn jitħallas, jew tat-tnejn;

13.         "konsumatur" tfisser persuna fiżika li, f'kuntratti tas-servizzi tal-ħlas koperti minn din id-Direttiva, qed taġixxi għal finijiet li ma humiex is-sengħa, in-negozju jew il-professjoni ta' dik il-persuna;

14.         "kuntratt qafas" tfisser kuntratt tas-servizzi tal-ħlas li jirregola l-eżekuzzjoni futura ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas individwali u suċċessivi u li jista' jkollhom l-obbligu u l-kundizzjonijiet biex jiġi stabbilit kont tal-pagamenti;

15.         "rimessa ta' flus" tfisser servizzi tal-ħlas fejn il-fondi jiġu rċevuti minn min iħallas, mingħajr ma jinħolqu ebda kontijiet tal-ħlas f'isem min iħallas jew min jitħallas, għall-uniku għan li jiġi trasferit l-ammont korrispondenti lil min jitħallas jew lil fornitur ieħor tas-servizzi tal-ħlas f'isem min iħallas, u/jew fejn tali fondi huma rċevuti f'isem min jitħallas u magħmulin disponibbli lilu;

16.         "kont tal-pagamenti" tfisser kont miżmum f'isem utent wieħed jew iżjed tas-servizz tal-ħlas li jintuża għat-twettiq ta' tranżazzjonijiet tal-ħlas;          

17.         "fondi" tfisser karti tal-flus u muniti, flus skritturali u flus elettroniċi kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE;

18.         "ordni ta' ħlas" tfisser kwalunkwe struzzjoni minn min iħallas jew mill-benefiċjarju lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tiegħu li titlob it-twettiq ta’ tranżazzjoni ta' ħlas;

19.         "data tal-valur" tfisser żmien ta' referenza użat minn fornitur tas-servizzi tal-ħlas għall-kalkolu tal-interessi fuq il-fondi debitati minn jew kreditati lejn kont tal-pagamenti;

20.         "rata tal-kambju ta' referenza" tfisser ir-rata tal-kambju li tintuża bħala l-bażi li fuqha jiġi kkalkolat kwalunkwe kambju ta' valuta u li ssir disponibbli mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew tiġi minn sors pubblikament disponibbli;

21.         "awtentikazzjoni" tfisser proċedura li tippermetti lill-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas jivverifika l-identità ta’ utent ta’ strument tal-ħlas speċifiku, inkluż l-użu tal-karatteristiċi ta’ sigurtà personalizzati tiegħu jew l-iċċekkjar tad-dokumenti tal-identità personalizzati;

22.         "awtentikazzjoni f'saħħitha tal-konsumatur" tfisser proċedura għall-validazzjoni tal-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika jew ġuridika bbażata fuq l-użu ta’ żewġ elementi jew aktar ikkategorizzati bħala għarfien, pussess u wirt li huma indipendenti, fis-sens li l-ksur ta’ wieħed ma jikkompromettix l-kredibbiltà tal-oħrajn u mfassla b’tali mod li tipproteġi l-kunfidenzjalità tad-dejta tal-awtentikazzjoni.

23.         "rata ta' interessi ta' referenza" tfisser ir-rata tal-interessi li tintuża bħala l-bażi għall-kalkolu ta' kwalunkwe interessi li għandhom jiġu applikati u li tiġi minn sors pubblikament disponibbli li jkun jista' jiġi vverifikat miż-żewġ partijiet ta' kuntratt dwar servizzi tal-ħlas;

24.         "identifikatur uniku" tfisser kombinazzjoni speċifikata ta' ittri, numri jew simboli lill-utent tas-servizzi tal-ħlas mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas u li għandha tingħata mill-utent tas-servizzi tal-ħlas biex jidentifika mingħajr ambigwità l-utent l-ieħor tas-servizzi tal-ħlas u/jew il-kont tal-pagamenti tiegħu għal tranżazzjoni ta' ħlas;

25.         "aġent" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi akkont ta' istituzzjoni tal-ħlas fil-forniment tas-servizzi tal-ħlas;

26.         "strument tal-ħlas" tfisser kwalunkwe apparat personalizzat u/jew sett ta' proċeduri miftiehma bejn l-utent tas-servizzi tal-ħlas u l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas u użat sabiex jagħti bidu għal ordni ta' ħlas;

27.         "mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod" tirreferi għal kwalunkwe mezz li, mingħajr il-preżenza fiżika fl-istess ħin tal-fornitur u tal-utent tas-servizzi tal-ħlas, ikun jista' jintuża għall-konklużjoni ta' kuntratt tas-servizzi tal-ħlas;

28.         "mezz durabbli" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-utent tas-servizzi tal-ħlas jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lilu b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perijodu ta' żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li jippermetti riproduzzjoni mingħajr tibdil tal-informazzjoni maħżuna;

29.         "mikro-intrapriża" tfisser intrapriża, li fil-ħin tal-konklużjoni tal-kuntratt tas-servizzi tal-ħlas, tkun intrapriża kif definit fl-Artikoli 1 u l-Artikolu 2(1) u (3) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE fil-verżjoni tas-6 ta' Mejju 2003;

30.         "jum ta' negozju" tfisser jum li fih il-fornitur rilevanti tas-servizzi tal-ħlas ta' dak li qed iħallas jew il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta' dak li qed jitħallas involut fl-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni ta' ħlas huwa miftuħ għax-xogħol kif meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni ta' ħlas;

31.         "debitu dirett" tfisser servizzi tal-ħlas biex jiġi ddebitat il-kont tal-pagamenti ta' min iħallas, meta tranżazzjoni ta' ħlas tkun mibdija minn min jitħallas abbażi tal-kunsens mogħti minn min iħallas lil min jitħallas, jew il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta' min jitħallas, lill-fornitur tas-serivizz tal-ħlas ta' min iħallas;

32.         "servizz ta’ bidu ta' ħlas" tfisser servizz tal-ħlas li jippermetti aċċess għal kont tal-pagamenti pprovdut minn fornitur terz tas-servizzi tal-ħlas, meta min iħallas jista’ jkunu attivament involut fil-bidu tal-ħlas jew fis-softwer tal-fornitur terz tas-servizzi tal-ħlas, jew meta l-istrumenti tal-ħlas jistgħu jintużaw minn min iħallas jew minn min jitħallas biex jittrażmettu l-kredenzjali ta’ min iħallas fil-kont tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas;

33.         "servizz ta' informazzjoni dwar il-kont" tfisser servizz tal-ħlas fejn tkun ipprovduta informazzjoni konsolidata u faċli biex tużaha lil utent ta' servizz tal-ħlas fuq kont wieħed jew aktar ta' pagamenti li jkollu l-utent tas-servizz tal-ħlas ma' fornitur wieħed jew aktar ta' servizz tal-ħlas;

34.         "fergħa" tfisser post ta' negozju minbarra l-uffiċċju prinċipali li huwa parti minn istituzzjoni tal-ħlas, li għandu personalità legali u li jwettaq direttament it- tranżazzjonijiet kollha jew uħud minnhom inerenti fin-negozju ta' istituzzjoni tal-ħlas; il-postijiet kollha ta' negozju stabbiliti fl-istess Stat Membru minn istituzzjoni tal-ħlas b'uffiċċju prinċipali fi Stat Membru ieħor jitqiesu bħala fergħa unika;

35.         "grupp" tfisser grupp ta' impriżi, li jikkonsisti minn impriża prinċipali, is-sussidjarji tagħha u l-entitajiet li fihom l-impriża ewlenija jew is-sussidjarji tagħha għandhom holding, kif ukoll impriżi marbuta ma' xulxin b'relazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE.

36.         "netwerk ta' komunikazzjoni elettronika" tfisser netwerk kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[44];

37.         "servizz ta' komunikazzjoni elettronika" tfisser servizzi kif iddefinit fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE;

38.         "kontenut diġitali" tfisser oġġetti jew servizzi ddefiniti fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2011/83/UE.

TITOLU II FORNITURI TA' SERVIZZI TA' ĦLAS

KAPITOLU 1 Istituzzjonijiet ta' ħlas

Taqsima 1 Regoli ġenerali

Artikolu 5 Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni

Biex tinkiseb awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni tal-ħlas, tiġi ppreżentata applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, flimkien ma' dan li ġej:

(a) programm ta' operazzjonijiet li jispeċifika b'mod partikolari t-tip tas-servizzi tal-ħlas previsti;

(b) pjan tan-negozju, inkluż kalkolu ta' tbassir ta' baġit għall-ewwel tliet snin finanzjarji li juri li l-applikant jista' juża s-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri xierqa u proporzjonati biex jopera sew;

(c) evidenza li l-istituzzjoni tal-ħlas għandha l-ammont ta' kapital inizjali msemmi fl-Artikolu 6;

(d) għall-istituzzjonijiet tal-ħlas imsemmija fl-Artikolu 9(1), deskrizzjoni tal-miżuri meħuda għas-salvagwardja tal-fondi tal-utenti ta' servizzi ta’ ħlas skont l-Artikolu 9;

(e) deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' governanza u tal-mekkaniżmi interni ta' kontroll tal-applikant, inklużi proċeduri amministrattivi, ta' ġestjoni tar-riskju u ta' kontabbiltà, li turi li dawn l-arranġamenti ta' governanza, mekkaniżmi u proċeduri ta' kontroll huma proporzjonati, adatti, sodi u adegwati;

(f) deskrizzjoni tal-proċedura fis-seħħ biex jiġu mmonitorjati, ittrattati u segwiti ilment tal-konsumaturi marbuta ma' inċidenti ta' sigurtà u sigurtà, inkluż mekkaniżmu ta’ rappurtar ta’ inċidenti li jqis l-obbligu tan-notifika tal-istituzzjoni tal-ħlas stabbilit fl-Artikolu 86;

(g) deskrizzjoni tal-proċess fis-seħħ sabiex jigi mmonitorjat, ittrekkjat u ristrett l-aċċess għal dejta sensittiva ta' ħlas u riżorsi kritiċi loġiċi u fiżiċi;

(h) deskrizzjoni ta’ arranġamenti tal-kontinwità tan-negozju inkluża identifikazzjoni ċara tal-operazzjonijiet kruċjali, il-pjanijiet effettivi ta’ kontinġenza u proċedura biex b’mod regolari jiġu ttestjati u riveduti l-adegwatezza u l-effiċjenza ta’ dawn il-pjanijiet;

(i) deskrizzjoni tal-prinċipji u d-definizzjonijiet applikati għall-ġbir tad-dejta statistika tal-prestazzjoni, tranżazzjonijiet u frodi;

(j) dokument ta' politika ta’ sigurtà, valutazzjoni dettaljata tar-riskju marbuta mas-servizzi tal-ħlas tagħha u deskrizzjoni ta’ kontroll tas-sigurtà u l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda biex jipproteġu b’mod xieraq l-utenti tas-servizzi ta’ ħlas kontra r-riskji identifikati, inklużi frodi u użu illegali ta’ dejta sensittiva u personali.

(k) deskrizzjoni tal-mekkaniżmi interni ta' kontroll li l-applikant ikun stabbilixxa sabiex jikkonforma mal-obbligi f'relazzjoni mal-ħasil tal-lfus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill[45] u r-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[46];

(l) deskrizzjoni tal-organizzazzjoni strutturali tal-applikant, inkluża, meta applikabbli, deskrizzjoni tal-użu intenzjonat tal-aġenti u tal-fergħat u deskrizzjoni ta' arranġamenti ta' outsourcing, u l-parteċipazzjoni tagħha f'sistema tal-ħlas nazzjonali jew internazzjonali;

(m) l-identità ta' persuni li għandhom fl-applikant, direttament jew indirettament, holdings kwalifikanti fis-sens tal-Artikolu 3(1)(33) tad-Direttiva 2013/36/UE, id-daqs tal-holding tagħhom u evidenza tal-adegwatezza tagħhom b'kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-ġestjoni soda u prudenti ta' istituzzjoni tal-ħlas;

(n) l-identità tad-diretturi u tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-istituzzjoni tal-ħlas u, fejn rilevanti, il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-attivitajiet tas-servizzi tal-ħlas tal-istituzzjoni tal-ħlas, kif ukoll prova li huma ta' fama tajba u għandhom il-konoxxenza u l-esperjenza adegwata biex iwettqu servizzi tal-ħlas kif determinat mill-Istat Membru ta' domiċilju tal-istituzzjoni tal-ħlas;

(o) meta applikabbli, l-identità ta' awdituri statutorji u ta' kumpaniji tal-verifika kif definit fid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[47];

(p) l-istatus legali tal-applikant u l-artikoli ta' assoċjazzjoni;

(q) l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-applikant.

Għall-finijiet tal-punti (d), (e) (f) u (l), l-applikant jagħti deskrizzjoni tal-arranġamenti tiegħu ta' verifika u l-arranġamenti organizzattivi li jkun stabbilixxa bil-ħsieb li jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jitħarsu l-interessi tal-utenti tiegħu u biex jiżgura kontinwità u kredibbiltà fil-prestazzjoni tas-servizzi tal-ħlas.

Il-kontroll tas-sigurtà u l-miżuri ta’ mitigazzjoni msemmija fil-punt (j) jindikaw kif dawn jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà teknika, inkluż għas-softwer u s-sistemi tal-IT użati mill-applikant jew l-impriżi li jingħataw b'subkuntratt għall-operazzjonijiet kollha tagħha jew parti minnhom. Dawk il-miżuri jinkludu wkoll miżuri ta’ sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 86(1). Dawk il-miżuri jqisu l-linji gwida dwar miżuri ta’ sigurtà tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) imsemmija fl-Artikolu 86(2) meta fis-seħħ.

Artikolu 6 Kapital Inizjali

L-Istati Membri jitolbu li l-istituzzjonijiet tal-ħlas ikollhom, fil-mument tal-awtorizzazzjoni, kapital inizjali, li jkun magħmul mill-elementi msemmija fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2013/36/KE kif ġej:

(a) meta l-istituzzjoni tal-ħlas tipprovdi biss is-servizz tal-ħlas kif imsemmi fil-punt 6 tal-Anness I, il-kapital tagħha ma għandu fl-ebda ħin ikun anqas minn EUR 20 000;

(b) meta l-istituzzjoni tal-ħlas tipprovdi s-servizz tal-ħlas kif imsemmi fil-punt 7 tal-Anness I, il-kapital tagħha ma għandu fl-ebda ħin ikun anqas minn EUR 50 000;

(c) meta l-istituzzjoni tal-ħlas tipprovdi kwalunwe mis-servizzi tal-ħlas kif imsemmi fil-punti minn 1 sa 5 tal-Anness I, il-kapital tagħha ma għandu fl-ebda ħin ikun anqas minn EUR 12 5000.

Artikolu 7  Fondi proprji

1.           Il-fondi proprji tal-istituzzjoni tal-ħlas jistgħu ma jinżlux taħt l-ammont meħtieġ skont l-Artikoli 6 jew 8 ta’ din id-Direttiva, skont liema minnhom ikun l-ogħla.

2.           L-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-użu multiplu ta' elementi eliġibbli għall-fondi proprji meta l-istituzzjoni tal-ħlas tappartjeni għall-istess grupp bħal istituzzjoni oħra tal-ħlas, istituzzjoni tal-kreditu, ditta tal-investiment, kumpanija għall-immaniġġar tal-assi jew impriża tal-assigurazzjoni. Dan il-paragrafu japplika wkoll meta l-istituzzjoni tal-ħlas ikollha karattru ibridu u twettaq attivitajiet oħra barra milli tipprovdi s-servizzi tal-ħlas.

3.           Jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu sodisfatti, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jagħżlu li ma japplikawx l-Artikolu 8 għal istituzzjonijiet ta' ħlas li huma inklużi fis-superviżjoni konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali ta' kreditu skont id-Direttiva 2013/36/KE.

Artikolu 8

Il-kalkolu tal-fondi proprji

1.           Minkejja r-rekwiżiti ta' kapital inizjali stabbiliti fl-Artikolu 6, l-Istati Membri jitolbu li l-istituzzjonijiet tal-ħlas dejjem ikollhom fondi proprji kkalkolati skont wieħed minn dawn it-tliet metodi, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Metodu A

Il-fondi proprji tal-istituzzjoni tal-ħlas jammontaw għal mill-inqas 10 % tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħha tas-sena preċedenti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġġustaw dik il-ħtieġa fil-każ ta' bidla materjali fin-negozju tal-istituzzjoni tal-ħlas mis-sena preċedenti 'l hawn. Meta istituzzjoni tal-ħlas ma tkunx għadha temmet sena sħiħa tan-negozju fid-data tal-kalkolu, il-ħtieġa tkun li l-fondi tagħha jammontaw għal mill-inqas 10 % tal-ispejjeż ġenerali fissi korrispondenti kif previst fil-pjan tan-negozju, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jirrikjedux aġġustament għal dak il-pjan.

Metodu B

Il-fondi proprji tal-istituzzjoni tal-ħlas jammontaw għal mill-inqas is-somma tal-elementi li ġejjin multiplikati b'fattur ta' skalar k, stabbilit fil-paragrafu 2, meta l-volum tal-ħlas (payment volume – PV) jirrappreżenta parti waħda minn 12 tal-ammont totali tat-tranżazzjonijiet ta' ħlas mwettqa mill-istituzzjoni tal-ħlas fis-sena preċedenti:

(a) 4,0 % ta' dak il-porzjon ta' PV sa EUR 5 miljun,

magħdud ma'

(b) 2,5 % ta' dak il-porzjon ta' PV 'il fuq minn EUR 5 miljun sa EUR 10 miljun,

magħdud ma'

(c) 1 % ta' dak il-porzjon ta' PV 'il fuq minn EUR 10 miljun sa EUR 100 miljun,

magħdud ma'

(d) 0,5 % ta' dak il-porzjon ta' PV 'il fuq minn EUR 100 miljun sa EUR 250 miljun,

magħdud ma'

(e) 0,25 % ta' dak il-porzjon ta' PV 'il fuq minn EUR 250 miljun.

Metodu C

Il-fondi proprji tal-istituzzjoni tal-ħlas jammontaw għal mill-inqas l-indikatur rilevanti kif definit fil-punt (a), suġġett għall-fattur multiplikatur stabbilit fil-punt (b) kif ukoll għall-fattur ta' skalar k stabbilit fil-paragrafu 2.

(a) L-indikatur rilevanti huwa s-somma ta' dan li ġej:

– introjtu minn interessi;

– spejjeż ta' interessi;

– kummissjonijiet u miżati riċevuti; u

– introjtu operattiv ieħor.

Kull element jiġi inkluż fis-somma bis-sinjal pożittiv jew negattiv tiegħu. Introjtu minn elementi straordinarji jew irregolari ma jistax jintuża fil-kalkolu tal-indikatur rilevanti. In-nefqa għal servizzi minn barra li jingħataw minn partijiet terzi jista' jnaqqas l-indikatur rilevanti jekk in-nefqa tiġġarrab minn impriża soġġetta għal superviżjoni skont din id-Direttiva. L-indikatur rilevanti huwa kkalkolat abbażi tal-aħħar 12-il osservazzjoni mensili fi tmiem is-sena finanzjarja. L-indikatur rilevanti jiġi kkalkolat fuq is-sena finanzjarja preċedenti. Madankollu fondi proprji kkalkolati skont il-Metodu C ma jaqgħux taħt it-80 % tal-medja tat- tliet snin finanzjarji preċedenti għall-indikatur rilevanti. Meta l-figuri tal-verifika ma jkunux disponibbli, jistgħu jintużaw stimi tan-negozju.

(b) Il-fattur ta' multiplikazzjoni jkun:

i.        10 % ta' dak il-porzjon tal-indikatur rilevanti sa EUR 2,5 miljun;

ii.       8 % ta' dak il-porzjon tal-indikatur rilevanti minn EUR 2,5 miljun sa EUR 5 miljun;

iii.      6 % ta' dak il-porzjon tal-indikatur rilevanti minn EUR 5 miljun sa EUR 25 miljun;

iv.      3 % ta' dak il-porzjon tal-indikatur rilevanti minn EUR 25 miljun sa EUR 50 miljun;

v.       1,5 % 'il fuq minn EUR 50 miljun.

2.           Il-fattur ta' skalar k li għandu jintuża fil-Metodi B u C ikun:

(a) 0,5 meta l-istituzzjoni tal-ħlas tipprovdi biss is-servizz tal-ħlas imsemmi fil-punt 6 tal-Anness I;

(b) 1 meta l-istituzzjoni tal-ħlas tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi tal-ħlas imsemmija fil-punti minn 5 sa 7 tal-Anness I.

3.           L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi ta' evalwazzjoni tal-proċess ta' mmaniġġar tar-riskju, bażi ta' dejta ta' telf mir-riskji u mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-istituzzjoni tal-ħlas, jirrikjedu li l-istituzzjoni tal-ħlas ikollha ammont ta' fondi proprji li jkun sa 20 % ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu magħżul skont il-paragrafu 1, jew jippermettu lill-istituzzjoni tal-ħlas ikollha ammont ta' fondi proprji li jkun sa 20 % aktar baxx mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu magħżul skont il-paragrafu 1.

Artikolu 9 Salvagwardja tar-rekwiżiti

1.           L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jitolbu li istituzzjoni tal-ħlas li tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi tal-ħlas, u sakemm dan ikun marbut ma' xi attività oħra tan-negozju msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) biex tissalvagwardja fondi li jkunu ġew riċevuti mill-utenti tas-servizzi tal-ħlas jew permezz ta' fornitur tas-servizzi tal-ħlas ieħor għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas, f'wieħed mill-modi kif ġejjin:

(a) fl-ebda ħin il-fondi ma għandhom jiġu mħallta mal-fondi ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minbarra l-utenti tas-servizzi tal-ħlas li f'isimhom ikunu miżmuma l-fondi u, meta jkunu għadhom miżmuma mill-istituzzjoni tal-ħlas u jkunu għadhom ma ġewx mogħtija lil min jitħallas jew trasferiti lil fornitur tas-servizzi tal-ħlas ieħor sa tmiem il-jum ta' negozju wara l-jum meta l-fondi jkun ġew riċevuti, jiġu depożitati f'kont separat f'istituzzjoni tal-kreditu jew investiti f'assi likwidi siguri u b'riskju baxx kif definit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju; u jkunu protetti skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri fl-interess ta' dawk l-utenti tas-servizzi tal-ħlas mill-pretensjonijiet ta' kredituri oħra tal-istituzzjoni tal-ħlas, b'mod partikolari fil-każ ta' insolvenza;

(b) il-fondi ikunu koperti minn polza ta' assigurazzjoni jew minn xi garanzija komparabbli oħra minn kumpanija tal-assigurazzjoni jew istituzzjoni tal-kreditu, li ma tagħmilx parti mill-istess grupp bħall-istituzzjoni nnifisha tal-ħlas, għal ammont ekwivalenti għal dak li jkun ġie segregat li fin-nuqqas ta' polza tal-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli oħra, pagabbli fil-każ li l-istituzzjoni tal-ħlas ma tkunx tista' tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha.

2.           Meta istituzzjoni tal-ħlas tkun meħtieġa biex tissalvagwardja fondi skont il-paragrafu 1 u porzjon minnhom se tintuża għal tranżazzjonijiet ta' ħlas futuri meta l-ammont li jifdal se jintuża għal servizzi mhux tal-ħlas, dik il-parti tal-fondi riċevuti għal tranżazzjonijiet ta' ħlas futuri għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti skont il-paragrafu 1. Meta din il-porzjon ikun varjabbli jew mhux magħruf minn qabel, l-Istati Membri jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-ħlas biex japplikaw dan il-paragrafu abbażi ta' porzjon rappreżentattiv li hu preżunt li hu użat għal servizzi tal-ħlas dment li tali porzjon rappreżentattiv jista' jiġi stmat b'mod raġonevoli abbażi tad-dejta storika b' sodisfazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 10 Għotja ta' awtorizzazzjoni

1.           L-Istati Membri jitolbu li l-impriżi għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 1(1) minn (a) sa (c) u (e) u (f) u għajr persuni ġuridiċi jew fiżiċi oħra li jibbenefikaw minn rinunzja skont l-Artikolu 27, li biħsiebhom jipprovdu servizzi tal-ħlas, jiksbu awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni tal-ħlas qabel jibdew ifornu servizzi tal-ħlas. Awtorizzazzjoni tingħata biss lil persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru.

2.           Awtorizzazzjoni tingħata jekk l-informazzjoni u l-evidenza flimkien mal-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 5 u jekk il-valutazzjoni ġenerali tal-awtoritajiet kompetenti, wara li jkunu eżaminaw l-applikazzjoni bir-reqqa, tkun favorevoli. Qabel ma tingħata awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta rilevanti, jikkonsultaw, lill-bank ċentrali nazzjonali jew awtoritajiet pubbliċi rilevanti oħra.

3.           Istituzzjoni tal-ħlas li, skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta' domiċilju tagħha hija rikjesta li jkollha uffiċċju reġistrat, ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikun l-uffiċċju reġistrat tagħha.

4.           L-awtoritajiet kompetenti jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk, b'kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni soda u prudenti ta' istituzzjoni tal-ħlas, l-istituzzjoni tal-ħlas għandha arranġamenti ta' governanza robusti għan-negozju tagħha tas-servizzi tal-ħlas, li jinkludi struttura organizzattiva ċara b'linji definiti sew, trasparenti u konsistenti ta' responsabbiltà, proċeduri effettivi għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar tar-riskji li għalihom hija esposta jew tista' tkun esposta, u mekkaniżmi interni ta' kontroll adegwati, inkluż proċeduri amministrattivi u ta' kontabbilità sodi; dawn l-arranġamenti, proċeduri u mekkaniżmi jkunu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi tal-ħlas ipprovduti mill-istituzzjoni tal-ħlas.

5.           Meta istituzzjoni tal-ħlas tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi tal-ħlas elenkati fl-Anness I u, fl-istess ħin, hija involuta f'attivitajiet oħrajn ta' negozju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu l-istabbiliment ta' entità separata għan-negozju tas-servizzi tal-ħlas, meta l-attivitajiet ta' servizzi mhux tal-ħlas tal-istituzzjoni tal-ħlas jagħmlu ħsara jew x'aktarx jagħmlu ħsara jew lir-robustezza finanzjarja tal-istituzzjoni tal-ħlas jew lill-abbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw il-konformità tal-istituzzjoni tal-ħlas mal-obbligi kollha stabbiliti minn din id-Direttiva.

6.           L-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk, b'kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni soda u prudenti ta' istituzzjoni tal-ħlas, huma ma jkunux sodisfatti dwar l-adegwatezza tal-azzjonisti jew ta' membri li jkollhom holdings kwalifikanti.

7.           Meta jeżistu rabtiet mill-qrib bejn l-istituzzjoni tal-ħlas u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra kif definiti fl-Artikolu 4(1)(38) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet ma jmpedixxux l-eżercizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta' superviżjoni.

8.           L-awtoritajiet kompetenti jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjoniet amministrattivi ta' pajjiż terz li jirregola persuna waħda jew aktar, fiżika jew ġuridika, li magħhom l-istituzzjoni tal-ħlas għandha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar ta' dawk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi, ma jipprevenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom.

9.           Awtorizzazzjoni tkun valida fl-Istati Membri kollha u tippermetti lill-istituzzjoni tal-ħlas ikkonċernata tipprovdi servizzi tal-ħlas madwar il-Komunità, jew skont il-libertà li jingħataw servizzi jew il-libertà ta' stabbiliment, bil-kundizzjoni li tali servizzi huma koperti bl-awtorizzazzjoni.

Artikolu 11 Kommunikazzjoni tad-deċiżjoni

Fi żmien tliet xhur mir-riċevuta ta' applikazzjoni jew, fil-każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, tal-informazzjoni kollha meħtieġa għad-deċiżjoni, l-awtorità kompetenti tinforma lill-applikant jekk l-awtorizzazzjoni tiegħu tkunx ingħatat jew ġiet rifjutata. Jingħataw ir-raġunijiet kull meta tiġi rifjutata awtorizzazzjoni.

Artikolu 12 Irtirar ta' awtorizzazzjoni

1.           L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw awtorizzazzjoni maħruġa lil istituzzjoni tal-ħlas biss meta l-istituzzjoni tkun tinsab f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, espressament tirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew tieqaf milli twettaq negozju għal aktar minn sitt xhur, jekk l-Istat Membru konċernat ma jkun għamel l-ebda dispożizzjoni għall-awtorizzazzjoni li tiskadi f’każijiet bħal dawn;

(b) tkun kisbet l-awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezzi irregolari oħra;

(c) ma tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni jew tonqos milli tinforma l-awtorità kompetenti dwar żviluppi ewlenin f’dan ir-rigward;

(d) tikkostitwixxi theddida għall-istabbiltà jew għall-fiduċja tas-sistema tal-ħlas bit-tkomplija tan-negozju tagħha tas-servizzi tal-ħlas;

(e) taqa' f'wieħed mill-każijiet l-oħra meta l-liġi nazzjonali tipprevedi għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni.

2.           Jingħataw ir-raġunijiet għal kwalunkwe irtirar ta' awtorizzazzjoni u dawk ikkonċernati għandhom jiġu infurmati b'dan.

3.           L-irtirar ta’ awtorizzazzjoni jsir pubbliku, inklużi fir-reġistri msemmija fl-Artikoli 13 u 14.

Artikolu 13 Reġistrazzjoni fl-Istat Membru ta’ domiċilju

L-Istati Membri jistabbilixxu reġistru pubbliku tal-istituzzjonijiet tal-ħlas awtorizzati u l-aġenti u l-fergħat tagħhom, kif ukoll tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, u l-aġenti u l-fergħat tagħhom, li jibbenefikaw minn rinunzja skont l-Artikolu 27, u tal-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3) sakemm huma intitolati skont il-liġi nazzjonali li jipprovdu servizzi tal-ħlas. Huma jiddaħħlu fir-reġistru tal-Istat Membru ta' domiċilju.

Dak ir-reġistru jidentifika s-servizzi tal-ħlas li għalihom l-istituzzjoni tal-ħlas hi awtorizzata jew li għaliha l-persuna fiżika jew ġuridika ġiet irreġistrata. Istituzzjonijiet tal-ħlas awtorizzati jitniżżlu fir-reġistru separatament minn persuni fiżiċi u ġuridiċi li ġew reġistrati skont l-Artikolu 27. Ir-reġistru jkun aċċessibbli għall-pubbliku għal konsultazzjoni, aċċessibbli online, u jkun aġġornat fuq bażi regolari.

Artikolu 14 Web portal tal-ABE

1.           L-ABE tistabbilixxi web portal li jservi ta' punt ta' aċċess elettroniku Ewropew, li jgħaqqad ir-reġistri pubbliċi msemmija fl-Artikolu 13. L-ABE tiżviluppa u tħaddem il-punt ta’ aċċess.

2.           Is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri pubbliċi tkun magħmula minn:

(f) ir-reġistri ċentrali tal-Istati Membri;

(g) il-portal li jkun iservi bħala punt ta' aċċess elettroniku Ewropew.

3.           L-Istati Membri jiżguraw l-aċċess għar-reġistri pubbliċi tagħhom permezz tal-intermedjarju tal-punt ta’ aċċess.

4.           L-ABE tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jistipulaw rekwiżiti tekniċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fir-reġistri pubbliċi msemmija fl-Artikolu 13 fil-livell tal-Unjoni. L-ABE tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni […fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 – 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 15 Manutenzjoni ta' awtorizzazzjoni

Meta kwalunkwe bidla taffettwa l-eżattezza tal-informazzjoni u tal-evidenza pprovduta bi qbil mal-Artikolu 5, l-istituzzjoni tal-ħlas mingħajr dewmien tinforma b'dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tagħha.

Artikolu 16 Kontabilità u awditjar statutorju

1.           Id-Direttiva 78/660/KEE u, meta applikabbli, id-Direttivi 83/349/KEE u 86/635/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[48] japplikaw mutatis mutandis għal istituzzjonijiet tal-ħlas.

2.           Ħlief jekk eżentati skont id-Direttivi 78/660/KEE u, fejn applikabbli, id-Direttivi 83/349/KEE u 86/635/KEE, il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-istituzzjonijiet tal-ħlas ikunu verifikati minn awdituri statutorji jew kumpaniji ta' verifika fit-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KE.

3.           Għal finijiet superviżorji, l-Istati Membri jitolbu li l-istituzzjonijiet tal-ħlas jipprovdu informazzjoni ta' kontabilità separata għal servizzi tal-ħlas imsemmija fl-Artikolu 17(1), li għandhom ikunu soġġetti għar-rapport tal-awditur. Dak ir-rapport ikun imħejji, meta applikabbli, mill-awdituri statutorji jew kumpanija tal-verifika.

4.           L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 63 tad-Direttiva 2013/36/UE japplikaw mutatis mutandis għall-awdituri statutorji jew kumpaniji tal-verifika tal-istituzzjonijiet tal-ħlas fir-rigward ta' attivitajiet tas-servizzi tal-ħlas.

Artikolu 17 Attivitajiet

1.           Minbarra l-forniment tas-servizzi tal-ħlas, l-istituzzjonijiet tal-ħlas kollhom id-dritt li jkunu involuti fl-attivitajiet li ġejjin:

(h) il-forniment ta' servizzi operattivi u servizzi anċillari relatati mill-qrib bħall-iżgurar tal-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas, servizzi tal-kambju ta' valuta, attivitajiet ta' salvagwardja, u l-ħażna u l-ipproċessar ta' dejta;

(i) l-operazzjoni ta' sistemi ta’ ħlas, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29;

(j) attivitajiet ta' negozju minbarra l-forniment tas-servizzi tal-ħlas, b'kont meħud tal-liġi Komunitarja u nazzjonali applikabbli.

2.           Meta l-istituzzjonijiet tal-ħlas jinvolvu ruħhom fil-forniment ta' wieħed jew aktar tas-servizzi tal-ħlas, jistgħu jżommu biss kontijiet tal-ħlas użati esklużivament għal tranżazzjonijiet ta' ħlas. L-Istati Membri jiżguraw li l-aċċess għal dawk kontijiet tal-pagamenti huwa proporzjonat.

3.           Kwalunkwe fond riċevut minn istituzzjonijiet tal-ħlas mingħand utenti tas-servizzi tal-ħlas, bil-ħsieb ta' forniment tas-servizzi tal-ħlas ma għandux jikkostitwixxi depożitu jew fondi oħra li jistgħu jitħallsu lura skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew flus elettroniċi skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE.

4.           L-istituzzjonijiet tal-ħlas jistgħu jagħtu kreditu relatat ma' servizzi tal-ħlas imsemmija fil-punti 4 jew 5 tal-Anness I biss jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) il-kreditu jkun anċillarju u mogħti esklużivament b'konnessjoni mal-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni ta' ħlas;

(b) minkejja r-regoli nazzjonali dwar il-forniment ta' kreditu permezz ta' kards tal-kreditu, il-kreditu mogħti b'konnessjoni ma' ħlas u mwettaq skont l-Artikolu 10(9) u l-Artikolu 26 jitħallas lura f'perjodu qasir li fl-ebda każ ma għandu jaqbeż 12-il xahar;

(c) tali kreditu ma għandux jingħata minn fondi riċevuti jew miżmuma għall-fini tal-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni ta' ħlas;

(d) il-fondi proprji tal-istituzzjoni tal-ħlas għandhom il-ħin kollu u għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet superviżorji jkunu adatti meta mqabbla mal-ammont ġenerali ta' kreditu mogħti.

5.           L-istituzzjonijiet tal-ħlas ma għandhomx iwettqu n-negozju li jieħdu depożiti jew fondi oħra li jistgħu jitħallsu lura fit-tifsira tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/36/UE.

6.           Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[49] jew liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew miżuri nazzjonali dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kreditu lill-konsumaturi, li mhumiex armonizzati minn din id-Direttiva u li huma f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Taqsima 2 Rekwiżiti oħra

Artikolu 18 Użu ta' aġenti, fergħat jew entitajiet li l-attivitajiet jiġu outsourced għandhom

1.           Meta istituzzjoni tal-ħlas jkollha l-ħsieb li tipprovdi servizzi tal-ħlas permezz ta' aġent, hi tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta' domiċilju tagħha:

(a) l-isem u l-indirizz tal-aġent;

(b) deskrizzjoni tal-mekkaniżmi interni ta' kontroll li se jintużaw mill-aġenti sabiex jikkonformaw mal-obbligi fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva 2005/60/KE;

(c) l-identità tad-diretturi u persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-aġent li se tintuża fil-forniment tas-servizzi tal-ħlas u evidenza li huma persuni xierqa u proprja.

2.           Meta l-awtoritajiet kompetenti jirċievu l-informazzjoni skont il-paragrafu 1 huma jistgħu mbagħad jelenkaw l-aġent fir-reġistru li jipprovdi għalih l-Artikolu 13.

3.           Qabel jelenkaw l-aġent fir-reġistru, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jekk huma jikkunsidraw li l-informazzjoni pprovduta lilhom mhix korretta, jieħdu azzjoni ulterjuri biex jivverifikaw l-informazzjoni.

4.           Jekk, wara li tkun ittieħdet l-azzjoni biex tiġi vverifikata l-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux sodisfatti li l-informazzjoni pprovduta lilhom skont il-paragrafu 1 hi korretta, huma jirrifjutaw li jelenkaw l-aġent fir-reġistru li jipprovdi għalih l-Artikolu 13.

5.           Jekk l-istituzzjoni tal-ħlas tixtieq tipprovdi servizzi ta’ ħlas fi Stat Membru ieħor billi tingaġġa aġent hija ssegwi l-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 26. F'dak il-każ, qabel ma l-aġent ikun jista' jiġi reġistrat skont dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bil-ħsieb tagħhom li jirreġistraw l-aġent u jieħdu kont tal-opinjoni tagħhom.

6.           Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollhom raġunijiet sodi biex jissuspettaw li, b'konnessjoni mal-ingaġġ maħsub ta' aġent jew l-istabbiliment ta' fergħa, qed iseħħ jew sar attentat ta' ħasil ta' flus jew finanzjament tat-terroriżmu fit-tifsira tad-Direttiva 2005/60/KE, jew li l-ingaġġ ta' tali aġent jew stabbiliment ta' tali fergħa jista' jżid ir-riskju ta' ħasil tal-flus jew ta' finanzjament tat-terroriżmu, huma jinfurmaw b'dan lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, li jista' jirrifjuta li jirreġistra l-aġent jew il-fergħa, jew jista' jirtira r-reġistrazzjoni, jekk diġà tkun saret, tal-aġent jew il-fergħa.

7.           Meta istituzzjoni tal-ħlas ikollha l-intenzjoni li testerna funzjonijiet operattivi tas-servizzi tal-ħlas, hija tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tagħha kif meħtieġ.

L-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet operattivi importanti ma tistax titwettaq b'tali mod li tagħmel ħsara materjali lill-kwalità tal-kontroll intern tal-istituzzjoni tal-ħlas u lill-abbiltà tal-awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw il-konformità tal-istituzzjoni tal-ħlas mal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva.

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu, funzjoni operattiva tiġi kkunsidrata bħala importanti jekk difett jew falliment fil-prestazzjoni tagħha jostakola materjalment it-tkomplija tal-konformità ta' istituzzjoni tal-ħlas mar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni tagħha mitluba skont dan it-Titolu jew l-obbligi l-oħra tagħha skont din id-Direttiva, jew il-prestazzjoni finanzjarja tagħha, jew ir-robustezza- jew il-kontinwità tas-servizzi tal-ħlas tagħha. L-Istati Membri jiżguraw li, meta istituzzjonijiet tal-ħlas jesternalizzaw funzjonijiet operattivi importanti, l-istituzzjonijiet tal-ħlas jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-esternalizzjoni ma għandhiex tirriżulta fid-delegazzjoni minn amministrazzjoni għolja tar-responsabbiltajiet tagħha;

(b) ir-relazzjoni u l-obbligi tal-istituzzjoni tal-ħlas lejn l-utenti tas-servizzi tal-ħlas skont din id-Direttiva ma għandhomx jinbidlu;

(c) il-kundizzjonijiet li magħhom l-istituzzjoni tal-ħlas għandha tikkonforma sabiex tkun awtorizzata u biex tibqa' hekk skont dan it-Titolu ma għandhomx jiġu imminati;

(d) ebda waħda mill-kundizzjonijiet l-oħra li soġġetti għalihom ingħatat l-awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni tal-ħlas ma għandha titneħħa jew tiġi modifikata.

8.           Istituzzjonijiet tal-ħlas jiżguraw li aġenti jew fergħat li jkunu qed jaġixxu f'isimhom jinformaw lill-utenti tas-servizzi tal-ħlas b'dan.

9.           Istituzzjonijiet tal-ħlas jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe tibdiliet konnessi mal-użu ta’ aġenti, inkluż aġenti addizzjonali, fergħat jew entitajiet li lilhom l-attivitajiet jiġu esternalizzati u jaġġornaw l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 1 skont dan.

Artikolu 19 Responsabbiltà

1.           L-Istati Membri jiżguraw li, meta l-istituzzjonijiet tal-ħlas ikunu jiddependu fuq partijiet terzi għall-prestazzjoni ta' funzjonijiet operattivi, dawk l-istituzzjonijiet tal-ħlas jieħdu passi raġonevoli biex jiżguraw li r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva jiġu sodisfatti.

2.           L-Istati Membri jitolbu li l-istituzzjonijiet tal-ħlas jibqgħu għal kollox responsabbli għal kwalunkwe azzjoni tal-impjegati tagħhom, jew ta' kwalunkwe aġent, fergħa jew entità li jiġu esternati lilhom xi attivitajiet.

Artikolu 20 Żamma ta' reġistri

L-Istati Membri jitolbu li l-istituzzjonijiet tal-ħlas iżommu r-reġistri adatti kollha għall-fini ta' dan it-Titolu għal mill-inqas ħames snin, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/60/KE jew għal xi leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Taqsima 3 Awtoritajiet kompetenti u ta' superviżjoni

Artikolu 21 Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti

1.           L-Istati Membri jaħtru bħala l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni prudenti tal-istituzzjonijiet tal-ħlas li jkunu se jwettqu d-doveri previsti skont dan it-Titolu jew awtoritajiet pubbliċi, jew korpi rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali jew mill-awtoritajiet pubbliċi li jkollhom is-setgħa speċifika għal dak il-għan mil-liġi nazzjonali, inklużi banek ċentrali nazzjonali.

L-awtoritajiet kompetenti jiggarantixxu indipendenza minn korpi ekonomiċi u jevitaw kunflitti ta' interess. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, istituzzjonijiet tal-ħlas, istituzzjonijiet ta' kreditu, istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi, jew istituzzjonijiet ta' kontijiet postali (post office giro) ma għandhomx jiġu nnominati bħala awtoritajiet kompetenti.

L-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni kif meħtieġ.

2.           L-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1 ikollhom il-poteri kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.

3.           Meta jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda għall-kwistjonijiet koperti minn dan it-Titolu fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jikkooperaw mill-qrib biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom b'mod effettiv. L-istess japplika f'każijiet meta l-awtoritajiet kompetenti għal kwistjonijiet koperti minn dan it-Titolu mhumiex l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.

4.           Il-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1 ikunu r-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.

5.           Il-paragrafu 1 ma jimplikax li l-awtoritajiet kompetenti huma mitluba jissorveljaw attivitajiet tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-ħlas għajr il-forniment tas-servizzi tal-ħlas u attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a).

Artikolu 22 Superviżjoni

1.           L-Istati Membri jiżguraw li l-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jikkontrollaw il-konformità kontinwa ma' dan it-Titolu jkunu proporzjonali u adegwati u li jkunu kapaċi jirreaġixxu għar-riskji li għalihom ikunu esposti l-istituzzjonijiet tal-ħlas.

Biex tkun ikkontrollata l-konformità ma' dan it-Titolu, l-awtoritajiet kompetenti jkunu intitolati jieħdu l-passi li ġejjin, b'mod partikolari:

(e) jirrikjedu li l-istituzzjoni tal-ħlas tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex tkun monitorjata l-konformità;

(f) iwettqu spezzjonijiet fil-post tal-istituzzjoni tal-ħlas, ta' kwalunkwe aġent jew fergħa li jfornu servizzi tal-ħlas taħt ir-responsabbiltà tal-istituzzjoni tal-ħlas, jew ta' kwalunkwe entità li lilha jiġu outsourced operazzjonijiet tas-servizzi tal-ħlas;

(g) joħorġu rakkomandazzjonijiet, linji gwida u, jekk applikabbli, dispożizzjonijiet amministrattivi li jorbtu;

(h) jissospendu jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni f'każijiet imsemmija fl-Artikolu 12.

2.           Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri għall-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali, l-Istati Membri jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom, jistgħu, kontra l-istituzzjonijiet tal-ħlas jew dawk li effettivament jikkontrollaw in-negozju ta' istituzzjonijiet tal-ħlas li jiksru liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw is-superviżjoni jew is-segwitu tan-negozju tagħhom tas-servizzi tal-ħlas, jadottaw jew jimponu fir-rigward tagħhom penali jew miżuri mmirati b'mod speċifiku biex itemmu il-ksur osservat jew il-kawżi ta' tali ksur.

3.           Minkejja r-rekwiżiti tal-Artikolu 6, l-Artikolu 7(1) u (2) u l-Artikolu 8, l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu intitolati jieħdu l-passi deskritti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu sabiex jiżguraw kapital suffiċjenti għas-servizzi tal-ħlas, b'mod partikolari meta l-attivitajiet ta' servizzi mhux tal-ħlas tal-istituzzjoni tal-ħlas jagħmlu ħsara jew x'aktarx li jagħmlu ħsara lir-robustezza finanzjarja tal-istituzzjoni tal-ħlas.

Artikolu 23 Segretezza professjonali

1.           L-Istati Membri jiżguraw li l-persuni kollha li jkunu qed jaħdmu jew li jkunu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-esperti li jkunu qed jaġixxu f'isem l-awtoritajiet kompetenti, ikunu marbutin bl-obbligu tas-sigriet professjonali, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali.

2.           Fl-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 25 ikun applikat bis-sħiħ is-sigriet professjonali biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet individwali u tan-negozji.

3.           L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan l-Artikolu billi jittieħed kont, mutatis mutandis, tal-Artikoli minn 53 sa 61 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Artikolu 24 Id-dritt ta’ applikazzjoni lill-qrati

1.           L-Istati Membri jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti rigward istituzzjoni tal-ħlas skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-qrati.

2.           Il-paragrafu 1 japplika wkoll meta jkun hemm nuqqas ta' azzjoni.

Artikolu 25 Skambju ta' informazzjoni

1.           L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti jikkooperaw ma' xulxin u, meta xieraq, mal-bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri, l-EBA u awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra maħtura skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali applikabbli għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas.

2.           L-Istati Membri, minbarra dan, jippermettu bdil ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u dawn li ġejjin:

(i) l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħrajn responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet tal-ħlas;

(j) il-Bank Ċentrali Ewoprew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Stati Membri, fil-kapaċità tagħhom ta' awtoritajiet monetarji u ta' superviżjoni, u, meta xieraq, awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli biex jissorveljaw sistemi ta' ħlas u ta' settlement;

(k) awtoritajiet rilevanti oħra maħtura skont din id-Direttiva, id-Direttiva 2005/60/KE u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, bħal-leġiżlazzjoni applikabbli għal ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu;

(l) l-ABE, fil-kapaċità tagħha li tikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti ta’ mekkaniżmi ta’ sorveljanza kif imsemmi fl-Artikolu 1(5)(a) tar-Regolament (UE) 1093/2010.

Artikolu 26 Eżerċizzju tad-dritt tal-libertà ta' stabbiliment u tal-libertà tal-forniment ta' servizzi

1.           Kwalunkwe istituzzjoni tal-ħlas awtorizzata li tixtieq tipprovdi servizzi tal-ħlas għall-ewwel darba fi Stat Membru barra l-Istat Membru ta' domiċilju tagħha, fl-eżerċizzju tad-dritt ta' istabbiliment jew il-libertà li tipprovdi servizzi, għandha tinforma b'dan lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta' domiċilju tagħha.

Fi żmien xahar minn meta jirċievu dik l-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jinformaw tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-isem u l-indirizz tal-istituzzjoni tal-ħlas, l-ismijiet ta' dawk responsabbli mill-amministrazzjoni tal-fergħa, l-istruttura organizzattiva tagħha u t-tip tas-servizzi tal-ħlas li tkun bi ħsiebha tipprovdi fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti.

Biex ikunu jistgħu jsiru l-kontrolli u jittieħdu l-passi meħtieġa previsti fl-Artikolu 22 fir-rigward ta' aġent, fergħa jew entità li lilha jiġu esternalizzati attivitajiet ta’ istituzzjoni tal-ħlas li tkun tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta' domiċilju jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti.

2.           Permezz ta' kooperazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru osptitanti kull meta jkolhom l-intenzjoni li jwettqu xi spezzjoni fuq il-post fit-territorju ta' dan tal-aħħar.

Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jistgħu jiddelegaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti biex jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post tal-istituzzjoni konċernata.

3.           L-awtoritajiet kompetenti jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni essenzjali u/jew rilevanti kollha, b'mod partikolari fil-każ ta' ksur jew ksur suspettat minn aġent, fergħa jew entità li lilha jiġu esternalizzati attivitajiet. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw, meta mitluba, l-informazzjoni rilevanti kollha u, fuq inizjattiva tagħhom stess, l-informazzjoni essenzjali kollha.

4.           Il-paragrafi 1-4 ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2005/60/KE u r-Regolament (KE) Nru 1781/2006, b'mod partikolari skont l-Artikolu 37 (1) tad-Direttiva 2005/60/KE u l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1781/2006 li jissorveljaw jew jimmonitorjaw il-konformità mar-rekwiżiti mniżżla f'dawk l-istrumenti.

5.           L-ABE toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi deċiż jekk l-attività li fi ħsiebha tipprovdi l-istituzzjoni tal-ħlas notifikata fi Stat Membru ieħor skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkunx tammonta għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Dawn il-linji gwida jinħarġu […fi żmien sentejn mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

6.           L-ABE tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-qafas għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma’ dawk tal-Istat Membru ospitanti f’konformità ma’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 18. L-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jispeċifika l-metodu, mezzi u dettalji ta’ kooperazzjoni fin-notifika ta’ Istituzzjonijiet tal-ħlas li joperaw fuq bażi transfruntiera u partikolarment l-ambitu u t-trattament ta’ informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, inkluża terminoloġija komuni u l-mudelli għan-notifika standard li jiżguraw proċess ta’ notifika konsistenti u effiċjenti.

L-ABE tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni (daħħal id-data) […fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

7.           L-ABE tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-qafas għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini ma' dawk tal-Istat Membru ospitanti skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 22. L-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jispeċifika l-metodu, mezzi u dettalji ta’ kooperazzjoni fis-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet tal-ħlas li joperaw fuq bażi transfruntiera u partikolarment l-ambitu u t-trattament ta’ informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, inkluż terminoloġija komuni u l-mudelli għan-notifika standard li jiżguraw proċess ta’ notifika konsistenti u effiċjenti.

L-ABE tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni (daħħal id-data) […fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

8.           Il-Kummissjoni tingħtata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafi 6 u 7 skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Taqsima 4 Rinunzja

Artikolu 27 Kundizzjonijiet

1.           Minkejja l-Artikolu 13, l-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw jew jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti biex jirrinunzjaw l-applikazzjoni tal-proċedura u l-kundizzjonijiet kollha jew parti minnhom li huma mniżżlin fit-Taqsimiet minn 1 sa 3, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 21, 23, 24 u 25, u jippermettu li persuni fiżiċi jew ġuridiċi jiġu inklużi fir-reġistru stabbilit li jipprovdi għalih l-Artikolu 13, meta:

(m) il-medja tal-ammont totali ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas imwettqa mill-persuna kkonċernata fit-12-il xahar preċedenti, inkluż kwalunkwe aġent li għalih jassumi responsabbiltà sħiħa, ma jaqbiżx l-EUR 1 miljun kull xahar. Din il-ħtieġa tiġi vvalutata fuq l-ammont totali pproġettat ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas fil-pjan ta' negozju tagħha, ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu aġġustament għal dak il-pjan;

(n) ħadd mill-persuni fiżiċi responsabbli mill-ġestjoni jew mit-tħaddim tan-negozju ma jkun ġie kkundannat għal reati relatati ma' ħasil ta’ flus jew finanzjament tat-terroriżmu jew reati finanzjarji oħra.

2.           Kwalunke persuna fiżika jew ġuridika rreġistrata skont il-paragrafu 1 ma għandu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha jew il-post ta' residenza tagħha fl-Istat Membru li fih fil-prattika twettaq in-negozju tagħha.

3.           Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artiklu jiġu trattati bħala istituzzjonijiet tal-ħlas, ħlief li l-Artikolu 10(9) u l-Artikolu 26 ma japplikawx għalihom.

4.           L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika rreġistrata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artiklu tista' tinvolvi ruħha biss f'xi wħud mill-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 17.

5.           Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artiklu jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni tagħhom li hija rilevanti għall-kondizzjoni speċifikata f'dak il-paragrafu. L-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li meta l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1, 2 u 4 ma jiġux sodisfatti aktar, il-persuni konċernati jfittxu l-awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum tal-kalendarju skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10.

6.           Il-paragrafi minn 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/60/KE jew id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' kontra l-ħasil tal-flus.

Artikolu 28 Notifika u informazzjoni

Jekk Stat Membru juża r-rinunzja prevista fl-Artikolu 27, hu jgħarraf lill-Kummissjoni kif meħtieġ sal-[daħħal id-data (id-data finali tat-traspożizzjoni)] bid-deċiżjoni u jgħarraf lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe bidla sussegwenti. Barra minn dan, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar in-numru ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi kkonċernati u, fuq bażi annwali, l-ammont totali ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas imwettqa sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena kalendarja, kif imsemmi fl-Artikolu 27(1)(a).

KAPITOLU 2 Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 29 Aċċess għas-sistemi ta' ħlas

1.           L-Istati Membri jiżguraw li r-regoli dwar l-aċċess għal fornituri awtorizzati jew reġistrati tas-servizz tal-ħlas li huma persuni ġuridiċi għal sistemi ta' ħlas ikunu oġġettivi, mhux diskriminatorji u proporzjonali u ma jtellfux l-aċċess aktar milli meħtieġ bħala salvagwardja kontra riskji speċifiċi bħar-riskju ta' saldu, ir-riskju operattiv u r-riskju tan-negozju u biex tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja u operattiva tas-sistema tal-ħlas.

Is-sistemi ta' ħlas ma għandhomx jimponu fuq fornituri tas-servizzi tal-ħlas, fuq utenti tas-servizzi tal-ħlas jew fuq sistemi oħra tal-ħlas l-ebda mir-rekwiżiti li ġejjin:

(o) regoli restrittivi fuq parteċipazzjoni effettiva f'sistemi oħra tal-ħlas;

(p) regola li tiddiskrimina bejn fornituri awtorizzati tas-servizzi tal-ħlas jew bejn fornituri reġistrati tas-servizzi tal-ħlas f'relazzjoni mad-drittijiet, l-obbligi u dak li jkunu intitolati għalih il-parteċipanti;

(q) kwalunkwe restrizzjoni abbażi tal-istatus istituzzjonali.

2.           Il-paragrafu 1 ma japplikax għal:

(r) sistemi ta' ħlas magħżula skont id-Direttiva 98/26/KE;

(s) sistemi ta' ħlas komposti esklużivament minn fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jappartjenu għal grupp kompost minn entitajiet marbuta permezz ta' kapital meta waħda mill-entitajiet marbuta tgawdi kontroll effettiv fuq l-entitajiet marbuta l-oħra.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jiżguraw li fmeta sistema ta’ ħlas magħżula tippermetti li fornitur tas-servizz tal-ħlas jgħaddi l-ordnijiet ta’ trasferiment mis-sistema permezz ta’ parteċipant dirett, tali aċċess indirett għas-sistema s-servizzi, meta mitlub, jiġi pprovdut ukoll lill-fornituri reġistrati jew awtorizzati tas-servizzi tal-ħlas f’konformità mal-paragrafu 1.

Artikolu 30 Projbizzjoni għal persuni minbarra fornituri tas-servizzi tal-ħlas biex iwettqu servizzi ta’ ħlas u dmir ta’ notifika

1.           L-Istati Membri jipprojbixxu lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li la huma fornituri tas-servizzi tal-ħlas u lanqas esklużi espliċitament mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva milli jipprovdu servizzi tal-ħlas.

2.           L-Istati Membri jitolbu li, qabel ma jibdew b'attività stabbilita f’Artikolu 3(1)(k) li għaliha l-volum ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament ikkalkolat skont l-Artikolu 27(1)(a) jaqbeż il-limitu msemmi hemmhekk, il-fornituri tas-servizzi jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti u jissottomettu talba għar-rikonoxximent bħala netwerk limitat.

Fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba għar-rikonoxximent, l-awtorità kompetenti tieħu deċiżjoni motivata fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3(k) li tirrikonoxxi jew le l-attività bħala netwerk limitat u tinforma lill-fornitur tas-servizz skont dan. Sommarju tad-deċiżjoni jkun pubblikament disponibbli fir-reġistru pubbliku previst fl-Artikolu 13.

L-awtoritajiet kompetenti jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont it-tieni paragrafu.

TITOLU III TRASPARENZA TA' KUNDIZZJONIJIET U REKWIŻITI TA' INFORMAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TA' ĦLAS

KAPITOLU 1 Regoli ġenerali

Artikolu 31 Kamp ta' applikazzjoni

3.           Dan it-Titolu japplika għal tranżazzjonijiet ewlenin ta' ħlas, kuntratti qafas u tranżazzjonijiet ta' ħlas koperti minnhom. Il-partijiet jistgħu jiftiehmu li t-Titolu ma japplikax kollu jew parti minnu meta l-utent tas-servizzi tal-ħlas mhuwiex konsumatur.

4.           L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-dispożizzjonijiet f'dan it-Titolu jiġu applikati għal mikro-intrapriżi bl-istess mod bħal ma jiġu applikati għall-konsumaturi.

5.           Din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/48/KE jew liġi rilevanti oħra tal-Unjoni jew miżuri nazzjonali dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kreditu lill-konsumaturi, li mhumiex armonizzati minn din id-Direttiva u li huma f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 32 Dispożizzjonijiet oħra fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni li għandha rekwiżiti addizzjonali dwar informazzjoni minn qabel.

Madankollu, meta d-Direttiva 2002/65/KE hija wkoll applikabbli, ir-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta' dik id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-punti (2) minn (c) sa (g), 3(a), (d) u (e) u 4(b) ta' dak il-paragrafu, għandhom jiġu sostitwiti bl-Artikoli 37, 38, 44 u 45 ta' din id-Direttiva.

Artikolu 33 Imposti għall-informazzjoni

1.           Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ma għandux jitlob imposta lill-utent tas-servizzi tal-ħlas talli pprovda informazzjoni skont dan it-Titolu.

2.           Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas u l-utent tas-servizzi tal-ħlas jistgħu jiftiehmu dwar imposti għal informazzjoni addizzjonali jew iktar frekwenti, jew trażmissjoni permezz ta' komunikazzjoni għajr dawk speċifikati fil-kuntratt qafas, fornut fuq talba tal-utent tas-servizzi tal-ħlas.

3.           Meta l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jista' jimponi imposti għal informazzjoni skont il-paragrafu 2, dawn ikunu xierqa u skont l-ispejjeż attwali tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas.

Artikolu 34 Il-piż tal-prova dwar rekwiżiti ta' informazzjoni

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-piż tal-provi għandu jaqa' fuq il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas biex jagħti prova li kkonforma mar-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti f'dan it-Titolu.

Artikolu 35 Deroga minn rekwiżiti ta' informazzjoni għal strumenti tal-ħlas ta' valur baxx u flus elettroniċi

1.           Fil-każijiet ta' strumenti tal-ħlas li skont il-kuntratt qafas jikkonċernaw biss tranżazzjonijiet ta' ħlas individwali li ma jeċċedux it-EUR 30 jew li għandhom limitu ta' nfiq ta' EUR 150 jew li jaħżnu fondi li fl-ebda ħin ma jeċċedux il-EUR 150:

(a) b'deroga mill-Artkoli 44, 45 u 49, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jipprovdi lil min iħallas biss b'informazzjoni dwar il-karatteristiċi prinċipali ta' servizzi ta’ ħlas, inkluż il-mod kif l-istrument tal-ħlas jista' jintuża, ir-responsabbiltà, l-imposti mitluba u informazzjoni materjali oħra meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni informata kif ukoll indikazzjoni ta' meta hija disponibbli b'mod faċilment aċċessibbli kwalunkwe informazzjoni u kundizzjonijiet oħrajn speċifikati fl-Artikolu 45;

(b) jista' jiġi miftiehem li, b'deroga mill-Artikolu 47, il-fornitur ta' servizz tal-ħlas ma għandux ikun rikjest jipproponi tibdil fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 44(1);

(c) jista' jiġi miftiehem li, b'deroga mill-Artikoli 50 u 51, wara l-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni ta' ħlas:

(i)      il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jipprovdi jew jagħmel disponibbli biss referenza li tippermetti lill-utent tas-servizzi tal-ħlas jidentifika t-tranżazzjoni ta' ħlas, l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas, kwalunkwe miżati u/jew, fil-każ ta' bosta tranżazzjonijiet ta' ħlas tal-istess tip magħmula lill-istess persuna li titħallas, l-informazzjoni dwar l-ammont totali u l-imposti għal dawk it-tranżazzjonijiet ta' ħlas;

(ii)      il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ma għandux ikun rikjest jipprovdi jew li jagħmel disponibbli l-informazzjoni msemmija fil-punt (i) jekk l-istrument tal-ħlas huwa użat b'mod unanimu jew jekk il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas altrimenti mhux teknikament f'pożizzjoni li jipprovdiha. Madankollu, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jipprovdi lil min iħallas bil-possibbiltà li jivverifika l-ammont tal-fondi maħżuna.

2.           Għal tranżazzjonijiet ta' ħlas nazzjonali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jnaqqsu jew jirdoppjaw l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu jżidu dawk l-ammonti sa EUR 500 fil-każ ta' strumenti ta' ħlas mħallsa minn qabel.

KAPITOLU 2 Tranżazzjonijiet ta’ ħlas wieħed

Artikolu 36 Kamp ta' applikazzjoni

1.           Dan il-Kapitolu japplika għal tranżazzjonijiet ta' ħlas uniċi li ma jkunux koperti minn kuntratt qafas.

2.           Meta ordni ta' ħlas għal tranżazzjoni ta' ħlas wieħed tiġi trażmessa minn strument tal-ħlas kopert b'kuntratt qafas, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ma għandux ikun obbligat iforni jew jagħmel disponibbli informazzjoni li diġà hija mogħtija lill-utent tas-servizzi tal-ħlas abbażi ta' kuntratt qafas ma' fornitur tas-servizzi tal-ħlas ieħor jew li se tingħata lilu skont dak il-kuntratt qafas.

Artikolu 37 Informazzjoni ġenerali minn qabel

1.           L-Istati Membri jitolbu li qabel ma l-utent ta' servizzi ta’ ħlas jiġi marbut bi kwalunkwe kuntratt ta' servizzi jew offerta unika, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jagħmel disponibbli l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 38. Bit-talba tal-utent tas-servizzi tal-ħlas, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jipprovdi l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet bil-miktub jew fuq mezz dejjiemi ieħor. L-informazzjoni u l-kundizzjonijiet jingħataw fi kliem li jiftiehmu faċilment u f'forma ċara u li tista' tiftiehem sewwa, f'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun offrut is-servizzi tal-ħlas jew fi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma mill-partijiet.

2.           Jekk il-kuntratt ta' servizzi ta’ ħlas uniku jkun ġie konkluż fuq talba ta’ l-utent ta' servizzi ta’ ħlas bl-użu ta’ xi mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li ma jippermettix lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jikkonforma mal-paragrafu 1, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dak il-paragrafu immedjatament wara l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta' ħlas.

3.           L-obbligi skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu wkoll jiġu skargati billi tiġi fornuta kopja tal-abbozz ta' kuntratt tas-servizz tal-ħlas wieħed jew l-abbozz ta' ordni ta' ħlas inkluż l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 38.

Artikolu 38 Informazzjoni u kundizzjonijiet

1.           L-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet segwenti jiġu fornuti jew ikunu disponibbli għall-utent tas-servizzi tal-ħlas:

(d) għandha tingħata speċifikazzjoni tal-informazzjoni jew identifikatur uniku mill-utent ta' servizz tal-ħlas biex tkun tista' tinbeda kif suppost jew tiġi eżegwita ordni ta' ħlas;

(e) iż-żmien massimu li fih jiġi fornut is-servizz tal-ħlas;

(f) l-imposti kollha li għandhom jitħallsu mill-utent tas-servizzi tal-ħlas lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tiegħu u, meta applikabbli, il-qsim dettaljat tal-ammont ta' kwalunkwe imposti;

(g) meta applikabbli, ir-rata tal-kambju attwali jew ta' referenza li għandha tiġi applikata fit-tranżazzjoni ta' ħlas.

2.           L-Istati Membri jiżguraw li għas-servizzi tal-bidu tal-ħlas, il-fornitur terz tas-servizzi ta’ ħlas għandu jipprovdi lil min iħallas b’informazzjoni dwar is-servizz offrut u informazzjoni ta’ kuntatt lill-fornitur terz tas-servizzi tal-ħlas.

3.           Meta applikabbli, kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra u kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 42 tiġi magħmula disponibbli għall-utent ta' servizzi ta’ ħlas b'mod faċilment aċċessibbli.

Artikolu 39 Informazzjoni għal min iħallas kif ukoll għal min jitħallas f’każ ta’ servizz ta' bidu ta' ħlas

Meta l-fornitur terz tas-servizzi tal-ħlas, fuq talba ta’ min iħallas, jagħti bidu għal ordni ta’ ħlas, huwa jipprovdi jew jagħmel disponibbli lil min iħallas u, meta applikabbli, lil min jitħallas, immedjatament wara l-bidu, id-dejta li ġejja:

(a) konferma tal-bidu b'suċċess tal-ordni ta' ħlas tal-ħlas bil-kont ta' min iħallas isservisjat mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas;

(b) referenza li tippermetti lil min iħallas u dak li jitħallas biex jidentifikaw t-tranżazzjoni ta' ħlas u min iħallas, meta jkun xieraq, kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta' ħlas;

(c) l-ammont tat-tranżazzjoni tal-ħlas;

(d) meta applikabbli, l-ammont ta’ kwalunkwe imposti għat-tranżazzjoni ta’ ħlas, u meta applikabbli, tqassim dettaljat tiegħu.

Artikolu 40 Informazzjoni għal-kont ta' min iħallas isservisjat mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas f'każ ta' servizz ta' bidu ta' ħlas

Meta ordni ta' ħlas tkun mibdija mis-sistema tal-fornitur terz innifsu tas-servizzi tal-ħlas, f’każ ta’ frodi jew ta’ tilwima huwa jagħmel disponibbli lil min iħallas u l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jisservisja l-kont, ir-referenza tat-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 41 Informazzjoni għal min iħallas wara li tasal l-ordni ta' ħlas

Immedjatament wara r-riċevuta tal-ordni ta' ħlas, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta' min iħallas jipprovdi jew jagħmel disponibbli lil min iħallas, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 37(1) l-informazzjoni li ġejja:

(a) referenza li tippermetti lil min iħallas jidentifika t-tranżazzjoni ta' ħlas u, meta jkun xieraq, informazzjoni dwar min jitħallas;

(b) l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas fil-valuta użata fl-ordni ta' ħlas;

(c) l-ammont ta' kwalunkwe imposti għat-tranżazzjoni ta' ħlas pagabbli minn min iħallas u, meta applikabbli, qsim dettaljat tal-ammonti ta' tali imposti;

(d) meta applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta' ħlas mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta' min iħallas jew referenza għal din, meta tkun differenti mir-rata prevista skont l-Artikolu 38(1)(d), u l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas wara l-konverżjoni f'dik il-valuta;

(e) id-data meta l-ordni ta' ħlas ġiet irċevuta.

Artikolu 42 Informazzjoni għal min jitħallas wara l-eżekuzzjoni

Immedjatament wara l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta' ħlas, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta' min jitħallas iforni jew jagħmel disponibbli d-dejta kollha li ġejja lil min jitħallas, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 37(1):

(a) ir-referenza li tippermetti lil min jitħallas jidentifika t-tranżazzjoni ta' ħlas u, fejn ikun xieraq, min iħallas, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta' ħlas;

(b) l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas fil-valuta li fihom il-fondi huma għad-dispożizzjoni ta' min qed jitħallas;

(c) l-ammont ta' kwalunkwe imposti għat-tranżazzjoni ta' ħlas pagabbli minn min jitħallas u analiżi dettaljata tal-ammont ta' tali imposti;

(d) meta applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta' ħlas mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta' min jitħallas, u l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas qabel dik il-konverżjoni tal-valuta;

(e) id-data tal-valur tal-kreditu.

KAPITOLU 3 Kuntratti qafas

Artikolu 43 Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu japplika għal tranżazzjonijiet ta' ħlas koperti minn kuntratt qafas.

Artikolu 44 Informazzjoni ġenerali minn qabel

1.           L-Istati Membri jitolbu li fi żmien xieraq qabel ma l-utent ta' servizzi ta’ ħlas jintrabat minn xi kuntratt qafas jew offerta, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jipprovdi lill-utent ta' servizzi ta’ ħlas bil-miktub jew b'mezz ieħor dejjiemi l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45. L-informazzjoni u l-kundizzjonijiet jingħataw fi kliem li jiftiehmu faċilment u f'forma ċara u li tista' tiftiehem sewwa, f'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun offrut is-servizzi tal-ħlas jew fi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma mill-partijiet.

