22.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/1 |
Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-qagħda ekonomika u soċjali fl-Unjoni Ewropea, adottata matul l-478 sessjoni plenarja tiegħu
2012/C 143/01
Matul is-sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-22 u t-23 ta’ Frar 2012 (seduta tat-22 ta’ Frar 2012 ), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din ir-riżoluzzjoni b’157 vot favur, 30 vot kontra u 12-il astensjoni.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) esprima l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar l-istat tal-Unjoni u għamel appell urġenti lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex jagħmlu dak kollu li hu fis-setgħa tagħhom biex jerġgħu jaffermaw bil-fatti il-valur assolut u indispensabbli tal-unità Ewropea, u adotta din ir-riżoluzzjoni.
1. |
Il-KESE:
|
2. |
Il-KESE jinnota li ċ-ċittadini qed jaslu jiddubitaw dejjem iktar mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fi kliem ieħor l-Unjoni nnifisha, minħabba li jorbtu t-tbatija tagħhom mal-Unjoni. |
3. |
Il-KESE ma jistax jaqbel ma’ dispożizzjonijiet li jittrattaw biss dixxiplina baġitarja u fiskali u jemmen li l-governanza tal-politiki ekonomiċi fiż-żona euro u fl-UE għandha tkun usa’ u aktar ambizzjuża. |
4. |
Il-KESE jenfasizza r-rwol ċentrali li għandha taqdi l-Kummissjoni Ewropew bħala dik li tesprimi l-interess ġenerali Ewropew, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ politika ekonomika u monetarja, inklużi dawk previsti mit-trattat intergovernattiv ġdid. |
5. |
F’dan ir-rigward, il-KESE jafferma l-ħtieġa li titnieda mill-ġdid l-Istrateġija 2020 b’mod partikolari l-azzjonijiet favur iż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-ekonomija ekoloġika. Il-KESE jifraħ lill-President Barroso għall-inizjattivi ġodda li ħabbar matul il-Kunsill Ewropew tat-30 ta’ Jannar 2012 favur l-aċċess taż-żgħażagħ għall-impjiegi u jitolbu jimplimenta mill-ewwel inizjattivi konkreti f’dan il-qasam. Barra minn hekk, il-KESE jaqbel mal-miżuri ta’ appoġġ għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju b’konformità sħiħa mal-liġi Komunitarja fis-seħħ. |
6. |
Il-KESE jisħaq fuq il-fatt li matul in-negozjati dwar il-perspettivi finanzjarji multiannwali 2014-2020 futuri, l-UE għandu jkollha baġit adatt u ikbar. Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jinstabu riżorsi proprji ġodda biex jiġi ffinanzjat il-baġit Ewropew, u li jintużaw forom differenti ta’ investimenti pubbliċi u/jew privati. Il-KESE, min-naħa tiegħu, ser iħejji rapport dwar il-prezz tan-non-Ewropa li ser joħroġ fid-dieher il-benefiċċji ta’ integrazzjoni Ewropea akbar. Il-KESE jinsisti wkoll li m’għandux ikun hemm trattament diskriminatorju fir-rigward tal-pajjiżi li ssieħbu fl-UE wara l-2004 fir-rigward tal-limiti u l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-Fondi Ewropej. |
7. |
Il-KESE jappoġġja rwol akbar tal-Bank Ċentrali Ewropew biex tiġi stabilizzata s-sitwazzjoni fiż-żona euro kif ukoll mekkaniżmi ta’ inġinerija finanzjarja li jirrikorru għat-tifdil privat u s-suq (eurobonds) biex jiffinanzjaw proġetti li joffru futur u li jwasslu għall-irkupru tal-attività ekonomika. |
8. |
Għaldaqstant, il-KESE jappella lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-awtoritajiet nazzjonali biex:
|
Brussell, 22 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON