52013PC0501

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-Impriża Konġunta ECSEL /* COM/2013/0501 final - 2013/0234 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

· Il-kuntest ġenerali

L-Unjoni Ewropea (UE) għandha tieħu passi biex tiżgura li tkun tista’ toħroġ mill-kriżi ekonomika u finanzjarja u ssib triq għal tkabbir sostenibbli.

Wieħed mill-għanijiet ta’ Orizzont 2020[1], il-programm tal-Unjoni Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għall-perjodu 2014-2020, se jkun li jsaħħaħ l-industrija Ewropea permezz ta’ azzjonijiet ta' appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni fuq firxa ta’ setturi industrijali.

Il-pilastru tat-Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali tal-miri ta' Orizzont 2020 jimmira speċifikament it-tisħiħ tal-kompetittività industrijali f’teknoloġiji ewlenin bħall-ICT. Il-mikroelettronika u n-nanoelettronika, u komponenti u sistemi inkorporati intelliġenti huma oqsma ta’ prijorità identifikati fi ħdan it-tema tal-ICT f’Orizzont 2020.

Biex ikun hemm allinjament aħjar tal-appoġġ tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni b'għanijiet industrijali u jinġieb aktar investiment industrijali fl-Ewropa, Orizzont 2020 jipprovdi għat-twaqqif ta' sħubijiet pubbliċi-privati fl-oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Ewropa ta' kompetittività akbar u jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà.

Din il-proposta l-ġdida għal sħubija pubblika-privata (PPP) tirrelata ma’ Impriża Konġunta (JU - Joint Undertaking) fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi. L-ECSEL (‘Electronic Components and Systems for European Leadership’ - Komponenti u Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea) tal-JU tissostitwixxi l-ENIAC[2] u l-ARTEMIS[3] tal-JU preċedenti rispettivament fl-oqsma tan-nanoelettronika u s-sistemi inkorporati mnedija taħt is-Seba' Programm Qafas[4]. Hija qed titressaq fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali[5], il-proposta tal-Kummissjoni għal Orizzont 2020, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni " "Partnering in Research and Innovation" (Sħubija fir-riċerka u l-Innovazzjoni)[6], l-Inizjattiva Ewlenija għall-Unjoni tal-Innovazzjoni[7], il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Teknoloġiji Ewlenin Abilitanti "A European strategy for Key Enabling Technologies — A bridge to growth and jobs" - (Strateġija Ewropea għal Teknoloġiji Ewlenin Abilitanti - Pass għat-tkabbir u l-impjiegi)[8] , u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "A European strategy for micro- and nanoelectronics components and systems" - (Strateġija Ewropea għall-komponenti u s-sistemi tal-mikro u n-nano elettronika)[9]. Il-proposta tikkonforma wkoll mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sħubija bejn il-pubbliku u l-privat f’Orizzont 2020: għodda b'saħħitha sabiex twettaq l-innovazzjoni u t-tkabbir fl-Ewropa[10].

· Skop u għanijiet ta’ Impriża Konġunta fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi

Barra milli huma industrija sinifikanti b'aktar minn EUR 1000 biljun ta' fatturat madwar id-dinja, il-komponenti elettroniċi u s-sistemi inkorporati huma l-qofol tal-biċċa l-kbira tat-titjib tal-produttività fl-oqsma kollha tal-ekonomija u għandhom rwol ewlieni fl-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà. Minkejja l-preżenza qawwijja fi swieq vertikali importanti (tal-karozzi, l-enerġija, is-sistemi tal-pagament, eċċ.), l-industrija tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi fl-Ewropa qed taffaċċa sfidi kbar li se jħallu impatt fuq l-ekonomija kollha.

B’mod aktar speċifiku, l-Ewropa qed taffaċċa żewġ sfidi ewlenin fil-komponenti u s-sistemi elettroniċi. Waħda hija li jkollha kontroll tal-elementi ewlenin tal-katina tal-valur, (jiġifieri d-disinn, il-manifattura u l-integrazzjoni fil-prodotti finali), li huma essenzjali sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-ħolqien ta’ valur mill-elettronika fl-Ewropa inkluż il-kompetittività ta’ ħafna setturi industrijali Ewropej oħrajn (tal-karozzi, l-enerġija, is-saħħa, l-industrija tal-internet, eċċ.). L-oħra hija li tegħleb lakuni importanti fil-katini tal-innovazzjoni sabiex tittrasforma aħjar l-eċċellenza tar-riċerka f’suċċessi kummerċjali.

Fl-indirizzar tal-isfidi ta' hawn fuq l-Ewropa trid tlaħħaq mal-kompetizzjoni globali qawwija, l-ishma tas-suq tal-industrija tagħha li qed imajnaw, l-ispejjeż għolja tar- riċerka u l-innovazzjoni u l-iżvilupp rapidu tat-teknoloġija.

F’dak il-kuntest, Impriża Konġunta fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi se timmira li:

· tiżgura s-sigurtà tal-provvista ta’ teknoloġiji ewlenin li jsostnu l-innovazzjoni fis-setturi ewlenin kollha tal-ekonomija, u tiżgura li l-Ewropa tista’ tagħmel l-aħjar użu ta’ dawn it-teknoloġiji biex b’mod ġenerali tixpruna t-tkabbir ekonomiku;

· tappoġġa l-politiki tal-UE, l-ambjent u l-kompetittività industrijali kif inkorporati fl-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

· tegħleb l-ostakli għar-riċerka u l-innovazzjoni effettivi f’dan il-qasam, inkluż ir-riskji għoljin, l-infiq għoli tar-R&Ż u l-fallimenti tas-suq. L-appoġġ pubbliku huwa meħtieġ biex iservi ta' ingranaġġ għall-investimenti privati;

· tallijnja l-istrateġiji mal-Istati Membri biex tattira l-investiment privat u biex tikkontribwixxi għall-finanzjamenti pubbliċi b’saħħithom billi tiġi evitata d-duplikazzjoni inutli tal-isforzi u l-frammentazzjoni, u tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni għall-atturi involuti fir-riċerka u l-innovazzjoni;

· tħeġġeġ lill-industrija sabiex tfassal aġenda strateġika għar-riċerka u l-innovazzjoni fuq medda twila ta’ żmien, toħloq il-massa kritika meħtieġa, isservi ta' ingranaġġ għall-investiment privat, tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien, tnaqqas ir-riskji, tnaqqas l-ispejjeż u tnaqqas iż-żmien sas-suq.

B’mod partikolari, l-għanijiet speċifiċi ta’ din l-Impriża Konġunta ġdida huma:

· li tinżamm u tikber il-kapaċità tal-manifattura ta' sistemi tas-semikondutturi u intelliġenti fl-Ewropa, inkluż it-tmexxija fit-tagħmir tal-manifattura u l-ipproċessar tal-materjali;

· li tiżgura pożizzjoni ta’ tmexxija fl-inġinerija tad-disinn u s-sistemi inkluż it-teknoloġiji inkorporati;

· li tipprovdi aċċess għall-partijiet interessati kollha għal infrastruttura ta’ klassi dinjija għad-disinn u l-manifattura ta’ komponenti elettroniċi u sistemi inkorporati u intelliġenti;

· li trawwem l-iżvilupp ta’ ekosistemi li jinvolvu SMEs innovattivi, it-tisħiħ tar-raggruppamenti eżistenti u trawwem ukoll il-ħolqien ta’ raggruppamenti ġodda f’oqsma promettenti ġodda.

· Nibnu fuq l-esperjenza tal-passat

L-Impriża Konġunta proposta tibni fuq il-kisbiet ta’ JUs (ENIAC u ARTEMIS) preċedenti taħt is-Seba’ Programm Qafas. Iż-żewġ JUs immiraw lejn il-ħolqien ta’ programm tar-riċerka u żvilupp mifrux mal-Ewropa kollha fl-oqsma tan-nanoelettronika u s-sistemi inkorporati b’inċentiv għall-industrija, l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea biex jallinjaw l-istrateġiji u jżidu l-investimenti. Dawn ipprovdew opportunità kbira biex issir kooperazzjoni madwar l-Ewropa, tinħoloq massa kritika u ingranaġġ għall-investimenti. Il-JUs urew li jistgħu b’suċċess jiżvolġu r-rwol ta’ intermedjarju onest, u jservu ta' katalist għal proġetti ambizzjużi li jżidu l-impenn tal-mexxejja tas-settur privat f’qafas li fih l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u Ewropej jistgħu jappoġġaw oqsma ta’ valur strateġiku għoli. Din il-kapaċità ġiet ippruvata b'mod konvinċenti bis-suċċess tal-ENIAC tal-JU fl-attivazzjoni tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-KET fin-nanoelettronika u bl-ewwel tnedija tal-ARTEMIS tal-JU tal-Proġetti bi Prova ta' innovazzjoni fuq skala kbira. Fil-perjodu 2008-2012 ġie realizzat investiment totali tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni ta’ EUR 2.8 biljun minn madwar 2000 parteċipant li aktar minn 500 minnhom huma SMEs.

Dawn il-JUs jinvolvu s-settur privat, l-awtoritajiet nazzjonali u l-awtoritajiet Ewropej. Sfida waħda importanti ta’ din il-kostruzzjoni tripartitika kienet tikkonsisti fl-allinjament tal-proċeduri u l-kontenut mal-aspettattivi u l-proċessi tal-Istati Membri parteċipanti.

L-ewwel u t-tieni evalwazzjonijiet interim tal-ARTEMIS u l-ENIAC tal-JU irrakkomandaw ħafna t-tkomplija ta' inizjattiva simili taħt Orizzont 2020, b'konsiderazzjoni li l-ebda organizzazzjoni jew Stat Membru waħdu ma jista' possibbilment jindirizza l-isfidi kollha ta’ dan is-settur. Għalhekk, azzjoni koordinata fil-livell Ewropew hija meqjusa l-aħjar mod 'il quddiem.

L-esperjenza bil-mudell preżenti turi li din irnexxielha tikseb l-għanijiet, minkejja li ħadet iktar żmien biex wieħed jitgħallem milli kien antiċipat, matul liema żmien kellhom jinbnew il-fiduċja u l-modus operandi.

Minbarra s-suċċessi imsemmija hawn fuq, hemm xi osservazzjonijiet li jridu jsiru fuq l-istruttura preżenti:

· Hemm nuqqas ta’ sinkronizzazzjoni bejn id-diversi proċeduri nazzjonali (kemm għall-kuntrattar kif ukoll għall-pagamenti), u din toħloq dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti.

· L-obbligu għall-parteċipanti li jikkonkludu żewġ ftehimiet ta' għotja msejsa fuq regoli differenti (JU u nazzjonali) jikkostitwixxi piż amministrattiv.

· Ir-regoli nazzjonali li jvarjaw bejnithom għandhom impatt fuq il-mod kif jinbnew il-konsorzja.

· Id-dipendenza riġida bejn l-impenji tal-UE u dawk nazzjonali (proporzjon tal-kontribuzzjonijiet kif imposti mir-Regolament tal-Kunsill SM/UE 1.8) xekklet l-eżekuzzjoni tal-baġit.

· Ir-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju Qafas għall-aġenziji deċentralizzati ħolqu limitazzjonijiet sinifikanti fuq ir-riżorsi limitati tal-JU.

Dawk id-diffikultajiet ma żammewx l-affarijiet milli jsiru iżda kienu meħtieġa sforzi kontinwi mill-partijiet kollha biex is-sistema tkun tista’ tiffunzjona. L-inizjattiva futura se tibbenefika ferm minn mudell operativ simplifikat f'konformità mal-miri ġenerali ta’ simplifikazzjoni taħt Orizzont 2020. Il-proposta għal JU ġdida tinkludi dispożizzjonijiet li jimmiraw lejn is-simplifikazzjoni u l-flessibbiltà tal-operazzjonijiet.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

· Riżultati tal-konsultazzjoni

Il-partijiet interessati jikkunsidraw iż-żewġ JUs eżistenti fl-ICT bħala li huma ta’ valur għoli. Il-konsultazzjoni pubblika wriet li l-JUs għenu biex jiġu indirizzati l-ostakli ewlenin fl-oqsma rispettivi tagħhom u kkontribwixxew għal żieda fil-kompetittività Ewropea.

Il-JUs ENIAC u ARTEMIS preżenti jinvolvu partijiet interessati industrijali (kemm il-kumpaniji l-kbar kif ukoll l-SMEs) u l-komunità tar-riċerka (riċerka u organizzazzjonijiet tad-disseminazzjoni tal-għarfien) minn madwar l-Ewropa. L-Istati Membri huma involuti direttament fl-istrutturi ta' governanza u jikkontribwixxu finanzjarjament. Il-komunitajiet industrijali u tar-riċerka huma rappreżentati permezz tal-assoċjazzjonijiet industrijali AENEAS u ARTEMIS-IA.

Il-konsultazzjonijiet juru li l-atturi kollha huma motivati u impenjati għall-JTIs. Skont l-industrija, il-JTIs għenu billi ġabru flimkien il-partijiet interessati rilevanti u ffaċilitaw il-kooperazzjoni fl-implimentazzjoni ta’ aġendi ta’ riċerka strateġiċi. Il-JTIs jiġbru flimkien riżorsi privati u fondi pubbliċi mill-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea.

Għall-JTI l-ġdida, il-partijiet interessati kollha jappoġġaw bis-sħiħ dawn iż-żewġ għanijiet ewlenin:

· Li tinkiseb massa kritika bil-ġabra flimkien tar-riżorsi pubbliċi u privati; u

· Li jiġi pprovdut l-appoġġ pubbliku għal dimostraturi u proġetti pilota fuq skala kbira.

Għandhom jiġu appoġġati l-kooperazzjoni dwar l-innovazzjoni fil-ktajjen tal-valur madwar l-Ewropa kollha u li huma eqreb tas-suq. Id-disinn ta’ komponenti u sistemi elettroniċi kumplessi għandhom ikunu koperti kif ukoll il-manifattura u l-iżvilupp teknoloġiku.

L-Istati Membri jinsistu fuq l-aktar infiq effettiv tal-flejjes pubbliċi fl-interessi tal-industrija u l-komunità tar-riċerka nazzjonali tagħhom. L-Istati Membri parteċipanti kollha jirrikonoxxu l-importanza ta’ industrija b’saħħitha fil-komponenti u s-sistemi elettroniċi għall-ekonomija nazzjonali tagħhom. L-Istati Membri huma lesti jikkunsidraw il-parteċipazzjoni f’mudell tripartitiku, meta l-livell ta’ finanzjament jirrikjedi l-ġabra tar-riżorsi u allinjament aktar b’saħħtu tal-istrateġiji fil-livelli reġjonali, nazzjonali u dawk tal-UE.

Xi Stati Membri jirrikonoxxu d-diffikultajiet li bħalissa għandhom quddiemhom il-parteċipanti, notevolment permezz tal-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà nazzjonali u n-nuqqas ta’ sinkronizzazzjoni u allinjament tat-termini nazzjonali kontraenti u ta’ finanzjament. Id-differenzi fil-ftehimiet nazzjonali joħolqu kundizzjonijiet differenti ta' parteċipazzjoni u jwasslu għal xi ineffiċjenzi. Dawn id-diffikultajiet ġew irrappurtati mill-partijiet interessati f’konnessjoni mal-mudell tripartiku għall-JTI.

Għall-SMEs l-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni huwa ta’ importanza kbira. Huma jiffavorixxu b’mod qawwi aktar appoġġ immirat, opinjoni li hija kondiviża bejn l-Istati Membri parteċipanti.

Il-ħtieġa ta' perspettivi finanzjarji pluriennali mill-Istati Membri għall-operazzjonijiet tal-JU hija bl-istess mod enfasizzata minn ħafna partijiet interessati.

Id-diversi opinjonijiet tqiesu meta ġiet iddisinjata l-JTI l-ġdida fil-komponenti u s-sistemi elettroniċi għalkemm il-modus operandi tal-JU bħala one-stop shop ma kienx appoġġat bl-istess mod mill-Istati Membri kollha.

· Il-valutazzjoni tal-impatt

Ir-Regolament propost kien suġġett għal Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni, li tinsab mehmuża mal-proposta.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

· Sommarju tal-azzjoni proposta

Il-proposta tikkonsisti f'Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL u d-definizzjoni tal-għanijiet, l-istatus legali, ir-regoli operattivi u l-istatuti tagħha għall-perjodu 2014-2024 (sal-2020 għall-ipprogrammar finanzjarju). L-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS ġew stabbiliti rispettivament fl-oqsma tan-nanoelettronika u s-sistemi tal-kompjuters inkorporati permezz tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 u Nru 74/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007. Dawn għandhom jitħassru b’effett mid-dħul fis-seħħ tal-JU l-ġdida.

· Bażi legali

Il-bażi legali tal-proposta hija l-Artikolu°187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Ir-regoli għall-Parteċipazzjoni u d-Disseminazzjoni ta’ Orizzont 2020 għandhom japplikaw. Madankollu, minħabba ħtieġa operattiva speċifika ta’ din l-inizjattiva, tinħtieġ deroga minn dawn ir-Regoli. Madankollu, din id-deroga speċifika mhijiex inkluża fil-proposta preżenti f'dan l-istadju sabiex id-diskussjonijiet interistituzzjonali ma jiġux ippreġudikati f'dak li għandu x'jaqsam mal-bażi legali/il-modalitajiet proċedurali xierqa għall-adozzjoni tagħhom, li għadhom pendenti fil-kuntest tax-xogħlijiet leġiżlattivi dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula r-Regoli għall-Parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni fl-Orizzont 2020 (COM(2011) 0810 - 2011/0399 (COD). Id-deroga speċifika se tiġi introdotta fi stadju iktar tard fid-dawl tar-riżultat tad-diskussjonijiet imsemmija hawn fuq.