2.           Jekk il-kuntratt qafas ikun ġie konkluż fuq talba tal-utent ta' servizzi ta’ ħlas bl-użu ta’ xi mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li ma jippermettix lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jikkonforma mal-paragrafu 1, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skont dak il-paragrafu immedjatament wara l-konklużjoni tal-kuntratt qafas.

3.           L-obbligi skont il-paragrafu 1 jistgħu wkoll jiġu rilaxxati billi tiġi fornuta kopja ta' abbozz ta' kuntratt li jinkludi l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45.

Artikolu 45 Informazzjoni u kundizzjonijiet

L-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet segwenti jiġu fornuti lill-utent tas-servizzi tal-ħlas:

1.           dwar il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas:

(a) l-isem tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, l-indirizz ġeografiku tal-uffiċċju prinċipali tiegħu u, meta applikabbli, l-indirizz ġeografiku tal-aġent jew tal-fergħa tiegħu stabbilit fl-Istat Membru fejn is-servizz tal-ħlas jiġi offrut, u kwalunkwe indirizz ieħor, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika, rilevanti għal komunikazzjoni mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas;

(b) id-dettalji tal-awtoritajiet superviżorji rilevanti u tar-reġistru li jipprovdi għalih l-Artikolu 13 jew ta' kwalunkwe reġistru pubbliku rilevanti ieħor ta' awtorizzazzjoni tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas u n-numru ta' reġistrazzjoni, jew il-mezzi ekwivalenti ta' identifikazzjoni f'dak ir-reġistru;

2.           dwar l-użu tas-servizz tal-ħlas:

(a) deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizzi tal-ħlas li se jiġu fornuti;

(b) għandha tingħata speċifikazzjoni tal-informazzjoni jew identifikatur uniku mill-utent ta' servizz tal-ħlas biex tkun tista' tinbeda kif suppost jew tiġi eżegwita ordni ta' ħlas;

(c) il-forma ta' u l-proċedura biex jingħata l-kunsens biex tinbeda jew titwettaq tranżazzjoni ta' ħlas u rtirar ta' tali kunsens skont l-Artikoli 57 u 71;

(d) referenza għall-mument meta tkun waslet l-ordni ta' ħlas kif definit fl-Artikolu 69(1) u l-limitu ta' żmien, jekk jeżisti, stabbilit mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas; u

(e) iż-żmien massimu li fih jiġu fornuti s-servizzi tal-ħlas;

(f) jekk hemmx possibbiltà ta' ftehim dwar limiti ta' nfiq għall-użu tal-istrument tal-ħlas skont l-Artikolu 60(1);

3.           dwar imposti, rati tal-interess u rati tal-kambju:

(a) l-imposti kollha li għandhom jitħallsu mill-utent tas-servizzi tal-ħlas lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tiegħu u, meta applikabbli, il-qsim dettaljat tal-ammont ta' kwalunkwe imposti;

(b) meta applikabbli, ir-rati tal-interessi u tal-kambju li għandhom jiġu applikati jew, jekk jintużaw ir-rati ta' referenza tal-interessi u tal-kambju, il-metodu ta' kalkolu tal-interessi attwali u d-data jew indiċi rilevanti jew il-bażi għad-determinazzjoni ta' tali rata ta' referenza ta' interessi jew kambju;

(c) jekk ikun hemm qbil, l-applikazzjoni immedjata ta' tibdil fir-rata ta' interessi jew ta' kambju u rekwiżiti ta' informazzjoni fir-rigward ta' tibdil skont l-Artikolu 47(2);

4.           dwar komunikazzjoni:

(a) meta applikabbli, il-mezzi ta' komunikazzjoni, inkluż rekwiżiti tekniċi għat-tagħmir u software tal-utent tas-servizzi tal-ħlas, maqbul bejn il-partijiet għat-trażmissjoni ta' informazzjoni jew notifiki skont din id-Direttiva;

(b) il-mod u l-frekwenza li bihom tiġi provduta jew tkun disponibbli l-informazzjoni skont din id-Direttiva;

(c) il-lingwa jew lingwi li biha/bihom se jiġi konkluż il-kuntratt qafas u l-komunikazzjoni involuta matul din ir-relazzjoni kuntrattwali;

(d) id-dritt tal-utent tas-servizzi tal-ħlas li jirċievi t-termini kuntrattwali tal-kuntratt qafas u informazzjoni u kundizzjonijiet skont l-Artikolu 46;

5.           dwar salvagwardji u miżuri korrettivi:

(a) meta applikabbli, deskrizzjoni ta' passi li l-utent tas-servizzi tal-ħlas għandu jieħu sabiex iżomm sikur strument tal-ħlas u kif jinnotifika l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għall-finijiet tal-Artikolu 61(1)(b); u l-proċedura sikura dwar in-notifika tal-klijent mill-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas f’każ ta’ suspett jew li fil-fatt ikun frodi jew theddid għas-sigurtà;

(b) jekk miftiehma, il-kundizzjonijiet li bihom il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jirriserva d-dritt biex iwaqqaf strument tal-ħlas skont l-Artikolu 60;

(c) ir-responsabbiltà ta' min iħallas skont l-Artikolu 66, inkluża informazzjoni dwar l-ammont rilevanti;

(d) kif u f'liema perjodu ta' żmien l-utent ta' servizzi ta’ ħlas għandu jinnotifika lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas bi kwalunkwe tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata jew mibdija jew eżegwita b'mod inkorrett skont l-Artikolu 63 kif ukoll ir-responsabbiltà tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għal tranżazzjonijiet ta' ħlas mhux awtorizzati skont l-Artikolu 65;

(e) ir-responsabbiltà tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għall-bidu jew eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet ta' ħlas skont l-Artikolu 80;

(f) il-kundizzjonijiet għall-ħlas lura skont l-Artikoli 67 u 68;

6.           dwar it-tibdil u t-terminazzjoni tal-kuntratt qafas:

(a) jekk miftiehem, informazzjoni li l-utent tas-servizzi tal-ħlas għandu jitqies li jkun aċċetta bidliet fil-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 47 sakemm ma jinnotifikax lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li hu ma jaċċettahomx qabel id-data proposta tad-dħul tagħhom fis-seħħ;

(b) it-tul ta' żmien tal-kuntratt;

(c) id-dritt tal-utent tas-servizzi tal-ħlas biex jittermina l-kuntratt qafas u kwanlunkwe ftehim relatat mat-terminazzjoni skont l-Artikoli 47(1) u l-Artikolu 48;

7.           dwar rimedju:

(a) kwalunkwe klawżola kuntrattwali dwar il-liġi applikabbli għall-kuntratt qafas u/jew il-qorti kompetenti;

(b) l-ilmenti u l-proċeduri ta' rimedju straġudizzjarji disponibbli għall-utent tas-servizzi tal-ħlas skont l-Artikoli minn 88 sa 91.

Artikolu 46 Aċċessibbiltà ta' informazzjoni u tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas

Fi kwalunkwe żmien waqt ir-relazzjoni kuntrattwali l-utent tas-servizzi tal-ħlas ikollu d-dritt, wara talba tiegħu, li jirċievi t-termini kuntrattwali ta' kuntratt qafas kif ukoll informazzjoni u kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45 bil-miktub jew bi strument dejjiemi ieħor.

Artikolu 47 Bidliet fil-kundizzjonijiet tal-kuntratti qafas

1.           Kwalunkwe bidliet fil-kuntratt qafas kif ukoll l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45, ikunu proposti mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas bl-istess mod kif stipulat fl-Artikolu 44(1) u mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-applikazzjoni proposta tagħhom.

Meta applikabbli skont il-punt (a) tal-Artikolu 45(6), il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jinforma lill-utent tas-servizzi tal-ħlas li huwa se jitqies bħala li aċċetta dawn il-bidliet jekk ma jgħarrafx lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li ma jaċċettahomx qabel id-data proposta tad-dħul fis-seħħ tagħhom. F'dan il-każ il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jispeċifika wkoll li l-utent tas-servizzi tal-ħlas jkollu d-dritt itemm il-kuntratt qafas immedjatament u mingħajr spejjeż qabel id-data tal-applikazzjoni proposta tal-bidliet.

2.           Bidliet fir-rati ta' interessi jew tal-kambju jistgħu jkunu applikati immedjatament u mingħajr avviż, jekk tali dritt ikun miftiehem fil-kuntratt qafas u jekk il-bidliet ikunu bbażati fuq ir-rati ta' interessi jew ta' kambju ta' referenza miftiehma skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 45(3). L-utent tas-servizzi tal-ħlas ikun infurmat bi kwalunkwe bidla fir-rata tal-interessi mal-ewwel ċans possibbli bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 44(1), sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu dwar frekwenza jew manjiera speċifika li biha l-informazzjoni għandha tkun fornuta jew issir disponibbli. Madankollu, bidliet fir-rati tal-interessi jew tal-kambju li huma aktar favur l-utenti tas-servizzi tal-ħlas jistgħu jiġu applikati mingħajr avviż.

3.           Bidliet fir-rata tal-interessi jew tal-kambju użata fi tranżazzjonijiet ta' ħlas ikunu implimentati u kkalkulati b'mod newtrali li ma jiddiskriminax kontra l-utenti tas-servizzi tal-ħlas.

Artikolu 48 Terminazzjoni

1.           L-utent ta' servizzi ta' ħlas jista' jtemm il-kuntratt qafas fi kwalunkwe ħin, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu fuq perjodu ta' avviż. Tali perjodu ma jistax ikun itwal minn xahar.

2.           It-terminazzjoni ta' kuntratt qafas li jkun konkluż għal perjodu fiss ta' aktar minn 12-il xahar jew għal perjodu indefinit ikun bla ħlas għall-utent ta' servizzi ta' ħlas wara li jiskadu t-12-il xahar. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-imposti għat-terminazzjoni jkunu xierqa u konsistenti mal-ispejjeż.

3.           Jekk miftiehem fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jista' jtemm il-kuntratt qafas konkluż għal perjodu indefinit billi jagħti mill-inqas xahrejn avviż bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 44(1).

4.           Imposti għas-servizzi ta' ħlas mitluba fuq bażi regolari jkunu pagabbli mill-utent ta' servizz tal-ħlas biss proporzjonalment sat-terminazzjoni tal-kuntratt. Jekk tali imposti jitħallsu bil-quddiem, huma jitħallsu lura proporzjonalment.

5.           Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri li jirregolaw l-imposti tal-partijiet li jiddikjaraw li l-kuntratt qafas ma jistax jiġi infurzat jew huwa null.

6.           L-Istati Membri jistgħu jipprevedu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-utenti ta' servizzi ta' ħlas.

Artikolu 49 Informazzjoni qabel ma jitwettqu tranżazzjonijiet ta' ħlas individwali

Fil-każ ta' tranżazzjoni ta' ħlas individwali b'kuntratt qafas mibdi minn min iħallas, fornitur ta' servizzi ta' ħlas, bit-talba ta' min iħallas għal din it-tranżazzjoni ta' ħlas speċifika, jipprovdi informazzjoni espliċita dwar iż-żmien massimu għall-eżekuzzjoni u l-imposti pagabbli minn min iħallas u, meta applikabbli, l-analiżi dettaljata tal-ammonti ta' kwalunkwe imposti.

Artikolu 50 Informazzjoni għal min iħallas dwar tranżazzjonijiet ta' ħlas individwali

1.           Wara li l-ammont ta' tranżazzjoni ta' ħlas individwali tiġi debitata mill-kont ta' min iħallas jew, meta min iħallas ma jużax kont tal-ħlas, wara l-irċevuta tal-ordni tal-ħlas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas iforni lil min iħallas mingħajr dewmien bla bżonn fl-istess mod kif imniżżel fl-Artikolu 44(1) bl-informazzjoni li ġejja:

(c) referenza li tippermetti lil min iħallas jidentifika t-tranżazzjoni ta' ħlas u, meta jkun xieraq, informazzjoni dwar min jitħallas;

(d) l-ammont ta' tranżazzjoni ta' ħlas fil-valuta li fiha l-kont tal-ħlas ta' min iħallas jiġi debitat jew fil-valuta użata għall-ordni tal-ħlas;

(e) l-ammont ta' kwalunkwe imposti mitluba għat-tranżazzjoni ta' ħlas, u, meta applikabbli, qsim dettaljat tiegħu, jew l-imgħax pagabbli minn min iħallas;

(f) meta applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta' ħlas mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas, u l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas qabel il-konverżjoni tal-valuta;

(g) id-data tal-valur ta' debitu jew id-data tal-irċevuta tal-ordni tal-ħlas.

2.           Kuntratt qafas jista' jinkludi kundizzjoni li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi fornuta jew issir disponibbli perjodikament mill-inqas darba fix-xahar u b'mod miftiehem li jippermetti lil min iħallas jaħżen u jirriproduċi informazzjoni mingħajr tibdil.

3.           Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas jipprovdu informazzjoni bil-miktub darba fix-xahar mingħajr ħlas.

Artikolu 51 Informazzjoni għal min iħallas dwar tranżazzjonijiet ta' ħlas individwali

1.           Wara l-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni ta' ħlas individwali, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas jipprovdi lil min jitħallas mingħajr dewmien bla bżonn bl-istess mod kif stabbilit fl-Artikolu 44(1) bl-informazzjoni li ġejja:

(h) ir-referenza li tippermetti lil min jitħallas jidentifika t-tranżazzjoni ta' ħlas u, meta jkun xieraq, min iħallas, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta' ħlas;

(i) l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas trasferit fil-valuta li fiha jiġi kreditat il-kont tal-ħlas ta' min jitħallas;

(j) meta applikabbli, l-ammont ta' kwalunkwe imposti għat-tranżazzjoni ta' ħlas, u meta applikabbli, qsim dettaljat tiegħu, jew l-interessi pagabbli minn min jitħallas;

(k) meta applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta' ħlas mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas, u l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas qabel dik il-konverżjoni tal-valuta;

(l) id-data tal-valur tal-kreditu.

2.           Kuntratt qafas jista' jinkludi kundizzjoni li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi fornuta jew issir disponibbli perjodikament mill-inqas darba fix-xahar u b'mod miftiehem li jippermetti lil min iħallas jaħżen u jirriproduċi informazzjoni mingħajr tibdil.

3.           Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas jipprovdu informazzjoni bil-miktub darba fix-xahar mingħajr ħlas.

KAPITOLU 4 Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 52 Valuta u konverżjoni tal-valuta

1.           Il-ħlasijiet isiru fil-valuta miftiehma bejn il-partijiet.

2.           Meta servizz ta' konverżjoni tal-valuta jkun offrut qabel il-bidu tat-tranżazzjoni ta' ħlas u meta dak is-servizz ta' konverżjoni tal-valuta jkun offrut fil-post tal-bejgħ jew minn min jitħallas, il-parti li toffri s-servizz ta' konverżjoni tal-valuta lil min iħallas tgħarraf lil min iħallas bl-imposti kollha kif ukoll bir-rata tal-kambju li għandha tintuża għall-konverżjoni tat-tranżazzjoni ta' ħlas.

Min iħallas jaċċetta s-servizz tal-konverżjoni tal-valuta fuq dik il-bażi.

Artikolu 53 Informazzjoni dwar imposti jew tnaqqis addizzjonali

3.           Meta, għall-użu ta' xi strument tal-ħlas partikolari, min jitħallas jitlob imposti jew joffri tnaqqis, min jitħallas jinforma lil min iħallas dwar dan qabel ma tinbeda t-tranżazzjoni ta' ħlas.

4.           Meta, għall-użu ta' xi strument tal-ħlas partikolari, fornitur ta' servizzi ta' ħlas jew parti terza jitolbu l-ħlas ta' imposti, jinfurmaw lill-utent ta' servizzi ta' ħlas dwar dan qabel ma tinbeda t-tranżazzjoni ta' ħlas.

TITOLU IV DRITTIJIET U OBBLIGI FIR-RIGWARD TAL-FORNIMENT U L-UŻU TA' SERVIZZI TA' ĦLAS

KAPITOLU 1 Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 54 Kamp ta' applikazzjoni

1.           Meta l-utent tas-servizz tal-ħlas ma jkunx konsumatur, l-utent tas-servizz tal-ħlas u l-fornitur tas-servizz ta' ħlas jistgħu jiftiehmu li l-Artikoli 55(1), l-Artikolu 57(3), u l-Artikoli 64, 66, 67, 68, 71 u 80 ma japplikawx għal kollox jew lanqas parzjalment. L-utent tas-servizz ta' ħlas u l-fornitur tas-servizz ta' ħlas jista' jiftiehem ukoll dwar perjodu ta' żmien differenti minn dak stabbilit fl-Artikolu 63.

2.           L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-Artikolu 91 ma japplikax meta l-utent tas-servizz ta' ħlas mhuwiex konsumatur.

3.           L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-dispożizzjonijiet f'dan it-Titolu japplikaw għal mikrointrapriżi bl-istess mod bħal ma japplikaw għall-konsumaturi.

4.           Din id-Direttiva hija wkoll mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/48/KE jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' kreditu lill-konsumaturi, li mhumiex armonizzati minn din id-Direttiva u li huma f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 55 Imposti applikabbli

1.           Il-fornitur tas-servizzi ta' ħlas ma jistax jitlob ħlas lill-utent tas-servizzi ta' ħlas għat-twettiq tal-obbligi tiegħu ta' informazzjoni jew miżuri korrettivi u preventivi taħt dan it-Titolu, għajr jekk speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 70(1), 71(5) u 79(2). Dawk l-imposti jkunu miftiehma mill-utent tas-servizzi ta' ħlas u l-fornitur tas-servizzi ta' ħlas u jkunu xierqa u skont l-ispejjeż attwali tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas.

2.           Meta tranżazzjoni ta' ħlas ma tkunx tinvolvi xi konverżjoni ta' valuta, l-Istati Membri jitolbu li min jitħallas iħallas l-imposti imposti mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu, u li min iħallas iħallas id-drittijiet imposti mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu.

3.           Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ma għandux iżomm lil min jitħallas milli jitlob imposta minn min iħallas, joffrilu tnaqqis jew jidderiġih lejn l-użu ta' strument tal-ħlas partikolari. Kwalunkwe ħlas applikat ma għandux, madankollu, jaqbeż l-ispejjeż imġarrba mill-benefiċjarju biex juża strument tal-ħlas partikolari.

4.           Madankollu, l-Istati Membri jiżguraw li min jitħallas ma għandux jitlob imposti għall-użu tal-istrumenti tal-ħlas li għalihom it-tariffi tal-interkambju huma regolati skont ir-Regolament (UE) Nru [XX/XX/XX/] [l-UP idaħħal in-numru tar-Regolament ladarba jiġi adottat]

Artickolu 56 Deroga għal strumentii tal-ħlas ta' valur baxx u flus elettroniċi

1.           Fil-każ ta' strumenti tal-ħlas li skont il-kuntratt qafas, jikkonċernaw biss tranżazzjonijiet ta' ħlas individwali li ma jeċċedux l-EUR 30 jew li jkollhom limitu ta' nfiq ta' EUR 150 jew fondi ta' ħażna li fl-ebda ħin ma jeċċedu l-EUR 150, il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas jistgħu jiftiehmu mal-utenti ta' servizzi ta' ħlas tagħhom li:

(a) L-Artikolu 61(1)(b) u l-Artikolu 62(1)(c) u (d) kif ukoll l-Artikolu 66(2) ma japplikawx jekk l-istrument tal-ħlas ma jippermettix l-ibblukklar tiegħu jew il-prevenzjoni ta' aktar użu tiegħu;

(b) L-Artikoli 64, 65 u l-Artikolu 66(1) u (2) ma japplikawx jekk l-istrument tal-ħlas jintuża anonimament jew il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas mhux f'pożizzjoni għal raġunijiet oħrajn li huma intrinsiċi għall-istrument tal-ħlas biex jagħti prova li tranżazzjoni kienet awtorizzata;

(c) b'deroga mill-Artikolu 70(1), il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ma għandux għalfejn jinnotifika lill-utent ta' servizzi ta' ħlas dwar ir-rifjut tal-ordni tal-ħlas, jekk in-nuqqas tal-eżekuzzjoni jkun apparenti mill-kuntest;

(d) b'deroga mill-Artikolu 71, min iħallas ma jistax jirrevoka l-ordni tal-ħlas wara li jitrasmetti l-ordni tal-ħlas jew jagħti l-kunsens tiegħu għaliha għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta' ħlas lil min jitħallas;

(e) b'deroga mill-Artikoli 74 u 75, perjodi ta' eżekuzzjoni oħra japplikaw.

2.           Għal tranżazzjonijiet ta' ħlas nazzjonali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jnaqqsu jew jirdoppjaw l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1. Fir-rigward ta' strumenti tal-ħlas imħallsa minn qabel huma jistgħu jżidu l-ammonti sa EUR 500.

3.           L-Artikoli 65 u 66 ta' din id-Direttiva japplikaw ukoll għall-flus elettroniċi fis-sens tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE, ħlief meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas ma jkunx jista' jiffriża l-kont tal-ħlas jew jibblokka l-istrument tal-ħlas. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw din id-deroga għal kontijiet ta' ħlas jew strumenti ta' ħlas ta' ċertu valur.

KAPITOLU 2 Awtorizzazzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas

Artikolu 57 Kunsens u rtirar tal-kunsens

1.           L-Istati Membri jiżguraw li tranżazzjoni ta' ħlas tkun ikkunsidrata bħala awtorizzata biss jekk min iħallas ikun ta l-kunsens tiegħu għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni ta' ħlas. Tranżazzjoni ta' ħlas tista' tiġi awtorizzata minn min iħallas qabel jew, jekk hekk miftiehem bejn min iħallas u l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu, wara l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta' ħlas.

2.           Il-kunsens biex titwettaq tranżazzjoni ta' ħlas jew serje ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas jingħata fil-forma miftiehma bejn min iħallas u l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas. Il-kunsens jista' jingħata wkoll direttament jew indirettament minn min jitħallas. Il-kunsens biex titwettaq tranżazzjoni ta' ħlas jiġi kkunsidrat ukoll bħala mogħti meta min iħallas jawtorizza parti terza ta' fornitur ta' servizzi ta' ħlas biex jibda tranżazzjoni ta' ħlas mal-kont li jagħti servizz lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas.

Fin-nuqqas ta' kunsens bħal dan, tranżazzjoni ta' ħlas tkun ikkunsidrata bħala mhux awtorizzata.

3.           Il-kunsens jista' jiġi rtirat fi kwalunkwe ħin minn min iħallas, iżda mhux aktar tard mill-punt ta' irrevokabbiltà skont l-Artiklu 71. Il-kunsens għal eżekuzzjoni ta' serje ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas jista' wkoll jiġi rtirat bl-effett li kwalunkwe tranżazzjoni ta' ħlas futura għandha titqies bħala mhux awtorizzata.

4.           Il-proċedura biex jingħata l-kunsens tiġi miftiehma bejn min iħallas u l-fornitur(i) tas-servizzi tal-ħlas.

Artikolu 58 Aċċess għal u l-użu ta' informazzjoni dwar kont tal-ħlas minn parti terza tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas

1.           L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas ikollu d-dritt li jagħmel użu minn fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza biex jikseb is-servizzi ta' ħlas li jippermettu l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas kif imsemmi fil-punt (7) tal-Anness I.

