52013PC0480

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 /* COM/2013/0480 final - 2013/0224 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-ħtieġa ta’ azzjoni dwar it-tibdil fil-klima u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bastimenti

F’Diċembru 2010, il-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) rrikonoxxew li t-tisħin globali ma għandux jaqbeż it-temperaturi esperjenzati qabel ir-rivoluzzjoni industrijali b’aktar minn 2˚°C[1]. Dan huwa essenzjali jekk iridu jiġu limitati l-konsegwenzi negattivi tal-interferenza tal-bniedem fis-sistema tal-klima. Din il-mira fuq terminu twil tesiġi li sal-2050 l-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra jitnaqqsu tal-anqas b'50 % taħt il-livelli tal-1990[2].

Il-pajjiżi żviluppati bħala grupp għandhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b'ammonti minn 80 % sa 95 % sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990[3]. Fuq terminu medju, l-UE ntrabtet li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta' gassijiet serra b'20 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2020, u bi 30 % jekk il-kundizzjonijiet ikunu favorevoli. Dan l-impenn jifforma parti minn waħda mill-ħames miri ewlenin tal-UE fl-Istrateġija Ewropa 2020.[4] Barra minn hekk, kemm il-Kunsill Ewropew kif ukoll il-Parlament Ewropew qablu li s-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet[5]. Bil-għan li tikkontribwixxi għall-Istrateġija tal-UE 2020, il-White Paper tal-Kummissjoni dwar it-Trasport[6] tal-2011 tiddikjara li sal-2050 l-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu għandhom jitnaqqsu b'40 % (b'50 % jekk ikun fattibbli) mil-livelli tal-2005.

Fl-2010 l-emissjonijiet totali ta' CO2 relatati mal-attivitajiet tat-trasport marittimu Ewropew (inklużi r-rotot intra-EU, vjaġġi deħlin lejn l-UE jew ħerġin mill-UE) kienu stmati li jammontaw għal 180 Mt ta' CO2. Minkejja l-introduzzjoni ta’ standards minimi tal-effiċjenza enerġetika għal ċerti kategoriji ta’ bastimenti ġodda ("Energy Efficiency Design Index", EEDI) mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) fl-2011[7], l-emissjonijiet huma mistennija li jkomplu jiżdiedu. Ir-raġuni ewlenija hija li għadha mistennija żieda fid-domanda għat-trasport marittimu mmexxi mit-tkabbir tal-kummerċ dinji.

Dan it-tkabbir previst huwa mistenni li jseħħ minkejja d-disponibbiltà ta’ miżuri operazzjonali u ta' teknoloġiji eżistenti għat-tnaqqis tal-konsum speċifiku tal-enerġija u tal-emissjonijiet ta' CO2 minn bastimenti sa 75 % (skont iċ-ċifri tal-OMI). Parti sinifikanti minn dawn il-miżuri tista’ titqies bħala kosteffiċjenti minħabba li l-ispejjeż tal-fjuwil mnaqqsa jiżguraw il-ħlas lura ta’ kwalunkwe spiża operattiva jew tal-investiment. Din il-kontradizzjoni tista’ tiġi spjegata mill-esistenza ta’ ostakli tas-suq għall-adozzjoni ta’ teknoloġiji bħal dawn u ta' miżuri operazzjonali bħalma huma n-nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli dwar l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ bastimenti jew ta’ teknoloġiji għat-tagħmir mill-ġdid ta' bastimenti, in-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi għal investimenti fl-effiċjenza tal-bastimenti u l-inċentivi maqsuma peress li s-sidien tal-bastimenti ma jibbenefikawx mill-investimenti tagħhom fl-effiċjenza tal-bastiment għaliex il-kontijiet tal-fjuwil jitħallsu mill-operaturi.

Mandat għall-azzjoni fil-livell tal-UE

Iż-żieda proġettata fl-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu mhix konformi mal-għanijiet tal-UE, u dan iwassal għal impatti negattivi fuq it-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, fil-livell tal-UE, it-trasport marittimu internazzjonali jibqa’ l-uniku mezz ta’ trasport mhux inkluż fl-impenn tal-UE ta’ tnaqqis tal-emisssjonijiet tal-gassijiet serra li jeħtieġ sforzi addizzjonali minn kull settur ieħor.

Il-Kunsill u l-Parlament fakkru l-impenn li ttieħed qabel biex tittieħed azzjoni fil-Pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija adottat fit-23 ta’ April 2009: Fil-każ li l-ebda ftehim internazzjonali li jinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fil-miri ta' tnaqqis tiegħu permezz tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima ma jkun ġie approvat mill-Istati Membri u/jew l-ebda ftehim bħal dan permezz tal-UNFCCC ma jkun ġie approvat mill-Komunità sal-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta li tinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fl-impenn għat-tnaqqis Komunitarju bil-għan li l-att propost jidħol fis-seħħ sal-2013. Tali proposta għandha timminimizza kull impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-Komunità waqt li tikkunsidra l-benefiċċji ambjentali li jista' jkun hemm.[8]

Din l-iskadenza skadiet mingħajr azzjoni internazzjonali suffiċjenti għaliex l-EEDI, minkejja l-utilità tiegħu, mhuwiex mistenni li jipproduċi, waħdu, tnaqqis assolut fl-emissjonijiet meta mqabbel mas-snin bażi kemm-il darba jseħħ it-tkabbir imbassar fit-traffiku. Għalhekk, il-Kummissjoni nediet attivitajiet preparatorji bil-għan li tindirizza l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu internazzjonali.

Ħtieġa ta' approċċ fi stadji biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu

Illum, l-ammont preċiż ta' emissjonijiet ta' CO2 u ta’ gassijiet serra oħra mit-trasport marittimu relatat mal-UE mhuwiex magħruf minħabba n-nuqqas ta’ monitoraġġ u ta' rappurtar ta’ emissjonijiet bħal dawn. Il-valutazzjoni tal-impatt u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati (ara t-Taqsima 2) identifikaw li sistema robusta għall-monitoraġġ, in-notifika u l-verifika (MRV) tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu huwa prerekwiżit għal kwalunkwe kejl jew standard ta’ effiċjenza bbażat fuq is-suq, kemm jekk jiġi applikat fil-livell tal-UE kif ukoll globali.

Barra minn hekk, sistema MRV b’saħħitha għandha tikkontribwixxi għat-tneħħija ta’ ostakli għas-suq, b’mod partikolari dawk marbuta man-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-bastimenti. Fuq il-bażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt, huwa mistenni li bl-introduzzjoni tal-MRV, meta mqabbel ma’ xenarju ta’ żamma tal-istatus quo sal-2030 jista' jinkiseb tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sa 2 % u tnaqqis fl-ispejjeż netti aggregati sa EUR 1,2 biljun.

Bl-introduzzjoni tal-MRV bħala l-ewwel pass, jista' jiġi allokat aktar żmien għad-diskussjoni u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, dwar miżuri u standards tal-effiċjenza bbażati fuq is-suq meħtieġa għall-ksib ta' dan it-tnaqqis bi prezz minimu. Dan huwa partikolarment rilevanti għal diskussjonijiet fil-livell globali fi ħdan l-OMI.

Minħabba l-preferenza ċara tal-Kummissjoni għal miżuri meħuda fil-livell globali, l-MRV tal-UE għandhom iservu bħala eżempju għall-implimentazzjoni ta’ MRV globali bil-għan li jitħaffu d-diskussjonijiet internazzjonali. F’dan il-kuntest, għandhhom isiru sottomissjonijiet rilevanti lill-OMI kif ikun xieraq. Ladarba sistema globali jiġi deċiż, ir-Regolament propost għandha tiġi emendata biex l-MRV tal-UE jiġu allinjati mas-sistema globali.

2            RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Sabiex jirrevedi l-alternattivi ta’ politika msemmija fit-tieni studju tal-IMO tal-gassijiet serra tal-2009[9] u l-istudju li sar minn CE Delft fl-2009[10], twaqqaf grupp ta’ ħidma (WG6) fil-qafas tal-Programm Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima II (European Climate Change Program/ECCP). Dan il-grupp ippermetta wkoll li jsiru konsultazzjonijiet formali mal-partijiet interessati fil-livell tekniku u ta kontribut għall-appoġġ estern, pereżempju billi naqqas l-għażla fost l-alternattivi ta’ politika. Fl-2011 ġew organizzati tliet laqgħat ta’ jumejn b’aktar minn 100 parteċipant ġejjin mill-amministrazzjonijiet nazzjonali, mill-UE u mill-assoċjazzjonijiet tat-trasport marittimu internazzjonali kif ukoll minn assoċjazzjonijiet oħrajn u NGOs. Il-minuti, id-dokument ta’ sfond u l-preżentazzjoni ta’ dawn il-laqgħat huma disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni għall-informazzjoni pubblika[11].

Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet Pjattaforma ta' Livell Għoli, li jgħaqqad flimkien esperti ta’ livell għoli fis-settur tat-trasport marittimu, biex tippermetti diskussjoni strateġika direttament mal-Viċi President Kallas u l-Kummissarju Hedegaard. Dawn il-laqgħat saru fit-3 ta’ Frar 2011, fit-28 ta’ Ġunju 2011 u fis-7 ta’ Novembru 2011.

Ġiet organizzata konsultazzjoni pubblika bejn it-19 ta’ Jannar u l-12 ta’ April 2012, jiġifieri tul 12-il ġimgħa. Din il-konsultazzjoni pubblika tħabbret permezz ta' stqarrija għall-istampa. Il-konsultazzjoni pubblika saret bl-użu tal-“Prinċipji ġenerali u standards minimi għall-konsultazzjoni ta’ partijiet interessati mill-Kummissjoni”.

Il-konsultazzjoni tikkonferma li ftehim globali fi ħdan l-OMI huwa pperċepit bħala l-aħjar alternattiva fit-tul sabiex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur tat-trasport marittimu. Fil-każ ta’ miżura Ewropea, hemm qbil ġenerali li għandu jkun hemm sitwazzjoni ta’ kundizzjonijiet indaqs għall-bastimenti kollha li jużaw il-portijiet Ewropej. Hija wkoll il-fehma tal-maġġoranza li kwalunkwe kejl jew standard ta’ effiċjenza bbażat fuq is-suq jeħtieġ li jkun askkumpanjat minn monitoraġġ trasparenti u robust tal-emissjonijiet. Dan il-monitoraġġ għandu jiġi stabbilit bil-ħsieb li jiġu evitati l-piżijiet amministrattivi żejda u li jiżguraw riżultati ta' rappurtar preċiż. Aktar riżultati jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni[12].

Fl-aħħar nett, laqgħa oħra tal-partijiet interessati b'120 parteċipant mill-industrija, NGOs, l-Istati Membri u pajjiżi terzi saret fil-5 ta’ Diċembru 2012 u ffokat fuq it-tfassil ta’ sistema MRV fl-UE. Din il-laqgħa kkonfermat il-ħtieġa ta' MRV għaliex sal-lum ma hemm l-ebda disponibbiltà ta' dejta affidabbli dwar l-emissjonijiet ta' CO2. Diġà jeżistu bosta inizjattivi għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-konsum tal-fjuwil, tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-effiċjenza enerġetika fis-settur tat-trasport marittimu. Il-parteċipanti lkoll qablu li biex jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-MRV għandhom ikunu msejsa fuq informazzjoni meħtieġa mill-Konvenzjonijiet internazzjonali u li huma diġà disponibbli abbord il-bastimenti. Il-preżentazzjonijiet u l-konklużjonijiet tagħhom ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni[13].

Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt tanalizza u tqabbel bosta alternattivi ta' politika għal miżuri bbażati fuq is-suq u alternattiva waħda għal MRV biss. Is-sejbiet ewlenin huma dawn li ġejjin:

– L-ostakli tas-suq ewlenin għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ tnaqqis kosteffettivi huma:

(i) nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli dwar l-effiċjenza tal-użu tal-fjuwil tal-bastimenti jew ta’ teknoloġiji disponibbli għar-retrofitting tal-bastimenti,

(ii) nuqqas ta' aċċess għall-finanzi għal investimenti fl-effiċjenza tal-bastimenti

(iii) inċentivi maqsuma għaliex is-sidien tal-bastimenti ma jibbenefikawx mill-investimenti tagħhom fl-effiċjenza tal-bastiment billi l-kontijiet tal-fjuwil, minħabba l-istruttura tal-operazzjonijiet ta’ bastiment, ħafna drabi jitħallsu mill-operaturi.

It-tneħħija ta’ dawn l-ostakli tas-suq se tkun kruċjali għas-suċċess ta’ kwalunkwe miżura partikolari.

