52013DC0685

ANNESS għall- KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Programm dwar l-Ideoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Ir-Riżultati u l-Passi li Jmiss /* COM/2013/0685 final */


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni

L-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Ir-riżultati u l-passi li jmiss

I. Introduzzjoni

Ir-regolamentazzjoni hija parti essenzjali tas-soċjetà moderna u ta' governanza tajba. Ir-regolamentazzjoni fil-livell tal-UE żżid il-valur f’oqsma bħall-kompetizzjoni, il-kummerċ u s-suq intern biex tibni ambjent ekwu li joħloq opportunitajiet għan-negozji, għall-ħaddiema u għall-konsumaturi. Hi tipproteġi wkoll is-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini, tal-konsumaturi u tal-ħaddiema. Il-leġiżlazzjoni tal-UE toħloq qafas komuni billi tissostitwixxi jew tallinja tmienja u għoxrin liġi nazzjonali differenti. Hija tippermetti lill-Istati Membri tal-UE li jaħdmu flimkien biex jiżguraw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jew biex joħolqu opportunitajiet li fin-natura tagħhom huma transfruntiera – bħalma huma dawk li jġibu magħhom l-internet jew il-mobilità tax-xogħol – u biex jittrattaw problemi li ma jirrispettawx il-fruntieri nazzjonali – it-tibdil fil-klima, it-tniġġis ambjentali, it-theddidiet għas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, fost oħrajn. Il-qafas legali u istituzzjonali, li jinkludi l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi mill-Kummissjoni u mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, jagħti assigurazzjoni lill-Istati Membri li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun qed tiġi applikata b’mod korrett madwar l-UE kollha. Fl-istess ħin, ir-regolamentazzjoni tal-UE ta' spiss tiġi akkużata li tapplika wisq rekwiżiti li jxekklu lin-negozji, speċjalment lil dawk li huma l-iżgħar fosthom[1].

Bi tweġiba għal dan it-tħassib, il-Kummissjoni għamlet sforz kollettiv matul dawn l-aħħar ftit snin biex tissimplifika l-leġiżlazzjoni u tnaqqas il-piżijiet regolatorji. Sa mill-2005, il-Kummissjoni approvat 660 inizjattiva li l-għan tagħhom kien is-simplifikazzjoni, il-kodifikazzjoni jew it-tfassil mill-ġdid[2]. Tħassru aktar minn 5 590 att legali. Il-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid għall-prodotti jinvolvi simplifikazzjoni regolatorja importanti u l-piżijiet fuq in-negozji qed jonqsu f’ħafna oqsma – l-agrikoltura, l-istatistika, is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, il-VAT, it-trasport, l-akkwist pubbliku, il-kontijiet annwali, biex insemmu biss xi ftit minnhom.  Fil-politika ambjentali ġew stabbiliti direttivi qafas għall-ilma, l-arja, l-emissjonijiet industrijali u l-iskart li ssimplifikaw il-qafas ġuridiku u li naqqsu l-għadd ta’ direttivi f’kull qasam, filwaqt li pprovdew flessibbiltà fl-implimentazzjoni. Id-direttivi dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol jippermettu lill-Istati Membri jipprovdu flessibbiltà lin-negozji ż-żgħar.

Il-mod li bih il-Kummissjoni issa qed tħejji r-regolamentazzjoni nbidel b’mod sinifikanti.  Il-valutazzjonijiet tal-impatt u l-konsultazzjoni tal-parti interessata huma applikati sistematikament mal-Kummissjoni kollha. Il-burokrazija tnaqqset b’ferm aktar mill-mira ta’ 25 % stabbilita fil-programm għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi. Mill-bidu sal-aħħar, il-prinċipji u l-prassi Regolatorji Intelliġenti jimmotivaw l-azzjoni tal-Kummissjoni. Iżda l-proċess jeħtieġ li jiġi kostantement stimolat mill-ġdid sabiex iżomm il-momentum.  Ir-regolamentazzjoni intelliġenti hija proċess kontinwu, u mhux operazzjoni ta’ darba.  L-iżgurar li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun “adattata għall-iskop” huwa essenzjali biex l-Ewropa terġa' tiġi fit-triq it-tajba li twassal għal aktar tkabbir u impjiegi. Għalhekk, f’Diċembru 2012 il-Kummissjoni nediet Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT)[3]. Il-Programm REFIT huwa l-espressjoni tal-impenn kontinwu tal-Kummissjoni għal qafas regolatorju sempliċi, ċar, stabbli u prevedibbli għan-negozji, għall-ħaddiema u għaċ-ċittadini. Il-Programm REFIT huwa programm maħsub għar-rieżami tal-ġabra kollha ta' leġiżlazzjoni tal-UE – sabiex jiġu identifikati l-piżijiet, l-inkonsistenzi, il-lakuni jew il-miżuri ineffikaċi u biex isiru l-proposti meħtieġa bħala segwitu għas-sejbiet tar-rieżami. 

Din il-Komunikazzjoni tippreżenta r-riżultati tal-iskrinjar ippubblikati mill-Kummissjoni f’Awwissu 2013[4]. Il-Komunikazzjoni tidentifika fejn se tieħu azzjoni l-Kummissjoni u fejn, fl-interessi tal-idoneità regolatorja, hi ddeċidiet li għalissa mhija meħtieġa l-ebda azzjoni. Hija tidentifika l-isfidi ffaċċjati matul l-ewwel fażi tal-implimentazzjoni tal-programm REFIT u tagħti ħarsa ġenerali tal-passi li jmiss. L-Anness jistabbilixxi l-azzjonijiet regolatorji ta' idoneità li qed jiġu implimentati jew li huma proposti lill-koleġiżlaturi.

II. Riżultati tal-Iskrinjar REFIT

L-iskrinjar wera li l-Kummissjoni għamlet ħafna f’dawn l-aħħar snin biex iżżomm il-leġiżlazzjoni tagħha adattata għall-iskop, billi ssimplifikat u naqqset il-kostijiet.  Xi inizjattivi qegħdin fis-seħħ, filwaqt li oħrajn jinsabu quddiem il-koleġiżlatur jistennew li jiġu adottati. L-iskrinjar indika wkoll l-oqsma fejn hemm bżonn ta' rieżami leġiżlattiv ulterjuri (konsolidazzjoni, simplifikazzjoni) u l-oqsma fejn jeħtieġ li ssir analiżi ulterjuri (evalwazzjoni u kontrolli ta' idoneità) bi tħejjija għar-rieżami regolatorju.   

I. Il-progress u l-kisbiet li saru sal-lum

Ir-riżultati juru biċ-ċar li l-prinċipji Regolatorji Intelliġenti ġew integrati fl-iżvilupp tal-politika fl-oqsma kollha ta’ politika u l-għodod Regolatorji Intelliġenti (il-valutazzjoni tal-impatt, il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-evalwazzjoni) huma applikati b’mod konsistenti fl-oqsma kollha ta’ politika. 

L-istrumenti ta' regolamentazzjoni intelliġenti huma parti integrali taċ-ċiklu tal-politika.  Illum il-ġurnata, kważi l-proposti kollha li saru mill-Kummissjoni li aktarx ikollhom impatt sinifikanti huma akkumpanjati minn valutazzjoni tal-impatt, u qed tingħata aktar u aktar attenzjoni lill-evalwazzjoni tal-politika ex-post.[5] Il-Kummissjoni wettqet 340 konsultazzjoni pubblika u għadd ta’ konsultazzjonijiet ma' sħab soċjali bejn l-2010 u l-2012 sabiex tiġbor il-fehmiet taċ-ċittadini, tas-sħab soċjali u ta' partijiet interessati oħrajn fin-negozju u fis-soċjetà ċivili u sabiex tintroduċi l-kummenti tagħhom fil-proċess tal-iżvilupp u tar-rieżami ta' politika.[6]

Matul dawn l-aħħar 10 snin il-Kummissjoni bdiet riformi kbar ta' politika bil-għan li jwasslu għal, inter alia, simplifikazzjoni sinifikanti u tnaqqis tal-piż regolatorju. Ara xi eżempji hawn taħt.

Id-Direttiva dwar is-Servizzi tat lok għal bidliet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali biex telimina mijiet ta’ rekwiżiti nazzjonali diskriminatorji, mhux ġustifikati jew sproporzjonati.  F'setturi prinċipali bħalma huma l-kummerċ, il-professjonijiet regolati, il-kostruzzjoni, it-turiżmu eċċ., l-iskemi ta' awtorizzazzjoni ġew issimplifikati. Il-Kummissjoni qed taħdem flimkien mal-Istati Membri biex tneħħi l-ostakli għall-provvista ta' servizzi transfruntiera bil-għan li tiżgura implimentazzjoni ambizzjuża hekk kif imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-2012.[7] Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tkompli bil-ħidma tagħha fir-rigward tal-attivitajiet tal-professjonijiet regolati, bil-ħsieb li ssaħħaħ il-libertà tal-istabbiliment f'dak is-settur.[8]

Il-pakkett ta' riforma tal-privattivi li joħloq protezzjoni unitarja tal-privattivi u Qorti Unifikata tal-Privattivi se jġibu magħhom benefiċċji u ffrankar sostanzjali.  Il-kost amministrattiv għall-għoti ta' privattiva unitarja li tkun protetta fi kważi l-Istati Membri kollha, se jitnaqqas b'massimu ta' 80 %. L-eżistenza ta’ Qorti Unifikata tal-Privattivi tfisser li n-negozji jistgħu jevitaw is-sitwazzjoni attwali fejn it-tilwim legali jseħħ f’fora numerużi f’diversi Stati Membri.

Il-fruntiera ta’ Schengen u l-Kodiċi dwar il-Viżi ffaċilitaw bil-kbir il-kummerċ u l-ivvjaġġar billi ħolqu żona mingħajr fruntieri interni fejn iċ-ċittadini, in-nies involuti fin-negozju u t-turisti jistgħu jiċċirkolaw b’mod liberu mingħajr ma jkunu sottomessi għal kontrolli fuq il-fruntiera. Mill-1985 'l hawn, din iż-żona kompliet tikber gradwalment u llum il-ġurnata tkopri kważi l-Istati kollha tal-UE u xi pajjiżi assoċjati li mhux tal-UE.

