52012PC0548

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 dwar prekursuri tad-droga /* COM/2012/0548 final - 2012/0261 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Kuntest Ġenerali

Ħafna kimiċi huma użati f’varjetà wiesgħa ta’ proċessi industrijali importanti (eż. fis-sinteżi tal-plastik, tal-farmaċewtiċi, tal-kosmetiċi, tal-fwejjaħ, tad-deterġenti u tal-aromi) u jkunu kkumerċjati għal dawn l-użi leċiti fis-swieq reġjonali u globali. Xi wħud minn dawn is-sustanzi kimiċi jistgħu, madankollu, jiġu użati ħażin għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi. Il-kimiċi prodotti għal skopijiet leċiti li jistgħu jintużaw ħażin fil-produzzjoni illegali tad-droga huma msejħa l-prekursuri tad-droga.

Il-prekursuri tad-droga huma rarament prodotti mill-kriminali li jkun biħsiebhom jużawhom fil-manifattura illeċita tad-drogi, għax il-produzzjoni ta’ spiss teħtieġ infrastruttura industrijali importanti. Għalhekk, il-kriminali jippruvaw jiddirottaw dawn is-sustanzi minn kummerċ leċitu.

Il-kummerċ fil-prekursuri tad-droga fih innifsu mhuwiex ipprojbit, u dan minħabba l-użu leġittimu importanti tagħhom. Madankollu, sabiex wieħed jevita li jiġu użati fil-produzzjoni tad-drogi illeċiti, ġie stabbilit qafas regolatorju speċifiku fuq livell internazzjonali permezz tal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-traffiku illeċitu tad-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Konvenzjoni tan-NU tal-1988). L-Unjoni Ewropea hija Parti għall-Konvenzjoni u implimentat l-obbligi tagħha permezz tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 li jirregola l-monitoraġġ tal-kummerċ fl-UE fil-prekursuri tad-droga u r-Regolament (KE) Nru 111/2005 li jirregola il-kummerċ estern. Il-qafas regolatorju tal-Unjoni jipprovdi għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-kummerċ leġittimu tal-prekursuri tad-droga. L-operaturi, jiġifieri il-manifatturi, id-distributuri, is-sensara, l-importaturi, l-esportaturi u l-bejjiegħa bl-ingrossa tal-kimiċi involuti fil-kummerċ leġittimu tal-prekursuri tad-droga huma meħtieġa li jieħdu miżuri kontra s-serq, l-iċċekkjar tal-klijenti tagħhom, l-identifikar ta' tranżazzjonijiet suspettużi u li jinnotifikaw lill-awtoritajiet b'dan. Din is-sħubija bejn l-industrija u l-awtorità hija l-muftieħ biex il-qafas regolatorju jaħdem sew.

L-awtoritajiet pubbliċi jimmonitorjaw li l-kumpaniji li jittrattaw mal-prekursuri tad-droga jeżerċitaw kif suppost l-obbligi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni billi jwettqu spezzjonijiet fuq il-post u permezz ta' proċeduri amministrattivi bħall-għoti tal-liċenzji u r-reġistrazzjonijiet.

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

It-traffikanti jixtru l-prekursuri tad-droga li jeħtieġu minn reġjuni differenti tad-dinja u jisfruttaw in-nuqqasijiet ta' kontroll favurhom. Din il-proposta għandha l-għan li tindirizza dgħufija speċifika li ġiet identifikata fl-Unjoni Ewropea, meta kwantitajiet kbar ta' anidride aċetiku ("AA"), il-prekursur tad-droga prinċipali tal-eroina, ingħataw rotta differenti mill-kummerċ intern tal-UE: fl-2008, 75% tas-sekwestri globali tal-AA seħħew fl-UE. L-użu tal-eroina ilu jikkontribwixxi għal problemi ta’ saħħa pubblika fl-Ewropa mis-sebgħinijiet (1970s). Għadu jirrappreżenta l-akbar sehem tal-użu morbuż u letali tad-droga fl-Unjoni Ewropea.