– Jeżistu potenzjali sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għat-trasport marittimu permezz ta’ firxa ta’ miżuri tekniċi u operazzjonali, li prinċipalment jimmiraw li jtejbu l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti. L-iffrankar fl-ispejjeż tal-fjuwil assoċjat mal-biċċa l-kbira ta’ dawn il-miżuri tekniċi jew operazzjonali jegħleb l-ispejjeż mistennija.

– L-alternattivi ta' politika kollha analizzati joffru benefiċċji nett f'termini ta' impatti ambjentali (tnaqqis ta' CO2 u ta' emissjonijiet oħrajn), ekonomiċi (iffrankar nett fl-ispejjeż għas-settur tat-trasport marittimu) u soċjali (anqas problemi ta' saħħa minħabba SOX u emissjonijiet ta' partikoli aktar baxxi, ħolqien ta' impjiegi).

– Żewġ tipi ta’ fondi ta’ kumpens – fond ibbażat fuq il-kontribuzzjonijiet bil-prezz tal-karbonju stabbilit u fond ibbażat fuq il-miri b'miri ta’ tnaqqis definiti u bl-iffissar indirett tal-prezzijiet – flimkien ma' sistema marittima għan-negozjar ta’ emissjonijiet (ETS) jistgħu joffru l-ogħla benefiċċji f’termini ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet u ta' ffrankar fl-ispejjeż.

Dawn mistennija jindirizzaw bl-aħjar mod l-ostakli tas-suq u li sal-2030 jirriżultaw fi tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ madwar 10 % meta mqabbla mal-2005. Iffrankar nett fl-ispejjeż għas-settur tat-trasport marittimu jista' jkun sostanzjali fil-każ li l-ostakli tas-suq ikunu jistgħu jitneħħew kompletament (u dan possibbilment ilaħħaq sa EUR 12-il biljun fl-2030 u b’medja sa EUR 5 biljun fis-sena). B’mod partikolari, hemm potenzjal sostanzjali għall-iffrankar mill-implimentazzjoni tat-teknoloġiji eżistenti tal-konsum effiċjenti tal-fjuwil bi spejjeż negattivi f’dan is-settur u dan, flimkien ma’ miżuri operazzjonali, ikompli jnaqqas l-emissjonijiet ta' CO2.

– L-alternattiva ta' MRV biss twassal għal tnaqqis aktar limitat tal-emissjonijiet stmat għal sa 2 % fl-2030 (meta mqabbel max-xenarju bażi) li jwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż ta’ madwar EUR 1,2 biljun fl-2030 (fil-medja madwar EUR 900 miljun fis-sena). Dan jimmira lejn it-tneħħija tal-ostakli tas-suq marbuta man-nuqqas ta’ informazzjoni bis-saħħa tal-ġenerazzjoni tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-fjuwil u billi titqajjem sensibilizzazzjoni fil-livell tal-ġestjoni għal iffrankar potenzjali fl-ispejjeż tal-fjuwil. L-ispejjeż tal-implimentazzjoni huma stmati għal madwar EUR 26 miljun fis-sena (meta wieħed jeskludi bastiment ta' anqas minn 5000 TG mill-kamp ta' applikazzjoni). Kumplessivament, il-proporzjon kostijiet-benefiċċji ta’ din l-alternattiva huwa għoli ħafna.

Ir-riżultati kollha huma ppreżentati fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta.

Sommarju tal-azzjoni proposta

L-għan ewlieni ta’ dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi sistema Ewropea MRV għall-emissjonijiet ta' CO2 minn bastimenti bħala l-ewwel pass f'approċċ fi stadji sabiex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet. Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi relatati magħhom filwaqt li jiġu żgurati riżultati robusti, sempliċi u ekonomiċi huma proposti r-rekwiżiti tal-MRV. L-approċċ huwa għalhekk imfassal sabiex isir l-aktar użu possibbli mid-dejta diġà eżistenti abbord il-bastimenti.

Għaldaqstant il-karatteristiċi operazzjonali tas-sistema proposta ta' MRV huma kif ġej:

– L-iffokar fuq is-CO2 bħala GHG predominanti rilaxxat minn bastimenti u fuq informazzjoni oħra rilevanti għall-klima bħalma huma l-informazzjoni dwar l-effiċjenza li tindirizza l-ostakli tas-suq għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ tnaqqis kosteffiċjenti u biex l-MRVs jiġu allinjati mad-diskussjoni tal-OMI dwar l-istandards tal-effiċjenza għall-bastimenti eżistenti

– Il-kalkolu tal-emissjonijiet ta' CO2 ibbażat fuq il-konsum tal-fjuwil u fuq it-tip ta' fjuwil u l-effiċjenża enerġetika bl-użu tad-dejta disponibbli minn reġistri li jinżammu abbord, noon reports u min-noti ta' kunsinna tal-banker

– L-użu ta' strutturi u korpi eżistenti tas-settur marittimu, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għall-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet u għall-ħruġ ta' dokumenti għall-konformità

– L-esklużjoni ta' emittenti żgħar (bastimenti ta' anqas minn 5000 TG) li jirrappreżentaw madwar 40 % tal-flotta, iżda 10 % biss tal-emissjonijiet totali

Fil-prinċipju, is-sistema MRV tista' wkoll tkopri emissjonijiet ta' gassijiet serra oħrajn, aġenti b'impatti klimatiċi u sustanzi li jniġġsu l-arja bħal SOX u NOX. Tali approċċ integrat jista’ jwassal għal firxa wiesgħa ta’ informazzjoni ambjentali rilevanti filwaqt li juża effetti ta’ sinerġija għall-benefiċċji tas-settur tat-trasport marittimu u tal-awtoritajiet pubbliċi. Madankollu, l-approċċ MRV ekonomiku bbażat fuq id-dokumenti u t-tagħmir eżistenti abbord il-bastimenti ma jistax jintuża għall-kejl ta' emissjonijiet oħra minbarra tas-CO2. Barra minn hekk, it-tagħmir meħtieġ għall-kejl tal-emissjonijiet minbarra tas-CO2 ma jistax jitqies li huwa suffiċjentement affidabbli u kummerċjalment disponibbli għall-użu fuq il-baħar. Għalhekk, f'dan l-istadju, is-sistema MRV proposta għandha tiġi implimentata għall-emissjonijiet ta' CO2 biss. Ikun xieraq li dan il-kamp ta' applikazzjoni jiġi rivedut fi stadju aktar tard.

Rigward il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku għall-monitoraġġ, ir-rotot li ġejjin fil-prinċipju se jkunu koperti b’mod mhux diskriminatorju għall-bastimenti kollha irrispettivament mill-bandiera tagħhom:

– vjaġġi intra-UE

– vjaġġi mill-aħħar port ta' waqfa mhux tal-UE sal-ewwel port ta' waqfa tal-UE (vjaġġi deħlin)

– vjaġġi minn port ta' waqfa tal-UE sal-port ta' waqfa li jmiss mhux tal-UE (vjaġġi ħerġin)

Iċ-ċiklu tal-konformità jkun ibbażat fuq approċċ standard. Qed jiġi propost li jintuża approċċ ekonomiku u li jiġi assenjat numru limitat ta’ kompiti lill-Kummissjoni li għandha tiġi megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA). Kompiti relatati mal-kontroll tal-konformità tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ, tar-rapporti dwar l-emissjonijiet, tal-komunikazzjoni mas-sidien tal-bastimenti u mal-operaturi u tal-ħruġ ta’ dokumenti ta’ konformità jistgħu jiġu żgurati minn verifikaturi akkreditati ta' parti terza. Dawn il-korpi li jistgħu jinkludu korpi rikonoxxuti diġà għandhom esperjenza estensiva u għandhom rwol importanti għas-sikurezza marittima. L-infurzar tal-obbligi tal-MRV mhuwiex se jiġi żgurat mill-Istati Membri, b’mod aktar konkret mill-awtoritajiet tal-Istat tal-Port li jagħmlu użu mill-mekkaniżmi tal-kontroll eżistenti tal-Istati tal-bandiera u tal-Istati tal-port u tad-dejta ppubblikata mill-Kummissjoni.

Is-sistema MRV proposta tista' tiġi kkonvertita f’sistema globali b’aġġustamenti limitati biss peress li tuża d-dokumenti meħtieġa fil-livell internazzjonali u l-istrutturi eżistenti bħall-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera u tal-Istat tal-Port u s-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni.

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tas-sistema MRV proposta, huma meħtieġa regoli aktar speċifiċi għall-verifika u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi. Barra minn hekk, id-deskrizzjoni ta’ erba’ metodi ta’ monitoraġġ u d-determinazzjoni ta’ informazzjoni oħra rilevanti għall-klima bħalma huma l-indikaturi tal-effiċjenza pprovduti fl-Anness I u II tar-Regolament propost għandhom jiġu eżaminati fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika u tal-iżvilupp ta’ standards internazzjonali. Għal dawn il-finijiet, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti ta' delega rispettivi.

Għas-simplifikar tat-tħejjija tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ, tar-rapportar u l-verifika ta’ emissjonijiet u ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-klima, għandhom jintużaw mudelli elettroniċi. Dawn il-mudelli għandhom jiġu pprovduti u adottati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

L-istadji fil-proċess MRV huma deskritti fil-grafika li ġejja.

3            ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Bażi legali

Il-bażi legali għal din il-proposta huwa l-Artikolu 192(1) tat-TFUE. Il-proposta tfittex li tilħaq għan leġittimu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 191(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. L-għan tal-proposta leġiżlattiva huwa li jiġi żgurat li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bastimenti huma mmonitorjati u rrapportati, u għalhekk li ttejjeb id-disponibbiltà tal-informazzjoni għall-politika u għat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-kuntest tal-impenji tal-Unjoni b’rabta mat-tibdil fil-klima u li tipprovdi inċentivi għall-isforzi tal-mitigazzjoni. Dan l-għan ma jistax jintlaħaq b’mezzi inqas restrittivi mill-proposta leġiżlattiva.

Prinċipju tas-sussidjarjetà

Sabiex l-azzjoni tal-Unjoni tkun iġġustifikata, irid jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

(a) In-natura tranżnazzjonali tal-problema (it-test tan-neċessità)

In-natura tranżnazzjonali tat-tibdil fil-klima u tat-trasport marittimu hija element importanti sabiex jiġi stabbilit jekk l-azzjoni tal-Unjoni hix meħtieġa. L-azzjoni nazzjonali waħedha ma tkunx biżżejjed sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-White Paper dwar it-trasport. Għalhekk jeħtieġ li l-Unjoni toħloq qafas li jiffaċilita s-sodisfar tar-rekwiżiti internazzjonali u tal-Unjoni, billi tiżgura monitoraġġ, rappurtar u verifika armonizzati tal-emmissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport marittimu.

(b) It-test tal-effikaċja (il-valur miżjud)

Minħabba l-effikaċja tagħha, azzjoni meħuda fil-livell tal-Unjoni għandha tipproduċi benefiċċji ċari meta mqabbla ma' azzjoni meħuda fil-livell tal-Istati Membri. Minħabba li l-impenji predominanti b’rabta mat-tibdil fil-klima jsiru fil-livell tal-Unjoni inkluża l-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tat-trasport marittimu għall-2050 kif stabbilit fil-White Paper dwar it-Trasport, ikun effikaċi wkoll li jiġu żviluppati f’dan il-livell ir-regoli tal-MRV meħtieġa. Barra minn hekk, dan il-qafas legali se jiżgura l-effikaċja billi jitħaddmu MRV armonizzati għal vjaġġi ta’ bastimenti bejn portijiet ta’ Stati Membri differenti li huma responsabbli għal madwar 90 % tal-waqfa fil-port fl-Istati Membri tal-UE. Barra minn hekk, l-azzjoni fil-livell tal-UE tista’ tevita t-tfixkil tal-kompetizzjoni fis-suq intern billi tiżgura restrizzjonijiet ambjentali ugwali fuq bastimenti li jidħlu fil-portijiet tal-UE.

Prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb l-għan li tinġabar dejta affidabbli tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Barra minn hekk, il-metodoloġija tal-MRV tar-Regolament propost hija bbażata fuq informazzjoni diġà disponibbli llum abbord il-bastimenti. Mhu se ebda tagħmir addizzjonali se jkun meħtieġ.

