52013DC0490

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI Qafas armonizzat għall-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji u r-rapporti dwar il-ħruġ ta' dejn fiż-żona euro /* COM/2013/0490 final */


1.         Introduzzjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro ĠU L140, 27.05.2013) daħal fis-seħħ fit-30 ta’ Mejju 2013. Dan ikompli jibni u jikkumplimenta fiż-żona tal-euro (EA) il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST), il-qafas Ewropew għal sorveljanza fiskali. Dan ir-Regolament jieħu pass konkret u deċiżiv lejn it-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ sorveljanza applikabbli għall-Istati Membri kollha tal-EA.

Il-karatteristiċi ġodda ta’ sorveljanza fiskali għall-Istati Membri tal-EA li joħorġu mir-Regolament Nru 473/2013 ifissru aktar trasparenza fuq deċiżjonijiet baġitarji tagħhom u koordinazzjoni baġitarja aktar b’saħħitha bejniethom li tibda fiċ-ċiklu baġitarju tal-2014.

B’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet baġitarji komuni l-ġodda jinkludu eżerċizzju ta' sorveljanza koordinat ġdid li se jsir kull sena fil-ħarifa. Sal-15 ta’ Ottubru kull ħarifa, l-Istati Membri kollha tal-EA se jissottomettu abbozzi tal-pjanijiet baġitarji (DBPs) għas-sena ta’ wara. Għal kull Stat Membru tal-EA, il-Kummissjoni imbagħad toħroġ opinjoni dwar id-DBP qabel l-adozzjoni tal-baġit nazzjonali korrispondenti. Fejn, f’każi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tidentifika li pjan ikollu nonkonformità partikolarment gravi mal-obbligi tal-politika baġitarja stipulati fil-PST, jintalab abbozz rivedut tal-pjan wara li jiġi kkonsultat l-Istat Membru konċernat. Din l-iskeda ta' żmien baġitarja komuni ġdida se tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politika fost l-Istati Membri taż-żona tal-euro u se tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jiġu integrati kif xieraq fil-proċedura baġitarja tal-Istati Membri.

Kif stabbilit fl-Artikolu 6 (5) tar-Regolament Nru 473/2013, "L-ispeċifikazzjonijiet tal-kontenut tal-abbozz tal-pjan baġitarju għandhom jiġu stabbiliti f'qafas armonizzat stabbilit mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri." Din il-Komunikazzjoni tressaq qafas armonizzat lill-Istati Membri tal-EA biex iressqu DBP. Sett ta’ mudelli jinsabu fl-Anness, li jkopru d-dejta baġitarja u makroekonomika ewlenija għas-sena li ġejja kif mitlub mir-Regolament Nru 473/2013.

Barra minn hekk, ir-Regolament Nru 473/2013, jinkoraġġixxi wkoll koordinazzjoni aħjar tal-pjani nazzjonali għall-ħruġ tad-dejn, filwaqt li jistabbilixxi obbligu ta' rapportar għall-Istati Membri kollha tal-EA. B’mod partikolari, l-Istati Membri kollh tal-EA huma meħtieġa li jirrapportaw ex-ante u fil-ħin dwar il-pjanijiet għall-ħruġ ta’ dejn nazzjonali tagħhom. din l-informazzjoni se tkompli tippermetti li jsir monitoraġġ adegwat tal-iżviluppi tad-dejn fiż-żona tal-euro u se żżid il-koordinazzjoni tad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-ħruġ ta' dejn  Skont l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, il-format u l-kontenut armonizzati ta’ dawn ir-rapporti "għandhom ikunu stipulati mill-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri". Għalhekk, din il-Komunikazzjoni tipproponi wkoll format u kontenut armonizzati għall-Istati Membri tal-EA biex jirrappurtaw dwar il-pjanijiet tal-ħruġ ta’ dejn nazzjonali tagħhom.

2.         L-ispeċifikazzjonijiet dwar il-format u l-kontenut tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji.

Il-linji gwida stabbiliti hawn taħt għandhom jitqiesu bħala kodiċi ta’ prattika tajba u lista ta’ kontroll biex jintużaw mill-Istati Membri fit-tħejjija tad-DBP. L-Istati Membri huma mistennija li jsegwu l-linji gwida, u jiġġustifikaw kwalunkwe devjazzjoni minnhom.

Id-DBP essenzjalment għandha tippreżenta aġġornament ta’ wħud mit-tabelli standardizzati mill-Programmi ta' Stabbiltà, ikkumplimentati b’informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri ppreżentati fid-DBP.

B'konformità mal-linji gwida eżistenti previsti fil-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza, il-kunċetti użati għandhom ikunu konsistenti mal-istandards stabbiliti fil-livell Ewropew, l-aktar fil-kuntest tas-Sistema Ewropea tal-Kontabbiltà (ESA).

Id-DBP għandu jippermetti l-identifikazzjoni ta’ sorsi ta’ diskrepanzi possibbli mill-istrateġija baġitarja tal-Programm ta’ Stabilità l-aktar reċenti. Għaldaqstant, minbarra d-dejta meħtieġa għas-sena li ġejja, jiġifieri għas-sena li għaliha qed jiġi abbozzat il-baġit (sena t+1 fit-tabelli standardizzati fl-Anness), l-estimi korrispondenti għas-sena kurrenti (t fit-tabelli standardizzati fl- Anness) għandhom jiġu inklużi wkoll, flimkien mar-riżultati tas-sena ta' qabel (t-1 fit-tabelli standardizzati fl-Anness) konsistenti mad-dejta rrappurtata taħt il-proċedura tad-defiċit eċċessiv..

A. Previżjonijiet makroekonomiċi indipendenti u s-suppożizzjonijiet. Stima tal-impatt ta’ miżuri baġitarji aggregati fuq it-tkabbir ekonomiku.

Id-DBPs għandhom ikunu bbażati fuq previżjonijiet makroekonomiċi indipendenti, kif stabbilit fl-Artikolu 6 (3) tar-Regolament Nru 473/2013. Għaldaqstant, it-Tabelli 1a, 1b, 1c, 1d tad-DBP, inklużi fl-Anness, jippreżentaw l-iżviluppi ewlenin ekonomiċi mistennija u l-fatturi ekonomiċi varjabbli importanti użati fit-tħejjija tad-DBP.

B'mod partikolari, t-Tabella 1a tinkludi dejta dwar ir-rata ta' tibdil fil-PDG reali osservata fis-sena t-1, u r-rata ta' tibdil fil-PDG reali mbassra għas-snin t u t+1. L-impatt stmat fuq it-tkabbir ekonomiku ta’ miżuri baġitarji aggregati previst id-DBP għandu jiġi inkluż f’dawn ir-rati ta’ tkabbir imbassra għas-snin t u t + 1. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 6(3)(g) tar-Regolament Nru 473/2013, dan l-impatt stmat fuq it-tkabbir ekonomiku huwa rrakkomandat li jiġi speċifikat fit-Tabella 1a jew inkella dettaljat fl-anness metodoloġiku.