2.           Meta fornitur tas-servizz tal-ħlas ta' parti terza jkun ġie awtorizzat minn min iħallas biex jipprovdi servizzi tal-ħlas skont il-paragrafu 1, huwa jirrispetta l-obbligi li ġejjin:

(f) li jiżgura li l-karatteristiċi personalizzati tas-sigurtà tal-utent ta' servizzi ta' ħlas ma jkunux aċċessibbli għal partijiet oħra;

(g) li jawtentika lilu nnifsu b'mod inekwivokabbli lejn il-fornitur(i) tas-servizz tal-ħlas għall-manteniment tal-kontijiet tas-sid tal-kont.

(h) li ma jaħżinx dejta sensittiva dwar il-ħlas jew il-kredenzjali tas-sigurtà personalizzati tal-utent ta' servizzi ta' ħlas.

3.           Meta, għal servizz ta' inizjazzjoni tal-ħlas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet jirċievi l-ordni għall-ħlas ta' min iħallas permezz tas-servizzi ta' fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, dan tal-ewwel jgħarraf immedjatament lil dan tal-aħħar bil-wasla tal-ordni tal-ħlas u jipprovdi informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' fondi suffiċjenti għal tranżazzjoni ta' pagament speċifikat.

4.           Il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas li jservu l-kont jittrattaw l-ordnijiet għall-ħlas trażmessi permezz tas-servizzi ta' fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza mingħajr ebda diskriminazzjoni għal raġunijiet oħra, għajr dawk oġġettiv f'termini ta' żmien u ta' prijorità fil-konfront ta' ordnijiet tal-ħlas trażmessi direttament minn min iħallas innifsu.

Artikolu 59 Aċċess għal u l-użu ta' informazzjoni dwar il-kontijiet tal-ħlas minn emittenti tal-istrumenti tal-ħlas li huma parti terza

1.           L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas ikollu d-dritt li jagħmel użu mill-emittent tal-istrument tal-ħlas ta' parti terza.

2.           Jekk min iħallas ikun ta l-kunsens tiegħu lil emittent tal-istrument tal-ħlas ta' parti terza li jkun ipprovda lil min iħallas bi strument tal-ħlas biex jikseb informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' biżżejjed fondi għal tranżazzjoni ta' ħlas speċifika fuq kont tal-ħlas speċifiku li jkun ta' min iħallas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet tal-ħlas speċifiku jipprovdi din l-informazzjoni lill-emittent tal-istrument tal-ħlas ta' parti terza mal-wasla tal-ordni tal-ħlas ta' min iħallas.

3.           Il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas li jservu l-kont jittrattaw l-ordnijiet għall-ħlas trażmessi permezz tas-servizzi ta' emittent ta' strument ta' pagament ta' parti terza mingħajr ebda diskriminazzjoni għal raġunijiet oħra, għajr dawk oġġettivi f'termini ta' żmien u ta' prijorità fir-rigward ta' ordnijiet tal-ħlas trażmessi direttament u personalment minn min iħallas.

Artikolu 60 Limiti tal-użu tal-istrument tal-ħlas

1.           F'każijiet meta strument tal-ħlas speċifiku jintuża għall-finijiet ta' għoti tal-kunsens, min iħallas u l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu jistgħu jiftiehmu fuq limiti ta' nfiq għal tranżazzjonijiet ta' ħlas eżegwiti permezz ta' dak l-istrument ta' ħlas.

2.           Jekk miftiehem fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jista' jirriserva d-dritt li jimblokka l-użu tal-istrument tal-ħlas għal raġunijiet oġġettivament ġustifikabbli relatati mas-sigurtà tal-istrument tal-ħlas, is-suspett ta' użu mhux awtorizzat jew frodulenti tal-istrument tal-ħlas jew, fil-każ ta' strument tal-ħlas b'linja ta' kreditu, riskju sinifikantement akbar li min iħallas jista' ma jkunx kapaċi jissodisfa r-responsabbiltà li jħallas.

3.           F'tali każijiet il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jinforma lil min iħallas dwar l-imblokkar tal-istrument tal-ħlas u r-raġunijiet għal dan b'mod miftiehem, meta possibbli, qabel ma l-istrument tal-ħlas jiġi imblokkat u mhux aktar tard minn immedjatament wara li jiġi imblokkat, sakemm il-fatt li tingħata tali informazzjoni ma jikkompromettix raġunijiet ta' sigurtà oġġettivament ġustifikati jew ma jkunx projbit permezz ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali.

4.           Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jiżblokka l-istrument tal-ħlas jew jissostitwixxih bi strument ġdid tal-ħlas ladarba r-raġunijiet għall-imblokkar ma jeżistux aktar.

Article 61 Obbligi tal-utent ta' servizzi ta' ħlas fir-rigward tal-istrumenti tal-ħlas

1.           L-utent ta' servizzi ta' ħlas intitolat li juża strument tal-ħlas jirrispetta l-obbligi li ġejjin:

(i) li juża l-istrument tal-ħlas skont it-termini oġġettivi, mhux diskriminatorji u proporzjonati li jirregolaw il-ħruġ u l-użu tal-istrument tal-ħlas;

(j) li jgħarraf lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, jew lill-entità speċifikata minn dan tal-aħħar, mingħajr dewmien bla bżonn wara li jinduna bit-telf, serq jew miżapproprjazzjoni tal-istrument tal-ħlas jew bl-użu mhux awtorizzat tiegħu.

2.           Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-utent tas-servizz tal-ħlas, b'mod partikolari, hekk kif jirċievi strument tal-ħlas, jieħu l-passi raġonevoli kollha biex iħares il-karatteristiċi personalizzati tas-sigurtà tiegħu. L-obbligi ta' kura tal-utenti ta' servizzi ta' ħlas ma għandhomx itellfu l-użu ta' xi strument tal-ħlas u servizzi awtorizzati b'din id-Direttiva.

Artikolu 62 Obbligi tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas fir-rigward ta' strumenti tal-ħlas

1.           Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas li jkun qed joħroġ strument tal-ħlas jirrispetta l-obbligi li ġejjin:

(a) li jiżgura li l-karatteristiċi personalizzati ta' sigurtà ta' strument tal-ħlas ma jkunux aċċessibbli għal partijiet li mhumiex l-utent ta' servizzi tal-ħlas intitolat li juża l-istrument tal-ħlas, mingħajr preġudizzju għall-obbligi fuq l-utent ta' servizzi tal-ħlas stabbiliti fl-Artikolu 61;

(b) li ma jibgħatx strument tal-ħlas mingħajr ma dan ikun mitlub, ħlief meta strument tal-ħlas li diġà jkun ġie mogħti lill-utent ta' servizzi tal-ħlas għandu jkun sostitwit;

(c) li jiżgura li jkun hemm mezzi xierqa disponibbli l-ħin kollu biex jippermettu li l-utent ta' servizzi ta' ħlas ikun jista' jinnotifika skont l-Artikolu 61(1)(b) jew jitlob żblokk skont l-Artikolu 60(4); wara talba, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jipprovdi lill-utent ta' servizzi ta' ħlas il-mezzi biex jagħti prova, għal 18-il xahar min-notifika, li hu għamel tali notifika;

(d) li jipprovdi lil min iħallas b'għażla li jagħmel notifika skont l-Artikolu 61(1)(b) mingħajr ħlas u għall-ħlas, jekk xejn, biss tal-ispejjeż tas-sostituzzjoni direttament attribwiti għall-istrument tal-ħlas;

(e) li jipprevjeni kull użu tal-istrument tal-ħlas ladarba n-notifika skont l-Artikolu 61(1)(b) tkun saret.

2.           Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas iġorr ir-riskju li jibgħat strument tal-ħlas lil min iħallas jew li jibgħat kwalunkwe karatteristiċi personalizzati ta' sigurtà tiegħu.

Artikolu 63 Notifika ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas eżegwita mingħajr awtorizzazzjoni jew imwettqa skorrettament

1.           L-utent ta' servizzi ta' ħlas jikseb rettifika mingħand il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas li jservu l-kont biss jekk hu jinnotifika lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas mingħajr dewmien bla bżonn malli jsir konxju ta' kwalunkwe tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata jew eżegwita skorrettament li tirriżulta fi pretensjoni, inkluża dik skont l-Artikolu 80, u mhux aktar tard minn 13-il xahar wara d-data tad-debitu, sakemm, meta applikabbli, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ikun naqas milli jipprovdi jew jagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar dik it-tranżazzjoni ta' ħlas skont it-Titolu III.

2.           Meta fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza jkun involut, l-utent ta' servizzi ta' ħlas ukoll jikseb rettifika mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 65(2) u l-Artikolu 80(1).

Artikolu 64 Evidenza dwar l-awtentiċità u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet ta' ħlas

1.           L-Istati Membri jitolbu li, meta utent ta' servizzi ta' ħlas jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta' ħlas li tkun ġiet eżegwita jew jiddikjara li t-tranżazzjoni ta' ħlas tkun ġiet imwettqa skorrettament, huwa f'idejn il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas u, jekk involut u jekk xieraq, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, li jagħti prova li t-tranżazzjoni ta' ħlas kienet ġiet awtentikata, dokumentata b'mod preċiż, imdaħħla fil-kontijiet u mhux affettwata minn xi ħsara teknika jew xi difett ieħor.

Jekk it-tranżazzjoni ta' ħlas tkun inbdiet mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, il-piż jaqa' fuq dan tal-aħħar biex jiġi ppruvat li t-tranżazzjoni tal-ħlas ma ġietx affettwata minn problema teknika jew defiċenzi oħra marbuta mas-servizzi tal-ħlas li huwa responsabbli għalihom;

2.           meta utent ta' servizzi ta' ħlas jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta' ħlas li tkun ġiet eżegwita, l-użu ta' strument tal-ħlas irreġistrat mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, inkluż il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, ma għandux fih innifsu jkun neċessarjament biżżejjed bħala prova li t-tranżazzjoni ta' ħlas kienet awtorizzata minn min iħallas jew li min iħallas ikunx aġixxa b'mod frodulenti jew naqas b'intenzjoni jew traskuraġni serja milli jissodisfa xi obbligu jew obbligi tiegħu skont l-Artikolu 61.

Artikolu 65 Ir-responsabbiltà tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għal tranżazzjonijiet ta' ħlas mhux awtorizzati

1.           L-Istati Membri jiżguraw li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63, fil-każ ta' tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas jagħti lura immedjatament lil min iħallas l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata u, meta applikabbli, jerġa' jġib il-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku ma seħħetx it-tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata. Dan jiżgura wkoll li d-data tal-valur tal-kreditu għall-kont tal-ħlas ta' min iħallas ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie debitat.

2.           Meta jkun involut il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas iħallas lura l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata u meta applikabbli, ireġġa' lura l-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata ma seħħitx. Jista' jkun applikabbli kumpens finanzjarju lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza.

3.           Jista' jiġi stabbilit aktar kumpens finanzjarju skont il-liġi applikabbli għall-kuntratt konkluż bejn min iħallas u l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jew il-kuntratt konkluż bejn min iħallas u l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza jekk applikabbli.

Artikolu 66 Ir-responsabbiltà ta' min iħallas għal tranżazzjonijiet ta' ħlas mhux awtorizzati

1.           B'deroga mill-Artikolu 65, min iħallas jista' jkun obbligat iġorr it-telf relatat ma' kwalunkwe tranżazzjoni ta' ħlas mhux awtorizzata, sa massimu ta' EUR 50, li jirriżulta mill-użu ta' strument tal-ħlas mitluf jew misruq jew mill-misapprorjazzjoni ta' strument tal-ħlas.

Min iħallas iġarrab it-telf kollu li jirrigwarda tranżazzjonijiet ta' ħlas mhux awtorizzati jekk hu jkun ġarrabhom b'aġir frodulenti jew billi jkun naqas milli jissodisfa xi obbligu jew obbligi skont l-Artikolu 61 b'intenzjoni jew bi traskuraġni serja. F'tali każijiet, l-ammont massimu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma japplikax. Għall-ħlasijiet permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ma jeħtieġx awtentikazzjoni serja tal-klijent, min iħallas ibati biss kwalunkwe konsegwenzi finanzjarji meta jkun aġixxa b'mod frodulenti. Jekk min jitħallas jew il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas jonqsu milli jaċċettaw awtentikazzjoni serja tal-klijent, huma jħallsu lura d-dannu finanzjarju kkawżat lill-fornitur tas-servizzi tal-pagamenti ta' min iħallas.

2.           Min iħallas ma għandux iġorr konsegwenzi finanzjarji li jirriżultaw mill-użu ta' strument tal-ħlas mitluf, misruq jew miżapproprjat wara n-notifika skont l-Artikolu 61(1)(b), ħlief meta jkun aġixxa b'mod frodulenti. Jekk il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ma jipprovdix mezzi xierqa biex tkun tista' ssir notifika f'kull ħin meta strument tal-ħlas jintilef, jinsteraq jew jiġi miżapproprjat skont l-Artikolu 62(1)(c), min iħallas ma għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji li jirriżultaw mill-użu ta' dak l-istrument tal-ħlas, ħlief meta dan ikun aġixxa b'mod frodulenti.

Artikolu 67 Ħlas lura għal tranżazzjonijiet ta' ħlas mibdija minn min jitħallas jew permezz tiegħu

1.           L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas ikun intitolat għal ħlas lura mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu għal tranżazzjoni ta' ħlas awtorizzata li tkun diġa twettqet, mibdija minn min jitħallas jew permezz tiegħu, jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(f) l-awtorizzazzjoni ma speċifikatx l-ammont eżatt tat-tranżazzjoni ta' ħlas meta saret l-awtorizzazzjoni;

(g) l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas jeċċedi l-ammont li min iħallas seta' raġonevolment stenna b'kunsiderazzjoni l-mudell ta' nfiq preċedenti, il-kundizzjonijiet fil-kuntratt qafas u ċ-ċirkostanzi rilevanti tal-każ.

Bit-talba tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, min iħallas iġorr il-piż biex jagħti prova li tali kundizzjonijiet huma ssodisfati.

Il-ħlas lura jikkonsisti fl-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta' ħlas imwettqa. Dan jiżgura wkoll li d-data tal-valur tal-kreditu għall-kont tal-ħlas ta' min iħallas ma għandhiex mhix aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie debitat.

Għad-debiti diretti min iħallas ikollu dritt mingħajr kundizzjonijiet għal ħlas lura fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 68, ħlief meta min jitħallas ikun diġà ssodisfa l-obbligi kuntrattwali u s-servizzi jkunu diġà ġew irċevuti jew l-oġġetti jkunu diġà ġew ikkunsmati minn min iħallas. Bit-talba tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, min jitħallas iġorr il-piż biex jagħti prova li l-kundizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu huma ssodisfati.

2.           Madankollu, għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, min iħallas ma għandux jistrieħ fuq raġunijiet tal-kambju tal-valuta jekk tkun ġiet applikata r-rata tal-kambju ta' referenza miftiehma mal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu skont l-Artikoli 38(1)(d) u 45(3)(b).

3.           Jista' jiġi miftiehem fil-kuntratt qafas bejn min iħallas u l-fornitur tas-servizzi ta' ħlas li min iħallas ma għandu l-ebda dritt għal ħlas lura fil-każ meta jkun ta l-kunsens tiegħu għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni ta' ħlas direttament lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas u, meta applikabbli, l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni ta' ħlas futura kienet ipprovduta jew magħmula disponibbli b'mod miftiehem lil min iħallas għal tal-inqas erba' ġimgħat qabel id-data mistennija mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jew minn min jitħallas.

Artikolu 68 Talbiet ta' ħlas lura għal tranżazzjonijiet ta' ħlas mibdija minn min jitħallas jew permezz tiegħu

1.           L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas jista' jitlob il-ħlas lura msemmi fl-Artikolu 67 ta' tranżazzjoni ta' ħlas awtorizzata mibdija minn min jitħallas jew permezz tiegħu, matul perjodu ta' tmien ġimgħat mid-data li fiha jkunu ġew iddebitati l-fondi.

2.           Fi żmien għaxart ijiem ta' negozju minn meta jirċievi talba għal ħlas lura, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas iħallas lura l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta' ħlas jew jipprovdi ġustifikazzjoni għaċ-ċaħda tal-ħlas lura, filwaqt li jindika l-entitajiet li lilhom min iħallas jista' jirreferi l-kwistjoni skont l-Artikoli minn 88 sa 91 jekk ma jaċċettax il-ġustifikazzjoni mogħtija.

Id-dritt skont l-ewwel subparagrafu tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas li jirrifjuta l-ħlas lura ma għandux japplika fil-każ tar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 67(1).

KAPITOLU 3 L-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas

Taqsima 1 Ordnijiet tal-ħlas u ammonti trasferiti

Artikolu 69 Riċevuti tal-ordnijiet tal-ħlas

1.           L-Istati Membri jiżguraw li l-ħin partikolari tal-wasla huwa l-mument meta l-ordni tal-ħlas trażmessa direttament minn min iħallas jew f'ismu fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza jew indirettament minn jew permezz ta' min jitħallas hija riċevuta mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas. Jekk il-ħin partikolari tar-riċevuta ma jkunx f'jum ta' negozju għall-fornitur tas-servizzi ta' ħlas ta' min iħallas, l-ordni tal-ħlas titqies bħala li waslet fil-jum ta' negozju li jmiss. Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jista' jistabbilixxi ħin limitu qrib it-tmiem tal-jum ta' negozju li warajh kull ordni ta' ħlas li tiġi rċevuta titqies bħala li ġiet irċevuta fil-jum ta' negozju li jkun imiss.

2.           Jekk l-utent ta' servizzi ta' ħlas li jibda ordni tal-ħlas u l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu jiftiehmu li l-eżekuzzjoni tal-ordni tal-ħlas tibda f'jum speċifiku jew fi tmiem perjodu speċifiku jew fil-jum li fih min iħallas ikun poġġa fondi għad-dispożizzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu l-ħin partikolari tar-riċevuta għall-finijiet tal-Artikolu 74 jitqies li huwa l-jum miftiehem. Jekk il-jum miftiehem mhuwiex jum ta' negozju għall-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, l-ordni tal-ħlas irċevuta titqies bħala li ġiet irċevuta fil-jum ta' negozju li jmiss.

Artikolu 70 Rifjut tal-ordnijiet tal-ħlas

1.           Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jirrifjuta li jwettaq ordni tal-ħlas, ir-rifjut u, jekk possibbli, ir-raġunijiet għalih u l-proċedura biex ikunu korretti kwalunkwe żbalji fattwali li wasslu għar-rifjut jiġu nnotifikati lill-utent ta' servizzi ta' ħlas, ħlief jekk projbit minn leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti oħra.

Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jagħti jew jagħmel disponibbli n-notifika b'mod miftiehem mal-ewwel opportunità, u fi kwalunkwe każ fil-perjodi speċifikati skont l-Artikolu 74.

Il-kuntratt qafas jista' jinkludi kundizzjoni li l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jista' jitlob ħlas għal tali notifika jekk ir-rifjut ikun iġġustifikat oġġettivament.

2.           Meta l-kundizzjonijiet kollha mniżżla fil-kuntratt qafas ta' min iħallas ikunu ssodisfati, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet ma għandux jirrifjuta li jwettaq ordni tal-ħlas awtorizzata irrispettivament minn jekk l-ordni tal-ħlas tkunx mibdija minn min iħallas, jew f'ismu minn fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza jew minn min jitħallas jew permezz tiegħu, ħlief jekk ipprojbit minn leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti oħra.

3.           Għall-finijiet tal-Artikoli 74 u 80, ordni tal-ħlas li l-eżekuzzjoni tagħha tkun ġiet rifjutata titqies bħala li ma tkunx waslet.

Artikolu 71 L-irrevokabilità ta' ordni tal-ħlas

1.           L-Istati Membri jiżguraw li l-utent ta' servizzi ta' ħlas ma jkunx jista' jirrevoka ordni tal-ħlas ladarba tkun ġiet irċevuta mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas, ħlief jekk speċifikat mod ieħor f'dan l-Artikolu.

2.           Meta t-tranżazzjoni tal-ħlas tinbeda minn parti terza f'isem il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas jew minn min jitħallas jew permezz tiegħu, min iħallas ma jistax jirrevoka l-ordni ta' ħlas wara li l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza jingħata l-kunsens biex jibda t-tranżazzjoni tal-ħlas jew wara li jkun trażmessa l-ordni tal-ħlas jew ta l-kunsens tiegħu għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta' ħlas lil min jitħallas.

3.           Madankollu, fil-każ ta' debitu dirett u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' ħlas lura, min iħallas jista' jirrevoka l-ordni tal-ħlas sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-jum ta' negozju ta' qabel il-jum miftiehem għall-iddebitar tal-fondi.

4.           Fil-każ imsemmi l-Artikolu 69(2) l-utent ta' servizzi ta' ħlas jista' jirrevoka l-ordni tal-ħlas sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-jum ta' negozju li jippreċedi l-jum miftiehem.

5.           Wara l-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafi minn 1 sa 4, l-ordni tal-ħlas tista' tiġi revokata biss jekk hekk ikun miftiehem bejn l-utent ta' servizzi ta' ħlas u l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas rilevanti. Fil-każ imsemmi fil-paragrafi 2 u 3, qbil min-naħa ta' min jitħallas ikun ukoll meħtieġ. Jekk hekk miftiehem fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jista' jimponi revoka.

Artikolu 72 Ammonti trasferiti u ammonti riċevuti

1.           L-Istati Membri jitolbu li l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas, il-fornitur(i) tas-servizzi tal-ħlas ta' min jitħallas u kwalunkwe intermedjarji tal-fornituri ta' servizzi ta' ħlas jittrasferixxu l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta' ħlas u jżommu lura milli jnaqqsu imposti mill-ammont trasferit.

2.           Madankollu, min jitħallas u l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu jistgħu jiftiehmu li l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas inaqqas l-imposti tiegħu mill-ammont trasferit qabel ma jikkreditah lil min jitħallas. F'dak il-każ l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta' ħlas u d-drittijiet ikunu sseparati fl-informazzjoni mogħtija lil min jitħallas.

3.           Jekk kwalunkwe imposti minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 ikunu mnaqqsa mill-ammont trasferit, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas jiżgura li min jitħallas jirċievi l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta' ħlas mibdija minn min iħallas. F'każijiet meta t-tranżazzjoni ta' ħlas tinbeda minn min jitħallas jew permezz tiegħu, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu jiżgura li l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta' ħlas ikun riċevut minn min jitħallas.

Taqsima 2 Ħin ta' eżekuzzjoni u d-data tal-valur

Artikolu 73 Kamp ta' applikazzjoni

1.           Din it-Taqsima tapplika għal:

(a) tranżazzjonijiet ta' ħlas f'euro;

(b) tranżazzjonijiet ta' ħlas nazzjonali fil-valuta tal-Istat Membru barra ż-żona tal-euro;

(c) tranżazzjonijiet ta' ħlas li jinvolvu biss konverżjoni ta' valuta waħda bejn l-euro u l-valuta uffiċjali ta' Stat Membru barra ż-żona tal-euro, bil-kundizzjoni li l-konverżjoni tal-valuta meħtieġa ssir fl-Istat Membru kkonċernat li huwa barra ż-żona tal-euro u, fil-każ ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas transfruntiera, it-trasferiment transfruntiera jseħħ f'euro.

2.           Din it-Taqsima tapplika għal tranżazzjonijiet ta' ħlas oħra, ħlief jekk ikun miftiehem mod ieħor bejn l-utent ta' servizzi ta' ħlas u l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 78, li mhux għad-dispożizzjoni tal-partijiet. Madankollu, meta l-utent tas-servizz tal-ħlas u l-fornitur tas-servizz tal-ħlas jiftiehmu fuq perjodu itwal minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 74, għal tranżazzjonijiet ta' ħlas fl-Unjoni dan il-perjodu ma għandux jaqbeż l-erbat ijiem ta' negozju wara l-mument tal-wasla skont l-Artikolu 69.