Il-proporzjonalità tal-miżura proposta hija żgurata wkoll billi tiffoka fuq l-emissjonijiet ta' CO2 li jirrappreżentaw madwar 98 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tas-settur marittimuu u fuq bastimenti kbar b’aktar minn 5000 Tunnellata Grossa (TG). Dan jeskludi kważi nofs id-19000 l-bastiment b’aktar minn 300 TG li daħlu fil-portijiet tal-UE fl-2010[14] filwaqt li xorta jkopri madwar 90 % tat-total tal-emissjonijiet mill-bastimenti.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Kif speċifikat fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja dan ir-Regolament, ir-Regolament se jiġi implimentat permezz ta’ baġit eżistenti u mhux se jkollu impatt fuq il-qafas finanzjarju pluriennali. Huma mistennija spejjeż limitati ta’ madwar EUR 0,5 miljun għall-iżvilupp tal-IT għall-aġġustamenti meħtieġa f'għodda eżistenti ospitata u mħaddma mill-EMSA. L-involviment tal-EMSA jiddependi fuq il-kompitu anċillari rispettiv tal-Aġenzija li għandu jiġi attivat u approvat mill-Bord tal-EMSA.

5.           ELEMENTI FAKULTATTIVI

Klawżola ta’ eżami/analiżi mill-ġdid

Il-proposta tinkludi dispożizzjoni li tippermetti lill-Kummissjoni teżamina dan ir-Regolament fil-kuntest ta’ żviluppi internazzjonali fil-ġejjieni, b’mod partikolari fil-każ tal-introduzzjoni ta’ sistema globali tal-MRV permezz tal-OMI. F’każ bħal dan ir-Regolament propost għandu jiġi eżaminat u jekk xieraq emendat sabiex jallinja d-dispożizzjonijiet tal-MRV mas-sistema internazzjonali.

2013/0224 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[15].

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[16].

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Billi:

(1)       Il-Pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija[17] li appella għall-kontribuzzjoni tas-setturi kollha tal-ekonomija biex jinkiseb dan it-tnaqqis tal-emissjonijiet, fosthom dawk tat-trasport marittimu internazzjonali, jipprovdi mandat ċar: "...fil-każ li l-ebda ftehim internazzjonali li jinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fil-miri ta' tnaqqis tiegħu permezz tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali ma jkun ġie approvat mill-Istati Membri u/jew l-ebda ftehim bħal dan permezz tal-UNFCCC ma jkun ġie approvat mill-Komunità sal-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta li tinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fl-impenn għat-tnaqqis Komunitarju bil-għan li l-att propost jidħol fis-seħħ sal-2013. Tali proposta għandha timminimizza kull impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-Komunità waqt li tikkunsidra l-benefiċċji ambjentali li jista' jkun hemm."

(2)       F’Lulju 2011, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) adottat miżuri tekniċi u operazzjonali, b’mod partikolari l-Indiċi tal-Effiċjenza tal-Enerġija (Energy Efficiency Design Index/EEDI) għall-bastimenti ġodda u l-Pjan dwar il-Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti (Ship Energy Efficiency Management Plan/SEEMP), li se jġibu titjib f’termini tat-tnaqqis fiż-żieda mistennija fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, iżda li waħedhom ma jistgħux iwasslu għat-tnaqqis assolut meħtieġ fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu internazzjonali biex jinżammu l-isforzi skont l-għan globali li ż-żidiet fit-temperaturi globali jiġu limitati għal 2 °C.

(3)       Skont id-dejta pprovduta mill-OMI, il-konsum speċifiku ta’ enerġija u l-emissjonijiet ta' CO2 ta’ bastimenti li jistgħu jitnaqqsu b’sa 75 % billi jiġu applikati miżuri operazzjonali u bl-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji eżistenti; parti sinifikanti minn dawn il-miżuri tista’ titqies bħala kosteffiċjenti minħabba li l-ispejjeż mnaqqsa tal-fjuwil jiżguraw ħlas lura ta’ kwalunkwe spiża operattiva jew tal-investiment.

(4)       Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu fil-livell tal-Unjoni, l-aqwa alternattiva possibbli tibqa’ t-twaqqif ta’ sistema għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika (MRV) tal-emissjonijiet ta' CO2 ibbażati fuq il-konsum tal-fjuwil tal-bastimenti bħala l-ewwel pass ta' approċċ fi stadji għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra.

(5)       L-adozzjoni ta’ miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tal-konsum tal-fjuwil hija mxekkla minħabba l-eżistenza ta' ostakli tas-suq bħan-nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli dwar l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ bastimenti jew ta’ teknoloġiji għar-retrofitting ta' bastimenti, in-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi għal investimenti fl-effiċjenza tal-bastimenti u l-inċentivi maqsuma, u dan peress li s-sidien tal-bastimenti ma jibbenefikawx mill-investimenti tagħhom fl-effiċjenza tal-bastiment għaliex il-kontijiet tal-fjuwil jitħallsu mill-operaturi.

(6)       Ir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati u tad-diskussjonijiet ma’ sħab internazzjonali jindikaw li approċċ fi stadji għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra għandu jiġi applikat fl-implimentazzjoni ta’ sistema MRV robusta għall-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu bħala l-ewwel pass u l-ipprezzar ta’ dawn l-emissjonijiet fi stadju aktar tard. Dan l-approċċ jiffaċilita li jsir progress sinifikanti fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-ftehim dwar miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u dwar miżuri oħrajn sabiex dan it-tnaqqis jinkiseb bi spejjeż minimi.

(7)       L-introduzzjoni ta’ sistema MRV tal-Unjoni mistennija li twassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jammontaw għal sa 2 % meta mqabbla ma’ xenarju ta’ żamma tal-istatus quo u tnaqqis fl-ispejjeż netti aggregati sa EUR 1,2 biljun sal-2030 billi tista’ tikkontribwixxi għat-tneħħija ta’ ostakli tas-suq, b’mod partikolari dawk relatati man-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-bastimenti. Dan it-tnaqqis ta’ spejjeż tat-trasport għandu jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, sistema MRV robusta hija prerekwiżit għal kwalunkwe kejl jew standard ta’ effiċjenza bbażat fuq is-suq, jekk tiġi applikata fil-livell tal-Unjoni jew globalment. Hija tipprovdi wkoll dejta affidabbli biex jiġu stabbiliti miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet preċiżi u għall-evalwazzjoni tal-progress fil-kontribut tat-trasport marittimu lejn il-kisba ta’ ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju.

(8)       Il-vjaġġi fi ħdan l-Unjoni kollha, il-vjaġġi kollha li jaslu mill-aħħar port mhux tal-Unjoni lejn l-ewwel port ta' waqfa tal-Unjoni u l-vjaġġi kollha ħerġin minn port tal-Unjoni lejn il-port ta' waqfa li jmiss mhux tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati rilevanti għal finijiet ta’ monitoraġġ. L-emissjonijiet ta' CO2 fil-portijiet tal-Unjoni inkluż meta l-bastimenti jkunu fl-irmiġġ jew jiċċaqalqu ġewwa port, għandhom ikunu koperti wkoll, b’mod partikolari minħabba li miżuri speċifiċi għat-tnaqqis jew l-evitar ta' dawn jeżistu. Dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati b’mod mhux diskriminatorju għall-bastimenti kollha irrispettivament mill-bandiera li jtajru.

(9)       Is-sistema MRV proposta għandha tieħu l-forma ta’ Regolament minħabba n-natura kumplessa u teknika ħafna tad-dispożizzjonijiet introdotti, il-ħtieġa għal regoli uniformi applikabbli fl-Unjoni kollha biex jirriflettu n-natura internazzjonali tat-trasport marittimu b’bosta bastimenti li jkunu mistennija li jidħlu f’portijiet fi Stati Membri differenti, u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni fl-Unjoni kollha..

(10)     Sistema MRV tal-Unjoni speċifika għall-bastimenti għandha tkun ibbażata fuq il-kalkolu ta’ emissjonijiet mill-fjuwil ikkunsmat fuq vjaġġi minn portijiet tal-Unjoni u lejhom għaliex id-dejta dwar il-bejgħ tal-fjuwil ma tistax tipprovdi stimi preċiżi b’mod xieraq dwar il-konsum tal-fjuwil f'dan il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku minħabba l-kapaċitajiet kbar tat-tankijiet tal-bastimenti.

(11)     Is-sistema MRV tal-Unjoni għandha tkopri wkoll informazzjoni oħra rilevanti għall-klima li tippermetti d-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-bastimenti jew l-analiżi ulterjuri tal-kawżi tal-iżvilupp tal-emissjonijiet. Dan il-kamp ta' applikazzjoni jallinja wkoll is-sistema MRV tal-Unjoni mal-inizjattivi internazzjonali għall-introduzzjoni ta' sistema ta’ standards ta’ effiċjenza għal bastimenti eżistenti, li jkopru wkoll miżuri operazzjonali, u jikkontribwixxi għat-tneħħija tal-ostakli tas-suq relatati man-nuqqas ta’ informazzjoni.

(12)     Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u għall-operaturi, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u biex isir l-aħjar użu mill-proporzjon kostijiet-benefiċċji tas-sistema MRV mingħajr ma jiġi mhedded l-għan li jkun kopert sehem predominanti ħafna tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu, ir-regoli għall-MRV għandhom japplikaw biss għal produtturi kbar. Intagħżel limitu ta’ 5000 tunnellaġġ gross (TG) wara analiżi dettaljata oġġettiva tal-qisien u l-emissjonijiet tal-bastimenti li jmorru lejn portijiet tal-Unjoni u dawk li jiġu minnhom. Il-bastimenti b’aktar minn 5000 TG jammontaw għal madwar 55 % tal-għadd tal-bastimenti li jidħlu f’portijiet tal-Unjoni u jirrappreżentaw madwar 90 % tal-emissjonijiet relatati. Dan il-limitu mhux diskriminatorju għandu jiżgura li l-biċċa l-kbira tal-emittenti rilevanti jiġu koperti. Limitu aktar baxx għandu jirriżulta f’iktar piż amministrattiv filwaqt li limitu ogħla jillimita l-kopertura tal-emissjonijiet u għalhekk l-effettività ambjentali tas-sistema.

(13)     Biex ikompli jitnaqqas il-piż amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u l-operaturi, ir-regoli tal-monitoraġġ għandhom jiffukaw fuq is-CO2 bħala l-aktar gass serra rilevanti li joħroġ mit-trasport marittimu u li jikkontribwixxi sa 98 % tat-total tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ dan is-settur.

(14)     Ir-regoli għandhom iqisu r-rekwiżiti eżistenti u d-dejta diġà disponibbli abbord il-bastimenti; għalhekk, is-sidien tal-bastimenti għandhom jingħataw l-opportunità li jagħżlu wieħed minn dawn l-erba’ metodi ta’ monitoraġġ: l-użu tan-Noti ta' Kunsinna tal-Fjuwil tal-Banker, monitoraġġ tat-tank tal-fjuwil tal-Banker, miters tal-fluss għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli jew għall-kejl dirett ta' emissjoni. Pjan ta’ monitoraġġ speċifiku tal-bastimenti għandu jiddokumenta l-għażla magħmula u għandu jipprovdi aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-metodu magħżul.

(15)     Kwalunkwe kumpanija bir-responsabbiltà għal perjodu kollu ta’ rappurtar għal bastiment li jwettaq attivitajiet tat-trasport marittimu għandha titqies li hija responsabbli għar-rekwiżiti kollha ta' monitoraġġ u ta' rappurtar li joħorġu b’relazzjoni għal dan il-perjodu ta’ rappurtar, inkluż is-sottomissjoni ta’ rapport dwar l-emissjonijiet ivverifikati b’mod sodisfaċenti. Fil-każ ta' bidla fis-sjieda, is-sid il-ġdid se jkun responsabbli biss għall-obbligi ta' monitoraġġ u ta' rappurtar relatati mal-perjodu ta' rappurtar li fih seħħet il-bidla fis-sjieda. Sabiex jiffaċilita t-twettiq ta’ dawn l-obbligi s-sid il-ġdid għandu jirċievi kopja tal-aħħar pjan ta’ monitoraġġ, u dokument ta’ konformità jekk applikabbli. Bidla fis-sjieda għandha twassal għall-modifika tal-pjan ta’ monitoraġġ sabiex tippermetti lis-sidien ġodda tal-bastimenti jagħmlu l-għażliet tagħhom stess fir-rigward tal-metodoloġija tal-monitoraġġ.

(16)     Gassijiet serra oħra, aġenti b'impatti klimatiċi (climate forcers) jew sustanzi li jniġġsu l-arja ma għandhomx ikunu koperti mis-sistema MRV tal-Unjoni f’dan l-istadju sabiex jiġu evitati r-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' tagħmir tal-kejl li mhuwiex affidabbli biżżejjed u kummerċjalment disponibbli, ħaġa li tista' xxekkel l-implimentazzjoni tas-sistema MRV tal-Unjoni.

(17)     Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u l-operaturi, ir-rappurtar u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni rappurtata għandhom jiġu organizzati kull sena. Bir-restrizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-emissjonijiet, tal-konsum tal-fjuwil u tal-informazzjoni relatata mal-effiċjenza għal medji annwali u ċifri aggregati, il-kwistjonijiet tal-kunfidenzjalità għandhom ikunu ġew indirizzati. Id-dejta rrappurtata lill-Kummissjoni għandha tiġi integrata fl-istatistika sakemm din id-dejta tkun rilevanti għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/504/eu tas-17 ta’ Settembru 2012 fuq l-Eurostat[18].