Is-suppożizzjonijiet bażiċi li fuqhom huma bbażati l-previżjonijiet makroekonomiċi għandhom jiġu ppreżentati fit-tabella 0.i) tal-Anness. Suppożizzjonijiet ewlenin ulterjuri tipikament relevanti għall-produzzjoni ta’ previżjonijiet makroekonomiċi huma ppreżentati fit-tabella 0.ii).  L-Istati Membri jistgħu jsibu utli li wieħed jivverifika dan tal-aħħar meta jippruvaw jiġbru fil-qosor is-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-previżjonijiet makroekonomiċi indipendenti.

L-Istati Membri għandhom ukoll jispeċifikaw jekk il-previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji indipendenti ġewx prodotti jew approvati mill-korp indipendenti.

B. Il-miri baġitarji

Il-miri baġitarji għall-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika, maqsuma skont is-subsettur tal-amministrazzjoni pubblika (gvern ċentrali, gvern statali jew reġjonali għall-Istati Membri b’arranġamenti istituzzjonali federali jew fil-biċċa l-kbira diċentralizzati, gvern lokali u sigurtà soċjali) għandhom jiġu ppreżentati fit-tabelli relevanti inklużi wkoll fl-Anness. Kif dikjarat fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 473/2013, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk id-DBP jikkonformax mal-obbligi ta’ politika baġitarja stipulati fil-PST. Sabiex din il-valutazzjoni tkun possibbli, miri baġitarji strutturali u miżuri ta’ darba u oħrajn temporanji huma wkoll fost l-informazzjoni meħtieġa f’din it-taqsima. Il-konformità mal-parametru referenzjarju tad-dejn tiġi evalwata fl-isfond tad-dejta rigward l-iżviluppi tad-dejn, li għandha tkun konsistenti ma’ miri baġitarji mogħtija qabel u l-previżjonijiet makroekonomiċi. Din l-informazzjoni, li hija meħtieġa fit-tabelli 2.a, 2.b u 2.c tal-Anness, tista' tiġi kkumplimentata b’dejta dwar obbligazzjonijiet kontinġenti li jistgħu jaffettwaw il-pożizzjoni tad-dejn tal-gvern fit-terminu medju.

Biex jippermettu fehim komprensiv tal-bilanċ tal-gvern u tal-istrateġija baġitarja b’mod ġenerali, għandha tingħata l-informazzjoni dwar il-miri tan-nefqa u d-dħul u l-komponenti ewlenin tagħhom. Dan it-tagħrif jinsab fit-Tabella 4a tal-Anness. B’kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet u l-kriterji biex jiġi stabbilit tkabbir fin-nefqa li jiġu stmati bi qbil mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1466/97, li jiddefinixxi parametru referenzjarju tan-nefqa, id-DBP jippreżenta wkoll it-tkabbir ippjanat tal-infiq tal-gvern li jirċievi trattament speċjali fil-komputazzjoni tal-parametru referenzjarju tan-nefqa.

Tqassim tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika skont il-funzjoni tinsab fit-tabelli relevanti fl-Anness. Fejn possibbli, l-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu din l-informazzjoni maqsuma fil-kategoriji ppreżentati fil-Klassifikazzjoni tal-Funzjonijiet tal-Gvern (COFOG). Fi kwalunkwe każ, skont l-Artikolu 6(3)(d)) tar-Regolament Nru 473/2013, informazzjoni rilevanti dwar in-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika fuq l-edukazzjoni, is-servizzi tas-saħħa u l-impjiegi għandhom jiġu pprovduti, jew fit-tabella proposta jew inkella ppreżentata fid-DBP.

C. In-nefqa u d-dħul pubbliku skont ix-xenarju tal-ebda bidla politika u miżuri baġitarji diskrezzjonali.

Kull Stat Membru għandu jiddefinixxi b’mod adatt xenarju għall-infiq u d-dħul abbażi ta’ ebda bdil fil-politiki għas-sena li ġejja (jiġifieri qabel il-baġit, għajr il-miżuri ġodda li ġew proposti fil-kuntest tal-proċess baġitarju) u jippubblika s-suppożizzjonijiet sottostanti, il-metodoloġiji u l-parametri rilevanti. Is-suppożizzjoni ta' 'ebda bidla fil-politika’ tinvolvi l-estrapolazzjoni tat-tendenzi tad-dħul u u n-nefqa qabel ma jiżdied l-impatt ta’ miżuri baġitarji diskrezzjonali deċiżi fil-kuntest tal-proċess baġitarju għas-sena li ġejja. Ir-riżultati ta’ tbassir dwar in-naħa tal-infiq u tad-dħul fuq il-bażi tas-suppożizzjoni tal-politika mhux mibdula huma ppreżentati fit-tabella 3 tal-Anness, filwaqt li sett ta’ tabelli 5.a, 5.b u 5.c jiddeskrivi u jispjega fil-qosor il-miżuri diskrezzjonarji fil-proċess ta’ adozzjoni mis-subsetturi differenti biex jintlaħqu l-miri baġitarji.

Dawn it-tliet tabelli għandhom jinkludu deskrizzjoni teknika eżawrjenti ta’ miżuri li qed jittieħdu mis-subsetturi differenti, flimkien ma’ informazzjoni rigward il-motivazzjoni, id-disinn u l-implimentazzjoni tal-miżura. Il-mira ta’ miżura baġitarja għandha wkoll tkun ippreżentata, f’termini ESA, filwaqt li tispeċifika jekk hix miżura fakultattiva ta' nefqa jew dħul. Barra minn hekk, il-komponent preċiż tan-naħa tan-nefqa jew id-dħul fil-mira tal-miżura diskrezzjonali għandu jiġi speċifikat ukoll. Dan jagħmel it-tqabbil bejn il-miri u r-riżultati ta’ ebda bidla ta’ politika fattibbli. Fi kliem ieħor:

-  Fuq in-naħa tad-dħul, irid jiġi ddikjarat jekk din hijiex miżura li timmira:

o  Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet (kodiċi ESA: D.2)

o  It-taxxi kurrenti fuq id-dħul, il-ġid, eċċ. (kodiċi ESA: D.5

o  Taxxi fuq il-kapital (kodiċi ESA: D.91)

o  Kontribuzzjonijiet soċjali (kodiċi ESA: D.61)

o  Dħul mill-proprjetà (kodiċi ESA: D.4)

o  Oħrajn (kodiċi ESA: 1/ P.11+P.12+P.131+D.39+D.7+D.9 (apparti D.91)

-  Fuq in-naħa tad-dħul, għandu jiġi ddikjarat jekk din hijiex miżura li timmira:

o  Kumpens għall-impjegati (kodiċi ESA: D.1) D.1

o  Konsum intermedju (kodiċi ESA: P.2

o  Ħlasijiet soċjali (benefiċċji soċjali u trasferimenti soċjali in natura forniti lill-unitajiet domestiċi permezz tal-produtturi tas-suq kodiċi ESA: D.62, D.6311, D.63121, D.63131), li minnhom fejn applikabbli, għandhom jiġu speċifikati wkoll, il-benefiċċji tal-qgħad inklużi benefiċċji fi flus (D.621 u D.624) u benefiċċji in natura (D.631) relatati mal-benefiċċji tal-qgħad.

o  Nefqa f'interessi (kodiċi ESA: D.41)

o  Sussidji (kodiċi ESA: D.3)

o  Formazzjoni grossa tal-kapital fiss (kodiċi ESA: P.51)

o  Trasferimenti ta' kapital (kodiċi ESA: D.9)

o  Oħrajn (kodiċi ESA: D.29+D.4 (apparti D.41) +D.5+D.7+P.52+P.53+K.2+D.8)

It-terminu ta’ żmien tal-miżuri għandu jiġi speċifikat sabiex issir distinzjoni bejn miżuri b'effett tranżitorju tal-baġit li ma jwassalux għal bidla kostanti fil-pożizzjoni baġitarja intertemporali (jiġifieri fil-livell permanenti ta’ dħul jew infiq) u dawk li għandhom effett permanenti tal-baġit li jwasslu għal bidla kostanti fil-pożizzjoni baġitarja intertemporali (jiġifieri fil-livell permanenti ta’ dħul jew infiq). Skont ir-Regolament Nru 473/2013 il-miżuri b’impatt baġitarju stmat ta’ 'l fuq minn 0.1 % tal-PDG għandu jiġi deskritt fid-dettall, filwaqt li dawk b’impatt baġitarju taħt dan il-limitu jeħtieġ li jiġu identifikati u l-impatt baġitarju aggregat tagħhom indikat. Safejn hu possibbli, miżuri iżgħar li jaffettwaw l-istess kategorija ta' dħul/infiq jistgħu jkunu miġbura flimkien b’mod sinifikattiv. Madankollu, fil-kuntest tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju l-Istati Membri qablu li jtejbu aktar il-kwalità tar-rappurtar dwar il-miżuri fiskali diskrezzjonali (DTM), u jimpenjaw lilhom infushom biex jiddeskrivu fid-dettall id-DTM kollha b’impatt baġitarju minimu ta’ 0.05 % tal-PDG. Għalhekk, fil-kuntest tad-DBPs u biex tittejjeb il-konsistenza fir-rekwiżiti ta’ rappurtar, l-Istati Membri huma mħeġġa wkoll li jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri baġitarji diskrezzjonarji kollha li għandhom impatt baġitarju stmat 'l fuq minn 0.05 % tal-PDG.

Id-DBPs għandhom jinkludu wkoll tagħrif dwar l-impatt baġitarju stmat tal-miżuri diskrezzjonarji fil-livell ta’ kull subsettur, inklużi fit-tabelli 5a, 5b u 5c tal-Anness. L-impatt baġitarju tal-miżuri kollha għandu jiġi rreġistrat f’termini tal-impatt inkrimentali - għall-kuntrarju tar-reġistrazzjoni tal-impatt baġitarju f’termini ta’ levels- meta mqabbel mal-projezzjoni ta’ linja bażi tas-sena preċedenti. Dan jimplika li miżuri permanenti sempliċi għandhom jiġu rreġistrati bħala li għandhom effett ta’ ± X fis-sena (snin) li fihom jiġu introdotti u żero altrimenti, jiġifieri l-impatt ġenerali fuq il-livell ta’ dħul jew nefqa ma għandhomx jikkanċellaw lil xulxin. Jekk l-impatt ta’ miżura jvarja maż-żmien, tal-impatt inkrimentali biss għandu jiġu rreġistrat fit-tabella[1]. Min-natura tagħhom, il-miżuri ta’ darba għandhom dejjem jiġu rreġistrati bħala li għandhom effett ta’ +/- X fis-sena tal-ewwel impatt baġitarju u -/+ X fis-sena ta’ wara, jiġifieri l-impatt ġenerali fuq il-livell ta’ dħul jew infiq f’sentejn konsekuttivi irid ikun żero.[2]

Skont kull miżura speċifika, l-Istati Membri għandhom jadattaw id-dimensjoni ta’ dawn it-tliet tabelli skont kif meħtieġ, sabiex ikunu jinkludu kemm kolonni meħtieġa biex jirriflettu l-impatt baġitarju kollu matul iż-żmien. Preżunzjonijiet sottostanti użati biex issir stima tal-impatt baġitarju ta’ kull miżura (eż. l-elastiċitajiet jew l-evoluzzjoni tal-bażi tat-taxxa) għandhom ukoll ikunu deskritti fid-DBP. Fl-aħħar nett, id-DBPs għandhom ukoll jispeċifikaw il-prinċipju tal-kontabilità li fih id-dejta tkun qed tiġi rrappurtata: awtomatikament, għandhom jiġu rrappurtati fuq bażi tad-dovuti, iżda, jekk dan ma jkunx possibbli, għandu jiġi indikat espliċitament li l-valur irrappurtat huwa bbażat fuq rappurtar abbażi ta' flus.

D. L-istrateġija tal-Unjoni għall-miri ta' tkabbir u impjiegi u Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi (CSR).

Dettalji dwar kif il-miżuri adottati jindirizzaw CSRs jew il-miri nazzjonali skont l-Istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi huma inklużi fit-tabelli 6a u 6b tal-Anness.

E. Indikazzjonijiet dwar l-impatt distributorju mistenni tal-miżuri ewlenin ta’ nfiq u dħul.

Informazzjoni dwar l-impatt distributtiv mistenni tal-miżuri ewlenin tal-infiq u d-dħul għandha tkun speċifikata wkoll fid-DBPs, skont l-Artikolu 6(3)(d) tar-Regolament Nru 473/2013.

Billi l-maġġoranza tal-Istati Membri diġà jinkludu fil-baġits tagħhom kunsiderazzjonijiet kwalitattivi dwar l-impatt distributtiv ta’ miżuri fiskali, estimi kwantittativi huma ferm anqas komuni. Ċertament, il-kwantifika tal-impatt distributtiv ta’ miżuri baġitarji hija biċċa xogħol ta’ sfida. Għal din ir-raġuni ebda tabella standardizzata dwar dan l-aspett tad-DBPs ma hija inkluża fl-Anness; għall-kuntrarju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, sa fejn ikun possibbli, l-informazzjoni kwalitattiva u stimi kwantitattivi dwar l-effetti ta’ distribuzzjoni ta’ miżuri baġitarji, ppreżentati kif jaqbel l-aħjar għall-miżuri speċifiċi u l-oqfsa analitiċi disponibbli ta’ kull Stat Membru.

F. Paragun bejn DBP u tal-Programm ta’ Stabilità l-aktar reċenti.

Tabella 7 tal-Anness tqabbel il-miri u projezzjonijiet baġitarji abbażi ta’ ebda bdil fil-politiki fid-DBP ma’ dawk tal-aħħar PS. Differenzi possibbli fl-imgħoddi u dejta ppjanata rigward dawk fil-PS għandhom jiġu spjegati kif xieraq.

G. L-Anness Metodoloġiku.

Fl-aħħar nett, it-Tabella 8 fl-Anness fiha l-aspetti metodoloġiċi li għandhom jiġu inklużi fid-DBP. Dawn għandhom jinkludu dettalji dwar it-tekniki differenti ta’ stima applikati matul il-proċess baġitarju, flimkien mal-karatteristiċi rilevanti tagħhom u s-suppożizzjonijiet użati. F’każ li l-istima tal-impatt ta’ miżuri baġitarji aggregati fuq it-tkabbir ekonomiku ma jkunx ġie rrapportat fit-tabella 1.a, dan għandu jiġi speċifikat f’dan l-Anness.