Fil-qasam tal-intrapriża u tal-industrija pereżempju, xi regolamenti ġodda ħassru 24 direttiva dwar il-vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija, 15-il direttiva dwar vetturi żgħar bil-mutur u 8 direttivi dwar il-metroloġija.

Fil-qasam tal-ambjent, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma naqqset l-għadd ta’ direttivi dwar l-ilma minn 18 għal 9. Hija ssimplifikat ukoll u naqqset ir-rekwiżiti ta’ rapportar, flimkien mas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Ilma għall-Ewropa (WISE). Id-Direttiva tal-2010 dwar l-Emissjonijiet Industrijali tirrappreżenta sforz kbir ta’ konsolidazzjoni, li wassal għat-tħassir ta' seba’ direttivi settorjali.  Id-Direttiva l-ġdida tnaqqas il-piżijiet amministrattivi b’madwar EUR 30 miljun fis-sena permezz ta' ħruġ konġunt ta’ permessi u b'EUR 2 miljun fis-sena permezz ta’ rappurtar u monitoraġġ issimplifikati. 

Il-Kummissjoni involviet ruħha fi programm ta’ azzjoni ambizzjuż biex tnaqqas il-burokrazija. Bejn l-2007 u l-2012, il-Programm għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi kiseb tnaqqis ta’ 25 % tal-piżijiet fi 13-il qasam ta’ prijorità ekwivalenti għal iffrankar ta’ madwar EUR 30,8 biljun b’EUR 5 biljun oħra li għadhom iridu jiġu adottati mill-koleġiżlatur[9]. Il-Kummissjoni stess marret lil hinn mill-mira billi ressqet proposti b'potenzjal ta' tnaqqis fil-piżijiet li jqarreb il-EUR 41 biljun (33%). Ftit minn dan il-potenzjal, stmat li jammonta għal aktar minn EUR 3 biljun, intilef matul il-proċess leġiżlattiv huma u jiġu emendati l-proposti tal-Kummissjoni. Il-promozzjoni tal-fatturar elettroniku fil-qasam tal-VAT kif ukoll ta' eżenzjonijiet jew ta' reġimi speċjali għall-SMEs fl-oqsma tal-kontabilità, tal-iskart elettroniku u tal-istatistika tal-kummerċ intra-UE kienu fost il-kisbiet ewlenin tal-programm. Fil-qafas tal-Programm REFIT, il-Kummissjoni qed teżamina, flimkien mal-Istati Membri, jekk dan l-iffrankar ġiex sfruttat kompletament min-negozji fil-post. B’dan il-mod, il-Kummissjoni tista’ tara x'inhu l-aħjar li għandha tagħmel biex timxi pass ieħor 'il quddiem fit-tnaqqis tal-burokrazija. 

Id-Direttiva tal-VAT dwar il-fatturar tnaqqas il-burokrazija b’mod konsiderevoli, u tippermetti li l-fatturi elettroniċi jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-fatturi stampati. Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (UCC) jipprevedi wkoll l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ġodda bbażati fuq l-elettronika.

Il-konsultazzjoni "Top Ten" tal-SMEs dwar l-atti leġiżlattivi tal-UE li jqisu bħala li huma l-aktar ta’ piż għalihom introduċiet il-prijoritajiet tal-SMEs fl-aġenda tal-Kummissjoni dwar l-idoneità regolatorja. Ġew identifikati l-azzjonijiet ta’ segwitu li jagħtu rispons dirett għat-tħassib tal-SMEs.[10]

Fuq quddiem nett tal-Programm REFIT hemm l-azzjoni biex jitnaqqas il-piż regolatorju fuq l-SMEs.[11] Fit-18 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar is-Segwitu għall-konsultazzjoni "Top 10"tal-SMEs. L-aktar leġiżlazzjoni tal-UE peżanti identifikata permezz ta’ din il-konsultazzjoni tikkonċerna l-oqsma li ġejjin: is-sustanzi kimiċi (REACH); l-immaniġġjar tal-VAT; is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur; is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; il-kapaċità tal-professjonisti kkwalifikati li jaħdmu mal-UE kollha; iċ-ċaqliq u t-trattament tal-iskart mingħajr ma ssir ħsara fuq l-ambjent; l-aċċess għal swieq prinċipali tal-akkwist pubbliku; it-trasport bit-triq ta’ merkanzija u d-Direttiva dwar il-protezzjoni tad-dejta. 

Għal 6 mill-miżuri leġiżlattivi identifikati fit-"Top 10", il-Kummissjoni diġà għamlet proposti dwar is-simplifikazzjoni tagħhom lill-Parlament u lill-Kunsill. Dawn jinkludu simplifikazzjoni għall-SMEs li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-dejta, l-istazzjonar tal-ħaddiema, is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur, l-akkwist pubbliku, il-kwalifiki professjonali u l-apparat għar-reġistrazzjoni (takografu) fit-trasport bit-triq. Din is-sena hemm ippjanat li jiġu ppreżentati żewġ proposti oħra (dwar dikjarazzjoni standard tal-VAT li tiffaċilita l-konformità mar-regoli għan-negozji b'attivitajiet f’diversi Stati Membri u dwar l-ispezzjonijiet u l-kontrolli tal-vjeġġi ta’ skart). Il-Kummissjoni tittama li dawn jiġu adottati malajr.

Fil-qafas ġuridiku attwali qed isiru xi bidliet oħra. Pereżempju, it-tariffi għall-SMEs taħt ir-REACH tnaqqsu b’bejn 35 u 95 % għall-kumpaniji żgħar u medji u għall-mikrokumpaniji u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ħatret Ambaxxatur tal-SMEs.

II. Proposti mal-Koleġiżlatur

Diversi inizjattivi leġiżlattivi importanti li jirrigwardaw is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet għan-negozji tressqu quddiem il-koleġiżlatur. B’kollox hemm 21 proposta għas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet li għandhom pendenti fil-proċess leġiżlattiv. Dawn jinkludu proposti fl-oqsma segwenti: is-saħħa tal-pjanti u tal-annimali, is-sussidji agrikoli għal bdiewa żgħar, is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur u s-sorveljanza tas-suq, l-akkwist pubbliku, il-Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK), il-provi kliniċi bil-prodotti farmaċewtiċi, il-vjaġġi, il-vaganzi u l-ġiti b'kollox inkluż u t-trasport bit-triq (it-takografu).

Ir-reviżjoni proposta tad-Direttiva dwar il-provi kliniċi se toħloq sett uniku ta’ regoli - l-isponsors se japplikaw permezz ta’ portal uniku u se jippreżentaw sett wieħed ta’ dokumentazzjoni (one-stop-shop). 

Il-proposti tal-Kummissjoni se jinvolvu t-tħassir ta' 37 att legali dwar is-saħħa tal-annimali, ta' 7 atti legali dwar is-saħħa tal-pjanti, ta' 12-il att legali dwar il-materjali riproduttivi tal-pjanti u ta' 10 atti legali dwar il-kontrolli uffiċjali.  Dan se jirriżulta f’qafas aktar flessibbli u se joffri possibbiltajiet ġodda għat-tnaqqis tal-burokrazija pereż. l-eliminazzjoni tan-notifika doppja ta' mard lill-UE u lil organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kummerċ intra-UE ta’ ċerti annimali u prodotti mingħajr ċertifikati, mekkaniżmi volontarji għal bijosigurtà ogħla fl-azjendi agrikoli li jipprevjenu t-tixrid ta’ mard, it-trasferiment ta’ responsabbiltà għar-reġistrazzjoni tal-varjetajiet u għall-passaporti ta’ pjanti għal fuq is-settur privat u prijoritizzazzjoni bbażata fuq ir-riskju tal-kontrolli uffiċjali aħjar

Il-proposta tal-Kummissjoni dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva tfittex li tintroduċi sistema fakultattiva b’sett ta’ regoli komuni fl-UE sabiex tiġi kkalkulata l-bażi tat-taxxa korporattiva għan-negozji li joperaw fis-suq intern. Is-sistema tkun toffri lid-ditti transfruntiera l-possibbiltà li jippreżentaw dikjarazzjoni tat-taxxa kkonsolidata waħda quddiem amministrazzjoni waħda għall-attività kollha tagħhom fl-UE. Huwa stmat li l-kosti attwali ta’ konformità jistgħu jitnaqqsu b’7 % u l-BKKTK se tiffranka lin-negozji EUR 750 miljun f’kosti ta’ konformità mnaqqsa u biljun euro f'kosti mnaqqsa biex jespandu b'mod transfruntier.

F’Diċembru 2011, il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni tar-reġim applikabbli għall-akkwisti pubbliċi. Xi wħud mill-modifiki proposti se jkollhom impatt dirett fuq l-aċċess tal-SMEs għall-akkwist pubbliku, inklużi l-konċessjonijiet. Ir-reviżjoni tinkludi dispożizzjonijiet li jirrikjedu l-aċċettazzjoni ta’ awtodikjarazzjonijiet għall-skopijiet ta’ għażla (l-offerent rebbieħ biss se jkollu jippreżenta evidenza kompluta) u dispożizzjoni li tobbliga lill-awtoritajiet kontraenti japplikaw kriterji tal-għażla proporzjonali għall-verifika tal-pożizzjoni finanzjarja tal-offerenti. Il-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi tranżizzjoni gradwali għall-akkwist elettroniku. Il-kumpaniji jkunu jistgħu jikkonsultaw l-opportunitajiet ta' offerti onlajn u jissottomettu l-offerti tagħhom elettronikament, u dan iwassal biex jiġi ssimplifikat il-proċess u biex tiżdied it-trasparenza. Rigward il-proposta dwar it-takografu fit-trasport bit-triq, il-Parlament u l-Kunsill laħqu ftehim u huwa mistenni li l-proposta dwar l-akkwisti tiġi adottata dalwaqt.