(18)     Verifiki minn verifikaturi akkreditati għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ monitoraġġ u r-rapporti tal-emissjonijiet huma korretti u konformi mar-rekwiżiti definiti b'dan ir-Regolament. Bħala element importanti għas-simplifikar tal-verifiki, il-verifikaturi għandhom jiċċekkjaw il-kredibbiltà tad-dejta billi jqabblu d-dejta rrappurtata stmata bid-dejta bbażata fuq id-dejta u l-karatteristiċi tat-traċċar tal-bastiment. Inizjattivi bħal dawn jistgħu jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni. Il-verifikaturi għandhom ikunu indipendenti u kompetenti u persuni jew entitajiet legali għandhom jiġu akkreditati minn korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93[19].

(19)     Dokument ta’ konformità maħruġ minn verifikatur għandu jinżamm abbord il-bastimenti sabiex tintwera l-konformità mal-obbligi għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika. Il-verifikaturi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħruġ ta’ dokumenti bħal dawn.

(20)     Fuq il-bażi tal-esperjenza minn kompiti simili relatati mas-sikurezza marittima, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għandha tappoġġa lill-Kummissjoni billi twettaq ċerti kompiti.

(21)     In-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandu jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet. L-infurzar tal-obbligi relatati mas-sistema MRV għandu jkun ibbażat fuq strumenti eżistenti, jiġifieri dawk istitwiti bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera[20] u d-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port[21], u fuq l-informazzjoni dwar il-ħruġ ta’ dokumenti ta’ konformità. Il-Kummissjoni għandh żżid id-dokument li jikkonferma l-konformità tal-bastiment mal-obbligi ta' monitoraġġ u ta’ rappurtar fil-lista taċ-ċertifikati u tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/16/KE.

(22)     Id-Direttiva 2009/16/KE tipprovdi għad-detenzjoni tal-vapuri/bastimenti fil-każ ta’ nuqqas ta’ ċertifikati li għandhom jinġarru abbord. Madankollu, fil-każ ta’ bastimenti li naqsu milli jħarsu l-obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rrappurtar għal aktar minn perjodu ta’ rappurtar wieħed, huwa xieraq li tkun stipulata l-possibbiltà ta’ espulsjoni. Din għandha tiġi applikata b’tali mod li jippermetti li s-sitwazzjoni tiġi rettifikata f’perijodu ta’ żmien raġonevoli.

(23)     Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rappurtar ta’ informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni[22] għandu jiġi emendat biex jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament.

(24)     Is-sistema MRV tal-Unjoni għandha sservi bħala mudell għall-implimentazzjoni ta’ sistema MRV globali. Sistema MRV globali hija aħjar peress li tista’ titqies bħala iżjed effikaċi minħabba l-kamp ta' applikazzjoni usa’. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha fuq bażi regolari taqsam l-informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament flimkien mal-OMI u ma' korpi internazzjonali rilevanti oħra u għandhom isiru sottomissjonijiet rilevanti lill-OMI. Fejn jintlaħaq ftehim dwar sistema MRV globali, il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sistema MRV tal-Unjoni bil-għan tallinjaha mas-sistema globali.

(25)     Sabiex isir użu tal-aħjar prattiki disponibbli u tal-evidenza xjentifika, għandha tiġi iddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-eżami ta' ċerti aspetti tekniċi tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn bastimenti u li jiġu speċifikati aktar ir-regoli għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet u l-akkreditazzjoni ta’ verifikaturi. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ta' delega, il-Kummissjoni għandha tara li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(26)     Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-użu ta’ sistemi awtomatizzati u ta' mudelli elettroniċi standard għar-rappurtar koerenti tal-emissjonijiet u ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-klima lill-Kummissjoni u Stati involuti, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.[23].

(27)     L-għan tal-azzjoni proposta, jiġifieri l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-bastimenti bħala l-ewwel pass ta’ approċċ fi stadji sabiex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment, minħabba n-natura internazzjonali tat-trasport marittimu u għalhekk jista', minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(28)     Ir-regoli li jistabbilixxu s-sistema MRV għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data[24] u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data[25].

(29)     Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2015 biex jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkollhom żmien biżżejjed biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament qabel ma jibda l-ewwel perjodu ta’ rappurtar fl-1 ta’ Jannar 2018.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-klima minn bastimenti li jaslu, jidħu jew joħorġu mill-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu b'mod kosteffiċjenti.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.           Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti b’aktar minn 5000 tunnellata gross f’dak li għandu x’jaqsam ma’ emissjonijiet rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom minn l-aħħar port ta' waqfa lejn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u minn port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għal port ta’ waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll fi ħdan il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

2.           Dan ir-Regolament ma japplikax għal bastimenti tal-gwerra, awżiljarji navali, bastimenti tal-qbid jew tal-ipproċessar tal-ħut, vapuri b’binja primittiva, vapuri li ma jitħaddmux b’mezzi mekkaniċi u użati għal skopijiet mhux kummerċjali.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "emissjonijiet" tfisser ir-rilaxx tas-CO2 fl-atmosfera minn bastimenti kif previst fl-Artikolu 2;

(b) "port ta' waqfa" tfisser port fejn bastiment jieqaf biex jgħabbi jew iħott il-merkanzija jew biex jimbarka jew jiżbarka passiġġieri, bl-esklużjoni ta’ waqfiet għall-iskop uniku ta’ teħid tal-fjuwil mill-ġdid biex jikseb provvisti friski u/jew biex iserraħ l-ekwipaġġ;

(c) "kumpanija" tfisser is-sid ta’ bastiment kif previst fl-Artikolu 2 jew kwalunkwe persuna oħra, bħall-maniġer jew in-nolleġġatur tal-bastiment vojt, li jkun assuma r-responsabbiltà minn sid il-bastiment għall-operazzjonijiet tiegħu;

(d) "tunnellaġġ gross" tfisser it-tunnellaġġ gross ikkalkulat skont ir-regolamenti dwar il-kejl tat-tunnellaġġ li jinsabu fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Bastimenti, 1969,

(e) "verifikatur" tfisser entità ġuridika li twettaq attivitajiet ta’ verifika li hija akkreditata minn korp ta’ akkreditazzjoni nazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[26] u dan ir-Regolament;

(f) "verifika" tfisser l-attivitajiet imwettqa minn verifikatur sabiex jevalwa l-konformità tad-dokumenti mibgħuta mill-kumpanija mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament;

(g) "informazzjoni oħra rilevanti għall-klima" tfisser informazzjoni relatata mal-konsum tal-fjuwil, xogħol tat-trasport u l-effiċjenza enerġetika ta’ bastimenti li jippermettu l-analiżi tax-xejriet fl-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet tal-bastimenti;

(h) “fattur ta’ emissjoni” tfisser ir-rata medja ta’ emissjoni ta’ gass serra relatata mad-dejta dwar l-attivitajiet ta’ fluss minn sors bis-suppożizzjoni ta’ ossidazzjoni kompluta għall-kombustjoni u l-konverżjoni kompluta għar-reazzjonijiet kimiċi l-oħra kollha;

(i) "inċertezza" tfisser parametru, assoċjat mar-riżultat tad-determinazzjoni ta’ kwantità, li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri li jkunu jistgħu jiġu attribwiti b’mod raġonevoli lill-kwantità partikolari, inklużi l-effetti ta’ fatturi sistematiċi kif ukoll ta’ fatturi aleatorji, espress f’perċentwal, u jiddeskrivi intervall ta’ kunfidenza madwar il-valur medju li fih hemm inklużi 95 % tal-valuri dedotti b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe assimetrija tad-distribuzzjoni tal-valuri;

(j) "konservattiv" tfisser li jiġi ddefinit sett ta’ suppożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li ma sseħħ l-ebda valutazzjoni insuffiċjenti ta’ emissjonijiet annwali jew valutazzjoni żejda ta’ distanzi jew ta' ammonti ta’ merkanzija li nġarru;

(k) "tunnellati ta' CO2" tfisser tunnellati metriċi ta' CO2;

(l) "perjodu ta’ rapportar" tfisser sena kalendarja waħda li matulha jiġu mmonitorjati u rrapportati emissjonijiet.

KAPITOLU II

MONITORAĠĠ U RAPPURTAR

Taqsima 1

Prinċipji u metodi għall-monitoraġġ u r-rappurtar

Artikolu 4

Prinċipji komuni għall-monitoraġġ u r-rappurtar

1.           Il-kumpaniji għandu jimmonitorjaw u jirrappurtaw l-ammont u t-tip ta’ fjuwil ikkunsmat għal kull bastiment matul sena kalendarja f’kull port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u għal kull vjaġġ li jaslu u li jitilqu minn port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru skont il-paragrafi 2 sa 6.

2.           Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu kompluti u għandhom ikopru l-emissjonijiet kollha mill-kombustjoni tal-fjuwils. Il-kumpaniji għandhom japplikaw miżuri xierqa sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fid-dejta fil-perjodu ta’ rappurtar.

3.           Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu konsistenti u komparabbli tul iż-żmien. Il-kumpaniji għandhom jużaw ċerti metodoloġiji ta’ monitoraġġ u settijiet ta’ dejta soġġetti għal tibdil u derogi approvati mill-verifikatur.

4.           Il-kumpaniji għandhom jiksbu, jirreġistraw, jikkompilaw, janalizzaw u jiddokumentaw dejta ta’ monitoraġġ, inklużi suppożizzjonijiet, referenzi, dejta dwar l-attivitajiet, fatturi ta’ emissjoni, b’mod trasparenti li jippermetti r-riproduzzjoni tad-determinazzjoni ta’ emissjonijiet mill-verifikatur.

5.           Il-kumpaniji għandhom jiżguraw li d-determinazzjoni ta’ emissjonijiet ma tkunx impreċiża la b’mod sistematiku u lanqas b’mod konxju. Huma għandhom jidentifikaw u jnaqqsu kwalunkwe sors ta’ impreċiżjoni.

6.           Il-kumpaniji għandhom jippermettu garanzija raġonevoli tal-integrità tad-dejta dwar l-emissjonijiet li jiġu mmonitorjati u rrappurtati.

Artikolu 5

Metodi għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet fit-trasport marittimu

Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1), (2) u (3), il-kumpanniji għandhom jiddeterminaw l-emissjonijiet tagħhom u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom b’aktar minn 5000 TG skont kwalunkwe mill-metodi stabbiliti fl-Anness I.

TAQSIMA 2

PJAN TA’ MONITORAĠĠ

Artikolu 6

Kontenut u sottomissjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ

1.           Sal-31 ta’ Awwissu 2017, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-verifikaturi pjan ta’ monitoraġġ li jindika l-metodu magħżul sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet u informazzjoni oħra relevanti għall-klima ta’ għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom b’aktar minn 5000 TG.

