52013PC0235

Proposta għal REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalatli (PET) li joriġina mill-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 /* COM/2013/0235 final - 2013/0123 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

Din il-proposta tirrigwarda l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea ('ir-Regolament bażiku') fir-reviżjoni ta’ skadenza tad-dazju kumpensatorju fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalatli li joriġina mill-Indja.

Il-kuntest ġenerali

Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku.

Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Bir-Regolament (KE) Nru 2603/2000[1], il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalatli (‘PET’) li joriġina, fost l-oħrajn, mill-Indja.

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1645/2005[2], il-Kunsill emenda l-livell tal-miżuri kumpensatorji fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet ta’ PET mill-Indja. L-emendi kienu r-riżultat ta’ reviżjoni aċċellerata mibdija skont l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku.

Wara reviżjoni ta’ skadenza, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 193/2007, impona dazju kumpensatorju definittiv għal perjodu ieħor ta’ ħames snin fuq l-importazzjonijiet ta’ PET li joriġina mill-Indja.

Il-miżuri kumpensatorji ġew suċċessivament emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 906/2011, wara reviżjonijiet interim.

Reviżjoni interim aktar tard intemmet mingħajr ma ġew emendati l-miżuri fis-seħħ bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 559/2012.

Bid-Deċiżjoni 2000/745/KE[3] l-Kummissjoni aċċettat impenji li jistabbilixxu prezz minimu tal-importazzjoni minn tliet produtturi esportaturi fl-Indja.

Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

Mhux applikabbli.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-partijiet interessati kkonċernati mill-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku.

Ġbir u użu tal-kompetenza

Ma kinitx meħtieġa kompetenza esterna.

Valutazzjoni tal-impatt

Din il-proposta hija r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku.

Ir-Regolament bażiku ma jipprovdix għal valutazzjoni ġenerali tal-impatt iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu valutati.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Sommarju tal-azzjoni proposta

Fl-24 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza tal-miżuri kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalatli li joriġina mill-Indja.

Ir-reviżjoni nbdiet wara talba ppreżentata mill-Kumitat tal-Manifatturi tal-Polietilentereftalatli fl-Ewropa (CPME) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw kważi 95% tal-produzzjoni tal-PET tal-Unjoni.

L-investigazzjoni ta’ reviżjoni sabet tkomplija tas-sussidjar tal-prodott ikkonċernat li jwassal għar-rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni jekk jitneħħew il-miżuri kumpensatorji. Ġie stabbilit ukoll li l-issoktar tal-miżuri ma kienx kontra l-interess tal-Unjoni.

Għalhekk qed jiġi ssuġġerit li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament sabiex jiġu estiżi l-miżuri eżistenti.

Bażi legali

Din il-proposta tirrigwarda l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea.

Prinċipju tas-sussidjarjetà

Din il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-forma ta’ azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku hawn fuq imsemmi u ma tħallix lok għal deċiżjoni nazzjonali.

L-indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa minimizzat u proporzjonat mal-għan tal-proposta, mhijiex applikabbli.

Għażla tal-istrumenti

L-istrumenti proposti: regolament.

Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja:

Ir-Regolament bażiku ma jipprovdix għal opzjonijiet alternattivi.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

2013/0123 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalatli (PET) li joriġina mill-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[4] ('ir-Regolament bażiku') u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea ('il-Kummissjoni') wara li kkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA

1.           Miżuri fis-seħħ

(1)       Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2603/2000[5], il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ polietilentereftalatli (‘PET’) li joriġina, fost l-oħrajn, mill-Indja. Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1645/2005[6], il-Kunsill emenda l-livell tal-miżuri kumpensatorji fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet ta’ PET mill-Indja. L-emendi kienu r-riżultat ta’ reviżjoni aċċellerata mibdija skont l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku. Wara reviżjoni ta’ skadenza, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 193/2007[7] impona dazju kumpensatorju definittiv għal perjodu ieħor ta’ ħames snin. Il-miżuri kumpensatorji suċċessivament ġew emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2008[8] u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 906/2011[9], wara reviżjonijiet interim parzjali. Reviżjoni interim parzjali aktar tard intemmet mingħajr ma ġew emendati l-miżuri fis-seħħ bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 559/2012[10]. Bid-Deċiżjoni 2000/745/KE[11] l-Kummissjoni aċċettat impenji li jistabbilixxu prezz minimu tal-importazzjoni minn tliet produtturi esportaturi fl-Indja.

(2)       Il-miżuri kumpensatorji jikkonsistu minn dazju speċifiku. Ir-rata tad-dazju hija bejn 0 u 106.5 EUR għal kull tunnellata għall-produtturi Indjani msemmija individwalment b’rata residwa ta’ 69.4 EUR għal kull tunnellata imposta fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi l-oħra kollha.

Miżuri anti-dumping eżistenti

(3)       Bir-Regolament (KE) Nru 2604/2000[12], il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ PET li joriġina, fost l-oħrajn, mill-Indja. Wara reviżjoni ta’ skadenza, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 192/2007[13], impona dazju anti-dumping definittiv għal perjodu ieħor ta’ ħames snin.

Talba għal reviżjoni ta’ skadenza

(4)       Wara l-pubblikazzjoni ta’ Avviż ta’ skadenza[14] imminenti tal-miżuri kumpensatorji definittivi fis-seħħ, il-Kummissjoni, fil-25 ta’ Novembru 2011, irċeviet talba għall-bidu ta’ reviżjoni, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku ('ir-reviżjoni ta’ skadenza'). It-talba kienet ippreżentata mill-Kumitat tal-Manifatturi tal-Polietilentereftalatli fl-Ewropa ('l-applikant') f’isem produtturi li jirrappreżentaw kważi 95% tal-produzzjoni ta’ ċertu polietilentereftalatli fl-Ewropa.

(5)       Ir-raġunijiet li fuqhom kienet ibbażata t-talba kienu li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar u d-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(1)       Qabel il-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza, u skont l-Artikoli 22(1) u 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern tal-Indja ('GTI') li hija kienet irċeviet talba dokumentata sewwa għal reviżjoni u stiednet lill-GTI għal konsultazzjonijiet bil-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenut tat-talba ta’ reviżjoni u tintlaħaq soluzzjoni maqbula b’mod reċiproku. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba mill-GTI rigward l-offerta tagħha għal konsultazzjonijiet.

Bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza

(2)       Wara li stabbiliet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti evidenza suffiċjenti għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza, il-Kummissjoni fl-24 ta’ Frar 2012 ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea[15] ('l-avviż ta’ bidu'), il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Investigazzjoni parallela

(3)       Fl-24 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni bdiet ukoll reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 dwar il-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ PET li joriġina mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja[16].

Investigazzjoni

Perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni u l-perjodu kkunsidrat

(4)       L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (minn hawn ’il quddiem il-'perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni' jew 'PIR'). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-aħħar tal-PIR (minn hawn ’il quddiem 'il-perjodu kkunsidrat').

Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(5)       Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, lill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, lill-importaturi, lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat, dwar il-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza.

(6)       Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jingħataw smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Avviż ta’ bidu. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan, u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(7)       Minħabba n-numru li deher kbir ta’ produtturi esportaturi fl-Indja kif ukoll ta’ produtturi u importaturi tal-Unjoni, tqies xieraq li jiġi eżaminat jekk għandux jintuża kampjunar skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi u l-importaturi mhux relatati kienu mitluba jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-reviżjoni u jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba fl-Avviż ta’ bidu.

(8)       Seba’ produtturi esportaturi wieġbu għall-eżerċizzju ta’ kampjunar u indikaw ir-rieda tagħhom li jikkooperaw fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni. Fuq din il-bażi, intgħażel kampjun ta’ tliet produtturi esportaturi bbażat fuq il-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Ma sarux oġġezzjonijiet għal dan il-kampjun la mill-produtturi fil-kampjun infushom, la mill-produtturi mhux inklużi fil-kampjun u lanqas mill-awtoritajiet rilevanti fl-Indja.

(9)       It-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun intbagħtulhom kwestjonarji x’jimlew u waslu tweġibiet mingħandhom kollha. Madanakollu t-tweġiba tal-kwestjonarju ta’ wieħed mill-produtturi Indjani fil-kampjun żvelat li kien jesporta biss volumi insinifikanti tal-prodott konċernat matul il-PIR u għalhekk ma kienx relevanti li jiġu kalkolati rati ta’ sussidju għal dik il-kumpanija. Iż-żjarat ta’ verifika eventwalment tlestew fiż-żewġ produtturi esportaturi li jifdal li flimkien kienu jirrapreżentaw 99% tal-volum ta’ importazzjonijiet totali mill-Indja lill-Unjoni matul il-PIR.

(10)     Wara l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet (“l-iżvelar”), produttur Indjan li kkopera talab kalkolu ta’ marġini ta’ sussidju. F’dan ir-rigward ġie kkonfermat mill-ġdid li l-esportazzjonijiet minn din il-kumpanija kienu insinifikanti u għalhekk ma kellha ebda impatt fuq id-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ sussidjar fir-reviżjoni preżenti ta’ skadenza. Għaldaqstant din it-talba ġiet miċħuda.

(11)     Fl-avviż ta’ bidu l-Kummissjoni ħabbret li kienet għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn erba’ kumpaniji, minn fost it-tlettax-il produttur tal-Unjoni li kienu magħrufa qabel il-bidu tal-investigazzjoni, magħżul fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni u bejgħ li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-kampjun kien jirrappreżenta ’l fuq minn 50% tal-produzzjoni u l-bejgħ totali stmati tal-Unjoni matul il-PIR. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkonsultaw il-fajl u jikkummentaw dwar l-adegwatezza ta’ din l-għażla fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ bidu. Il-partijiet interessati kollha li talbu dan, u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(12)     Ċerti partijiet interessati qajmu oġġezzjonijiet rigward il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni. Huma sostnew li: (i) Il-Kummissjoni m’għandhiex tuża t-teħid ta’ kampjuni, b’mod partikolari, peress li ebda teħid ta’ kampjuni ma kien użat fl-investigazzjoni preċedenti; (ii) il-metodu użat għall-għażla tal-kampjun ġiet ikkontestata abbażi tal-fatt li din ‘tħawwad tliet passi differenti”, jiġifieri, l-eżerċizzju kurrenti, id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni; (iii) il-kampjun provviżorju ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ informazzjoni inkorretta u inkompleta; (iv) il-kampjun provviżorju magħżul mhuwiex rappreżentattiv minħabba li jinkludi l-entitajiet aktar milli l-gruppi; intqal ukoll li inkluż kumpaniji li f’każ wieħed riċenti għaddew minn divestiment riċenti jew f’każ ieħor kienu konnessi ma tnaqqis fil-bejgħ li jnaqqas ir-rappreżentattività tal-kampjun.

(13)     L-argumenti mqajma mill-partijiet kienu indirizzati kif ġej:

– Id-deċiżjoni li jintuża kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni tittieħed għal kull investigazzjoni b’mod indipendenti skont iċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull każ u l-Artikolu 22(6) tar-Regolament bażiku ma tiggvernax l-użu ta’ tali kampjun għad-determinazzjoni tad-dannu fil-kuntest ta’ reviżjoni ta’ skadenza. Kuntrarju għall-investigazzjonijiet preċedenti, fejn l-investigazzjoni tal-kumpaniji li preżentaw ruħhom u kkooperaw kienet fattibbli, il-Kummissjoni ħasset li fir-reviżjoni kurrenti, minħabba n-numru kbir, il-produtturi tal-Unjoni ma jistgħux raġonevolment jiġu investigati fiż-żmien disponibbli u li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 27 għalhekk ma ntlaħqux.

– Il-Kummissjoni ma 'ħawditx' l-istabbiliment tar-rappreżentattività, l-istabbiliment tal-industrija tal-Unjoni u l-għażla tal-kampjun provviżorju billi dawn it-tliet passi baqgħu indipendenti minn xulxin u ġew deċiżi separatament. Ma ntweriex kemm l-użu tad-dejta dwar il-produzzjoni u l-bejgħ ipprovduta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju tar-rappreżentattività kienet affettwat ir-rappreżentattività tal-kampjun.

– Il-kampjun ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-għażla skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Ir-rappreżentattività tal-kampjun kienet riveduta wara l-kummenti tal-partijiet dwar dejta speċifika tal-kumpaniji. L-ebda wieħed mill-kummenti li saru ma tqies li kellu bażi.

– Kif mitlub mill-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, il-kampjun ġie stabbilit sabiex jirrappreżenta l-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni u bejgħ li raġonevolment jista’ jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. L-entitajiet li jagħmlu parti minn gruppi akbar, li nstab li joperaw b’mod indipendenti minn sussidjarji oħra tal-istess grupp, tqiesu bħala rappreżentattivi tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk ma kienx meħtieġ li l-grupp sħiħ jiġi investigat fuq bażi konsolidata. Fl-istess ħin, il-kumpaniji ddaħħlu fil-kampjun bħala entitajiet ekonomiċi, biex ġie assigurat li d-dejta rilevanti kollha setgħet tiġi verifikata. Madankollu, iċ-ċessjonijiet u l-eżistenza ta’ bejgħ relatat kienu parti mill-karatteristiċi tas-settur fil-perjodu kkunsidrat u għalhekk l-ebda wieħed minn dawn l-elementi ma tqies li jnaqqas ir-rappreżentattività tal-kampjun.

(14)     Wara l-iżvelar il-partijiet tennew l-argumenti msemmija hawn fuq li diġà ġew indirizzati.

(15)     Fl-avviż ta’ bidu kien previst kampjunar għall-importaturi mhux relatati. L-ebda wieħed mill-erbgħa u għoxrin importatur mhux relatat li ġew ikkuntattjati ma kkoopera fl-investigazzjoni preżenti.

(16)     Il-ħames fornituri kollha magħrufa tal-materja prima ġew ikkuntattjati fil-bidu u rċevew il-kwestjonarju rilevanti. Żewġ fornituri ppreżentaw irwieħhom u wieġbu l-kwestjonarju.

(17)     L-utenti kollha magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-utenti ġew ikkuntattjati mal-bidu. Sbatax-il utent issottomettew risposta għall-kwestjonarju. Għoxrin assoċjazzjonijiet ta’ utenti minn 16-il Stat Membru għamlu lilhom infushom magħrufa u għamlu xi sottomissjonijiet.

Verifika tal-informazzjoni riċevuta

(18)     Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset neċessarja sabiex tistabbilixxi l-probabbiltà ta’ kontinwità jew rikorrenza tas-sussidjar u d-dannu li jirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fil-bini tal-GTI f’Delhi u tal-partijiet interessati li ġejjin:

(a) Produtturi esportaturi

– Dhunseri Petrochem and Tea Limited, Kolkata, l-Indja;

– Reliance Industries Limited, Navi Mumbai, l-Indja;

(1) Produtturi tal-Unjoni

– Indorama Polymers Europe, UAB, il-Pajjiżi l-Baxxi;

– Equipolymers, l-Italja, il-Ġermanja;

– Neo Group, UAB, il-Litwanja;

– Novapet SA, Spanja;

(2) Utenti fl-Unjoni

– Coca-Cola Europe, il-Belġju;

– Nestle Waters France, Franza.

B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.           Il-prodott ikkonċernatIl-prodott ikkonċernat minn din ir-reviżjoni huwa l-istess bħal dak tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri PET b’numru ta’ viskożità ta’ 78 ml/g jew ogħla, skont l-Istandard tal-ISO 1628-5, li joriġina fl-Indja. Attwalment huwa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3907 60 20.

Il-prodott simili

(19)     Bħal fl-investigazzjoni oriġinali u fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni, instab li l-prodott ikkonċernat, jiġifieri l-PET prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat, u l-PET prodott u mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u użi. Għalhekk tqiesu bħala prodotti simili skont l-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

C. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAS-SUSSIDJAR

Introduzzjoni

(20)     Fuq il-bażi tal-informazzjoni kontenuta fit-talba għal reviżjoni u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, kienu investigati l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji.

Skemi nazzjonali

(b) L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji ('DEPBS')Skema ta’ Rifużjoni tad-Dazji ('DDS')

(1) L-Iskema tas-Suq Iffokat ('FMS')

(2) L-Iskema tal-Prodott Iffokat ('FPS')

(3) Iċ-Ċertifikat tal-Inċentivi għad-Detenturi tal-Istatus ('SHIS')

(4) L-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem ('AAS')

(5) L-Iskema ta’ Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti Kapitali ('EPCGS')

(6) Żoni Ekonomiċi Speċjali/unitajiet orjentati lejn l-esportazzjoni

(7) L-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni ('ECS')

(8) L-Iskema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Introjtu ('ITES')

Skema reġjonali

(9) L-iskema ta’ Inċentivi tal-Bengal tal-Punent ('WBIS')

(10) L-iskema ta’ inċentivi għall-investiment kapitali tal-Gvern ta’ Gujarat

(11) L-iskema ta’ inċentivi għat-taxxa fuq il-bejgħ ta’ Gujarat ('GSTIS')

(12) L-iskema ta’ eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku ta’ Gujarat ('GEDES')

(13) Il-Pakkett ta’ Skemi ta’ Inċentivi ('PSI') tal-Gvern ta’ Maharashtra

(21)     L-iskemi speċifikati taħt il-punti (a) u (c) sa (h) hawn fuq huma bbażati fuq l-Att tal-1992 dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolazzjoni) (Nru 22 tal-1992), li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (‘L-Att dwar il-Kummerċ Barrani’). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn huma miġburin fil-qosor fid-dokumenti tal-‘Politika dwar il-Kummerċ Barrani’, li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati b’mod regolari. Id-dokument tal-Politika dwar il-Kummerċ Barrani rilevanti għall-PIR ta’ din l-investigazzjoni huwa l-'Politika dwar il-Kummerċ Barrani 2009-2014' ('FTP 09-14'). Barra minn hekk, il-GTI jistabbilixxi wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-FTP 09-14 f’‘Manwal tal-Proċeduri, Volum I’ (‘HOP I 09-14’). Il-Manwal tal-Proċeduri jiġi aġġornat ukoll fuq bażi regolari.

(22)     L-iskema speċifikata taħt il-punt (b) hawn fuq hija bbażata fuq taqsima 75 tal-Att dwar id-Dwana tal-1962, Taqsima 37 tal-Att tas-Sisa Ċentrali tal-1944, fuq taqsimiet 93A u 94 tal-Att Finanzjarja tal-1994 u dwar id-Dwana, Dazji tas-Sisa Ċentrali u Regoli ta’ Rifużjoni ta’ Ttaxxa tas-Servizz tal-1995. Rati ta’ rifużjoni lura huma ppubblikati fuq bażi regolari; dawk applikabbli għall-PIR kienu r-Rati Kollha tal-Industrija (AIR) tar-Rifużjoni tad-Dazju 2011-12, ippubblikati f’notifika Nru. 68/2011- Dwana (N.T..), datati 22.09.2011. L-iskema għar-Rifużjoni tad-Dazju hija msejħa wkoll bħala iskema ta’ remissjoni tad-dazju fil-kapitolu 4 tal-FTP 2009-2014.

(23)     L-iskema speċifikata taħt il-punt (i) aktar ’il fuq hija bbażata fuq is-sezzjonijiet 21 u 35A tal-Att dwar ir-Regolamentazzjoni Bankarja tal-1949, li jippermetti lill-Bank ta’ Riżerva tal-Indja (‘RBI’) jidderieġi l-banek kummerċjali fil-qasam tal-krediti għall-esportazzjoni.