Għalkemm il-kwantitajiet tal-AA issekwestrati fl-UE naqsu b'mod sostanzjali ħafna mill-2008, l-INCB[1] ikompli jsemmi fir-rapporti annwali tiegħu li l-miżuri Ewropej tal-kontroll leġiżlattiv mhumiex stretti biżżejjed biex jevitaw li l-prekursur prinċipali tal-eroina jiġi dirottat mill-kummerċ fi ħdan l-UE.

Fis-7 ta’ Jannar tal-2010, il-Kummissjoni Ewropea adottat Rapport dwar l-implimentazzjoni u t-tħaddim tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar prekursuri tad-droga[2] li kkonkluda li l-leġiżlazzjoni kumplessivament qed taħdem sew iżda wkoll identifika xi nuqqasijiet u għamel rakkomandazzjonijiet kif dawn jiġu indirizzati[3].

Din il-proposta tindirizza, permezz ta' emendi fir-Regolament (KE) Nru 273/2004, ir-rakkomandazzjoni tar-Rapport tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-prevenzjoni tad-dirottament mill-kummerċ intern għall-UE tal-AA, il-prekursuri prinċipali tad-droga eroina, billi jiġi estiż ir-rekwiżit tar-reġistrazzjoni, li s'issa japplika biss għall-operaturi li jpoġġu l-AA fis-suq, biex jinkludu wkoll l-utenti tas-sustanza u billi jtejbu d-dispożizzjonijiet armonizzati tar-reġistrazzjoni biex jinkiseb pjattaforma ekwa aktar robusta għall-preservazzjoni tas-suq intern u l-evitar tal-adozzjoni ta' miżuri nazzjonali diverġenti.

Konsistenza ma’ politiki u objettivi oħra tal-Unjoni

Din il-proposta hija kompletament konsistenti mal-objettivi tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2005-2012[4] u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi (2009-2012)[5], li stabbilixxa l-għan li jitnaqqsu d-dirottament u t-traffikar/via l-Unjoni tal-prekursuri tad-droga użati għall-produzzjoni ta’ drogi illeċiti.

Peress li l-problema tad-droga hija fenomenu kumpless, din teħtieġ approċċ multidixxiplinari li jlaqqa’ t-tnaqqis tad-domanda u tal-provvista[6]. Il-prevenzjoni tad-dirottament u t-traffikar tal-prekursuri tad-droga jimmira lejn it-tnaqqis tal-provvista tad-drogi illeċiti – bil-għan aħħari jkun livell għoli ta' protezzjoni, benessri u koeżjoni soċjali għaċ-ċittadini tal-UE billi wieħed jipprevjeni u jnaqqas l-użu tad-droga skont l-istrateġija tal-UE dwar id-Drogi. Is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea attwalment qed iwettqu evalwazzjoni tal-istrateġija tal-UE dwar id-Droga 2005-2012; bi tħejjija tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi mill-2013[7]. Madankollu, din l-evalwazzjoni ma tiddubitax mill-pilastru “tat-tnaqqis tal-provvista” (li jinkludi l-prevenzjoni tad-dirottament tal-prekursuri tad-droga) u l-Unjoni li hi Parti għall-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-NU tal-1988 hi fi kwalunkwe każ, marbuta li taħdem lejn l-objettiv li jiġi ostakolat id-dirottament tal-prekursuri tad-droga.

Livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem huwa prinċipju bażiku tat-Trattat, li għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-UE. Il-kontroll tad-dirottament tal-prekursuri tad-droga jikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, speċifikament fil-qasam ta’ ħsara għas-saħħa li tkun marbuta mad-drogi fejn it-Trattat jistieden lill-Unjoni biex tikkumplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri favur il-prevenzjoni tal-użu tad-drogi[8].

Barra minn hekk, l-inizjattiva hija wkoll skont il-prinċipju tat-Trattat li l-Unjoni għandha tipprova tiżgura livell għoli ta' sigurtà permezz ta' miżuri li jwaqqfu u jikkumbattu r-reati, u permezz ta' miżuri għal koordinament u kooperazzjoni bejn il-pulizija u awtoritajiet kompetenti oħra[9].