L-applikabbiltà tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat teħtieġ deroga mir-Regolament (UE) Nru... [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni fl-Orizzont 2020] fir-rigward rata unika ta’ finanzjament għal kull azzjoni. Minħabba l-kofinanzjament mill-Istati Membri, ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat bid-dispożizzjonijiet speċifi tagħhom dwar l-intensitajiet tal-għajnuna skont it-tip ta’ parteċipant u t-tip ta’ attività japplikaw għal għajnuna pubblika mogħtija mill-Impriża Konġunta.

· Prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sa fejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri individwali għar-raġunijiet li ġejjin.

· L-isfidi kbar li qed jaffaċċaw l-industrija u l-ekonomija tal-Ewropa jirrikjedu investiment sostanzjali li jirrappreżenta sforz kbir għal kwalunkwe Stat Membru wieħed biex jidħol għalih waħdu. Bħala riżultat, l-Istati Membri individwali, ikun x’ikun id-daqs tal-ekonomija tagħhom, jaħsbuha darbtejn biex jinvestu fir-riċerka u l-innovazzjoni, jew idewmu l-investimenti li huma essenzjali biex jattiraw aktar investiment privat u jibnu l-kapaċità tal-Ewropa għall-innovazzjoni u l-kompetizzjoni. Billi tgħaqqad ir-riżorsi minn livelli reġjonali, nazzjonali u tal-UE, l-Ewropa tista’ tirreaġixxi malajr u tantiċipa d-domanda għal investimenti għolja, kif jidher mis-sejħiet għall-proposti tal-2012 fir-rigward tal-JTI ENIAC. Din is-sejħa tappoġġa sett ta’ linji pilota tal-manifattura f'dominji ewlenin tal-industriji tal-Ewropa.

· L-Ewropa għandha raggruppamenti teknoloġiċi u industrijali speċjalizzati ta' kwalità għolja fil-mikro u n-nanoelettronika u sistemi inkorporati intelliġenti. L-innovazzjoni u l-prodotti u s-servizzi kompetittivi qegħdin dejjem jirriżultaw iżjed minn attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni multidixxiplinarji u minn alleanzi u sħubijiet tul il-katina tal-valur mill-iżvilupp tas-semikondutturi sa softwer inkorporat u applikazzjonijiet tan-netwerk. Jekk l-ebda inizjattiva ma tiġi mnedija fil-livell tal-UE fl-Ewropa se tiżdied il-frammentazzjoni tal-firxa tar-riċerka u l-innovazzjoni. Mingħajr programm iffukat u koerenti l-kontribut tal-Ewropa għal komponenti u sistemi elettroniċi jkun jikkonsisti f’sett ta’ sforzi lokali mferrxa u mhux strutturati. Il-progress jinżamm lura minn nuqqas ta' koordinazzjoni għal għanijiet tar-R&Ż industrijali, id-duplikazzjoni tal-isforz, il-burokrazija mhux meħtieġa, u l-użu mhux daqshekk tajjeb tal-fondi limitati għar-riċerka. B’hekk, azzjoni mill-Istati Membri individwali mhix biżżejjed biex jingħelbu l-isfidi affaċċati mill-industrija tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi. L-ebda mekkaniżmu nazzjonali mhu se jkunu jista' jiġbor l-għarfien espert u l-mezzi finanzjarji kollha meħtieġa sabiex jieħu pożizzjoni b’saħħitha fis-suq globali kompetittiv.

Azzjoni fil-livell tal-UE tilħaq aħjar l-għanijiet mixtieqa għal diversi raġunijiet. Sħubija Ewropea pubblika-privata se taħdem ta' ingranaġġ għall-mezzi finanzjarji u tekniċi li huma essenzjali biex wieħed jifhem u jkollu kontroll fuq il-kumplessità tar-rata dejjem tikber tal-innovazzjoni f’dan il-qasam. Se jkollha effett ta’ ffukar fuq il-prijoritajiet Ewropej, nazzjonali u industrijali. Se tgħaqqad is-saħħiet tal-programmi transnazzjonali u Ewropej. L-adozzjoni ta' modus operandi ssimplifikat għandha tippermetti dewmien inqas biex tinkiseb għotja u tonqos il-burokrazija għall-parteċipanti.

Għaldaqstant, il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

· Prinċipju tal-proporzjonalità

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-kisba tal-għanijiet tiegħu.

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. L-Impriża Konġunta proposta hija l-unika għażla sempliċi li tegħleb ir-restrizzjonijiet u tissodisfa r-rekwiżiti għall-ilħuq tal-għanijiet tal-azzjoni. Hija struttura li għandha tibqa' tajba għal ħafna snin, għandha personalità legali u tipprovdi qafas legali ċar għall-kollaborazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-atturi involuti fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali u l-UE fi sħubija pubblika-privata. Il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha hija mill-aktar importanti. Peress li l-inizjattiva tiffoka fuq għanijiet industrijali ta' sinifikanza kbira għall-kompetittività ekonomika, il-parteċipazzjoni industrijali hija essenzjali sabiex tgħin l-iffurmar tal-prijoritajiet tar-riċerka u l-politiki tal-innovazzjoni. L-involviment tal-Istati Membri huwa meħtieġ għall-mobilizzazzjoni tal-fondi nazzjonali li jikkostitwixxu l-parti l-kbira tal-infiq pubbliku fir-riċerka u l-iżvilupp f'dan il-qasam. Finalment, l-UE għandha rwol importanti fit-tmexxija tal-proċess ta' integrazzjoni, billi żżomm bilanċ bejn l-interessi differenti tal-imsieħba, u billi tagħmel monitoraġġ li jixraq tal-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha.

L-azzjoni proposta se tikseb l-integrazzjoni meħtieġa fil-livell tal-UE filwaqt li tipprovdi flessibilità għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri. Is-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-użu ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali tinżamm fil-livell nazzjonali. L-Impriża Konġunta se tistabbilixxi struttura sempliċi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u għall-operazzjonijiet finanzjarji u amministrattivi. Hija se tkun partikolarment kosteffettiva peress li l-ispejjeż amministrattivi tagħha mistennija li jkunu madwar 3% tal-kontribuzzjoni ġenerali tal-UE għall-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni li se jitnedew mill-Impriża Konġunta.

· L-għażla ta’ strument

L-istrument li qed jiġi propost: Regolament

Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: il-ħolqien ta’ Impriża Konġunta li fiha tipparteċipa l-Unjoni Ewropea teħtieġ Regolament tal-Kunsill.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

L-istima baġitarja li trid tingħata mid-DĠ CONNECT mill-baġit tiegħu għat-Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali turi nefqa massima tal-UE ta' EUR 1 215 255 000[11] [12] (inkluż l-EFTA) tul il-ħajja kollha tal-Impriża Konġunta tal-ECSEL (sal-2024), li jeħtieġ li jiġu impenjati qabel il-31 ta' Diċembru 2020, meta l-baġit għal Orizzont 2020 jasal fi tmiem, u jitħallsu sal-31 ta' Diċembru 2024.

5.           ELEMENTI FAKULTATTIVI

· Simplifikazzjoni

Qed jiġi propost mudell issimplifikat operattiv biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet prattiċi li jgħaddu minnhom il-parteċipanti bil-JUs attwali, bħall-varjetà ta' regoli nazzjonali u prassijiet li jwasslu għal differenzi sinifikanti fit-trattament ta' parteċipanti individwali. Qed jiġi propost li l-JU l-ġdida tista’ taġixxi għall-Istati Membri biex tagħmel ftehimiet ta’ għotja/pagamenti minflok l-amministrazzjonijiet nazzjonali bħalma tagħmel għall-kontribuzzjoni tal-UE. Dan jippermetti lill-JU li taġixxi bħala one-stop shop u jiżgura sinkronizzazzjoni ta' finanzjament għall-parteċipanti kollha. Qed jiġi wkoll propost li r-rati ta' finanzjament pubbliku jiġu armonizzati (mis-sorsi nazzjonali u tal-UE) għall-parteċipanti kollha.

· Interess Ewropew

L-eżistenza ta' industrija mill-aktar avvanzata tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi fl-Ewropa hija ta’ interess kbir għall-Ewropa għaliex tkun qed tipprovdi t-teknoloġiji elettroniċi abilitanti li jrawmu l-innovazzjoni f’firxa wiesgħa ta’ negozji fl-ekonomija kollha, mill-karozzi u l-ajru spazjali sal-enerġija, l-apparat tas-saħħa, it-tagħmir domestiku u t-tipi kollha ta’ proċessi industrijali ta’ manifattura. F'dan ir-rigward, l-objettivi u l-ambitu tal-Impriża Konġunta ECSEL se jkunu preċiżament dwar il-mogħdijiet teknoloġiċi li wieħed għandu jaqbad u l-għanijiet ekonomiċi li jridu jintlaħqu, il-kriterji ta' għażla miftuħa u ġusti għall-parteċipanti, l-impenn tal-industrija fl-investimenti u l-ħolqien ta' impjiegi u l-modalitajiet rilevanti ta' governanza u implimentazzjoni. L-għajnuniet pubbliċi pprovduti lill-attivitajiet tal-Impriża Konġunta ECSEL se jtejbu l-qagħda tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest internazzjonali. Dawn se jibbenefikaw il-katina tal-valur sħiħa tal-industrija tal-komponenti u s-sistemi tal-elettronika fl-Ewropa inklużi ħafna SMEs, iżda wkoll l-atturi ekonomiċi usa’ permezz tal-effetti konsekwenzjali ġġenerati. Wara notifika mill-Istat Membru jew grupp ta' Stati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni taf tikkunsidra l-inizjattivi tal-Impriża Konġunta ECSEL bħala li jikkwalifikaw bħala proġetti importanti ta' interess komuni Ewropew, kemm-il darba l-kundizzjonijiet jintlaħqu.

2013/0234 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-Impriża Konġunta ECSEL

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[13],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[14],

Billi:

(1)       L-isħubiji pubbliċi-privati fil-forma ta' Inizjattivi Konġunti Teknoloġiċi, inizjalment kienu pprovduti permezz tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)[15].

(2)       Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku "Kooperazzjoni" li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013)[16] identifikat sħubijiet pubbliċi-privati speċifiċi li għandhom jiġu appoġġati, inkluż sħubijiet pubbliċi-privati fl-oqsma speċifiċi tal-Inizjattivi Konġunti Teknoloġiċi ENIAC u ARTEMIS.

(3)       L-Istrateġija Ewropa 2020[17] tenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni. Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill approvaw din l-istrateġija.

(4)       Ir-Regolament (UE) Nru […]/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)[18] għandu l-għan li jikseb impatt akbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jgħaqqad il-Programm Qafas ta' Orizzont 2020 u l-fondi mis-settur privat fi sħubijiet pubbliċi-privati f'oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-għanijiet usa' ta' kompetittività tal-Unjoni u jgħinu fl-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà. L-involviment tal-Unjoni f'dawn is-sħubijiet jista' jieħu sura ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-impriżi konġunti stabbiliti fuq il-bażi tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE.

(5)       Skont id-Deċiżjoni (UE) Nru [...]/2013 tal-Kunsill tal- [...] 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 (2014-2020)[19] għandu jingħata iktar appoġġ għal Impriżi Konġunti stabbiliti skont id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE bil-kundizzjonijiet speċifikati fid-Deċiżjoni (UE) Nru [...]/2013. Il-prijorità tat-Tmexxija Industrijali timmira żewġ linji ta’ attività speċifiċi taħt it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni: "mikro- u nanoelettronika", u "ġenerazzjoni ġdida ta' komponenti u sistemi, inġinjerija ta' komponenti u sistemi inkorporati avanzati u intelliġenti". Is-sistemi ta' informatika inkorporati (ARTEMIS) u n-nanoelettronika (ENIAC) għandhom jiġu kkombinati f'inizjattiva waħda.

(6)       Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 'Strateġija Ewropea għal Teknoloġiji Ewlenin Abilitanti - Pass għat-tkabbir u l-impjiegi'[20] tidentifika teknoloġiji abilitanti ewlenin (minn hawn 'il quddiem KET), li jinkludu l-mikro u n-nano elettronika, bħala sorsi indispensabbli tal-innovazzjoni. Bħalissa hemm lakuna bejn il-ġenerazzjoni tal-għarfien bażiku u l-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti tiegħu f'oġġetti u servizzi. Din teħtieġ li tiġi indirizzata inter alia permezz ta' sforz iffukat fuq linji pilota ta' manifattura u proġetti pilota tal-innovazzjoni, inkluż dawk fuq skala kbira, għal kisba ta' validazzjoni tat-teknoloġija u tal-prodotti taħt kundizzjonijiet industrijali, u iktar integrazzjoni u ibridizzazzjoni bejn il-KETs varji.

(7)       Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Strateġija Ewropea għal komponenti u sistemi tal-mikroelettronika u n-nanoelettronika”[21], il-komponenti u sistemi tal-mikroelettronika u n-nanoelettronika jirfdu l-innovazzjoni u l-kompetittività tas-setturi ekonomiċi ewlenin kollha. L-importanza tal-qasam u l-isfidi li għandhom quddiemhom il-partijiet interessati fl-Unjoni jeħtieġu azzjoni urġenti sabiex ma titħalla ebda ħolqa dgħajfa fil-katini tal-valur u l-innovazzjoni tal-Ewropa. Għaldaqstant qed jiġi propost li jitwaqqaf mekkaniżmu fil-livell tal-Unjoni biex l-appoġġ jiġi kkombinat u ffokat fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-komponenti u s-sistemi elettroniċi mill-Istati Membri, l-Unjoni u s-settur privat.

(8)       Bil-ħsieb li jiksbu pożizzjoni minn ta' quddiem fl-ekosistema tan-nanoelettronika għall-Ewropa, il-partijiet interessati industrijali u ta' riċerka pproponew programm strateġiku ta' riċerka u innovazzjoni b'investiment totali ta' EUR 100 biljun sas-sena 2020, bit-tir li jiżdied id-dħul tal-Ewropa min-nanoelettronika madwar id-dinja b'aktar minn EUR 200 biljun fis-sena u jinħolqu 250 000 impjieg addizzjonali dirett u indott fl-Ewropa.

(9)       It-terminu "Komponenti u Sistemi Elettroniċi" jiġbor fih l-oqsma tal-mikro u n-nanoelettronika, tas-sistemi u l-applikazzjonijiet integrati inkorporati/ciberfiżiċi u intelliġenti.

(10)     L-Impriża Konġunta ENIAC imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007[22] implimentat b'suċċess aġenda ta' riċerka li ssaħħaħ l-oqsma rilevanti fin-nanoelettronika li fihom l-Ewropa tejbet il-kompetittività tagħha bit-tisħiħ tal-investimenti f'oġġetti ta' prijorità u bl-impenn tal-ekosistema kollha.

(11)     L-Impriża Konġunta ARTEMIS imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-"Impriża Konġunta Artemis" għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Konġunta Teknoloġika f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter[23] uriet b'suċċess l-ippożizzjonar strateġiku tagħha li jikkombina flimkien gwida minn fuq għal isfel ma' definizzjoni minn isfel għal fuq tal-kwistjonijiet tekniċi li jridu jiġu indirizzati, filwaqt li attirat proġetti b'riżultati direttament rilevanti għall-industrija.

(12)     L-evalwazzjonijiet interim tal-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS urew li huma għodod utli u adattati biex jikkombinaw il-forzi u għandhom impatt sinifikanti fid-dominji rispettivi tagħhom. L-oqsma ta’ riċerka koperti mill-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS għalhekk għandhom ikomplu jiġu appoġġati sabiex ikomplu jtejbu l-kompetittività tal-industrija tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi fl-Ewropa u jiffukaw l-isforzi fuq sett ta’ attivitajiet strateġiċi miftiehma b’mod komuni bejn il-partijiet interessati privati u pubbliċi involuti fl-inizjattivi.

(13)     L-appoġġ kontinwu għan-nanoelettronika u l-programmi ta’ riċerka tas-sistemi inkorporati tal-kompjuter għandu jibni fuq l-esperjenza miksuba mill-operazzjonijiet tal-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS inklużi r-riżultati tal-evalwazzjonijiet interim tagħhom, ir-rakkomandazzjonijiet tal-partijiet interessati u l-bżonn li tinkiseb koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi.

(14)     Hemm interazzjoni dejjem tiżdied bejn il-partijiet interessati tal-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej ARTEMIS, ENIAC u EPoSS (the European Technology Platform on Smart Systems Integration) kif jidher fid-dettall fl-Aġenda ta' Livell Għoli tar-Riċerka Strateġika u l-Innovazzjoni tal-Industriji tal-Komponenti u s-Sistemi ICT rilaxxata fl-2012. Biex jinżammu dawn is-sinerġiji, li ġejjin minn dawn l-interazzjonijiet, u jinbena fuqhom, jeħtieġ li titwaqqaf Impriża Konġunta (minn hawn 'il quddiem "Impriża Konġunta ECSEL") li tkopri l-komponenti u s-sistemi elettroniċi inklużi l-attivitajiet preċedenti tal-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS u bl-użu ta' struttura u regoli aktar adattati sabiex titjieb l-effiċjenza u tkun żgurata s-semplifikazzjoni. Għal dan l-għan, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tadotta regoli finanzjarji speċifiċi għall-ħtiġijiet tagħha skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[24].

(15)     L-implimentazzjoni tal-aġenda ta' livell għoli tar-riċerka strateġika u l-innovazzjoni li tressqet mill-partijiet interessati tal-industrija sserraħ fuq bosta sorsi ta' appoġġ: programmi nazzjonali, reġjonali u intergovernattivi, Programm Qafas tal-Unjoni u Inizjattiva Konġunta Teknoloġikaf'forma ta' sħubija pubblika-privata.

(16)     Is-sħubija pubblika-privata dwar komponenti u sistemi elettroniċi għandha tgħaqqad il-mezzi tekniċi u finanzjarji li huma essenzjali għall-fehim u kontroll tal-kumplessità tar-rata dejjem tikber tal-innovazzjoni f’dan il-qasam. Għalhekk, il-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikunu l-Unjoni, l-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati fil-Programm Qafas Orizzont 2020 (minn hawn 'il quddiem "il-Pajjiżi Assoċjati") fuq bażi volontarja, u l-assoċjazzjonijiet bħala membri privati li jirrappreżentaw il-kumpaniji kostitwenti tagħhom u organizzazzjonijiet oħra attivi fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi fl-Ewropa. L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tkun miftuħa għal membri ġodda.