(24)     L-iskema speċifikata taħt il-punt (j) aktar ’il fuq hija bbażata fuq l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-1961, li jiġi emendat bl-Att annwali dwar il-Finanzi.

(25)     L-iskema speċifikata taħt il-punt (k) aktar ’il fuq hija amministrata mill-Gvern tal-Bengal tal-Punent u stabbilita fin-notifika tad-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Industriji tal-Gvern tal-Bengal tal-Punent Nru 580-CI/H tat-22 ta’ Ġunju 1999, sostitwita bin-notifika Nru 134-CI/O/Incentive/17/03/I tal-24 ta’ Marzu 2004.

(26)     L-iskema speċifikata taħt il-punt (l) aktar ’il fuq hija amministrata mill-Gvern ta’ Gujarat u hija bbażata fuq il-politika dwar l-inċentivi industrijali ta’ Gujarat.

(27)     L-iskema speċifikata taħt il-punt (m) aktar ’il fuq hija amministrata mill-Gvern ta’ Gujarat u bbażata fuq il-politika tiegħu dwar l-inċentivi industrijali.

(28)     L-iskema speċifikata taħt il-punt (n) aktar ’il fuq hija bbażata fuq l-Att dwar id-Dazju fuq l-Elettriku ta’ Bombay tal-1958.

(29)     L-iskema speċifikata taħt il-punt (o) aktar ’il fuq hija mmaniġġata mill-istat ta’ Maharashtra u hija bbażata fuq ir-riżoluzzjonijiet tad-Dipartiment tal-Industriji, l-Enerġija u x-Xogħol tal-Gvern ta’ Maharashtra.

(30)     L-investigazzjoni żvelat li, matul il-PIR, l-iskemi li ġejjin taw benefiċċji lill-produtturi esportaturi fil-kampjun fir-rigward tal-prodott ikkonċernat:

Skema nazzjonali

(14) L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji ('DEPBS')

(15) Skema ta’ Rifużjoni tad-Dazji ('DDS')

(16) L-Iskema tas-Suq Iffokat ('FMS')

(17) Iċ-Ċertifikat tal-Inċentivi għad-Detenturi tal-Istatus ('SHIS')

(18) L-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem ('AAS')

Skema reġjonali

· L-iskema ta’ Inċentivi tal-Bengal tal-Punent ('WBIS').

L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji ('DEPBS')

(19) Bażi legali

(31)     Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DEPBS tinsab fil-kapitolu 4.3 tal-FTP 09-14 kif ukoll fil-kapitolu 4 tal-HOP I 09-14.

(20) Eliġibbiltà

(32)     Kwalunkwe manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(21) Implimentazzjoni prattika

(33)     Esportatur jista’ japplika għall-krediti tad-DEPBS li jiġu kkalkulati bħala perċentwal tal-valur tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Dawn ir-rati tad-DEPBS ġew stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għall-biċċa l-kbira tal-prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Dawn jiġu stabbiliti fuq il-bażi tan-Normi Standard ta’ Input-Output ('SIONs') billi jiġi kkunsidrat kontenut preżunt importat fil-prodott tal-esportazzjoni u l-inċidenza tad-dazju doganali fuq il-kontenut preżunt tal-importazzjoni, irrispettivament minn jekk fil-fatt ikunux tħallsu jew le d-dazji doganali. Ir-rata tad-DEPBS għall-prodott ikkonċernat matul il-PIR tal-investigazzjoni preżenti kienet ta’ 8 % b’limitu massimu tal-valur ta’ 58 INR/kg.

(34)     Biex tkun eliġibbli taħt din l-iskema, kumpanija trid tesporta. Fil-ħin tat-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, trid issir dikjarazzjoni mill-esportatur lill-awtoritajiet Indjani fejn jiġi indikat li l-esportazzjoni tkun qiegħda ssir skont id-DEPBS. Sabiex il-merkanzija tkun esportata, l-awtoritajiet doganali Indjani joħorġu polza tal-esportazzjoni waqt il-proċedura li matulha l-merkanzija tintbagħat. Dan id-dokument juri, inter alia, l-ammont ta’ kreditu tad-DEPBS li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni. F’dan il-punt, l-esportatur ikun jaf il-benefiċċju li se jirċievi. Ladarba l-awtoritajiet tad-dwana joħorġu polza tal-esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti ta’ kreditu tad-DEPBS. Ir-rata tad-DEPBS rilevanti sabiex jiġi kkalkulat l-benefiċċju hija dik li kienet tapplika fiż-żmien li tkun saret id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni.

(35)     Instab li skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità, il-krediti tad-DEPBS jistgħu jitniżżlu fuq il-bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet kummerċjali, malli jiġi ssodisfat l-obbligu tal-esportazzjoni. Dawn il-krediti jistgħu jintużaw għall-ħlas tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe prodott, għajr prodotti kapitali u prodotti li fuqhom ikun hemm restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni. Il-prodotti importati b’dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (soġġetti għal taxxa fuq il-bejgħ) jew jintużaw mod ieħor. Il-krediti tad-DEPBS huma trasferibbli liberament u huma validi għal perjodu ta’ 24 xahar mid-data tal-ħruġ.

(36)     L-applikazzjonijiet għall-krediti tad-DEPBS isiru b’mod elettroniku u jistgħu jkopru ammont mingħajr limitu ta’ tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni. Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija 3 xhur wara l-esportazzjoni, iżda kif ipprovdut b’mod ċar fil-paragrafu 9.3 tal-HOP I 09-14, l-applikazzjonijiet li jaslu wara l-iskadenza tad-dati tal-għeluq għas-sottomissjoni dejjem jistgħu jiġu kkunsidrati bl-impożizzjoni ta’ penali żgħira (jiġifieri 10% tal-intitolament).

(37)     Instab li ż-żewġ kumpaniji fil-kampjun użaw din l-iskema matul l-ewwek tliet kwarti tal-PIR.

(22) Konklużjoni dwar id-DEPBS

(38)     Id-DEPBS tipprovdi sussidji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu tad-DEPBS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu eventwalment jintuża biex ipaċi d-dazji tal-importazzjoni, u b’hekk inaqqas id-dħul tal-GTI mid-dazji li kienu jkunu dovuti. Barra minn hekk, il-kreditu tad-DEPBS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għax itejjeb il-likwidità tiegħu.

(39)     Barra dan, id-DEPBS hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk hija kkunsidrata bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(40)     Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ rifużjoni tad-dazji jew sistema sostituta ta’ rifużjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija ma tikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I punt (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni ta’ sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Esportatur m’għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma l-prodotti importati mingħajr dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont ta’ kreditu ma jiġix ikkalkulat b’rabta mal-inputs li fil-fatt jintużaw. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta’ dazji tal-importazzjoni fis-sens tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tad-DEPBS irrispettivament minn jekk jimpurtax inputs jew le. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċement jesporta prodotti mingħajr ma juri li kien importat xi materjal ta’ input. Għalhekk, anki esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw l-ebda prodotti li jistgħu jintużaw bħala inputs, xorta huma intitolati li jibbenefikaw mid-DEPBS.

(23) L-abolizzjoni tad-DEPBS u t-tranżizzjoni għad-DDS

(41)     Permezz tal-avviż pubbliku Nru 54 RE-2010)/2009-2014 tas-17 ta’ Ġunju 2011, id-DEPBS irċieva estensjoni finali ta’ tliet xhur li estendiet l-applikabilità tiegħu sat-30 ta’ Settembru 2011. Billi ma ġiet ippubblikata ebda estenzjoni wara dan, id-DEPBS effettivament ġiet irtirata mit-30 ta’ Settembru 2011 ’il quddiem. Għalhekk kien neċessarju li jiġi vverifikat jekk setgħux jiġu imposti miżuri fir-rigward tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

(42)     Il-GTI spjega lill-Kummissjoni li mal-irtirar tal-iskema tad-DEPBS, il-kumpaniji setgħu jagħżlu eżenzjoni tad-dazju/skemi ta’ remissjoni oħra definiti taħt kapitolu 4 tal-FTP 09-14 jiġifieri l-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (AAS) jew l-Iskema ta’ Rifużjoni tad-Dazji (DDS).

(43)     L-investigazzjoni żvelat li ż-żewġ kumpaniji fil-kampjun bdew jużaw id-DDS immedjatament wara li ġiet irtirata d-DEPBS. Irid jiġu nnutat li DDS ġie introdott fl-1995 u kien jeżisti flimkien mad-DEPBS matul l-ewwel tliet kwarti tal-PIR u għal numru ta' snin qabel il-PIR. Id-DDS madanakollu ma setax ikun disponibbli fl-istess ħin ma' DEPBS fuq l-istess esportazzjonijiet. Matul l-ewwel tliet kwarti tal-PIR, ir-rata tad-DDS li ammonta għal 2.2 % b’limitu massimu ta’ 1.5 INR/kg, li tagħmel id-DDS inqas ġeneruża u għalhekk inqas attraenti mid-DEPBS. Għandu jiġi nnutat li l-GOI ħadet passi biex torganizza tranżizzjoni bla skossi mid-DEPBS għad-DDS, kif jidher fiċ-ċirkulari Nru. — 42/2011-Dwana, datat 22/09/2011. F’din iċ-ċirkulari huwa spjegat li “l-iskeda ta’ rifużjoni [tad-dazju] din is-sena tinkorpora oġġetti li qabel kienu taħt l-iskema id-DEPB[S]”. L-istess ċirkulari tgħid li għas-setturi li joperaw taħt id-DEPBS, "ġie deċiż li tiġi pprovduta tranżizzjoni faċli għall-oġġetti f’dawk is-setturi filwaqt li dawn jiġu inkorporati fl-iskeda tar-rifużjoni. Bħala arranġament transitorju, dawn l-elementi se jsofru tnaqqis modest mir-rati DEPB[S] tagħhom, b’rati li jvarjaw minn 1% sa 3% għall-biċċa l-kbira tal-oġġetti.” Fi kliem ieħor, Din iċ-ċirkolari tindika li r-rati ta’ ħlas lura ta’ dazji fis-seħħ w.e.f. 01/10/2011 ġew iddeterminati bil-għan li jkunu jistgħu jagħtu xi benefiċċju simili bħala dik irtirat bid-DEPBS.

(44)     Mill-1 ta’ Ottubru, rata applikabbli tad-DDS għall-prodott ikkonċernat żdiedet minn 2.2 % għal 5.5 % tal-valur FOB u tal-limitu assoċjat ġie mgħolli minn 1.5 INR/kg għal 5.5 INR/kg. Din ir-rata ġdida instab li tagħti livelli simili ta’ sussidji bħalma kienet id-DEPBS sat-30 ta’ Settembru 2011 bir-rata ta’ 8% u limitu ta’ 58 INR/kg. Skont il-prezzijiet tal-PET li kien hemm fil-PIR, ġeneralment kien applikabbli l-limitu massimu tad-DEPBS li rriżulta f’benefiċċju teoretiku ta’ 4.64 INR/kg jew 5.8%. Fil-każ tad-DDS, il-limitu massimu ma kienx applikabbli u għalhekk il-benefiċċju teoretiku ammonta għal 5.5%.

(45)     L-investigazzjoni kkonfermat ir-raġunament tal-premessa preċedenti. Il-marġini medji annwalizzati tas-sussidju tal-kumpaniji fil-kampjun kienu 5.5% u 6% għad-DEPB u d-DDS, rispettivament.

(46)     Tqabbil taż-żewġ skemi juri wkoll li dawn għandhom diversi karatteristiċi komuni tal-implimentazzjoni.

(47)     Il-premessi (47)(48) sa (51) ta’ hawn fuq juru li, għalkemm l-iskema tad-DEPBS ġiet irtirata, il-benefiċċji sottostanti komplew jingħataw mingħajr waqfien u f’livell kważi identiku billi kienet ipprovduta tranżizzjoni mingħajr skossi għall-iskema ta’ rifużjoni tad-dazji. Għal dik ir-raġuni, ġie konkluż li s-sussidji ma ġewx irtirati fis-sens tal-Artikolu 15(1) u li d-DEPBS hija kumpensabbli.

(48)     Wara l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet, produttur esportatur wieħed argumentaw li d-DEPBS ġiet irtirata u għalhekk ma għandhiex tiġi kkumpensata. Bi tweġiba għal dan, ta’ min jinnota li, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (47), id-DEPBS waqfet fit-30 ta’ Settembru 2012. Madankollu, is-sussidjar kompla u l-esportaturi għandhom il-possibbiltà bħala alternattiva għad-DEPBS li japplikaw għal u jirċievu benefiċċji taħt eż. id-DDS jew l-AAS. B'konsegwenza, dan l-argument ma intlaqax.

(24) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(49)     Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidji kumpensabbli ġie kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni. F’dan ir-rigward, il-benefiċċju tqies li jingħata lill-benefiċjarju fil-mument meta ssir tranżazzjoni tal-esportazzjoni skont din l-iskema. F’dak il-mument, il-GTI huwa obbligat iċedi d-dazji doganali, xi ħaġa li tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont ta’ kreditu tad-DEPBS li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix sussidju jew le. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa meqjus xieraq li l-benefiċċju skont id-DEPBS jiġi valutat bħala s-somma tal-krediti miksuba fuq it-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni li saru taħt din l-iskema matul il-PIR.

(50)     Fejn saru talbiet ġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu sabiex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti stabbiliti b’dan il-mod sabiex jinkisbu l-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dawn l-ammonti ta’ sussidju ġew allokati fuq il-fatturat totali tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-PIR bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(51)     Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tas-sussidju stabbiliti fir-rigward ta’ din l-iskema għall-kumpaniji fil-kampjun kienu jammontaw għal 3.78% u 4.42% rispettivament.

Skema ta’ Rifużjoni tad-Dazji ('DDS')

(25) Bażi legali

(52)     Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DDS tinsab fir-Regoli dwar ir-Rifużjoni tad-Dazji Doganali u tas-Sisa Ċentrali tal-1995 kif emendati permezz ta’ notifiki suċċessivi.

(26) Eliġibbiltà

(53)     Kwalunkwe manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(27) Implimentazzjoni prattika

(54)     Esportatur eliġibbli jista’ japplika għal ammont ta’ rifużjoni li jiġi kkalkulat bħala perċentwal tal-valur FOB tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Ir-rati ta’ rifużjoni ġew stabbiliti mill-GTI għal numru ta’ prodotti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Huma jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-kwantità jew il-valur medji tal-materjali użati bħala inputs fil-manifattura ta’ prodott u l-ammont medju tad-dazji mħallsa fuq l-inputs. Dawn huma applikabbli irrispettivament minn jekk fil-fatt ikunux tħallsu d-dazji tal-importazzjoni jew le. Ir-rata tad-DDS għall-prodott ikkonċernat matul il-PIR kienet ta’ 5.5% tal-valur FOB, soġġetta għal limitu massimu ta’ 5.5 INR/kg.

(55)     Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, kumpanija trid tesporta. Fil-mument meta d-dettalji tal-konsenja jiddaħħlu fis-server tad-Dwana (ICEGATE), ikun indikat li l-esportazzjoni tkun qiegħda ssir taħt id-DDS u l-ammont tad-DDS jiġi stabbilit b’mod irrevokabbli. Wara li l-kumpanija tal-konsenja tkun ippreżentat il-Manifest Ġenerali tal-Esportazzjoni (EGM) u l-uffiċċju tad-Dwana jkun qabbel b’mod sodisfaċenti dak id-dokument mad-dejta fil-polza tal-konsenja, ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha sabiex jiġi awtorizzat il-ħlas tal-ammont ta’ rifużjoni jew permezz ta’ ħlas dirett fil-kont bankarju tal-esportatur jew permezz ta’ draft.

(56)     L-esportatur irid jipproduċi wkoll evidenza tar-realizzazzjoni tar-rikavat tal-esportazzjoni permezz ta’ Ċertifikat ta’ Realizzazzjoni Bankarja (BRC). Dan id-dokument jista’ jiġi pprovdut wara li jkun tħallas l-ammont ta’ rifużjoni iżda l-GTI se jirkupra l-ammont imħallas jekk l-esportatur jonqos milli jissottometti l-BRC fi żmien raġonevoli.

(57)     L-ammont ta’ rifużjoni jista’ jintuża għal kwalunkwe għan.

(58)     Instab li skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, l-ammont ta’ rifużjoni tad-dazji jista’ jitniżżel fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet kummerċjali, mat-twettiq tal-obbligu ta’ esportazzjoni.

(59)     Il-kumpaniji fil-kampjun instab li kienu qegħdin jużaw id-DDS matul l-aħħar kwart tal-PIR..

(28) Konklużjoni dwar id-DDS

(60)     Id-DDS tipprovdi sussidji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Ammont ta’ rifużjoni tad-dazji huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI. Barra minn hekk, l-ammont ta’ rifużjoni tad-dazji jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu.

(61)     Barra dan, id-DDS hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(62)     Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ rifużjoni tad-dazji jew sistema sostituta ta’ rifużjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija ma tikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I punt (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni ta’ sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku.

(63)     Ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta’ dazji tal-importazzjoni fis-sens tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tad-DDS irrispettivament minn jekk jimportax inputs. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċement jesporta prodotti mingħajr ma juri li kien importat xi materjal ta’ input. Għalhekk, anki esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportawx prodotti li jistgħu jintużaw bħala inputs, xorta huma intitolati li jibbenefikaw mid-DDS.

(64)     Dan huwa kkonfermat miċ-ċirkulari tal-GTI Nru 24/2001 li tgħid b’mod ċar li "[ir-rati ta’ rifużjoni tad-dazju] ma għandhom l-ebda relazzjoni mal-mudell attwali tal-konsum tal-inputs u l-inċidenza attwali sofruta fuq l-inputs ta’ esportatur partikolari jew konsenji individwali […]" u tordna lill-awtoritajiet reġjonali li "ma għandha ssir l-ebda insistenza fuq l-evidenza tad-dazji attwali sofruti fuq in-natura importata jew indiġena tal-inputs […] mill-formazzjonijiet tal-kamp flimkien mat-[talba ta’ rifużjoni] imressqa mill-esportaturi".

(65)     Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li d-DDS hija kumpensabbli.

(29) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(66)     Skont l-Artikoli 3(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidji kumpensabbli ġie kkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni. F’dan ir-rigward, il-benefiċċju tqies li jingħata lill-benefiċjarju fil-mument meta ssir tranżazzjoni tal-esportazzjoni skont din l-iskema. F’dan il-mument il-GTI jkun obbligat li jħallas l-ammont ta’ rifużjoni, xi ħaġa li tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, fost ħwejjeġ oħra, l-ammont ta’ rifużjoni li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa meqjus xieraq li l-benefiċċju skont id-DDS jiġi valutat bħala t-total tal-ammonti ta’ rifużjoni miksuba fuq it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li jkunu saru taħt din l-iskema matul il-PI.

(67)     Fejn saru talbiet ġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu sabiex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti stabbiliti b’dan il-mod sabiex jinkisbu l-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dawn l-ammonti ta’ sussidju ġew allokati fuq il-fatturat totali tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(68)     Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tas-sussidju stabbiliti fir-rigward ta’ din l-iskema għall-kumpaniji kkonċernati inklużi fil-kampjun kienu jammontaw għal 1.65% u 1.32%, rispettivament

L-Iskema tas-Suq Iffokat (FMS)

(30) Bażi legali

(69)     Id-deskrizzjoni dettaljata tal-FMS tinsab fil-paragrafu 3.14 tal-FTP 09-14 u fil-paragrafu 3.8 tal-HOP I 09-14.

(31) Eliġibbiltà

(70)     Kwalunkwe manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

(32)       Implimentazzjoni prattika

(71)     Taħt din l-iskema l-esportazzjonijiet tal-prodotti kollha lejn il-pajjiżi nnotifikati skont it-tabelli 1 u 2 tal-Appendiċi 37(C) tal-HOP I 09-14 huma intitolati għal kreditu ta’ dazju ekwivalenti għal 3% tal-valur FOB. Mill-1 ta’ April 2011, l-esportazzjonijiet tal-prodotti kollha lejn il-pajjiżi nnotifikati skont it-tabella 3 tal-Appendiċi 37(C) ('Swieq ta’ Fokus Speċjali') huma intitolati għal kreditu ta’ dazju ekwivalenti għal 4% tal-valur FOB. Ċerti tipi ta’ attivitajiet tal-esportazzjoni huma esklużi mill-iskema, eż. l-esportazzjonijiet ta’ prodotti importati jew prodotti trasbordati, meqjusa bħala esportazzjonijiet, esportazzjonijiet ta’ servizzi u l-fatturat tal-esportazzjoni ta’ unitajiet li joperaw taħt żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni. Ċerti tipi ta’ prodotti huma esklużi wkoll mill-iskema, eż. djamanti, metalli prezzjużi, minerali, ċereali, zokkor u prodotti taż-żejt mhux maħdum.

(72)     Il-krediti ta’ dazju skont il-FMS huma trasferibbli liberament u huma validi għal perjodu ta’ 24 xahar mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ intitolament għall-kreditu rilevanti. Huma jistgħu jintużaw għall-ħlas tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet sussegwenti ta’ kwalunkwe input jew prodotti, inklużi prodotti kapitali.

(73)     Iċ-ċertifikat ta’ intitolament għall-kreditu jinħareġ mill-port minn fejn ikunu saru l-esportazzjonijiet u wara r-realizzazzjoni tal-esportazzonijiet jew wara li jintbagħtu l-prodotti. Sakemm l-applikant jipprovdi lill-awtoritajiet kopji tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha tal-esportazzjoni (eż. ordni ta’ esportazzjoni, fatturi, poloz tat-tagħbija, ċertifikati ta’ realizzazzjoni bankarja), il-GTI ma għandu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti ta’ dazju.

(74)     Instab li l-kumpaniji fil-kampjun użaw din l-iskema matul il-PIR.

(33) Konklużjoni dwar il-FMS

(75)     L-FMS tipprovdi sussidji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta’ dazju tal-FMS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu eventwalment jintuża biex ipaċi d-dazji tal-importazzjoni, u b’hekk inaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li kieku kien irid jitħallas. Barra minn hekk, il-kreditu ta’ dazju tal-FMS jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu.

(76)     Barra dan, l-FMS hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(77)     Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ rifużjoni tad-dazji jew sistema sostituta ta’ rifużjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija ma tikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I punt (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni ta’ sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Esportatur m’għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma l-prodotti importati mingħajr dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont ta’ kreditu ma jiġix ikkalkulat b’rabta mal-inputs li fil-fatt jintużaw. Ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta’ dazji tal-importazzjoni fis-sens tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tal-FMS irrispettivament minn jekk jimpurtax inputs jew le. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċement jesporta prodotti mingħajr ma juri li kien importat xi materjal ta’ input. Għalhekk, anki esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw l-ebda prodotti li jistgħu jintużaw bħala inputs, xorta huma intitolati li jibbenefikaw mill-FMS. Barra minn hekk, esportatur jista’ juża l-krediti ta’ dazju tal-FMS biex jimporta prodotti kapitali għalkemm il-prodotti kapitali mhumiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistemi permissibbli ta’ rifużjoni tad-dazji, kif stabbilit fl-Anness I punt (i) tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(34) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(78)     L-ammont tas-sussidji kumpensabbli ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PIR kif imniżżel mill-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fl-istadju tat-tranżazzjoni tal-esportazzjoni. Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) ġie allokat fuq il-fatturat tal-esportazzjoni matul il-PIR bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(79)     Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-kumpaniji kkonċernati inklużi fil-kampjun kienet tammonta rispettivament għal 0.19% u 0.87%.

Iċ-Ċertifikat tal-Inċentivi għad-Detenturi tal-Istatus (SHIS)

(35) Bażi legali

(80)     Id-deskrizzjoni dettaljata ta’ SHIS tinsab fil-kapitolu 3.16 tal-FTP 09-14 u fil-paragrafu 3.10 tal-HOP I 09-14. Id-deskrizzjoni dettaljata tal-kategoriji tal-Istatus tinsab fil-paragrafi 3.10.1 sa 3.10.4 tal-FTP 09-14 u fil-paragrafi 3.1 sa 3.5 tal-HOP I 09-14.

(36) Eliġibbiltà

(81)     Il-manifatturi-esportaturi jew in-negozjanti-esportaturi rikonoxxuti bħala hekk imsejħa detenturi tal-Istatus huma eliġibbli għal din l-iskema.

(37) Implimentazzjoni prattika

(82)     L-esportaturi negozjanti kif ukoll manifatturi huma eliġibbli għall-Istatus. Skont il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tagħhom matul is-sena kurrenti flimkien ma’ numru ta’ snin preċedenti, l-applikanti jingħataw wieħed mill-istatusijiet li ġejjin: Export House, Star Export House, Trading House, Start Trading House, Premier Trading House.

(83)     Taħt l-SHIS, id-detenturi tal-istatus huma intitolati għal kreditu ta’ dazju ekwivalenti għal 1% tal-valur FOB tal-esportazzjonijiet fis-setturi speċifikati fil-paragrafu 3.16.4 tal-FTP 09-14 jiġifieri ġilda (bl-esklużjoni tal-ġilda lesta), is-settur tat-tessuti u tal-ġuta, l-artiġjanat, is-settur tal-inġinerija (bl-esklużjoni ta’ xi sottosetturi), il-plastik u kimiki bażiċi (bl-esklużjoni tal-prodotti farmaċewtiċi). Il-prodott ikkonċernat, billi huwa tip ta’ plastik, huwa kopert mill-iskema.

(84)     Il-krediti ta’ dazju tal-SHIS mhumiex trasferibbli u jridu jintużaw biex jitħallas id-dazju fuq l-importazzjoni ta’ prodotti kapitali użati għall-manifattura ta’ prodotti li jaqgħu taħt wieħed mis-setturi koperti.

(85)     Jekk esportatur ikun uża EPCG ta’ Dazju Żero matul sena, huwa ma jkunx eliġibbli għal SHIS għall-esportazzjonijiet li jsiru f’dik is-sena.

(86)     L-iskema ddaħħlet fl-2009 għall-esportazzjonijiet magħmula matul is-snin 2009-2010 u 2010-2011 u minn dak iż-żmien ġiet estiża fuq bażi annwali. L-aħħar estensjoni (cfr. in-notifika Nru 07/2012 – Dwana datata 9 ta’ Marzu 2012) tawlet il-validità tal-iskema sal-31 ta’ Marzu 2013.

(87)     Instab li skont l-istandards Indjani tal-kontabilità, il-kreditu ta’ dazju tal-SHIS jista’ jitniżżel fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet kummerċjali, wara li jiġi ssodisfat l-obbligu ta’ esportazzjoni.

(88)     L-investigazzjoni żvelat li kumpanija waħda fil-kampjun użat din l-iskema matul il-PIR filwaqt li l-oħra ma kinitx eliġibbli b’riżultat tad-dispożizzjoni deskritta fil-premessa (90).

(38) Konklużjoni dwar l-SHIS

(89)     L-SHIS tipprovdi sussidji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta’ dazju tal-SHIS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu eventwalment jintuża biex ipaċi d-dazji tal-importazzjoni, u b’hekk inaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li kieku kien irid jitħallas. Barra minn hekk, il-kreditu ta’ dazju tal-SHIS jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li jtejjeb il-likwidità tiegħu.

(90)     Barra dan, l-SHIS hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(91)     Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ rifużjoni tad-dazji jew sistema sostituta ta’ rifużjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija ma tikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I punt (i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni ta’ sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Il-kreditu ta’ dazju eventwalment jintuża biex jitħallsu d-dazji fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti kapitali li ma jkunux koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rifużjoni tad-dazju permissibbli kif stabbilit fl-Anness I punt (i) tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(39) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(92)     L-ammont tas-sussidji kumpensabbli ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarju, li nstab li jeżisti matul il-PIR, kif imniżżel mill-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fl-istadju tat-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni. Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) ġie allokat fuq il-fatturat tal-esportazzjoni matul il-PIR bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(93)     Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-unika kumpanija fil-kampjun li użat dik l-iskema kienet tammonta għal 1%.

L-Iskema ta’ Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti Kapitali (‘EPCGS’)

(40) Bażi legali

(94)     Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-kapitolu 5 tal-FTP 09-14 kif ukoll fil-kapitolu 5 tal-HOP I 09-14.

(41) Eliġibbiltà

(95)     Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi ta’ appoġġ u l-fornituri ta’ servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema.

(42) Implimentazzjoni prattika

(96)     Bil-kundizzjoni ta’ obbligu tal-esportazzjoni, kumpanija hija permessa li timporta prodotti kapitali (prodotti kapitali ġodda jew użati li ma għandhomx aktar minn 10 snin) b’rata ta’ dazju mnaqqsa. Għal dan il-għan, il-GTI joħroġ liċenzja tal-EPCGS, wara applikazzjoni u l-ħlas ta’ tariffa. L-iskema tipprovdi għal rata ta’ dazju mnaqqsa ta’ 3% fuq l-importazzjoni, applikabbli għall-prodotti kapitali kollha importati taħt din l-iskema. Sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu tal-esportazzjoni, il-prodotti kapitali importati jridu jintużaw biex jiġi prodott ċertu ammont ta’ prodotti għall-esportazzjoni matul perjodu partikolari. Skont l-FTP 09-14 il-prodotti kapitali jistgħu jiġu importati b’rata ta’ dazju ta’ 0% taħt l-EPCGS iżda f’dan il-każ, il-perjodu taż-żmien għat-twettiq tal-obbligu ta’ esportazzjoni jkun iqsar.

(97)     Id-detentur ta’ liċenzja tal-EPCGS jista’ jakkwista wkoll il-prodotti kapitali lokalment. F’każ bħal dan, il-manifattur lokali tal-prodotti kapitali jista’ juża l-benefiċċju għall-importazzjoni mingħajr dazju, tal-komponenti meħtieġa għall-manifattura ta’ dawk il-prodotti kapitali. Inkella, il-manifattur lokali jista’ jitlob il-benefiċċju ta’ esportazzjoni meqjusa fir-rigward tal-provvista ta’ prodotti kapitali lil detentur ta’ liċenzja tal-EPCGS.

(43) Konklużjoni dwar l-EPCGS

(98)     L-EPCGS tipprovdi sussidji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, minħabba li din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazji tal-GTI li kieku kienu jkunu dovuti. Barra minn hekk, it-tnaqqis fid-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li d-dazji ffrankati mal-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpanija.

(99)     Barra dan, l-EPCGS hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta’ esportazzjoni. Għalhekk hija meqjusa speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

(100)   L-EPCGS ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ rifużjoni tad-dazji jew sistema sostituta ta’ rifużjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-prodotti kapitali mhumiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn is-sistemi permissibbli, kif stipulat fl-Anness I punt (i), tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(44) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(101)   L-ammont ta’ sussidju ġie kkalkulat, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq prodotti kapitali importati mifruxa fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu normali ta’ deprezzament ta’ dawn il-prodotti kapitali fl-industrija kkonċernata. L-ammont ikkalkulat b’dan il-mod, li huwa attribwibbli lill-PIR, kien aġġustat billi żdied l-imgħax matul dan il-perjodu sabiex jirrifletti l-valur sħiħ tal-benefiċċju maż-żmien. Ir-rata kummerċjali tal-imgħax matul il-perjodu tal-investigazzjoni fl-Indja kienet meqjusa xierqa għal dan il-għan. Fejn saru talbiet ġustifikati, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu sabiex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku.

(102)   Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat xieraq tal-esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq minħabba li s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(103)   Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-kumpaniji kkonċernati inklużi fil-kampjun kienet tammonta rispettivament għal 0.55% u 0.56%.

L-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem ('AAS')

(104)   Instab li kumpanija waħda biss fil-kampjun użat din l-iskema matul il-PIR. Madankollu, l-investigazzjoni stabbiliet li l-benefiċċju miksub mill-kumpanija ma kienx sinifikanti u għalhekk l-AAS ma ġietx analizzata aktar.

L-Iskema ta’ Inċentivi tal-Bengal tal-Punent 1999 ('WBIS 1999')

(45)       Bażi legali

(105)   Id-deskrizzjoni dettaljata ta’ din l-iskema kif applikata mill-Gvern tal-Bengal tal-Punent ('GOWB') hija ppreżentata fin-Notifika Nru 580-CI/H tat-22 ta’ Ġunju 1999 tad-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Industrija tal-GOWB.

(46) Eliġibbiltà

(106)   Il-kumpaniji li jwaqqfu stabbiliment industrijali ġdid jew li jagħmlu espansjoni fuq skala kbira ta’ stabbiliment industrijali eżistenti f’żoni inqas żviluppati huma eliġibbli biex jużaw benefiċċji taħt din l-iskema. Madankollu, teżisti lista eżawrjenti ta’ industriji mhux eliġibbli (lista negattiva ta’ industriji) li timpedixxi kumpaniji f’ċerti oqsma tal-operazzjonijiet milli jibbenefikaw mill-inċentivi.

(47) Implimentazzjoni prattika

(107)   L-Istat tal-Bengal tal-Punent jagħti lill-kumpaniji industrijali eliġibbli inċentivi fil-forma ta’ numru ta’ benefiċċji, inkluża eżenzjoni mit-taxxa ċentrali fuq il-bejgħ ('CST') u ħelsien mit-taxxa fuq il-valur miżjud ('CENVAT') fuq il-bejgħ ta’ prodotti lesti, sabiex jinkoraġġixxi l-iżvilupp industrijali ta’ żoni ekonomikament inqas żviluppati f’dan l-Istat.

(108)   Taħt din l-iskema, il-kumpaniji jridu jinvestu f’żoni li għadhom mhux żviluppati. Dawn iż-żoni, li jirrappreżentaw ċerti unitajiet territorjali fil-Bengal tal-Punent huma kklassifikati f’kategoriji differenti skont l-iżvilupp ekonomiku tagħhom filwaqt li fl-istess ħin hemm żoni żviluppati esklużi mill-applikazzjoni tal-iskemi ta’ inċentivi. Il-kriterji prinċipali biex jiġi stabbilit l-ammont tal-inċentivi huma d-daqs tal-investiment u ż-żona fejn tinsab jew fejn se tkun qiegħda l-intrapriża.

(109)   Instab li kumpanija waħda fil-kampjun użat din l-iskema matul il-PIR.

(48) Konklużjoni

(110)   Din l-iskema tipprovdi sussidji fis-sens tal-Artikoli 3(1)(a)(ii) u 3(2) tar-Regolament bażiku. Hija tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Bengal tal-Punent, billi l-inċentivi mogħtija, fl-eżenzjoni preżenti mis-CST u l-ħelsien mis-CENVAT fuq il-bejgħ ta’ prodotti lesti, inaqqsu d-dħul mit-taxxa li kien ikun dovut. Barra minn hekk, dawn l-inċentivi jagħtu lil kumpanija benefiċċju, billi jtejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha billi ma jitħallsux taxxi li kienu jkunu dovuti.

(111)   Barra dan, din l-iskema hija speċifika għar-reġjun fis-sens tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament bażiku billi hija disponibbli biss għal ċerti kumpaniji li investew f’ċerti żoni ġeografiċi indikati fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-Istat ikkonċernat. Mhijiex disponibbli għal kumpaniji li ma jinsabux f’dawn iż-żoni u, barra minn hekk, il-livell tal-benefiċċju huwa differenzjat skont iż-żona kkonċernata.

(112)   Il-WBIS 1999 għalhekk hija kumpensabbli.

(49) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(113)   L-ammont ta’ sussidju ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-ammont ta’ taxxa fuq il-bejgħ u s-CENVAT fuq il-bejgħ tal-prodotti lesti li normalment kien dovut matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni iżda li b’din l-iskema baqa’ ma tħallasx. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-bejgħ totali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni bħala denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju mhuwiex kontinġenti fuq l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Ir-rata tas-sussidju miksuba ammontat għal 1,36%.

Ammont ta’ sussidji kumpensabbli

(114)   L-ammont ta’ sussidji kumpensabbli skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kien 7.53% u 8.17%, rispettivament.

SKEMA || DEPB || DDS || FMS || SHIS || EPCGS || WBIS || Total

KUMPANIJA || % || % || % || % || % || % || %

Dhunseri Petrochem & Tea Limited || 3.78 || 1.65 || 0.19 || nil || 0.55 || 1.36 || 7.53

Reliance Industries Limited || 4.42 || 1.32 || 0.87 || 1.0 || 0.56 || Nil || 8.17

Konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar

(115)   Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ tkunx probabbli li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar.

(116)   Kif muri taħt il-premessi (26) sa (118) aktar ’il fuq, ġie stabbilit li matul il-PIR l-esportaturi Indjani tal-prodott ikkonċernat komplew jibbenefikaw minn sussidju kumpensabbli mill-awtoritajiet Indjani.

(117)   L-iskemi tas-sussidji jagħtu benefiċċji rikorrenti u ma hemm l-ebda indikazzjoni li dawn il-benefiċċji se jintemmu fil-futur prevedibbli. Barra minn hekk, kull esportatur huwa eliġibbli għal diversi programmi ta’ sussidju.

(118)   Ġie eżaminat ukoll jekk l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jsirux f’volumi sinifikanti jekk jitneħħew il-miżuri.

(119)   L-Indja hija produttur kbir tal-prodott ikkonċernat. Abbażi tad-dejta miġbura matul l-investigazzjoni, l-Indja kellha kapaċità ta’ produzzjoni ta’ madwar 700,000-900,000 tunnellata matul il-PIR u permezz tal-pjanijiet ta’ espansjoni il-kapaċità totali tal-pajjiż se tiżdied għal 1,600,000-1,800,000 tunnellata sal-2014. Bħala riżultat, l-eċċess ta’ kapaċità fuq id-domanda domestika huwa stmat li jilħaq madwar 600,000-700,000 tunnellata fl-2014, u jkun jirrappreżenta 21-25 % tal-konsum totali tal-Unjoni fil-PIR.

(120)   F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-produtturi Indjani tal-prodott ikkonċernat jiddependu ħafna fuq il-bejgħ tal-esportazzjoni u hemm il-probabbiltà li l-volumi tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, li diġà kienu sinifikanti matul il-PIR, jiżdiedu jekk jitneħħew il-miżuri.

(121)   Produttur esportatur issottometta li l-kapaċità eċċessiva tonqos wara l-2014 u għalhekk is-sitwazzjoni tal-kapaċità eċċessiva se tkunu biss temporanja. Huwa nnotat li l-allegat tnaqqis tal-kapaċità eċċessiva wara l-2014 nstabet konformi mal-projezzjonijiet tar-rapport ta’ analiżi tas-suq. Għalhekk ġie konkluż li din is-sottomissjoni ma kinitx ta’ natura li timmodifika l-analiżi fir-rigward tal-iżvilupp ta’ kapaċitajiet żejda.

(122)   Wara l-iżvelar, produttur esportatur iddikjara illi l-kapaċitajiet żejda temporanju importanti kienu inevitabbli minħabba l-fatt li il-kapaċità tal-produzzjoni ġeneralment tiżdied biss f’żidiet kbar minħabba d-daqs minimu ta’ impjanti moderni PET. Bi tweġiba għal dan ta’ min jinnota li matul il-PIR u s-sena ta’ wara, saru est estensjonijiet fil-kapaċità tal-produzzjoni fil-medda ta’ mill-inqas 150,000 ruħ sa 200,000 tunnellata. Isegwi li r-raġunament invokat waħdu ma jistax jiġġustifika l-kapaċità żejda disponibbli għall-esportazzjonijiet ikkwotati fil-premessa (125). Fi kwalunkwe każ, f’dan il-kuntest, il-kawża ta’ kapaċità żejda disponibbli għall-esportazzjonijiet hija irrilevanti. B’hekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(123)   Xi partijiet indikaw li l-kapaċità żejda disponibbli għall-esportazzjonijiet li qed tiżviluppa fl-Indja tista’ tkun assorbita wkoll minn pajjiżi terzi oħra u li għalhekk il-kapaċità żejda disponibbli għall-esportazzjonijiet kif ikkalkulatha mill-Kummissjoni ma kinitx valutata b’mod xieraq. Ma kien assunt bl-ebda mod li l-intier tal-kapaċità eċċessiva disponibbli għall-esportazzjonijiet se tkun diretta lejn l-Unjoni. Għalhekk it-talba kienet rifjutata.

(124)   Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar.

D. DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(125)   Il-prodott simili huwa mmanifatturat minn 13-il produttur magħruf fl-Unjoni. Dawn jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku u minn hawn ’il quddiem se ssir referenza għalihom bħala 'l-industrija tal-Unjoni'.

(126)   Tnax-il produttur magħruf tal-Unjoni, rappreżentati mill-ilmentatur fil-każ preżenti, ikkooperaw u appoġġjaw l-investigazzjoni. Produttur magħruf ieħor tal-Unjoni ma kkooperax fir-reviżjoni preżenti.

(127)   L-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-tweġibiet għall-kwestjonarju, l-Eurostat u t-talba għar-reviżjoni, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-PIR.

(128)   Is-suq tal-Unjoni għall-PET huwa kkaratterizzat minn numru relattivament għoli ta’ produtturi, li ġeneralment jappartjenu għal gruppi akbar bil-kwartieri ġenerali barra mill-Unjoni. Bejn l-2000 u l-2012, l-industrija tal-PET tal-Unjoni għaddiet minn diversi tranżizzjonijiet. Is-suq qiegħed fi proċess ta’ konsolidament b’numru ta’ akkwiżizzjonijiet u għeluq riċenti. Qed ikomplu jiġu żviluppati prodotti ġodda, bħal PET riċiklat u PET bijoloġiku, bi spinoff relattivament riċenti tal-industrija tar-riċiklaġġ.

(129)   Wara l-iżvelar xi partijiet argumentaw li d-deskrizzjoni tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx eżatta minħabba li ħames produtturi kienu fil-fatt jappartjenu għal grupp transnazzjonali kbir wieħed u tliet produtturi oħra kienu relatati mal-kumpaniji tal-ippakkettjar tal-PET. L-ebda waħda minn dawn il-fatti ma tikkontradixxi d-deskrizzjoni mogħtija fil-premessa (134) li tistqarr espliċitament li l-produtturi tal-Unjoni normalment jappartjenu għal gruppi ikbar milli kif iddivulgat. L-impatt ta’ din il-konċentrazzjoni hija indirizzata fil-premessa (207) hawn taħt. L-istima tal-impatt ta’ suq magħluq hija analizzata fil-premessi (202) sa (204) hawn taħt.

(130)   Kif indikat hawn fuq, minħabba n-numru relattivament kbir ta’ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, intgħażel kampjun ta’ erba’ produtturi tal-Unjoni, li kien jirrappreżenta ’l fuq minn 50% tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili fil-PIR.

E. SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI

Il-konsum tal-Unjoni

(131)   Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, id-dejta dwar il-volumi tal-importazzjoni miksuba mill-Eurostat u, fir-rigward tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax, minn stimi bbażati fuq it-talba għal reviżjoni.

(132)   Wara żieda inizjali fl-2009 u fl-2010, il-konsum wera tnaqqis żgħir ta’ 2% fil-PIR meta mqabbel mal-2008, biex laħaq 2,802 miljun tunnellata fil-PIR.

Tabella 1

Konsum

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Volum (tunnellati) || || || ||

Konsum || 2,868,775 || 2,934,283 || 2,919,404 || 2,802,066

Indiċi || 100 || 102 || 102 || 98

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, l-Eurostat u t-talba għal reviżjoni ||

Il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja

(133)   Minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu b’aktar mid-doppju matul il-perjodu kkunsidrat, minn 46,313-il tunnellata fl-2008 għal 96,678 tunnellata fil-PIR.

(134)   Is-sehem mis-suq, tal-Indja, għalhekk żdied minn 1.6% fl-2008 għal 3.5% fil-PIR, biex laħaq livell konsiderevolment ogħla mis-sehem tas-suq stabbilit fl-aħħar reviżjoni ta’ skadenza (0.3%).

(135)   Il-prezz medju kien ta’ 1,285 EUR/tunnellata fil-PIR. Dan jirrifletti żieda ta’ 22% fil-prezz matul il-perjodu ikkunsidrat, li nkisbet fil-PIR wara tnaqqis inizjali ta’ 21% fl-2009.

Tabella 2

Importazzjonijiet mill-Indja

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) || 46,313 || 44,482 || 83,691 || 96,678

Indiċi (2008=100) || 100 || 96 || 181 || 209

Prezz medju || 1,054 || 834 || 1,031 || 1,285

Indiċi (2008=100) || 100 || 79 || 98 || 122

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet || 1.6% || 1.5% || 2.9% || 3.5%

Sors: Eurostat

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(50) Importazzjonijiet mit-Tajlandja, it-Tajwan, il-Malasja, l-Indoneżja

(136)   Kif issemma aktar ’il fuq, saret reviżjoni ta’ skadenza anti-dumping rigward l-importazzjonijiet mill-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja b’mod parallel mal-investigazzjoni preżenti.

(137)   Importazzjonijiet mill-Indonesja, mill-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja żdiedu b’aktar minn 56 % matul il-perjodu kkunsidrat minkejja li kien hemm tnaqqis ta’ 59 % sal-2010. Madankollu, il-volumi totali ta’ importazzjoni baqgħu taħt il-livell de minimis.

(138)   Is-sehem mis-suq rispettiv għalhekk żdied minn 0.7% fl-2008 għal 1.1% fil-PIR.

(139)   Il-prezz medju kien 1,310/EUR/tunnellata fil-PIR, 1.5% inqas mill-prezz unitarju medju tal-industrija tal-Unjoni. Dan jirrifletti żieda ta’ 27% fil-prezz matul il-perjodu ikkunsidrat, li nkisbet fil-PIR wara tnaqqis inizjali ta’ 18% fl-2009.

Tabella 3

Importazzjonijiet mill-Indoneżja, il-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Volum tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja, il-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja (tunnellati) || 19,078 || 12,127 || 7,762 || 29,836

Indiċi (2008 = 100) || 100 || 64 || 41 || 156

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja, il-Malasja, it-Tajwan u t-Tajlandja || 0.7% || 0.4% || 0.3% || 1.1%

Indiċi (2008 = 100) || 100 || 62 || 40 || 160

Prezz tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata) || 1,030 || 843 || 1,055 || 1,310

Indiċi (2008 = 100) || 100 || 82 || 102 || 127

Sors: Eurostat

(51) Importazzjonijiet miċ-Ċina, l-Emirati Arab Magħquda (l-UAE), l-Iran u l-Pakistan

(140)   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi b’miżuri fis-seħħ anti-dumping naqsu b’69% matul il-perjodu kkunsidrat wara żieda ta’ 49% fl-2009. Kien biss importazzjonijiet miċ-Ċina li baqgħu stabbli.

(141)   Is-sehem mis-suq tal-pajjiżi inkwistjoni naqas minn 8.2% fl-2008 għal 2.6% fil-PIR, inkluż prinċipalment l-UAE (1.7% fil-PIR) u ċ-Ċina (0.6% fil-PIR).

(142)   Il-prezz medju kien 1,258 EUR/tunnellata fil-PIR, 5.5% anqas mill-prezz unitarju medju tal-industrija tal-Unjoni. Dan jirrifletti żieda ta’ 24% fuq il-perjodu kkunsidrat li nkisbet fil-PIR wara tnaqqis inizjali ta’ 22% fl-2009.

Tabella 4

Importazzjonijiet miċ-Ċina, l-UAE, l-Iran u l-Pakistan

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, l-UAE, l-Iran u l-Pakistan (tunnellati) || 235,913 || 351,798 || 188,776 || 72,054

Indiċi (2008 = 100) || 100 || 149 || 80 || 31

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, l-UAE, l-Iran u l-Pakistan || 8.2% || 12.0% || 6.5% || 2.6%

Indiċi (2008 = 100) || 100 || 146 || 79 || 31

Prezz tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata) || 1,016 || 789 || 949 || 1,258

Indiċi (2008 = 100) || 100 || 78 || 93 || 124

Sors: Eurostat || || || ||

(52) Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra mingħajr l-ebda miżuri

(143)   Volumi ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra mingħajr ebda miżuri inklużi l-Oman, il-Korea t’Isfel, ir-Russja, il-Messiku u l-Arabja Sawdija żdiedu b’59 % matul il-perjodu kkunsidrat, wara żieda ta’ 71 % fl-2009. Bejn l-2009 u l-PIR, l-Oman sar l-akbar pajjiż esportatur fl-Unjoni.

(144)   Is-sehem mis-suq tal-pajjiżi inkwistjoni żdied minn 9.7% fl-2008 għal 15.8% fil-PIR, l-aktar minħabba ż-żieda ta’ 4.3% fl-importazzjonijiet mill-Oman. Is-sehem mis-suq tal-Korea ta’ Isfel fil-PIR kien ta’ 4%, 5% aktar baxx mill-ogħla livell tagħha li laħqet fl-2009.

(145)   Il-prezz medju kien jammonta għal 1,273 EUR/tunnellata, 4.3% anqas mill-prezz unitarju medju tal-industrija tal-Unjoni. Dan jirrifletti żieda ta’ 10 % matul il-perjodu meqjus li inkisbet fl-2010 u fil-PIR wara tnaqqis inizjali ta’ 24% fl-2009. Il-prezz medju ta’ importazzjonijiet mill-Oman kien ta’ 1.310 EUR/tunnellata fil-PIR, 1.5 % taħt il-prezz medju tal-unità tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-Korea ta’ Isfel kien 1,294 EUR/tunnellata, 2.7% anqas mill-prezz unitarju medju tal-industrija tal-Unjoni.

Tabella 5

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (tunnellati) || 279,188 || 478,570 || 469,753 || 442,692

Indiċi (2008 = 100) || 100 || 171 || 168 || 159

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra || 9.7% || 16.3% || 16.1% || 15.8%

Indiċi (2008 = 100) || 100 || 168 || 165 || 162

Prezz tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata) || 1,156 || 879 || 997 || 1,273

Indiċi (2008 = 100) || 100 || 76 || 86 || 110

Esportaturi prinċipali (tunnellati)

L-Oman || 0 || 52,632 || 95,646 || 120,286

Il-Korea ta’ Isfel || 177,341 || 254,451 || 183,801 || 114,346

Ir-Russja || 546 || 546 || 3 || 50,427

Il-Messiku || 2,650 || 1,879 || 29,039 || 29,409

L-Arabja Sawdija || 230 || 20,454 || 50,108 || 24,756

Oħrajn || 98,422 || 148,609 || 111,156 || 103,468

Sors: Eurostat

Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(146)   Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku ġew eżaminati l-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(147)   Għall-finijiet tal-analiżi tad-dannu, l-indikaturi tad-dannu ġew stabbiliti fiż-żewġ livelli li ġejjin:

– l-indikaturi makro-ekonomiċi (produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni, użu tal-kapaċità, volum tal-bejgħ, sehem mis-suq, tkabbir, impjiegi, produttività, daqs tal-marġini ta’ sussidju u rkupru mill-effetti ta’ sussidjar preċedenti) kienu valutati fil-livell tal-produzzjoni sħiħa tal-Unjoni għall-produtturi kollha tal-Unjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-industrija tal-Unjoni, it-talba għal reviżjoni kif ukoll statistiki disponibbli pubblikament;

– l-indikaturi mikro-ekonomiċi (ħażniet, prezzijiet medji tal-unità, pagi, profittabilità, redditu fuq l-investimenti, fluss tal-flus, ħila ta’ tkabbir tal-kapital u investimenti) twettqu għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fuq il-bażi tal-informazzjoni li ssottomettew.

(148)   Wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun iddivesta waħda mill-faċilitajiet tiegħu ta’ produzzjoni f’Ġunju 2010. Din tal-aħħar ġiet akkwistata minn produttur ieħor tal-Unjoni. Billi l-analiżi tal-indikaturi makro-ekonomiċi hija bbażata fuq id-dejta miġbura mill-produtturi kollha tal-Unjoni, iċ-ċessjoni ma kellha l-ebda impatt fuq il-kamp ta’ applikazzjoni jew l-indikaturi individwali tal-analiżi tad-dannu.

(149)   Bħala punt preliminari għall-analiżi għandu jiġi spjegat li ċerti avvenimenti ekonomiċi globali lejn l-aħħar tal-2010 u fil-bidu tal-2011 kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari fuq il-prezzijiet u l-volumi tal-bejgħ tal-prodott simili. F’dan il-perjodu naqset il-provvista tal-qoton li wassal għal żieda fid-domanda għall-fibra tal-poliester fis-suq Asjatiku. Il-PET u l-fibra tal-poliester huma fil-biċċa l-kbira dipendenti upstream fuq l-istess materja prima, jiġifieri l-aċidu teraftaliku purifikat (PTA). Iż-żieda fid-domanda għall-fibra tal-poliester wasslet għal provvista insuffiċjenti ta’ PTA, li għolliet il-prezzijiet tal-PET. Billi l-produtturi tal-PET fil-Lvant Nofsani jiddependu wkoll fuq PTA mill-Asja, dan ikkaġuna tnaqqis f’daqqa fl-importazzjonijiet tal-PET fl-Unjoni. Fl-istess ħin, il-fornituri prinċipali tal-PTA fl-Unjoni ddikjaraw 'force majeure' li rriżultat f’restrizzjonijiet addizzjonali tal-produzzjoni domestika tal-PET.

Kummenti tal-partijiet

(150)   Xi partijiet ikkontestaw il-validità tal-analiżi tad-dannu minħabba li din kienet ibbażata fuq informazzjoni defiċjenti, li min-naħa tagħha affettwat ukoll id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati. B’mod partikolari, tqajmu l-argumenti msemmija hawn isfel.

(151)   Xi partijiet sostnew li l-informazzjoni miġbura mill-produtturi tal-Unjoni ma kinitx tikkonforma mal-istruzzjonijiet għall-mili tal-kwestjonarju, li kienu jitolbu li d-dejta minn kumpaniji differenti ma tiġix aggregata. Għalhekk kien sostnut li l-informazzjoni miġbura ma kinitx preċiża minħabba li ċ-ċifri rrappurtati kienu aggregati għal kull entità fil-kampjun. Għandu jiġi nnotat li l-informazzjoni kienet debitament miġbura u vverifikata fuq il-post. L-informazzjoni miġbura nstabet li tipprovdi stampa suffiċjentement preċiża tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk l-affermazzjoni msemmija hawn fuq kellha tiġi rifjutata. Wara l-iżvelar il-partijiet tennew it-talba tagħhom. Ebda argument jew evidenza ġodda ma ġew preżentati. l-istess partijiet tennew it-talba tagħhom li d-dejta pprovduta minn kumpanija waħda fil-kampjun ma kinux kompluti peress li ma kellhiex x’taqsam l-grupp kollu iżda magħżula entità fil-grupp. Dan il-kumment ġie indirizzat fl-istadju tat-teħid ta’ kampjuni kif spjegat fil-premessa (18) hawn fuq.

(152)   L-istess partijiet argumentaw li l-Kummissjoni ppruvat tirranġa l-allegati insuffiċjenzi tal-informazzjoni miġbura billi bagħtet kwestjonarji addizzjonali. F’dan ir-rigward għandu jiġi ċċarat li l-Kummissjoni fil-fatt bagħtet kwestjonarji addizzjonali, iżda indirizzathom biss lill-produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun sabiex tiġbor informazzjoni dwar l-indikaturi makro-ekonomiċi rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu u għalhekk dan sar biex tiġi supplimentata l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Wara l-iżvelar xi partijiet tennew l-istqarrija mingħajr ma ressqu xi argumenti ġodda jew ma ppreżentaw evidenza ġdida. L-affermazzjoni tal-partijiet għalhekk kellha tiġi rifjutata.

(153)   Barra minn hekk, l-istess partijiet sostnew ukoll li l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi fil-kampjun kienet kuntrarja għall-obbligi msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku minħabba li informazzjoni li ma kinitx ta’ natura kunfidenzjali kienet ġiet ipprovduta bħala informazzjoni kunfidenzjali u għalhekk kienet eskluża mill-fajl miftuħ. F’dan ir-rigward għandu jiġi nnotat li l-informazzjoni kienet ikklassifikata bħala limitata bi qbil mat-talba tal-parti li għamlet is-sottomissjoni. Fuq talba tal-partijiet, reġa’ ġie kkunsidrat l-istatus tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni ppreżentata u, fejn kien xieraq, l-informazzjoni reġgħet ġiet ikklassifikata bħala miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati wara approvazzjoni mill-kumpaniji kkonċernati. Anki din it-talba għalhekk ġiet miċħuda.

Indikaturi makro-ekonomiċi

(53) Il-produzzjoni

(154)   Bi qbil mat-telf fis-sehem tas-suq mill-industrija tal-Unjoni (diskuss fil-premessa aktar ’l isfel) il-produzzjoni tal-Unjoni naqset bi 11% bejn l-2008 u l-PIR. It-tnaqqis fil-produzzjoni tal-Unjoni kien interrott biss fl-2010 meta din żdiedet meta mqabbla mal-2009 iżda xorta baqgħet 4% inqas mil-livell tagħha fl-2008. Hija kompliet tonqos fil-PIR.

Tabella 6

Produzzjoni totali tal-Unjoni

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Produzzjoni (tunnellati) || 2,327,169 || 2,107,792 || 2,239,313 || 2,068,717

Indiċi (2008=100) || 100 || 91 || 96 || 89

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, talba għal reviżjoni || ||

(54) Kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(155)   Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 23% bejn l-2008 u l-PIR. Din ix-xejra hija relatata mal-għeluq ta’ diversi faċilitajiet tal-manifattura li kien paċut b’mod parzjali bil-ftuħ ta’ fabbriki ġodda.

(156)   L-użu tal-kapaċità żdied minn 75% fl-2008 għal 86% fil-PIR. Iż-żieda fl-użu tal-kapaċità trid titqies fil-kuntest tal-isforzi ta’ ristrutturar tal-industrija tal-Unjoni kif spjegati fil-premessa (134) aktar ’il fuq.

Tabella 7

Kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati) || 3,118,060 || 2,720,326 || 2,625,244 || 2,393,516

Indiċi || 100 || 87 || 84 || 77

Użu tal-kapaċità || 75% || 77% || 85% || 86%

Indiċi || 100 || 104 || 114 || 116

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, talba għal reviżjoni

(55) Volum tal-bejgħ

(157)   Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni segwa l-istess żvilupp bħall-produzzjoni, bi tnaqqis ta’ 6% matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 8

Bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Bejgħ (tunnellati) || 2,288,283 || 2,047,305 || 2,169,423 || 2,160,807

Indiċi || 100 || 89 || 95 || 94

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, talba għal reviżjoni

(56) Sehem mis-suq

(158)   Wara tnaqqis inizjali ta’ 13% fl-2009, l-industrija tal-Unjoni reġgħet kisbet parti mis-sehem tas-suq mitluf mill-UAE, il-Korea ta’ Isfel, l-Iran u l-Pakistan minkejja żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet mill-Indja, l-Oman u pajjiżi terzi oħra (ir-Russja, il-Messiku u l-Arabja Sawdija) matul l-istess perjodu. B’mod globali, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 3% matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 9

Sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni || 80% || 70% || 74% || 77%

Indiċi || 100 || 87 || 93 || 97

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, talba għar-reviżjoni u l-Eurostat

(57) Tkabbir

(159)   Is-suq staġna matul il-perjodu kkunsidrat. Ma kienx hemm tkabbir għall-industrija tal-Unjoni minn fejn tibbenefika, għall-kuntrarju, minkejja l-isforzi ta’ ristrutturar, l-industrija tal-Unjoni tilfet aktar sehem mis-suq għall-importazzjonijiet li kienu qegħdin jiżdiedu, b’mod partikolari mill-pajjiżi li ma kellhom l-ebda miżuri. It-tnaqqis żgħir fil-konsum matul il-PIR għandu jitqies fl-isfond tan-nuqqas temporanju tal-materja prima (PTA) fl-Unjoni kif ukoll fis-suq globali.

(58) Impjiegi u produttività

(160)   Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni wera tnaqqis ta’ 41% bejn l-2008 u l-PIR. Dan it-tnaqqis kien kostanti matul il-perjodu kkunsidrat, inkluż fl-2010 meta l-produzzjoni żdiedet (ara l-premessa aktar (160) aktar ’il fuq). Fid-dawl taż-żieda fil-produttività, dan it-tnaqqis huwa riflessjoni tal-isforzi ta’ ristrutturar minn numru ta’ produtturi tal-Unjoni.

(161)   Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala l-output (tunnellati) għal kull persuna fis-sena, żdiedet b’50% fil-perjodu kkunsidrat. Dan jirrifletti l-fatt li l-produzzjoni naqset b’pass aktar bil-mod mil-livell tal-impjiegi u huwa indikazzjoni ta’ effiċjenza akbar tal-industrija tal-Unjoni. Dan huwa partikolarment evidenti fl-2010 meta l-produzzjoni żdiedet filwaqt li l-livell tal-impjiegi naqas u l-produttività kienet 37% ogħla milli fl-2008.

Tabella 10

Impjiegi u produttività

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Numru ta’ impjegati || 2,060 || 1,629 || 1,449 || 1,218

Indiċi || 100 || 79 || 70 || 59

Produttività (tunnellata/impjegat) || 1,130 || 1,294 || 1,545 || 1,698

Indiċi || 100 || 115 || 137 || 150

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, talba għal reviżjoni || ||

(59) Daqs tal-marġini attwali tas-sussidju

(162)   Rigward l-impatt tad-daqs tal-marġini attwali tas-sussidju tal-importazzjonijiet Indjani fuq l-industrija tal-Unjoni, minħabba s-sensittività tal-prezzijiet tas-suq għal dan il-prodott, dan l-impatt ma jistax jitqies bħala negliġibbli. Għandu jiġi nnotat li dan l-indikatur huwa iżjed rilevanti fil-kuntest tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tal-analiżi tad-dannu. Kieku kellhom jiskadu l-miżuri, huwa probabbli li l-importazzjonijiet issussidjati jirritornaw f’tali volumi u prezzijiet li l-impatt tad-daqs tal-marġini ta’ sussidju jkun wieħed sinifikanti.

(60) Irkupru mill-effetti ta’ sussidjar preċedenti

(163)   Filwaqt li l-indikaturi eżaminati hawn fuq juru titjib f’xi indikaturi ekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni, b’referenza għall-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji definittivi fl-2001, huma jipprovdu wkoll evidenza li l-industrija tal-Unjoni għadha vulnerabbli.

Indikaturi mikro-ekonomiċi

(61) Ħażniet

(164)   Il-livell ta’ stokks kien ta’ 24 % ogħla fil-PIR b’rabta mal-livelli tagħhom fl-2008. Madankollu, il-ħażniet baqgħu f’livelli stabbiliti qabel f’relazzjoni mal-produzzjoni, jiġifieri bejn 5 % u 6 %.

Tabella 11

Ħażniet

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Ħażniet tal-għeluq || 51,495 || 54,808 || 54,314 || 64,069

Indiċi || 100 || 106 || 105 || 124

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(62) Żvilupp tal-prezzijiet

(165)   Fir-rigward tal-prezz tal-iżvilupp, wara tnaqqis inizjali fl-2009 (-16 %), prinċipalment ikkawżat mill-kriżi ekonomika, il-prezzijiet kienu viċin il-livell tal-2008, fl-2010. Dan kien segwit minn żieda qawwija fil-prezz medju tal-unità fil-PIR, li ġab iż-żieda fuq il-perjodu kkunsidrat sa 25 %.

(166)   Iż-żieda f’daqqa fil-prezzijiet fil-PIR għandha titqies fil-kuntest tal-iżviluppi mhux mistennija fis-suq fl-aħħar tal-2010 u fl-ewwel kwart tal-2011 fis-suq tal-qoton. Kif issemma aktar ’il fuq (il-premessa (155) aktar ’il fuq), il-prezzijiet rekord tal-qoton ikkawżaw qalba għall-fibra tal-poliester li tikkompeti għall-istess materja prima bħall-PET. Iż-żieda fid-domanda għall-materja prima, b’mod partikolari PTA, għolliet il-prezzijiet tal-PET fl-Asja u fil-Lvant Nofsani b’riperkussjonijiet fuq il-prezzijiet tal-PET fl-Unjoni. Iż-żieda fil-prezzijiet fl-Unjoni f’dak iż-żmien kienet amplifikata ulterjorment mill-iskarsezza għal żmien qasir tal-PTA fl-Unjoni minħabba l-force majeure ddikjarata ta’ wieħed mill-produtturi tal-PTA fl-Unjoni.

Tabella 12

Prezz tal-Bejgħ tal-Unità fl-Unjoni

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Prezz tal-Bejgħ tal-Unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata) || 1,066 || 891 || 1,045 || 1,330

Indiċi (2008 = 100) || 100 || 84 || 98 || 125

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju || || || ||

(63) Fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-bejgħ

(167)   Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-PET normalment isegwu x-xejriet tal-prezzijiet tal-materja prima tiegħu (prinċipalment il-PTA u l-monoethylene glycol — MEG) billi dawn jikkostitwixxu sa 90% tal-kost totali tal-PET. Il-PTA huwa derivattiv taż-żejt, li l-prezz tiegħu jvarja abbażi tal-prezz taż-żejt mhux maħdum. Dan jikkawża volatilità għolja tal-prezzijiet tal-PET.

(168)   Barra minn hekk, il-PET jikkompeti għall-istess materja prima mal-fibra tal-poliester, li l-produzzjoni tiegħu tiddependi daqs il-PET fuq id-disponibbiltà tal-PTA. Billi l-fibra tal-poliester hija alternattiva tal-qoton għall-industrija tat-tessuti, il-prezz tal-PET għalhekk huwa sensittiv ukoll għall-iżviluppi fis-suq tal-qoton.

(64) Pagi

(169)   Il-pagi medji naqsu b’7% matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis seħħ fil-PIR u amplifika ż-żidiet fil-produttività osservati aktar ’il fuq (ara l-premessa 9167) aktar ’il fuq).

Tabella 13

Pagi

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Pagi (medja għal kull persuna) || 54,512 || 56,014 || 54,876 || 50,784

Indiċi || 100 || 103 || 101 ||  93

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(65) Profittabilità u redditu fuq l-investiment

(170)   Il-profittabilità u r-redditu fuq l-investiment żdiedu b’mod sinifikanti bejn l-2008 u l-PIR. Il-profitt fuq il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni żdied minn -7.9% fl-2008 għal 5.3% fil-PIR, filwaqt li r-redditu fuq l-investiment żdied minn -9.6% għal 10.6%. Is-sena 2008 kienet affettwata mill-prestazzjoni partikolarment ħażina ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, it-titjib fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni fl-2009 u fl-2010, meta l-prezzijiet kienu taħt il-livelli tagħhom fl-2008, juri r-relazzjoni laxka bejn il-prezzijiet u l-profittabilità. Għall-kuntrarju, it-titjib fil-profittabilità jidher korrelatat mill-qrib mat-titjib fl-użu tal-kapaċità u maż-żidiet fil-produttività osservati aktar ’il fuq.

(171)   Bis-saħħa tal-iżviluppi fis-suq globali fl-2010 u l-bidu tal-2011, imsieħba mal-isforzi ta’ ristrutturar u ż-żidiet fl-effiċjenza deskritti hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi ttejjeb il-profittabilità tagħha fl-2010 u tilħaq il-livell ta’ 5.3% fil-PIR.

(172)   Waħda mill-partijiet interessati argumentat li dan l-iżvilupp ma kienx mistenni u straordinarju, li ma jistax jitqies bħala rappreżentattiv tas-sitwazzjoni globali tal-industrija tal-Unjoni.

(173)   F’dan ir-rigward għandu jiġi nnotat li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tibbenefika miż-żieda fil-prezz tal-PET fl-aħħar tal-2011 u l-bidu tal-2012 billi kienet iffissat il-prezz tal-PTA qabel ma seħħew l-avvenimenti deskritti fis-suq. Ibbażata fuq is-sorsi statistiċi dwar l-iżvilupp ta’ wara l-PIR, sottomessi mill-partijiet, il-marġini ta’ profitt tal-produtturi tal-PET kienu sostanzjalment anqas fl-2012. Dan jikkonferma li l-profitabbiltà fl-2011 (PIR) kienet tabilħaqq influwenzata l-aktar minn avvenimenti ekonomiċi globali temporanji u mhux mistennija (il-premessa (155)) li mhumiex probabbli li jerġgħu jseħħu u ma jistgħux jitqiesu permanenti u rappreżentattivi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

Tabella 14

Profittabilità u Redditu fuq l-Investimenti

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Profittabilità tal-bejgħ tal-Unjoni || -7.9% || 1.6% || 4.8% || 5.3%

Indiċi || 100 || 221 || 261 || 267

Redditu fuq l-investimenti || -9.6% || 2.3% || 8.9% || 10.6%

Indiċi || 100 || 224 || 292 || 310

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(66) Fluss tal-flus u kapaċità ta’ tkabbir tal-kapital

(174)   Il-flussi tal-flus tjiebu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat li jirrifletti t-titjib riċenti fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni.

Tabella 15

Fluss tal-flus

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Fluss tal-flus (EUR) || - 59,419,394 || 40,940,883 || 96,614,649 || 103,761,169

Indiċi (2008 = 100) || 100 || 269 || 363 || 375

F’% tal-fatturat || -5.9% || 4.5% || 8.3% || 7.5%

Indiċi (2008 = 100) || 100 || 176 || 242 || 229

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(175)   Ma kienx hemm indikazzjonijiet partikolari li l-industrija tal-Unjoni kienet se ssib diffikultajiet biex iżżid il-kapital, prinċipalment minħabba li l-produtturi tal-Unjoni huma inkorporati fi gruppi akbar.

(67) Investimenti

(176)   Il-livell tal-investimenti b’mod ġenerali naqas b’35% matul il-perjodu kkunsidrat. L-investimenti inizjali li saru fl-2008 tnaqqsu b’mod drammatiku fl-2009 u minn dak iż-żmien ’l hawn ma rkuprawx b’mod sħiħ.

Tabella 16

Investimenti

|| 2008 || 2009 || 2010 || PIR

Investimenti (EUR '000) || 72,341,598 || 5,404,705 || 15,994,659 || 47,217,003

Indiċi || 100 || 7 || 22 || 65

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(177)   L-analiżi tad-dejta makro-ekonomika wriet li l-industrija tal-Unjoni naqqset il-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ tagħha matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ma rkuprax b’mod sħiħ mit-tnaqqis inizjali fl-2009 u wera tnaqqis globali ta’ 3 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat (għal 77% fil-PIR). It-tnaqqis fl-impjiegi u fil-kapaċità huwa riżultat tar-ristrutturar li għaddej u għandu jitqies fil-kuntest taż-żieda fl-użu tal-kapaċità u fil-produttività.

(178)   Fl-istess ħin ħafna mill-indikaturi mikro-ekonomiċi rilevanti wrew sinjali ta’ titjib. Il-profittabilità, ir-redditu fuq l-investiment u l-flussi tal-flus żdiedu b’mod sinifikanti, b’mod partikolari fl-2010 u fil-PIR. L-investimenti, min-naħa l-oħra, naqsu b’mod drammatiku fl-2009 u ma rkuprawx minn dak iż-żmien ’l hawn.

(179)   B’mod ġenerali, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tjiebet. Madankollu, dan it-titjib huwa relattivament riċenti u sa ċertu punt ibbażat fuq żviluppi mhux previsti u temporanji tas-suq fl-aħħar tal-2010 u l-bidu tal-2011 (ara l-premessa (155) aktar ’il fuq). Dan jidher li huwa appoġġat mill-informazzjoni disponibbli dwar l-iżviluppi tal-marġini tal-industrija tal-Unjoni fl-2012 (ara l-premessa (179) aktar ’il fuq) li juru tnaqqis meta mqabbel mal-PIR.

(180)   Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet u ma jidhirx li qiegħed iseħħ dannu materjali. Minkejja xejriet apparentement pożittivi u sforzi ta’ ristrutturar sinifikanti, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għadha fraġli.

(181)   Wara l-iżvelar xi partijiet ikkontestaw il-konklużjoni li l-industrija tal-Unjoni kienet għadha fraġli billi sostnew li l-industrija tal-Unjoni kienet fi stat tajjeb u ġiet mibdula sostanzjalment mill-1999. Ta’ min jinnota li kif ġie spjegat hawn fuq (il-premessa (184)), minkejja titjib ġenerali u konsolidazzjoni, mhux l-indikaturi ekonomiċi kollha żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu meqjus. Pereżempju, il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ kif ukoll is-sehem mis-suq naqas. Barra minn hekk, it-titjib kienu relattivament reċenti u bi tnaqqis fil-profitabbiltà fl-2012, jidher li kellu ħajja qasira. Fuq din il-bażi kien ikkunsidrat li filwaqt li l-ebda ħsara materjali ma ġiet pruvata li teżistu fil-PIR, l-industrija tal-Unjoni kienet għadha fi stat fraġli. Dan l-argument għalhekk ġie miċħud.

(182)   Wara l-iżvelar xi partijiet ikkontestaw l-użu ta’ dejta li tirreferi għall-perjodu ta’ wara l-PIR għall-analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Bi tweġiba għal din l-istqarrija, huwa kkonfermat li l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni kienet evalwata għall-perjodu kkunsidrat u fuq din il-bażi, l-ebda ħsara materjali ma ġiet stabbilita. Madankollu, l-iżvilupp tal-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni lil hinn mill-PIR f’dan il-każ hija l-aktar rilevanti fil-kuntest tan-natura straordinarja tal-iżviluppi tas-suq globali li saru bejn l-2010/2011. Dan juri wkoll il-volatilità tipika għal dan is-settur. Għaldaqstant, l-argument ġie mwarrab.

E. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

L-impatt tal-volum proġettat tal-importazzjonijiet u l-effetti fuq il-prezzijiet f’każ ta’ tneħħija tal-miżuri

(183)   L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mill-Indja komplew ikunu ssussidjati u li ma kienx hemm indikazzjonijiet li s-sussidjar kien se jitnaqqas jew jitwaqqaf fil-ġejjieni.

(184)   Analiżi prospettiva tal-volumi probabbli tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-Indja żvelat li, minħabba l-kapaċità żejda disponibbli (ara l-premessa (125) aktar ’il fuq), il-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni u l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni, l-importazzjonijiet mill-Indja huma probabbli li jiżdiedu għal livelli konsiderevolment ogħla minn dawk milħuqa fil-PIR, kieku kellhom jitneħħew il-miżuri. Bl-espansjonijiet ippjanati fil-kapaċità, il-kapaċità żejda kombinata hija stmata li tilħaq madwar 600,000-700,000 tunnellata fil-futur qrib, li tkun tirrappreżenta madwar 21-25% tal-konsum totali tal-Unjoni fil-PIR.

(185)   Minħabba t-tkomplija tas-sussidji, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja huma mistennija li jonqsu aktar, kieku kellhom jitneħħew il-miżuri kontra l-Indja. Ukoll, billi l-esportaturi jkollhom jikkompetu kontra importazzjonijiet bi prezzijiet irħas minn pajjiżi oħra u x’aktarx li jbaxxu l-prezzijiet tagħhom aktar sabiex iżidu s-sehem tagħhom fis-suq tal-Unjoni.

(186)   Fuq din il-bażi, l-industrija tal-Unjoni hija probabbli li tkun esposta għal volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet mill-Indja bi prezzijiet sussidjati aktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni, li jimminaw is-sitwazzjoni ekonomika riċentement imtejba ta’ din tal-aħħar. Minħabba f’hekk, hija probabbli rikorrenza tad-dannu materjali jekk jitneħħew il-miżuri kontra l-Indja.

Kapaċità ta’ produzzjoni u kapaċità żejda disponibbli għall-esportazzjonijiet

(187)   Kif indikat aktar ’il fuq (ara l-premessa (125) aktar ’il fuq), il-produtturi esportaturi fl-Indja għandhom il-potenzjal li jżidu l-volumi tal-esportazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni. L-Indja kellha tkabbir sinifikanti fil-kapaċità tal-produzzjoni tagħha matul il-perjodu kkunsidrat (ara l-premessa (125) aktar ’il fuq). Skont l-informazzjoni disponibbli hija mistennija żżid il-kapaċità tagħha aktar, biex toħloq diskrepanza ta’ 600,000-700,000 tunnellata bejn il-konsum domestiku u l-kapaċità tal-produzzjoni fil-futur qrib. Kapaċità żejda bħal din disponibbli għall-esportazzjonijiet trid titqies bħala sinifikanti billi tirrappreżenta madwar 21-25% tal-konsum attwali tal-Unjoni fil-PIR.

(188)   Għalhekk, għalkemm l-importazzjonijiet fl-Unjoni kienu relattivament baxxi, dawn żdiedu b’aktar mid-doppju matul il-perjodu kkunsidrat u hemm ir-riskju li esportazzjonijiet sinifikanti mill-Indja jistgħu jiġu trasferiti lejn l-Unjoni.