Artikolu 74 Tranżazzjonijiet ta' ħlas għal kont tal-ħlas

1.           L-Istati Membri jitolbu li l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas jiżgura li, wara l-ħin partikolari tal-wasla skont l-Artikolu 69, l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas jiġi kkreditat fil-kont tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas sa mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta' negozju li jkun imiss. Dawn il-perjodi jistgħu jiġu estiżi b'jum ta' negozju ieħor għal tranżazzjonijiet ta' ħlas mibdija bil-miktub.

2.           L-Istati Membri jitolbu li l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas jagħti data ta' valur u jagħmel disponibbli l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas lill-kont tal-ħlas ta' min jitħallas wara li l-fornitur tas-servizzi ta' ħlas ikun irċieva l-fondi skont l-Artikolu 78.

3.           L-Istati Membri jitolbu li l-fornitur tas-servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas jittrasmetti ordni ta' ħlas mibdija minn min jitħallas jew permezz tiegħu lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas fil-limiti taż-żmien miftiehma bejn min jitħallas u l-fornitur tiegħu tas-servizz ta' ħlas, b'hekk jippermetti saldu, sa fejn għandu x'jaqsam id-debitu dirett, fid-data mistennija miftiehma.

Artikolu 75 Nuqqas tal-kont tal-ħlas ta' min jitħallas mal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas

Meta min jitħallas ma jkollux kont tal-ħlas mal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, il-fondi jsiru disponibbli għal min jitħallas mill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas li jirċievi l-fondi għal min jitħallas fil-perjodu speċifikat fl-Artikoli 74.

Artikolu 76 Flus imqiegħda f'kont tal-ħlas

Meta konsumatur iqiegħed flus kontanti f'kont tal-ħlas ma' dak il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas fil-valuta ta' dak il-kont tal-ħlas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jiżgura li l-ammont huwa disponibbli u mogħti data ta' valur immedjatament wara l-ħin tar-riċevuta tal-fondi. Meta l-utent ta' servizzi ta' ħlas mhuwiex konsumatur, l-ammont ikun disponibbli u mogħti data ta' valur sa mhux aktar tard mill-jum ta' negozju ta' wara r-riċevuta tal-fondi.

Artikolu 77 Tranżazzjonijiet nazzjonali ta' ħlas

Għal tranżazzjonijiet ta' ħlas nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu perjodi massimi ta' eżekuzzjoni iqsar minn dawk previsti f'din it-Taqsima.

Artikolu 78 Data tal-valur u disponibbiltà tal-fondi

1.           L-Istati Membri jiżguraw li d-data ta' valur tal-kreditu għall-kont tal-ħlas ta' min jitħallas mhijiex aktar tard mill-jum ta' negozju li fih l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas huwa kkreditat lill-kont tal-fornitur tas-servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas.

Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas jiżgura li l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas tkun għad-dispożizzjoni ta' min jitħallas immedjatament wara li dak l-ammont ikun ikkreditat għall-kont tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas, inklużi wkoll pagamenti fi ħdan fornitur ta' servizzi ta' ħlas wieħed.

2.           L-Istati Membri jiżguraw li d-data ta' valur tad-debitu għall-kont tal-ħlas ta' min iħallas mhijiex aktar kmieni miż-żmien li fih l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas ikun iddebitat lil dak il-kont tal-ħlas.

Taqsima 3 Responsabbiltà

Artikolu 79 Identifikaturi uniċi skorretti

1.           Jekk ordni tal-ħlas tkun imwettqa skont l-identifikatur uniku, l-ordni tal-ħlas titqies li twettqet b'mod korrett fir-rigward ta' min jitħallas speċifikat mill-identifikatur uniku.

2.           Jekk l-identifikatur uniku pprovdut mill-utent ta' servizzi ta' ħlas ma jkunx korrett, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ma għandux ikun responsabbli skont l-Artikolu 80 għan-nuqqas ta' eżekuzzjoni jew għall-eżekuzzjoni difettuża tat-tranżazzjoni ta' ħlas.

3.           Madankollu, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jagħmel sforz bona fide biex jirkupra l-fondi li jkunu involuti fit-tranżazzjoni ta' ħlas.

4.           Jekk miftiehem fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jista' jitlob ħlas għall-irkupru mill-utent ta' servizzi ta' ħlas.

5.           Jekk l-utent ta' servizzi ta' ħlas jipprovdi informazzjoni addizzjonali għal dik speċifikata fl-Artikoli 38(1)(a) jew 45(2)(b), il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ikun responsabbli biss għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas skont l-identifikatur uniku pprovdut mill-utent ta' servizzi tal-ħlas.

Artikolu 80 Nuqqas ta' eżekuzzjoni, eżekuzzjoni difettuża jew dewmien

1.           Meta ordni tal-ħlas tinbeda direttament minn min iħallas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63, l-Artikolu 79(2) u (3) u l-Artikolu 83, ikun responsabbli lejn min iħallas għall-eżekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta' ħlas, ħlief jekk jista' jagħti prova lil min iħallas u, meta rilevanti, lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas li l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas irċieva l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas skont l-Artikolu 74(1). F'dak il-każ, il-fornitur tas-servizzi tal-pagamenti tal-benefiċjarju jkun responsabbli lejn min jitħallas għall-eżekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta' ħlas.

Meta ordni tal-ħlas tkun mibdija minn min iħallas permezz ta' fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63, l-Artikolu 79(2) u (3), u l-Artikolu 83, ikun responsabbli lejn min iħallas għall-eżekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta' ħlas, sakemm ma jkunx jista' jagħti prova lil min iħallas u, meta rilevanti, lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet li l-bidu tal-ħlas wasal għand il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet ta' min iħallas skont l-Artikolu 69; F'dak il-każ, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet ta' min iħallas ikun responsabbli għal min jitħallas għall-eżekuzzjoni korretta tat-tranżazzjoni ta' ħlas.

Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet ta' min iħallas jew il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ikun responsabbli skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafu, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas rilevanti, mingħajr dewmien bla bżonn, iħallas lura lil min iħallas l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas mhux eżegwita jew difettuża u, meta applikabbli, ireġġa' lura l-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta' ħlas difettuża ma seħħitx. Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont tal-ħlas ta' min iħallas ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie debitat.

F'każ li t-tranżazzjoni ta' ħlas tiġi eżegwita tard, min iħallas jista' jiddeċiedi li l-ammont jingħata data ta' valur fuq il-kont tal-ħlas ta' min jitħallas li ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta' valur li kieku l-eżekuzzjoni saret sew.

Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas ikun responsabbli skont l-ewwel subparagrafu, minnufih hu jqiegħed l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas għad-dispożizzjoni ta' min jitħallas u, meta applikabbli, jikkredita l-ammont korrispondenti għall-kont tal-ħlas ta' min jitħallas. L-ammont jingħata data ta' valur li ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta' valur li kieku l-eżekuzzjoni saret sew.

Fil-każ ta' tranżazzjoni ta' ħlas mhux imwettqa jew imwettqa b'mod difettuż meta l-ordni tal-ħlas tkun mibdija minn min iħallas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, irrispettivament mir-responsabbiltà skont dan il-paragrafu, wara talba, jagħmel sforzi immedjati biex jittraċċa t-tranżazzjoni ta' ħlas u jinnotifika lil min iħallas bl-eżitu. Dan ikun mingħajr ħlas għal min iħallas.

2.           Meta ordni tal-ħlas tkun mibdija minn jew permezz ta' min jitħallas, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63, l-Artikolu 79(2) u (3), u l-Artikolu 83, ikun responsabbli lejn min jitħallas għat-trażmissjoni korretta tal-ordni tal-ħlas lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas skont l-Artikolu 74(3). Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas ikun responsabbli skont dan is-subparagrafu, huwa immedjatament jibgħat mill-ġdid l-ordni tal-ħlas inkwistjoni lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas. F'każ li l-ordni tal-ħlas tiġi trażmessa tard, l-ammont jingħata data ta' valur fuq il-kont tal-ħlas ta' min jitħallas mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta' valur li kieku l-eżekuzzjoni saret sew.

Barra minn hekk, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 63, l-Artikolu 79(2) u (3) u l-Artikolu 83, ikun responsabbli lejn min jitħallas għall-ġestjoni tat-tranżazzjoni ta' ħlas skont l-obbligi tiegħu fl-Artikolu 78. Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas ikun responsabbli skont dan is-sub-paragrafu, huwa jiżgura li l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas ikun għad-dispożizzjoni ta' min jitħallas immedjatament wara li l-ammont ikun ikkreditat għall-kont tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas. L-ammont jingħata data ta' valur fuq il-kont tal-ħlas ta' min jitħallas li ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta' valur li kieku l-eżekuzzjoni saret sew.

Fil-każ ta' tranżazzjoni ta' ħlas li ma tkunx ġiet eżegwita jew li tkun ġiet eżegwita b'mod difettuż li għaliha l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min jitħallas mhux responsabbli skont l-ewwel u t-tieni sub-paragrafi, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas ikun responsabbli lejn min iħallas. Meta l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' min iħallas ikun responsabbli b'dan il-mod, hu, kif ikun xieraq u mingħajr dewmien bla bżonn, iħallas lura lil min iħallas l-ammont tat-tranżazzjoni ta' ħlas mhux imwettqa jew difettuża u jreġġa' lura l-kont tal-ħlas iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta' ħlas difettuża ma seħħitx. Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont tal-ħlas ta' min iħallas ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie debitat.

F'każ li t-tranżazzjoni tiġi eżegwita tard, min iħallas jista' jiddeċiedi li l-ammont jingħata data ta' valur fuq il-kont tal-ħlas ta' min jitħallas mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta' valur li kieku l-eżekuzzjoni saret sew.

Fil-każ ta' tranżazzjoni ta' ħlas li ma tkunx ġiet eżegwita jew li tkun ġiet eżegwita b'mod difettuż meta l-ordni tal-ħlas tkun mibdija minn min jitħallas jew permezz tiegħu, il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, irrispettivament mir-responsabbiltà skont dan il-paragrafu, meta mitlub, jagħmel sforzi immedjati biex jittraċċa t-tranżazzjoni ta' ħlas u jinnotifika lil min jitħallas bl-eżitu. Dan kun mingħajr ħlas għal min jitħallas.

3.           Barra minn hekk, fornituri ta' servizzi ta' ħlas ikunu responsabbli lejn l-utenti ta' servizzi ta' ħlas rispettivi tagħhom għal kwalunkwe drittijiet li għalihom huma responsabbli, u għal kwalunkwe imgħax li għalih ikun soġġett l-utent ta' servizzi ta' ħlas b'konsegwenza ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni difettuża, inkliża eżekuzzjoni tard tat-tranżazzjoni ta' ħlas.

Artikolu 81 Kumpens finanzjarju addizzjonali

Kwalunkwe kumpens finanzjarju addizzjonali għal dak previst f'din it-Taqsima jista' jkun determinat skont il-liġi nazzjonali applikabbli għall-kuntratt konkluż bejn l-utent ta' servizzi ta' ħlas u l-fornitur ta' servizzi ta' ħlas tiegħu.

Artikolu 82 Id-dritt għal rikors

1.           Meta r-responsabbiltà ta' fornitur ta' servizzi ta' ħlas skont l-Artikolu 80 hija attribwibbli għal fornitur ta' servizzi ta' ħlas ieħor jew għal intermedjarju, dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew intermedjarju jikkumpensa lill-ewwel fornitur ta' servizzi ta' ħlas għal kwalunkwe telf imġarrab jew somom mħallsa skont l-Artikolu 80. Dan jinkludi kumpens meta kwalunkwe fornitur ta' servizzi ta' ħlas jonqsu milli jużaw awtentikazzjoni serja tal-klijenti.

2.           Kumpens finanzjarju ulterjuri jista' jiġi determinat skont il-ftehim bejn il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u/jew l-intermedjarji u l-liġi applikabbli għall-ftehim konkluż bejniethom.

Artikolu 83 L-ebda responsabbiltà

Ir-responsabbiltà skont il-Kapitoli 2 u 3 ma għandhiex tapplika fil-każijiet ta' ċirkostanzi anormali imprevedibbli barra mill-kontroll tal-parti li tkun qed titlob l-applikazzjoni ta' dawk iċ-ċirkostanzi, li l-konsegwenzi tagħhom kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi kollha biex dan ma jiġrix, jew meta fornitur ta' servizzi ta' ħlas ikun marbut b'obbligi legali oħra koperti minn leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni oħra.

KAPITOLU 4 Il-protezzjoni tad-dejta

Artikolu 84 Il-protezzjoni tad-dejta

Kull ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' din id-Direttiva jitwettaq f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE, ir-regoli nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.

KAPITOLU 5 operattiva u sigurtà u Awtentikazzjoni

Artikolu 85 Ir-rekwiżiti ta' sigurtà u n-notifika tal-inċidenti

1.           Il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas huma suġġetti għal Direttiva [id-Direttiva NIS] [L-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata] u b'mod partikolari l-ġestjoni tar-riskju u r-rekwiżiti tar-rappurtaġġ tal-inċidenti fl-Artikoli 14 u 15 fih.

2.           L-Awtorità nnominata fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva [Id-Direttiva NIS] [L-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata] tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju u lill-ABE bin-notifiki tal-inċidenti NIS li jkunu waslu mingħand fornituri ta' servizzi ta' ħlas.

3.           Mal-wasla tan-notifika, u meta rilevanti, l-ABE tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra.

4.           Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(4) [id-Direttiva NIS] [L-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata], meta l-inċident relatat mas-sigurtà jkollu l-potenzjal li jolqot l-interessi finanzjarji tal-utenti tas-servizzi ta' ħlas tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, l-Awtorità tinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-utenti ta' servizzi ta' ħlas tal-inċident u tinfurmahom dwar miżuri ta' mitigazzjoni possibbli li dawn jistgħu jieħdu min-naħa tagħhom sabiex jiġu mitigati l-effetti negattivi tal-inċident.

Artikolu 86 Implimentazzjoni u rappurtaġġ

1.           L-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas jipprovdu lill-awtorità nnominata skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva [id-Direttiva NIS] [l-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata] fuq bażi annwali informazzjoni aġġornata dwar il-valutazzjoni tar-riskji operattivi u ta' sigurtà assoċjati mas-servizzi tal-ħlas li jipprovdu, u dwar l-adegwatezza tal-miżuri ta' mitigazzjoni u l-mekkaniżmi ta' kontroll implimentati bħala reazzjoni għal dawn ir-riskji. L-Awtorità nnominata skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva [id-Direttiva NIS] [l-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata] tittrażmetti mingħajr dewmien kopja ta' din l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju.

2.           Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva [id-Direttiva NIS] [l-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata], l-ABE, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, tiżviluppa linji gwida fir-rigward tal-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri ta' sigurtà, inklużi l-proċessi ta' ċertifikazzjoni meta rilevanti. Din, fost l-oħrajn, tieħu inkunsiderazzjoni l-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva [id-Direttiva NIS] [ l-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata].

3.           L-ABE, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, tanalizza l-linji gwida regolarment, imma mill-inqas darba kull sentejn.

4.           Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva [id-Direttiva NIS] [l-UP idaħħal in-numru tad-Direttiva ladarba tiġi adottata], l-ABE toħroġ linji gwida sabiex tagħmilha faċli għall-fornituri ta' servizzi tal-ħlas li jikkwalifikaw inċidenti kbar u ċ-ċirkostanzi li fihom istituzzjoni tal-ħlas tkun meħtieġa tinnotifika inċident tas-sigurtà. Dawn il-linji gwida jinħarġu minn (daħħal id-data - sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva).

Artikolu 87 Awtentikazzjoni

1.           L-Istati Membri jiżguraw li fornitur ta' servizzi ta' ħlas japplika awtentikazzjoni serja tal-klijenti meta min iħallas jagħti bidu għal tranżazzjoni ta' ħlas elettroniku sakemm il-linji gwida tal-ABE ma jippermettux eżenzjonijiet speċifiċi bbażati fuq ir-riskju involut fis-servizz tal-ħlas ipprovdut. Dan japplika wkoll għall-fornitur tas-servizz tal-ħlas ta' parti terza meta jagħti bidu għal tranżazzjoni ta' ħlas f'isem min iħallas. Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet jippermetti lill-fornitur ta' servizzi ta' ħlas ta' parti terza jiddependi fuq il-metodi ta' awtentikazzjoni ta' dan tal-ewwel meta jaġixxi f'isem l-utent ta' servizzi ta' ħlas.

2.           Meta fornitur tas-servizz ta' ħlas jipprovdi s-servizzi msemmija fil-punt 7 tal-Anness I, huwa jawtentika lilu nnifsu lejn il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet ta' sid il-kont.

3.           L-ABE, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, toħroġ linji gwida indirizzati lill-fornituri ta' servizzi ta' ħlas kif stabbiliti fl-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva b'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar awtentikazzjoni tal-klijenti mill-aktar avvanzata u kwalunkwe eżenzjoni għall-użu ta' awtentikazzjoni serja tal-klijenti. Dawn il-linji gwida jinħarġu minn (daħħal id-data — sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva) u jiġu aġġornati fuq bażi regolari kif ikun xieraq.

KAPITOLU 6 Proċeduri straġudizzjarji ta' lmenti u ta' rimedju għas-soluzzjoni tat-tilwim

Taqsima 1 Proċeduri ta' lmenti

Artikolu 88 Ilmenti

1.           L-Istati Membri jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu lill-utenti ta' servizzi ta' ħlas u partijiet interessati oħra, inklużi assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, biex jissottomettu lmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' allegat ksur mill-fornituri ta' servizzi ta' ħlas ta' din id-Direttiva.

2.           Meta jkun il-każ u mingħajr preġudizzju għad-dritt li jinfetħu proċedimenti fil-qorti skont il-liġi nazzjonali proċedurali, ir-risposta mill-awtoritajiet kompetenti tinforma lil min jilmenta bl-eżistenza tal-proċeduri straġudizzjarji ta' lmenti u ta' rikors barra l-qorti stabbiliti fl-Artikolu 91.

Artikolu 89 Awtoritajiet kompetenti

1.           L-Istati Membri jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw u jissorveljaw il-konformità effettiva ma' din id-Direttiva. Dawk l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw din il-konformità. Huma jkunu indipendenti mill-fornituri ta' servizzi ta' ħlas. Dawn ikunu awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 1039/2010.

2.           L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikollhom il-poteri kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom. Meta jkun hemm iktar minn awtortià waħda kompetenti sabiex tiżgura u tissorvelja l-konformità effettiva ma' din id-Direttiva, l-Istati Membri jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu b'mod effettiv id-dmirijiet rispettivi tagħhom.

3.           Fil-każ ta' ksur jew ksur suspettat tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont it-Titoli III u IV, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, ħlief għall-aġenti u l-fergħat li jwettqu xogħolhom skont id-dritt ta' stabbiliment meta l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru ospitanti.

4.           L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-korpi msemmija fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard minn [… sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Huma jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diviżjoni ta' dmirijiet ta' dawk l-awtoritajiet. Huma jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bdil sussegwenti li jikkonċerna n-nomina u l-kompetenzi rispettivi ta' dawk l-awtoritajiet.

Taqsima 2 Proċeduri straġudizzjarji ta' rimedju u sanzjonijiet

Artikolu 90 Riżoluzzjoni interna għat-tilwima

1.           L-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas stabbilixxew proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim tal-konsumaturi li huma effettivi u adegwati għar-riżoluzzjoni ta' lmenti mill-utenti ta' servizzi ta' ħlas li jirrigwardaw id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva.

2.           L-Istati Membri jitolbu li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas jagħmlu kull sforz possibbli biex iwieġbu, bil-miktub, għall-ilmenti tal-utenti ta' servizzi ta' ħlas u jindirizzaw il-punti kollha mqajma, f'limitu ta' ħin adegwat u mhux aktar tard minn 15-il jum xogħol. F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, jekk it-tweġiba ma tistax tingħata fi żmien 15-il jum xogħol għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas, huwa jkun obbligat li jibgħat tweġiba interlokutorja, li tindika b'mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien fl-għoti tat-tweġiba għall-ilment u jispeċifika l-iskadenza sa meta l-konsumatur għandu jirċievi t-tweġiba finali. Din l-iskadenza ma tistax, fi kwalunkwe każ, taqbeż 30 jum xogħol.

3.           Il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jinforma lill-utent tas-servizz tal-ħlas dwar l-entitajiet ta' rimedju barra l-qorti li huma kompetenti biex jittrattaw tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva.

4.           L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tingħata b'mod li wieħed jista' jkollu aċċess faċli, dirett, prominenti u permanenti għaliha fuq il-websajt tan-negozjant, jekk din tkun teżisti, fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti bejn il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas u l-utent tas-servizz tal-ħlas u fil-fatturi u l-irċevuti li għandhom x'jaqsmu ma' tali kuntratti. Din tispeċifika kif informazzjoni ulterjuri dwar l-entità ta' rimedju barra l-qorti kkonċernata u dwar il-kundizzjonijiet għall-użu tagħha tista' tiġi aċċessata.

Artikolu 91 Rimedji barra l-qorti

1.           L-Istati Membri jiżguraw li proċeduri ta' lmenti u ta' rimedju xierqa u effettivi għar-riżoluzzjoni ta' lmenti bejn l-utenti ta' servizzi ta' ħlas u l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva huma stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti, bl-użu ta' korpi eżistentimeta xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-proċeduri huma applikabbli għall-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u li jkopru wkoll l-attivitajiet tar-rappreżentanti maħtura.

2.           L-Istati Membri jitolbu li l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 jikkooperaw fir-riżoluzzjoni ta' tilwim transfruntiera dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva.

Artikolu 92 Sanzjonijiet

1.           L-Istati Membri iżguraw li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas li huma parti terza jistgħu jinżammu responsabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.

2.           Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu miżuri amministrattivi xierqa u jimponu sanzjonijiet amministrattivi meta l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas u fornituri tal-ħlas li huma parti terza msemmija fil-paragrafu 1 jiksru d-dispożizzjonijiet nazzjonali, adottati fit-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, u jiżguraw li dawn jiġu applikati. Dawk il-mizuri u sanzjonijiet se jkunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.

TITOLU V ATTI DELEGATI

Artikolu 93 Atti delegati

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 94 dwar:

(a) l-adattament tar-referenza għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE fl-Artikolu 4(29) ta' din id-Direttiva meta dik ir-rakkomandazzjoni tiġi emendata;

(b) l-aġġornament tal-ammonti speċifikati fl-Artikoli 27(1) u 66(1) sabiex jitqiesu l-inflazzjoni u l-iżviluppi sinifikanti fis-suq.

Artikolu 94 It-twettiq tad-delegazzjoni

1.           Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati bil-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.           Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 93 tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta' żmien minn [daħħal id-data - id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-att leġiżlattiv].

3.           Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 93 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

4.           Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           L-att iddelegat adottat skont l-Artikolu 93 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jiġġedded b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

TITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 95 Armonizzazzjoni sħiħa

1.           Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 31(2), 34, 35(2), 48(6), 50(3), 51(3), 54(2), 56(2), 77 u 96 safejn din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet minbarra dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

2.           Meta Stat Membru jagħmel użu minn kwalunkwe waħda mill-possibbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 1, huwa jinforma lill-Kummissjoni dwar dan kif ukoll dwar kwalunkwe bidla sussegwenti. Il-Kummissjonia tagħmel l-informazzjoni pubblika permezz ta' website jew permezz ta' mod ieħor faċilment aċċessibbli.