(17)     L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tindirizza b'mod ċar suġġetti definiti li jippermettu lill-industriji Ewropej inġenerali jiddisinjaw, jimmanifatturaw u jużaw l-aktar teknoloġiji innovattivi fis-sistemi u l-komponenti elettroniċi. Appoġġ finanzjarju fil-livell Ewropew strutturat u kkoordinat huwa meħtieġ biex jgħin fiż-żamma fuq quddiem nett tat-timijiet tar-riċerka u l-industriji Ewropej f'kuntest internazzjonali kompetittiv ħafna, jiġi żgurat l-isfruttament industrijali malajr u mifrux tat-tmexxija teknoloġika madwar l-Ewropa li jiġġeneraw effetti konsekwenzjali importanti għas-soċjetà, jikkondividu t-teħid tar-riskji u jingħaqdu flimkien permezz ta’ allinjament tal-strateġiji u l-investimenti lejn interess Ewropew komuni. Wara notifika mill-Istat Membru jew grupp ta' Stati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni taf tikkunsidra l-inizjattivi tal-Impriża Konġunta ECSEL bħala li jikkwalifikaw bħala proġetti importanti ta' interess komuni Ewropew, kemm-il darba l-kundizzjonijiet jintlaħqu.

(18)     L-assoċjazzjonijiet privati AENEAS, ARTEMISIA u EPoSS esprimew bil-miktub il-qbil tagħhom li l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni fil-qasam tal-Impriża Konġunta ECSEL iseħħu fi ħdan struttura adattata sew għan-natura ta' sħubija pubblika-privata. Huwa xieraq li l-assoċjazzjonijiet privati jaċċettaw l-Istatuti stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament permezz ta' ittra ta' approvazzjoni.

(19)     Sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju l-aktar fil-forma ta’ għotjiet lill-parteċipanti wara sejħiet għall-proposti miftuħa u kompetittivi. Dan l-appoġġ finanzjarju jrid jiġi indirizzat lejn fallimenti tas-suq ippruvati li jimpedixxu l-iżvilupp tal-programm ikkonċernat u jrid ikollu effett ta' inċentiva b'mod illi jibdel l-aġir ta' min jirċevieh.

(20)     Sabiex jinżammu kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi kollha attivi fis-suq intern, il-finanzjament ipprovdut mill-Programm Qafas tal-Unjoni għandu jkun imfassal skont ir-regoli ta' għajnuna mill-Istat sabiex tkun żgurata l-effettività tal-infiq pubbliku u jiġu pprevenuti d-distorsjonijiet tas-suq bħas-soppressjoni tal-investiment privat, il-ħolqien ta' strutturi tas-suq ineffettivi jew il-preżervazzjoni ta' ditti mhux effiċjenti.

(21)     Il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikunu konformi mar-Regolament (UE) Nru.../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-... 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'“Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)”[25].

(22)     Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun ġestita skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda u r-regoli rilevanti dwar il-ġestjoni indiretta stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[26].

(23)     Għandu jkun hemm verifiki ta' dawk li jirċievu fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament b'mod illi jonqos il-piż finanzjarju, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru […]/2013 [il-Programm Qafas Orizzont 2020].

(24)     L-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikunu protetti b'miżuri proporzjonati matul iċ-ċiċklu ta' nfiq, inkluż il-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u, fejn xieraq, penali amministrattivi u finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(25)     L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq l-Impriża Konġunta ECSEL bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

(26)     Bi qbil mal-Artikolu 287(1) tat-Trattat, l-istrument kostitwenti ta' korpi, uffiċċji jew aġenziji stabbilit mill-Unjoni jista' jipprekludi l-eżami tal-kontijiet tad-dħul u l-infiq kollu ta' dawn il-korpi, uffiċċji jew aġenzjiji mill-Qorti tal-Awdituri. Skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kontijiet tal-korpi skont l-Artikolu 209 ta' dak ir-Regolament iridu jiġu eżaminati minn korp indipendenti ta' verifika li għandu jagħti opinjoni inter alia dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. L-evitar tad-duplikazzjoni tal-eżaminazzjoni tal-kontijiet jiġġustifika li l-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL ma għandhomx ikunu suġġetti għal eżaminazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri.

(27)     Skont il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-għanijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL ta' tisħiħ tar-riċerka industrijali u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni, tinżamm il-massa kritika u jiġi żgurat li l-finanzi pubbliċi jintużaw bl-aħjar mod possibbli, jistgħu jinkisbu aħjar mill-Unjoni. Dan ir-Regolament jillimita lilu nnifsu għall-minimu meħtieġ biex jinkisbu dawn l-għanijiet u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju għal dan il-għan.

(28)     L-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS ġew stabbiliti għal perjodu li jimtemm fil-31 ta’ Diċembru 2017. It-tranżizzjoni mill-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS għall-Impriża Konġunta ECSEL għandhom jiġu allinjati u sinkronizzati mat-tranżizzjoni mis-Seba’ Programm Qafas għall-Programm Qafas Orizzont 2020 biex jiġi żgurat l-aħjar użu tal-finanzjament disponibbli għar-riċerka. Fl-interess ta’ ċertezza u ċarezza legali, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 u Nru 74/2008 għandhom għalhekk jitħassru u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet tranżitorji.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Stabbiliment

1.           Sabiex tiġi implimentata l-Inizjattiva Konġunta Teknoloġika dwar il-"Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea", Impriża Konġunta skont it-tifsira tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "Impriża Konġunta ECSEL") qed tiġi stabbilita b'dan għal perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024.

2.           L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur għall-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS kif oriġinarjament stabbiliti permezz tar-Regolamenti (KE) Nru 72/2008 u Nru 74/2008.

3.           L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tikkostitwixxi korp fdat bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata imsemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

4.           L-Impriża Konġunta ECSEL għandu jkollha personalità legali. F'kull wieħed mill-Istati Membri, għandha tgawdi l-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lil persuni legali skond il-liġijiet ta' dawk l-Istati Membri. Tista', b'mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista' tkun parti fi proċedimenti legali.

5.           Is-sede tal-Impriża Konġunta ECSEL għandha tkun fi Brussell, il-Belġju.

6.           L-Istatuti tal-Impriża Konġunta ECSEL huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2 Għanijiet

1.           L-Impriża Konġunta ECSEL għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin:

(a) li tikkontribwixxi fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... 2013 li jistabbilixxi l-Orizzont 2020 — Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u b'mod partikolari l-parti ... tad-Deċiżjoni Nru .../2013/UE tal-Kunsill ta' ... 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 (2014-2020);

(b) li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ industrija ta' komponenti u sistemi elettroniċi b’saħħithom u kompetittivi globalment fl-Unjoni;

(c) li tiżgura d-disponibbiltà ta’ komponenti u sistemi elettroniċi għal swieq ewlenin u li tindirizza l-isfidi tas-soċjetà, li jimmiraw biex l-Ewropa tinżamm fuq quddiem nett tal-iżviluppi tat-teknoloġija, li tnaqqas id-distakk bejn ir-riċerka u l-isfruttament tal-innovazzjoni, issaħħaħ il-kapaċitajiet tal-innovazzjoni u toħloq it-tkabbir ekonomiku u fl-impjiegi fl-Unjoni;

(d) għall-allinjament tal-istrateġiji mal-Istati Membri biex jattiraw l-investiment privat u biex jikkontribwixxu għall-effettività tal-appoġġ pubbliku billi jevitaw id-duplikazzjoni inutli u l-frammentazzjoni tal-isforzi, u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni għall-atturi involuti fir-riċerka u l-innovazzjoni;

(e) li tinżamm u tikber il-kapaċità tal-manifattura ta' sistema tas-semikondutturi u intelliġenti fl-Ewropa, inkluż it-tmexxija fit-tagħmir tal-manifattura u l-ipproċessar tal-materjali;

(f) li tiżgura pożizzjoni ta’ kmand fil-inġinerija tad-disinn u s-sistemi inkluż it-teknoloġiji inkorporati;

(g) biex jipprovdi aċċess għall-partijiet interessati kollha għal infrastruttura ta’ klassi dinjija tad-disinn u l-manifattura ta’ komponenti elettroniċi u inkorporati/ċiberfiżiċi u sistemi intelliġenti;

(h) li trawwem l-iżvilupp ta’ ekosistemi li jinvolvu impriżi żgħar u medji (SMEs) innovattivi, it-tisħiħ tar-raggruppamenti eżistenti u trawwem ukoll il-ħolqien ta’ raggruppamenti ġodda f’oqsma promettenti ġodda.

2.           L-ambitu tal-ħidma għall-Impriża Konġunta ECSEL se jibni fuq ir-riżultati miksuba mill-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS u mill-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea EPoSS. Hija se trawwem żviluppi ġodda u sinerġiji bejn l-oqsma ewlenin li ġejjin:

(a) teknoloġiji tad-disinn, proċess u integrazzjoni, tagħmir, materjali u l-manifattura għall-mikro u n-nano elettroniċi filwaqt li jimmiraw il-minjaturizzazzjoni, id-diversifikazzjoni u d-differenzjazzjoni, l-integrazzjoni eteroġena;

(b) proċessi, metodi, għodod u pjattaformi, disinji ta’ referenza u arkitettura, għal softwer u/jew sistemi inkorporati intensi fil-kontroll/ċiberfiżiċi, l-indirizzar ta’ konnettività u interoperabbiltà mingħajr xkiel, is-sikurezza funzjonali, disponibbiltà għolja, u s-sigurtà għal applikazzjonijiet professjonali u skont it-tip ta’ konsumatur, u servizzi konnessi;

(c) l-approċċi multidixxiplinarji għal sistemi intelliġenti, appoġġati minn żviluppi fid-disinn olistiku u l-manifattura avvanzata biex jiġu realizzati sistemi intelliġenti indipendenti u adattabbli li jkollhom interfaċċi sofistikati u li joffru funzjonalitajiet kumplessi bbażati fuq eż. l-integrazzjoni mingħajr ostakli ta' detezzjoni, tħaddim, ipproċessar, provvista tal-enerġija u netwerking.

Artikolu 3 Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

1.           Il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni, inklużi l-approprjazzjonijiet EFTA, lill-Impriża Konġunta ECSEL biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż operattivi għandha tkun ta' EUR 1 215 255 000. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati lill-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 (2014-2020). L-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tiġi fdata lill-Impriża Konġunta ECSEL li taġixxi bħala korp imsemmi fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 skont l-Artikoli 58(1)(c)(iv), 60 u 61 ta' dan ir-Regolament.

2.           L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim ta' delega u ftehimiet ta' trasferiment ta' fondi li jridu jintlaħqu bejn il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, u l-Impriża Konġunta ECSEL.

3.           Il-ftehim ta' delega msemmi fil-paragrafu 2 għandu jindirizza l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 58(3) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u fl-Artikolu 40 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 kif ukoll inter alia dan li ġej:

(a) ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta ECSEL dwar l-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru.../UE [il-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020];

(b) ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta ECSEL b'konsiderazzjoni tal-monitoraġġ imsemmi fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru.../UE [il-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020];

(c) l-indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi relatati mat-tħaddim tal-Impriża Konġunta ECSEL;

(d) l-arranġamenti dwar il-forniment ta' dejta meħtieġa biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni hija f'qagħda li tilħaq l-obbligi tagħha ta' disseminazzjoni u rrappurtar kif imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru .../2013 [Il-Programm Qafas Orizzont 2020];

(e) l-użu ta’ riżorsi umani u l-bidliet li jsirulhom, b’mod partikolari r-reklutaġġ skont il-grupp ta’ funzjoni, grad u kategorija, l-eżerċizzju tal-klassifikazzjoni mill-ġdid u kwalunkwe tibdil fl-għadd tal-membri tal-persunal.

Artikolu 4 Kontribuzzjonijiet ta' membri għajr l-Unjoni

1.           L-Istati Membri ECSEL għandhom jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta ECSEL ta' mill-inqas EUR 1 200 000 000 tul il-perjodu ddefinit fl-Artikolu 1.

2.           Il-membri privati għandhom jagħmlu mod jew jirranġaw biex l-entitajiet kostitwenti tagħhom jagħmlu kontribuzzjonijiet lill-Impriża Konġunta ECSEL ta’ mill-inqas EUR 1 700 000 000 matul il-perjodu definit fl-Artikolu 1.

3.           Il-kontribuzzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jikkonsistu f’kontribuzzjonijiet għall-Impriża Konġunta ECSEL konformi mal-klawżola 16(2), il-klawżola 16(3)(b) u l-klawżola 16(3)(c) tal-Istatuti.

4.           Il-Membri tal-Impriża Konġunta ECSEL minbarra l-Unjoni għandhom jirrappurtaw kull sena sal-31 ta’ Jannar lill-Bord tat-Tmexxija fuq il-valur tal-kontribuzzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2 li saru f’kull sena finanzjarja preċedenti.

5.           Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet li hemm referenza għalihom fi klawżola 16(3)(c) tal-Istatuti, l-ispejjeż għandhom ikunu determinati skont il-prattiċi normali tal-kontabbiltà tal-ispejjeż tal-entitajiet ikkonċernati, skont l-istandards tal-kontabbiltà tal-pajjiż fejn hija stabbilita kull entità, u skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju applikabbli. L-ispejjeż għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti maħtur mill-entità konċernata. Il-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għandha tiġi vverifikata mill-Impriża Konġunta ECSEL. F’każ li jifdal xi inċertezzi, dawn jista’ jiġu vverifikati mill-Impriża Konġunta ECSEL.

6.           Il-Kummissjoni tista' twettaq azzjonijiet ta' rimedju u possibbilment iġġib fi tmiem, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta ECSEL jew tagħti bidu għall-proċedura tal-istralċ imsemmija fil-klawżola 26(2) tal-Istatuti jekk dawk il-membri ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu parzjalment biss jew jikkontribwixxu tard fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 5 Regoli finanzjarji

L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tadotta r-regoli finanzjarji speċifiċi tagħha skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament (UE) Nru ...[Regolament delegat dwar ir-Regolament Finanzjarju mudell għall-PPPs].

Artikolu 6 Persunal

1.           Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, ECSC) Nru 259/68[27] u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jiġu effettwati dawk l-atti għandhom japplikaw għall-persunal impjegat mill-Impriża Konġunta ECSEL.

2.           Fir-rigward tal-persunal tal-Impriża Konġunta ECSEL, il-Bord ta' Tmexxija għandu jeżerċita l-poteri mogħtija bir-Regolamenti tal-Persunal lill-awtorità li taħtar u bil-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra lill-awtorità li għandha l-poter li tikkonkludi l-kuntratti (minn issa 'l quddiem "il-poteri tal-awtorità li taħtar").

Il-Bord tat-Tmexxija għandu, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, jadotta deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra, filwaqt li jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li skonthom din id-delega tas-setgħat tista' tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord ta' Tmexxija jista' jiddeċiedi li jissospendi temporanjament id-delega tal-poteri tal-awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar, u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal tal-Impriża Konġunta ECSEL barra mid-Direttur Eżekuttiv.

3.           Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni adatti li jagħtu effett lir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra, b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.           Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti mill-pjan ta' stabbiliment tal-persunal tal-Impriża Konġunta ECSEL, bl-indikazzjoni tal-għadd ta' postijiet temporanji skont il-grupp ta' funzjoni u l-grad, kif ukoll skont l-għadd ta' persunal kuntrattwali espress fl-ekwivalenti tagħhom full-time, konformi mal-baġit annwali tagħha.

5.           Il-persunal tal-Impriża Konġunta ECSEL għandu jikkonsisti minn aġenti temporanji u persunal kuntrattwali.

6.           L-ispejjeż kollha relatati mal-persunal għandhom jinġarrbu mill-Impriża Konġunta ECSEL.

Artikolu 7 Esperti Nazzjonali Ssekondati u persuni f'taħriġ

1.           L-Impriża Konġunta ECSEL tista’ tagħmel użu minn esperti nazzjonali sekondati u l-apprentisti mhux impjegati mill-Impriża Konġunta ECSEL. L-għadd ta' esperti nazzjonali ssekondati espress fl-ekwivalenti tagħhom full-time għandu jiżdied mar-riżorsi tal-istaff kif imsemmi fl-Artikolu 6(4) b'konformità mal-baġit annwali.

2.           Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali lill-Impriża Konġunta ECSEL u dwar l-użu tal-apprentisti.

Artikolu 8 Privileġġi u Immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Impriża Konġunta ECSEL u l-persunal tagħha.

Artikolu 9 Responsabbiltà tal-Impriża Konġunta ECSEL

1.           Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Impriża Konġunta ECSEL għandha titmexxa mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim, id-deċiżjoni jew il-kuntratt ikkonċernat.

2.           Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tagħmel tajjeb għal kull dannu kkawżat mill-persunal tagħha fil-qadi ta’ dmirijiethom, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri.

3.           Kwalunkwe pagament mill-Impriża Konġunta ECSEL fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-ispejjeż u l-infiq mġarraba b'rabta magħhom għandhom jitqiesu bħala nefqa tal-Impriża Konġunta ECSEL u għandhom jiġu koperti mir-riżorsi tal-Impriża Konġunta ECSEL.

4.           L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tkun unikament responsabbli fl-ilħuq tal-obbligi tagħha.

Artikolu 10 Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-liġi applikabbli

1.           Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat kif ukoll f’dawn il-każijiet li ġejjin:

(a) fi kwalunkwe tilwima bejn il-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL li torbot mas-suġġett ta' dan ir-Regolament;

(b) taħt kull klawżola ta’ arbitraġġ li tinsab fil-ftehimiet, deċiżjonijiet u kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta ECSEL;

(c) fit-tilwim relatat ma’ kumpens għall-ħsara kkawżata mill-persunal tal-Impriża Konġunta ECSEL fit-twettiq ta’ dmirijietu.