Telf ta’ swieq tal-esportazzjoni

(189)   Fil-preżent hemm fis-seħħ miżuri għad-difiża tan-negozju kontra l-importazzjonijiet Indjani fit-Turkija u l-Afrika ta’ Isfel. It-telf konsegwenti possibbli ta’ dawn is-swieq tal-esportazzjoni għall-Indja huwa indikatur ieħor li s-suq tal-Unjoni x’aktarx li jiġi mmirat jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(190)   Wara l-iżvelar xi partijiet ikkontestaw il-konklużjonijiet rigward it-telf fis-swieq tal-esportazzjoni għall-Indja. Intqal li ż-żewġt iswieq kienu suq tal-esportazzjoni marġinali, għalhekk ma jiġux ridiretti volumi sinifikanti ta’ esportazzjoni minn dawn is-swieq lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitneħħew. Ta’ min jinnota li hija biss l-eżistenza ta’ difiża kummerċjali fuq xi swieq jeskludu kwalunkwe paragun bis-sens ta’ importanza relattiva tas-swieq ma’ u mingħajr miżuri għal pajjiż partikolari. Barra minn hekk, kuntrarju għall-istqarrija, ma kienx meqjus li l-volumi tal-esportazzjoni mill-Indja mqiegħda f’dawn is-swieq jistgħu jiġu ridiretti lejn is-suq tal-Unjoni. Minflok, ġie meqjus li l-eżistenza ta’ miżuri tad-difiża tal-kummerċ fuq swieq terzi oħra tirrestrinġi l-kapaċità ta’ assorbiment ta’ swieq terzi fir-rigward taż-zjieda mbassra fil-kapaċitajiet żejda disponibbli għal esportazzjoni fl-Indja. Dan l-argument għalhekk ġie miċħud.

(191)   L-eżistenza ta’ miżuri għad-difiża tan-negozju f’pajjiżi terzi hija wkoll indikazzjoni li l-imġiba tal-ipprezzar tal-esportazzjonijiet Indjani x’aktarx li tiġi replikata fis-suq tal-Unjoni.

Attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni

(192)   Is-suq tal-PET tal-Unjoni huwa attraenti f’termini tad-daqs u l-prezzijiet tiegħu, billi huwa t-tielet l-akbar suq fid-dinja, bi ħtieġa strutturali għall-importazzjonijiet u prezzijiet ogħla meta mqabbel ma’ swieq oħra. Fil-każ tal-Indja, il-prezzijiet tal-importazzjoni lejn l-Unjoni għandhom tendenza li jkunu ogħla mill-prezzijiet lejn pajjiżi terzi oħra, li jindika l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Indjani. Dan huwa illustrat tajjeb mill-fatt li l-importazzjonijiet mill-Indja rduppjaw matul il-perjodu kkunsidrat, minkejja l-miżuri fis-seħħ.

(193)   L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni għall-esportaturi huwa kkonfermat ukoll mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni kompliet titlef mis-sehem tas-suq għall-importazzjonijiet li kienu qegħdin jiżdiedu mill-pajjiżi mingħajr miżuri. Dan jgħodd b’mod partikolari fil-każ tal-Korea ta’ Isfel li żiedet b’mod sinifikanti l-esportazzjonijiet tagħha fis-suq tal-Unjoni fl-2012 wara li skadew il-miżuri kontra l-pajjiż.

Fatturi oħra

(194)   L-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra b’miżuri, fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma tqiesx bħala wieħed sinifikanti, minħabba l-volumi rilevanti baxxi tal-importazzjoni u t-tnaqqis sostanzjali fis-sehem mis-suq tagħhom fil-PIR.

(195)   Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra mingħajr l-ebda miżuri żdied matul il-perjodu kkunsidrat, madankollu, il-prezz medju rispettiv tal-importazzjoni baqa’ qrib il-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-impatt tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni huwa meqjus bħala limitat.

Is-suq ristrett

(196)   Wara l-iżvelar, xi partijiet saħqu li minħabba l-integrazzjoni vertikali bejn produtturi tal-PET u konvertituri, parti konsiderevoli ta’ PET kienet mibjugħa għal użu magħluq li ma kienx jikkompeti mal-importazzjonijiet. Kien allegat ukoll li s-sehem tas-suq magħluq kien sinifikanti, li jaffettwa r-riżultati tal-analiżi.

(197)   Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun il-proporzjon ta’ bejgħ magħluq instab li ma kienx sinifikanti (inqas minn 10 %). Għandu jiġi enfasizzat li l-partijiet inkwistjoni esprimew il-preżenza ta’ produtturi tal-PET fin-negozju tal-imballaġġ f’termini ta’ kapaċità tal-produzzjoni installata ta’ PET u mhux f’termini tas-sehem tagħhom tas-suq tal-ippakkjar. Għalhekk, l-istqarrija dwar proporzjon sinifikanti tal-użu magħluq instab li ma kinitx sostanzjata. Fir-rigward il-livelli tal-prezzijiet, il-prezzijiet ta’ bejgħ relatati u mhux relatati nstabu li kienu fl-istess firxa.

(198)   Abbażi ta’ dan, ġie konkluż li analiżi distintiva tal-impatt ta’ bejgħ ristrett ma kienx meħtieġ u l-asserzjonjiet tal-partijiet ġew miċħuda.

Kummenti tal-partijiet

(199)   Xi partijiet argumentaw li d-dannu minħabba l-importazzjonijiet mill-Indja ma kienx jeżisti matul il-PIR kif jidher mis-saħħa ekonomika relattiva u l-profitti tal-industrija tal-Unjoni. Irid jiġi nnotat li, fil-fatt, ma kienet stabbilita l-ebda kontinwazzjoni tad-dannu fil-każ preżenti, u għalhekk l-affermazzjoni tal-partijiet tikkorrispondi mas-sejbiet tal-investigazzjoni.

(200)   Xi partijiet sostnew li fatturi oħra, bħall-ineffiċjenzi strutturali tal-industrija tal-Unjoni u n-nuqqas ta’ investiment kif ukoll fatturi konġunturali (eż. it-temp ħażin, il-kriżijiet ekonomiċi) setgħu kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Rigward l-ewwel punt li tqajjem, irid jiġi nnotat li r-ristrutturar tal-industrija tal-Unjoni diġà qiegħed iseħħ u ż-żidiet miksuba fl-effiċjenza jissuġġerixxu li l-affermazzjonijiet tal-partijiet huma mingħajr bażi. Rigward il-fatturi konġunturali, għalkemm il-kriżijiet ekonomiċi kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-2009, kif issemma aktar ’il fuq (il-premessa (171) aktar ’il fuq), l-effetti rilevanti ma jidhrux li għadhom preżenti. Rigward l-effett ta’ temp ħażin, dan jista’ jispjega parzjalment it-tnaqqis fil-konsum fil-PIR, madankollu, minn naħa, l-impatt allegat fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx sostanzjata u, min-naħa l-oħra, it-tnaqqis żgħir fl-2011 jidher li hu pjuttost marbut mal-iskarsezza temporanja tal-materja prima minħabba żviluppi fis-suq globali fl-2011. Għalhekk, l-ebda waħda minn dawn id-dikjarazzjonijiet ma hija ġġustifikata fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni.

(201)   Barra minn hekk, xi partijiet argumentaw li mhix probabbli r-rikorrenza tad-dannu f’dan il-każ kieku kellhom jiskadu l-miżuri, minħabba li bis-saħħa tal-istruttura tagħha (il-konċentrazzjoni u l-integrazzjoni vertikali), l-industrija tal-Unjoni hija protetta mill-effetti tal-importazzjonijiet. Barra dan, kien argumentat li l-qalba għal PET importat la hija mixtieqa u lanqas possibbli fil-futur qrib, b’mod partikolari minħabba li l-kuntratti u l-politiki tax-xiri kif ukoll il-proċess ta’ omologazzjoni tas-sidien tal-marki l-kbar (l-utenti downstream) jagħmlu l-bdil tal-fornituri tal-PET wieħed ikkumplikat. Ta’ min jinnota li ufq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni l-industrija tal-Unjoni baqgħet titlef is-sehem mis-suq għall-benefiċċju tal-importazzjonijiet matul il-perjodu meqjus; dan juri, minn naħa waħda, li l-industrija tal-Unjoni mhijiex protetta mill-effetti tal-importazzjonijiet u, min-naħa l-oħra, il-bidla lejn l-importazzjonijiet mhijiex ipotetika iżda saħansitra diġà qed isseħħ. L-argumenti għalhekk kellhom jiġu rifjutati.

(202)   Wara l-iżvelar xi partijiet tennew l-istqarrija li l-industrija tal-Unjoni ġiet protetta minn kompetizzjoni potenzali tal-importazzjonijiet minħabba l-istruttura tagħha. L-ewwel nett, fir-rigward tal-istqarrija dwar pożizzjoni dominanti ta’ wieħed gruppi ta’ produtturi fis-suq tal-Unjoni li jikkontrollaw ħames produtturi, huwa nnotat li s-suq tal-Unjoni huwa suq miftuħ bi tmien produtturi oħra li joperaw barra dan il-grupp u kompetizzjoni dejjem tikber tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi — kemm bil-miżuri fis-seħħ kif ukoll mingħajrhom. It-tieni nett, il-konċentrazzjoni hi tipika għal dan it-tip ta’ negozju bbażat fuq prodott ta’ komodità li jiddependi fuq ekonomiji ta’ skala għall-kompetittività tiegħhu. It-tielet, ma nstab le hemm ebda kumpanija li tindika l-prezz fis-suq tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-partijiet tennew li l-impatt tal-importazzjonijiet mit-tliet pajjiżi kkonċernati fid-dawl tal-integrazzjoni vertikali ta’ xi produtturi tal-Unjoni mal-industrija tal-ippakkettjar jew mal-produtturi tal-PTA ma ġiex analizzat. Kif stabbilit fil-premessa (205) hawn fuq, dawn l-aspetti kienu tabilħaqq analizzati u nstabu li ma kinux sostanzjati. Barra minn hekk, il-verifika tal-kumpaniji kkonċernati b’integrazzjoni vertikali ma’ produtturi tal-materja prima kkonfermat li ma kien hemm l-ebda vantaġġ komparattiv minħabba li t-trasferimenti saru bil-prezz tas-suq. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-istqarrija li l-industrija tal-Unjoni tiġi mħarsa mill-kompetizzjoni ġiet miċħuda.

(203)   Imbagħad, xi partijiet argumentaw li l-ebda elementi ma jappoġġjaw konklużjoni li l-kapaċità tal-esportazzjoni Indjana, tista’ tkun immirata lejn is-suq tal-Unjoni bi ‘prezzijiet irħas’ minħabba li (i) id-domanda domestika fl-Indja qed tikber u hija mistennija li tkompli tikber; (ii) PET li jaqbeż il-konsum domestiku jeżisti, iżda il-kompetizzjoni fis-swieq tal-esportazzjoni ma rriżultatx f’esportazzjonijiet bi prezzijiet baxxi b’mod anormali; (iii) żidiet fil-kapaċità tal-produzzjoni fl-Asja jirrispondu għaż-żieda fid-domanda mistennija madwar id-dinja. Għandu jiġi nnotat li s-sejbiet fl-investigazzjoni preżenti juru li t-tkabbir proġettat fil-kapaċità juri eċċess li qiegħed jiżdied fil-kapaċità tal-produzzjoni fuq id-domanda domestika. Barra minn hekk, il-prezzijiet Indjani fi swieq terzi kienu aktar baxxi meta mqabbla mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Indjani fl-Unjoni. Fuq il-bażi tas-sejbiet deskritti aktar ’il fuq fil-premessi (189) sa (199), huwa probabbli li l-importazzjonijiet Indjani ssussidjati jimmiraw is-suq tal-Unjoni f’volumi sostanzjali u bi prezz aktar baxx mill-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri kumpensatorji jitħallew jiskadu. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argumenti tal-partijiet ġew rifjutati.

Konklużjoni dwar ir-rikorrenza tad-dannu

(204)   Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq ġie konkluż li l-volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet sussidjati mill-Indja jiġi dirett mill-ġdid lejn ll-Unjoni jekk jitneħħew il-miżuri kumpensatorji. Minħabba t-tkomplija tas-sussidjar, il--prezzijiet wisq probabbli se jkunu f’livell aktar baxx mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet x’aktarx li se jonqsu saħansitra aktar jekk il-produtturi esportaturi Indjani jippruvaw iżidu l-ishma tagħhom tas-suq. Il-probabbiltà hija li dan ikollu l-effett li jirrinforza l-pressjoni tal-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, b’impatt negattiv mistenni fuq is-sitwazzjoni tagħha.

(205)   Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet, b’mod partikolari f’termini tal-produttività u l-użu tal-kapaċità kif ukoll tal-marġini ta’ profitt li fil-PIR laħaq livell qrib il-profitt fil-mira stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk jista’ jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni, għalkemm xorta waħda kienet f’sitwazzjoni fraġli, ma sofrietx dannu materjali matul il-PIR. Madankollu, minħabba ż-żieda sostanzjali li x’aktarx ikun hemm fl-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja, li x’aktarx iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, ġie konkluż li s-sitwazzjoni wisq probabbli tmur għall-agħar u jkun hemm rikorrenza tad-dannu materjali, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

F. L-INTERESS TAL-UNJONI

(206)   Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri kumpensatorji eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. L-istabbiliment tal-interess tal-Unjoni kien ibbażat fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-veduti tagħhom skont l-Artikolu 31(2) tar-Regolament bażiku.

(207)   Ta’ min ifakkar li l-adozzjoni tal-miżuri kienet tqieset li ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni, la fl-investigazzjoni oriġinali u lanqas fl-aħħar reviżjoni ta’ skadenza. Barra minn hekk, l-analiżi fl-aħħar reviżjoni ta’ skadenza twettqet fis-sitwazzjoni fejn il-miżuri diġà kienu fis-seħħ u għalhekk il-valutazzjoni kkunsidrat kwalunkwe impatt negattiv mhux xieraq fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri inkwistjoni.

(208)   Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk minkejja l-konklużjonijiet dwar il-kontinwazzjoni tas-sussidjar u l-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(209)   L-issoktar tal-miżuri kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet mill-Indja tgħin lill-industrija tal-Unjoni biex tkompli r-ristrutturar li għaddej u ttejjeb is-sitwazzjoni ekonomika tagħha li tjiebet biss dan l-aħħar, billi tgħin sabiex jiġi evitat li l-industrija tal-Unjoni tkun esposta għall-volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet issussidjati mill-Indja, li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tiflaħ għalihom. Għaldaqstant, l-industrija tal-Unjoni tkompli tibbenefika miż-żamma tal-miżuri kumpensatorji preżenti.

(210)   Għalhekk ġie konkluż li ż-żamma tal-miżuri kumpensatorji kontra l-Indja tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

L-interess tal-importaturi mhux relatati fl-Unjoni

(211)   L-ebda wieħed mill-importaturi mhux relatati ma kkoopera fir-reviżjoni preżenti. Minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-importazzjonijiet mill-Indja komplew u kważi rduppjaw matul il-perjodu kkunsidrat.

(212)   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra mingħajr l-ebda miżuri kienu wkoll disponibbli u laħqu sehem sinifikanti mis-suq matul il-PIR (ara l-premessa (149) aktar ’il fuq). Għalhekk, anki bil-miżuri fis-seħħ, l-importaturi kellhom aċċess għal sorsi alternattivi ta’ provvista.

(213)   Meta wieħed iqis li ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-miżuri fis-seħħ affettwaw lill-importaturi b’mod konsiderevoli, ġie konkluż li l-issoktar tal-miżuri mhux se jkun kontra l-interess tal-importaturi tal-Unjoni.

L-interess tal-fornituri tal-materja prima fl-Unjoni

(214)   Il-materja prima għall-manifattura tal-prodott ikkonċernat hija l-PTA/MEG. Tnejn minn ħames fornituri magħrufa tal-materja prima (fornitur wieħed tal-PTA u wieħed tal-MEG) ikkooperaw fl-investigazzjoni billi ssottomettew it-tweġiba għall-kwestjonarju. Iż-żewġ fornituri tal-materja prima esprimew l-appoġġ tagħhom għall-issoktar tal-miżuri.

(215)   L-investigazzjoni wriet li l-produttur tal-PTA li kkoopera kien jirrappreżenta parti sostanzjali tax-xiri ta’ PTA tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-PIR. Billi l-PTA ma għandu l-ebda użu ieħor fl-Unjoni għajr il-produzzjoni tal-PET, huwa loġiku li wieħed jassumi li l-produtturi tal-PTA jiddependu prinċipalment fuq l-industrija tal-PET.

(216)   Dwar il-fornitur tal-MEG li kkoopera, il-MEG kien jirrappreżenta parti relattivament żgħira tal-fatturat tiegħu fil-PIR. Fir-rigward tal-MEG, il-PET mhuwiex l-unika applikazzjoni jew l-applikazzjoni prinċipali possibbli tiegħu u l-produtturi tal-MEG huma inqas dipendenti fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-PET. Għalhekk huwa meqjus li l-issoktar tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet issussidjati ta’ PET mill-Indja jkollu impatt pożittiv, għalkemm x’aktarx limitat fuq il-fornituri tal-MEG.

(217)   Ġie allegat li l-fornituri tal-materja prima ma jiddependux fuq il-produtturi tal-Unjoni tal-PET; b’mod partikolari, kien ġiet argumentat li tnejn mill-erba’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu fil-fatt jimportaw materja prima.

(218)   Fir-rigward ta’ din l-affermazzjoni, l-investigazzjoni wriet li l-materjal impurtat kien prinċipalment MEG li jista’ jintuża wkoll għal applikazzjonijiet oħra differenti mill-PET. Ma nġabret l-ebda indikazzjoni li turi importazzjonijiet aktar minn negliġibbli ta’ PTA fl-Unjoni. Għalhekk, din l-affermazzjoni ma taffettwax il-konklużjonijiet magħmula fir-rigward tad-dipendenza tal-produtturi tal-PTA fuq il-produzzjoni tal-PET fl-Unjoni.

(219)   Għaldaqstant, huwa meqjus li l-issoktar tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet issussidjati ta’ PET mill-Indja jkun ta’ benefiċċju għall-produtturi tal-PTA u wkoll, għalkemm f’livell anqas, għall-fornituri tal-MEG. Minħabba f’hekk, l-issoktar tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet mill-Indja ma jkunux kontra l-interess tal-fornituri tal-materja prima.

(220)   Wara l-iżvelar, xi partijiet saħqu li l-PTA ġie esportat u għalhekk il-produtturi tal-PTA kienu ddikjaraw li ma humiex dipendenti fuq l-industrija tal-Unjoni. L-ebda evidenza li tappoġġja din l-istqarrija ma ġiet ippreżentata. Għalhekk l-argument tal-partijiet ġie miċħud bħala li ma kinux sostanzjati.

(221)   Barra minn hekk, l-istess partijiet affermaw li t-tneħħija tal-miżuri mhu ser ikollha l-ebda impatt fuq il-produtturi tal-PTA minħabba li l-utenti li qegħdin jikkooperaw allegatament mhux se jaqilbu lejn l-importazzjonijiet u ser ikomplu jakkwistaw il-PET mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-livell ta’ konsum tal-PTA fl-Unjoni se jibqa’ l-istess. Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni l-industrija tal-Unjoni baqgħet titlef is-sehem mis-suq għall-benefiċċju tal-importazzjonijiet matul il-perjodu kkunsidrat. Dan juri li l-bidla lejn l-importazzjonijiet mhijiex ipotetiċi (ara l-premessa (164) hawn fuq). Il-kumment tal-parti kien għalhekk miċħud.

L-interess tal-industrija tar-riċiklaġġ tal-PET

(222)   L-industrija tal-Unjoni argumentat li s-sitwazzjoni tal-industrija tar-riċiklaġġ tiddependi fuq il-prezz sostenibbli tal-PET verġni (PET mhux riċiklat) fis-suq tal-Unjoni. L-affermazzjoni tagħhom kienet issostanzjata minn stqarrija għall-istampa ta’ assoċjazzjoni tar-riċiklaturi tal-plastik fl-Ewropa, li sostniet li t-tneħħija potenzjali tal-miżuri fuq il-PET verġni setgħet tiddeterjora aktar is-sitwazzjoni tal-industrija tar-riċiklaġġ.