III. Inizjattivi ġodda u t-tħejjija għar-rawnd li jmiss ta’ riforma regolatorja

Fl-istess ħin, l-iskrinjar wera li l-potenzjal għas-simplifikazzjoni u għat-tnaqqis tal-piżijiet mhuwiex eżawrit.  Fost l-azzjoni ulterjuri li se tittieħed biex jiġi żgurat li r-regolamentazzjoni  tal-UE tkun "adattata għall-iskop tagħha" hemm l-azzjonijiet ta' simplifikazzjoni u/jew ta' konsolidazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti. u , b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet fuq l-evalwazzjoni għal tnaqqis ulterjuri tal-piż regolatorju, fejn rilevanti, se jiġu ppreżentati 23 inizjattiva leġiżlattiva ġdida għas-simplifikazzjoni u għat-tnaqqis tal-piż regolatorju. Dawn qed jiġu elenkati fl-Anness u jinkludu, fost l-oħrajn:

· Emenda u konsolidazzjoni: Wara li ssir Verifika tal-Idoneità u skont xi jkunu r-riżultati tal-konsultazzjoni mas-sħab soċjali, se jittieħdu inkunsiderazzjoni l-konsolidazzjoni tat-tliet direttivi dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema. Diversi regolamenti statistiċi eżistenti se jiġu integrati f’qafas wieħed ta' regolamentazzjoni dwar l-istatistika tan-negozji. Tmien direttivi fil-liġi tal-kumpaniji se jiġu kkodifikati f’waħda. Se tiġi proposta dikjarazzjoni standard tal-VAT fl-Istati Membri kollha. Se jiġu mfassla mill-ġdid 11-il miżura leġiżlattiva żooteknika u se jiġu kkodifikati 26 regolament dwar il-kummerċ.

· Evalwazzjonijiet u Verifiki tal-Idoneità: L-eżerċizzju tal-iskrinjar irriżulta prinċipalment fl-identifikazzjoni tal-oqsma li jeħtieġu valutazzjoni maħsuba biex jiġi identifikat aħjar is-soljev mill-piż regolatorju bil-għan li jiġu ssodisfati l-għanijiet ta' politika tal-UE bl-inqas kost possibbli u li jintlaħqu l-benefiċċji tar-regolamentazzjoni tal-UE.  Bħalissa għaddejjin sittax-il evalwazzjoni u verifika tal-idoneità ta' dan it-tip u qed jiġu elenkati fl-Anness ta' din il-Komunikazzjoni. Bi tħejjija għal inizjattivi leġiżlattivi futuri għat-tnaqqis tal-piż regolatorju, fl-2013 u fl-2014, se jiġu mnedija 31 evalwazzjoni, Verifika tal-Idoneità u studju ieħor. Dawn jinkludu seba' Verifiki tal-Idoneità ġodda fuq il-leġiżlazzjoni dwar l-aktar sustanzi kimiċi rilevanti li mhumiex koperti mir-REACH,  Natura 2000[12], l-ekotikketta tal-UE, l-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS), il-migrazzjoni legali, id-drittijiet u r-reklamar tal-konsumatur u l-liġi ġenerali dwar l-ikel. Evalwazzjonijiet li jikkonċentraw fuq l-idoneità regolatorja ġew notevolment ipprogrammati f'dak li jirrigwarda s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-Regolament dwar l-Għaqdiet, id-Direttiva dwar il-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija, id-Direttiva dwar il-makkinarju, il-valutazzjoni u l-immaneġġjar tal-istorbju ambjentali, ir-rimedji fl-akkwist pubbliku u l-arranġamenti tad-dazji tas-sisa. Il-Kummissjoni qed tibda tippjana wkoll l-evalwazzjoni tal-koerenza tal-firxa l-ġdida tar-regolamentazzjoni tal-UE fis-settur tas-Servizzi Finanzjarji. Il-ħidma qed tkompli f'dak li jirrigwarda d-definizzjoni u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għas-sikurezza tal-avjazzjoni fis-settur mhux kummerċjali. Sa tmiem l-2014, il-Kummissjoni se tkun wettqet jew nediet 47 evalwazzjoni, Verifika tal-Idoneità jew rapport ieħor bil-ħsieb li jitnaqqas il-piż regolatorju. Qed isir sforz partikolari fl-oqsma tal-ambjent (12-il inizjattiva), tal-intrapriża u l-industrija (8 inizjattivi) u tal-impjiegi (5 inizjattivi).

L-acquis kollu dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali (id-Direttiva 89/391/KEE u t-23 Direttiva tagħha relatati) huwa attwalment sottomess għal evalwazzjoni sħiħa li se tinkludi konsultazzjonijiet speċifiċi mas-sħab soċjali (it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi) li jinkludu l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-SMEs. Il-konklużjonijiet ta’ din l-evalwazzjoni ex-post se jkunu disponibbli qabel l-aħħar tal-2015. L-Istati Membri se jintegraw ir-rapporti ta’ implimentazzjoni f’din l-evalwazzjoni sa Diċembru 2013.

.

Il-Kummissjoni qed twettaq rieżami tal-politika u tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart fil-qafas tal-programm REFIT, li għandu jiġi konkluż fl-2014. Fil-bidu tal-2014 il-Kummissjoni se torganizza workshop biex jiġi diskuss it-tħassib li esprimew l-SMEs fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart. Il-Kummissjoni se taħdem ukoll mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati rigward azzjonijiet prattiċi ta’ gwida u ta’ konsultazzjoni. Il-Kummissjoni se tieħu azzjoni biex iżżid il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-Pjattaforma Ewropea għall-Effiċjenza fir-Riżorsi.[13]

IV. Irtirar u Tħassir

L-eżerċizzju ta’ skrinjar identifika wkoll sitt oqsma li fihom qed isir xogħol ta’ tħejjija iżda fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li mhu se tressaq l-ebda proposta. Dan jinkludi inizjattivi fl-oqsma tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għall-parrukkiera; tal-mard muskoloskeletali, tal-iskrins, tad-dħaħen tat-tabakk fl-ambjent u tal-karċinoġeni u l-mutaġeni (bħalissa għaddejjin l-evalwazzjonijiet f’ċerti oqsma)[14].

Jeżistu wkoll dispożizzjonijiet leġiżlattivi li, minħabba l-iżviluppi li kien hemm maż-żmien, saru superfluwi u li l-Kummissjoni qed tippjana li tipproponi li jitħassru. Hemm ippjanat li jsiru 9 proposti għat-tħassir ta' leġiżlazzjoni. Dawn jinkludu dispożizzjonijiet leġiżlattivi dwar il-promozzjoni ta’ vetturi tat-triq nodfa u enerġetikament effiċjenti, il-provvista ta’ żejt mhux raffinat u ta' prodotti petroliferi, il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' preparazzjonjijiet perikolużi u l-istatistika dwar l-azzar. Barra minn hekk, hemm għadd ta’ proposti li l-Kummissjoni se tipproponi li jiġu rtirati. Seba' proposti identifikati f'din il-kategorija jinkludu l-aċċess għall-ġustizzja fil-qasam ambjentali[15]; proposta għal Direttiva li tissimplifika l-obbligazzjonijiet tal-VAT, proposta dwar l-istatut ta' kumpanija privata Ewropea, [16], ir-regolamentazzjoni li tirrigwarda l-istatistika dwar l-azzar u l-modifiki li jsiru wara fuq mirja ta' vetturi ta' merkanzija tqal. 

III. Rispons għall-Isfida tal-Idoneità Regolatorja:  Azzjonijiet Orizzontali Ġodda

L-eżerċizzju ta' skrinjar kien strumentali fl-identifikazzjoni ta' azzjonijiet preparatorji speċifiċi leġiżlattivi. Xeħet dawl  ukoll fuq bosta sfidi li hemm fit-triq lejn l-idoneità regolatorja li jirrikjedu riflessjoni ġdida dwar l-approċċi orizzontali għall-idoneità regolatorja. Dawn jinvolvu l-istituzzjonijiet kollha tal-UE u l-Istati Membri u s-sejba ta' soluzzjonijiet se tkun tirrikjedi sforzi konġunti. L-isfidi jinkludu:

1. Il-ħidma fi ħdan il-qafas leġiżlattiv

Minħabba li l-proċess leġiżlattiv tal-UE jieħu ħafna żmien u li l-partijiet interessati jippreferu l-istabbiltà regolatorja flok reviżjoni leġiżlattiva frekwenti, huwa meħtieġ li jiġi esplorat il-potenzjal biex jitnaqqas il-piż mingħajr ma tiġi emendata l-leġiżlazzjoni.  Filwaqt li l-piż amministrattiv issa huwa stmat sistematikament fil-valutazzjonijiet tal-impatt, huwa importanti li wieħed iħares lejn ir-rekwiżiti amministrattivi (pereż. ir-rapporti; l-awtorizzazzjonijiet, l-ispezzjonijiet u t-tariffi) fil-fażi tal-implimentazzjoni min-naħa tal-Istati Membri u li jnaqqas il-piż kull fejn ikun possibbli. Barra minn hekk, jista' jsir aktar sabiex jiġi ffaċilitat iktar l-aċċess għat-tagħrif utli dwar ir-regolamentazzjoni (kemm fil-livell nazzjonali u kemm f’dak tal-UE).

Pereżempju f'dak li jirrigwarda r-rappurtar, il-Kummissjoni se tidentifika sistematikament in-natura, il-kamp ta' applikazzjoni u l-frekwenza tal-obbligi tal-leġiżlazzjoni, inkluż billi timplimenta l-leġiżlazzjoni, u se teżaminaha mill-ġdid fuq bażi regolari bil-għan li tidentifika l-possibbiltajiet ta' tnaqqis. L-Istati Membri se jiġu mistiedna jikkontribwixxu għall-inizjattiva billi jipprovdu tagħrif dwar il-mod li bih huma ttrasponew is-sett ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar fil-livell nazzjonali. Diġà qed isir proġett pilota fil-qasam tat-Trattament tal-Ilma Urban Mormi[17] fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali. Din il-ħidma se titkompla fl-2014 u se tiġi estiża biex tkopri setturi oħra skont kif ikun xieraq. Hi tibni fuq modifika simili tar-rappurtar fil-leġiżlazzjoni dwar l-ilma, il-kwalità tal-arja, u n-natura.

F'konformità mal-adozzjoni reċenti tal-Pjan ta’ Azzjoni "L-Ewropa Tiegħek"[18] il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, qed tiżviluppa ulterjorment il-portal "L-Ewropa Tiegħek" bħala punt ta' aċċess uniku għat-tagħrif kollu li jkunu jeħtieġu l-SMEs u ċ-ċittadini dwar id-drittijiet u l-opportunitajiet tagħhom fis-suq uniku. L-objettiv tagħha hu li ttejjeb il-kwalità tat-tagħrif u b’mod partikolari li ssaħħaħ ir-rabtiet mal-kontenut disponibbli fuq il-portali nazzjonali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tippromwovi l-użu ta’ tagħrif onlajn f’oqsma oħra bħalma hu l-VAT.