3.           L-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi ta' ħlas ma jidderogawx, għad-detriment tal-utenti ta' servizzi ta' ħlas, mid-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva jew li jikkorrispondu magħhom ħlief meta jkun ipprovdut b'mod espliċitu.

Madankollu, il-fornituri ta' servizzi ta' ħlas jistgħu jiddeċiedu li jagħtu termini aktar favorevoli lill-utenti ta' servizzi ta' ħlas.

Artikolu 96 Klawżola ta' reviżjoni

Il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew, fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, rapport dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta' din id-Direttiva, u b'mod partikolari dwar kemm ir-regoli dwar l-imposti kif stabbilit fl-Artikoli 55(3) u (4) huma xierqa u l-impatt tagħhom.

Artikolu 97 Dispożizzjoni tranżitorja

1.           L-Istati Membri jippermettu lill-persuni ġuridiċi li jkunu bdew qabel [l-UP idaħħal id-data finali tat-traspożizzjoni], l-attivitajiet bħala istituzzjoni tal-ħlas skont il-liġijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2007/64/KE, ikomplu l-attivitajiet tagħhom skont ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva 2007/64/KE mingħajr il-ħtieġa li jfittxu awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva jew jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra stabbiliti jew imsemmija fit-Titolu II ta' din id-Direttiva sa [l-UP idaħħal id-data finali tat-traspożizzjoni + 6 xhur].

L-Istati Membri jitolbu lill-persuni ġuridiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu biex jissottomettu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn ikunu jistgħu jivvalutaw [l-UP idaħħal id-data finali tat-traspożizzjoni + 6 xhur], jekk dawk il-persuni ġuridiċi humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva u, jekk le, liema miżuri jeħtieġ li jittieħdu sabiex tkun żgurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa.

Il-persuni ġuridiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu, li wara verifika mill-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II ta' din id-Direttiva, jingħataw l-awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistru tal-Istat Membru tad-domiċilju u r-reġistru tal-ABE previst fl-Artikoli 13 u 14 ta' din id-Direttiva. Meta dawk il-persuni legali ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II ta' din id-Direttiva sa [l-UP idaħħal id-data finali tat-traspożizzjoni + 6 xhur], dawn ikunu pprojbiti f'konformità mal-Artikolu 30 ta' din id-Direttiva milli jipprovdu servizzi ta' ħlas.

2.           L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li persuni ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jingħataw awtomatikament awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistru nazzjonali previst tal-Istat Membru tad-domiċilju u r-reġistru tal-ABE previst fl-Artikolu 13 u 14 jekk l-awtoritajiet kompetenti diġà jkollhom evidenza li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 u 10 huma rrispettati. L-awtoritajiet kompetenti jinfurmaw lill-entitajiet inkwistjoni qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni.

3.           l-Istati Membri jippermettu lil persuni naturali jew ġuridiċi li jkunu bdew qabel [l-UP idaħħal id-data finali tat-traspożizzjoni], u li jwettqu attivitajiet bħala istituzzjonijiet tal-ħlas fis-sens ta' din id-Direttiva, u li kienu ngħataw eżenzjoni skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/64/KE, ikomplu l-attivitajiet tagħhom fl-Istat Membru kkonċernat skont id-Direttiva 2007/64/KE, sa [l-UP idaħħal id-data finali tat-traspożizzjoni + 12-il xahar] mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 5 jew 27 ta' din id-Direttiva, jew biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħra stabbiliti jew imsemmija fit-Titolu II ta' din id-Direttiva. Kwalunkwe persuni li ma jkunux irċevew awtorizzazzjoni jew ġew mogħtija eżenzjoni fi żmien dan il-perjodu skont din id-Direttiva, għandhom ikunu pprojbiti milli jipprovdu servizzi ta' ħlas f'konformità mal-Artikolu 30 ta' din id-Direttiva.

Artikolu 98 Emendi għad-Direttiva 2002/65/KE

Fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/65/KE, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

"5. Meta d-Direttiva [l-UP idaħħal in-numru ta' din id-Direttiva] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* tkun applikabbli wkoll, id-dispożizzjonijiet tal-informazzjoni skont l-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-paragrafi (2) minn (c) sa (g), 3(a), (d) u (e) u 4(b), jiġu sostitwiti bl-Artikoli 37, 38, 44 u 45 ta' din id-Direttiva."

* id-Direttiva... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [daħħal it-titolu sħiħ] (ĠU L...).

Artikolu 99 Emenda għad-Direttiva 2013/36/UE

L-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[50], il-punt 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

         "(4)    Servizzi ta' ħlas kif definiti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2014/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [l-UP idaħħal l-isem u n-numru ta' din id-Direttiva ladarba tiġi adottata]

*Id-Direttiva ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ...

Artikolu 100 Emendi għad-Direttiva 2009/110/KE

Fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/110/KE, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"4. L-Istati Membri jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-ħlas li, qabel l-adozzjoni tad-Direttiva [l-UP idaħħal in-numru ta' din id-Direttiva] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill *, ikunu bdew iwettqu attivitajiet skont din id-Direttiva u d-Direttiva 2007/64/KE fl-Istat Membru meta l-uffiċċju prinċipali tagħhom ikun jinsab, biex ikomplu l-attivitajiet tagħhom f'dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva jew biex jikkonformaw mal-ħtiġijiet l-oħra stabbiliti jew imsemmija fit-Titolu II ta' din id-Direttiva sa [l-UP idaħħal id-data finali tat-traspożizzjoni + 6 xhur].

L-Istati Membri jitolbu lill-persuni ġuridiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu biex jissottomettu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn ikunu jistgħu jivvalutaw [l-UP idaħħal id-data finali tat-traspożizzjoni + 6 xhur], jekk dawk il-persuni ġuridiċi humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II ta' din id-Direttiva u, jekk le, liema miżuri jeħtieġ li jittieħdu sabiex tkun żgurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa.

Il-persuni ġuridiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu, li wara verifika mill-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu II ta' din id-Direttiva, jingħataw l-awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistru. Meta dawk il-persuni legali ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II ta' din id-Direttiva sa [l-UP idaħħal id-data finali tat-traspożizzjoni + 6 xhur], dawn ikunu pprojbiti milli joħorġu flus elettroniċi.

* id-Direttiva... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [daħħal it-titolu sħiħ] (ĠU L...).

**

Artikolu 101 Taħsir

Id-Direttivi 2007/64/KE hija mħassra b'effett minn [l-UP idaħħal id-data – jum wara d-data stipulata fl-ewwel subparagrafi tal-Artikolu 102(2)].

Kwalunkwe referenza għad-Direttiva mħassra għandha tinftiehem bħala referenza għal din id-Direttiva u tinqara skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 102 Traspożizzjoni

1.           L-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [sentejn wara l-adozzjoni], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

2.           Huma japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn […].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

3.           L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttva.

Artikolu 103

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 104

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I SERVIZZI TA' ĦLAS (IT-TIELET DEFINIZZJONIFL-ARTIKOLU 4)

1.           Servizzi li jippermettu li flus kontanti jiġu mqiegħda f'kont tal-ħlas kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tħaddim ta' kont tal-ħlas.

2.           Servizzi li jippermettu ġbid ta' flus kontanti minn kont tal-ħlas kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tħaddim ta' kont tal-ħlas.

3.           Eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas, inkluż trasferiment ta' fondi fuq kont tal-ħlas mal-fornitur ta' servizzi ta' ħlas jew ma' fornitur ta' servizzi ta' ħlas ieħor:

(c) eżekuzzjoni ta' debiti diretti, inkluż debiti diretti ta' darba;

(d) eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas permezz ta' kard tal-ħlas jew strument ieħor simili;

(e) eżekuzzjoni ta' trasferimenti ta' kreditu, fosthom ordnijiet fissi.

4.           Eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas meta l-fondi huma koperti minn linja ta' kreditu għal utent ta' servizzi ta' ħlas:

(f) eżekuzzjoni ta' debiti diretti, inkluż debiti diretti ta' darba;

(g) eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas permezz ta' kard tal-ħlas jew strument ieħor simili;

(h) eżekuzzjoni ta' trasferimenti ta' kreditu, fosthom ordnijiet fissi.

5.           Ħruġ ta' strumenti ta' ħlas u/jew il-kisba ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas.

6.           Rimessa ta' flus.

7.           Servizzi bbażati fuq l-aċċess għall-kontijiet tal-ħlas pprovduta minn fornitur tas-servizz tal-ħlas li mhuwiex il-fornitur ta' servizzi ta' ħlas għall-manteniment tal-kontijiet, fil-forma ta':

(a) servizzi ta' bidu ta' ħlas;

(b) servizzi ta' informazzjoni għaċ-ċittadini.

ANNESS II TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Din id-Direttiva || Id-Direttiva 2007/64/KE ||

Artikolu 1(1) || Artikolu 1(1) ||

Artikolu 1(2) || Artikolu 1(2) ||

Artikolu 2(1) || Artikolu 2(1) ||

Artikolu 2(2) || Artikolu 2(2) ||

Artikolu 2(3) || Artikolu 2(3) ||

Artikolu 3 o) imħassar || Artikolu 3 ||

Artikolu 4 Definizzjonijiet miżjuda || Artikolu 4 ||

|| || Artikolu 5 - Regoli miżjuda għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet || Artikolu 5

Artikolu 6 || Artikolu 6 ||

Artikolu 7(1) || Artikolu 7(1) ||

Artikolu 7(2) || Artikolu 7(2) ||

Artikolu 7(3) || Artikolu 7(3) ||

Artikolu 8(1) || Artikolu 8(1) ||

Artikolu 8(2) || Artikolu 8(2) ||

Artikolu 8(3) || Artikolu 8(3) ||

Artikolu 9(1) || Artikolu 9(1) ||

|| || Artikolu 9(2) Artikolu 9(3) u (4) imħassar || Artikolu 9(2)

Artikolu 10(1) || Artikolu 10(1) ||

Artikolu 10(2) || Artikolu 10(2) ||

Artikolu 10(3) || Artikolu 10(3) ||

Artikolu 10(4) || Artikolu 10(4) ||

Artikolu 10(5) || Artikolu 10(5) ||

Artikolu 10(6) || Artikolu 10(6) ||

Artikolu 10(7) || Artikolu 10(7) ||

Artikolu 10(8) || Artikolu 10(8) ||

Artikolu 10(9) || Artikolu 10(9) ||

Artikolu 11 || Artikolu 11 ||

Artikolu 12(1) || Artikolu 12(1) ||

Artikolu 12(2) || Artikolu 12(2) ||

Artikolu 12(3) || Artikolu 12(3) ||

Artikolu 13 || Artikolu 13 ||

Artikolu 14(1) || ||

Artikolu 14(2) || ||

Artikolu 14(3) || ||

Artikolu 14(4) || ||

Artikolu 15 || Artikolu 14 ||

Artikolu 16(1) || Artikolu 15(1) ||

Artikolu 16(2) || Artikolu 15(2) ||

Artikolu 16(3) || Artikolu 15(3) ||

Artikolu 16(4) || Artikolu 15(4) ||

Artikolu 17(1) || Artikolu 16(1) ||

Artikolu 17(2) || Artikolu 16(2) ||

Artikolu 17(3) || ||

Artikolu 17(4) || Artikolu 16(3) ||

Artikolu 17(5) || Artikolu 16(4) ||

Artikolu 17(6) || Artikolu 16(5) ||

Artikolu 18(1) || Artikolu 17(1) ||

Artikolu 18(2) || Artikolu 17(2) ||

Artikolu 18(3) || Artikolu 17(3) ||

Artikolu 18(4) || Artikolu 17(4) ||

Artikolu 18(5) || Artikolu 17(5) ||

Artikolu 18(6) || Artikolu 17(6) ||

Artikolu 18(7) || Artikolu 17(7) ||

Artikolu 18(8) || Artikolu 17(8) ||

Artikolu 18(9) || ||

Artikolu 19(1) || Artikolu 18(1) ||

Artikolu 19(2) || Artikolu 18(2) ||

Artikolu 20 || Artikolu 19 ||

Artikolu 21(1) || Artikolu 20(1) ||

Artikolu 21(2) || Artikolu 20(2) ||

Artikolu 21(3) || Artikolu 20(3) ||

Artikolu 21(4) || Artikolu 20(4) ||

Artikolu 21(5) || Artikolu 20(5) ||

Artikolu 22(1) || Artikolu 21(1) ||

Artikolu 22(2) || Artikolu 21(2) ||

Artikolu 22(3) || Artikolu 21(3) ||

Artikolu 23(1) || Artikolu 22(1) ||

Artikolu 23(2) || Artikolu 22(2) ||

Artikolu 23(3) || Artikolu 22(3) ||

Artikolu 24(1) || Artikolu 23(1) ||

Artikolu 24(2) || Artikolu 23(2) ||

Artikolu 25(1) || Artikolu 24(1) ||

Artikolu 25(2) - d) imħassar || Artikolu 24(2) ||

Artikolu 26(1) || Artikolu 25(1) ||

Artikolu 26(2) || Artikolu 25(2) ||

Artikolu 26(3) || Artikolu 25(3) ||

Artikolu 26(4) || Artikolu 25(4) ||

Artikolu 26(5) || Artikolu 25(5) ||

Artikolu 26(6) || ||

Artikolu 26(7) || ||

Artikolu 26(8) || ||

Artikolu 26(9) || ||

Artikolu 27(1) || Artikolu 26(1) ||

Artikolu 27(2) || Artikolu 26(2) ||

Artikolu 27(3) || Artikolu 26(3) ||

Artikolu 27(4) || Artikolu 26(4) ||

Artikolu 27(5) || Artikolu 26(5) ||

Artikolu 27(6) || Artikolu 26(6) ||

Artikolu 28 || Artikolu 27 ||

Artikolu 29(1) || Artikolu 28(1) ||

Artikolu 29(2) – c) imħassar || Artikolu 28(2) ||

Artikolu 30(1) || Artikolu 29 ||

Artikolu 30(2) || ||

Artikolu 31(1) || Artikolu 30(1) ||

Artikolu 31(2) || Artikolu 30(2) ||

Artikolu 31(3) || Artikolu 30(3) ||

Artikolu 32 || Artikolu 31 ||

Artikolu 33(1) || Artikolu 32(1) ||

Artikolu 33(2) || Artikolu 32(2) ||

Artikolu 33(3) || Artikolu 32(3) ||

Artikolu 34 || Artikolu 33 ||

Artikolu 35(1) || Artikolu 34(1) ||

Artikolu 35(2) || Artikolu 34(2) ||

Artikolu 36(1) || Artikolu 35(1) ||

Artikolu 36(2) || Artikolu 35(2) ||

Artikolu 37(1) || Artikolu 36(1) ||

Artikolu 37(2) || Artikolu 36(2) ||

Artikolu 37(3) || Artikolu 36(3) ||

Artikolu 38(1) || Artikolu 37(1) ||

Artikolu 38(2) || ||

Artikolu 38(3) || Artikolu 37(2) ||

Artikolu 39 || ||

Artikolu 40 || ||

Artikolu 41 || Artikolu 38 ||

Artikolu 42 || Artikolu 39 ||

Artikolu 43 || Artikolu 40 ||

Artikolu 44(1) || Artikolu 41(1) ||

Artikolu 44(2) || Artikolu 41(2) ||

Artikolu 44(3) || Artikolu 41(3) ||

Artikolu 45(1) || Artikolu 42(1) ||

Artikolu 45(2) || Artikolu 42(2) ||

Artikolu 45(3) || Artikolu 42(3) ||

Artikolu 45(4) || Artikolu 42(4) ||

Artikolu 45(5) || Artikolu 42(5) ||

Artikolu 45(6) || Artikolu 42(6) ||

Artikolu 45(7) || Artikolu 42(7) ||

Artikolu 46 || Artikolu 43 ||

Artikolu 47(1) || Artikolu 44(1) ||

Artikolu 47(2) || Artikolu 44(2) ||

Artikolu 47(3) || Artikolu 44(3) ||

Artikolu 48(1) || Artikolu 45(1) ||

Artikolu 48(2) || Artikolu 45(2) ||

Artikolu 48(3) || Artikolu 45(3) ||

Artikolu 48(4) || Artikolu 45(4) ||

Artikolu 48(5) || Artikolu 45(5) ||

Artikolu 48(6) || Artikolu 45(6) ||

Artikolu 49 || Artikolu 46 ||

Artikolu 50(1) || Artikolu 47(1) ||

Artikolu 50(2) || Artikolu 47(2) ||

Artikolu 50(3) || Artikolu 47(3) ||

Artikolu 51(1) || Artikolu 48(1) ||

Artikolu 51(2) || Artikolu 48(2) ||

Artikolu 51(3) || Artikolu 48(3) ||

Artikolu 52(1) || Artikolu 49(1) ||

Artikolu 52(2) || Artikolu 49(2) ||

Artikolu 53(1) || Artikolu 50(1) ||

Artikolu 53(2) || Artikolu 50(2) ||

Artikolu 54(1) || Artikolu 51(1) ||

Artikolu 54(2) || Artikolu 51(2) ||

Artikolu 54(3) || Artikolu 51(3) ||

Artikolu 54(4) || Artikolu 51(4) ||

Artikolu 55(1) || Artikolu 52(1) ||

Artikolu 55(2) || Artikolu 52(2) ||

Artikolu 55(3) || Artikolu 52(3) ||

Artikolu 55(4) || ||

Artikolu 56(1) || Artikolu 53(1) ||

Artikolu 56(2) || Artikolu 53(2) ||

Artikolu 56(3) || Artikolu 53(3) ||

Artikolu 57(1) || Artikolu 54(1) ||

Artikolu 57(2) || Artikolu 54(2) ||

Artikolu 57(3) || Artikolu 54(3) ||

Artikolu 57(4) || Artikolu 54(4) ||

Artikolu 58(1) || ||

Artikolu 58(2) || ||

Artikolu 58(3) || ||

Artikolu 58(4) || ||

Artikolu 59(1) || ||

Artikolu 59(2) || ||

Artikolu 59(3) || ||

Artikolu 60(1) || Artikolu 55(1) ||

Artikolu 60(2) || Artikolu 55(2) ||

Artikolu 60(3) || Artikolu 55(3) ||

Artikolu 60(4) || Artikolu 55(4) ||

Artikolu 61(1) || Artikolu 56(1) ||

Artikolu 61(2) || Artikolu 56(2) ||

Artikolu 62(1) || Artikolu 57(1) ||

Artikolu 62(2) || Artikolu 57(2) ||

Artikolu 63(1) || Artikolu 58 ||

Artikolu 63(2) || ||

Artikolu 64(1) || Artikolu 59(1) ||

Artikolu 64(2) || Artikolu 59(2) ||

Artikolu 65(1) || Artikolu 60(1) ||

Artikolu 65(2) || ||

Artikolu 65(3) || Artikolu 60(2) ||

Artikolu 66(1) || Artikolu 61(1) u (2) ||

Artikolu 66(2) || Artikolu 61(4) u (5) ||

Artikolu 67(1) || Artikolu 62(1) ||

Artikolu 67(2) || Artikolu 62(2) ||

Artikolu 67(3) || Artikolu 62(3) ||

Artikolu 68(1) || Artikolu 63(1) ||

Artikolu 68(2) || Artikolu 63(2) ||

Artikolu 69(1) || Artikolu 64(1) ||

Artikolu 69(2) || Artikolu 64(2) ||

Artikolu 70(1) || Artikolu 65(1) ||

Artikolu 70(2) || Artikolu 65(2) ||

Artikolu 70(3) || Artikolu 65(3) ||

Artikolu 71(1) || Artikolu 66(1) ||

Artikolu 71(2) || Artikolu 66(2) ||

Artikolu 71(3) || Artikolu 66(3) ||

Artikolu 71(4) || Artikolu 66(4) ||

Artikolu 71(5) || Artikolu 66(5) ||

Artikolu 72(1) || Artikolu 67(1) ||

Artikolu 72(2) || Artikolu 67(2) ||

Artikolu 72(3) || Artikolu 67(3) ||

Artikolu 73(1) || Artikolu 68(1) ||

Artikolu 73(2) || Artikolu 68(2) ||

Artikolu 74(1) || Artikolu 69(1) ||

Artikolu 74(2) || Artikolu 69(2) ||

Artikolu 74(3) || Artikolu 69(3) ||

Artikolu 75 || Artikolu 70 ||

Artikolu 76 || Artikolu 71 ||

Artikolu 77 || Artikolu 72 ||

Artikolu 78(1) || Artikolu 73(1) ||

Artikolu 78(2) || Artikolu 73(2) ||

Artikolu 79(1) || Artikolu 74(1) ||

Artikolu 79(2) || Artikolu 74(2) ||

Artikolu 79(3) || Artikolu 74(2) ||

Artikolu 79(4) || Artikolu 74(2) ||

Artikolu 79(5) || Artikolu 74(3) ||

Artikolu 80(1) || Artikolu 75(1) ||

Artikolu 80(2) || Artikolu 75(2) ||

Artikolu 80(3) || Artikolu 75(3) ||

Artikolu 81 || Artikolu 76 ||

Artikolu 82(1) || Artikolu 77(1) ||

Artikolu 82(2) || Artikolu 77(2) ||

Artikolu 83 || Artikolu 78 ||

Artikolu 84 || Artikolu 79 ||

Artikolu 85(1) || ||

Artikolu 85(2) || ||

Artikolu 85(3) || ||

Artikolu 85(4) || ||

Artikolu 86(1) || ||

Artikolu 86(2) || ||

Artikolu 86(3) || ||

Artikolu 86(4) || ||

Artikolu 87(1) || ||

Artikolu 87(2) || ||

Artikolu 87(3) || ||

Artikolu 88(1) || Artikolu 80(1) ||

Artikolu 88(2) || Artikolu 80(2) ||

Artikolu 89(1) || ||

Artikolu 89(2) || ||

Artikolu 89(3) || Artikolu 82(2) ||

Artikolu 89(4) || ||

Artikolu 90(1) || ||

Artikolu 90(2) || ||

Artikolu 90(3) || ||

Artikolu 91(1) || Artikolu 83(1) ||

Artikolu 91(2) || Artikolu 83(2) ||

Artikolu 92(1) || ||

Artikolu 92(2) || ||

Artikolu 93 || Artikolu 84 ||

Artikolu 94(1) || ||

Artikolu 94(2) || ||

Artikolu 94(3) || ||

Artikolu 94(4) || ||

Artikolu 94(5) || ||

Artikolu 95(1) || Artikolu 86(1) ||

Artikolu 95(2) || Artikolu 86(2) ||

Artikolu 95(3) || Artikolu 86(3) ||

Artikolu 96 || Artikolu 87 ||

Artikolu 97 || Artikolu 88 ||

Artikolu 98(1) || ||

Artikolu 98(2) || ||

Artikolu 99(1) || ||

Artikolu 99(2) || ||

|| ||

Artikolu 101 || ||

Artikolu 102(1) || Artikolu 94(1) ||

Artikolu 102(2) || Artikolu 94(1) ||

Artikolu 102(3) || Artikolu 94(2) ||

Artikolu 103 || Artikolu 95 ||

Artikolu 104 || Artikolu 96 ||

Anness I || Anness ||

ANNESS III Dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva "Aġenziji"

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva:

1.2.        Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB

1.3.        In-natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.        Għan(ijiet)

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.        It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju:

1.7.        Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli ta' sorveljanza u rappurtar

2.2.        Sistema ta' ġestjoni u kontroll

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet:

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i baġitarji tan-nefqa affettwata

3.2.        L-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp]

3.2.3.     L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-[korp]

3.2.4.     Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

3.3.        L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva:

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, u 2013/36/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE

1.2.        Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB[51]

Suq Intern – servizzi finanzjarji bl-imnut

Il-ħarsien tal-konsumatur – servizzi finanzjarji

1.3.        In-natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/l-inizjattiva għandha x'taqsam ma' azzjoni ġdida

1.4.        Għan(ijiet)

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Il-promozzjoni ta' tkabbir intelliġenti u inklużiv

It-trawwim tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

1.4.2.     L-għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata/ikkonċernati

L-iżvilupp ta' suq fl-UE kollha għall-ħlasijiet elettroniċi, li jippermetti lill-konsumaturi, il-bejjiegħa bl-imnut u atturi oħrajn fis-suq igawdu l-benefiċċji sħaħ tas-suq intern tal-UE

L-indirizzar ta' lakuni ta' standardizzazzjoni u interoperabbiltà għall-ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl.