3.         Linji gwida dwar il-forma u l-kontenut ta’ rapporti dwar ħruġ ta’ dejn.

Skont l-Artikolu 8 (2) tar-Regolament Nru 473/2013, din it-taqsima tipprovdi format u kontenut armonizzati għall-Istati Membri tal-EA biex jirrappurtaw dwar il-pjanijiet tal-ħruġ ta’ dejn nazzjonali tagħhom.

Sabiex il-pjani għall-ħruġ ta’ dejn nazzjonali jitqiegħdu f’qafas ta’ sorveljanza fiskali, dawn għandhom ikunu akkumpanjati minn informazzjoni ġenerali dwar il-ħtiġijiet kumplessivi tal-finanzjament tal-baġit ċentrali. Għalhekk, żewġ rapporti għandhom jiġu ppreżentati: rapport annwali u rapport trimestrali.

Minħabba l-ħtieġa għall-flessibbiltà f’kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu, l-informazzjoni f’dawn ir-rapporti li tħares 'l quddiem hija mifhuma li tkun indikattiva u soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-suq. Fil-prinċipju dawn ir-rapporti ma għandhomx jitqassmu fil-pubbliku, minħabba s-sensittività potenzjali ta' din l-informazzjoni.

1.         Ir-rapport annwali għandu jinkludi:

- informazzjoni ġenerali dwar il-ħtiġijiet kumplessivi tal-finanzjament tal-baġit ċentrali, bħal (i) it-tifdija ta' titoli b’maturità oriġinali ta’ sena jew iktar; (ii) stokk ta' titoli b’maturità oriġinali ta’ inqas minn sena; (iii) finanzjament likwidu nett; (iv) defiċit ta' likwidità u (v) akkwist nett ta’ assi finanzjarji, apparti finanzjament nett ta' likwidità,

- il-pjani ta' ħruġ għas-sena ta’ wara inkluż it-tqassim ta' titoli f’terminu qasir u f'terminu medju sa twil kif stipulat fil-mudell hawn taħt.

Tabella III — mudell li għandu jiġi inkluż f’rapporti annwali tal-ħruġ tad-dejn[3].

Rekwiżit ta’ finanzjament totali (EUR miljun) || Pjan ta’ finanzjament (EUR miljun)

It-tifdija ta’ titoli b’maturità oriġinali ta’ sena jew aktar (1) || L-istokk ta’ bills tat-Teżor u Dokumenti Kummerċjali (CP) fi tmiem is-sena preċedenti (2) || Finanzjament likwidu nett; (3) || Ħtiġijiet għal finanzjament totali mill-ġdid (4 = 1+2 +3) || defiċit ta' likwidità/ eċċess (5) || L-akkwist nett tal-assi finanzjarji, apparti l-finanzjament ta’ likwidità (6) || Oħrajn (7) || Totali (8 = 4+5 +6+7) || Tibdil fl-istokk ta' terminu qasir ((T-bills + CPs) (9) || Terminu medju sa twil (10) || Oħrajn (11) || Totali (12 = 2+9+ 10+11)

|| || || || || || || || || || ||

Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni mill-anqas ġimgħa qabel l-aħħar tas-sena kalendarja.

2.         Ir-rapport trimestrali għandu jippreżenta l-pjanijiet ta’ ħruġ, kull trimestru (mhux kumulattivi) inkluż it-tqassim tat-titoli f’terminu qasir u medju sa twil. Il-pjanijiet tal-ħruġ għat-timestru/i li jmiss għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport dwar il-ħruġ attwali fit-trimestru preċedenti kif ukoll l-istima ta’ ħruġ tat-trimestru kurrenti fuq il-mudell kif stipulat hawn taħt. Filwaqt li, fil-prinċipju u taħt kundizzjonijiet tas-suq aktar normali, pjanijiet tal-ħruġ previsti għandhom jiġu rrapportati diversi trimestri bil-quddiem, taħt il-kundizzjonijiet tas-suq attwali tali previżjonijiet jistgħu jkunu diffiċli li jsiru jew ikunu ta' valur informattiv limitat.  Għalhekk, qed jiġi suġġerit li t-trimestru segwenti immedjat biss ikun soġġett għal tali rappurtar.

Tabella IV – Mudell li għandu jiġi inkluż f’rapporti trimestrali tal-ħruġ tad-dejn,[4],[5].

Pjan ta’ finanzjament (EUR miljun)

|| Terminu qasir (T-bills + CPs)* (1) || Terminu medju sa twil (2) || Oħrajn (3) || Totali (4=1+2+3)

q-1 (it-trimestru preċedenti, dejta reali) || dejta reali || dejta reali || dejta reali || dejta reali

q (trimestru kurrenti, kalkolu) || kalkolu; || kalkolu; || kalkolu; || kalkolu;

q+1 (trimestru li jmiss, pjan) || pjan || pjan || pjan || pjan

* Jekk jogħġbok irrapporta hawnhekk il-ħruġ attwali, jiġifieri inkluż l-għadd ta' 1-month bill rollover

Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni mill-anqas ġimgħa qabel il-bidu tat-trimestru li jmiss.

Huwa kkunisdrat li l-perjodiċità ta' kull trimestru għar-rappurtar tal-pjanijiet ta' ħruġ tolqot il-bilanċ ġust bejn, minn naħa waħda, li żżid it-trasparenza u l-previdibbiltà tal-pjanijiet tal-iffinanzjar u, min-naħa l-oħra, li tħalli biżżejjed flessibbiltà għall-ħruġ ta’ linji politiċi u proċeduri.

L-ammonti kollha għandhom jiġu espressi f’miljuni ta’ euro.

Meta d-dejta tkun disponibbli, l-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu mudelli komparabbli b'informazzjoni simili rigward l-aġenziji nazzjonali u l-gvernijiet reġjonali jew lokali.

ANNESS. ANNESS MUDELL TAL-ISTRUTTURA U T-TABELLI LI JRIDU JIĠU INKLUŻI FL-ABBOZZI TAL- PJANIJIET BAĠITARJI[6]

A. MUDELL TAL-ISTRUTTURA GĦALL-ABBOZZI TAL-PJANIJIET BAĠITARJI

1. 1. Previżjonijiet makroekonomiċi.

2. Miri baġitarji.

3. Projezzjonijiet tad-dħul u l-infiq f’xenarju tal-ebda bidla fil-politika.

4. Miri ta’ nfiq u dħul. In-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika skont il-funzjoni

5. Miżuri diskrezzjonarji inklużi fl-abbozz tal-baġit.

6. Rabtiet possibbli bejn l-abbozz tal-pjan baġitarju u l-miri stabbiliti mill-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi u CSRs.

7. Tqabbil mal-aħħar Programm ta’ Stabbiltà.

8. L-impatt distribuzzjonali fuq il-miżuri ewlenin ta’ nfiq u dħul.

Anness: Aspetti metodoloġiċi, inkluż l-impatt stmat tal-miżuri baġitarji aggregati fuq it-tkabbir ekonomiku.