Jeħtieġ ukoll li jsir aktar sforz biex ikun hemm kollaborazzjoni mal-Istati Membri bi tħejjija għall-implimentazzjoni.  Fil-futur, proposta tal-Kummissjoni għandha tkun akkumpanjata, flimkien mal-pjan ta’ implimentazzjoni, minn qafas ta’ evalwazzjoni li jkun fih l-objettivi u l-indikaturi għall-miżura u l-ipprogrammar propost għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-miżura. Il-Kummissjoni diġà ħadet impenn li taħdem mal-Istati Membri matul il-fażi ta’ traspożizzjoni sabiex tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prassi u ta' miżuri oħra stabbiliti fil-pjanijiet ta’ implimentazzjoni. Se jkun importanti għall-Istati Membri li jiżviluppaw il-kapaċità neċessarja għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni hija lesta li tassistihom f’dan il-proċess.

Il-Kummissjoni se twettaq azzjonijiet speċifiċi biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ obbligi ġodda, l-aktar f’oqsma li huma ta' tħassib partikolari għall-SMEs. Pereżempju, inizjattiva ta’ suċċess fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf u tas-saħħa u l-benessri tal-annimali, imsejħa “Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel” sistematikament tipprovdi taħriġ lill-uffiċjali tal-Istati Membri dwar l-elementi ewlenin ta’ leġiżlazzjoni ġdida u dwar mezzi prattiċi biex dawn jimplimentawhom b'mod aktar effikaċi u aktar faċli. Peress li l-inizjattiva hija bbażata fuq prinċipju ta' “taħriġ lil dawk li jħarrġu”, dawn l-uffiċjali min-naħa tagħhom iħarrġu ulterjorment lill-partijiet interessati, u b'hekk jiġu mmultiplikati l-effetti ta’ benefiċċju. Eżempju ieħor se jkun il-proċess li se jitwaqqaf fl-2015 biex joffri assistenza lill-SMEs u biex jirreaġixxi għat-tħassib tagħhom meta jiġu applikati r-rekwiżiti tar-regolamentazzjoni tal-UE li jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, billi jrendi t-tagħrif rilevanti kollu disponibbli. Approċċ simili jista’ jiġi applikat għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti omeopatiċi u ta' mediċini veġetali tradizzjonali.

Il-Kummissjoni qed tieħu wkoll azzjoni abbażi ta' suġġerimenti oħra li waslulha mingħand l-SMEs fil-kuntest tal-konsultazzjoni "Top10"[19]. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, l-għoti ta' gwida fir-rigward ta' materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel[20] u testijiet SME fil-valutazzjonijiet tal-impatt tar-regoli ta' implimentazzjoni dwar it-tagħrif fuq l-ikel għall-konsumaturi[21].

Jekk ikun hemm bżonn ta' emendar leġiżlattiv, il-possibbiltà li jiġu introdotti proċeduri rapidi tista' tiġi esplorata mal-Parlament u mal-Kunsill sabiex tittieħed azzjoni malajr. Huwa meħtieġ ukoll li jsir progress mal-koleġiżlatur biex jinstabu modi ta' kif jiġi mmodernizzat il-proċess ta' leġiżlazzjoni, billi jsir użu akbar ta’ testi konsolidati fil-proċess tal-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi.[22] B'dan il-mod jonqsu l-volum u l-għadd ta’ atti, jiġi ssimplifikat l-acquis u jittejjeb l-aċċess għal-liġi.

Il-Kummissjoni se tkompli tiddiskuti mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill bil-ħsieb li tagħmel użu minn testi konsolidati bħala mezz effiċjenti biex jitnaqqas il-volum tal-acquis.

2. Ir-rigorożità fil-valutazzjoni regolatorja

L-eżerċizzju ta’ skrinjar indika li l-evalwazzjonijiet mhux dejjem jiffukaw fuq aspetti ta' ideonità regolatorja b’ rigorożità suffiċjenti. Hemm tendenza li jiġi pprivileġġjat l-istatus quo f’dak li jirrigwarda l-valutazzjoni ta’ ideonità regolatorja. Jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni fuq jekk l-objettivi jkunux intlaħqu bl-aktar mod effiċjenti u effikaċi possibbli. Sabiex dan isir, jeħtieġ li jiġi adottat approċċ aktar rigoruż għall-valutazzjoni tal-benefiċċji, tal-kosti u tal-piżijiet u għall-konsultazzjoni mal-partijiet interessati.

Dan jikkostitwixxi sfida. Hemm diffikutaljiet metodoloġiċi fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kosti u tal-benefiċċji u tal-impatt kumulattiv tar-regolamentazzjoni. Huwa diffiċli li wieħed jikkalkula l-kosti u l-benefiċċji kollha tar-regolamentazzjoni u anke li wieħed jikkunsidra varji impatti regolatorji li jistgħu jsaħħu, jopponu jew jikkontradixxu lil xulxin. Jeħtieġ li jkun hemm aktar ħidma f’dan il-qasam inkluża kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jiltaqgħu ma' sfidi simili fil-prassi tal-evalwazzjoni tagħhom. 

Sabiex tidentifika, tivvaluta u fejn possibbli tikkwantifika l-kosti kumulattivi marbuta mal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, fl-2012 il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-kosti kumulattivi tal-piż leġiżlattiv fuq is-setturi tal-azzar u tal-aluminju. Din il-valutazzjoni tqis il-kosti kollha mġarrba mis-settur inkwistjoni meta jiġi evalwat l-impatt li jħallu l-kosti reali fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE.

L-aċċess għad-dejta dwar il-kosti u l-benefiċċji huwa problema:  Il-kosti/benefiċċji reali involuti fl-implimentazzjoni jiddependu fuq l-għażliet magħmula mill-Istati Membri fit-traspożizzjoni tagħhom tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Jeħtieġ li jkun hemm sforz ta’ kooperazzjoni biex jiġu identifikati l-oqsma ta’ prijorità fejn ikun ġustifikat sforz kbir għall-ġbir ta' din id-dejta.

Fl-aħħar nett, jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni għall-valutazzjoni tal-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali trasposta mad-dritt tal-UE. Dan għandu jikkostitwixxi punt tat-tluq għall-evalwazzjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ li s-sinjali li jkunu ġejjin mill-applikazzjoni tal-liġi jiġu vvalutati fil-proċess ta’ evalwazzjoni[23].

Il-Kummissjoni se: tirrevedi u ssaħħaħ il-qafas ta' evalwazzjoni tagħha, inkluż billi tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-frekwenza u għall-kamp ta' applikazzjoni tal-evalwazzjonijiet[24]; tagħti nifs ġdid lill-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fl-evalwazzjonijiet u fil-valutazzjonijiet tal-impatt u tikkonsulta lill-partijiet interessati direttament biex jiġu identifikati l-oqsma għall-evalwazzjoni, filwaqt li tibni fuq l-esperjenza tal-Konsultazzjoni "Top Ten"; tiżgura li jkun hemm l-iskambju reċiproku bejn l-oqsma ta' politika abbażi tal-kontributi li jaslu mingħand il-varji partijiet interessati; tiżgura li l-evalwazzjonijiet iħarsu lejn kif u sa fejn l-objettivi ta’ intervent ġew issodisfati billi ssir referenza għal kwalunkwe mira formali u l-aspettattivi/projezzjonijiet stabbiliti fi kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt ta' akkumpanjament (fejn dawn ikunu disponibbli u jkunu għadhom rilevanti wara li l-leġiżlatur ikun għamel għadd sinifikanti ta' emendi). Problemi rikorrenti fl-applikazzjoni tal-liġi (murija permezz ta' lmenti jew tal-każistika, pereżempju) għandhom ikunu parti minn dan il-proċess ta’ evalwazzjoni. . Il-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt se jikkunsidra b’mod sistematiku l-użu tar-riżultati tal-evalwazzjoni fir-rieżamijiet ta’ kwalità tiegħu. Ir-rapporti tal-valutazzjoni tal-impatt jinkludu sinteżi standardizzata ta’ żewġ paġni sabiex jiffaċilitaw l-identifikazzjoni rapida tar-riżultati ewlenin tal-valutazzjoni tal-impatt, inklużi l-benefiċċji u l-kosti stmati.

Fil-kuntest tal-Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi (ABR +) se jiġi identifikat kif it-tnaqqis ippjanat ġie kkonkretizzat fuq il-post. L-Istati Membri u l-partijiet interessati se jiġbru dejta kwantitattiva u se jiskambjaw l-aħjar prassi dwar it-tnaqqis effikaċi tal-piż regolatorju fil-livell tal-implimentazzjoni fi tnax-il azzjoni prijoritarja.  Dan il-proċess għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ulterjuri tal-metodoloġiji u tal-prassi użati għall-valutazzjoni tal-kosti u tal-benefiċċji tar-regolamentazzjoni.

3. L-ankrar tal-Idoneità Regolatorja fiċ-ċiklu ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet.

Ir-Regolamentazzjoni Intelliġenti hija metodu ta’ ħidma, mhux inizjattiva ta' darba biss.  Hi għandha tiġi integrata mill-qrib fil-programm ta’ ħidma u fiċ-ċiklu tal-ippjanar strateġiku tal-Kummissjoni (pjanijiet ta' ġestjoni, rapporti ta’ attività annwali). Bħalissa, sa 42 % tal-acquis regolatorju skrinjat fil-qafas tal-programm REFIT huwa kopert minn evalwazzjonijiet, u hemm ippjanat li jiġi evalwat 19 % aktar minnu. Dan il-perċentwali jeħtieġ li jiżdied sabiex jippermetti li l-evalwazzjonijiet jiġu integrati kif suppost fit-tfassil ta' politika u biex biż-żmien jiġu żvelati n-nuqqasijiet regolatorji. Barra minn hekk, l-ipprogrammar tal-evalwazzjonijiet għadu ma ġiex armonizzat kompletament ma’ elementi importanti oħra taċ-ċiklu regolatorju.