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati, il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

Is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw mal-partijiet interessati kollha fl-2009 u kmieni fl-2010 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u ppreżentaw is-sejbiet tagħhom f'rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li kien adottat fis-7 ta’ Jannar 2010[10]. F'Mejju tal-2010, il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni, li jirrikonoxxi l-importanza li titkompla kooperazzjoni attiva fost l-awtoritajiet u l-industrija u li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf programm ta' ħidma biex jiġu indirizzati d-dgħjufijiet identifikati tal-leġiżlazzjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u biex tipproponi emendi leġiżlattivi qabel tmiem l-2011 wara li tivvaluta bir-reqqa l-impatti potenzjali tagħhom fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi[11].

Il-Kummissjoni sussegwentement żviluppat sitt għażliet ta’ politika potenzjali (ara t-taqsima li jmiss għal aktar dettalji) u ddiskutiethom mal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-industrija f’laqgħa straordinarja tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Prekursuri tad-Droga f'Ġunju tal-2010.

L-Istati Membri u l-partijiet interessati tal-industrija kienu wkoll ikkonsultati dwar is-sitt għażliet permezz ta’ konsultazzjoni bil-miktub, imwettqa mit-23 ta' Lulju sat-18 ta’ Ottubru tal-2010. Kienu identifikati tliet gruppi fil-mira ewlenin: il-manifatturi u n-negozjanti (l-operaturi), l-utenti aħħarin u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Barra minn hekk, saret konsultazzjoni mal-SMEs permezz tal-Enterprise Europe Network mill-1 ta' Ottubru sal-24 ta' Novembru 2010, sabiex jiġi żgurat li jiġu kkunsidrati l-problemi ta' grupp speċifiku – l-utenti aħħarin tal-prekursuri tad-droga li l-biċċa l-kbira minnhom huma SMEs.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kkommissjonat studju lil konsulent estern biex jevalwa fid-dettall l-ispejjeż amministrattivi fuq il-kumpaniji u l-awtoritajiet li jirriżultaw minn kull waħda mill-għażliet ta' politika.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-mutur prinċipali tal-problema hu l-kontroll insuffiċjenti mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-atturi ekonomiċi kollha involuti f'kummerċ leġittimu mal-prekursuri tad-droga, hekk li l-għażliet kollha ta' politika eżaminati ifittxu li jtejbu l-kontroll permezz ta’ rappurtaġġ imtejjeb, notifika jew reġistrazzjoni tal-obbligi imposti fuq l-operaturi ekonomiċi. Ġew analizzati l-impatti tas-sitt għażliet ta' politika li ġejjin:

– Għażla 1 (għażla bażi): l-ebda azzjoni: il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE se tibqa' l-istess;

– Għażla 2: obbligi ta’ rappurtar aktar b’saħħithom;

– Għażla 3: tisħiħ tar-regoli u l-obbligi fuq l-operaturi relatati ma’ dikjarazzjonijiet mill-konsumatur minn utenti aħħarin;

– Għażla 4: l-operaturi jintalbu biex jinnotifikaw sistematikament l-utenti aħħarin il-ġodda lill-awtoritajiet sabiex jippermettu l-verifika;

– Għażla 5: tintalab reġistrazzjoni għall-utenti aħħarin u jissaħħu r-rekwiżiti rigward ir-reġistrazzjoni;

– Għażla 6: l-AA timxi mill-kategorija 2 għall-kategorija 1 tas-sustanzi skedati.

Għall-għażliet 2 sa 5, żewġ subgħażliet ġew analizzati, jiġifieri jew biex jiġu limitati speċifikament għal AA jew biex jiġu applikati għas-sustanzi skedati kollha fil-kategorija 2.

Il-konklużjoni ġenerali tal-valutazzjoni tal-impatt[12] kienet li kemm l-Alternattiva 4 (għal AA biss) kif ukoll l-Alternattiva 5 (għal AA biss) ikunu għażliet tajba biex jindirizzaw l-objettivi identifikati. It-tnejn ikollhom effetti fuq l-SMEs peress li l-utenti aħħarin li jittrattaw mal-AA huma primarjament SMEs, iżda l-għażla 5 tkun anqas goffa minn għażla 4 f'termini ta' spejjeż annwali għall-intrapriżi (sakemm l-awtoritajiet ma jgħaddux l-ispejjeż kollha fuq ir-reġistranti billi jimponu miżati), argument li huwa partikolari rilevanti għall-SMEs. Kollox ma’ kollox, is-sostenn politiku b'saħħtu li l-għażla 5 għandha mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, flimkien mal-fehmiet espressi fuq livell internazzjonali li kontroll aktar sistematiku tal-utenti aħħarin (kollha) tal-AA huwa nieqes fil-leġiżlazzjoni Ewropea, u l-piż pjuttost imnaqqas fuq l-SMEs, fl-aħħar mill-aħħar ixaqleb il-miżien lejn l-għażla 5.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Bażi legali

Il-bażi legali tal-proposta hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-Artikolu 114 għandu l-objettivli jistabbilixxi suq intern filwaqt li jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa umana u l-ambjent.

Prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, japplika sa fejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

L-objettiv ġenerali tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 huwa li jostakola l-prekursuri tad-droga milli jiġu dirottati mill-kummerċ leġittimu skont l-obbligi tal-Unjoni taħt l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1988. Dan jikkontribwixxi għall-ġlieda globali kontra l-produzzjoni illeċita u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-prekursuri tad-droga billi jissoġġetta lill-operaturi għall-istess regoli armonizzati fi ħdan l-UE filwaqt li jiġu evitati l-ostakli bla bżonn għall-kummerċ leġittimu u l-piżijiet amministrattivi għall-intrapriżi u għall-awtoritajiet kompetenti.

L-objettiv ta' din il-proposta, partikolarment biex jissaħħu miżuri ta' kontroll fuq l-AA sabiex jiġi ostakolat id-dirottament tiegħu mis-suq intern tal-UE filwaqt li jiġu ostakolati distorsjonijiet tas-suq, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u azzjoni mill-Unjoni tinkiseb b'mod aktar effiċjenti għar-raġunijiet li ġejjin:

– Xi Stati Membri jħossuhom legalment ipprevenuti milli jadottaw miżuri nazzjonali ta' kontroll li jmorru lil hinn mil-leġiżlazzjoni tal-UE fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, li jagħti s-setgħa lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri nazzjonali li huma meħtieġa sabiex jippermettu lill-awtoritajiet tagħhom biex iwettqu l-kompiti tagħhom ta' kontroll u monitoraġġ. Huma jargumentaw li l-leġiżlazzjoni tal-UE qed tissuġġetta lilll-operaturi biss għal miżuri ta' kontroll (l-ebda obbligu mhu qed jiġi impost fuq l-utenti aħħarin), li għandha tiġi mifhuma bħala deċiżjoni intenzjonali u vinkolanti mil-lieġiżlatu tal-UE li l-utenti aħħarin ma għandhomx ikun soġġetti għall-kontroll tal-leġiżlazzjoni dwar il-prekursuri tad-droga.

– Għall-kuntrarju, Stati Membri oħra qed jikkontemplaw jew diġà bbażaw kontrolli nazzjonali sostantivi fuq l-Artikolu 10, li jwassal fl-ewwel istanza għal approċċi differenti ta' kontroll fi Stati Membri differenti li jistgħu jkunu ta' detriment għall-funzjonament tas-suq tal-Unjoni u, it-tieni, azzjonijiet iżolati fl-Istati Membri individwali jirriskjaw li l-problema tintefa' minn fuq Stat Membru għall-ieħor hekk kif it-traffikanti jfittxu li jisfruttaw il-punt debboli tas-suq tal-Unjoni. Kombinazzjoni ta' miżuri nazzjonali differenti ma tkux effettiva daqs approċċ armonizzat fil-livell tal-UE. Dan huwa wkoll ikkonfermat mill-fatt li kemm l-Istati Membri kif ukoll is-seturi tal-industriji kkonċernati appellaw lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni għall-preservazzjoni tas-suq intern b'ambjent ekwu għan-negozju, minflok iserrħu wisq fuq miżuri nazzjonali supplimentari.

Prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu l-objettivi intiżi, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif previst fl-Artikolu 5(4) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Bil-prevenzjoni tad-dirottament tal-prekursuri tad-droga mill-kummerċ legali għall-produzzjoni illegali tad-droga, huwa mistenni li din il-proposta tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu fi drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, u konsegwentement biex tipproteġi liċ-ċittadini mill-ħsara għas-saħħa relatata mad-dipendenza fuq id-droga. Barra minn hekk, billi jiġi żgurat li l-operaturi u l-utenti involuti f’kummerċ legali ta' dawk il-prekursuri tad-droga jkunu soġġetti għal regoli armonizzati, għandu jiġi żgurat it-tħaddim sew tas-suq tal-Unjoni billi jiġu evitati ostakli bla bżonn għal tali kummerċ leġittimu u billi jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti.

Il-proposta tindirizza biss d-dgħufijiet identifikati fl-evalwazzjoni dwar il-funzjonament u dwar l-implimentazzjoni tar-Regolamenti dwar prekursuri tad-droga, jiġifieri billi tirrikjedi r-reġistrazzjoni mhux biss għall-operaturi t-tqegħid AA fis-suq iżda wkoll għal utenti li jkollhom fil-pussess tagħhom din is-sustanza għall-użu jew proċessi personali tagħhom (jiġifieri l-utenti aħħarin). Il-proposta ma testendix id-dispożizzjonijiet previsti għall-AA fuq sustanzi skedati oħra fil-kategorija 2.

Għażla tal-istrument

L-istrument legali magħżul huwa Regolament peress li jimmira li jarmonizza r-regoli applikabbli għall-operaturi ekonomiċi (l-utenti finali) li jittrattaw mal-AA għall-użu jew proċessi personali tagħhom. Dan jemenda r-Regolament li hemm diġà (KE) Nru 273/2004.

Dispożizzjonijiet ewlenin tal-proposta

Il-proposta tintroduċi r-rekwiżit li l-utenti aħħarin tal-AA għandhom jiksbu reġistrazzjoni kif jeżisti diġà għall-operaturi li jqiegħdu s-sustanza fis-suq, u ssaħħaħ ir-regoli għar-reġistrazzjoni.

Barra minn hekk, tipproponi li tistabbilixxi u żżomm bażi tad-dejta Ewropew dwar il-Prekursuri tad-Droga sabiex jiġi mmodernizzat il-ġbir tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar is-sekwestri tal-prekursuri tad-droga u l-kunsinni bil-baħar imwaqqfa, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 attwali, u li tinżamm lista tal-operaturi liċenzjati jew reġistrati tal-UE u l-utenti li jinnegozjaw legalment jew jużaw il-prekursuri tad-droga, kif ukoll biex l-operaturi jkunu f'pożizzjoni li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b'informazzjoni fil-qosor dwar it-tranżazzjonijiet tagħhom li jinvolvu sustanzi skedati skont l-Aritkolu 8 (2) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.

Fl-aħħarnett, l-abbozz tar-Regolament jadatta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 rigward l-eks komitoloġija għar-regoli l-ġodda tat-Trattat ta' Lisbona.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għaliex ma hemm bżonn ebda riżorsi addizzjonali biex tiġi implimentata l-azzjoni proposta. Ir-riżorsi meħtieġa biex jitwaqqaf il-bażi tad-dejta Ewropew huma diġà inklużi fl-allokazzjonijiet mogħtija matul il-proċedura tal-baġit u fi ħdan il-linja baġitarja tas-Suq Intern. Għalhekk ma għandhiex impatt baġitarju iktar mill-approprjazzjonijiet diġà previsti għas-snin li ġejjin fl-ipprogrammar uffiċjali tal-Kummissjoni.

5.           INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

– Il-proposta hija soġġetta għal notifikazzjoni lid-WTO fil-qafas tal-Ftehim tat-TBT.

– L-att propost huwa relevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).

– L-att propost fih perjodu tranżitorju biex jidħlu fis-seħħ l-obbligi tar-reġistrazzjoni l-ġdida għall-utenti aħħarin tal-AA.

– L-att propost jinkludi klawżola ta' reviżjoni biex tevalwa jekk ir-Regolament emendat kienx effettiv biex jostakola id-dirottament tal-AA.

2012/0261 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 dwar prekursuri tad-droga

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[13],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta[14],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar il-prekursuri tad-droga[15], il-Kummissjoni adottat fis-7 ta’ Jannar 2010 rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni u t-tħaddim tal-leġiżlazzjoni tal-UE eżistenti dwar il-prekursuri tad-droga[16].

(2)       F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni rrakkomandat it-tkomplija tal-analiżi tal-modi kif jissaħħaħ il-kontroll tal-kummerċ tal-anidride aċetiku (sustanza skedati fil-kategorija 2) sabiex ikun hemm prevenzjoni aħjar tad-dirottament tal-anidride aċetiku għall-produzzjoni illeċita tal-eroina.

(3)       Fil-konklużjonijiet tiegħu dwar il-funzjonament u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prekursuri tad-droga tal-25 ta' Mejju 2010, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi emendi leġiżlattivi wara li tevalwa l-impatti potenzjali tagħhom fuq l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi.

(4)       Id-definizzjoni ta' sustanzi skedati għandhom jiġu ċċarati: it-terminu 'preparazzjoni farmaċewtika' li joħroġ mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sostanzi Psikotropiċi adottata fi Vjenna fid-19 ta' Diċembru 1988, (minn hawn 'il quddiem imsejħa il-"Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti") għandha tiġi sostitwita mit-terminoloġija rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, 'prodotti mediċinali', u t-terminu ‘preparazzjonijiet oħrajn' għandhom jiħassru peress li jiddupplikaw it-terminu 'taħlitiet' li diġà jintuża fid-definizzjoni.

(5)       Għandha tiġi introdotta definizzjoni tat-terminu 'utent' għal kumpaniji li jkollhom sustanzi għall-iskopijiet apparti mit-tqegħid tagħhom fis-suq.

(6)       Għandu jiġi ċċarat li l-kumpaniji li jużaw is-sustanzi skedati fil-kategorija 1 għal għanijiet apparti mit-tqegħid tagħhom fis-suq, huma obbligati li jiksbu liċenzja.

(7)       Regoli aktar dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni għandhom ikunu introdotti biex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ reġistrazzjoni fl-Istati Membri kollha għal sustanzi skedati fil-kategorija 2 tal-Anness I. Għal sustanzi skedati f'sottokategorija ġdida 2A tal-Anness I, mhux biss operaturi iżda wkoll utenti għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżit ta' reġistrazzjoni.

(8)       Sabiex jissalvagwardja l-kompetittività tal-mikrointrapriżi, l-ebda ħlasijiet m'għandhom jiġu imposti fuqhom, biex jiksbu reġistrazzjoni jew liċenzja.

(9)       Għandhom jiġu previsti dispożizzjonijiet espliċiti li jiċċaraw li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jaġixxu fir-rigward ta' tranżazzjonijiet suspettużi li jinvolvu sustanzi mhux skedati sabiex ikunu jistgħu jirreaġixxu aktar malajr fir-rigward ta' xejriet ġodda tal-produzzjoni illeċita ta' drogi.

(10)     Għandu jinħoloq bażi tad-dejta Ewropew dwar il-prekursuri tad-droga biex l-irrappurtar mill-Istati Membri rigward is-sekwestri u l-kunsinni bil-baħar imwaqqfa jiġi ssimplifikat, biex jinħoloq reġistru Ewropew tal-operaturi u l-utenti li jippossjedu liċenzja jew reġistrazzjoni li tiffaċilita l-verifika tal-leġittimità ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali li jinvolvu sustanzi skedati, u biex jippermetti lill-operaturi biex jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b'informazzjoni dwar tranżazzjonijiet legali tagħhom li jinvolvu sustanzi skedati.

(11)     Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 jipprevedi l-ipproċessar tad-dejta. Dan l-ipproċessar tad-dejta jista' jkopri wkoll id-dejta personali li għandha ssir b’konformità mal-Liġi tal-Unjoni.

(12)     L-Anidride aċetiku, attwalment skedat fil-kategorija 2 tal-Anness I, għandu jkunu inkluż f’sottokategorija ġdida 2a tal-Anness I biex ikun jista' jsir kontroll akbar tal-kummerċ tiegħu. Il-bqija tas-sustanzi fil-kategorija 2 għandhom jitniżżlu bħala sottokategorija 2B.

(13)     Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 jagħti poteri lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu, biex jiġu eżerċitati skont il-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[17], kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE[18].