(d) fi kwalunkwe tilwima bejn l-Impriża Konġunta ECSEL u l-persunal tagħha ġewwa l-limiti u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea.

2.           Fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni li tinvolvi Pajjiż Assoċjat, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-ftehimiet rilevanti.

3.           Fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni mhux koperta minn dan ir-Regolament jew mil-liġi tal-Unjoni, għandha tapplika l-liġi tal-Istat ta' fejn tinsab is-sede tal-Impriża Konġunta ECSEL.

Artikolu 11 Evalwazzjoni

1.           Sal-31 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta ECSEL, li għandha tivvaluta notevolment il-livell ta’ parteċipazzjoni fi, u l-kontribut tagħhom lil, l-azzjonijiet indiretti kemm mill-membri privati kif ukoll mill-entitajiet kostitwenti tagħhom, u wkoll minn entitajiet legali oħra. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' din l-evalwazzjoni, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2018.

2.           Abbażi tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni interim imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' taġixxi skont l-Artikolu 4(6) jew tieħu kwalunkwe azzjoni xierqa.

3.           Fi żmien sitt xhur mill-istralċ tal-Impriża Konġunta ECSEL, iżda sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-bidu tal-proċedura tal-istralċ imsemmija fil-klawżola 26 tal-Istatuti, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta ECSEL. Ir-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 12 Rilaxx

1.           Ir-rilaxx tal-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Intrapriża Konġunta ECSEL għandu jkun parti mir-rilaxx mogħti mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, lill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 319 tat-Trattat.

2.           L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tikkoopera b'mod sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta’ rilaxx u tipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali neċessarja. F'dan il-kuntest, hija tista' titlob li tkun irrappreżentata fil-laqgħat mal-istituzzjonijiet jew korpi rilevanti u li tgħin lill-uffiċjal tal-Kummissjoni li jawtorizza b'delega.

Artikolu 13 Verifiki ex-post

1.           Il-verifiki ex-post tal-infiq fuq azzjonijiet indiretti għandhom isiru mill-Impriża Konġunta ECSEL skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru … [Il-Programm ta' Qafas Orizzont 2020] bħala parti mill-azzjonijiet indiretti tal-Programm ta' Qafas Orizzont 2020.

2.           Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twettaq il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 14 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.           Mingħajr ħsara għall-klawżola 22(4) tal-Istatuti, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tagħti aċċess lill-persunal tal-Kummissjoni u lill-persuni awtorizzati minnha, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, għas-siti u l-bini tagħha u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f'format elettroniku, meħtieġa biex iwettqu l-verifiki tagħhom.

2.           L-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki fuq il-post u spezzjonijiet, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)[28] u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-investigazzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra[29] bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività oħra illegali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fir-rigward ta' ftehim jew deċiżjoni jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.

3.           Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 2, il-ftehimiet, deċiżjonijiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu l-poter lill-Kummissjoni, lill-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu dawn il-verifiki u l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

4.           L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-membri tagħha jitħarsu b'mod xieraq billi twettaq jew tqabbad lil min iwettaq kontrolli interni u esterni xierqa.

5.           L-Impriża Konġunta ECSEL għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta' investigazzjonijiet interni mill-OLAF[30]. L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tiffaċilita l-investigazzjonijiet interni mmexxija minn OLAF.

Artikolu 15 Konfidenzjalità

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 16, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva li jekk tiġi żvelata tista' tagħmel ħsara lill-interessi tal-membri tagħha jew tal-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta ECSEL.

Artikolu 16 Trasparenza

1.           Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[31] għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Impriża Konġunta ECSEL.

2.           Il-Bord ta’ tmexxija tal-Impriża Konġunta ECSEL jista’ jadotta arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.           Mingħajr ħsara għall-Artikolu 10, deċiżjonijiet meħuda mill-Impriża Konġunta ECSEL skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' ilment lill-Ombudsman skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 228 tat-Trattat.

Artikolu 17 Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni

Ir-Regolament (UE) Nru... [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'Orizzont 2020] għandu japplika għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Impriża Konġunta ECSEL. F'konformità ma' dan ir-Regolament, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha titqies bħala korp li jiffinanzja u għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-azzjonijiet indiretti kif stabbilit fil-klawżola 1(a) tal-Istatuti.

Artikolu 18 Appoġġ mill-Istat li jospita

Jista' jiġi konkluż ftehim amministrattiv bejn l-Impriża Konġunta ECSEL u l-Istat tas-sede tagħha fir-rigward tal-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jiġi pprovdut minn dak l-Istat lill-Impriża Konġunta ECSEL.

Artikolu 19 Revoka u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.           Ir-Regolament (KE) Nru 72/2008 u r-Regolament (KE) Nru 74/2008 huma revokati b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament attwali.

2.           Minhajr ħsara għall-paragrafu 1, l-azzjonijiet mibdija skont ir-Regolamenti (KE) Nru 72/2008 u 74/2008 inkluż pjanijiet ta' implimentazzjoni annwali adottati skont dawk ir-Regolamenti għandhom ikomplu jiġu regolati skont dawk ir-Regolamenti sat-tmiem tagħhom.

3.           Barra mill-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4(2), il-kontribuzzjonijiet li ġejjin għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom jitħallsu tul il-perjodu 2014-2017 biex jitlestew l-azzjonijiet imnedija skont ir-Regolamenti (KE) Nru 72/2008 u 74/2008: EUR 2 050 000 mill-Unjoni, EUR 1 430 000 mill-assoċjazzjoni AENEAS u EUR 975 000 mill-assoċjazzjoni ARTEMISIA.

L-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 11(1) għandha tinkludi evalwazzjoni finali tal-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS skont ir-Regolamenti (KE) Nru 72/2008 u 74/2008.

4.           Id-Direttur Eżekuttiv maħtur abbażi tar-Regolament (KE) Nru 72/2008, għall-perjodu tal-mandat li jifdal, għandu jingħata l-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL kif stipulat f'dan ir-Regolament b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament attwali. Il-kundizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tad-Direttur Eżekuttiv għandhom jibqgħu kif kienu.

5.           Jekk id-Direttur Eżekuttiv maħtur skont il-paragrafu 4 jinsab fl-ewwel mandat tiegħu/tagħha, għandu jiġi/tiġi maħtur/a għall-bqija tal-mandat bil-possibbiltà li dan jiġi estiż sa erba' snin b'konformità mal-klawżola 8(4) tal-Istatuti. Jekk id-Direttur Eżekuttiv maħtur skont il-paragrafu 4 jinsab fit-tieni mandat tiegħu/tagħha, mhemmx possibbiltà ta' estensjoni. Id-Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu globali.

6.           Il-kuntratt tal-impjieg tad-Direttur Eżekuttiv maħtur abbażi tar-Regolament (KE) Nru 74/2008 għandu jiġi mitmum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

7.           Minhajr ħsara għall-paragrafi 4 u 5, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal reklutat skont ir-Regolamenti (KE) Nru 72/2008 u 74/2008. Il-kuntratti tagħhom jistgħu jiġġeddu skont dan ir-Regolament bi qbil mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra u f'konformità mal-limitazzjonijiet baġitarji tal-Impriża Konġunta ECSEL.

8.           Id-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għandu jlaqqa’ l-ewwel laqgħa tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi.

9.           Sakemm ma jkunx hemm ftehim mod ieħor bejn il-membri tal-Impriża Konġunta ENIAC u tal-Impriża Konġunta ARTEMIS skont ir-Regolamenti (KE) Nru. 72/2008 u 74/2008, id-drittijiet u l-obbligi kollha, inklużi assi, dejn jew responsabbiltajiet tal-membri tal-Impriżi Konġunti skont dawk ir-Regolamenti għandhom jiġu ttrasferiti lill-membri tal-Impriżi Konġunti ECSEL skont dan ir-Regolament.

10.         Kwalunkwe approprjazzjonijiet mhux użati skont ir-Regolamenti (KE) Nru 72/2008 u Nru 74/2008 għandhom jiġu trasferiti lill- Impriża Konġunta ECSEL. Kull ammont dovut mill-Assoċjazzjoni AENEAS u l-Assoċjazzjoni ARTEMISIA għall-approprjazzjonijiet amministrattivi tal-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS matul il-perjodu 2008-2013 għandu jiġi ttrasferit lill-Impriża Konġunta ECSEL skont l-arranġamenti li jridu jiġu miftiehma mal-Kummissjoni.

Artikolu 20 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS STATUTI TAL- IMPRIŻA KONĠUNTA ECSEL

1 - Kompiti

L-Impriża Konġunta ECSEL għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) tappoġġa finanzjarjament l-azzjonijiet indiretti tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-aktar fil-forma ta’ għotjiet;

(b) tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tal-Impriża Konġunta ECSEL;

(c) tiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib u tiżgura koordinazzjoni ma' attivitajiet nazzjonali u transnazzjonali, u korpi u partijiet interessati Ewropej (b'mod partikolari Orizzont 2020), bil-għan li trawwem ambjent fertili ta' innovazzjoni fl-Ewropa, li joħloq sinerġiji u jtejjeb l-isfruttament tar-riżultati ta' riċerka u innovazzjoni fil-qasam tas-sistemi u komponenti elettroniċi'

(d) tiddefinixxi u tagħmel kull aġġustament meħtieġ għall-Pjan Strateġiku Pluriennali;

(e) tfassal u timplimenta kull aġġustament meħtieġ għat-twettiq tal-pjan strateġiku pluriennali;

(f) tagħti bidu għal sejħiet għal proposti, tevalwa proposti, u tagħti fondi lil azzjonijiet indiretti ġewwa l-limiti tal-fondi disponibbli;

(g) tippubblika informazzjoni dwar l-azzjonijiet indiretti;

(h) tissorvelja l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti u tieħu ħsieb il-ftehimiet jew id-deċiżjonijiet dwar l-għotja;

(i) tagħmel monitoraġġ tal-progress lejn l-għanijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL;

(j) tagħmel attivitajiet ta' informazzjoni, komunikazzjoni, sfruttament u disseminazzjoni permezz tal-applikazzjoni mutatis mutandis tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru.../2013 [il-Programm Qafas Orizzont 2020];

(k) kwalunkwe xogħol ieħor meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

2 - Membri

1.           Il-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) L-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni,

(b) [l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, L-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovakka, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, Ir-Renju Unit] u;

(c) mal-aċċettazzjoni ta’ dawn l-Istatuti permezz ta’ ittra ta’ approvazzjoni, [l-assoċjazzjoni AENEAS, assoċjazzjoni rreġistrata taħt il-liġi Franċiża (Nru tar-reġistrazzjoni 20070039) bl-uffiċju rreġistrat tagħha f’Pariġi (Franza); l-assoċjazzjoni ARTEMISIA, assoċjazzjoni rreġistrata taħt il-liġi tal-Pajjiżi l-Baxxi (Nru tar-reġistrazzjoni 17201341) bl-uffiċju rreġistrat tagħha f’Eindhoven (il-Pajjiżi l-Baxxi); l-assoċjazzjoni EPoSS, assoċjazzjoni rreġistrata taħt il-Liġi... (Nru. ta’ reġistrazzjoni...) bl-uffiċju rreġistrat tagħha f’... (...). (…)].

2.           Il-pajjiżi li huma membri tal-Impriża Konġunta ECSEL minn hawn 'il quddiem huma msemmija bħala “Stati Membri fl-ECSEL”. Kull Stat Membru fl-ECSEL għandu jaħtar ir-rappreżentanti tiegħu fil-korpi tal-Impriża Konġunta ECSEL u jaħtar l-entità jew l-entitajiet nazzjonali responsabbli għat-twettiq tal-obbligi tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta ECSEL.

3.           L-Istati Membri ECSEL flimkien mal-Kummissjoni għandhom minn hawn 'il quddiem jissemmew bħala "l-awtoritajiet pubbliċi" tal-Impriża Konġunta ECSEL.

4.           L-assoċjazzjonijiet privati għandhom minn hawn 'il quddiem jissemmew bħala “il-membri privati” tal-Impriża Konġunta ECSEL.

3 - Bidliet fis-sħubija

1.           L-Istati Membri tal-Unjoni jew tal-Pajjiżi Assoċjati li mhumiex elenkati fil-klawżola 2(1)(b) għandhom isiru membri tal-Impriża Konġunta ECSEL wara notifika lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-aċċettazzjoni tagħhom bil-miktub ta' dawn l-Istatuti u ta' kull dispożizzjoni oħra li tirregola l-operat tal-Impriża Konġunta ECSEL.

2.           Sakemm dawn jikkontribwixxu għall-finanzjament imsemmi fil-klawżola 16(4) biex jinkisbu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL stabbiliti fl-Artikolu 2 u jaċċettaw dawn l-Istatuti, l-entitajiet li ġejjin jistgħu japplikaw biex isiru membri tal-Impriża Konġunta ECSEL:

(a) kwalunkwe pajjiż ieħor barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 li jsegwu politiki jew programmi ta’ riċerka u innovazzjoni fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi;

(b) kwalunkwe entità legali oħra li direttament jew indirettament tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fi Stat Membru jew f’Pajjiż Assoċjat.

3.           Kull applikazzjoni għal sħubija fl-Impriża Konġunta ECSEL skont il-paragrafu 2 għandha tkun indirizzata lill-Bord tat-Tmexxija. Huwa għandu jevalwa l-applikazzjoni filwaqt li jqis ir-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali tal-applikant għall-kisba tal-għanijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL. Wara għandu jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni.

4.           Il-Membri kollha jistgħu jtemmu s-sħubija tagħhom fl-Impriza Konġunta ECSEL. Dan it-tmiem għandu jsir effettiv u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-membri l-oħra. Sa minn dakinhar, il-membru preċedenti għandu jiġi rrilaxxat mill-obbligi kollha għajr dawk approvati jew li jkunu saru mill-Impriża Konġunta ECSEL qabel in-notifika tat-terminazzjoni tas-sħubija.

5.           Is-sħubija fl-Impriża Konġunta ECSEL ma tistax tiġi ttrasferita lil parti terza ħlief bl-approvazzjoni minn qabel tal-Bord tat-Tmexxija.

6.           L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha immedjatament malli ssir kwalunkwe bidla fis-sħubija skont din il-klawżola, lista aġġornata tal-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL flimkien mad-data meta tali bidla tidħol fis-seħħ.

4 - Organizzazzjoni tal-Impriża Konġunta ECSEL

Il-korpi tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għandhom ikunu:

(a) il-Bord tat-Tmexxija;

(b) id-Direttur Eżekuttiv.

(c) il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi;

(d) il-Bord tal-Membri Privati.

5 - Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL.

Kull Membru tal-Impriża Konġunta ECSEL għandu jaħtar ir-rappreżentanti tiegħu u delegat mexxej li għandu jkollu d-drittijiet tal-vot tal-membru fil-Bord tat-Tmexxija.

6 - Funzjonament tal-Bord tat-Tmexxija

1.           Id-drittijiet tal-vot jitqassmu kif ġej: 1/3 għall-membri privati kollettivament, 1/3 għall-Kummissjoni, u 1/3 għall-Istati Membri fl-ECSEL kollettivament. Il-membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jilħqu kunsens. Jekk ma jintlaħaqx kunsens, il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ mill-inqas 75% tal-voti kollha, inklużi l-voti tal-membri li mhumiex preżenti.

Għall-ewwel sentejn finanzjarji, id-drittijiet tal-vot tal-Istati Membri ECSEL għandhom jitqassmu kif ġej: wieħed fil-mija għal kull Stat Membru ECSEL u l-perċentwali li jifdal imqassma kull sena fost l-Istati Membri ECSEL skont il-proporzjon tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji attwali tagħhom fl-aħħar sentejn, inkluż l-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS. Fis-snin sussegwenti, id-distribuzzjoni tad-drittijiet tal-voti tal-Istati Membri fl-ECSEL għandha tiġi stabbilita annwalment fi proporzjon mal-fondi li jkunu attwalment ikommettew għall-azzjonijiet indiretti fl-aħħar sentejn finanzjarji.

Id-drittijiet tal-vot tal-membri privati għandhom jitqassmu b’mod indaqs fost l-assoċjazzjonijiet privati sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Bord tal-Membri Privati.

Id-drittijiet tal-vot għal kull membru ġdid tal-Impriża Konġunta ECSEL li mhuwiex Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat għandhom jiġu determinati mill-Bord tat-Tmexxija qabel l-adeżjoni ta' dan il-membru għall-Impriża Konġunta ECSEL.

2.           Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi president għal perjodu ta’ mill-inqas sena.

3.           Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħmel il-laqgħat ordinarji tiegħu mill-inqas darbtejn fis-sena. Huwa jista’ jorganizza laqgħat straordinarji fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-maġġoranza tar-rappreżentanti tal-Istati Membri ECSEL jew tal-maġġoranza tal-membri privati, jew fuq talba tal-president, jew fuq talba tad-Direttur Eżekuttiv skont il-klawżola 16(5). Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jissejħu mill-president tiegħu u għandhom normalment iseħħu fis-sede tal-Impriża Konġunta ECSEL.

Il-kworum tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun kostitwit mill-Kummissjoni, mill-membri privati u mill-inqas tliet delegati mexxejja tal-Istati Membri fl-ECSEL.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu d-dritt li jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, iżda ma għandux ikollu drittjiet tal-vot.

Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden, fuq bażi ta’ każ b’każ, persuni oħra biex jattendu għal-laqgħat tiegħu bħala osservaturi, b’mod partikolari rappreżentanti ta’ awtoritajiet reġjonali tal-UE.

Ir-rappreżentanti tal-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL m’għandhomx jinżammu personalment responsabbli għal azzjonijiet meħuda fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti fuq il-Bord tat-Tmexxija.