L-eliminazzjoni tal-ostakoli għall-kompetizzjoni, partikolarment għall-ħlasijiet bil-kards u bl-internet.

L-allinjament tal-prattiki ta' imposti u ta' tmexxija għal servizzi ta' ħlas madwar l-UE.

L-iżgurar li t-tipi ta' servizzi u strumenti ta' ħlas li qed jitfaċċaw huma koperti mill-qafas regolatorju għall-ħlasijiet bl-imnut fl-UE.

L-iżgurar ta' applikazzjoni konsistenti tal-qafas leġiżlattiv (PSD) u l-allinjament tal-ħidma prattika tar-regoli superviżorji u tal-għoti tal-liċenzji għas-servizzi tal-ħlas madwar l-Istati Membri.

L-iżgurar ta' protezzjoni adegwata u konsistenti tal-interessi tal-konsumatur fil-kuntest ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas, inkluża l-estensjoni tal-protezzjoni regolatorja għal fuq kanali ġodda u servizzi ta' ħlas innovattivi.

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistenni

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

L-emendi proposti jwasslu għal aktar ċarezza legali u kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, li jwasslu għal konverġenza 'l isfel tal-ispejjeż u l-prezzijiet għall-utenti ta' servizzi ta' ħlas, aktar għażla u trasparenza tas-servizzi ta' ħlas, li jiffaċilita l-forniment ta' servizzi innovattivi tal-ħlas, u li jiżguraw servizzi tal-ħlas trasparenti u siguri. Il-miżuri proposti għandhom l-għan li jagħmlu dan b'manjiera teknoloġikament newtrali li tibqa' rilevanti hekk kif is-servizzi tal-ħlas jevolvu. Dawn l-għanijiet jintlaħqu bl-aġġornament u l-ikkumplimentar tal-qafas eżistenti dwar is-servizzi tal-ħlas; il-ħolqien ta' regoli li jżidu t-trasparenza, l-innovazzjoni u s-sigurtà fil-qasam tal-pagamenti tal-konsumaturi u t-titjib tal-konsistenza bejn ir-regoli nazzjonali, b'enfasi partikolari fuq il-bżonnijiet leġittimi tal-konsumaturi.

1.4.4.     L-indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Ladarba d-Direttiva tkun ġiet implimentata b'minn tal-inqas maġġoranza kbira tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tivvaluta l-implimentazzjoni u l-impatt ta' din id-Direttiva, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni ta' konformità tal-miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali u studju dwar l-impatt tad-Direttiva fuq is-suq. Hija tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar ir-riżultati u s-segwitu tagħhom.

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

Id-direttiva ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi tal-ħlas u b'mod aktar ġenerali għall-prodotti u s-servizzi kollha minħabba l-bżonn ta' mezzi innovattivi, effiċjenti u sikuri tal-ħlas. B'mod partikolari timmira biex:

¨         Tiżgura ambjent kompetittiv ugwali bejn il-kategoriji kollha ta' fornituri ta' servizzi tal-ħlas, inklużi fornituri ġodda emerġenti, li min-naħa tiegħu jżid l-għażla, l-effiċjenza, it-trasparenza u s-sigurtà tal-ħlas tal-konsumaturi.

¨         Tiffaċilità l-forniment ta' servizzi tal-ħlas bil-kard, bl-internet jew bil-mowbajl innovattivi bejn il-fruntieri billi jiġi żgurat Suq Uniku għall-ħlasijiet kollha fil-livell tal-konsumatur

Barra minn hekk, tilħaq bilanċ tajjeb bejn livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-intrapriżi, u b'hekk tillimita d-diskrezzjoni tan-negozjanti li japplikaw imposti fuq l-użu ta' strumenti tal-ħlas għall-ispejjeż għad-dispożizzjoni tagħhom.

Tiffaċilita wkoll it-tranżazzjonijiet ekonomiċi fl-Unjoni u dan jikkontribwixxi għall-kisba ta' għanijiet usa' tal-Istrateġija UE 2020 u l-promozzjoni ta' tkabbir ġdid.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità kif stabiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, l-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Suq integrat tal-UE għal suq tal-ħlasijiet elettroniċi bl-imnut jikkontribwixxi għall-għan tal-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jistipula suq intern. Il-benefiċċji tal-integrazzjoni tas-suq jinkludu aktar kompetizzjoni bejn PSPs u aktar għażla, innovazzjoni u sigurtà għall-utenti ta' servizzi ta' ħlas, speċjalment il-konsumaturi. Min-natura tiegħu, suq tal-ħlas integrat ibbażat fuq netwerks li jilħqu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, jeħtieġ approċċ fil-livell tal-UE hekk kif il-prinċipji, ir-regoli, il-proċessi u l-istandards applikabli għandhom ikunu konsistenti fost l-Istati Membri kollha sabiex tinkiseb ċertezza ġuridika u ambjent ekwu għall-parteċipanti kollha fis-suq. L-alternattiva għal approċċ wieħed għall-Komunità kollha tkun sistema ta' ftehimiet multilaterali jew bilaterali li l-kumplessità u l-kostijiet tagħha jkunu projbittivi meta mqabbla mal-leġiżlazzjoni fil-livell Ewropew. Intervent possibbli fil-livell tal-UE għalhekk huwa konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

1.5.3.     Il-lezzjonijiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

L-analiżi tal-qafas regolatorju attwali u tad-Direttiva tas-Servizz tal-Ħlas id-Direttiva, b'mod partikolari, enfasizzat il-kwistjonijiet li ġejjin:

- Applikazzjoni inkonsistenti tar-regoli eżistenti madwar l-Istati Membri minħabba numru kbir ta' għażliet u ħafna drabi kriterji ta' applikazzjoni ġenerali ħafna. Notevolment, ċerti eżenzjonijiet stabbiliti fil-PSD jidhru ġenerali wisq jew skaduti fir-rigward għall-iżviluppi tas-suq u qed jiġu interpretati b'mod differenti ħafna. Nuqqasijiet fil-kamp ta' applikazzjoni jinħolqu wkoll għall-ħlasijiet f'parti waħda mit-tranżazzjoni li tinsab barra ż-ŻEE u l-ħlasijiet f'valuti mhux mill-UE, li jwasslu għal aktar frammentazzjoni tas-suq, arbitraġġ regolatorju, u distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

- Il-vojt legali għal ċerti fornituri tas-servizzi tal-Internet li għadhom kemm tfaċċaw, bħal fornituri terzi li joffru inizjazzjoni ta' ħlas ibbażata fuq l-ibbankjar onlajn. Dawn is-servizzi jirrappreżentaw alternattiva ta' ħlas vijabbli u ta' sikwit orħos għal ħlasijiet bil-kard, attraenti wkoll għall-konsumaturi li ma għandhomx kards. Madankollu, il-mudelli tan-negozju attwali joħolqu xi tħassib fost il-banek u ċerti Stati Membri peress li l-fornituri bħalissa mhumiex suġġetti għall-qafas ġuridiku attwali. Il-vojt legali li kien hemm jirriskja li jimpedixxi l-innovazzjoni u kundizzjonijiet xierqa għall-aċċess għas-suq.

- Fin-nuqqas ta' standardizzazzjoni u interoperabbiltà bejn soluzzjonijiet ta' ħlas differenti (ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl) f'aspetti differenti u fi gradi differenti speċjalment f'livell transfruntiera, aggravati b'arranġamenti ta' governanza dgħajfa għas-suq tal-ħlasijiet bl-imnut tal-UE.

- Prattiki ta' ħlas inkonsistenti u diversi (għall-użu ta' strument tal-ħlas speċifiku applikat min-negozjanti) bejn l-Istati Membri (meta madwar nofs l-Istati Membri tal-UE jippermettu u n-nofs l-ieħor jipprojbixxu ħlas aktar minn normal) li jwasslu għal konfużjoni kbira għall-konsumaturi meta jixtru barra minn pajjiżhom jew fuq l-internet u kundizzjonijiet mhux ekwi.

- Fil-qasam tal-kards tal-ħlas, diversi regoli u prattiki restrittivi tan-negozju li jfixklu l-kompetizzjoni (rigward il-MIFs u r-regoli dwar l-għażla u l-flessibbiltà għan-negozjanti rigward l-aċċettazzjoni tal-kards).

Ir-reviżjoni tal-qafas Ewropew u notevolment tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas u l-konsultazzjoni dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl fl-2012 għalhekk wasslu għall-konklużjoni li aktar miżuri u aġġornamenti regolatorji, inklużi l-aġġustamenti tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas huma meħtieġa sabiex il-qafas tal-ħlasijiet jista' jservi aħjar il-ħtiġijiet ta' suq tal-ħlasijiet Ewropew effettiv, u jikkontribwixxi bis-sħiħ għal ambjent tal-ħlasijiet li jrawwem il-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u s-sigurtà.

1.5.4.     Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma' strumenti oħra xierqa

Il-qafas legali stabbilit mill-PSD, ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-pagamenti tranfruntiera u t-Tieni Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi 2009/110/KE diġà rriżultaw fi progress sinifikanti fir-rigward tal-integrazzjoni totali tas-suq Ewropew tal-ħlasijiet bl-imnut. Id-data finali tal-migrazzjoni lejn is-SEPA tar-Regolament (KE) Nru 260/2012 tistabbilixxi skadenzi tal-migrazzjoni għal trasferimenti ta' kreditu pan-Ewropej u debiti diretti pan-Ewropej, li jissostitwixxu kompletament l-iskemi nazzjonali għal ħlasijiet nazzjonali transfruntiera f'euro fl-UE mill-2014. Il-qafas regolatorju huwa kkumplimentat b'għadd ta' investigazzjonijiet u deċiżjonijiet skont il-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE mill-Kummissjoni tul dawn l-aħħar snin fil-qasam tal-ħlasijiet bl-imnut.

Madankollu, is-suq tal-ħlasijiet bl-imnut huwa dinamiku ħafna u esperjenza ritmu sinifikanti ta' innovazzjoni f'dawn l-aħħar ftit snin. Oqsma importanti tas-suq tal-ħlasijiet, speċjalment ħlasijiet bil-kard u mezzi ġodda ta' ħlasijiet, bħal ħlasijiet bl-internet u bil-mowbajl, spiss għadhom frammentati mal-fruntieri nazzjonali u b'hekk jagħmluha diffiċli għal servizzi ta' ħlas diġitali innovattivi u faċli biex jintużaw li jiżviluppaw b'mod effiċjenti u jipprovdu lill-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut b'metodi ta' ħlas effettivi, siguri u konvenjenti (bl-eċċezzjoni possibbli tal-karti tal-kreditu) fil-livell pan-Ewropew biex jixtru varjetà dejjem akbar ta' oġġetti u servizzi. L-aħħar żviluppi f'dawn is-swieq issottolinjaw ukoll ċerti lakuni regolatorji fil-qafas legali attwali tal-pagamenti u l-fallimenti tas-suq fis-swieq għal ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl li din l-inizjattiva għandha l-għan li tindirizza.

1.6.        It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju:

¨ Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien limitat

¨      Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

¨      Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

¨ Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien illimitat

1.7.        Il-mod(i) ta' mmaniġġar ippjanat(i) [52]

Għall-baġit tal-2015

¨ Immaniġġar indirett ċentralizzat mad-delega ta' kompiti ta' implimentazzjoni lil:

¨ aġenziji eżekuttivi

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni indiretta bil-kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit fdati lil:

¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);

¨il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

¨ korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209;

¨ korpi tal-liġi pubblika;

¨ korpi rregolati b'liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku sal-punt li dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

¨ korpi rregolati b'liġi privata ta' Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

¨ persuni inkarigati biex jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

2.           Miżuri ta' Ġestjoni

2.1.        Regoli ta' sorveljanza u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet

L-Artikolu 81 tar-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) jeħtieġ lill-Kummissjoni li sat-2 ta' Jannar 2014, u kull tliet snin minn dakinhar, tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza akkwistata b'riżultat tal-operat tal-ABE. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni tippubblika rapport ġenerali li se jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Sistema ta' ġestjoni u kontroll

2.1.1.     Ir-riskju/i identifikat(i)

Fir-rigward tal-użu legali, ekonomiku, effiċjenti u effettiv tal-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mill-proposta huwa mistenni li l-proposta ma toħloqx riskji ġodda li ma humiex attwalment koperti minn qafas ta' kontroll intern eżistenti tal-ABE.

2.1.2.     Il-metodu/i tal-kontroll previst(i)

Japplikaw sistemi ta' ġestjoni u kontroll kif stipulati fir-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità Bankarja Ewropea (1093/2010).

2.2.        Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet:

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

Għall-finijiet ta' ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom japplikaw għall-ABE mingħajr l-ebda restrizzjoni.

L-ABE għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u għandha tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal kollu tal-ABE.

Id-deċiżjonijiet ta' finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti ta' implimentazzjoni li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, iwettqu verifiki fuq il-post fuq il-benefiċjarji ta' fondi żborzati mill-ABE kif ukoll fuq il-persunal responsabbli mill-allokazzjoni ta' dawn il-fondi.

L-Artikoli 64 u 65 tar-Regolament li jistabbilixxi l-ABE stipulaw id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tal-ABE u r-regoli finanzjarji applikabbli.

3.           Stima tal-impatt finanzjarju tal-proposta/inizjattiva

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i baġitarji tan-nefqa affettwata

L-intestaturi baġitjarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u linji baġitjarji.

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Linja baġitjarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura………………………...……………] || Diff./mhux diff. ([53]) || Mill-pajjiżi tal-EFTA[54] || Mill-pajjiżi kandidati[55] || Mill-pajjiżi terzi || Fit-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1.a || 12.03.02 Awtorità Bankarja Ewropea || Diff. || IVA || IVA || LE || LE

3.2.        L-impatt stmat fuq in-nefqa

Il-kompiti l-ġodda se jitwettqu permezz tar-riżorsi umani disponibbli fl-allokazzjoni baġitarja annwali proċedura, fid-dawl tal-limiti baġitarji, li huma applikabbli għall-korpi kollha tal-UE u f'konformità mal-ipprogrammar finanzjarju għall-aġenziji.

3.2.1.     Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljun EUR (sa tliet punti deċimali)

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 1.a || Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

DĠ MARKT || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

12.03.02 || Impenji || (1) || 0,160 || 0,150 || 0,075 || 0,075 || 0,075 || 0,075 || 0,609

Ħlasijiet || (2) || 0,160 || 0,150 || 0,075 || 0,075 || 0,075 || 0,075 || 0,609

TOTAL ta' approprjazzjonijiet għal DĠ MARKT || Impenji || =1+1a +3a || 0,160 || 0,150 || 0,075 || 0,075 || 0,075 || 0,075 || 0,609

Ħlasijiet || =2+2a +3b || 0,160 || 0,150 || 0,075 || 0,075 || 0,075 || 0,075 || 0,609

miljun EUR (sa tliet punti deċimali)

|| || || 2015[56] || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI MINN 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0,160 || 0,150 || 0,075 || 0,075 || 0,075 || 0,075 || 0,609

Ħlasijiet || 0,160 || 0,150 || 0,075 || 0,075 || 0,075 || 0,075 || 0,609

3.2.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-[korp]

¨         Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi.

3.2.3.     Stima tal-impatt fuq ir-riżorsi umani tal-[korp]

3.2.3.1.  Sommarju

¨         Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

3.2.3.2.  Ir-rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

¨         Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta' riżorsi umani:

3.2.4.     Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali

¨         Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f'miljuni ta' EUR (sa tliet punti deċimali)

|| 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total

L-Istati Membri || 0,240 || 0,225 || 0,112 || 0,112 || 0,112 || 0,112 || 0,913

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || 0,240 || 0,225 || 0,112 || 0,112 || 0,112 || 0,112 || 0,913

3.3.        L-impatt stmat fuq id-dħul

¨         Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul

Anness 1

Fir-reviżjoni tal-PSD, dawn ir-responsabbiltajiet u l-ħidmiet speċifiċi li ġejjin ġew definiti għal ABE, stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 14 – tiżviluppa u topera portal tal-internet:

-           Tiżviluppa u topera portal tal-internet li jservi bħala punt ta' aċċess elettroniku tal-UE li jorbot flimkien reġistri pubbliċi nazzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 13 u tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jistipulaw rekwiżiti tekniċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni li tinsab f'dawn reġistri pubbliċi.

Artikolu 26 – obbligi tal-ABE fil-kuntest ta' proċedura ta' "passaportar":

– It-tħejjija ta' linji gwida dwar il-kwistjoni jekk il-bidu ta' attivitajiet fi Stat Membru ieħor taħt ir-reġim tal-“passaportar” tikkostitwixxix l-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Dawk il-linji gwida jinħarġu fi żmien sentejn mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

– L-iżvilupp ta' abbozz ta' standards tekniċi regolatorji dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju msemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 26 ma' dawk tal-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 26 u l-Artikolu 18, li jispeċifikaw il-metodu, il-mezz u d-dettalji tal-kooperazzjoni fin-notifika ta' istituzzjonijiet tal-ħlas li joperaw fuq bażi transfruntiera u partikolarment l-ambitu u t-trattament ta' informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata, inkluża terminoloġija komuni u l-mudelli għan-notifika standard biex jiġi żgurat proċess ta' notifika konsistenti u effiċjenti. L-ABE tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

– L-iżvilupp ta' abbozz ta' standards tekniċi regolatorji dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma' dawk tal-Istat Membru ospitanti f'konformità mal-paragrafi minn 2 sa 4 tal-Artikolu 26 u l-Artikolu 22, li jispeċifikaw il-metodu, il-mezz u d-dettalji tal-kooperazzjoni fis-superviżjoni ta' istituzzjonijiet tal-ħlas li joperaw fuq bażi transfruntiera u partikolarment l-ambitu u t-trattament ta' informazzjoni li għandha tiġi skambjati, sabiex tkun żgurata superviżjoni konsistenti u effiċjenti tal-istituzzjonijiet tal-ħlas li jeżerċitaw il-forniment ta' servizzi ta' ħlas. L-ABE tibgħat dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

l-Artikolu 86 u 87 – l-iżvilupp ta' linji gwida ta' sigurtà u l-ħruġ ta' linji gwida dwar il-ġestjoni ta' inċidenti importanti ta' sigurtà mill-fornituri ta' servizzi ta' ħlas (PSPs):

– L-iżvilupp ta' linji gwida fir-rigward tal-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri ta' sigurtà skont l-Artikolu 85, inklużi l-proċessi ta' ċertifikazzjoni meta rilevanti f'konformità mal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 85(3). Din, inter alia, tieħu inkunsiderazzjoni l-istandards u/jew l-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva NIS. L-ABE, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, tanalizza l-linji gwida regolarment, imma mill-inqas darba kull sentejn.

– Il-ħruġ ta' linji gwida biex tagħmilha faċli għall-fornituri ta' servizzi ta' pagament biex jikkwalifikaw inċidenti kbar u ċ-ċirkostanzi li fihom istituzzjoni tal-ħlas tkun meħtieġa tinnotifika inċident tas-sigurtà. Dawk il-linji gwida jinħarġu fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

– F'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, il-ħruġ ta' linji gwida indirizzati lill-fornituri ta' servizzi ta' ħlas kif stabbiliti fl-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva b'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar awtentikazzjoni tal-klijenti mill-aktar avvanzata u kwalunkwe eżenzjoni għall-użu ta' awtentikazzjoni serja tal-klijenti Dawk il-linji gwida jinħarġu fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u jiġu aġġornati fuq bażi regolari kif ikun xieraq.

[1]               Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).

[2]               Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

[3]               Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11).

[4]               Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).

[5]               Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea "Lejn suq Ewropew integrat għall-ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl" COM(2011) 941 final.

[6]               Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea "l-Att dwar is-Suq Uniku II - Flimkien għal tkabbir ġdid", COM(2012) 573 final.

[7]               Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: "Aġenda Diġitali għall-Ewropa", COM(2010) 245 final.

[8]               "Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' identifikazzjoni elettronika u ta' fiduċja għat-tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern" tal-Kummissjoni Eweropea, COM(2012) 238 final.

[9]               "Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni, COM(2013) 48 final.

[10]             Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: "Qafas koerenti għall-bini ta' fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali tal-kummerċ elettroniku u tas-servizzi online", COM(2011) 942.

[11]             Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

[12]             http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2011:0941:FIN:MT:PDF.

[13]             http://ec.europa.eu/internal_market/payments/docs/cim/gp_feedback_statement_en.pdf.

[14]             Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 dwar "Lejn suq Ewropew integrat għal ħlasijiet bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl" (2012/2040(INI))

[15]             L-istudju huwa disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/internal_market/payments/framework/transposition/index_en.htm.

[16]             L-għażliet ta' politika differenti u l-impatti tagħhom huma diskussi fid-dettall fil-valutazzjoni tal-impatt disponibbli fuq [il-link għad trid tiżdied]

[17]             ĠU C , , p. .

[18]             ĠU C , , p. .

[19]             Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).

[20]             Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11).

[21]             Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

[22]             Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30,03.2012, p. 22).

[23]             Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

[24]             COM(2012) 941 final.

[25]             Id-Direttiva XXXX/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [data] dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L x, p. x).

[26]             Ir-Regolament (UE) Nru [XX/XX/XX/] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [data] dwar tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ta' ħlas ibbażati fuq kards (ĠU L x, p. x).

[27]             Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27,06.2013, p. 338).

[28]             Id-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji (ĠU L 222, 14.08.1978, p. 11).

[29]             Id-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati (ĠU L 193, tat-18.07.1983, p. 1).

[30]             Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).

[31]             Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

[32]             Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.06.1998, p. 45).

[33]             Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

[34]             Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, (ĠU L 149, 11.06.2005, p. 22).

[35]             Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.07.2000, p. 1).

[36]             Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16).

[37]             Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment ħieles ta' tali dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.)

[38]             Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta, (ĠU L 8, 12.01.2001, p. 1).

[39]             Ir-Regolament (UE) 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjonital-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

[40]             Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma I), ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6.

[41]             Id-Direttiva 2006/112/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

[42]             Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14).

[43]             Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012(ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

[44]             Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Qafas) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

[45]             Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

[46]             Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar min iħallas, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1).

[47]             Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9,6.2006, p. 87).

[48]             Ir-Regolament (KE) 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

[49]             Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tirrevoka d-Direttiva 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

[50]             Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

[51]             ABM: Immaniġġar Ibbażat fuq l-Attività – ABB: Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività.

[52]             Id-dettalji tal-modi tal-immaniġġar u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinsabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[53]             Diff.=Approprjazzjonijiet Differenzjati / Mhux-Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[54]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[55]             Il-pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[56]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.