B. TABELLI LI JRIDU JIĠU INKLUŻI FL-ABBOZZI TAL- PJANIJIET BAĠITARJI

1. Previżjonijiet makroekonomiċi.

Tabella 0.i) Suppożizzjonijiet bażiċi

|| Sena t-1 || Sena t || Sena t+1

Rata tal-imgħax fit-terminu qasir1 (medja annwali) || || ||

Rata tal-imgħax fit-terminu twil (medja annwali) || || ||

Rata tal-kambju USD/€ (medja annwali)  || || ||

Rata tal-kambju nominali effettiva || || ||

Tkabbir tal-PDG, id-dinja kollha għajr l-UE || || ||

Tkabbir tal-PDG tal-UE || || ||

Tkabbir ta’ swieq barranin relavanti || || ||

Volumi ta’ importazzjoni fid-dinja kollha, eskluża tal-UE || || ||

Prezzijiet taż-żejt (Brent, USD/barmil) || || ||

1Jekk meħtieġ, suppożizzjonijiet purament tekniċi.. || ||

Tabella 0.ii). Suppożizzjonijiet ewlenin. Lista ta’ kontroll mhux eżawrjenti. (Informazzjoni simili tista' tiġi pprovduta f’formati differenti)

|| Sena t-1 || Sena t || Sena t+1

1. Ambjent estern ||

a. Prezzijiet tal-prodotti bażiċi || || ||

b. Firxa fuq il-bond Ġermaniż || || ||

|| || ||

2. Politika fiskali ||

a.  Self nett tal-amministrazzjoni pubblika/teħid ta’ self nett || || ||

b. Dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika || || ||

|| || ||

3. Politika monetarja/Settur finanzjarju/suppożizzjonijiet ta’ rati ta’ imgħax ||

a. Rati ta' imgħax: || || ||

i. Euribor || || ||

ii. Rati ta’ depożitu || || ||

iii. Rati ta' mgħax fuq self || || ||

iv. Rendiment sal-maturità ta’ bonds tal-gvern ta' 10 snin || || ||

b. Evoluzzjoni tad-depożiti || || ||

c.  Evoluzzjoni tas-self || || ||

d. Xejriet NPL || || ||

|| || ||

4. Xejriet demografiċi ||

a.  Evoluzzjoni tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol || || ||

b.  Proporzjonijiet tad-dipendenza || || ||

|| || ||

5. Politiki strutturali ||

|| || ||

Tabella 1.1. Prospetti makroekonomiċi

|| Kodiċi ESA || Sena t-1 || Sena t-1 || Sena t || Sena t+1

|| || Livell || rata ta' bidla || rata ta' bidla || rata ta' bidla

1. PDG Reali || B1*g || || || ||

Li minnhom ||

1.1. Attribwibbli lill- impatt stmat tal-  miżuri baġitarji  aggregati fuq it- tkabbir ekonomiku1 || || --- || --- || ||

2. PDG potenzjali || || || || ||

kontribuzzjonijiet: || || || || ||

- xogħol || || || || ||

- kapital || || || || ||

- produttività ......totali tal-fatturi || || || || ||

3. PDG Nominali || B1*g || || || ||

Komponenti tal-PDG reali ||

4. Infiq fuq il-konsum individwali finali || P.3 || || || ||

5. Infiq fuq il-konsum tal-gvern finali || P.3 || || || ||

6. Formazzjoni tal-kapital fiss gross || P.51 2,7. || || || ||

7. Bidliet fl-inventarji u l-akkwiżizzjoni nett ta' oġġetti ta’ valur (% tal-PDG) || + P.52 + P.53 || || || ||

8. Esportazzjoni ta' oġġetti u servizzi || P.6 || || || ||

9. Importazzjoni ta' oġġetti u servizzi || P.7 || || || ||

Kontribuzzjonijiet għat-tkabbir tal-PDG reali: ||

10. Domanda domestika finali || || || - || ||

11. Bidliet fl-inventarji u l-akkwiżizzjoni nett tal-oġġetti ta’ valur || + P.52 + P.53 || || - || ||

12. Bilanċ estern ta' oġġetti u servizzi || B.11 || || - || ||

1/Jekk jogħġbok irrapporta hawn l-impatt stmat fuq it-tkabbir reali tal-PDG tal-miżuri baġitarji aggregati li jinsabu fid-DBP.

Tabella 1.b. Żviluppi fil-prezzijiet                                                                                                     

|| Kodiċi ESA || Sena t-1 || Sena t-1 || Sena t || Sena t+1

|| || Livell || rata ta' bidla || rata ta' bidla || rata ta' bidla

1. Deflatur tal-PDG || || || || ||

2. 2. Deflatur tal-konsum privat. || || || || ||

3. HICP || || || || ||

4. Deflatur tal-konsum pubbliku || || || || ||

5. Deflatur tal-investimenti || || || || ||

6. Deflatur tal-prezz tal-esportazzjoni (oġġetti u servizzi) || || || || ||

7. Deflatur tal-prezz tal-importazzjoni (oġġetti u servizzi) || || || || ||

                                                                                                                                    

Tabella 1.c. Żviluppi fis-suq tax-xogħol

|| Kodiċi ESA || Sena t-1 || Sena t-1 || Sena t || Sena t+1

|| || Livell || rata ta' bidla || rata ta' bidla || rata ta' bidla

1. Impjiegi, persuni1 || || || || ||

2. Impjiegi, sigħat maħduma2 || || || || ||

3. Rata tal-qgħad (%)3 || || || || ||

4. Produttività tax-xogħol, persuni4 || || || || ||

5. Produttività tax-xogħol, sigħat maħduma || || || || ||

6. Kumpens tal-impjegati || D.1 || || || ||

7. Kumpens għal kull impjegat || || || || ||

|| || || || ||

|| || || || ||

|| || || || ||

|| || || - || ||

|| || || - || ||

1/Popolazzjoni attiva, definizzjoni tal-kunċett domestiku tal-kontijiet nazzjonali.

2/Definizzjoni tal-kontijiet nazzjonali.

3/Definizzjoni armonizzata, l-Eurostat; livelli

4/PDG reali għal kull persuna impjegata.

5/PDG reali għal kull siegħa ta' xogħol.  

                                                                                                                      

Tabella 1.d. Bilanċi settorjali                                                                                 

|| Kodiċi ESA || Sena t-1 || Sena t || Sena t+1

1. Self/teħid nett imqabbel mal-bqija tad-dinja || B.9 || % tal-PDG || % tal-PDG || % tal-PDG

li minnu: ||

- Bilanċ fuq l-oġġetti u s-servizzi || || || ||

- Bilanċ fuq id-dħul u traferimenti primarji || || || ||

- Kont tal-kapital || || || ||

2. Self/teħid nett tas-settur privat || B.9 || || ||

3. Self/teħid nett tal-amministrazzjoni pubblika || B.9 || || ||

4. Diskrepanza fl-istatistika || || || ||

2. Miri baġitarji.

Tabella 2.a. Miri baġitarji tal-amministrazzjoni pubblika imqassma skont is-subsettur

|| Kodiċi ESA || Sena t || Sena t+1

|| || % tal-PDG || % tal-PDG

Self nett (+) / teħid ta’ self nett (-) (B.9) skont is-subsettur || || ||

1. Amministrazzjoni pubblika || S.13 || ||

2. Ġvern ċentrali || S.1311 || ||

 3. Gvern statali || S.1312 || ||

4. Gvern lokali || S.1313 || ||

5. Fondi tas-sigurtà soċjali || S.1314 || ||

6.  Infiq fuq l-imgħax || D.41 || ||

7. Bilanċ primarju2 || || ||

8. Miżuri ta' darba u oħrajn temporanji3 || || ||

9. Tkabbir reali tal-PDG (%) (=1. fit-Tabella 1a) || || ||

10. Tkabbir potenzjali tal-PDG (%) (=2 fit-Tabella 1.a) || || ||

kontribuzzjonijiet: ||

- xogħol || || ||

- kapital || || ||

- produttività ......totali tal-fatturi || || ||

11. Differenza fil-prestazzjoni (% tal-PDG potenzjali) || || ||

12. Komponent baġitarju ċikliku (% tal-PDG potenzjali) || || ||

13. Bilanċ aġġustat ċiklikament (1 - 12) (% tal-PDG potenzjali) || || ||

14. Bilanċ primarju aġġustat ċiklikament (13 + 6) (% tal-PDG potenzjali) || || ||

15. Bilanċ strutturali (13 - 8) (% tal-PDG potenzjali) || || ||

1/ TR-TE= B.9.

2/Il-bilanċ primarju huwa kkalkulat bħala (B.9, partita 8) flimkien ma’ (D.41, partita 9).

3/ Simbolu tal-plus (+) ifisser miżuri ta’ darba għat-tnaqqis tad-defiċit.

Tabella 2.b. Żviluppi tad-dejn tal-amministrazzjoni pubblika 

|| Kodiċi ESA || Sena t || Sena t+1

|| || % tal-PDG || % tal-PDG

1. Dejn gross1 || || ||

2. Tibdil fil-proporzjon tad-dejn gross || || ||

Kontribuzzjonijiet għal bidliet fid-dejn gross ||

3. Bilanċ primarju (= partita 10 fit-Tabella 2.a.i) || || ||

4. Nefqa tal-imgħax (= partita 9 fit-Tabella 2.a.i) || D.41 || ||

5. Aġġustament tal-fluss tal-istokk || || ||

li minnu: ||

- Id-differenzi bejn likwidità u dovuti2 || || ||

- Akkumulu nett ta' assi finanzjarji3 || || ||

li minnu: ||

- rikavat mill-privatizzazzjoni || || ||

- Effeti ta' valorizzar u oħrajn4 || || ||

p.m.: Rata ta' imgħax impliċita fuq id-dejn5 || || ||

Fatturi varjabbli oħra relevanti ||

6. Assi finanzjarji likwidi6 || || ||

7. Dejn finanzjarju nett (7=1-6) || || ||

8. Amortizzazzjoni tad-dejn (bonds eżistenti) mill-aħħar tas-sena ta’ qabel || || ||

9. Perċentwal ta’ dejn denominat f’valuta barranija || || ||

10. Maturità medja || || ||

1/ Kif definit fir-Regolament Nru 479/2009.

2/Id-differenzi rigward l-infiq fuq l-imgħax, infiq u dħul ieħor jistgħu jkunu distinti meta jkunu relevanti jew fil-każ li l-proporzjon bejn id-dejn u l-PDG ikun ogħla mill-valur ta’ referenza.

3/Assi likwidi(munita), titoli tal-gvern, assi f’pajjiżi terzi, impriżi kkontrollati mill-gvern u d-differenza bejn assi kkwotati u mhux ikkwotati jistgħu jiġu distinti meta jkunu relevanti jew fil-każ li il-proporzjon bejn id-dejn u l-PDG ikun ogħla mill-valur ta’ referenza.

4/Bidliet minħabba ċaqliq fir-rata tal-kambju, u operazzjoni fis-suq sekondarju jistgħu jkunu distinti meta jkunu relevanti jew fil-każ li l-proporzjon bejn id-dejn u l-PDG ikun ogħla mill-valur ta’ referenza.

5/Indikat min-nefqa fuq l-imgħax diviża bil-livell tad-dejn tas-sena ta’ qabel.

6/ Assi likwidi hawn huma definiti bħala AF.1, AF.2, AF.3 (ikkonsolidati għall-amministrazzjoni pubblika, jiġifieri kalkolu fuq bażi netta tal-qagħdiet finanzjarji bejn l-entitajiet tal-gvern), AF.511, AF.52 (jekk ikkwotati fil-Borża biss).

Tabella 2.c (Obbligazzjonijiet kontinġenti

|| Sena t || Sena t+1

|| % tal-PDG || % tal-PDG

Garanziji tal-Istat || ||

Li minnhom: marbuta mas-settur finanzjarju || ||

3. Projezzjonijiet ta' Dħul u Infiq f’xenarju tal-ebda bidla fil-politika[7].

Tabella 3. Projezzjonijiet tan-nefqa u d-dħul tal-amministrazzjoni pubblika abbażi ta’ ebda bdil fil-politiki mqassma skont il-komponenti ewlenin.

|| Kodiċi ESA || Sena t || Sena t+1

Amministrazzjoni pubblika (S13) || || % tal-PDG || % tal-PDG

1. Dħul totali abbażi ta’ ebda bdil fil-politiki || TR || ||

Li minnhom ||

1,1. Taxxi fuq il-produzzjoni u importazzjoni || D.2 || ||

1,2. Taxxi kurrenti fuq id-dħul, il-ġid, eċċ || D.5 || ||

1,3. Taxxi kapitali || D.91 || ||

1.4. Kontribuzzjonijiet soċjali || D.61 || ||

1.5. Dħul fuq il-proprjetà  || D.4 || ||

1.6. Oħrajn1 || || ||

p.m.: Piż tat-taxxa (D.2+D.5+D.61+D.91-D.995)2 || || ||

2. Dħul totali abbażi ta’ ebda bdil fil-politiki || NT3 || ||

Li minnhom ||

2.1. Kumpens tal-impjegati  || D.1 || ||

2.2. Konsum intermedju || P.2 || ||

2.3. Ħlasijiet soċjali || D.621 D.632 || ||

        li minnhom benefiċċji tal-Qgħad4 ||

2.4. Infiq fuq l-imgħax || D.41 || ||

2.5. Sussidji || D.3 || ||

2.6. Formazzjoni tal-kapital fiss gross || P.51 || ||

2.7. Trasferimenti ta' kapital || D.9 || ||

2.8. Oħrajn5 || || ||

1 Taħt ESA95: D6311_D63121_D63131pay; f'ESA2010 D632pay.

4. Miri ta’ Nfiq u Dħul.

Tabella 4.a Miri tan-nefqa u d-dħul tal-amministrazzjoni pubblika, mqassma skont komponenti ewlenin.

|| Kodiċi ESA || Sena t || Sena t+1

Amministrazzjoni pubblika (S13) || || % tal-PDG || % tal-PDG

1. Dħul totali fil-mira || TR || ||

Li minnhom ||

1.1. Taxxi fuq il-produzzjoni u importazzjoni || D.2) || ||

1.2. Taxxi kurrenti fuq dħul. ġid, ecc. || D.5 || ||

1,3. Taxxi kapitali || D.91 || ||

1,4. Kontribuzzjuonijiet soċjali || D.61 || ||

1,5. Dħul fuq il-proprjetà  || D.4 || ||

1.6. Oħrajn1 || || ||

p.m.: Piż tat-taxxa (D.2+D.5+D.61+D.91-D.995)2 || || ||

2. Nefqa totali fil-mira || NT3 || ||

Li minnhom ||

2.1. Kumpens tal-impjegati  || D.1 || ||

2.2. Konsum intermedju || P.2 || ||

2.3. Ħlasijiet soċjali || D.626 D.632 || ||

        li minnhom benefiċċji tal-Qgħad4 ||

2.4.= Tabella 2.a.9.  Infiq fuq l-imgħax || D.41 || ||

2.5. Sussidji || D.3 || ||

2.6. Formazzjoni tal-kapital fiss gross || P.51 2,7. || ||

2.7. Trasferimenti ta' kapital || D.9 || ||

2.8. Oħrajn5 || || ||

1/ .11+P.12+P.131+D.39rec+D.7rec+D.9rec (other than D.91rec)

2/Inklużi dawk miġbura mill-UE u inkluż aġġustament għal taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali li ma nġabrux D.995), jekk xieraq.