Il-Kummissjoni se tidentifika l-inizjattivi leġiżlattivi kollha tal-programm REFIT inkluż l-irtirar, it-tħassir u l-konsolidazzjonijiet, fil-programm ta’ ħidma annwali tagħha. Mill-2014 ’il quddiem, il-Kummissjoni se tippjana l-evalwazzjonijiet tagħha fil-qafas tal-programm REFIT u se tinkludi l-pjan ta’ evalwazzjoni annwali bħala anness għall-programm ta’ ħidma tagħha. Il-Kummissjoni se twettaq Verifiki tal-Idoneità fl-oqsma regolatorji importanti kollha.[25] L-ippjanar regolari tal-evalwazzjonijiet se jippermetti lill-partijiet interessati, inklużi n-negozji, l-SMEs, u l-partijiet interessati l-oħrajn kollha, li jissuġġerixxu oqsma fejn jidhrilhom li hemm potenzjal għall-Verifiki tal-Idoneità. 

4. Il-kooperazzjoni mal-Leġiżlaturi tal-UE u mal-Istati Membri għall-Ideonità Regolatorja:

Il-Kummissjoni ma tistax tikseb riżultati fir-rigward tal-ideonità regolatorja mingħajr il-kooperazzjoni mill-qrib tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u tal-Istati Membri.  L-inizjattivi għas-simplifikazzjoni jew għat-tnaqqis fil-piżijiet proposti mill-Kummissjoni mhux dejjem jinżammu mill-koleġiżlatur fil-fażi tal-adozzjoni. Il-Kummissjoni tilqa’ bis-sħiħ l-istabbiliment ta’ kapaċità ta' valutazzjoni tal-impatt fil-Parlament Ewropew u tħeġġeġ lil dan tal-aħħar u lill-Kunsill biex jivvalutaw b’mod aktar sistematiku l-impatti tal-emendi leġiżlattivi tagħhom. Dan huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat li ma jiġix introdott piż regolatorju mhux intenzjonat fil-proċess ta’ kodeċiżjoni. Barra minn hekk, f’xi każijiet, l-Istati Membri jżidu mal-piż regolatorju meta jimplimentaw jew japplikaw ir-regolamentazzjoni tal-UE, u xi kultant iġibu fix-xejn l-isforzi għas-simplifikazzjoni deċiżi fuq livell Ewropew.[26]

Ir-rieda tal-Kummissjoni biex tnaqqas il-piż regolatorju hija relatata mill-qrib mar-rispett sħiħ tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta' sussidjarjetà.[27]  L-isforzi biex jitnaqqas il-piż regolatorju u biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni hija proporzjonata u tirrispetta s-sussidjarjetà, huma relatati mill-qrib.  Ir-riżultati tagħhom isaħħu reċiprokament lil xulxin.  Din hija r-raġuni għaliex l-għanijiet tal-programm REFIT jinkroċjaw ma’ dawk tal-Istati Membri waqt li jeżaminaw mill-ġdid il-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkondividu l-għan tal-leġiżlazzjoni tal-UE li huwa adattat għall-iskop u proporzjonat, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipju ta’ sussidjarjetà. Is-suġġerimenti tal-Istati Membri qed jiġu kkunsidrati bir-reqqa; xi uħud minnhom se tittieħed azzjoni fuqhom issa u oħrajn se jiġu integrati fil-proċess ta’ valutazzjoni tal-programm REFIT li għaddej bħalissa.

Sabiex iżżomm rekord tal-idoneità tal-proposti matul iċ-ċiklu leġiżlattiv kollu, il-Kummissjoni se tippubblika tabella ta' valutazzjoni annwali tal-programm REFIT bil-għan li titraċċa l-progress leġiżlattiv tal-inizjattivi kollha proposti skont il-programm REFIT u li timmonitorja l-kontenut tal-emendi deċiżi fil-livell tal-UE u l-impatt tal-implimentazzjoni tal-Istati Membri fuq is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis fil-piż. It-tabella ta’ valutazzjoni se timmonitorja t-twettiq tal-impenji skont il-programm REFIT u se tipprovdi idea dwar jekk l-inizjattivi għat-tnaqqis fil-piż u għas-simplifikazzjoni proposti mill-Kummissjoni humiex jinżammu fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livell tal-UE.  Meta l-Istati Membri jiżvelaw tagħrif f'dan ir-rigward, se jiġi pprovdut tagħrif dwar il-mod li bih jiġu implimentati l-azzjonijiet.[28] It-tabella ta’ valutazzjoni se turi każijiet fejn il-koleġiżlatur jiddevja minn proposta ta' simplifikazzjoni li tkun saret mill-Kummissjoni u fejn l-implimentazzjoni tal-Istati Membri żżid il-piż regolatorju jew twaqqaf lin-negozji milli jgawdu l-benefiċċji kollha li jirriżultaw mit-tnaqqis fil-piż deċiż fil-livell tal-UE. It-tabella ta’ valutazzjoni se tippermetti li jkun hemm lok għal feedback u se tiffaċilita li jsir djalogu trasparenti dwar l-idoneità regolatorja maċ-ċittadini, mal-Istati Membri, man-negozji, mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili. It-tabella ta’ valutazzjoni tal-programm REFIT se timmonitorja l-progress fl-oqsma kollha fejn saru proposti għas-simplifikazzjoni u għat-tnaqqis fil-piż regolatorju. Din se tinkludi s-segwitu għall-programm ABR+, il-konsultazzjoni "Top 10" u l-azzjonijiet li sa issa kienu mmonitorjati fil-kuntest tat-tabella ta’ valutazzjoni tal-SMEs.

IV. Konklużjonijiet u l-passi li jmiss

Fil-qafas tal-programm REFIT, il-Kummissjoni stabbilixxiet rieżami komprensiv tal-ġabra ta’ leġiżlazzjoni u pproponiet li jkun hemm azzjoni ta’ segwitu.

REFIT huwa programm kontinwu. L-immappjar leġiżlattiv u l-eżerċizzju ta' skrinjar se jiġu aġġornati kull sena sabiex jiġu identifikati miżuri ġodda u biex isir rapportar u monitoraġġ tal-infurzar ta’ inizjattivi li jkunu diġà twettqu jew li jkunu qed jiġu implimentati.

Il-Kummissjoni qiegħda tistenna bil-ħerqa għal kooperazzjoni produttiva mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill bil-ħsieb li tinkiseb adozzjoni rapida tal-miżuri għas-simplifikazzjoni u għat-tnaqqis tal-piż regolatorju, li diġà ġew proposti mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni se tkompli tikkoopera mill-qrib mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati, bil-ħsieb li tiġbor opinjonijiet u suġġerimenti dwar l-idoneità regolatorja li tista' tiġi indirizzata fil-qafas tal-programm REFIT u, li tikkollabora biex jittejbu dawk l-aspetti tal-programm REFIT li jeħtieġu aktar riflessjoni jew azzjoni konġunta.

[1]  Ara wkoll: ir-riżultati tal-aħħar Ewrobarometru Standard:  74 % tal-Ewropej jemmnu li l-UE tiġġenera wisq burokrazija.  (Il-Mistoqsija QA16.4 fil-paġna 59: http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/eb/eb79/eb79_anx_en.pdf)

[2] Il-kodifikazzjoni hija l-proċess li jgħaqqad flimkien l-att leġiżlattiv u l-emendi kollha tiegħu f’att ġdid waħdani. It-tfassil mill-ġdid huwa simili għall-kodifikazzjoni fis-sens illi jgħaqqad flimkien f’att ġdid waħdani, l-att leġiżlattiv u l-emendi kollha li jkunu sarulu, iżda għall-kuntrarju tal-kodifikazzjoni, it-tfassil mill-ġdid jinvolvi bidliet sostantivi ġodda, billi l-att oriġinali jiġi emendat matul it-tħejjija tat-test tat-tfassil mill-ġdid. Fiż-żewġ każijiet, l-att il-ġdid jgħaddi mill-proċess leġiżlattiv kollu u jissostitwixxi l-atti li jkunu qed jiġu kkodifikati.

[3]  COM(2012)746 final

[4] SWD(2013)401 final

[5]  29 % tar-regolamentazzjonijiet skrinjati ġew evalwati, 13 % huma sottomessi għal evalwazzjoni bħalissa u 19 % huma skedati li jiġu evalwati.

[6] Is-sistema tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni hija rikonoxxuta ferm għall-kwalità tagħha. [i.e. ara: OECD 2011, "Sustainability in Impact Assessments — A review of Impact Assessment Systems in selected OECD Countries and the European Commission"; il-Parlament Ewropew 2011, "Comparative study on the purpose, scope and procedures of impact assessments carried out in the Member States of the EU"; CEPS/l-Università ta' Exeter 2012, "Regulatory Quality in the European Commission and the UK: Old questions and new findings", ir-Rapport Speċjali Nru 3/2010 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri "Impact Assessments in the EU institutions: do they support decision making?"]

[7]  Id-Direttiva 2006/123/KE

[8] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Evalwazzjoni tal-aċċess għall-professjonijiet regolati u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal ta' akkumpanjament dwar l-eżitu tar-rieżami bejn il-pari dwar il-forma legali u r-rekwiżiti tal-parteċipazzjoni azzjonarja u tat-tariffi, it-2 ta' Ottubru 2013

[9] Dan jiġifieri inkluda kostijiet tal-ispezzjonijiet imnaqqsa għall-kummerċjalizzazzjoni tal-frott u tal-ħxejjex tal-ikel (EUR 970 miljun), l-eżenzjoni tal-mikrointrapriżi mid-Direttivi tal-Kontabilità u modernizzazzjoni ulterjuri tas-sistema ġenerali (EUR 6 471 miljun), is-simplifikazzjoni tar-rappurtar dwar il-bidliet fil-mediċini, fil-farmakoviġilanza u fl-applikazzjonijiet għall-provi kliniċi (EUR 368 miljun), it-tnaqqis tar-rekwiżiti statistiċi fil-kummerċ intra-UE, fl-agrikoltura, fil-produzzjoni industrijali, eċċ. (EUR 330 miljun), il-fatturar elettroniku tal-VAT, is-simplifikazzjoni tar-rifużjonijiet, one-stop-shop, arranġamenti speċjali għall-SMEs u bejgħ mill-bogħod (EUR 26 000 miljun). Dawn l-eżempji jirreferu għal piż stmat ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni.