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

7 - Kompiti tal-Bord tat-Tmexxija

1.           Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu r-responsabbiltà kumplessiva għall-orjentazzjoni strateġika u l-operazzjoniiet tal-Impriża Konġunta ECSEL u għandu jagħmel superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha.

2.           Il-Bord tat-Tmexxija għandu b’mod partikolari jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) jivvaluta, jaċċetta jew jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal sħubijiet ġodda skont il-klawżola 3(3);

(b) jiddeċiedi dwar it-tmiem ta' sħubija fl-Impriża Konġunta ECSEL ta’ kull Stat Membru li ma jissodisfax l-obbligi tiegħu;

(c) jadotta r-regolamenti finanzjarji tal-Impriża Konġunta ECSEL skont l-Artikolu 5;

(d) jadotta l-baġit annwali tal-Impriża Konġunta ECSEL, inkluż il-pjan tal-istabbiliment tal-persunal li jindika l-għadd ta’ postijiet temporanji skont il-grupp tal-funzjoni u skont il-grad kif ukoll l-għadd ta’ persunal b’kuntratt u esperti nazzjonali ssekondati espressi f’ekwivalenti ta’ full-time;

(e) jeżerċita l-poteri ta' awtorità ta' ħatra fir-rigward tal-persunal, skont l-Artikolu 6(2);

(f) jaħtar, ineħħi, jestendi l-mandat ta’, jipprovdi gwida għal u jagħmel monitoraġġ tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

(g) japprova l-istruttura organizzattiva tal-Uffiċċju tal-Programm, msemmi fil-klawżola 9(5) fuq rakkomandazzjoni mid-Direttur Eżekuttiv;

(h) jadotta l-pjan strateġiku pluriennali msemmi fil-klawżola 21(1);

(i) jadotta l-pjan ta’ ħidma u l-istimi tal-infiq korrispondenti msemmija fil-klawżola 21(2);

(j) japprova l-kontijiet annwali;

(k) japprova r-rapport annwali tal-attività, inkluża l-ispiża korrispondenti msemmija fil-klawżola 22(1);

(l) jirranġa kif xieraq għall-istabbilment ta’ funzjoni ta’ verifika interna tal-Impriża Konġunta ECSEL;

(m) jistabbilixxi l-politika ta’ komunikazzjoni tal-Impriża Konġunta ECSEL fuq rakkomandazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

(n) fejn xieraq, jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 6(3);

(o) fejn xieraq, jistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali lill-Impriża Konġunta ECSEL u dwar l-użu ta’ dawk li qed jitħarrġu skont l-Artikolu 7(2);

(p) fejn xieraq, jistabbilixxi gruppi konsultattivi flimkien mal-korpi tal-Impriża Konġunta ECSEL;

(q) fejn xieraq, jippreżenta lill-Kummissjoni kwalunkwe talba biex jiġi emendat dan ir-Regolament propost minn kwalunkwe membru tal-Impriża Konġunta ECSEL;

(r) jkun responsabbli għal kull kompitu mhux allokat speċifikament lil wieħed mill-korpi tal-Impriża Konġunta ECSEL; jista’ jassenja kompiti bħal dawn lil wieħed minn dawk il-korpi.

8 — Ħatra, terminazzjoni jew estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv

1.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta’ Tmexxija, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Il-Kummissjoni għandha tassoċja r-rappreżentazzjoni mill-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta ECSEL fil-proċedura tal-għażla skont kif xieraq.

B’mod partikolari, rappreżentanza xierqa mill-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta ECSEL għandha tkun żgurata fil-fażi ta’ qabel l-għażla tal-proċedura tal-għażla. Għal dak l-għan, l-Istati Membri ECSEL u l-membri privati għandhom jaħtru bi qbil komuni rappreżentant kif ukoll osservatur f’isem il-Bord ta’ Tmexxija.

2.           Id-Direttur Eżekuttiv huwa membru tal-persunal u għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Impriża Konġunta ECSEL skont il-punt (a) tal-Artikolu 2 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Ħaddiema l-Oħra tal-Unjoni.

Sabiex jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tkun rappreżentata mill-president tal-Bord ta’ Tmexxija.

3.           Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ tliet snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni li tassoċja l-Istat Membri u l-membri privati tal-ECSEL kif xieraq għandha tagħmel valutazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u l-isfidi futuri tal-Impriża Konġunta ECSEL.

4.           Il-Bord ta' Tmexxija, huwa u jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn erba' snin.

5.           Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu globali.

6.           Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss fuq deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni li tassoċja l-Istati Membri u l-membri privati tal-ECSEL kif xieraq.

9 - Kompiti tad-Direttur Eżekuttiv

1.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-kap eżekuttiv responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum tal-Impriża Konġunta ECSEL f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija.

2.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Impriża Konġunta ECSEL. Għandu jkun/għandha tkun responsabbli lejn il-Bord tat-Tmexxija.

3.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL.

4.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu b’mod partikolari jwettaq dawn il-kompiti li ġejjin b’mod indipendenti:

(a) jikkonsolida u jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord tat-Tmexxija l-abbozz tal-pjan strateġiku pluriennali magħmul mill-aġenda ta' riċerka strateġika u innovazzjoni pluriennali kif propost mill-Bord ta' Membri Privati u l-perspettivi finanzjarji pluriennali mill-awtoritajiet pubbliċi;

(b) jipprepara u jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord tat-Tmexxija l-abbozz tal-baġit annwali, inkluż il-pjan ta’ stabbiliment tal-persunal korrispondenti li jindika l-għadd ta’ karigi temporanji f’kull grad u grupp ta’ funzjoni u l-għadd ta’ persunal kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati espressi f’ekwivalenti ta’ full-time;

(c) jipprepara u jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord tat-Tmexxija l-abbozz tal-pjan ta’ ħidma inkluż l-ambitu tas-sejħiet għall-proposti meħtieġa għall-implimnetazzjoni tal-pjan tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni kif propost mill-Bord tal-Membri Privati u l-istimi ta' infiq korrispondenti kif proposti mill-awtoritajiet pubbliċi;

(d) jissottometti għall-approvazzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija l-kontijiet annwali;

(e) jipprepara u jissottometti għall-approvazzjoni lill-Bord tat-Tmexxija r-rapport annwali tal-attività, inkluża n-nefqa korrispondenti;

(f) jiffirma ftehimiet jew deċiżjonijiet ta’ għotja individwali;

(g) jiffirma kuntratti tal-akkwist;

(h) jimplimenta l-politika ta’ komunikazzjoni tal-Impriża Konġunta ECSEL;

(i) jorganizza, jidderieġi u jissorvelja l-operazzjonijiet u l-persunal tal-Impriża Konġunta ECSEL fi ħdan ir-restrizzjonijiet tad-delega mill-Bord tat-Tmexxija kif previst fl-Artikolu 6(2);

(j) jistabbilixxi u jiżgura l-funzjonament ta’ sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern u jirrapporta kwalunkwe bidla sinifikanti fiha lill-Bord tat-Tmexxija;

(k) jiżgura li jitwettqu l-valutazzjoni tar-riskju u l-immaniġġjar tar-riskju;

(l) jieħu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa għall-valutazzjoni tal-progress tal-Impriża Konġunta ECSEL lejn l-għanijiet tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 2;

(m) iwettaq kwalunkwe kompitu ieħor fdat jew iddelegat lid-Direttur Eżekuttiv mill-Bord tat-Tmexxija.

5.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwaqqaf Uffiċċju tal-Programm għall-eżekuzzjoni, taħt ir-responsabilità tiegħu/tagħha, tal-ħidmiet ta’ sostenn kollha li joħorġu minn dan ir-Regolament. L-Uffiċċju tal-Programm għandu jkun magħmul mill-persunal tal-Impriża Konġunta ECSEL u għandu b’mod partikolari jwettaq l-kompiti li ġejjin:

(a) jipprovdi appoġġ fit-twaqqif u t-tmexxija ta’ sistema ta’ kontabilità xierqa skont ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta ECSEL;

(b) jieħu ħsieb is-sejħiet għall-proposti kif previst fil-pjan ta’ ħidma u jamministra il-ftehimiet jew deċiżjonijiet ta' għotja;

(c) jipprovdi lill-membri u lill-korpi l-oħra tal-Impriża Konġunta ECSEL l-informazzjoni rilevanti kollha u l-appoġġ meħtieġ għalihom biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom kif ukoll iwieġeb it-talbiet speċifiċi tagħhom;

(d) jaġixxi bħala s-segretarjat tal-korpi tal-Impriża Konġunta ECSEL u jipprovdi appoġġ lil kwalunkwe korp konsultattiv stabbilit mill-Bord tat-Tmexxija.

10 - Kompożizzjoni tal-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi

Il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jikkonsisti mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi tal-Impriża Konġunta ECSEL.

Kull awtorità pubblika trid taħtar ir-rappreżentanti tagħha u delegat ewlieni li għandu jkollu d-drittijiet tal-vot fil-Bord ta' l-Awtortajiet Pubbliċi.

11 - Funzjonament tal-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi

1.           Id-drittijiet tal-vot fil-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandhom jingħataw lill-awtoritajiet pubbliċi fuq bażi annwali proporzjonalment għall-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta ECSEL għal dik is-sena skont il-klawżola 18(4) b u mal-limitu massimu għal kwalunkwe membru ta' 50 % tat-total tad-drittijiet tal-vot fil-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi.

Jekk inqas minn tliet Stati Membri fl-ECSEL ikunu kkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom skont il-klawżola 18(4), il-Kummissjoni għandha żżomm 50% tad-drittijiet tal-vot u l-50% li jifdal għandhom jitqassmu ndaqs bejn l-Istati Membri fl-ECSEL.

L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu kull sforz biex jilħqu kunsens. Jekk ma jintlaħaqx kunsens, il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ mill-inqas 75% tal-voti kollha, inklużi l-voti tal-Istati Membri ECSEL li mhumiex preżenti.

Kull awtorità pubblika għandu jkollha dritt tal-veto fuq il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw l-użu tal-kontribut tagħha lill-Impriża Konġunta ECSEL.

2.           Il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jeleġġi l-president tiegħu għal perjodu ta’ mill-inqas sena.

3.           Il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jsejjaħ il-laqgħat ordinarji tiegħu mill-inqas darbtejn fis-sena. Jista’ jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-maġġoranza tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-ECSEL, jew fuq talba tal-president. Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jissejħu mill-president tiegħu u għandhom normalment iseħħu fis-sede tal-Impriża Konġunta ECSEL.

Il-kworum tal-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jkun ikkostitwit mill-Kummissjoni, u mill-inqas tliet delegati mexxejja tal-Istati Membri fl-ECSEL.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu d-dritt li jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, iżda ma għandux ikollu drittjiet tal-vot.

Kwalunkwe Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat li ma jkunx membru tal-Impriża Konġunta ECSEL għandu jkun jista' jipparteċipa fil-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi bħala osservatur. L-osservaturi għandhom jirċievu d-dokumenti kollha rilevanti u jistgħu jagħtu parir dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi.

Il-Bord tal-Membri Pubbliċi jista’ jaħtar gruppi ta’ ħidma fejn meħtieġ taħt il-koordinazzjoni kumplessiva ta’ awtorità pubblika waħda jew aktar.

Il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

12 - Kompiti tal-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi

Il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandu:

(a) jiżgura li jiġu applikati sew il-prinċipji tat-trattament ġust u tat-trasparenza fl-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku lill-parteċipanti fl-azzjonijiet indiretti;

(b) japprova r-regoli tal-proċedura għal sejħiet għall-proposti, u għall-evalwazzjoni, l-għażla u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet indiretti;

(c) japprova t-tnedija tas-sejħiet għall-proposti, skont il-pjan tax-xogħol annwali;

(d) jikklassifika l-proposti abbażi tal-kriterji tal-għażla u tal-għoti filwaqt li jikkunsidra l-kontribuzzjoni tagħhom fil-ksib tal-għanijiet tas-sejħa u s-sinerġija mal-prijoritajiet nazzjonali;

(e) jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku lill-proposti magħżula sal-limitu tal-baġits disponibbli filwaqt li jikkunsidra l-verifiki mwettqa b’konformità mal-klawżola 18(5). Din id-deċiżjoni għandha torbot lill-Istati Membri ECSEL kollha mingħajr ebda valutazzjoni jew proċessi ta' għażla ulterjuri.

13 - Kompożizzjoni tal-Bord tal-Membri Privati

Il-Bord tal-Membri Privati għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-membri privati tal-Impriża Konġunta ECSEL.

Kull membru privat għandu jaħtar ir-rappreżentanti tiegħu u delegat mexxej li għandu jkollu d-drittijiet tal-vot fil-Bord tal-Membri Privati.

14 - Funzjonament tal-Bord tal-Membri Privati

1.           Il-Bord tal-Membri Privati għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena.

2.           Il-Bord tal-Membri Privati jista’ jaħtar gruppi ta’ ħidma fejn meħtieġ taħt il-koordinazzjoni kumplessiva ta’ membru wieħed jew aktar.

3.           Il-Bord tal-Membri Privati għandu jeleġġi l-president tiegħu.

4.           Il-Bord tal-Membri Privati għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

15 - Kompiti tal-Bord tal-Membri Privati

Il-Bord tal-Membri Privati għandu:

(a) ifassal u jaġġorna regolarment l-abbozz tal-aġenda pluriennali tar-riċerka strateġika u l-innovazzjoni msemmija fil-klawżola 21(1) għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL stabbiliti fl-Artikolu 2;

(b) jipprepara kull sena l-abbozz ta’ pjan ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni għas-sena ta' wara, bħala bażi għas-sejħiet għal proposti msemmija fil-klawżola 21(2);

(c) jippreżenta lid-Direttur Eżekuttiv l-abbozz tal-aġenda pluriennali tar-riċerka strateġika u l-innovazzjoni u l-abbozz annwali tal-pjan tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fi ħdan l-iskadenzi deċiżi mill-Bord ta’ Tmexxija;

(d) jorganizza forum ta' konsulenza tal-partijiet interessati miftuħ għall-partijiet interessati pubbliċi u privati kollha li għandhom interess fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi, biex jinfurmahom u jiġbor ir-reazzjonijiet dwar l-abbozz tal-aġenda pluriennali tar-riċerka strateġika u l-innovazzjoni u abbozz ta’ pjan ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni għal sena partikolari.

16 - Sorsi ta’ ffinanzjar

1.           l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tiġi ffinanzjata b’mod konġunt mill-Membri tagħha permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsin f’pagamenti parzjali u kontribuzzjonijiet in natura li jikkonsistu fl-ispejjeż li jkunu ġarrbu l-membri privati jew l-entitajiet kostitwenti tagħhom fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet indiretti li ma jkunux rimborsati mill-Iimpriża Konġunta ECSEL.

2.           L-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ECSEL ma għandhomx jaqbżu EUR 39 420 000 u għandhom jiġu koperti permezz tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 3(1) għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni sa EUR 15 255 000, fl-Artikolu 4(2) għall-kontribuzzjoni mill-membri privati sa EUR 19 710 000 u fl-Artikolu 19(2) biex jitlestew l-azzjonijiet imnedija taħt ir-Regolamenti 72/2008 u 74/2008. Jekk parti mill-kontribuzzjoni għall-ispejjeż amministrattivi ma tintużax, tista’ ssir disponibbli biex tkopri l-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta ECSEL.

3.           L-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikunu koperti permezz ta’:

(a) kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni;

(b) kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri ECSEL.

(c) kontribuzzjonijiet in natura mill-membri privati jew l-entitajiet kostitwenti tagħhom li jikkonsistu fl-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet indiretti neqsin il-kontribuzzjonijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL u kwalunkwe kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni għal dawk l-ispejjeż.

4.           Ir-riżorsi tal-Impriża Konġunta ECSEL imdaħħla fil-baġit tagħha għandhom ikunu magħmula mill-kontribuzzjonijiet li ġejjin:

(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri għall-ispejjeż amministrattivi;

(b) il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri għall-ispejjeż operattivi, inklużi dawk mill-Istati Membri tal-ECSEL li jinkarigaw lill-Impriża Konġunta ECSEL skont il-klawżola 17(1);

(c) kwalunkwe dħul iġġenerat mill-Impriża Konġunta ECSEL;

(d) kwalunkwe kontribuzzjoni, riżorsa u dħul finanzjarju ieħor.

Kwalunkwe imgħax iġġenerat mill-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-Impriża Konġunta ECSEL għandhom jitqiesu bħala dħul tagħha.

5.           Jekk xi membru tal-Impriża Konġunta ECSEL jonqos mill-impenji tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja miftehma, id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu nota ta' dan bil-miktub u jistabbilixxi perjodu raġonevoli li fih għandu jiġi rrimedjat tali nuqqas. Jekk dan in-nuqqas ma jiġix irrimedjat f’dan il-perjodu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa' lill-Bord tat-Tmexxija biex jiddeċiedi jekk għandhiex tiġi rrevokata s-sħubija tal-membru li qed jonqos jew jekk xi miżuri oħra għandhomx jittieħdu sakemm jintlaħqu l-obbligi.

6.           Ir-riżorsi kollha u l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikun maħsuba biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

7.           L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tippossjedi l-assi kollha ġġenerati minnha jew ttrasferiti lilha sabiex jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-Artikolu 2.

8.           Ħlief fil-każ ta' stralċ tal-Impriża Konġunta ECSEL skont il-klawżola 26, kull dħul eċċessiv fuq in-nefqa m'għandux jitħallas lill-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL.

17 — Kontribuzzjoni tal-Istati Membri ECSEL

1.           L-Istati Membri ECSEL jistgħu jinkarigaw l-Impriża Konġunta ECSEL bl-implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti permezz ta’ ftehimiet ta’ għotjiet ma’ parteċipanti konklużi permezz tal-Impriża Konġunta ECSEL. Huma jistgħu wkoll jinkarigawq l-Impriża Konġunta ECSEL bil-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-parteċipanti jew jagħmlu l-ħlasijiet huma stess abbażi tal-verifiki magħmula mill-Impriża Konġunta ECSEL.