(223)   Xi partijiet interessati argumentaw li s-sitwazzjoni tal-industrija tar-riċiklaġġ tiddependi fuq il-prezz sostenibbli tal-PET verġni fis-suq tal-Unjoni fejn argumentaw li l-prezzijiet tal-PET verġni u tal-PET riċiklat ma kinux relatati. Kien sostnut li l-PET riċiklat jintuża prinċipalment għall-produzzjoni tal-fibra tal-poliester u għalhekk ma jistax jintrabat mal-iżviluppi fil-prezzijiet tal-PET verġni. Barra minn hekk, ġie nnotat li l-PET riċiklat huwa appoġġat kompletament minn dawk li jimlew il-fliexken u għalhekk l-industrija ma tiddependix fuq il-produtturi tal-PET. Fl-aħħar nett, ġie nnotat ukoll li l-industrija tar-riċiklaġġ ma ppreżentatx ruħha bħala parti interessata fl-investigazzjoni preżenti.

(224)   Billi l-industrija tar-riċiklaġġ ma ppreżentatx ruħha f’din l-investigazzjoni, l-ebda waħda mill-allegazzjonijiet hawn fuq imsemmija ma setgħet tiġi verifikata maċ-ċifri attwali. Għalhekk tqies li b’mod ġenerali l-miżuri fis-seħħ ma jkunux kontra l-interess tal-industrija tar-riċiklaġġ fl-Unjoni.

L-interess tal-utenti

(225)   Il-prodott ikkonċernat jintuża prinċipalment biex jiġu prodotti fliexken għall-ilma u xorb ieħor mhux alkoħoliku. L-użu tiegħu għall-produzzjoni ta’ pakketti oħra (oġġetti tal-ikel, lożor, eċċ.) baqa’ relattivament limitat. Il-fliexken tal-PET jiġu prodotti f’żewġ stadji: (i) l-ewwel issir preforma bl-injezzjoni tal-PET bil-forma, u (ii) aktar tard il-preforma tissaħħan u tintefaħ fi flixkun. Il-produzzjoni tal-fliexken tista’ tkun proċess integrat (jiġifieri l-istess kumpanija tixtri l-PET, tipproduċi l-preforma u tonfoħha fi flixkun) jew limitat għat-tieni stadju (l-infiħ tal-preforma fi flixkun). Il-preforom jistgħu jiġu trasportati b’mod relattivament faċli billi huma żgħar u densi, filwaqt li l-fliexken vojta huma instabbli u minħabba d-daqs tagħhom, it-trasport tagħhom huwa għali ħafna.

(226)   Fuq din il-bażi, kienu stabbiliti żewġ gruppi prinċipali ta’ utenti downstream biex jiġi studjat l-impatt tal-miżuri fis-seħħ: (i) konvertituri u/jew produtturi tal-fliexken, li jikkonvertu ċippijiet tal-PET fi preforom (jew fliexken) u jerġgħu jbigħuhom għall-ipproċessar downstream; u (ii) dawk li jibbottiljaw, jimlew (u jonfħu) l-fliexken mill-preforma; dan il-grupp jirrappreżenta l-aktar produtturi ta’ ilma minerali u luminati. Il-bottiljaturi sikwit ikunu involuti fin-negozju tal-PET jew permezz ta’ operazzjonijiet integrati ta’ produzzjoni tal-fliexken jew permezz ta’ ftehimiet dwar ħlasijiet (tolling) ma’ konvertituri sottokuntrattati u/jew produtturi tal-fliexken li jinnegozjaw il-prezz tal-PET għalihom mal-produttur (soft tolling) jew anki jixtru l-PET għall-fliexken tagħhom stess (hard tolling).

(227)   Sbatax (ħames konvertituri u tnax-il bottiljatur) ikkooperaw fl-investigazzjoni u pprovdew informazzjoni miġbura mill-kwestjonarju. Il-konvertituri li kkooperaw irrappreżentat 22.7% u l-bottiljaturi 13% tal-konsum totali tal-PET fl-Unjoni. It-tweġibiet tal-bottiljaturi waslu minn diversi fergħat tal-kumpaniji multinazzjonali (magħrufin bħala sidien tal-marka).

(228)   Ġie stabbilit li l-utenti li kkooperaw kienu jakkwistaw il-PET prinċipalment mill-produtturi tal-Unjoni u proporzjon żgħir biss kien jinkiseb mill-importazzjonijiet. L-importazzjonijiet mill-Indja kienu jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor nofs dawn l-importazzjonijiet u għalhekk proporzjon minimu tal-PET akkwistat. Madankollu, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra mingħajr l-ebda miżuri kienu wkoll disponibbli u laħqu sehem sinifikanti mis-suq matul il-PIR (ara l-premessa (149) aktar ’il fuq). Għalhekk, anki bil-miżuri fis-seħħ, l-utenti kellhom aċċess għal sorsi alternattivi ta’ provvista.

L-argumenti tal-industrija tal-utenti

(229)   L-utenti sostnew li kienu affettwati b’mod sinifikanti miż-żidiet sostanzjali fil-prezz tal-PET f’dawn l-aħħar snin, li ma jistgħux jiġu mgħoddija lill-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi fl-ambjent ekonomiku preżenti. Ġie sostnut li dawn iż-żidiet fil-prezzijiet irriżultaw mill-akkumulazzjoni ta’ bosta snin ta’ applikazzjoni ta’ miżuri għad-difiża tan-negozju, li pproteġew lill-produtturi tal-Unjoni mill-kompetizzjoni tal-importazzjonijiet fiż-żmien meta l-industrija tal-PET tal-Unjoni saret iżjed ikkonċentrata u integrata. Minħabba f’hekk, l-utenti sostnew li l-miżuri fis-seħħ, permezz tal-allegat impatt tagħhom fuq il-prezz tal-PET, huma responsabbli għad-deterjorament tal-impjiegi, l-R&D u l-kompetittività tal-industrija downstream fis-swieq tal-esportazzjoni, b’impatt aktar akut fuq l-SMEs. Ġie sostnut ukoll li t-telf tal-impjiegi minħabba l-miżuri fis-seħħ kien jaqbeż in-numru ta’ persuni attwalment impjegati fl-industrija tal-PET tal-Unjoni.

Sensittività fil-prezz u l-istruttura tal-ispejjeż tal-utenti

(230)   Rigward is-sensittività tal-konvertituri għall-prezzijiet tal-PET, il-PET instab li jirrappreżenta madwar 80% tal-kostijiet totali. Għalhekk il-PET huwa kkunsidrat bħala komponent kritiku tal-kostijiet għal din it-tip ta’ attività. Barra minn hekk, l-industrija tal-konvertituri nstabet li hija pjuttost frammentata b’pożizzjoni ta’ negozjar relattivament dgħajfa kontra l-bottiljaturi l-kbar u l-problemi strutturali inerenti tipiċi għall-industrija bbażata fuq il-komodità. Minħabba f’hekk, dan is-settur wera tendenza akbar għal integrazzjoni vertikali mal-bottiljaturi u l-użu ta’ ftehimiet dwar ħlasijiet li fuq il-bażi tagħhom jiġu ggarantiti t-tariffi għall-konverżjoni u l-prezz tal-PET finalment jiġi nnegozjat u mħallas mill-bottiljaturi. Huwa stmat li parti sostanzjali mix-xiri tal-PET fis-suq tal-Unjoni hija kkontrollata direttament mill-bottiljaturi l-kbar. Billi l-kuntratti għall-preforom sikwit jinkludu mekkaniżmu biex jirrifletti l-varjazzjoni fil-prezzijiet tal-PET, il-konvertituri huma dejjem aktar newtrali lejn l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-PET.

(231)   Wara l-iżvelar xi utenti kkontestaw il-konklużjoni dwar l-użu akbar ta’ tolling u formuli tal-prezzijiet. L-informazzjoni fil-fajl ikkonfermat l-eżistenza ta’ xejra bħal din. Għalhekk id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(232)   Ġie sostnut li l-miżuri fis-seħħ ma jikkawżax dannu lill-konvertituri, jekk jiġu applikati miżuri simili fuq l-importazzjonijiet tal-preforom fl-Unjoni. Kien argumentat li fiż-żoni qrib il-fruntiera tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi, li fihom ma hemm l-ebda miżuri kontra l-importazzjonijiet ta’ PET mill-Indja, hemm inċentivi biex tiġi delokalizzata l-produzzjoni tal-preforom u biex dawn jiġu impurtati mingħajr il-miżuri kumpensatorji fuq il-PET fl-Unjoni. Huwa rikonoxxut li sa ċertu punt hemm motivazzjoni ekonomika għaliex qiegħed iseħħ dan il-proċess. Madankollu, minħabba l-kost tat-trasport, id-delokalizzazzjoni x’aktarx li sseħħ biss f’distanzi limitati. B’mod ġenerali, l-allegat impatt negattiv tal-miżuri inkwistjoni fuq xi konvertituri għalhekk huwa kkunsidrat bħala wieħed marġinali.

(233)   Rigward l-impatt tal-prezz tal-PET fuq il-bottiljaturi, skont iċ-ċifri rrappurtati, il-PET huwa stmat li jirrappreżenta, fuq bażi medja peżata, 9% tal-kostijiet totali tal-produzzjoni tax-xorb mhux alkoħoliku bbottiljat u 12% tal-kostijiet totali tal-produzzjoni tal-ilma minerali bbottiljat. Dan juri li l-PET mhuwiex il-komponent prinċipali ta’ nefqa għall-industrija tal-ibbottiljar.

(234)   Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbiliet li l-PET kien il-materjal preferut, għalkemm mhux il-materjal esklussiv tal-ippakkjar, tal-bottiljaturi. Il-prodotti tal-PET kienu jirrappreżentaw 75% tal-fatturat tal-bottiljaturi tal-ilma u 50% tal-fatturat tal-produtturi ta’ xarbiet mhux alkoħoliċi. Barra dan, l-investigazzjoni wriet li l-kuntratti bejn bosta bottiljaturi kbar u l-produtturi tal-PET kienu bbażati fuq formula li biha l-prezz kien aġġustat biex jirrifletti l-varjazzjoni fil-prezzijiet tal-materja prima għall-PET. Dan jikkonferma l-kontroll miżjud tal-bottiljaturi l-kbar, u għalhekk l-aktar rappreżentattivi, fuq il-marġini ta’ konverżjoni tal-produtturi tal-PET.

(235)   Wara l-iżvelar xi utenti tennew l-argument tagħhom li l-PET huwa komponent bażiku ta’ nefqa konvertituri, industriji tas-soft drinks u ilma bbottiljat u s-sejbiet f’dan ir-rigward ma kinux preċiżi u mhux ibbażati fuq id-dejta rapportata. Ta’ min jinnota li s-sitwazzjoni tal-konvertituri ġiet analizzata separatament u dan il-kumment huwa fil-każ tagħhom bla bażi (ara l-premessa (236) hawn fuq). Fir-rigward tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-bottiljaturi huwa kkonfermat li l-proporzjonijiet tal-ispiża stabbiliti fl-investigazzjoni huma bbażati fuq iċ-ċifri rrappurtati mill-bottiljaturi li kkooperaw skont metodoloġija disponibbli lill-partijiet kollha. Il-proporzjonijiet stabbiliti tal-ispejjeż huma konformi mas-sejbiet ta’ investigazzjonijiet preċedenti dwar l-istess prodott ikkonċernat[17]. L-argumenti tal-partijiet għalhekk tqiesu bħala li ma kinux sostanzjati.

(236)   Wara l-iżvelar xi utenti stqarrew li l-essenza tad-dejta speċifika tal-kumpanija u l-informazzjoni pprovduta minnhom ma kinitx rifless fl-analiżi tal-interess tal-Unjoni. Huwa kkonfermat li d-dejta intużat kif irrappurtat mill-utenti fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju. Il-metodoloġija tal-kalkolu kienet disponibbli għall-partijiet kollha konċernati. Fuq din il-bażi, l-asserzjoni ma ntlaqgħetx.

(237)   L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li abbażi tat-tnaqqis mistenni u/jew mixtieq tat-twaqqigħ fil-prezzijiet tal-PET li skont stima vverifikata mill-bottiljaturi infushom, jekk il-miżura tirriżulta fi tnaqqis negliġibbli tal-ispejjeż għall-bottiljaturi. Abbażi ta’ dawn l-istimi tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-PET u l-proporzjonijiet stabbiliti tal-kostijiet, it-tnaqqis rispettiv fil-kostijiet ġie kkalkulat fil-medda ta’ 0.3-0.7% tal-kostijiet totali tal-utenti għall-attivitajiet tagħhom relatati mal-PET.

(238)   Wara l-iżvelar xi utenti kkontestaw din il-konklużjoni bl-argument li kull iffrankar fl-ispiża jkun sinifikanti. Xi utenti ressqu stimi ġodda fis-sottomissjonijiet tagħhom mingħajr ma provdew ebda evidenza ġdida. Wieħed irid jenfasizza li l-iffrankar prospettiv huma ta’ natura ipotetika, kif ġie ammess ukoll minn xi utenti stess. Fir-rigward tal-konvertituri, l-ebda kwantifikazzjoni ta’ tfaddil prospettiv ma tressqet għal dan is-segment. Fir-rigward tal-bottiljaturi, ġie meqjus li jekk l-allegat tnaqqis fil-prezz tal-PET jimmaterjalizza, fid-dawl tal-istruttura tal-ispejjeż tal-bottiljaturi, tfaddil ta’ bejn 0.3%-0.7% tal-ispejjeż totali ma jistax jitqies bħala ‘sinifikanti”. Peress li l-ebda evidenza ġdida ma kienet provduta, it-talba ġiet irrifjutata bħala li ma kinitx sostanzjata.

(239)   Intqal li xi produtturi tal-ilma bbottiljat għandhom vulnerabbiltajiet inererenti li joħorġu mir-rekwiżiti legali imposti biex l-ilma tas-sors jiġi bbottiljat fis-sors u l-volumi limitati tal-estrazzjoni. Is-settur qed jiġi ddominat mill-SMEs, fatt li għandu impatt fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-kumpaniji inkwistjoni. Barra minn hekk, kienu osservati varjazzjonijiet fil-livelli tal-prezzijiet tal-prodotti finali bejn l-Istati Membri skont il-poter tal-akkwst tal-popolazzjoni lokali. Għal dawn ir-raġunijiet tqies li l-impatt ta’ tnaqqis eventwali fil-prezzijiet tal-PET, jekk jitneħħew il-miżuri, ikun aktar evidenti għal din il-parti tal-industrija tal-ibbottiljar.

Allegati primjum tal-prezzijiet u profitti tal-industrija tal-Unjoni

(240)   Xi partijiet allegaw l-eżistenza ta’ prezzijiet primjum u marġini primjum prattikati mill-produtturi tal-PET fl-Unjoni, u qalu li dawn huma l-oriġini taż-żidiet fil-prezzijiet fl-2011. Din l-istqarrija kienet ukoll appoġġata mill-paragun li sar bejn il-prezzijiet tal-PET u l-firxa fuq il-materja prima fl-Unjoni mas-sitwazzjoni fis-suq Asjatiku u fl-Istati Uniti. Ġie sostnut li din is-sitwazzjoni tirriżulta mill-akkumulazzjoni ta’ rimedji kummerċjali.

(241)   Għandu jiġi nnotat li ż-żieda fil-prezzijiet tal-PET fl-2011, kif ukoll it-tnaqqis tagħhom fl-2009, kien fenomenu dinji imbuttat mill-evoluzzjoni fil-prezzijiet tal-materja prima (ara l-premessa (155)). Id-dejta ppreżentata mill-partijiet uriet b’mod sistematiku korrelazzjoni mill-qrib ħafna bejn l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-PET fl-Ewropa, l-Asja u l-USA. Madankollu, fil-fatt hemm differenzi fil-prezzijiet tal-PET madwar id-dinja li huma relatati ma’ diversi raġunijiet, b’mod partikolari l-istruttura speċifika tal-ispejjeż f’kull reġjun. Rigward l-argument dwar il-marġini primjum eżistenti fl-Unjoni, huwa nnotat li anki f’ċirkustanzi eċċezzjonali lejn l-aħħar tal-2010 u l-bidu tal-2011, l-industrija tal-Unjoni sempliċiment laħqet il-profittabilità kkunsidrata raġonevoli għal din it-tip ta’ industrija. Ma nstabet l-ebda evidenza ta’ profitt primjum. Għaldaqstant, l-argument dwar prezzijiet 'primjum' u marġini 'primjum' eżistenti fuq il-PET fl-Unjoni li huma dovuti għall-eżistenza tal-miżuri inkwistjoni, irid jiġi rifjutat.

(242)   Wara l-iżvelar, xi partijiet tennew l-argument tagħhom li l-prezzijiet fl-Unjoni kienu għoljin b’mod inġustifikabbli li jirrifletti l-impatt ta’ akkumulazzjoni ta’ miżuri anti-dumping li joperaw f’suq b’konċentrazzjoni fost il-produtturi tal-Unjoni, integrazzjoni vertikali u produzzjoni limitata li mhix kapaċi tissodisfa l-konsum. Intqal ukoll li d-dejta dwar il-prezzijiet uriet ukoll li prezzijiet ogħla fl-Unjoni mhumiex jirriflettu spejjeż ogħla tal-materja prima. Huwa innutat li l-argumenti dwar il-konċentrazzjoni, l-integrazzjoni vertikali u l-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni ġew indirizzati fil-premessi (207) u (259) rispettivament. Fir-rigward tal-impatt ddikjarat ta’ dawn il-fatturi fuq il-prezz tal-PET fl-Unjoni huwa mfakkar li l-iżvilupp tal-prezz tal-PET huwa kkawżat mill-prezz tal-materja prima li tammonta għal 90% l-ispiża tal-PET (ara l-premessa (173) hawn fuq). Barra minn hekk, iż-żieda fil-prezzijiet tal-PET fl-2010/2011 kien fenomenu dinji (ara l-premessa (172) hawn fuq). L-argumenti tal-partijiet għalhekk tqiesu bħala li ma kinux sostanzjati.

(243)   Fir-rigward tal-argument dwar id-distakk bejn il-prezz tal-PET tal-Unjoni u l-prezzijiet fl-Asja u l-Istati Uniti, u barra s-sejbiet diġà mesmmija fil-premessa (244) hawn fuq, instab li d-differenza fil-prezzijiet bejn l-Istati Uniti u s-suq tal-Unjoni kienet volatili, iżda moderat. Il-prezzijiet tal-Unjoni ma kinux sistematikament ogħla kif iddikjarat. Is-suq tal-Asja u tal-Unjoni instabu li kienu differenti ħafna f’termini tal-istrutturi tal-ispejjeż marbuta b’mod partikolari mad-daqs tas-suq u ekonomiji ta’ skala, aċċess għall-materji primi u l-kapaċità. Għalhekk, it-tqabbil tal-prezzijiet medji bejn dawn iż-żewġt iswieq ma kienx sinifikanti. L-argument tal-partijiet injstab li ma kienx sostanzjat.

(244)   Barra minn hekk, xi partijiet sostnew li l-prezzijiet fl-Unjoni jirriflettu firxa ogħla fuq il-prezz tal-materja prima kif imqabbla mal-Istati Uniti jew l-Asja. Il-paraguni mal-firxa jsegwu l-istess loġika bħal paraguni fuq il-prezzijiet ta’ diversi swieq reġjonali bid-differenza li l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-materja prima bejn id-diversi swieq reġjonali huma kkunsidrati. Madankollu, id-differenzi strutturali eżistenti bejn is-swieq tista’ tiġġustifika d-differenza fil-konverżjoni tat-tariffi. Profitti straordinarji li saru mill-industrija tal-Unjoni bejn l-2010/2011 ġew spjegati fil-premessa (179) hawn fuq. Fl-ebda waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet ma nstab li l-miżuri kellhom rwol. Għalhekk l-argument tal-partijiet ġie miċħud.