[10] Ara s-"Segwitu tal-Kummissjoni għall-konsultazzjoni 'Top 10' tal-SMEs dwar ir-Regolamentazzjoni tal-UE", COM(2013)446 final u SWD(2013)401 final.

[11] Ara wkoll COM(2011)803 u COM(2013)122.

[12] Id-Direttivi 92/43/KE u 2009/147/KE: Din il-Verifika tal-Idoneità se tiġi organizzata sabiex takkumpanja l-evalwazzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni, filwaqt li jiġu rispettati l-iskadenzi stabbiliti fid-Direttivi.

[13] http://ec.europa.eu/environment/resource_efficiency/re_platform/

[14] F’każijiet fejn is-sħab soċjali jaqblu dwar il-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tivvaluta l-ftehimiet u li tinforma lis-sħab soċjali dwar id-deċiżjoni tagħha. Il-Kummissjoni se tkompli bil-valutazzjoni tagħha tal-ftehim tas-sħab soċjali dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fis-settur tax-xagħar. Matul dan il-mandat, il-Kummissjoni mhix se tressaq proposta għall-implimentazzjoni leġiżlattiva ta’ dan il-ftehim.

[15]  Il-Kummissjoni se tikkunsidra modi alternattivi ta' kif tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u qed tmexxi valutazzjoni tal-impatt filwaqt li tistenna li tittieħed sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea.

[16]  Il-Kummissjoni qed tikkunsidra li tippreżenta proposta ġdida.

[17] Il-proġett pilota li jistabbilixxi Qafas Strutturat ta' Implimentazzjoni u Informazzjoni għad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi għandu l-għan li jnaqqas l-obbligi ta’ rappurtar waqt li jżid it-trasparenza dwar il-qagħda tal-implimentazzjoni u l-aċċess taċ-ċittadini għat-tagħrif ambjentali f’ħin reali.

[18] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Li tagħti aktar setgħa lin-negozji u liċ-ċittadini fis-suq uniku tal-Ewropa:

Pjan ta' azzjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, li jagħti spinta 'l quddiem lill-Ewropa Tiegħek", COM(2013) 636 final tas-17/9/2013

[19]  Dawn l-azzjonijiet huma ddettaljati skont il-qasam ta’ politika fid-dokument SWD(2013) 401 final.

[20] Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004

[21] Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011

[22] Bħalissa, il-proposti ta' emendi qed jiġu adottati bħala emendi għall-atti eżistenti, u l-verżjonijiet konsolidati qed jiġu żviluppati bil-lingwi kollha wara l-adozzjoni. Il-possibbiltà li dan il-proċess jiġi ssimplifikat - billi jintużaw testi konsolidati sa mill-proċess tal-adozzjoni - qed tiġi diskussa.

[23] L-għodod tal-Kummissjoni "SOLVIT" u "Pariri tal-Ewropa Tiegħek" għandhom bażijiet ta' dejta ta’ każijiet li jistgħu jipprovdu evidenza utli.

[24] Fil-bidu tal-2014, se jittieħdu azzjonijiet fil-kuntest tar-reviżjoni tal-linji gwida għall-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt.

[25] Dawn l-oqsma se jiġu definiti fl-2014.

[26]  Ara fost l-oħrajn: "The Midas Touch: Gold-plating of EU employment directives in UK law", Londra, Institute of Directors, Ġunju 2013.

[27] It-terminu "sussidjarjetà" jirreferi għall-prinċipju li l-azzjoni għandha tittieħed fil-livell tal-gvern fejn tkun l-aktar effikaċi, jiġifieri li l-azzjoni ma għandhiex tittieħed fil-livell tal-UE jekk dik l-azzjoni tista’ tittieħed b’mod aktar effikaċi u effiċjenti fuq livell internazzjonali, nazzjonali, reġjonali jew lokali.  Il-prinċipju ta’ "proporzjonalità" jirrikjedi li azzjoni li tittieħed fi kwalunkwe livell tal-gvern għandha tkun proporzjonata mal-objettivi rilevanti u m’għandhiex tirregola b'mod eċċessiv.

[28] It-tabella ta’ valutazzjoni tal-SMEs ippreżentata fl-SWD(2013)60 se tiġi amalgamata biex tifforma tabella ta’ valutazzjoni unika tal-programm REFIT.

ANNESS

Inizjattivi REFIT

Dan l-anness jippreżenta l-proposti li jirriżultaw mill-programm REFIT fejn jidħlu inizjattivi ġodda biex jitnaqqsu l-kosti, is-simplifikazzjoni tar-regolamentazzjoni, biex jiġu ssodisfati aħjar l-għanijiet ta’ politika u biex jinkisbu l-benefiċċji tar-regolamentazzjoni tal-UE, kif ukoll fejn jidħlu inizjattivi biex jitħassru liġijiet skaduti u biex jiġu rtirati proposti pendenti jew biex ma titteħidx azzjoni f’oqsma fejn din ma tkunx xierqa jew fejn ma jkunx hemm x'juri li tkun ħaġa pożittiva li tittieħed azzjoni leġiżlattiva. L-inizjattivi leġiżlattivi tal-Kummissjoni b’impatti sinifikanti huma suġġetti għal evalwazzjoni u għal valutazzjoni tal-impatt taħt il-politika dwar regolamentazzjoni intelliġenti tal-Kummissjoni.

L-inizjattivi qed jiġu ppreżentati f’erba’ kategoriji ewlenin:

1. Proposti li għadhom pendenti tal-Kummissjoni għal simplifikazzjoni u tnaqqis tal-piżijiet li qed jistennew li jiġu adottati mill-koleġiżlatur;

2. Inizjattivi ġodda tal-Kummissjoni biex tissimplifika, tnaqqas il-kosti regolatorji u tikkonsolida l-leġiżlazzjoni;

3. Oqsma fejn il-liġijiet huma skaduti, li l-Kummissjoni se tipproponi li jiġu mħassra, proposti li l-Kummissjoni se tipproponi li jiġu rtirati u inizjattivi ppjanati li mhix se tmexxi ‘l quddiem;

4. Kontrolli u evalwazzjoni tal-idoneità ffukati fuq it-tnaqqis ta’ kosti u piżijiet regolatorji (ippjanati jew li jinsabu għaddejjin bħalissa).

1. Proposti pendenti tal-Kummissjoni għal simplifikazzjoni u ta’ tnaqqis tal-piżijiet li qed jistennew li jiġu adottati mill-koleġiżlatur

Politika tas-Saħħa u tal-Konsumatur

· Proposta għal Regolament dwar is-Sigurtà tal-Prodotti għall-Konsumatur[1] u għal Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq[2] li jdaħħlu sett ta’ regoli aktar ċari, li jeliminaw id-duplikazzjoni, u li jikkodifikaw ċerti eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ rappurtar.

· Proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Provi Kliniċi[3], li tipproponi proċeduri razzjonalizzati ta' awtorizzazzjoni u rekwiżiti ssimplifikati ta’ rappurtar;

· Proposti għal liġi ġdida dwar is-saħħa tal-annimali[4], li tissostitwixxi 37 att legali, għal Regolament ġdid dwar is-saħħa tal-pjanti[5] li jissostitwixxi 7 atti legali, għal liġi ġdida dwar materjal riproduttiv tal-pjanti, li tissostitwixxi 12-il att legali u għal Regolament ġdid dwar kontrolli uffiċjali matul il-katina tal-ikel agrikolu li jissostitwixxi 10 atti legali[6].

L-Ambjent

· Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/92 dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent;

· Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament 1013/2006 dwar vjeġġi ta' skart.

Is-Suq Intern u s-Servizzi

· Proposta tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali (2005/36/KE)[7]  

· Proposta tal-Kummissjoni biex temenda d-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku: id-Direttiva 2004/18/KE u d-Direttiva 2004/17/KE[8]

· Proposta tal-Kummissjoni dwar Fondi ta’ Investiment Ewropej fit-tul[9]

Il-Ġustizzja

· Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali)[10]

· Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u l-arranġamenti tal-ivvjaġġar assistit, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004, id-Direttiva 2011/83/UE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE [11]

Affarijiet Interni

· Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva riformulata dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn fl-UE għal studenti, riċerkaturi u gruppi oħra bħal studenti tal-iskola, apprendisti, voluntiera u au pairs nazzjonali ta’ pajjiżi terzi.[12]

Affarijiet Marittimi u s-Sajd

· Proposta tal-Kummissjoni għal riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd[13]

· Proposta tal-Kummissjoni dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura[14]

L-Enerġija

· Sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi li tissostittwixxi l-proċeduri nazzjonali ta’ rappurtar u awtorizzazzjoni b’sistema ta’ reġistrazzjoni unika biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri filwaqt li jiġu aċċertati livelli għoljin ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni;[15]

· Konsolidazzjoni fuq standards bażiċi tas-sikurezza fil-qasam tal-protezzjoni mir-radjazzjoni u direttivi assoċjati;[16]

Il-Baġit

· Proposta tal-Kummissjoni għal riżorsa proprja ġdida bbażata fuq il-VAT[17]

It-Tassazzjoni u d-Dwana

· Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK)

Il-kummerċ

· Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jemenda r-Regolamenti bażiċi tal-antidumping u tal-antisussidji[18].

Il-Mobilità u t-Trasport

· Proposta li temenda r-Regolament 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (takografu).

Nota: Diversi proposti magħmula mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali qed jistennew li jiġu adottati mill-koleġiżlatur. Dan jikkonċerna proposti fl-oqsma tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, is-Saħħa, il-Politika tal-konsumatur, il-fondi tas-sigurtà interna, il-fondi tal-asil u l-migrazzjoni, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Koperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili u t-Tkabbir.[19]

2. Inizjattivi ġodda tal-Kummissjoni biex tissimplifika, tnaqqas il-kosti regolatorji u tikkonsolida l-leġiżlazzjoni

L-Impjiegi

· Konsolidazzjoni ta’ tliet Direttivi fil-qasam tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema skont ir-riżultati ta’ konsultazzjoni mas-sħab soċjali.[20]

Il-Politika tas-Saħħa u tal-Konsumatur

· Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-Iġjene tal-Ikel biex jiġu kkonsolidati d-dispożizzjonijiet dwar l-iġjene, jiġu ssimplifikati l-proċeduri u jissaħħaħ approċċ flessibbli għall-SMEs;

· Konsolidazzjoni tal-leġiżlazzjoni żooteknika.

· Simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-mediċini veterinarji

L-Istatistika

· Regolamenti Qafas li Jintegra l-Istatistika tan-Negozju (FRIBS) u l-istatistika soċjali[21];

· Riforma tas-Sistema tal-Istħarriġ dwar l-Irziezet.

L-Affarijiet Interni

· Is-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-Kodiċi dwar il-Viżi[22];

· Il-Kodifikazzjoni tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen[23];

Il-Ġustizzja

· Il-konsolidazzjoni u l-fużjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur u r-reklamar soġġett għar-riżultati ta’ Kontroll tal-Idoneità[24];

· Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar[25];

· Id-Direttiva 2006/114/KE dwar reklamar qarrieqi u komparattiv.

Is-Suq Intern u s-Servizzi

· Reviżjoni tal-UCITS[26];

· Kodifikazzjoni ta’ tmien Direttivi fil-liġi tal-kumpaniji[27];

It-Tassazzjoni u d-Dwana.

· L-introduzzjoni ta’ dikjarazzjoni standard tal-VAT tal-UE fl-Istati Membri kollha.

L-Agrikoltura

· Simplifikazzjoni tar-regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu[28];

· Ir-rieżami u s-simplifikazzjoni tal-qafas legali għall-biedja organika[29].

Il-kummerċ

· Kodifikazzjoni ta’ sitta u għoxrin Regolament tal-Kunsill wara l-adozzjoni ta’ żewġ regolamenti ta' abilitazzjoni[30] li permezz tagħhom il-leġiżlazzjoni kummerċjali ssir konformi mat-TFUE.

· L-Esportazzjoni għall-Irkupru ta’ skart mhux perikoluż – L-aġġornament tar-Regolament 1418/2007[31] se jissimplifika l-proċeduri u jnaqqas il-piżijiet amministrattivi;

Il-Mobilità u t-Trasport

· Simplifikazzjoni tar-regoli ta’ kabotaġġ fit-trasport bit-triq[32].

Il-Politika dwar il-Kompetizzjoni

· Ir-Reviżjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004[33] li jintroduċi proċedura simplifikata għall-Kontroll tal-Amalgamazzjonijiet[Kompetizzjoni]

Is-Sajd u l-Affarijiet Marittimi

· Ir-Regolament tal-Awtorizzazzjonijiet tas-Sajd

· Miżuri tekniċi għall-protezzjoni tal-organiżmi tal-baħar

3. Oqsma fejn il-Kummissjoni se tipproponi, jew fejn qed tikkunsidra, li jitħassru liġijiet, jiġu rtirati proposti pendenti jew fejn inizjattivi ma jitmexxewx ‘il quddiem

L-Ambjent

· L-irtirar ta’ proposta għal Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija[34];

· Il-Kummissjoni tinnota li l-proposta ilha pendenti 8 snin li matulhom ma saret l-ebda azzjoni effettiva. Għaldaqstant hija se teżamina bir-reqqa jekk l-objettiv tal-proposta, li l-Kummissjoni għadha impenjata fuqu, ikunx moqdi bl-aħjar mod  billi l-proposta tinżamm jew inkella billi tiġi rtirata, biex b'hekk tinfetaħ it-triq għal inizjattiva alternattiva fil-mandat ta' wara. Dan jiġi deċiż skont kemm ikun realistiku li ssir l-adozzjoni qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

· L-irtirar ta’ proposta dwar l-aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tal-ambjent[35];

L-Impjiegi

· Matul il-mandat preżenti tagħha, il-Kummissjoni mhix se tipproponi leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali għall-parrukkiera, il-mard muskoloskeletali u skrins tal-wiri, dħaħentat-tabakk fl-ambjent u l-karċinoġeni u l-mutaġeni.

L-Intrapriża u l-Industrija

· It-tħassir tad-Direttiva 1999/45/KE dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikettar tal-preparazzjonijiet perikolużi;

Politika tas-Saħħa u tal-Konsumatur

· L-irtirar ta' żewġ porposti rigward l-informazzjoni għall-pubbliku inġenerali dwar prodotti mediċinali soġġetti għal preskrizzjoni medika[36].

· It-tħassir tad-Direttiva tal-Kunsill dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżami xjentifiku ta’ kwistjonijiet dwar l-ikel[37]

L-Istatistika

· It-tħassir tar-Regolament dwar l-Istatistika dwar l-Azzar[38]

· L-irtirar ta’ proposta għal Regolament dwar l-istatistika Ewropea fuq is-sikurezza mill-kriminalità (COM (2011) 335)

L-Affarijiet Interni

· It-tħassir tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-arranġamenti għall-koperazzjoni bejn l-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja tal-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni[39]

·

Is-Suq Intern u s-Servizzi

· L-irtirar tal-proposti fi proċedura leġiżlattiva dwar il-protezzjoni legali tad-disinni u dwar il-privattiva Komunitarja (il-proposta dwar il-privattivi tinbidel f’koperazzjoni msaħħa).

· L-irtirar tal-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istatut ta' kumpanija privata Ewropea[40].

It-Tassazzjoni

· L-irtirar tal-proposta għal Direttiva biex jiġu ssimplifikati l-obbligazzjonijiet tal-VAT[41]

Il-Mobilità u t-Trasport

· It-tħassir tad-Direttiva 2007/38/KE dwar ir-retrofitting ta’ mirja fuq vetturi tqal tal-merkanzija;

· It-tħassir tad-Direttiva 2009/33/KE dwar il-promozzjoni ta’ vetturi tat-triq nodfa u enerġetikament effiċjenti;

· L-irtirar ta’ proposta fi proċedura leġiżlattiva dwar il-liċenzji tas-sewqan li jinkludu l-funzjonalità ta’ kard tas-sewwieqa.

L-Enerġija

· It-tħassir tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffissar ta’ mira tal-Komunità għal tnaqqis fil-konsum ta’ sorsi primarji ta’ enerġija fil-każ ta’ diffikultajiet fil-provvista ta’ żejt mhux raffinat u prodotti petroliferi[42], u l-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni.

Il-Koperazzjoni fl-Iżvilupp

· Il-Kummissjoni mhix se tipproponi Faċilità Alimentari tal-Unjoni Ewropea ġdida. Dan l-istrument se jiskadi fl-aħħar tal-2013.

4. Kontrolli tal-Idoneità, Evalwazzjonijiet u rapporti oħra li jivvalutaw il-potenzjal għas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis ta’ kosti u piżijiet regolatorji

L-Ambjent

Kontolli tal-Idoneità u Evalwazzjoniijiet ippjanati:

· Kontroll tal-Idoneità dwar Natura 2000[43], dwar l-Ekotikketta tal-UE[44] u dwar l-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS)[45];

· Ir-razzjonalizzazzjoni tal-obbligi ta’ rappurtar fis-settur tal-ambjent bl-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ Oqsfa Strutturati ta' Implimentazzjoni u Informazzjoni;

· Evalwazzjonijiet tar-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (PRTR Ewropew), tal-leġiżlazzjoni rigward iż-żamma ta’ annimali selvaġġi fiż-zoos u dwar il-Konvenzjoni ta’ Aarhus (fl-istennija ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja).

Kontrolli tal-Idoneità u Evalwazzjonijiet li għaddejjin bħalissa:

· Kontrolli tal-Idoneità dwar il-Politika tal-Iskart[46];

· Evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni fir-rigward tal-ħsejjes ambjentali, emissjonijiet volatili ta’ komposti organiċi, responsabbiltà ambjentali u Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika.[47]

L-Impjiegi

L-evalwazzjonijiet ippjanati:

· Evalwazzjonijiet ta' leġiżlazzjoni dwar l-obbligi ta’ informazzjoni għal min iħaddem fir-rigward ta’ kuntratti ta’ impjieg.

L-evalwazzjonijiet li għaddejjin bħalissa:

· Evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol.[48]

· Id-Direttiva 2008/104/KE99 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija

· Id-Direttivi 97/81/KE97 dwar ix-xogħol part-time u 99/70/KE98 dwar xogħol għal żmien fiss

Il-Politika tas-Saħħa u tal-Konsumatur

Il-Kontrolli tal-Idoneità u l-Evalwazzjonijiet ippjanati:

· Kontroll tal-Idoneità tar-Regolament (UE) Nru 178/2002 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Liġi Alimentari).

L-Intrapriża u l-Industrija

Il-Kontrolli tal-Idoneità, Valutazzjonijiet tal-Kosti Kumulattivi u Evalwazzjonijiet ippjanati:

· Kontrolli tal-Idoneità fuq l-aktar leġiżlazzjoni relevanti dwar is-sustanzi kimiċi mhux koperti mir-REACH kif ukoll aspetti relatati ta' leġiżlazzjoni applikati għal industriji downstream;

· Evalwazzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Makkinarju u tal-leġiżlazzjoni dwar l-armi tan-nar;

· Valutazzjonijiet tal-kosti kumulattivi fl-oqsma tal-industrija kimika u tal-industriji bbażati fuq il-foresti (tax-xogħol fl-injam, l-għamara, il-polpa/il-karta u l-istampar).

Kontrolli tal-Idoneità u Evalwazzjonijiet li għadhom għaddejjin/tlestew:

· Evalwazzjoni tar-regolamenti fir-rigward tas-suq intern għall-prodotti industrijali;

· Kontroll tal-Idoneità dwar is-sistema tal-approvazzjoni tat-tip għal vetturi bil-mutur u tas-settur tal-irfinar taż-żejt;

· Valutazzjoni tal-kosti kumulattivi fis-settur tal-aluminju;

· Fl-2013, twettqet valutazzjoni tal-kosti kumulattivi fis-settur tal-azzar.

L-Enerġija

Evalwazzjonijiet ippjanati:

· Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli[49]

L-Affarijiet Interni

Kontrolli tal-Idoneità u Evalwazzjonijiet ippjanati:

· Kontroll tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni dwar il-migrazzjoni legali;

· Evalwazzjonijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża[50], il-FRONTEX[51] inkluż it-Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri[52] u l-leġiżlazzjoni dwar il-permessi ta’ residenza għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin[53].