3/ TR-TE = B.9.

4/ Jinkludi l-benefiċċji fi flus (D.621 u D.624) u benefiċċji in natura (D.631, taħt ESA2010 D.632) relatati mal-benefiċċji tal-qgħad.

5/ D.29pay + D.4pay (għajr D.41pay) +D.5pay +D.7pay +P.52+P.53+K.2+D.8.

6/ taħt ESA95: D6311_D63121_D63131pay; f'ESA2010 D632pay.

Tabella 4.b Ammonti li għandhom jiġu esklużi min-nefqa ta’ referenza

|| || ||

|| Kodiċi ESA || Sena t-1 || Sena t-1 || Sena t || Sena t+1 ||

|| || Livell || % tal-PDG || % tal-PDG || % tal-PDG ||

1. Infiq fuq programmi tal-UE korrisposti għal kollox minn dħul tal-fondi tal-UE || || || || || ||

2. Nefqa rigward il-benefiċċji tal-impjieg ċikliku 1 || || || || || ||

3. Miżuri dwar l-effett tad-dħul diskerzzjonarju 2 || || || || || ||

4. Żidiet fid-dħul mandatorja skont il-liġi || || || || || ||

1/Jekk jogħġbok agħti dettalji dwar il-metodoloġija użata biex jinkiseb il-komponent ċikliku fl-infiq tal-benefiċċju tal-qgħad. Dan għandu jibni fuq fl-infiq tal-benefiċċju tal-qgħad kif definit fil-COFOG taħt il-kodiċi 10.5

2/ Żidiet fid-dħul awtorizzati mil-liġi m’għandhomx ikunu inklużi fl-effett ta' kwalunkwe miżura diskrezzjonarja ta' dħul: dejta rrappurtata fir-ringieli 3 u 4 għandhom jeskludu lil xulxin.

Tabella 4.c In-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika skont il-funzjoni.

4.c.i) Nefqa tal-amministrazzjoni pubblika fuq l-edukazzjoni, is-servizzi tas-saħħa u l-impjiegi

|| Sena t || Sena t+1

|| % tal-PDG || % tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika || % tal-PDG || % tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika

Edukazzjoni1 || || || ||

Servizzi tas-Saħħa1 || || || ||

Impjiegi2 || || || ||

1/ Dawn il-kateġoriji ta' nfiq għandhom jikkorrispondu rispettivament mal-partiti 9 u 7 fit-tabella 4.c.ii).

2/ Din il-kateġorija ta' nfiq għandha tinkludi, fost l-oħrajn, l-infiq tal-gvern relatat mal-politiki tas-suq dwar ix-xogħol attiv (Active Labour Market Policies - ALMP) inkluż is-servizz pubbliku tal-impjiegi. Għall-kuntrarju, partiti bħall-kumpens tal-impjegati tal-gvern jew tal-programmi tat-taħriġ vokazzjonali ma għandhomx jiġu inklużi hawn.

4.c.ii) Klassifikazzjoni tal-funzjonijiet tal-Gvern

Funzjonijiet tal-Gvern || Kodiċi COFOG || Sena t || Sena t+1

|| || % tal-PDG || % tal-PDG

1. Servizzi pubbliċi ġenerali || 1 || ||

2. Difiża || 2 || ||

3. Ordni u sikurezza pubblika || 3 || ||

4. Affarijiet ekonomiċi || 4 || ||

4. Ħarsien tal-ambjent || 5 || ||

6. Djar u faċilitajiet komunitarji || 6 || ||

7. Saħħa || 7 || ||

8. Rikreazzjoni, kultura u reliġjon || 8 || ||

9. Edukazzjoni || 9 || ||

10. Protezzjoni soċjali || 10 || ||

11. Nefqa Totali (= punt 2 fit-Tabella 2.c.i) || NT || ||

5. Deskrizzjoni tal-miżuri diskrezzjonarji inklużi fl-abbozz tal-baġit.

Tabella 5.a Miżuri diskrezzjonarji meħuda mill-Amministrazzjoni Pubblika

Lista tal-miżuri || Deskrizzjoni dettaljata1 || Mira (Komponent Nefqa / Dħul) Kodiċi ESA || Prinċipju  tal-kontabbiltà || Status tal-Adozzjoni || Impatt baġitarju

|| Sena t || Sena t+1 || Sena t+2 || Sena t+...

|| % tal-PDG || % tal-PDG || % tal-PDG || % tal-PDG

(1) || || || || || || || ||

(2) || || || || || || ||

… || || || || || || || ||

|| AMMONT TOTALI || || || ||

1/ Jekk jogħġbok iddeskrivi f’aktar dettall f’każ ta’ pjanijiet ewlenin ta’ riforma ta’ politika fiskali b’effetti sekondarji potenzjali għall-Istati Membri l-oħra fiż-Żona tal-Euro

Tabella 5.b Miżuri diskrezzjonarji meħuda mill-Gvern Ċentrali

Lista tal-miżuri || Deskrizzjoni dettaljata1 || Mira (Komponent Nefqa / Dħul) Kodiċi ESA || Prinċipji tal-kontabbiltà || Status tal-Adozzjoni || Impatt baġitarju

|| Sena t || Sena   t+1 || Sena t+2 || Sena t+...

|| % tal-PDG || % tal-PDG || % tal-PDG || % tal-PDG

(1) || || || || || || || ||

(2) || || || || || || ||

… || || || || || || || ||

|| AMMONT TOTALI || || || ||

1/ Jekk jogħġbok iddeskrivi f’aktar dettall f’każ ta’ pjanijiet ewlenin ta’ riforma ta’ politika fiskali b’effetti sekondarji potenzjali għall-Istati Membri l-oħra fiż-Żona tal-Euro

Tabella 5.c Miżuri diskrezzjonarji meħuda mis-subsetturi tal-Gvern Ġenerali11.

Lista tal-miżuri || Deskrizzjoni dettaljata2 || Mira (Komponent Nefqa / Dħul) Kodiċi ESA || Prinċipji tal-kontabbiltà || Status tal-Adozzjoni || Impatt baġitarju

|| Sena t || Sena   t+1 || Sena t+2 || Sena t+...

|| % tal-PDG || % tal-PDG || % tal-PDG || % tal-PDG

(1) || || || || || || || ||

(2) || || || || || || ||

… || || || || || || || ||

|| AMMONT TOTALI || || || ||

1/Jekk jogħġbok semmi jekk hux il-Gvern Statali, il-Gvern Lokali u/jew Fondi tas-Sigurtà Soċjali.

2/ Jekk jogħġbok iddeskrivi f’aktar dettall f’każ ta’ pjanijiet ewlenin ta’ riforma ta’ politika fiskali b’effetti sekondarji potenzjali għall-Istati Membri l-oħra fiż-Żona tal-Euro

6. Indikazzjonijiet dwar kif il-miżuri fid-DBP jindirizzaw is-CSR u l-miri stabbiliti mill-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi

Tabella 6.a rakkomandazzjonijiet tas-CSR

Numru tas-CSR || Lista tal-miżuri || Deskrizzjoni ta' rilevanza diretta

|| ||

|| ||

|| ||

Tabella 6.b Miri stabbiliti mill-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi.

Miri nazzjonali ewlenin għall-2020 || Lista tal-miżuri || Deskrizzjoni tar-rilevanza diretta biex tiġi indirizzata l-mira

Il-mira nazzjonali għall-impjiegi għall-2020 […] || ||

Il-mira nazzjonali għar-R&Ż għall-2020 […] || ||

Il-mira għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra […] || ||

Il-mira għall-enerġija rinnovabbli […] || ||

Il-mira nazzjonali għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija […] || ||

Il-mira nazzjonali kontra t-tluq bikri mill-iskola […] || ||

Il-mira nazzjonali għall-edukazzjoni terzjarja […] || ||

Il-mira nazzjonali għal kontra l-faqar […] || ||

7. Diverġenza mill-aħħar PS

Tabella 7. Diverġenza mill-aħħar PS.

|| Kodiċi ESA || Sena t-1 || Sena t || Sena t+1

|| || % tal-PDG || % tal-PDG || % tal-PDG

Mira tas-self nett tal-amministrazzjoni pubblika/teħid ta’ self nett || B.9 ||

Programm ta' Stabbiltà; || || || ||

Abbozz tal-Pjan Baġitarju || || || ||

Differenza || || || ||

Il-projezzjoni rigward is-self nett tal-amministrazzjoni pubblika għal politiki li ma jinbidlux || B.9 ||

Programm ta' Stabbiltà; || || || ||

Abbozz tal-Pjan Baġitarju || || || ||

Differenza1 || || || ||

1/ Din id-differenza tista’ tirreferi kemm għal devjazzjonijiet li jirriżultaw minn bidliet fix-xenarju makroekonomiku kif ukoll dawk li jirriżultaw mill-effett tal-miżuri ta’ politika li ttieħdu bejn meta ġie ppreżentat il-PS u meta ġie ppreżentat l-APB. Id-differenzi huma mistennija minħabba l-fatt li xenarju tal-ebda bidla fil-politika huwa definit b’mod differenti għall-iskop ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta rigward il-Programm ta’ Stabbiltà.

8. L-impatt distribuzzjonali fuq il-miżuri ewlenin ta’ nfiq u dħul

B'konformit mal-Artikolu 6(3)(d) tar-Regolament 473/2013, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, sa fejn ikun possibbli, l-informazzjoni kwalitattiva u stimi kwantitattivi dwar l-effetti distributtivi ta’ miżuri baġitarji, ppreżentati kif jaqbel l-aħjar għall-miżuri speċifiċi u l-oqfsa analitiċi disponibbli ta’ kull Stat Membru.

Il-kwantifika tal-impatt distributtiv ta’ miżuri baġitarji hija biċċa xogħol ta’ sfida. Għal din ir-raġuni ebda tabella standardizzata dwar dan l-aspett tad-DBPs ma hija inkluża fl-Anness; Stimi kwantitattivi tal-impatt distributtiv tal-miżuri baġitarji jistgħu jsiru permezz tal-komputazzjoni tat-tibdil mistenni fl-indici Gini, l-indikatur S80/S20 jew ir-rati tal-faqar li jirriżultaw minnhom. Din il-metodoloġija tista' tirrappreżenta mod wieħed fost oħraj possibbli 'l quddiem.

Anness għall-APB: Il-metodoloġija, mudelli ekonomiċi u s-suppożizzjonijiet li jsostnu l-informazzjoni li tinsab fl-APB.

Tabella 8. Aspetti metodoloġiċi.

Teknika tal-Istima || Il-grad fil-proċess baġitarju li ntużat għalih1 || Karatteristiċi rilevanti tal-mudell/teknika użata || Suppożizzjonijiet

Għodda Nru. 1 || || ||

Għodda Nru. 2 || || ||

… || || ||

1/Setgħu intużaw għodod tal-immudellar:

        - meta saru l-previżjonijiet makro

- meta saret l-istima tal-infiq u d-dħul skont ix-xenarju ta' ebda bidla fil-politika

- meta saret l-istima tal-impatt distributorju tal-miżuri ewlenin ta’ nfiq u dħul

- meta saret l-istima tal-kwantifikazzjoni tal-miżuri tan-nfiq u dħul li għandhom jiġu inklużi fl-abbozz tal-baġit

- meta saret l-istima kif ir-riformi inklużi fl-APB jindirizzaw il-miri stabbiliti mill-Istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi u s-CSRs.

[1] Pereżempju: miżura li tidħol fis-seħħ f’Lulju tas-sena t jista’ jkollha impatt totali ta’ 100 fl-ewwel sena u 200 fis-snin ta’ wara. Fit-tabelli tar-rappurtar, dan għandu jkun irreġistrat bħala +100 fis-sena t u għal darb’ oħra +100 (iż-żieda) fis-sena t+1. L-impatt totali ta’ miżura f’sena partikolari jista’ jiġi dderivat bħala l-impatt kumulattiv tal-inkrementi mill-introduzzjoni tiegħu.

[2] Miżuri ta’ darba li jkopru aktar minn sena waħda (eż. amnestija tat-taxxa li tiġġenera dħul f’sentejn konsekuttivi) għandha tiġi rreġistrata bħala żewġ miżuri separati, waħda bħala miżura li għandha l-ewwel impatt f’t u waħda li għamdha l-ewwel impatt f’t +1.

[3] Il-forniment ta’ dejta dwar il-fatturi varjabbli b’tipa grassa huwa rekwiżit.

Il-forniment ta’ dejta dwar fatturi varjabbli oħra huwa fakultattiv iżda ferm mixtieq.

[4] Il-forniment ta’ dejta dwar il-fatturi varjabbli b’tipa grassa huwa rekwiżit.

Il-forniment ta’ dejta dwar fatturi varjabbli oħra huwa fakultattiv iżda ferm mixtieq.

[5] L-orizzont tar-rapportar se jerġa’ jiġi rivedut f’dipendenza ta’ stabbilizzazzjoni tal-kondizzjonijiet fis-swieq Ewropej tad-dejn sovran

[6] Il-forniment ta’ dejta dwar il-fatturi varjabbli b’tipa grassa huwa rekwiżit.

Il-forniment ta’ dejta dwar fatturi varjabbli oħra huwa fakultattiv iżda ferm mixtieq.

[7] Jekk jogħġbok innota li xenarju tal-ebda bidla fil-politika jinvolvi l-estrapolazzjoni tax-xejriet tad-dħul u l-infiq qabel ma żżid l-impatt tal-miżuri inklużi fis-sena li tkun ġejja tal-baġit.