2.           B’deroga mill-paragrafu 1, għal bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Jannar 2018, il-kumpanija għandha tissottometti pjan ta’ monitoraġġ lill-verifikatur mingħajr dewmien mhux dovut u mhux aktar tard minn xahrejn wara l-ewwel waqfa tagħhom f'port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

3.           Il-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkonsisti minn dokumentazzjoni kompluta u trasparenti tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ ta’ bastiment speċifiku u għandu jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:

(a) l-identifikazzjoni u t-tip tal-bastiment inkluż l-isem tal-bastiment, in-numru tiegħu tar-reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) , il-port tiegħu ta’ reġistrazzjoni jew port domiċili u l-isem ta' sid il-bastiment;

(b) l-isem tal-kumpanija u l-indirizz, u d-dettalji tat-telefown, il-feks u l-posta elettronika għal persuna tal-kuntatt;

(c) deskrizzjoni tas-sorsi ta’ emissjoni abbord il-bastiment bħal magni prinċipali, magni awżiljari, bojlers u ġeneraturi tal-gass inert u t-tipi ta’ fjuwils użati;

(d) deskrizzjoni ta’ proċeduri, sistemi u responsabbiltajiet użati għall-aġġornament tal-kompletezza tal-lista tas-sorsi ta’ emissjoni matul is-sena tal-monitoraġġ għall-fini li tiġi żgurata l-kompletezza tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet tal-bastiment;

(e) deskrizzjoni tal-proċeduri użati għall-monitoraġġ tal-kompletezza tal-lista tal-vjaġġi;

(f) deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ monitoraġġ għall-konsum tal-fjuwil tal-bastiment, inkluż:

(i)      il-metodu magħżul kif stabbilit fl-Anness I għall-kalkolu tal-konsum tal-fjwuil ta’ kull sors ta’ emissjoni inkluża deskrizzjoni tat-tagħmir tal-kejl użat, kif applikabbli;

(ii)      proċeduri għall-kejl tal-ammonti tal-fjuwil ippompjat u tal-fjuwil fit-tankijiet, deskrizzjoni tal-istrumenti tal-kejl involuti u l-proċeduri sabiex tiġi ddokumentata, irkuprata, trażmessa u maħżuna informazzjoni dwar kejl, kif applikabbli;

(iii)     il-metodu magħżul għad-determinazzjoni tad-densità, fejn applikabbli;

(iv)     proċedura sabiex jiġi żgurat li l-inċertezza totali tal-kejl tal-fjuwil tkun konsistenti mar-rekwiżiti ta' dan ir-regolament, fejn possibbli b’referenza għal-liġijiet nazzjonali, għal-klawżoli fil-kuntratti tal-klijenti jew għall-istandards ta’ preċiżjoni tal-fornituri tal-fjuwil;

(g) fatturi ta’ emissjoni użati għal kull tip ta’ fjuwil, jew fil-każ ta' fjuwils alternattivi, il-metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni, inklużi l-metodoloġija għat-teħid ta' kampjuni, il-metodi ta’ analiżi, deskrizzjoni tal-laboratorji użati (u tal-akkreditazzjoni ISO 17025 ikkonfermata tagħhom fejn rilevanti);

(h) deskrizzjoni tal-proċeduri użati għad-determinazzjoni tad-dejta tal-attività għal kull vjaġġ, inkluż:

(i)      il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet u s-sorsi tad-dejta għad-determinazzjoni u d-dokumentazzjoni tad-distanza għal kull vjaġġ magħmul;

(ii)      il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-dejta biex jiġu determinati u rreġistrati l-merkanzija li nġarret u l-għadd ta’ passiġġieri kif applikabbli;

(iii)     il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-dejta biex jiġi ddeterminat u rreġistrat il-ħin iddedikat fuq il-baħar bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla;

(i) deskrizzjoni tal-metodu li għandu jintuża għad-determinazzjoni tad-dejta ta’ sostituzzjoni biex jiġu rrimedjati nuqqasijiet fid-dejta;

(j) id-data tal-aħħar modifika fil-pjan ta’ monitoraġġ.

4.           Il-kumpaniji għandhom jużaw pjanijiet ta’ monitoraġġ standardizzati bbażati fuq mudelli stabbiliti. Regoli tekniċi li jistabbilixxu mudelli għall-pjani ta' monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Modifiki fil-pjan ta’ monitoraġġ

Il-kumpaniji għandhom jikkontrollaw regolarment jekk il-pjan ta’ monitoraġġ jirriflettix in-natura u l-funzjonament tal-bastiment u jekk il-metodoloġija ta’ monitoraġġ tistax tittejjeb.

Kumpanija għandha timmodifika l-pjan ta’ monitoraġġ fi kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) fejn isseħħ bidla fis-sjieda tal-bastimenti;

(b) fejn iseħħu emissjonijiet ġodda minħabba sorsi ta’ emissjoni jew ġodda jew minħabba l-użu ta’ fjuwils ġodda li jkunu għadhom mhux inklużi fil-pjan ta’ monitoragg;

(c) fejn isseħħ bidla fid-disponibbiltà tad-dejta, minħabba l-użu ta’ tipi ġodda ta’ strumenti tal-kejl, ta' metodi għat-teħid ta’ kampjuni jew ta' metodi ta’ analiżi, jew għal raġunijiet oħra, li twassal għal preċiżjoni ogħla fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet;

(d) fejn ikun instab li d-dejta li tirriżulta minn metodoloġija ta’ monitoraġġ applikata qabel mhijiex korretta;

(e) fejn il-pjan ta’ monitoraġġ mhuwiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-verifikaturi jitolbu lill-kumpanija biex timmodifikah.

Il-kumpaniji għandhom mingħajr dewmien mhux dovut jinnotifikaw lill-verifikaturi bi kwalunkwe proposta għal bidla fil-pjan ta’ monitoraġġ.

Kwalunkwe modifika sinifikanti fil-pjan ta’ monitoraġġ għandhom ikunu suġġetti għal valutazzjoni mill-verifikatur.

Taqsima 3

MONITORAĠĠ TA’ EMISSJONIJIET U INFORMAZZJONI OĦRA RILEVANTI

Artikolu 8

Monitoraġġ tal-attivitajiet fil-perjodu ta’ rappurtar

Mill-1 ta’ Jannar 2018, fuq il-bażi tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont l-Artikolu 13(1), il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw annwalment l-emissjonijiet għal kull bastiment, u għal kull vjaġġ billi japplikaw il-metodu xieraq fost dawk stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I u billi jikkalkulaw l-emissjonijiet skont il-Parti A tal-Anness I

Artikolu 9

Monitoraġġ għal kull vjaġġ

Fuq il-bażi tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont l-Artikolu 13(1), għal kull bastiment u għal kull vjaġġ li jasal u li jitlaq minn port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw l-informazzjoni li ġejja, skont il-Parti A tal-Anness I u l-Anness II:

(a) il-port tat-tluq u l-port tal-wasla inkluża d-data u l-ħin tat-tluq u tal-wasla;

(b) l-ammont u l-fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat bħala total u ddifferenzjat bejn il-fjuwil użat ġewwa u barra ż-żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet;

(c) is-CO2 rilaxxatt;

(d) id-distanza vjaġġata:

(e) il-ħin iddedikat fuq il-baħar;

(f) il-merkanzija li nġarret;

(g) ix-xogħol ta' trasport.

Artikolu 10

Monitoraġġ fuq bażi annwali

Fuq il-bażi tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont l-Artikolu 13(1), għal kull bastiment u għal kull sena kalendarja, il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw l-informazzjoni li ġejja, skont il-Parti A tal-Anness I u l-Anness II:

(a) l-ammont u l-fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat bħala total u ddifferenzjat bejn il-fjuwil użat ġewwa u barra ż-żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet;

(b) total ta' CO2 rilaxxat;

(c) l-emissjonijiet ta' CO2 aggregati mill-vjaġġi kollha bejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru

(d) l-emissjonijiet ta' CO2 aggregati mill-vjaġġi kollha li telqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(e) aggregat tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-vjaġġi kollha lejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(f) emissjonijiet ta' CO2 li seħħew fl-irmiġġ fi ħdan il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(g) total tad-distanza vjaġġata:

(h) total tal-ħin iddedikat fuq il-baħar;

(i) totali tax-xogħol ta' trasport ;

(j) medju tal-effiċjenza enerġetika.

Taqsima 4

RAPPURTAR

Artikolu 11

Kontenut tar-rapport dwar l-emissjonijiet

1.           Mill-2019, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati tal-bandiera konċernati, rapport dwar l-emissjonijiet li jikkonċerna l-emissjonijiet u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima matul il-perijodu kollu ta’ rappurtar għal kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħhom, li jkun ġie vverifikat bħala sodisfaċenti minn verifikatur, skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14.

2.           Fejn isseħħ bidla fis-sjieda ta’ bastimenti, il-kumpanija l-ġdida għandha tiżgura li kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħha tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-perijodu kollu tar-rappurtar fejn tieħu responsabbiltà għall-bastiment ikkonċernat.

3.           Il-kumpaniji għandhom jinkludu fir-rapport dwar l-emissjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1 l-informazzjoni li ġejja:

(a) id-dejta li tidentifika l-bastiment u l-kumpanija, inkluża:

(i)      l-isem tal-bastiment,

(ii)      in-numru tar-reġistrazzjoni tal-OMI:

(iii)     il-port tar-reġistrazzjoni jew il-port ta' domiċilju

(iv)     l-effiċjenza teknika tal-bastiment (Energy Efficiency Design Index/EEDI jew Estimated Index Value/EIV) skont ir-Riżoluzzjoni MEPC.215 (63)t al-OMI, fejn applikabbli)

(v)     l-isem ta' sid il-bastiment,

(vi)     l-indirizz ta’ sid il-bastiment u l-post prinċipali tan-negozju tiegħu,

(vii)    l-isem tal-kumpanija (jekk mhuwiex is-sid tal-bastiment),

(viii)   l-indirizz tal-kumpanija (jekk mhux is-sid tal-bastiment) u l-post prinċipali tan-negozju tagħha,

(ix)     l-indirizz, u d-dettalji tat-telefown, il-feks u l-posta elettronika għal persuna tal-kuntatt;

(b) informazzjoni dwar il-metodu ta’ monitoraġġ użat u l-livell ta’ inċertezza relatat;

(c) ir-riżultati mill-monitoraġġ annwali tal-parametri skont l-Artikolu 10.

Artikolu 12

Format tar-rapport dwar l-emissjonijiet

1.           Ir-rapport dwar l-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 11 għandhom jiġi sottomess bl-użu ta’ sistemi awtomatizzati u ta' formats tal-iskambju tad-dejta kompleti, inklużi mudelli elettroniċi.

2.           Regoli tekniċi li jistabbilixxu mudelli għall-formats tal-iskambju tad-dejta imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

VERIFIKA U AKKREDITAZZJONI

Artikolu 13

Kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet ta’ verifika u tar-rapport ta’ verifika

3.           Il-verifikatur għandu jivvaluta l-konformità tal-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6 mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7. Fejn il-valutazzjoni fiha r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa biex jiġu inkorporati fi pjan ta’ monitoraġġ, il-kumpanija rispettiva għandha tirrevedi l-pjan ta’ monitoraġġ tiegħu qabel ma jibda l-perjodu tar-rappurtar.

4.           Il-verifikatur għandu jivvaluta l-konformità tar-rapport dwar l-emissjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 11 u l-Annessi I u II.

5.           B’mod partikolari l-verifikatur għandu jiżgura li l-emissjonijiet u l-informazzjoni oħra rilevanti għall-klima inklużi fir-rapport dwar l-emissjonijiet kienu ġew determinati f’konformità mal-Artikoli 8, 9 u 10 u l-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6. Il-verifikatur għandu jiżgura wkoll li l-emissjonijiet u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima ddikjarati fir-rapporti huma konsistenti mad-dejta kkalkulata minn sorsi oħra f’konformità mal-Annessi I u II.

6.           Fejn il-valutazzjoni tikkonkludi li, sa fejn ikun jaf il-verifikatur, ir-rapport dwar l-emissjonijiet huwa ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti u żbalji sinifikanti, il-verifikatur għandu joħroġ rapport ta’ verifika. Ir-rapport ta’ verifika għandu jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-ħidma mwettqa mill-verifikatur.

7.           Fejn il-valutazzjonijiet tikkonkludi li r-rapport dwar l-emissjonijiet jinkludi dikjarazzjonijiet skorretti, żbalji jew inkonsistenzi sinifikanti jew ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikoli 11 u 14 u tal-Anness I, il-verifikatur għandu javża lill-kumpanija tiegħu fil-ħin u jitlobha sabiex terġa tissottometti rapport rivedut. Il-kumpanija għandu tikkoreġi kwalunkwe nuqqas ta' konformità jew inkonsistenza kkomunikata sabiex tippermetti l-proċess ta' verifika jitlesta fil-ħin. Il-verifikatur għandu fir-rapport ta’ verifika tiegħu jirrapporta jekk dawn in-nuqqasijiet ta' konformità kinux ġew solvuti mill-kumpanija matul il-verifika.

Artikolu 14

Obbligi u prinċipji ġenerali għall-verifikaturi

1.           Il-verifikatur għandu jkun indipendenti minn kumpanija jew operatur tal-bastiment ikkonċernat u għandu jwettaq l-attivitajiet meħtieġa skont dan ir-Regolament fl-interess pubbliku. Għal dik il-fini, il-verifikatur u kwalunkwe parti tal-istess entità legali ma għandhiex tkun kumpanija jew operatur tal-vapur, is-sid ta’ kumpanija jew il-proprjetà tagħhom u l-verifikatur lanqas ma għandu jkollu relazzjonijiet kummerċjali mal-kumpanija li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu.

