23.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/15


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE: estensjoni tad-data ta' skadenza

Talba minn għand entità kontraenti

2012/C 363/07

Fit-3 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1).

Din it-talba, li saret mill-Magyar Posta, tikkonċerna s-servizzi loġistiċi domestiċi tal-posta tal-pakketti mwettqa fl-Ungerija. It-talba kienet is-suġġett ta' avviż ippubblikat fil-paġna 14 tal-ĠU C 313 fis-17 ta’ Ottubru 2012. Id-data ta' skadenza inizjali kienet l-4 ta' Jannar 2013.

Minħabba li l-Kummissjoni għandha bżonn tikseb u tisħarreġ tagħrif addizjonali, u konformi mad-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 30(6), il-perjodu taż-żmien li l-Kummissjoni għandha sabiex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba qed jiġi b'dan estiż bi tliet xhur.

Għalhekk, l-iskadenza finali issa hija l-4 ta’ April 2013.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.