(245)   L-istess partijiet sostnew ukoll li l-akbar produttur fl-Unjoni jitlob prezzijiet ogħla fl-Unjoni milli fi swieq oħra u jirreġistra dħul ogħla fl-2010 fl-Unjoni milli bnadi oħra. F’dan il-kuntest, huwa kkunsidrat li huwa ekonomikament ġustifikabbli li kumpannija transnazzjonali jkollha strutturi tal-ispejjeż differenti u għalhekk prezzijiet differenti fuq swieq reġjonali differenti. Il-livelli ta’ profittabilità eċċezzjonali bejn l-2010/2011 ġew spjegati fil-premessa (179) hawn fuq. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argument ġie rrifjutat.

Is-sitwazzjoni ekonomika tal-utenti u l-impatt dikjarat tal-miżuri

(246)   Affermazzjonijiet oħra saru fir-rigward tad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-utenti, bħall-għeluq ta’ faċilitajiet u t-tnaqqis fl-impjiegi. Ġie allegat li dan kien ir-riżultat taż-żieda fil-prezzijiet tal-PET. Barra minn hekk, ġie sostnut li l-kompetittività tal-marki Ewropej ewlenin naqset ħafna billi l-esportazzjonijiet tagħhom f’pajjiżi terzi kienu f’kompetizzjoni diretta ma’ prodotti bbottiljati li jibbenefikaw minn PET bi prezzijiet internazzjonali.

(247)   Għandu jiġi nnotat li, fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-utenti li kkooperaw, is-segment tal-utenti ma nstabx li kien qiegħed jagħmel it-telf minkejja li kien hemm tnaqqis fil-livell ġenerali tal-profittabilità fil-PIR. Il-marġni ta’ qligħ tal-industrija tal-utenti stabbilit fuq il-bażi tar-risposti għall-kwestjonarju skont il-metodoloġija disponibbli għall-partijiet kollha nstab li kien f’livell simili tal-qligħ stabbilit għall-industrija tal-Unjoni fil-PIR. Iż-żewġ kumpaniji (bottiljaturi) verifikati rrapportaw aktar espansjonijiet fil-volumi tal-produzzjoni u żiedu l-profittabilità matul il-perjodu kkunsidrat. Xi konvertituri nstabu joperaw b’marġini stretti, f’xi każijiet jiffaċċjaw diffikultajiet strutturali u finanzjarji. Madankollu, ma setgħet tiġi stabbilita l-ebda rabta diretta mal-miżuri fis-seħħ f’dan ir-rigward. Bl-istess mod, ċertu deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika tal-bottiljaturi kien marbut mal-pressjoni kkawżata fl-2011 miż-żieda f’daqqa fil-prezz tal-PET li ma setgħetx tiġi mgħoddija lill-bejjiegħa bl-imnut fir-riċessjoni ekonomika kurrenti. Madankollu, filwaqt li kien stabbilit li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-utenti ddeterjorat sa ċertu punt fl-2011, ir-rabta bejn id-deterjorament u l-eżistenza tal-miżuri ma kinitx murija, speċjalment minħabba li l-miżuri kienu fis-seħħ mill-2000.

(248)   Wara l-iżvelar xi partijiet ma qablux mal-konklużjoni li l-industrija tal-utenti ma kinitx tagħmel it-telf. Il-partijiet sostnew ukoll li l-marġini ta’ profitt tal-utenti kien iżjed baxx minn dak tal-industrija tal-Unjoni. Rigward il-valutazzjoni tal-profittabilità tal-industrija tal-utenti, l-informazzjoni miġbura mill-utenti li koperaw ikkontradixxiet din l-istqarrija. Il-metodoloġija kienet disponibbli għall-partijiet. Għalkemm xi utenti li kkooperaw setgħu kienu qed jagħmlu telf, l-industrija tal-utenti nstabet li kienet tagħmel profitt b’mod ġenerali. Fi kwalunkwe każ, jekk iż-żieda fil-prezzijiet tal-PET tinstab li tkun element wieħed li jaffettwa l-profitabbiltà tal-utenti, l-ebda rabta bejn il-miżuri u l-profitabbiltà tal-kumpaniji inkwistjoni ma kienet murija. F’dak li għandu x’jaqsam mat-tqabbil ta’ marġini ta’ profitt tal-utenti u l-industrija tal-Unjoni, din it-talba ma kinitx sostanzjata. Minħabba l-volatilità tal-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni (ara l-premessi (176) sa (179) hawn fuq), il-paragun bejn iż-żewġ segmenti ma kienx meqjus konklużiv. Fi kwalunkwe każ, iż-żewġ taqsimiet urew livelli ta’ profittabilità simili matul il-PIR (ara l-premessa (253). F’dan id-dawl, il-kummenti tal-partijiet ġew irrifjutati bħala li ma kinux sostanzjati.

(249)   Rigward l-allegat tnaqqis fil-kompetittività tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-ilma minerali/xorb mhux alkoħoliku bbottiljat tal-Unjoni, din l-affermazzjoni la kienet issostanzjata, u f’dan il-kuntest lanqas ma ntweriet rabta mal-eżistenza tal-miżuri fis-seħħ.

(250)   Wara l-iżvelar il-partijiet tennew li ż-żieda fil-prezzijiet tal-PET għandhom impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-esportazzjonijiet tal-ilma bbottiljat. Huwa rikonoxxut li żieda fil-prezz tal-PET, fost affarijiet oħra, jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-esportazzjonijiet ta’ l-ilma bbottiljat. Madankollu, peress li ma nstabet l-ebda rabta bejn żieda fil-prezz tal-PET u l-miżuri inkwistjoni, minħabba li l-prezzijiet tal-PET primarjament ġejjin mill-prezzijiet tal-materja prima, l-impatt sostnut tal-miżuri fuq il-kompetittività mnaqqsa ġie miċħud.

(251)   Fl-aħħar nett, rigward l-allegat effett tal-miżuri fuq l-impjiegi, l-investigazzjoni żvelat li t-telf ivverifikat tal-impjiegi tal-industrija tal-utenti kien marbut prinċipalment maż-żieda fil-produttività u fl-effiċjenza u parti kienet tirrigwarda t-tnaqqis fil-persunal temporanju.

(252)   Wara l-iżvelar xi partijiet ikkontestaw din is-sejba fuq il-bażi li ma tirriflettix is-sitwazzjoni tas-settur kollu kemm hu. Minbarra s-sejbiet deskritti fil-premessa (254) hawn fuq, huwa osservat li impjiegi totali rrappurtati mill-konvertituri żdiedu b’mod sinifikanti u ħadd kinnhom ma rrappurta telf ta’ impjiegi. Il-bottiljaturi sostnew telf ta’ impjiegi bħala riżultat ta’ żieda fil-prezz tal-PET. Madankollu, peress li ż-żieda fil-prezz tal-PET kienet fenomenu dinji, ma ġiet stabbilita l-ebda rabta bejn it-telf ta’ impjiegi u l-miżuri. Barra minn hekk, 90 % tat-telf tal-impjiegi rrappurtati mit-tweġibiet tal-utenti għall-kwestjonarju kienu kkonċentrati fuq tliet kumpaniji. Waħda minnhom, utent ivverifikat li jirrappreżenta parti sostanzjali tat-telf ta’ impjiegi rapportat, żied sostanzjalment il-volumi tiegħu matul il-perjodu kkunsidrat u dan it-telf huwa għalhekk assoċjat mal-gwadanji fil-produttività. Rigward iż-żewġ kumpanniji li baqa’, dawn instabu li għandhom marġini tal-profittabilità fost l-ogħla tal-partijiet li kkooperaw fis-segment tagħhom u ‘l fuq mill-profitt immirat tal-industrija tal-Unjoni f’dan il-każ. Għalhekk dawk l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

Argumenti oħra

(253)   Wara l-iżvelar xi partijiet argumentaw li l-produtturi tal-Unjoni ma għandhomx biżżejjed kapaċitajiet biex ilaħħqu mad-domanda eżistenti. Ta’ min jinnota li l-industrija tal-Unjoni ħadmet b’86 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni tagħha fil-PIR u għandha biżżejjed kapaċità ta’ riżerva biex tkopri l-konsum domestiku totali ta’ PET. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra kemm bil-miżuri kif ukoll mingħajrhom ikomplu jseħħu u għandhom it-tendenza li jiżdiedu. Barra minn hekk, il-miżuri attwali skadew fil-każ tal-Korea t’Isfel u jitneħħew għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Malasja u l-Indoneżja. Barra minn hekk, l-industrija tar-riċiklaġġ tal-PET tista’ tikkostitwixxi sors ulterjuri ta’ PET biex tkopri d-domanda domestika fl-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, il-problemi allegati ffaċċjati mill-utenti minħabba allegat nuqqas ta’ produzzjoni fl-Unjoni ma tqisx li kienu sostanzjati.

(254)   Wara l-iżvelar xi utenti stqarrew li l-analiżi ma kinitx tindirizza l-impatt negattiv dikjarat tal-akkumulazzjoni tal-miżuri fuq il-prodott ikkonċernat minn din ir-reviżjoni. Bħala tweġiba għal dan l-argument, huwa nnutat li l-miżuri kumpensatorji sempliċiment jirrimedjaw għall-effett ta’ ħsara tas-sussidji stabbiliti. L-eżistenza tal-allegat effett ‘akkumulat’ ma kinitx pruvata. Għall-kuntrarju, minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi b’miżuri għadhom iseħħu u l-volumi tagħhom żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhom l-ebda miżuri huma disponibbli b’xejra li qed tikber u f’volumi sostanzjali. Il-kumment tal-parti kien għalhekk miċħud.

Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(255)   Biex wieħed jikkonkludi, huwa mistenni li l-estensjoni tal-miżuri kompensatorji fuq l-importazzjonijiet mill-Indja tipprovdi opportunità għall-industrija tal-Unjoni biex ittejjeb is-sitwazzjoni ekonomika tagħha u tikkapitalizza fuq l-investimenti u r-ristrutturar li saru f’dawn l-aħħar snin.

(256)   Huwa kkunsidrat ukoll li t-titjib fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tista’ tkun fl-interess ukoll tal-produtturi tal-PTA u, sa ċertu punt anqas, tal-produtturi tal-MEG fl-Unjoni.

(257)   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-utenti marret għall-agħar mill-aħħar reviżjoni u b’mod partikolari l-produtturi ż-żgħar tal-ilma tal-fliexken instab, fost raġunijiet oħra, li kienu affettwati ħażin, speċjalment jidher, miż-żieda riċenti fil-prezz tal-PET billi ma setgħux jgħadduha lill-bejjiegħa bl-imnut fil-klima ekonomika preżenti. Madankollu, l-iżviluppi eċċezzjonali tal-2011 fil-prezzijiet u l-marġini nstab li kienu fenomenu globali misjuq prinċipalment miż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima. Għalhekk, l-allegazzjonijiet dwar prezzijiet 'primjum' u marġini 'primjum' eżistenti marbuta mal-eżistenza tal-miżuri inkwistjoni nstab li ma kinux ġustifikati. Fl-istess ħin, is-suq tal-Unjoni għadu suq miftuħ b’sorsi alternattivi eżistenti ta’ provvista minn pajjiżi terzi oħra mingħajr l-ebda miżuri.

(258)   F’dan l-isfond, ma ntweriet l-ebda rabta diretta bejn iż-żieda fil-prezzijiet tal-PET u l-miżuri eżistenti. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-konvertituri nstabet li kienet stabbli minkejja l-miżuri fis-seħħ. Il-piż tal-PET fil-kost totali tal-bottiljaturi nstab li kien limitat. Barra minn hekk, ma ġiet murija ebda rabta bejn il-varjazzjonijiet fil-prezz tal-PET u l-miżuri. Għal dawn ir-raġunijiet, il-miżuri ma nstabux li għandhom effett sproporzjonati fuq l-utenti.

(259)   Fid-dawl tal-fatturi kollha spjegati hawn fuq, ma tistax tintlaħaq konklużjoni ċara li mhux fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri kumpensatorji preżenti.

G. RELAZZJONI BEJN ANTI-DUMPING U L-MIŻURI KOMPENSATORJI

(260)   Saret investigazzjoni parallela dwar l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping (ara l-premessa (8) hawn fuq). Dik l-investigazzjoni kkonfermat il-ħtieġa li titkompla l-applikazzjoni ta' tali miżuri f'livelli mhux mibdula. L-investigazzjoni preżenti wkoll ikkonkludiet li l-miżuri kompensatorji fuq importazzjonijiet mill-Indja għandhom jinżammu fis-seħħ f'livelli mhux mibdula. F'dak ir-rigward, wieħed jirreferi għall-premessa (125) tar-Regolament (KE) Nru 2604/2000. Billi l-miżuri attwalment proposti għall-esportazzjonijiet ta' PET mill-Indja baqgħu mhux mibdula, isegwi li l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009 u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament huma osservati.

H. MIŻURI KUMPENSATORJI

(261)   Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet kollha li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-konsiderazzjoni dovuta fejn kien meħtieġ.

(262)   Fuq il-bażi tal-analiżijiet ta’ hawn fuq, il-miżuri kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ PET li joriġina mill-Indja għandhom jinżammu f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. Huwa mfakkar li dawn il-miżuri jikkonsistu minn dazji speċifiċi.

(263)   Ir-rati tad-dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat magħmul minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament b’isimha u l-indirizz tagħha, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-‘kumpaniji l-oħra kollha’.

(264)   Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju kumpensatorju individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew bejgħ) għandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjata, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni jew bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament imbagħad jiġi emendat kif meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jgawdu minn rati ta’ dazju individwali.

(265)   Sabiex jiġi assigurat infurzar xieraq tad-dazju kumpensatorju, il-livell tad-dazju residwu m’għandux japplika biss għall-esportaturi li ma kkooperawx iżda għandu japplika wkoll għal dawk il-kumpaniji li ma kellhomx esportazzjonijiet matul il-PIR. Madankollu, dawn il-kumpaniji tal-aħħar huma mistiedna, meta jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku, sabiex jippreżentaw talba għal reviżjoni skont dak l-Artikolu sabiex is-sitwazzjoni tagħhom tiġi eżaminata individwalment,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.         Dazju kumpensatorju definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ polietilentereftalatli b’numru ta’ viskożità ta’ 78 ml/g jew ogħla, skont l-istandard ISO 1628-5, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3907 60 20 u li joriġina mill-Indja.

2.         Ir-rata tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Pajjiż || Kumpanija || Dazju kumpensatorju (EUR/tunnellata) || Kodiċi TARIC addizzjonali

L-Indja || Reliance Industries Ltd || 90.4 || A181

L-Indja || Pearl Engineering Polymers Ltd || 74.6 || A182

L-Indja || Senpet Ltd || 22.0 || A183

L-Indja || Futura Poliesters Ltd || 0 || A184

L-Indja || Dhunseri Petrochem & Tea Limited || 106.5 || A585

L-Indja || All other companies || 69.4 || A999

3.         F’każijiet fejn il-prodotti tkun saritilhom il-ħsara qabel ma jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni libera, il-prezz attwalment imħallas jew li jkun irid jitħallas jiġi maqsum għall-istabbiliment tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93[18], l-ammont ta’ dazju kumpensatorju, ikkalkulat fuq il-bażi tal-ammonti stabbiliti hawn fuq, għandu jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz attwalment imħallas jew li jkun irid jitħallas.

4.         Minkejja l-paragrafi 1 u 2, id-dazju kumpensatorju definittiv m’għandux japplika għal importazzjonijiet maħruġa għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 2.

5.         Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fir-rigward tad-dazji doganali.

Artikolu 2

1.         L-importazzjonijiet għandhom ikunu eżentati mid-dazji kumpensatorji imposti mill-Artikolu 1 sakemm huma prodotti u esportati direttament (jiġifieri fatturati u mibgħuta bil-baħar) lil kumpanija li taġixxi bħala importatur fl-Unjoni mill-kumpaniji li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fid-Deċiżjoni 2000/745/KE, kif emendata minn żmien għal żmien, dikjarata taħt il-kodiċi TARIC addizzjonali adatt u li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 2 ikunu sodisfatti.

2.         Meta tiġi ppreżentata t-talba għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera, l-eżenzjoni mid-dazji għandha tkun kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ Fattura ta’ Impenn valida lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istat Membru kkonċernat, maħruġa mill-kumpaniji esportaturi li mingħandhom ikunu aċċettati impenji, li jkun fiha l-elementi essenzjali elenkati fl-Anness. L-eżenzjoni mid-dazju għandha tkun kondizzjonali wkoll fuq il-fatt li l-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jkunu jaqblu eżatt mad-deskrizzjoni fuq il-Fattura ta’ Impenn.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS

Elementi li għandhom jiġu indikati fil-Fattura ta’ Impenn imsemmija fl-Artikolu 2(2):

1. In-numru tal-Fattura tal-Garanzija.

2. Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtu tista’ tiġi klerjata l-merkanzija fuq il-fattura mid-dwana fil-fruntieri tal-Unjoni.

3. Deskrizzjoni preċiża tal-merkanzija, inkluż:

- in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PRC) (kif stabbilit fis-servizz offrut mill-esportatur u produttur fil-kwestjoni)

- il-kodiċi NM;

- il-kwantità (illi għandha tingħata f'unitajiet).

4. Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, li tinkludi:

- prezz għal kull unità,

- it-termini applikabbli tal-pagament,

- it-termini applikabbli tal-konsenja,

- tnaqqis u skontijiet totali.

5. L-isem tal-kumpanija li taġixxi bħala importatur li lilha tinħareġ direttament il-fattura mill-kumpanija.

6. L-isem tal-uffiċjal tal-kumpanija li tkun ħarġet il-fattura tal-garanzija u d-dikjarazzjoni ffirmata segwenti:

"Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika illi l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-merkanzija koperta minn din il-fattura qegħda ssir fi a tenur ta' u taħt it-termini tal-obbligazzjoni offruta minn… (Kumpanija), u aċċettata mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni Nru. 2000/745/KE. Jien niddikjara li l-informazzjoni provduta f'din il-fattura hija sħiħa u korretta."

[1]               ĠU L 301, 30.11.2000, p.1.

[2]               ĠU L 266, 11.10.2005, p.1.

[3]               ĠU L 301, 30.11.2000, p. 88, kif emendata minn żmien għal żmien.

[4]               ĠU L 188, 18.7.2009, p.93.

[5]               ĠU L 301, 30.11.2000, p.1.

[6]               ĠU L 266, 11.10.2005, p.1.

[7]               ĠU L 59, 27.2.2007, p.34.

[8]               ĠU L 340, 19.12.2008, p.1.

[9]               ĠU L 232, 9.9.2011, p.19

[10]             ĠU L 168, 28.6.2012, p.6.

[11]             ĠU L 301, 30.11.2000, p. 88.

[12]             ĠU L 301, 30.11.2000, p. 21.

[13]             ĠU L 59, 27.2.2007, p.1.

[14]             ĠU C 116, 14.4.2011, p.10

[15]             ĠU C 55, 24.2.2012, p.14

[16]             ĠU C 55, 24.2.2012, p. 4.

[17]             Eż.Regolament tal-Kummissjoni Nru 473/2010; Regolament tal-Kunsill Nru 192/2007.

[18]             ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.