2.           Meta jikkunsidra l-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 u tal-proċeduri ta’ monitoraġġ applikati mill-kumpanija, il-verifikatur għandu jivvaluta l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-eżattezza tas-sistemi ta’ monitoraġġ u tad-dejta u l-informazzjoni rrappurtati fejn jidħlu l-emissjonijiet, b’mod partikolari:

(d) l-entrati assenjati għall-konsum tal-fjuwil għal vjaġġi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(e) id-dejta dwar il-konsum tal-fjuwil irrappurtati u l-kejlijiet u l-kalkoli relatati;

(f) l-għażla u l-utilizzazzjoni tal-fatturi tal-emissjonijiet;

(g) il-kalkoli li jwasslu sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet globali;

(h) il-kalkoli li jwasslu sabiex tiġi stabbilita l-effiċjenza enerġetika;

3.           Il-verifikatur għandu jikkunsidra biss ir-rapporti sottomessi skont l-Artikolu 11 jekk id-dejta u l-informazzjoni kredibbli jippermettu li l-emissjonijiet jiġu stabbiliti b’livell għoli ta’ ċertezza u bil-kundizzjoni li jkun żgurat kif ġej:

(a) id-dejta rappurtata hija koerenti fid-dawl tad-dejta stmata bbażata fuq id-dejta tat-traċċar tal-bastimenti u karatteristiċi bħall-qawwa tal-magna installata;

(b) id-dejta rrappurtata hija ħielsa minn inkonsistenzi, b'mod partikolari fit-tqabbil tal-volum totali tal-fjuwil mixtri annwalment minn kull bastiment u l-aggregat tal-fjuwil ikkunsmat matul vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(c) Il-ġbir tad-dejta twettaq f'konformità mar-regoli applikabbli;

(d) ir-registri rilevanti tal-bastiment huma kompleti u konsistenti.

Artikolu 15

Proċeduri ta' verifika

1.           Il-verifikatur għandu jidentifika r-riskji potenzjali relatati mal-proċess ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar billi jqabbel l-emissjonijiet irrappurtati b’dejta stmata ibbażata fuq id-dejta tat-traċċar tal-bastimenti u karatteristiċi bħall-qawwa tal-magna installata. Fejn jinstabu devjazzjonijiet sinifikanti, il-verifikatur għandu jwettaq analiżijiet supplementari.

2.           Il-verifikatur għandu jidentifika r-riskji potenzjali relatati mad-diversi stadji għall-kalkolu billi jirrevedi s-sorsi tad-dejta u l-metodoloġiji kollha użati.

3.           Il-verifikatur għandu jqis kull metodu effettiv tal-kontroll tar-riskju applikat mill-kumpanija biex jitnaqqsu l-livelli ta’ inċertezza meta wieħed jikkunsidra l-eżattezza tal-metodi ta’ monitoraġġ użati.

4.           Il-kumpanija għandha tipprovdi lill-verifikatur b’kull informazzjoni addizzjonali li jippermettilu jwettaq il-proċeduri ta’ verifika. Il-verifikatur jista’ jwettaq kontrolli fuq il-post matul il-proċess ta’ verifika sabiex jistabbilixxi l-affidabbiltà tad-dejta u l-informazzjoni rrappurtati.

5.           Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24 sabiex tispeċifika aktar ir-regoli għall-attivitajiet ta' verifika msemmija f'dan ir-Regolament u l-metodi għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi. Dawn l-atti ta' delega għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-verifika previsti fl-Artikolu 14 u fuq standards rilevanti aċċettati internazzjonalment.

Artikolu 16

Akkreditazzjoni tal-verifikaturi

1.           Verifikatur li jevalwa l-pjanijiet ta’ monitoraġġ u r-rapporti dwar l-emissjonijiet u li joħroġ id-dokumenti ta' verifika u tal-konformità msemmija fl-Artikoli 13 u 17 għandu jkun akkreditat għal attivitajiet fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

2.           Fejn ma hemm stipulat l-ebda dispożizzjoni speċifika li tikkonċerna l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi f’dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru KE 765/2008.

3.           Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24 sabiex tispeċifika aktar il-metodi ta' akkreditazzjoni tal-verifikaturi.

KAPITOLU IV

KONFORMITÀ U PUBBLIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI

Artikolu 17

Ħruġ ta’ dokument ta’ konformità

1.           Fejn ir-rapport dwar l-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 11 jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 11 sa 15 u dawk stabbiliti fl-Annessi I u II, fuq il-bażi ta’ rapport ta’ verifika, il-verifikatur għandu joħroġ dokument ta’ konformità għall-bastiment ikkonċernat.

2.           Id-dokument ta' konformità msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-OMI u l-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta’ domiċilju);

(b) l-isem u l-indirizz u l-post ewlieni tan-negozju ta’ sid il-bastiment;

(c) l-identità tal-verifikatur;

(d) Id-data tal-ħruġ tad-dokument ta’ konformità (il-perjodu ta’ rappurtar li għalih jirreferi u l-perjodu ta’ validità tiegħu).

3.           Dokumenti ta’ konformità għandhom jitqiesu bħala dokumenti validi għal perjodu ta’ 18-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar.

4.           Mingħajr dewmien, il-verifikatur għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera dwar il-ħruġ ta’ kwalunkwe dokument ta’ konformità u għandu jittrażmetti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 billi juża sistemi awtomatizzati u formats tal-iskambju tad-dejta kompleti, inklużi mudelli elettroniċi, stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita f'dan ir-Regolament.

5.           Regoli tekniċi li jistabbilixxu mudelli għall-formats tal-iskambju tad-dejta imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Obbligu tal-ġarr abbord ta' dokument ta’ konformità validu

Mit-30 ta’ Ġunju 2019 il-bastimenti li jaslu fi, fi jew jitilqu minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għandhom iġorru abbord dokument validu li jiċċertifika l-konformità tal-bastiment mal-obbligi tar-rappurtar u tal-monitoraġġ għal perjodu ta’ rappurtar ikkonċernat, maħruġ skont l-Artikolu 17.

Artikolu 19

Konformità mal-obbligi ta’ monitoraġġ u ta' rappurtar u spezzjonijiet

1.           Fuq il-bażi tal-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 21(1), kull Stat Membru għandu jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 12 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu.

2.           Kull Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe spezzjoni ta’ bastiment f’port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu tinkludi verifika li d-dokument ta’ konformità msemmi fl-Artikolu 18 jinġarr abbord.

3.           Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fuq il-bażi tal-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 21, għal kull bastiment li jonqos milli jkun konformi mal-Artikolu 21(2)(j) u (k) li daħal f’port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, l-Istat Membru għandu jivverifika li d-dokument ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 18 jinġarr abbord.

Artikolu 20

Penali, skambju ta’ informazzjoni u ordni ta' espulsjoni

1.           L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 8 u 12 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu mhux inqas stretti minn dawk previsti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ rappurtar minn operaturi u għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2017, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b'kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawn id-dispożizzjonijiet.

2.           L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skambju effettiv ta’ informazzjoni u kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom bir-responsabbiltà li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar jew, fejn applikabbli, bejn l-awtoritajtiet tagħhom inkarigati bil-proċeduri tas-sanzjonar. Proċeduri nazzjonali tas-sanzjonar mnedija minn kwalunkwe Stat Membru għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), lill-Istati Membri l-oħra u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat.

3.           Għall-bastimenti li naqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta' rappurtar għal aktar minn perjodu wieħed ta’ rappurtar, l-awtorità nazzjonali tal-port tal-Istat tista’ toħroġ ordni ta’ espulsjoni li għandha tiġu nnotifikata lill-Kummissjoni, lill-EMSA, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat Bħala riżultat tal-ħruġ ta’ tali ordni ta’ espulsjoni, kull Stat Membru għandu jirrifjuta d-dħul ta’ dan il-bastiment fi kwalunkwe wieħed mill-portijiet tiegħu sakemm il-kumpanija tissodisfa r-rekwiżiti tiegħu ta' monitoraġġ u ta' rappurtar skont l-Artikoli 8 sa 12, li jiġi kkonfermat bin-notifika ta’ dokument ta’ konformità validu lill-awtorità nazzjonali tal-Istat tal-port li tkun ħarġet l-ordni ta’ espulsjoni.

Artikolu 21

Pubblikazzjoni ta' informazzjoni

1.           Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-emissjonijiet irrappurtati skont l-Artikolu 11 u l-informazzjoni dwar il-konformità tal-kumpanija mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 11 u 17.

2.           Il-pubbikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-OMI u l-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta’ domiċilju);

(b) l-identità ta’ sid il-bastiment (l-isem u l-indirizz tas-sid u l-post ewlieni tan-negozju tiegħu);

(c) l-effiċjenza teknika tal-bastiment (EEDI jew EIV fejn applikabbli);

(d) l-emissjonijiet annwali ta' CO2;

(e) it-totali tal-konsum tal-fjuwil annwali għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(f) il-medja annwali tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull distanza vjaġġata għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(g) il-medja annwali tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull distanza vjaġġata u merkanzija għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(h) it-totali tal-ħin annwali ddedikat fuq il-baħar għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(i) il-metodoloġija għall-monitoraġġ applikat;

(j) id-data tal-ħruġ u d-data tal-iskadenza tad-dokument ta’ konformità;

(k) l-identità tal-verifikatur li jkun approva r-rapport dwar l-emissjonijiet.

3.           Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar l-emissjonijiet u informazzjoni oħra relevanti għall-klima mit-trasport marittimu.

4.           L-EMSA għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tikkonforma mal-Artikoli 11, 12, 17 u 21 ta’ dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[27].

KAPITOLU V

KOOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI

Artikolu 22

Kooperazzjoni internazzjonali

1.           Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-OMi u lill-korpi internazzjonali rilevanti oħra fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament bil-għan li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' regoli internazzjonali fi ħdan l-OMI għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu.

2.           Il-Kummissjoni għandha żżomm skambju tekniku ma’ pajjiżi terzi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-iżvilupp ulterjuri ta’ metodi ta’ monitoraġġ, l-organizzazzjoni ta’ rappurtar u l-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet.

3.           Fejn jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament u tista’, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi għal dan ir-Regolament.

KAPITOLU VI

SETGĦAT TA' DELEGA U TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 23

Delega tas-setgħat

Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ta' delega sabiex id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I u II jiġu ssupplimentati u emendati bil-għan li titqies l-evidenza xjentifika aġġornata disponibbli, flimikien mal-informazzjoni rilevanti li tkun disponibbli abbord il-bastimenti u r-regoli internazzjonali rilevanti u l-istandards aċċettati internazzjonalment, għall-identifikzzjoni tal-aktar metodi preċiżi u effiċjenti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet, u biex tittejjeb l-eżattezza tal-informazzjoni mitluba relatati mal-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ emissjonijiet, hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 safejn dan jikkonċerna elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 24

Eżerċizzju tad-delega

1.           Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ta' delega msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 23 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Lulju 2015.

2.           Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 23 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att ta' delega li jkun diġà fis-seħħ.

3.           Hekk kif tadotta att ta' delega, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.           Att ta' delega adottat skont l-Artikolu 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn wara n-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel id-data ta' skadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill kienu għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn wara l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 25

Atti ta’ implimentazzjoni

1.           Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 93/389/KE. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 26

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 huwa emendat kif ġej:

1.           Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 525/2013[28], jiżdied il-punt (i) li ġej:

"(h) il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn bastimenti tal-baħar skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX."

2.           Jiddaħħal l-'Artikolu 21a' li ġej:

Artikolu 21a

                                   Rapportar dwar l-emissjonijiet mit-trasport marittimu

(1) "Sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena ('sena X') l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għas-sena X-2, l-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX.

(2) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament sabiex tispeċifika r-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX u b’kont meħud, fejn applikabbli, tad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto jew ftehimiet li jirriżultaw minnhom jew li jiġu warajhom jew deċiżjonijiet adottati fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

(3) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura, il-format u l-proċess għas-sottomissjoni mill-Istati Membri tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-[Artikolu 26(2)]."

3.           Fl-Artikolu 25 (2), (3) u (5), tiddaħħal ir-referenza li ġejja:

"21a"

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-1 ta' Lulju 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I

Metodi għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima

A.        KALKOLU TAL-KONSUM TAL-FJUWIL (l-Artikolu 9)

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil il-kumpaniji għandhom josservaw il-formula li ġejja:

Il-konsum tal-fjuwil x (mmultiplikat) bil-Fattur ta' emissjoni

Il-konsum tal-fjuwil għandu jinkludi fjuwil ikkunsmat minn magni prinċipali, magni awżiljari, bojlers u ġeneraturi tal-gass inert.

Il-konsum tal-fjuwil fi ħdan il-portijiet tal-irmiġġ għandu jiġu kkalkulat b’mod separat.

Fil-prinċipju, għandhom jintużaw valuri predefiniti għall-fatturi ta’ emissjoni tal-fjuwils ħlief jekk il-kumpanija tiddeċiedi tuża d-dejta dwar il-kwalità tal-fjuwil stabbiliti f’karburant tal-Banker noti ta’ twassil u użati biex tintwera l-konformità mar-regolamenti applikabbli tal-emissjonijiet tal-kubrit.

Il-fatturi tal-emissjonijiet predefiniti għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar valuri IPCC disponibbli. Dawn joriġinaw fl-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[29].