2.           Meta xi Stat Membru tal-ECSEL ma jinkarigax l-Impriża Konġunta ECSEL kif deskritt fl-ewwel paragrafu, għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jistabbilixxi l-ftehimiet ta’ għotja tiegħu stess f’qafas ta’ żmien simili bħall-ftehimiet ta’ għotja tal-Impriża Konġunta ECSEL, u b’tali mod li jkun hemm konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż kif definiti fir-Regolament (UE) Nru ... [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni fl-Orizzont 2020]. Il-verifika tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż imwettqa mill-Impriża Konġunta ECSEL kif imsemmi fil-klawżola 18(7) tista’ tintuża mill-Istat Membru ECSEL bħala parti mill-proċess tal-ħlas tiegħu stess.

3.           L-arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri ECSEL u l-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ arranġament amministrattiv li għandu jkun konkluż bejn l-entitajiet maħtura mill-Istati Membri ECSEL għal dak l-iskop u l-Impriża Konġunta ECSEL.

4.           Meta l-Istati Membri ECSEL jinkarigaw l-Impriża Konġunta ECSEL skont l-ewwel paragrafu, l-arranġamenti amministrattivi msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu ssupplimentati b’arranġamenti annwali bejn l-entitajiet maħtura mill-Istati Membri ECSEL għal dak l-iskop u l-Impriża Konġunta ECSEL filwaqt li jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istati Membri ECSEL lill-Impriża Konġunta ECSEL.

5.           L-Istati Membri, il-Pajjiżi Assoċjati u l-pajjiżi terzi li mhumiex Membri tal-Impriża Konġunta ECSEL jistgħu jikkonkludu ftehimiet simili mal-Impriża Konġunta ECSEL.

18 — Finanzjament tal-azzjonijiet indiretti

1.           L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tappoġġa azzjonijiet indiretti permezz ta’ sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti, u l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku fil-limiti tal-baġits disponibbli. Kull appoġġ pubbliku taħt din l-inzjattiva huwa mingħajr ħsara għar-regoli proċedurali u l-għajnuna materjali tal-Istat.

2.           Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-awtoritajiet pubbliċi għandha tkun dik imsemmija fil-klawżola 16(3)(a) u l-klawżola 16(3)(b) li titħallas bħala rimborż tal-ispejjeż eliġibbli lill-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti. Il-kontribuzzjoni pubblika totali għal azzjoni partikolari m’għandhiex taqbeż il-limiti previsti fir-Regolament (UE) Nru... [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni fl-Orizzont 2020].

3.           IL-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-finanzjament mill-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru... [Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni fl-Orizzont 2020].

Il-kriterji speċifiċi tal-eliġibilità għal-finanzjament mill-Istati Membri tal-ECSEL jistgħu jiġu determinati mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti ta’ finanzjament tagħhom u għandhom jiġu inklużi fil-pjan ta’ ħidma.

4.           L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jikkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv l-impenji finanzjarji tagħhom riservati għal kull sejħa għall-proposti li għandhom jiġu inklużi fil-pjan ta' ħidma u fejn applikabbli skont il-klawżola 17(1) fil-waqt tat-tħejjija tal-abbozz tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL, filwaqt li jitqies l-ambitu tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni indirizzati fil-pjan ta’ ħidma.

5.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jivverifika l-eliġibbiltà tal-applikanti għall-finanzjament mill-Unjoni u l-Istati Membri ECSEL għandhom jivverifikaw l-eliġibbiltà tal-applikanti tagħhom skont kwalunkwe kriterjnazzjonali predeterminat għall-finanzjament u jikkomunikaw ir-riżultati lid-Direttur Eżekuttiv.

6.           Fuq il-bażi tal-verifiki pprovduti fil-paragrafu 5, id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi l-lista proposta ta’ azzjonijiet indiretti biex jinżammu għall-finanzjament, iddettaljata mill-applikanti, u għandu jikkomunikaha lill-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi li għandu jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni massima tal-finanzjament pubbliku skont il-klawżola 12(e) u jagħti mandat lid-Direttur Eżekuttiv biex jistabbilixxi ftehimiet mal-parteċipanti korrispondenti.

7.           L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tieħu l-miżuri meħtieġa kollha, inkluż il-verifika tal-eliġibbiltà tal-kostijiet, għall-ħlas tal-finanzjament pubbliku lill-parteċipanti rispettivi skont l-arranġamenti msemmija fil-klawżola 17(3) u (4).

8.           L-Istati Membri ECSEL m'għandhomx jirrikjedu monitoraġġ u rappurtar tekniku addizzjonali għajr dak meħtieġ mill-Impriża Konġunta ECSEL.

19 - Impenji finanzjarji

L-impenji finanzjarji tal-Impriża Konġunta ECSEL m'għandhomx jeċċedu l-ammont ta' riżorsi finanzjarji disponibbli jew impenjati għall-baġit tagħha mill-membri tagħha.

20 - Sena finanzjarja

Is-sena finanzjarja għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.

21 - Ippjanar operattiv u finanzjarju

1.           Il-pjan strateġiku pluriennali għandu jispeċifika l-istrateġija u l-pjanijiet għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL stipulati fl-Artikolu 2 fil-forma ta’ aġenda strateġika pluriennali tar-riċerka u l-innovazzjoni mill-Bord tal-Membri Privati u l-perspettivi finanzjarji pluriennali mill-awtoritajiet pubbliċi. Għandu jidentifika l-prijoritajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta' kompetenzi ċentrali għall-komponenti u sistemi elettroniċi f'oqsma differenti ta' applikazzjoni sabiex isaħħaħ il-kompetittività Ewropea u jgħin il-ħolqien ta' swieq ġodda u applikazzjonijiet fis-soċjetà. Għandu jiġi rivedut regolarment skont l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet industrijali fl-Ewropa.

2.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni abbozz ta’ pjan ta’ ħidma annwali jew pluriennali li għandu jinkludi l-pjan tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, l-attivitajiet amministrativi u l-istimi tal-infiq korrispondenti.

3.           Il-pjan ta’ ħidma għandu jiġi adottat sal-aħħar tas-sena ta’ qabel l-implimentazzjoni tiegħu. Il-pjan ta' ħidma għandu jitqiegħed għad-disponibilità tal-pubbliku.

4.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji l-abbozz tal-baġit annwali għas-sena ta’ wara u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni.

5.           Il-baġit annwali għal sena partikolari għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija sal-aħħar tas-sena ta’ qabel.

6.           Il-baġit annwali għandu jiġi adattat sabiex iqis l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif stabbilita fil-baġit tal-Unjoni.

22 - Rapportar operattiv u finanzjarju

1.           Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta kull sena lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-qadi tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha skont ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta ECSEL.

Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni rapport ta’ attività annwali dwar il-progress magħmul mill-Impriża Konġunta ECSEL fis-sena kalendarja preċedenti, b’mod partikolari b’relazzjoni mal-pjan ta’ ħidma għal dik is-sena. Dak ir-rapport għandu jinkludi, inter alia, informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a) riċerka, innovazzjoni u azzjonijiet oħra mwettqa u n-nefqa korrispondenti;

(b) il-proposti mressqa, inkluż tqassim skont it-tip ta’ parteċipanti, inklużi l-SMEs, u skont il-pajjiż;

(c) il-proposti magħżula għall-finanzjament, bi tqassim skont it-tip ta’ parteċipant, inklużi l-SMEs, u skont il-pajjiż, u filwaqt li jiġu indikati l-kontribuzzjonijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL u l-Istati Membri tal-ECSEL lill-parteċipanti u l-azzjonijiet indiretti.

2.           Ladarba approvat mill-Bord tat-Tmexxija, ir-rapport annwali tal-attivitajiet għandu jsir disponibbli għall-pubbliku.

3.           l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tirrappurta kull sena lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

4.           Il-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom jiġu eżaminati minn korp indipendenti ta’ verifika kif stabbilit fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Il-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL m’għandhomx ikunu suġġetti għal eżaminazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri.

23 - Verifika interna

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq l-Impriża Konġunta ECSEL bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

24 - Responsabbiltà tal-membri u l-assigurazzjoni

1.           Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL għad-djun tal-Impriża Komuni EXSEL għandha tkun limitata għall-kontribuzzjoni tagħhom li jkunu diġà għamlu.

2.           L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tagħmel u żżomm assigurazzjoni xierqa.

25 - Kunflitt ta' interess

1.           L-Impriża Konġunta ECSEL, il-korpi u l-persunal tagħha għandhom jevitaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom.

2.           Il-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta ECSEL jista’ jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu, il-korpi u l-persunal. F’dawk ir-regoli, għandha ssir dispożizzjoni biex jiġi evitat il-kunflitt ta’ interess għar-rappreżentanti tal-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL li jkunu qed iservu fil-Bord tat-Tmexxija jew fil-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi.

26 - Stralċ

1.           L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tkun oġġett ta' stralċ fi tmiem il-perjodu pprovdut fl-Artikolu 1.

2.           Il-proċedura tal-istralċ se tiġi mnedija awtomatikament jekk il-Kummissjoni jew il-membri privati kollha jirtiraw mill-Impriża Konġunta ECSEL.

3.           Għall-finijiet tat-twettiq tal-proċedimenti tal-istralċ tal-Impriża Konġunta ECSEL, il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar likwidatur wieħed jew aktar, li għandu/hom jikkonforma(w) mad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija.

4.           Meta l-Impriża Konġunta ECSEL tkun qed tiġi stralċjata, l-assi tagħha għandhom jintużaw biex ikopru r-responsbabiltajiet tagħha u n-nefqa marbuta mal-istralċ tagħha. Kwalunkwe eċċess għandu jitqassam bejn il-membri eżistenti fiż-żmien tal-istralċ fi proporzjon mal-kontribuzzjoni effettiva tagħhom lill-Impriża Konġunta ECSEL. Kwalunkwe eċċess distribwit lill-Unjoni għandu jintradd lura lill-baġit tal-Unjoni.

5.           Għandha titwaqqaf proċedura ad hoc sabiex tiżgura l-ġestjoni xierqa ta’ kwalunkwe ftehim konkluż jew deċiżjoni adottata mill-Impriża Konġunta ECSEL kif ukoll kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist li jestendi lil hinn mid-durata tal-Impriża Konġunta ECSEL.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva:

              1.2.    Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għan(ijiet)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Durata u impatt finanzjarju:

              1.7.    Metodu/i ta’ mmaniġġjar prospettat(i):

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata:

              3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.1. Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

              3.2.5. Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul:

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva:

Regolament tal-Kunsill dwar l-Impriża Konġunta ECSEL

1.2.        Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB[32]

Qasam Politiku: Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

Attività: Orizzont 2020: riċerka u innovazzjoni marbuta man-netwerks tal-komunikazzjoni, il-kontenut u t-teknoloġija

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/l-inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni ta' tħejjija[33]

¨ (Il-proposta/l-inizjattiva għandha x’taqsam mal-estensjoni ta ’ azzjoni eżistenti

þ Il-proposta/l-inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni indirizzata mill-ġdid għal azzjoni ġdida

1.4.        Għan(ijiet)

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku(ċi) pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-istrateġija għat-Tkabbir tal-UE 2020 — li tikkontribwixxi għall-għan ta’ 3% tal-PGD tal-UE biex jiġi investit fir-riċerka u l-innovazzjoni

L-Unjoni tal-Innovazzjoni — li tiffoka l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni tal-Innovazzjoni

Aġenda Diġitali għall-Ewropa — li tikkontribwixxi għall-Pilastru V, riċerka u innovazzjoni fl-ICT, azzjonijiet 50 (timmobilizza aktar investiment privat fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-ICT) u 51 (issaħħaħ il-koordinazzjoni u l-ġabra tar-riżorsi)

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru

1. Tmexxija fit-Teknoloġiji abilitanti u Industrijali

Attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernati

Tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

L-impatt ekonomiku:

•        Kompetittività — iż-żieda u l-iffukar tal-iskala tal-investiment permezz ta' ingranaġġ tar-riżorsi minn fondi privati u pubbliċi, kooperazzjoni matul l-innovazzjoni u l-ktajjen tal-valur u t-tranżizzjoni minn teknoloġija għall-innovazzjoni.

•        Riċerka u innovazzjoni — sinerġija bejn il-prijoritajiet industrijali u nazzjonali, l-eċċellenza, tnaqqis tad-dupplikazzjoni tal-isforzi u l-frammentazzjoni.

•        Partijiet interessati — li jassoċjaw firxa wiesgħa ta’ ktajjen tal-valur: industrija — fornituri tat-teknoloġija u tal-utenti li jinkludu l-SMEs, riċerka u organizzazzjonijiet tad-disseminazzjoni tal-għarfien, UE, Stati Membri u reġjuni.

Impatt fuq is-Soċjetà:

•        Impjiegi — ħolqien ta' impjiegi ta' abbiltà kbira u tekniċi, li jippermettu t-tkabbir f’ħafna setturi ekonomiċi għall-innovazzjoni u produttività tagħhom;

•        Indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà f’dominji rilevanti għaċ-ċittadini Ewropej (eż. it-trasport, is-saħħa, l-enerġija) li huma indispensabbli għal dawk l-ixprunaturi tas-soċjetà.

Impatt ambjentali:

•        Tnaqqis tal-konsum tal-enerġija

•        Ġestjoni tal-użu tar-riżorsi materjali

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

L-indikaturi tar-riżultati u tal-impatt stabbiliti f’Orizzont 2020 — l-għan speċifiku tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni “Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali” huma mmonitorjati u rrapportati kull sena lill-Kummissjoni.

Barra minn hekk, l-indikaturi speċifiċi li ġejjin se jintużaw biex ikejlu l-progress biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL:

Objettivi || KPI || Metriċi (imkejla matul il-perjodu 2014-2024)

Strutturar u twettiq ta' riċerka multi-dixxiplinari eċċellenti || Proġetti innovattivi u avvanzati || Ø Kwalità tar-riżultati bħal eż. imkejla skont l-għadd ta’ pubblikazzjonijiet riveduti mill-pari Ø Riċerka innovattiva u innovazzjoni, mill-inqas 2 privattivi għal kull finanzjament EUR 10 m Ø Għadd u impatt ta’ teknoloġiji ta' skoperta

Allinjament ta' strateġiji || SRIA bil-prijoritajiet || Ø Impenn mill-membri kollha tal-JU Ø Iffukar fuq SRIA ekwivalenti għall-baġit disponibbli

Immobilizzar u qsim ta' riżorsi. || Eżekuzzjoni tal-baġit || Ø Impenji finanzjarji mill-membri kollha tal-JU Ø Kontribuzzjoni lejn il-mira ta’ 3 % għar-riċerka u l-innovazzjoni

Tinżamm u tikber il-manifattura fl-UE || Ħolqien ta' impjiegi fl-industriji tal-elettroniċi Żieda fl-impjanti tal-manifattura fl-Ewropa || Ø Numru ta’ impjiegi diretti u indotti fl-Ewropa — progress lejn il-ħolqien ta’ 250.000 impjiegi indotti addizzjonali Ø Għadd ta’ fabs avvanzati fl-Ewropa kif imkejla skont in-nodu tat-teknoloġija u d-daqs tal-wejfer

Tmexxija f’tagħmir u materjal (E&M) || Kooperazzjoni strateġika dwar kwistjonijiet E&M || Ø Klassifikazzjoni u sehem fis-suq/volum ta’ fornituri Ewropej E&M

Appoġġ tat-TRLs għolja || Skala u impatt tal-proġetti || Ø Għadd ta’ linji pilota ġodda/aġġornati fl-Ewropa — mill-inqas 3 kull sena Ø Għadd ta’ dimostraturi ta’ soluzzjonijiet integrati — mill-inqas 3 kull sena Ø Aċċess u użu minn atturi li mhux qed jimplimentaw il-linji pilota/id-dimostranti direttament

Disponibbiltà tal-komponenti elettroniċi || Użu ta’ teknoloġiji ġodda minn setturi tal-applikazzjoni Ewropej || Ø Sehem tas-suq Ewropew/volum għal soluzzjonijiet ġodda

Tmexxija fl-inġinerija tas-sistemi || Kooperazzjoni strateġika dwar kwistjonijiet inkorporati u sistemi intelliġenti || Ø Klassifikazzjoni u sehem fis-suq/volum tal-fornituri tas-sistemi elettroniċi Ewropej

L-indikaturi speċifiċi li ġejjin se jintużaw biex ikejlu l-progress tal-Impriża Konġunta ECSEL:

Objettivi || KPI || Metriċi (imkejla matul il-perjodu 2014-2024)

Iffissar tal-aġenda strateġika tar-riċerka u tal-innovazzjoni || SRIA || Ø Adozzjoni ta’ SRIA mill-atturi ewlenin kollha Ø Iċċarar u ffokar kif jiġi pperċepit mill-partijiet interessati

Implimentazzjoni effiċjenti tal-programm || Operazzjonijiet tal-JU || Ø Żmien sal-għotjiet (mill-għeluq tas-sejħa sal-firma finali) < 270 jum Ø Żmien sal-ħlas < 90 jum Ø L-attivitajiet ta’ disseminazzjoni Ø Riżultati tal-proġett

Sinerġiji għall-użu sħiħ tar-riżultati u trawwim tat-tkabbir tal-SMEs || Użu industrijali tar-riżultati tal-proġetti || Ø Għadd ta’ spin-offs Ø It-tkabbir tal-SMEs f’termini ta’ fatturat u impjiegi

Iffaċilitar tal-parteċipazzjoni fi proġetti b’dimensjoni Ewropea qawwija || Simplifikazzjoni tar-regoli għall-parteċipazzjoni || Ø Ir-rata ta’ parteċipazzjoni industrijali u tal-SMEs — din tal-aħħar ≥ 30 % Ø Tnaqqis tal-ispejjeż ġenerali amministrattivi

Aċċess għall-infrastruttura tad-disinn u l-manifattura || Disponibbiltà u aċċess miftuħ għal infrastruttura avvanzata || Ø Aċċess u użu minn SMEs, inkluż integraturi tas-sistema

Kooperazzjoni u koordinazzjoni tal-partijiet interessati || Sħubiji || Ø Kompożizzjoni ta’ konsorzji — emerġenza ta’ alleanzi strateġiċi

Żamma tal-ħiliet umani || Għarfien espert disponibbli fl-Ewropa || Ø Disponibbiltà ta’ kurrikuli/korsijiet u l-użu effettiv ta’ taħriġ professjonali skont il-bżonnijiet industrijali

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jintlaħaq/jintlaħqu fi żmien qasir jew fit-tul

L-Ewropa qed taffaċċa żewġ sfidi ewlenin fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi:

•        Il-ħtieġa li jinżamm kontroll tal-elementi ewlenin tal-katina tal-valur, jiġifieri “disinn tal-komponenti u s-sistemi”, “manifattura tal-komponenti”, u “integrazzjoni tal-komponenti elettroniċi fi prodotti finali”. Il-katina tal-valur tal-elettroniċi ma tieqafx fil-livell tal-produzzjoni tal-elettronika iżda għandha testendi għall-industrija tal-utenti kollha minn dik tal-karozzi għall-ispazju tal-ajru sa servizzi ibbażati fuq l-internet. Kull wieħed mill-elementi tagħha huwa essenzjali biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-ħolqien ta’ valur mill-elettroniċi fl-Ewropa. B’mod partikolari, jekk l-Ewropa titlef il-kapaċità tal-manifattura elettronika tagħha, tista’ tiċċaqlaq barra mill-Ewropa mhux biss il-katina tal-provvista u l-attività tad-disinn rilevanti, iżda l-kompetittività tan-nisġa ekonomika kollha li tiddependi fuq l-elettroniċi se tiġi mxekkla b’mod serju.

•        L-isfida l-oħra hija relatata mat-titjib fl-effiċjenza tal-katina tal-innovazzjoni tal-Ewropa kif jaċċenna r-rapport tal-KET li identifika ‘Wied tal-mewt’ bejn il-ħolqien tal-għarfien bażiku u l-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti ta’ dan l-għarfien fi prodotti adattati għas-suq. Għalhekk, il-passi għall-innovazzjoni u l-produzzjoni industrijali jeħtieġ li jissaħħu sabiex in-negozji u ċ-ċittadini jibbenefikaw minn teknoloġiji avvanzati.

Sabiex jiġi żgurat kontroll tal-katina tal-valur u titjib is-sistema tal-innovazzjoni tagħha, l-Ewropa teħtieġ li tegħleb id-diffikultajiet li ġejjin:

•        kompetizzjoni globali qalila u l-bidla fil-mudelli tan-negozju;

•        tnaqqis fl-ishma tas-suq;

•        spejjeż għoljin tar-riċerka u l-innovazzjoni u sfond Ewropew frammentat; u

•        innovazzjoni li qed tavvanza b’pass mgħaġġel.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Appoġġ finanzjarju għar-riċerka kollaborattiva u l-innovazzjoni li tinvolvi l-industrija u l-akkademja madwar l-Ewropa kollha hija meħtieġa sabiex:

•        Inżommu t-timijiet tar-riċerka pubbliċi Ewropej fuq quddiem nett tal-elettronika u niżguraw sfruttament industrijali veloċi u mifrux ta’ tmexxija teknoloġika madwar l-Ewropa.

•        Qsim tal-ispejjeż tat-teħid ta’ riskji flimkien mal-industrija tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi fl-ipprogressar tat-teknoloġija u l-użu wiesa’ tagħha fid-dawl tal-effetti sekondarji kbar fuq it-tkabbir u l-impjiegi fl-ekonomija u l-impatt fuq l-indirizzar tal-isfidi li ġejjin tas-soċjetà.

•        Ġabra tal-forzi. L-Istati Membri għandhom il-prijoritajiet tagħhom fil-promozzjoni tal-industrija tagħhom iżda l-livell ta’ appoġġ meħtieġ għal din l-industrija imur lil hinn mir-iżorsi individwali tagħhom. Il-frammentazzjoni għandha t-tendenza li twassal għal xogħol doppju fl-isforzi għar-riċerka u l-innovazzjoni. Barra minn hekk fl-Ewropa jeżistu biss ftit raggruppamenti li huma mexxejja globali li għandhom attività industrijali sinifikanti fil-komponenti elettroniċi u s-sistemi inkorporati. B’hekk, l-atturi tal-UE jetiġilhom jaħdmu flimkien. Kooperazzjoni aħjar ibbażata fuq kumpaniji tal-utenti kollaborattivi u fornituri tat-teknoloġija taċċellera l-innovazzjoni tal-prodott fuq iż-żewġ naħat billi tikkoordina l-iffukar kummerċjali, filwaqt li r-raggruppamenti tal-proġetti tar-riċerka jipprovdu netwerk ta' appoġġ reġjonali għall-SMEs permezz ta' kooperazzjoni bejn l-akkademja u l-industrija tal-OEMs kbar.

•        It-tisħiħ tar-raggruppamenti Ewropej eżistenti f’komponenti elettroniċi u li b'mod attiv jappoġġaw il-ħolqien ta’ raggruppamenti ġodda sabiex l-Ewropa titqiegħed fi klassifikazzjoni komparabbli ma’ protagonisti oħrajn madwar id-dinja. Hemm il-ħtieġa ta’ azzjoni fil-livell Ewropew sabiex jinġabru flimkien ir-riżorsi u jġibu flimkien l-atturi, biex jipprovdu l-livell ġust tal-ambitu u l-mezzi biex tissaħħaħ l-industrija. Dan l-appoġġ jeħtieġ li jipprovdi soluzzjoni sostenibbli u adegwata għall-Ewropa biex taffaċċa l-kompetizzjoni internazzjonali. Din l-azzjoni se tgħin fil-kondiviżjoni tal-pjattaformi eżistenti u futuri mmirati lejn ambjent aħjar għall-atturi industrijali, inklużi l-SMEs u l-utenti aħħarin, biex isaħħu l-kompetittività internazzjonali tagħhom.

•        Riċerka u innovazzjoni strutturati u koordinati fl-Ewropa, biex ikun żgurat li fil-futur se jkun hemm bażi tal-manifattura fl-Ewropa u li l-atturi Ewropej, inklużi l-utenti, se jkollhom aċċess għall-aħħar żviluppi teknoloġiċi u l-infrastrutturi. Biex jintlaħaq dan l-għan, huwa kruċjali li effettivament jingħata ingranaġġ lill-finanzjament pubbliku fil-livelli Ewropej u nazzjonali.

1.5.3.     Lezzjonijiet li ttieħdu minn esperjenzi simili fil-passat

Il-JUs ENIAC u ARTEMIS attwali pprovdew opportunità kbira biex issir kooperazzjoni madwar l-Ewropa, tinħoloq massa kritika u jingħata potenzjal lill-investimenti. L-ewwel evalwazzjoni interim tagħhom irrakkomandat ħafna t-tkomplija ta' inizjattiva simili taħt Orizzont 2020, b'konsiderazzjoni tal-fatt li l-ebda organizzazzjoni jew Stat Membru ma jistgħu possibbilment jindirizzaw l-isfidi kollha ta’ dan is-settur. Għalhekk, azzjoni koordinata fil-livell Ewropew hija meqjusa bħala l-aktar approċċ xieraq.

Il-JUs urew li jistgħu jaqdu b'suċċess ir-rwol ta’ medjaturi onesti, ta’ katalizzaturi li jistimulaw proġetti ambizzjużi u jżidu l-impenn tal-kampjuni tas-settur privat, filwaqt li jipprovdu qafas li fih l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u Ewropej jistgħu jipprovdu appoġġ għas-suġġetti strateġikament rilevanti. Din il-kapaċità ġiet murija b’mod konvinċenti mis-suċċess tal-JU ENIAC fl-imbuttatura li tat biex inbdiet l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-KET fin-nanoelettroniċi u mill-ewwel prova tal-JU ARTEMIS tal-proġetti pilota kbar fl-innovazzjoni matul is-sejħa tagħhom għall-proposti fl-2012.

Fir-rigward tal-kostruzzjoni triparti taż-żewġ JUs, sfida waħda importanti tikkonsisti milli jiġu allinjati l-kontenut u l-proċedura mal-aspettattivi u l-proċessi tal-Istati Membri parteċipanti. Dawn jippermettu s-sejħiet għall-proposti billi jimpenjaw minn qabel il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom u jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità nazzjonali u r-rati tal-finanzjament.

L-esperjenza bil-mudell attwali turi li dan irnexxielu jilħaq l-għanijiet, għalkemm kien hemm iktar tagħlim milli mistenni, minħabba il-fażi mtawla li matulha kellhom jinbnew il-fiduċja u l-modus operandi prattiċi.

Minbarra s-suċċessi imsemmija hawn fuq, hemm xi osservazzjonijiet li jridu jsiru dwar l-istruttura preżenti:

•        Hemm nuqqas ta’ sinkronizzazzjoni bejn l-varjetà tal-proċeduri nazzjonali (kemm għall-kuntrattar u l-pagamenti), li joħolqu dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti.

•        L-obbligu għall-parteċipanti biex jikkonkludi żewġ ftehimiet ta’ għotja (JU + nazzjonali) jikkostitwixxi piż amministrattiv.

•        Il-varjetà ta’ regoli nazzjonali jaffettwaw il-mod kif il-konsorzji huma mibnija.

•        L-impenji nazzjonali spiss ikunu aġġustati wara li jkunu jafu r-riżultati tas-sejħiet għall-proposti, u dan qed jiġri kemm fid-direzzjonii ' fuq kif ukoll 'l isfel.

•        Id-dipendenza riġida bejn l-impenji tal-UE u nazzjonali (proporzjon SM/UE 1.8) xekklet l-eżekuzzjoni tal-baġit meta l-involviment nazzjonali kien baxx jew meta r-rati ta’ finanzjament nazzjonali kienu qed jiddevjaw mill-proporzjon antiċipat 1/3(JU)-2/3 (nazzjonali), kif ġara fil-każ tal-linji pilota.

•        Ir-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju Qafas applikabbli għall-aġenziji deċentralizzati qed ipoġġu restrizzjonijiet sinifikanti fuq ir-riżorsi limitati tal-JU.

Dawk id-diffikultajiet ma żammewx l-affarijiet milli jsiru iżda kienu meħtieġa sforzi kontinwi mill-partijiet kollha biex is-sistema tkun tista’ tiffunzjona. Kwalunkwe inizjattiva simili fil-futur se tibbenefika bil-kbir jekk dawn jiġu indirizzati permezz ta' mudell operattiv simplifikat, li wkoll ikun konformi mal-għan globali ta' Orizzont 2020.

1.5.4.     Kompattibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti li jixirqu oħrajn

L-inizjattiva hija maħsuba biex tiżviluppa sinerġiji ma’ mekkaniżmi kumplimentari ta’ finanzjament, inkluża l-politika tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti tal-Kummissjoni Ewropea mmirata lejn it-trawwim u l-appoġġ għal raggruppamenti tax-xjenza u t-teknoloġija eżistenti u ġodda f’reġjuni tal-Unjoni Ewropea.

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-inizjattiva qed jikkumplimenta wkoll l-attivitajiet previsti taħt it-Tmexxija Industrijali fi ħdan Orizzont 2020 fejn se tkun appoġġata riċerka aktar fit-tul u aktar avvanzata.

1.6.        Durata u impatt finanzjarju:

þ Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien limitat

– þ  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[01/01]2014 sal-[31/12]2024

– þ  Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2020 għall-approprjazzjonijiet tal-impenji u mill-2014 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet tal-pagamenti.

¨ (Proposta/inizjattiva ta’ durata illimitata

– Implimentazzjoni b'perjodu tat-tnedija mis-SSSS sa SSSS,

– segwita b’operazzjoni sħiħa.

1.7.        Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

Mill-baġit tal-2014

¨ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta':

– ¨  aġenziji eżekuttivi

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri:

þ Ġestjoni indiretta billi kompiti ta’ implimentazzjoni ta’ baġit ikunu fdati lil:

– ¨  organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (jekk jogħġbok speċifika);

– ¨  il-Bank Ewropew tal-Investiment;

– þ  korpi msemmija fl-Artikolu 209 FR;

– ¨  korpi tal-liġi pubblika;

– ¨  korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

– ¨  korpi mmexxija mil-liġi privata ta' Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

– ¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-CFSP skont it-Titolu V tat-Trattat tal-UE u identifikati fl-att bażiku relevanti.

Kummenti

L-Istati Membri qegħdin jikkofinanzjaw azzjonijiet indiretti.

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Sal-31 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta u se tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2018.

Fi żmien sitt xhur tal-istralċ tal-Impriża Konġunta, iżda sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-deċiżjoni li jsir l-istralċ, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni finali se jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni abbozz ta’ rapport ta’ attività annwali dwar il-progress miksub mill-Impriża Konġunta fis-sena kalendarja preċedenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-pjan ta’ ħidma annwali għal dik is-sena. Ir-rapport se jinkludi informazzjoni dwar ir-riċerka mwettqa, l-innovazzjoni u azzjonijiet oħra u n-nefqa korrispondenti; il-proposti mressqa, bi tqassim skont it-tip ta’ parteċipanti, inklużi l-SMEs, u skont il-pajjiż; l-azzjonijiet indiretti magħżula għall-finanzjament, bi tqassim skont it-tip ta’ parteċipant, inklużi l-SMEs, u skont il-pajjiż, u filwaqt li tiġi indikata l-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta lill-parteċipanti u l-azzjonijiet individwali.

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat(i)

Ir-riskju ewlieni identifikat huwa l-ħlas mhux korrett tal-infiq lill-parteċipanti. Meta wieħed iqis id-daqs tal-Impriża Konġunta, rata ta' żball ta' 1% hija mira realistika.

Ir-riskju speċifiku ta’ kunflitti ta’ interess inerenti għal Sħubija Pubblika-Privata huwa indirizzat permezz ta’ separazzjoni ċara tal-poteri ta' deċiżjoni bejn il-Bord tat-Tmexxija — li jistabbilixxi l-istrateġija u l-pjanijiet ta’ ħidma (li jinvolvu l-industrija) — u l-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi — li jiddetermina l-kundizzjonijiet għas-sejħiet għall-proposti u jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku (mingħajr involviment industrijali).

2.2.2.     Il-metodu/metodi ta’ kontroll previst(i)

L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq l-Impriża Konġunta bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jirranġa, skont kif xieraq, għat-twaqqif ta’ struttura ta’ verifika interna tal-Impriża Konġunta. L-ispiża ta’ funzjoni ta’ verifika interna (mistennija li tkun anqas minn nofs miljun euro għall-Impriża Konġunta matul iż-żmien fis-seħħ tagħha) se tkun ta’ benefiċċju fi proporzjon mat-total ta’ ħlasijiet ittrattati mill-Impriża Konġunta (rata ta’ żball ta’ 1 % fuq EUR 1,2 biljun tirrappreżenta EUR 12-il miljun).

F’konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Impriża Konġunta se tirrispetta l-prinċipji tal-ġestjoni finanzarja soda, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni u se tiggarantixxi livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-membri tagħha ekwivalenti għal dak mitlub taħt dak ir-Regolament.

Verifiki ex-post tan-nefqa fuq azzjonijiet indiretti se jitwettqu b’konformità mal-Programm Qafas Orizzont 2020 bħala parti mill-azzjonijiet indiretti tal-Programm Qafas Orizzont 2020.

Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju, se tagħmel superviżjoni tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta, b’mod partikolari billi twettaq verifiki u evalwazzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-programm, tapplika proċeduri għall-eżami u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet u teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni żborżamenti tan-nefqa li saru bi ksur tar-regoli applikabbli. Tista’ wkoll tissospendi u tinterrompi l-pagamenti.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet

Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ awditjar, abbażi ta’ dokumenti u kontrolli esegwiti fuq il-post, fuq il-benefiċjarji, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jirċievu fondi mill-Unjoni.

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista’ jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament mit-tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-ħsieb li jiġu stabbiliti jekk kienx hemm xi frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ ftehim jew deċiżjoni tal-għotja jew kuntratt li jikkonċerna l-finanzjament mill-UE.

