9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/6


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 rigward miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fil-Côte d'Ivoire

2012/C 71/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK (1), kif implimentata mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/144/PESK (2), u fl-Anness IA għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 (3), kif implimentata mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 193/2012 (4), li jimponi ċerti miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-Côte d'Ivoire.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea iddetermina li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jibqgħu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/656/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 560/2005.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 560/2005, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Unita tal-Koordinazzjoni DG K

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà wkoll li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.

(2)  ĠU L 71, 9.3.2012, p. 50.

(3)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 71, 9.3.2012, p. 5.