Fatturi ta’ emissjoni xierqa għandhom jiġu applikati għall-bijofjuwils u għall-fjuwils mhux fossili alternattivi.

B.         METODI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET

Il-kumpanija għandu tiddefinixxi fil-pjan ta’ monitoraġġ liema metodoloġija ta’ monitoraġġ tintuża għal kalkolu tal-konsum tal-fjuwil għal kull tip ta’ bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħha u għandha tiżgura li ladarba tkun ingħażlet, din tiġi applikata konsistentament.

Fl-għażla tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ, it-titjib li jirriżulta minn preċiżjoni msaħħa għandu jiġi ibbilanċjat kontra l-kostijiet addizzjonali.

Il-konsum tal-fjuwil reali għal kull vjaġġ għandu jintuża u jiġi kkalkulat bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) Noti ta' Kunsinna tal-Fjuwil tal-Banker (Bunker Fuel Delivery Note/BDN) u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil;

(b) Monitoraġġ tat-tank tal-fjwuil tal-banker abbord;

(c) Miters tal-fluss għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli;

(d) Kejl dirett tal-emissjonijiet.

1.           Metodu A: Noti ta' Kunsinna tal-Fjuwil tal-Banker (BDN ) u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-kwantità u t-tip ta’ fjuwil kif definit fil-BDN flimkien mal-inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil ibbażati fuq il-qari tat-tankijiet. Il-fjuwil fil-bidu tal-perjodu, biż-żieda tal-kunsinni, nieqes il-fjuwil disponibbli fit-tmiem tal-perijodu u l-fjuwil żvojtat bejn il-bidu tal-perjodu u t-tmiem tal-perjodu flimkien jikkostitwixxu l-fjwuil ikkunsmat matul il-perjodu.

Il-perjodu jinkludi l-intervall bejn żewġ portijiet ta' waqfa jew il-ħin iddedikat fil-port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, jeħtieġ li jiġu speċifikati t-tip ta' fjwuil u l-kontenut ta' kubrit.

Dan l-approċċ ma għandux jintuża meta l-BDN mhumiex disponibbli abbord il-bastimenti, speċjalment meta l-merkanzija sservi bħala fjuwil, pereżempju, l-evaporazzjoni tal-gass naturali llikwifikat (LNG) .

In-Nota ta' Kunsinna tal-Banker għandha l-mandat skont ir-Rregolamenti eżistenti tal-Anness VI tal-MARPOL u rekords rilevanti huma miżmuma abbord għal 3 snin wara l-ikkunsinnar tal-fjuwil tal-Banker u jkunu disponibbli minnufih. L-inventarju perjodiku tat-tankijiet tal-fjwuil abbord huwa bbażat fuq il-qari tat-tank tal-fjuwil. Dan juża tabelli tat-tankijiet li jikkorrispondu għal kull tank tal-fjuwil, sabiex jiġi ddeterminat il-volum fil-ħin tal-qari tat-tank tal-fuwil. L-inċertezza assoċjata mal-BDN għandha tkun speċifikata fil-pjan ta’ monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 6. Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jitwettaq b’metodi xierqa bħal sistemi awtomatizzati, sondi u l-kejl tas-saborra. Il-metodu għas-sondi tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 6.

Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta’ fjwuil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’litri, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità reali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità reali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a) sistemi ta’ kejl abbord;

(a) id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjwuil waqt l-ippumpjar fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq in-nota ta' kunsinna tal-fjuwil.

Id-densità reali għandha tiġi espressa bħala kg/litru u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku; F’każijiet fejn il-valuri tad-densità reali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta' fjuwil rilevanti wara l-approvazzjoni mill-verifikatur.

2.           Metodu B: Monitoraġġ tat-tank tal-fjwuil tal-Banker abbord

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-qari tat-tank tal-fjuwil għal tankijiet tal-fjuwil kollha abbord. Il-qari tat-tank għandu jseħħ kuljum meta l-bastiment ikun fuq il-baħar u kull darba li l-bastiment qed jibbankerja jew jiġi żvojtat.

Il-varjazzjonijiet kumulattivi tal-livell tat-tank tal-fjuwil bejn żewġ qari jikkostitwixxu l-fjuwil ikkunsmat matul il-perjodu.

Il-perjodu jinkludi l-intervall bejn żewġ portijiet ta' waqfa jew il-ħin iddedikat fil-port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, jeħtieġ li jiġu speċifikati t-tip ta' fjwuil u l-kontenut ta' kubrit.

Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jitwettaq b’metodi xierqa bħal sistemi awtomatizzati, sondi u l-kejl tas-saborra. Il-metodu għas-sondi tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 6.

Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta’ fjwuil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’litri, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità reali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità reali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a) sistemi ta’ kejl abbord;

(b) id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjwuil waqt l-ippumpjar fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq in-nota ta' kunsinna tal-fjuwil.

Id-densità reali għandha tiġi espressa bħala kg/litru u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku; F’każijiet fejn il-valuri tad-densità reali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta' fjuwil rilevanti wara l-approvazzjoni mill-verifikatur.

3.           Metodu Ċ Miters tal-fluss għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli;

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-flussi tal-fjuwil imkejla abbord. Id-dejta mill-miters tal-fluss kollha marbutin ma’ sorsi ta’ emissjonijiet rilevanti għandha tiġi kkombinata sabiex jiġi ddeterminat il-konsum tal-fjwuil għal perjodu speċifiku.

Il-perjodu jinkludi l-intervall bejn żewġ portijiet ta' waqfa jew il-ħin iddedikat fil-port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, jeħtieġ li jiġu mmonitorjati t-tip ta' fjwuil u l-kontenut ta' kubrit.

Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza assoċjata mal-miters tal-fluss użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 6.

Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’litri, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità reali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità reali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a) sistemi ta’ kejl abbord;

(b) id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjwuil waqt l-ippumpjar fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq in-nota ta' kunsinna tal-fjuwil.

Id-densità reali għandha tiġi espressa bħala kg/litru u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku; F’każijiet fejn il-valuri tad-densità reali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta' fjuwil rilevanti wara l-approvazzjoni mill-verifikatur.

4.           Metodu D: Kejl dirett tal-emissjonijiet

Il-kejl dirett tal-emissjonijiet jista' jintuża għal vjaġġi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għal emissjonijiet li jseħħu fil-portijiet li jkunu jinsabu fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. L-emissjonijiet ta' CO2 għandhom jinkludu l-emissjonijiet ta' CO2 li joħorġu mill-magni prinċipali, magni awżiljari, bojlers u ġeneraturi tal-gass inert. Għal bastimenti li fuqhom r-rappurtar huwa bbażat fuq dan il-metodu, il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-emissjonijiet imkejla ta’ CO2 u tal-fattur applikabbli ta’ emissjoni tal-fjuwils ikkonċernati.

Dan il-metodu huwa bbażat fuq id-determinazzjoni tal-flussi tal-emissjonijiet ta' CO2 fiċ-ċmieni tal-gass tal-egżost (funnels) bil-multiplikazzjoni tal-konċentrazzjoni tas-CO2 tal-gass tal-egżost mal-fluss tal-gass tal-egżost.

Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza assoċjata mal-miters tal-fluss użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 6.

ANNESS II

Monitoraġġ ta’ informazzjoni oħra rilevanti għall-klima

A.- Monitoraġġ għal kull vjaġġ (l-Artikolu 9)

Għall-finijiet tal-monitoraġġ ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-klima għal kull vjaġġ (l-Artikolu 9), il-kumpaniji għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin:

Id-data u s-siegħa tat-tluq u tal-wasla għandhom jiġu ddefiniti bl-użu tal-ħin universali ta’ Greenwich (GMT). Il-ħin iddedikat fuq fil-baħar għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-informazzjoni tat-tluq mill-port u tal-wasla fil-port u għandu jeskludi l-ankraġġ.

Id-distanza vjaġġata tista’ tkun id-distanza l-aktar rotta diretta bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla jew id-distanza reali. Fil-każ tal-użu tad-distanza tal-aktar rotta diretta bejn il-port tat-tluq u tal-port tal-wasla, għandu jintuża l-fattur ta’ korrezzjoni konservattiv sabiex jiġi żgurat li d-distanza vjaġġata mhix ġietx sottovalutata b'mod sinifikanti. Il-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6 għandu jispeċifika liema kalkolu ntuża għad-distanza u, jekk meħtieġ, il-fattur ta’ korrezzjoni użat. Id-distanza vjaġġata għandha tkun espressa f’mili nawtiċi.

Għall-bastimenti tal-passiġġieri, in-numru ta’ passiġġieri għandu jintuża biex jirrappreżenta l-merkanzija li tinġarr. Għall-kategoriji l-oħra kollha ta’ bastimenti, l-ammont ta’ merkanzija li tinġarr għandu jkun espress bħala tunnellati metriċi u metri kubi ta’ merkanzija.

Ix-xogћol ta' trasport gћandu jkun iddeterminat billi d-distanza vjaġġata tiġi mmultiplikata mal-ammont ta’ merkanzija li tinġarr.

B. Monitoraġġ fuq bażi annwali (l-Artikolu 10)

Għall-finijiet tal-monitoraġġ ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-klima fuq bażi annwali , il-kumpaniji għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin:

Il-valuri li għandhom jiġu mmonitorjati skont l-Artikolu 10 għandhom ikunu stabbiliti bl-aggregazzjoni tad-dejta rispettiva għal kull vjaġġ.

L-effiċjenza enerġetika medja għandha tiġi mmonitorjata bl-użu ta' mill-anqas erba' indikaturi, il-konsum tal-fjwuil għal kull distanza, il-konsum tal-fjwuil għal kull xogħol ta' trasport, l-emissjonijiet ta' CO2 għal kull distanza u l-emissjonijiet ta' CO2 għal kull xogħol ta' trasport, li għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

Konsum tal-fjuwil għal kull distanza = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total tad-distanza vjaġġata

Konsum tal-fjuwil għal kull xogħol ta' trasport = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total ta' xogħol ta' trasport

Emissjonijiet ta' CO2 għal kull distanza = total tal-emissjonijiet annwali ta' CO2 / total tad-distanza vjaġġata

Emissjonijiet ta' CO2 għal kull xogħol ta' trasport = total tal-emissjonijiet annwali ta' CO2 / total ta' xogħol ta' trasport

IKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1     Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2     Qasam/oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għanijiet

              1.5.    Bażi għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul taż-żmien u impatt finanzjarju:

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previst/i

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli ta' monitoraġġ u rappurtar

              2.2     Sistema ta’ ġestjoni u ta' kontroll

              2.3     Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet:

3            IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1     Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i:

              3.2     Impatt stmat fuq in-nefqa:

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali ta' bħalissa

              3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu.

1.2.        Qasam/oqsma ta' politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[30]

Il-qasam ta’ politika 34 = “Azzjoni dwar il-klima”

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

X Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[31]

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għan/ijiet

1.4.1.     L-għan/ijiet strateġiku/strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva:

L-emissjonijiet ta' gassijiet serra jitnaqqsu b'tal-anqas 20% meta mqabbla mal-livelli tal-1990 jew bi 30%, jekk ikun hemm il-kundizzjonijiet xierqa li jippermettu dan; il-perċentwal ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fil-konsum tal-enerġija finali tagħna jiżdied għal 20%; u żieda ta' 20% fl-użu aktar effiċjenti tal-enerġija;

1.4.2.     L-għan/ijiet strateġiku/strateġiku/ċi u l-attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru 1

Il-kontribut, permezz ta' azzjonijiet dwar il-klima fil-livell tal-UE għall-għan fuq perjodu ta' żmien twil li jiġu stabilizzati l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera għal livell li ma jippermettix interferenzi antropoġeniċi perikolużi fis-sistema tal-klima.

Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Kodiċi ABB 34 02: Azzjoni dwar il-klima fil-livell tal-UE u dak internazzjonali

Għan speċifiku Nru 2

L-insegwiment ta' politiki ambizzjużi ta' azzjonijiet dwar il-klima fil-livell internazzjonali għall-għan fuq perjodu ta' żmien twil li jiġu stabilizzati l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera għal livell li ma jippermettix interferenzi antropoġeniċi perikolużi fis-sistema tal-klima.

Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Kodiċi ABB 34 02: Azzjoni dwar il-klima fil-livell tal-UE u dak internazzjonali

1.4.3.     Riżultat/i mistenni/ja u impatt mistenni/ja

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

L-implimentazzjoni ta’ sistema għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn bastimenti tkun tipprovdi dejta dwar dawn l-emissjonijiet li attwalment huma biss stmati fin-nuqqas ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar xierqa. Wieħed jista’ jistenna li l-monitoraġġ u r-rappurtar ta' tali emissjonijiet u indikaturi dwar il-konsum tal-fjuwil u l-effiċjenza tal-bastimenti jqajjem sensibilizzazzjoni fi ħdan is-settur tat-trasport marittimu dwar l-ispejjeż tal-fjuwil relatati u t-titjib potenzjali.