Mingħajr preġudizzju għal dak li hawn miktub hawn fuq, il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet tal-għotja u l-kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom espressivament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF biex iwettqu dawn il-verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata:

· Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tat-intestaturi u l-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || L-intestatura tal-baġit || Tip ta' nfiq || Kontribuzzjoni

Numru 09 04 02 01 – linja prinċipali || Diff./mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju

1a Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || 09 04 07 21 Tmexxija industrijali - JTI ECSEL || Diff. || IVA || IVA || LE || IVA

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa:

3.2.1.     Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tal-Qafas finanzjarju Pluriennali: || 1a || Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

Impriża Konġunta ECSEL[34][35] || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020[36] || Sena 2021 || Sena 2022 || Sena 2023 || Sena 2024 || TOTAL

Titolu 1 || Impenji || (1) || 0,310 || 0,310 || 0,550 || 0,715 || 1,210 || 1,210 || 4,350 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 8,655

Pagamenti || (2) || 0,310 || 0,310 || 0,550 || 0,715 || 1,210 || 1,210 || 1,170 || 1,170 || 0,970 || 0,670 || 0,370 || 8,655

Titolu 2 || Impenji || (1a) || 0,500 || 0,500 || 0,500 || 0,700 || 0,800 || 0,800 || 2,800 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 6,600

Pagamenti || (2a) || 0,500 || 0,500 || 0,500 || 0,700 || 0,800 || 0,800 || 0,800 || 0,600 || 0,600 || 0,500 || 0,300 || 6,600

Titolu 3 || Impenji || (3a) || 135,000 || 145,000 || 160,000 || 175,000 || 185,000 || 195,000 || 205,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 1200,000

|| Pagamenti || (3b) || 33,750 || 70,000 || 116,750 || 140,750 || 166,000 || 178,000 || 189,000 || 145,750 || 99,500 || 40,000 || 20,500 || 1200,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-Impriża Konġunta ECSEL || Impenji || =1+1a +3a || 135,810 || 145,810 || 161,050 || 176,415 || 187,010 || 197,010 || 212,150 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 1215,255

Pagamenti || =2+2a +3b || 34,560 || 70,810 || 117,800 || 142,165 || 168,010 || 180,010 || 190,970 || 147,520 || 101,070 || 41,170 || 21,170 || 1215,255

EUR Miljuni (sa 3 punti deċimali)

DĠ CONNECT || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021 || Sena 2022 || Sena 2023 || Sena 2024 || TOTAL

Ÿ Riżorsi umani (2 FTE FONCT, 1 FTE AC) [37] || 0,332 || 0,332 || 0,332 || 0,332 || 0,332 || 0,332 || 0,332 || || || || || 2,324

Ÿ Infiq amministrattiv ieħor || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || || || || 0

TOTAL DĠ CONNECT || Approprjazzjonijiet || 0,332 || 0,332 || 0,332 || 0,332 || 0,332 || 0,332 || 0,332 || || || || || 2,324

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || ‘In-nefqa amministrattiva’

EUR Miljuni (sa 3 punti deċimali)

DĠ CONNECT || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021 || Sena 2022 || Sena 2023 || Sena 2024 || TOTAL

Ÿ Riżorsi umani (2 FTE FONCT, 1 FTE AC) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Ÿ Infiq amministrattiv ieħor || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL DĠ CONNECT || Approprjazzjonijiet || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021 || Sena 2022 || Sena 2023 || Sena 2024 || TOTAL

TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 136,142 || 146,142 || 161,382 || 176,747 || 187,342 || 197,342 || 212,482 || || || || || 1217,579

Pagamenti || 34,892 || 71,142 || 118,132 || 142,497 || 168,342 || 180,342 || 191,302 || 147,520 || 101,070 || 41,170 || 21,170 || 1217,579

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedi l-ebda użu ta' approprjazzjonijiet operattivi

– þ  Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Spejjeż kommessi allokati f’EUR miljun

Għanijiet u outputs indikattivi ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Snin 2021-2024 || TOTAL

|| OUTPUTS

Tip || Spiża medja[38] || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru totali || Spiża totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 Tmexxija fit-Teknoloġiji abilitanti u Industrijali || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output[39] || riċerka u azzjonijiet ta’ innovazzjoni ECSEL ta’ Impriża Konġunta || 15 || 9 || 135 || 10 || 145 || 11 || 160 || 11 || 175 || 12 || 185 || 13 || 195 || 14 || 205 || 0 || 0 || 80 || 1200

SPIŻA TOTALI || 9 || 135 || 10 || 145 || 11 || 160 || 11 || 175 || 12 || 185 || 13 || 195 || 14 || 205 || 0 || 0 || 80 || 1200

3.2.3.     Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-Impriża Konġunta ECSEL

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

– þ  Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif deskritt hawn taħt:

Għadd ta’ persunal (f’impjiegi/FTE)[40]

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021 || Sena 2022 || Sena 2023 || Sena 2024 || TOTAL

Uffiċjali (Gradi AD) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Uffiċjali (Gradi AST) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Aġenti kuntrattwali || 13 || 13 || 12 || 11 || 11 || 11 || 11 || 11 || 9 || 6 || 3 || 111

Aġenti temporanji (gradi AD) || 14 || 14 || 13 || 12 || 12 || 12 || 12 || 12 || 10 || 7 || 4 || 122

Esperti Ssekondati Nazzjonali || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 6

TOTAL || 28 || 28 || 26 || 24 || 24 || 24 || 23 || 23 || 19 || 13 || 7 || 239

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Uffiċjali (Gradi AD) || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000

Uffiċjali (Gradi AST) || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000

Aġenti kuntrattwali || 0,910 || 0,910 || 0,840 || 0,770 || 0,770 || 0,770 || 0,770 || 0,770 || 0,630 || 0,420 || 0,210 || 7,770

Aġenti temporanji (gradi AD) || 1,834 || 1,834 || 1,703 || 1,572 || 1,572 || 1,572 || 1,572 || 1,572 || 1,310 || 0,917 || 0,524 || 15,982

Esperti Ssekondati Nazzjonali || 0,078 || 0,078 || 0,078 || 0,078 || 0,078 || 0,078 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,468

TOTAL || 2,822 || 2,822 || 2,621 || 2,420 || 2,420 || 2,420 || 2,342 || 2,342 || 1,940 || 1,337 || 0,734 || 24,220

Il-kuntratti tal-persunal qed jittieħdu mill-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC eżistenti. Il-kuntratti tagħhom huma fis-seħħ mill-ewwel jum tal-Impriża Konġunta l-ġdida.

3.2.3.2.  Stima tar-rekwiżiti ta’ riżorsi għad-DĠ li taqa’ taħtu

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedi l-ebda użu ta' riżorsi umani.

– þ  Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta' riżorsi umani, kif deskritt hawn taħt:

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Snin 2021-2024* || Total

|| Ÿ Postijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) ||

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

09 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || p.m. || 14

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| || || || || || || || ||

|| Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[41] ||

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-‘pakkett globali’) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

XX 01 04 ss[42] || - fil-Kwartieri Ġenerali[43] || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

- fid-delegazzjonijiet || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

09 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka indiretta) || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || p.m. || 7

10 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka diretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Linji baġitarji oħra (speċifika) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || p.m. || 21

* L-għadd tal-persunal għall-perjodu ta' wara l-2020 jiġi deċiż fi stadju iktar tard.

L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

XX hija l-qasam ta’ politika jew titlu baġitjarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band’oħra fid-DĠ, flimkien jekk ikun meħtieġ, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju: || Sħubija f’korpi ta’ tmexxija u l-monitoraġġ/r-rappurtar tal-attivitajiet

Il-persunal estern || Appoġġ lill-Uffiċjali

3.2.3.3.  Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani għall-Impria Konġunta ECSEL.[44]

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedi l-ebda użu ta' riżorsi umani.

– þ  Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta' riżorsi umani, kif deskritt hawn taħt:

– a. Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani biex jiġu ffinanzjati mill-approprjazzjonijiet taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021 || Sena 2022 || Sena 2023 || Sena 2024 || Total

|| Ÿ Postijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) ||

09 04 07 21 (korp PPP) || || || || || || || || || || || ||

Uffiċjali (gradi AD) || 6 || 6 || 7 || 9 || 12 || 12 || 12 || 12 || 10 || 7 || 4 || 97

Uffiċjali (gradi AST) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[45] ||

09 04 07 21 (korp PPP) || || || || || || || || || || || ||

CA || 8 || 8 || 8 || 8 || 11 || 11 || 11 || 11 || 9 || 6 || 3 || 94

SNE || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 6

INT || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL || 15 || 15 || 16 || 18 || 24 || 24 || 23 || 23 || 19 || 13 || 7 || 197

|| || || || || || || || || || || ||

L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju: || Ġestjoni tal-programm u amministrattiva

Il-persunal estern || Appoġġ għal staff temporanju

– b. p.m. — Riżorsi umani ffinanzjati mill-approprjazzjonijiet taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2007-2013 (għall-informazzjoni)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Total

Ÿ Postijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) ||

09 04 01 03 (Impriża Konġunta ARTEMIS)[46] || || || || ||

Uffiċjali (gradi AD) || 8 || 8 || 6 || 3 || 25

Uffiċjali (gradi AST) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE) ||

09 04 01 03 (Impriża Konġunta ARTEMIS)8 || || || || ||

CA || 5 || 5 || 4 || 3 || 17

SNE || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

INT || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL || 13 || 13 || 10 || 6 || 42

L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

c. Stampa ġenerali konsolidata tar-riżorsi umani skont il-punti a) u b)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021 || Sena 2022 || Sena 2023 || Sena 2024 || Total

|| Ÿ Postijiet tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) ||

09 04 07 21 (korp PPP) || 14 || 14 || 13 || 12 || 12 || 12 || 12 || 12 || 10 || 7 || 4 || 122

Uffiċjali (gradi AD) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Uffiċjali (gradi AST) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

|| Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[47] ||

09 04 07 21 (korp PPP) || 13 || 13 || 12 || 11 || 11 || 11 || 11 || 11 || 9 || 6 || 3 || 111

CA || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

SNE || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 6

INT || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL || 28 || 28 || 26 || 24 || 24 || 24 || 23 || 23 || 19 || 13 || 7 || 239

|| || || || || || || || || || || ||

d. Kontribuzzjoni għall-ispejjeż kurrenti għal tneħħija gradwali tal-korp tal-PPP taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2007-2013

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Total[48]

Kontribuzzjoni fi flus mill-UE[49] || 0,600 || 0,600 || 0,550 || 0,300 || 2,050

Kontribuzzjoni fi flus minn partijiet terzi — l-Assoċjazzjoni AENEAS || 0,500 || 0,500 || 0,300 || 0,130 || 1,430

Kontribuzzjoni fi flus minn partijiet terzi — l-Assoċjazzjoni AENEAS || 0,300 || 0,300 || 0,210 || 0,165 || 0,975

TOTAL || 1,400 || 1,400 || 1,060 || 0,595 || 4,455

Il-kontribuzzjonijiet mill-Assoċjazzjonijiet AENEAS u ARTEMISIA huma magħmula mill-ammonti li għandhom jagħtu għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-ispejjeż kurrenti tal-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS biex jirrispettaw il-ftehimiet li saru mal-Kummissjoni skont l-arranġament li ġej dwar il-qsim tal-ispejjeż kurrenti:

EUR Miljuni (sa 3 punti deċimali)

2008-2013 || Impriża Konġunta ARTEMIS || Impriża Konġunta ENIAC

Spejjeż totali kurrenti || KE || ARTEMISIA || Spejjeż totali kurrenti || KE || AENEAS

Kontribuzzjonijiet attwali fi tmiem l-2013 || 8,664 || 3,864 || 4,800 || 9,255 || 4,514 || 4,741

Kontribuzzjonijiet ikkalkulati mill-ġdid biex jimplimentaw il-qasma fi 2/3 (industrija) — 1/3 (KE) || 2,889 || 5,775 || 3,084 || 6,171

Differenza (aġġustata — attwali) || || -0,975 || 0,975 || || -1,430 || 1,430

L-ammonti dovuti lill-Kummissjoni se jiġu kkumpensati matul il-perjodu 2014-2017 bit-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tal-Kummissjoni kif muri fit-taqsima 3.2.1.

3.2.4.     Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– þ  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tirrikjedi riprogrammar tal-intestatura relevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti.

-

– ¨  Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

-

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Sena 2021 || Sena 2022 || Sena 2023 || Sena 2024 || Total

Membri Privati - kontribuzzjoni fi flus għall-ispejjeż amministrattivi[50] || 2,210 || 2,210 || 2,110 || 2,010 || 2,010 || 2,010 || 1,970 || 1,770 || 1,570 || 1,170 || 0,670 || 19,710

Stati Membri tal-ECSEL - kontribuzzjoni fi flus għall-ispejjeż operattivi[51] || 135,000 || 145,000 || 160,000 || 175,000 || 185,000 || 195,000 || 205,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 0,000 || 1200,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || 137210 || 147,210 || 162,110 || 177,010 || 187,010 || 197,010 || 206,970 || 1,770 || 1,570 || 1,170 || 0,670 || 1219,710

Il-kontribuzzjoni totali l-membri privati hija stabbilita permezz tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill tal-Impriża Konġunta ECSEL.

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul:

– þ  Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi tagħha stess

– ¨         fuq dħul varju

[1]               COM(2011) 809 finali, 30.11.2011.

[2]               Ir-Regolament (KE) Nru 72/2008 ta' 4.2.2008, ĠU L30/21.

[3]               Ir-Regolament (KE) Nru 74/2008 ta' 4.2.2008, ĠU L30/52.

[4]               Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18.12.2006.

[5]               [Referenza għall-MFF].

[6]               COM(2011) 572 finali, 21.9.2011.

[7]               COM(2010) 546 finali, 6.10.2010.

[8]               COM(2012) 341 finali, 26.6.2012.

[9]               COM(2013) 298 finali, 23.5.2013.

[10]             COM(2013) … [Komunikazzjoni dwar sħubijiet pubbliċi-privati f'Orizzont 2020].

[11]             Fi prezzijiet attwali.

[12]             L-ammont huwa indikattiv u jiddependi fuq l-ammont finali għal DĠ CONNECT taħt l-isfida msemmija hawn fuq.

[13]               ĠU C [opinjoni tal-PE], , p. .

[14]               ĠU C [opinjoni tal-KESE], , p. .

[15]               ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

[16]               ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86.

[17]               COM(2010) 2020 finali.

[18]               ĠU [PQ Orizzont 2020].

[19]               ĠU [PQ Orizzont 2020].

[20]               COM (2012) 341, 26.6.2012.

[21]               COM (2013) 298, 23.5.2013.

[22]             ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.

[23]             ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.

[24]             ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[25]             ĠU [Orizzont 2020 Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni].

[26]             ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

[27]             ĠU L 56, 04.03.1968, p. 1.

[28]             ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

[29]             ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2-5.

[30]             ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

[31]             ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

[32]               ABM: Ġestjoni bbażata fuq l-Attività — ABB: Attività Bbażata fuq l-Ibbaġitjar.

[33]               Kif jissemma fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[34]               L-ammonti fit-Titoli 1 u 2 jirrappreżentaw il-kontribuzzjoni tal-UE (50 %) għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ECSEL. Il-50 % l-oħra huma kontribuzzjonijiet minn membri privati kif muri fit-taqsima 3.2.5. Għall-perjodu bejn l-2014 u l-2017, il-kontribuzzjonijiet għal tneħħija gradwali tal-korp tal-PPP taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2007-2013 kif muri fit-taqsima 3.2.3.3(d) għandhom jiġu miżjuda maċ-ċifri għall-istess perjodu fit-Titolu 1 tat-tabella. L-ispejjeż amministrattivi huma determinati fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS u qed jitqiesu l-iffrankar li jirriżulta minn funzjonijiet li ma għadhomx isiru. Il-perjodu 2021-2024 huwa fażi ta’ żmantellar mingħajr ma jiġu mnedija azzjonijiet ġodda.

[35]               L-approprjazzjonijiet ta’ ħlas għat-Titoli 1 u 2 huma bbażati fuq il-konsum annwali tal-approprjazzjonijiet kollha korrispondenti ta' impenn, filwaqt li għat-Titolu 3 dawn jiġu ddeterminati wara skeda ta' implimentazzjoni ta' proġetti tipika ta' tliet snin ta’ 50% għall-prefinanzjament (li jintefqu għal nofs fis-sena tas-sejħa u għan-nofs l-ieħor fis-sena wara s-sejħa), 30% għall-ħlas interim fit-tieni sena wara s-sejħa, 10% għall-ħlas interim fit-tielet sena wara s-sejħa u 10% għal ħlas finali fir-raba’ sena wara s-sejħa.

[36]               It-Titoli 1 u 2 għas-sena 2020 fihom l-impenji għas-sena (1,170 + 0,800) u l-antiċipazzjoni tal-impenji għas-snin li jifdal tal-JU fil-perjodu 2021-2024, jiġifieri 1,170 + 0,600 għall-2021, 0,970 + 0,600 għall-2022, 0,670 + 0,500 għal 2023 u 0,370 + 0,300 għall-2024.

[37]               L-għadd tal-persunal għall-perjodu ta' wara l-2020 jiġi deċiż fi stadju iktar tard. L-ispejjeż FTE huma ddeterminati fuq il-bażi tal-ispiża medja annwali ta' persunal AD (EUR 131 000) u AST (EUR 70 000).

[38]               L-ispiża medja huwa l-ammont ta’ kontribuzzjoni tal-UE għall-finanzjament tal-outputs.

[39]               L-outputs tal-Impriża Konġunta ECSEL huma l-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni kofinanzjati mill-UE u l-Istati Membri parteċipanti. L-għadd ta’ outputs għal kull sena hija ċifra għad-dritt biex issir stima tal-għadd ta’ proġetti li jkunu sostnuti bl-ispiża indikata.

[40]               Fil-każ ta’ korpi tal-PPP taħt l-Artikolu 209 FR, din it-tabella hija inkluża għall-għanijiet tal-informazzjoni.

[41]               CA= Aġent Kuntrattwali; LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija (“Intérimaire”);

[42]               Sottolimitu għal staff estern kopert minn approprjazzjonijiet operattivi ("BA" lines preċedenti).

[43]               Prinċipalment għal Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (EFF).

[44]               Fil-każ ta’ korpi tal-PPP taħt l-Artikolu 209 FR, din it-taqsima hija inkluża għall-għanijiet tal-informazzjoni.

[45]               CA= Aġent Kuntrattwali; LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija (“Intérimaire”);

[46]               Dawn ir-riżorsi umani huma ko-finanzjati mill-kontribuzzjonijiet mill-assoċjazzjonijiet ARTEMISIA u AENEAS (ara l-punt d hawn taħt).

[47]               CA= Aġent Kuntrattwali; LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija (“Intérimaire”);

[48]               It-total għall-kontribuzzjoni ta’ flus kontanti tal-UE huwa daqs l-ammont imħallas minn qabel fil-baġit tal-2013 għat-tlestija tal-attivitajiet tal-korp tal-2007-2013.

[49]             Il-linja tal-baġit korrispondenti hija 09 04 01 03.

[50]               Il-kontribuzzjonijiet mill-AENEAS u l-ARTEMISIA għall-perjodu 2014-2017 kif iddettaljat fit-taqsima 3.2.3.3(d) mhumiex inklużi f’dawn l-ammonti.

[51]               Il-kontribuzzjonijiet nazzjonali kollettivi huma stmati li jkunu fl-istess ordni bħall-kontribuzzjoni totali tal-UE.