Evalwazzjonijiet li għaddejjin bħalissa:

· Rapport komprensiv ta’ evalwazzjoni dwar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu[54].

Il-Ġustizzja

Kontrolli tal-Idoneità u Evalwazzjonijiet ippjanati:

· Kontroll tal-Idoneità bil-ħsieb għall-ħtieġa possibbli ta' konsolidazzjoni u amalgamazzjoni ta’ atti legali relatati mad-drittijiet tal-konsumaturi u mar-reklamar (ara hawn fuq);

· Evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar trattament ugwali fis-sigurtà soċjali[55].

· Evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati[56].

Is-Suq Intern u s-Servizzi

Evalwazzjonijiet ippjanati:

· Ir-Regolament 1606/2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (IAS);

· Id-Direttiva dwar Rimedji Ġodda 2007/66/KE;

· Leġiżlazzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji[57].

· Id-Direttiva 86/653 dwar aġenti kummerċjali.

It-Tassazzjoni u d-Dwana.

Evalwazzjonijiet ippjanati:

· Evalwazzjonijiet tad-direttiva dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat u ta’ arranġamenti ġenerali dwar id-dazju tas-sisa.

Il-kummerċ

Evalwazzjonijiet ippjanati:

· Rapport komprensiv ta’ implimentazzjoni dwar ir-Regolament dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni tal-UE, inkluż rieżami tar-Regolament 428/2009 dwar l-oġġetti b'użu doppju (meħtieġ skont l-att bażiku u l-politika dwar il-kontroll tal-esportazzjoni). Ir-rapport ippjanat se jippreżenta alternattivi għar-riforma u s-simplifikazzjoni;

· Evalwazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 biex tiġi evitata d-devjazzjoni tal-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti mediċini prinċipali;

·

Il-Mobilità u t-Trasport

Evalwazzjonijiet ippjanati:

· Evalwazzjoni tad-Direttiva 2004/54/KE dwar is-sigurezza fil-mini;

· Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trasport Ikkombinat[58];

· Evalwazzjoni tal-Leġiżlazzjoni dwar is-Sikurezza tal-Vapuri tal-Passiġġieri;[59]

· Titkompla l-ħidma fuq id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni għas-settur mhux kummerċjali[60].

Oqsma oħra

Evalwazzjonijiet li għaddejjin bħalissa:

· Evalwazzjoni tal-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja – il-qafas ta’ politika għall-koperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri [Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili]

Evalwazzjonijiet ippjanati:

· Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjonijiet Elettroniċi[61] [Netwerks tal-Komunikazzjoni, Kontenut u Teknoloġija]

· Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (AVMSD)[62] [Netwerks tal-Komunikazzjoni, Kontenut u Teknoloġija]

· Evalwazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet: sistema ta’ riferiment u parteċipazzjonijiet azzjonarji minoritarji [Kompetizzjoni]

[1]  COM (2013)78

[2] COM (2013)74

[3] COM(2012) 369 finali

[4] COM(2013) 260 finali

[5] COM(2013) 267 finali

[6]  COM(2013) 265 finali

[7] COM(2011) 883

[8] COM(2011)896 u COM(2011)895

[9] COM(2013) 462 finali

[10] COM(2012) 11

[11] COM (2013) 512

[12] (COM(2013)151)

[13] COM(2011) 425

[14] COM(2011) 416

[15] COM(2011)518

[16] COM(2012)242

[17] COM(2011) 737, 739 u 740. F'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Lulju 2013 is-sistema attwali tinżamm matul il-QFP li jmiss. Fl-4 ta' Settembru l-Kummissjoni approvat abbozz ta’ dikjarazzjoni konġunta dwar ir-riżorsi proprji li hija parti mill-ftehim politiku bejn il-Kunsill u l-PE. Din tipprovdi għall-istabbiliment ta’ Grupp ta’ livell għoli li se jagħmel rieżami ġenerali tas-sistema tar-riżorsi proprji.

[18]  Proposta tal-Kummissjoni (COM(2013) 192) għal Regolament li jemenda r-Regolamenti bażiċi tal-antidumping u tal-antisussidji (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea).

[19] Għal referenzi, ara SWD(2013)401 finali.

[20]  Din tolqot id-Direttiva 98/59/KE dwar is-sensji kollettivi, id-Direttiva 2001/23/KE dwar it-trasferimenti tal-impriżi u d-Direttiva 2002/14/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-KE.

[21] Ir-rieżami tal-istatistika soċjali se jkun jiddependi mill-iżviluppi fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

[22]  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi

[23]  Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera

[24] Direttiva 2005/29/KE[24] dwar prattiki kummerċjali inġusti fin-negozju mal-konsumatur; u d-Direttiva 1999/44/KE dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ prodotti għall-konsumatur u garanziji assoċjati magħhom u d-Direttiva 93/13/KE dwar klawsoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur.

[25] Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007

[26] Id-Direttiva 2009/65/KE

[27] Id-Direttivi 82/891/KEE, 89/666/KEE, 2005/56/KE, 2009/101/KE, 2009/102/KE, 2011/35/UE, 2012/17/UE, 2012/30/UE.

[28]  Ir-regolament “de minimis” futur qed issirlu valutazzjoni tal-impatt bil-ħsieb li r-regolament jiġi adottat sal-aħħar tal-2013. Il-valutazzjoni tal-impatt għall-pakkett rimanenti dwar l-għajnuna mill-Istat (jiġifieri l-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat u r-regolamenti dwar l-eżenzjonijiet ta' kategorija u l-formoli ta’ notifikazzjoni) hija prevista għal bidu tal-2014. Huwa ppjanat li l-linji gwida u r-regolamenti l-ġodda jiġu adottati sa Lulju 2014.

[29] Ir-rieżami tal-leġiżlazzjoni tal-biedja organika se tindirizza l-inkonsistenzi, il-lakuni u l-miżuri ineffikaċi, regoli aktar sempliċi u kosti regolatorji mnaqqsa. Il-valutazzjoni tal-impatt hija ppjanata għall-ħarifa tal-2013 u l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-proposti mistennija għall-ewwel kwart tal-2014

[30] COM(2011)82 u COM(2011)349

[31] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta’ Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċertu tip ta’ skart imniżżel fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn ċerti pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali tal-iskart

[32] Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq

[33] IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet),

[34] COM (2006)232

[35]  Il-Kummissjoni se tikkunsidra modi alternattivi ta' kif tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u qed tagħmel valutazzjoni tal-impatt filwaqt li qed tistenna s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea.

[36] COM(2012)48 u COM(2012)49

[37] ĠU L 52, 4.1.1993, p. 18

[38] Ir-Regolament (KE) Nru 48/2004.

[39] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI tas-17 ta' Ottubru 2000. L-iskeda għandha tiddependi fuq l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-proposta għal Direttiva ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus, adottata mill-Kummissjoni fil-5/02/2013 li permezz tagħha, id-Deċiżjoni 2000/642/ĠAI tiskadi.

[40]  COM(2008)396. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra li tippreżenta proposta ġdida f’dan il-qasam.

[41]  COM(2004) 728 finali tad-29 ta’ Ottubru 2004

[42] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/706/KEE tas-7 ta’ Novembru 1977 dwar l-iffissar ta’ mira tal-Komunità għal tnaqqis fil-konsum ta’ sorsi primarji ta’ enerġija fil-każ ta’ diffikultajiet fil-provvista ta’ żejt mhux raffinat u ta' prodotti petroliferi (+id-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni 79/639)

[43] Id-Direttivi 92/43/KE u 2009/147/KE: Dan il-Kontroll tal-Idoneità se jiġi organizzat sabiex jakkumpanja l-evalwazzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni, fir-rispett tal-iskadenzi stabbiliti fid-Direttiva.

[44]  Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010

[45]  Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009

[46]  Li jkopru: Id-Direttiva 86/278/KEE (ħama tad-dranaġġ), id-Direttiva 94/62/KE (imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ), id-Direttiva 96/59/KE (PCB/PCT), id-Direttiva 2000/53/KE (vetturi li waslu biex jiġu skrappjati), id-Direttiva 2006/66/KE (batteriji)

[47] Id-Direttiva 2002/49/KE li tirrigwarda l-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-ħsejjes ambjentali; Evalwazzjoni tad-Direttiva 2009/126/KE tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar l-irkupru tal-fwar tal-petrol tal-Fażi II waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz; Id-Direttiva 2004/35/KE dwar ir-responsabbiltà ambjentali fir-rigward tal-prevenzjoni u r-rimedju tal-ħsara ambjentali; Id-Direttiva 2007/2/KE li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE).

[48]  Id-Direttivi Qafas 89/391/KEE u 23 Direttiva relatata.

[49] Id-Direttiva 2009/28/KE tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE

[50] Ir-Regolament (767/2008) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512

[51] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX).

[52] Ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta’ Timijiet ta’ Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 fir-rigward ta’ dak il-mekkaniżmu u li jirregola l-kompiti u l-poteri ta’ uffiċjali mistiedna.

[53] Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/81 dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi ta’ traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti, Se jiġi kkunsidrat li din id-Direttiva u d-Direttiva 2011/36, relevanti għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, jiġu amalgamati.

[54]  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/919/ĠAI li temenda d-Deċiżjoni Qafas 2002/475/ĠAI

[55] Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali.

[56] Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-21 ta' April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati.

[57] Din l-evalwazzjoni hija ppjanata għal medda ta’ żmien medju.

[58] Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri, Il-Ġurnal Uffiċjali L 368, 17/12/1992, p. 0038 - 0042

[59]  Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (Tfassil mill-ġdid), Il-Ġurnal Uffiċjali L 163, 25/06/2009 P. 0001 - 0140

[60]  Ir-Regolament Bażiku Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) (216/2008)

[61] Id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi

[62] Id-Direttiva 2010/13/UE. Għadha kif saret konsultazzjoni dwar elementi ewlenin tal-AVMSD, saret konsultazzjoni separata dwar l-indipendenza tal-korpi regolatorji awdjoviżivi (l-Artikolu 30 tal-AVMSD) li dwarha qed issir valutazzjoni.