Skont il-valutazzjoni tal-impatt, it-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-iffrankar fuq il-fjuwil huma mistennija li jilħqu sa 2 % meta mqabbla max-xenarju ta' żamma tal-istatus quo. Dan ifisser iffrankar nett fl-spejjeż sa EUR 1,2 biljun ta' ffrankar nett annwali għas-settur fl-2030 minħabba t-tnaqqis fil-kontijiet tal-fjuwil.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Numru u perċentwali ta’ bastimenti li qed jimmonitorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet tagħhom f'konformità mar-Regolament imqabbla man-numru ta’ bastimenti li jidħlu f’portijiet tal-UE

Emissjonijiet annwali ta' CO2 mit-trasport marittimu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-UE, imkejla abbord u bbażati fuq il-konsum tal-fjwuil

1.5.        Bażi għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit/i li jrid/u jiġu ssodisfat/i fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien

Illum, l-ammont preċiż ta' emissjonijiet ta' CO2 u ta’ gassijiet serra oħra mit-trasport marittimu relatat mal-UE mhuwiex magħruf minħabba n-nuqqas ta’ monitoraġġ u ta' rappurtar ta’ emissjonijiet bħal dawn. Il-valutazzjoni tal-impatt u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati identifikaw li sistema robusta għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika (MRV) tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu huwa prerekwiżit għal kwalunkwe kejl ibbażat fuq is-suq, kemm jekk jiġi applikat fil-livell tal-UE kif ukoll globalment.

Bl-introduzzjoni tal-MRV bħala l-ewwel pass, jista' jiġi allokat aktar żmien għad-diskussjoni u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u dwar miżuri bbażati fuq is-suq għall-ksib ta' dan it-tnaqqis bi prezz minimu. Dan huwa partikolarment rilevanti għal diskussjonijiet fil-livell globali fi ħdan l-OMI. Barra minn hekk, sistema MRV b’saħħitha għandha tikkontribwixxi għat-tneħħija ta’ ostakli tas-suq, b’mod partikolari dawk marbuta man-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-bastimenti.

Għal aktar spejgazzjonijiet jekk jogħġbok ara l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tal-proposta

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Minħabba li l-impenji predominanti b’rabta mat-tibdil fil-klima jsiru fil-livell tal-Unjoni inkluża l-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tat-trasport marittimu għall-2050 kif stabbilit fil-White Paper dwar it-Trasport, ikun effikaċi wkoll li jiġu żviluppati f’dan il-livell ir-regoli tal-MRV meħtieġa. Barra minn hekk, dan il-qafas legali se jiżgura l-effikaċja billi jitħaddmu MRV armonizzati għal vjaġġi ta’ bastimenti bejn portijiet ta’ Stati Membri differenti li huma responsabbli għal madwar 90 % tal-waqfa fil-port fl-Istati Membri tal-UE. Barra minn hekk, l-azzjoni fil-livell tal-UE tista’ tevita t-tfixkil tal-kompetizzjoni fis-suq intern billi tiżgura restrizzjonijiet ambjentali ugwali fuq bastimenti li jidħlu fil-portijiet tal-UE.

1.5.3.     Lezzjonijiet li ttieħdu minn esperjenzi simili fil-passat

Miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’xi setturi oħra, speċjalment l-UE-ETS bħala l-akbar sistema ta’ limiti u negożjar, juru l-ħtieġa ta’ regoli sodi għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet. L-għan hu li jiġi żgurat fehim komuni dwar id-definizzjoni ta' tunnellata ta' CO2 rilaxxat mill-installazzjoni jew minn opertur.

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Għalkemm il-proposta għal regoli MRV għas-settur tat-trasport marittimu tqis bis-sħiħ l-aspetti speċifiċi ta’ dan il-mezz ta’ trasport, l-approċċ bażiku ta’ monitoraġġ u ta' rappurtar huwa komparabbli mal-MRV użati fil-kamp ta' applikazzjoni tal-UE-ETS.

Dan għandu jippermetti l-paragun tal-isforzi għal tnaqqis tal-emissjonijiet minn setturi u mezzi tat-trasport differenti.

1.6.        Tul taż-żmien u impatt finanzjarju:

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta' żmien limitat

– ¨  Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

– ¨  Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

X Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien mhux limitat

– Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2016 sal-2017,

– segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa sal-2018.

1.7.        Metodu/i ta’ ġestjoni ppjanat/i[32]

X Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[33]

– ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li jridu jiġu speċifikati)

Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema MRV proposta b’implikazzjonijiet baġitarji huma esklussivament relatati mal-iżvilupp ta’ għodod tal-IT, aktar preċiżament l-estensjoni ta’ għodod eżistenti mħaddma mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, inklużi l-ispejjeż amministrattivi. Il-baġit għal dan il-proġett ta’ darba għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni, taħt il-linja baġitarja tad-DĠ CLIMA 34 02 01.

L-involviment possibbli tal-EMSA jiddependi fuq il-kompitiu anċillari rispettiv tal-Aġenzija li għandu jiġi attivat u approvat mill-Bord tal-EMSA.

Minħabba l-karattru awtomatizzat ħafna, huwa mistenni li t-tħaddimi tal-għodda jista’ aktar tard jiġi assorbit mill-persunal eżistenti tal-EMSA.

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli ta' monitoraġġ u rappurtar

Il-Kummissjoni se tiltaqa’ regolarment mal-konsulenti li jiżviluppaw l-għodda tal-IT meħtieġa (l-estensjoni tas-sistema THETIS eżistenti mħaddma mill-EMSA) biex issegwi l-progress tal-ħidma.

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat/i

Ma hemm l-ebda riskju baġitarju konness mal-proposta li jkun jirrikjedi miżuri lil hinn mill-qafas ta’ kontroll baġitarju tal-UE.

2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll previst/i

Ma hu meħtieġ l-ebda metodu ta’ kontroll speċifiku, il-mekkaniżmi standard japplikaw fejn dan ikun xieraq.

2.2.3.     Spejjeż u benefiċċji tal-kontrolli u r-rata probabbli ta' nuqqas ta' konformità

Il-mekkaniżmi standard previsti mhumiex mistennija li jwasslu għal spejjeż addizzjonali. Bit-tali kontrolli standard, l-ebda nuqqas ta’ konformità huwa mistenni.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet:

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti.

Ma hi meħtieġa l-ebda miżura speċifika. Il-qafas normali għall-kuntratti u għall-akkwist japplika.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i:

· Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] || Diff/Mhux-Diff ([34]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[35] || mill-pajjiżi kandidati[36] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

2 || 34 02 01 [Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE] || Diff || LE || LE || LE || LE

· Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura………………………………..] || Diff/mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| [XX.SS.SS.SS] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa:

[Din il-parti għandha timtela bl-użu tal-ispreadsheet dwar id-dejta ta' baġit ta' natura amministrattiva (it-tieni dokument fl-anness ma' din id-dikjarazzjoni finanzjarja) li għandha tittella' fis-CISNET għal raġunijiet ta' konsultazzjoni bejn is-servizzi.

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 2 || Konservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali

DĠ: CLIMA || || || 2016 || 2017 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || ||

34 02 01 || Impenji || (1) || 0.500 || || || || || || || 0.500

Pagamenti || (2) || 0.200 || 0.300 || || || || || || 0.500

Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1 a) || || || || || || || ||

Pagamenti || (2 a) || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[37] || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja || || (3) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ CLIMA || Impenji || =1+1a +3 || 0.500 || || || || || || || 0.500

Pagamenti || =2+2a +3 || 0.200 || 0.300 || || || || || || 0.500

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 0.500 || || || || || || || 0.500

Pagamenti || (5) || 0.200 || 0.300 || || || || || || 0.500

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0.500 || || || || || || || 0.500

Pagamenti || =5+ 6 || 0.200 || 0.300 || || || || || || 0.500

Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva:

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-aproprjazzjonijiet għall-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || "Nefqa amministrattiva"

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

DĠ: <…….> ||

Ÿ Riżorsi umani || || || || || || || ||

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

TOTAL DĠ <….> || Approprjazzjonijiet || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || || || || || || || ||

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || 2016 || 2017 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0.500 || || || || || || ||

Pagamenti || 0.200 || 0.300 || || || || || ||

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

L-approprazzjonijiet ta' impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Indika għanijiet u riżultati ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

RIŻULTATI

Tip[38] || Kost medju || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru totali || Kost totali

L-GĦAN SPEĊIFIKU NUMRU 1[39] || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

L-GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2… || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

KOST TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||

3.2.3.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– X  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-ebda użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

minljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena N[40] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Barra mill-INTESTATURA 5[41] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Other expenditure of an administrative nature || || || || || || || ||

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

TOTAL || || || || || || || ||

L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li huma diġà assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni oħra li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.  Estimated requirements of human resources

– X  Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ riżorsi umani:

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f'unitajiet ekwivalenti full time

|| || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

|| Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

|| XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || ||

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f'unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[42]

|| XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"qafas finanzjarju globali") || || || || || || ||

|| XX 01 02 02 CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 04 ss[43] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || ||

|| - fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || ||

|| TOTAL || || || || || || ||

XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titlu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju ||

Persunal estern ||

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali ta' bħalissa

– X          Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali ta' bħalissa.

– ¨         Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega l-ipprogrammar mill-ġdid meħtieġ, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti ekwivalenti.

[…]

– ¨         Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.[44]

Spjega l-ħtieġa, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti ekwivalenti.

[…]

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdi l-ebda kofinanzjament minn partijiet terzi.

– Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

Speċifika l-korp tal-kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– X          Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul

– ¨         Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨         fuq ir-riżorsi proprji

¨         fuq id-dħul mixxellanju

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja ta' bħalissa || Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva[45]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm ikun hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …. || || || || || || || ||

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[…]

[1]               Id-Deċiżjoni 1/CP.16 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (il-"Ftehimiet ta' Cancún").

[2]               Abbażi tar-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC).

[3]               Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-29 u t-30 ta' Ottubru 2009 u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2009 (2008/215(INI)).

[4]               COM (2010) 2020 finali:

[5]               Id-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni 406/2009/KE.

[6]               COM (2011) 144 finali:

[7]               Reviżjoni tal-Anness VI tal-MARPOL

[8]               Premessa 2 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u Premessa 3 tad-Direttiva Nru 2009/29/KE

[9]               The Second IMO Greenhouse gases study, 2009.

[10]             CE Delft, 2009 (http://ec.europa.eu/clima/policies/transport/shipping/docs/ghg_ships_report_en.pdf).

[11]             http://ec.europa.eu/clima/policies/transport/shipping/index_en.htmhttp://ec.europa.eu/clima/policies/eccp/second/stakeholder/documentation_en.htm

[12]             http://ec.europa.eu/clima/consultations/0014/index_en.htm

[13]             http://ec.europa.eu/clima/events/0064/index_en.htm

[14]             IHS Fairplay, 2011

[15]             ĠU C , , p. .

[16]             ĠU C , , p. .

[17]             Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u d-Direttiva 2009/29/KE.

[18]             ĠU L 251, 18.9.2012, p. 49.

[19]             ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

[20]             ĠU L131, 28.5.2009 p. 132.

[21]             ĠU L131, 28.05.2009 p. 57.

[22]             ĠU L165,18.06.2013, p. 13-40.

[23]             ĠU L 251, 18.9.2012, p. 49.

[24]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[25]             ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[26]             ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

[27]             ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

[28]             ĠU L 165,18.06.2013 p.13-40

[29]             ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30-104.

[30]             ABM: Maniġġjar Bbażat fuq l-Attività – ABB: Baġitjar Ibbażat fuq l-Attività.

[31]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju

[32]             Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit elettroniku tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[33]             Kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[34]             Diff = Approprjazzjonijiet Differenzjati / Mhux Diff = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati.

[35]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[36]             Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[37]             Għajnuna u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (ex-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.

[38]             Ir-riżultati huma prodotti jew servizzi li jridu jiġu fornuti (pereżempju: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ kilometri ta’ toroq li nbnew, eċċ.).

[39]             Kif deskritt fil-punt 1.4.2. "Għan/ijiet speċifiku/ċi…"

[40]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[41]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[42]             CA= Persunal Kuntrattwali; LA = Persunal Lokali; SNE = Espert Nazzjonali Ssekondat; INT = persunal mill-aġenziji ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet);

[43]             ABM: Maniġġjar Bbażat fuq l-Attività – ABB: Baġitjar Ibbażat fuq l-Attività.

[44]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[45]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25% tal-ispejjeż tal-ġbir.