(14)     Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, dawk is-setgħat għandhom jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(15)     Sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tispeċifika r-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-liċenzja u r-reġistrazzjoni, biex jinkisbu u jintużaw dikjarazzjonijiet tal-konsumatur, għad-dokumentazzjoni u l-ittikkettjar ta' taħlitiet, għall-għoti ta' informazzjoni mill-operaturi fuq tranżazzjonijiet li jinvolvu sustanzi skedati, għall-elenkar tal-operaturi u l-utenti li jkunu kisbu liċenzja jew reġistrazzjoni fir-Reġistru Ewropew u sabiex jiġu emendati l-Annessi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti.

(16)     Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(17)     Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni[19].

(18)     Il-proċedura tal-eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu stabbiliti d-dettalji dwar kif id-dikjarazzjonijiet tal-konsumatur għandhom jingħataw fil-forma elettronika; biex jiġu stabbiliti dettalji dwar kif tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet ta’ operaturi b’sustanzi skedati għall-bażi tad-dejta Ewropea.

(19)     Ladarba l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jsaħħaħ ir-regoli għar-reġistrazzjoni tal-operaturi li jqiegħdu fuq is-suq intern jew li jkollhom fil-pussess tagħhom sustanzi skedati tal-Kategorija 2, partikolarment l-anidride aċetiku, sabiex jiġi ostakolat id-dirottament tiegħu lejn il-produzzjoni illeċita ta' drogi, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba li t-traffikanti japprofittaw ruħhom mid-differenzi nazzjonali ta’ reġistrazzjoni u jmexxu n-negozju illeċitu tagħhom fejn huwa l-iktar faċli biex il-prekursuri tad-droga jiġu dirottati u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Bi qbil mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif dikjarat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk il-objettivi.

Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a) il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(a)       'sustanza skedata' tfisser kull sustanza li tintuża għall-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi u elenkata fl-Anness I inklużi taħlitiet u prodotti naturali li fihom tali sustanzi. Dan jeskludi prodotti naturali u taħlitiet li fihom sustanzi skedati u li huma magħmula b'tali mod li sustanzi skedati ma jkunux jistgħu jintużaw jew jiġu estratti permezz ta' mezzi faċilment applikabbli jew ekonomikament vijabbli u prodotti mediċinali fit-tifsira tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[20];"

(b) huwa inserit il-punt (h) li ġej:

"(h)       'utent' ifisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tippossjedi sustanza skedata u hija involuta fl-ipproċessar, formulazzjoni, konsum, ħażna, żamma, trattament, mili f'kontenituri, trasferiment minn kontenitur għall-ieħor, taħlit, trasformazzjoni jew kwalunkwe utilizzazzjoni oħra ta' sustanzi skedati."

(2) L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:

"2.        L-operaturi u l-utenti għandhom jintalbu li jiksbu l-liċenzja mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jippossjedu jew iqiegħdu fis-suq sustanzi skedati fil-kategorija 1 tal-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu liċenzji speċjali lill-farmaċiji, bereġ ta' mediċina veterinarja, ċerti tipi ta' awtoritajiet pubbliċi jew forzi armati. Dawn il-liċenzji speċjali għandhom ikunu validi biss għall-użu ta' sustanzi skedati ta' kategorija 1 tal-Anness I fi ħdan l-ambitu tad-dazji uffiċjali tal-operaturi kkonċernati.

3.          Kull operatur li jippossjedi liċenzja riferita fil-paragrafu 2 għandu jipprovdi sustanzi skedati ta' kategorija 1 tal-Anness I lill-operaturi jew l-utenti li jippossjedu din il-liċenzja u jkunu ffirmaw dikjarazzjoni tal-konsumatur kif provvdut fl-Artikolu 4(1)."

(b) il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"5.        Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 9, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jew jillimitaw il-validita tal-liċenzja għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet snin jew jistgħu jobbligaw lill-operaturi li juru f'intervalli li ma jaqbżux it-tliet snin li l-kondizzjonijiet li taħthom ngħatat il-liċenzja għadhom imwettqa. Il-liċenzja għandha ssemmi l-operat jew l-operati għal liema hija valida, kif ukoll is-sustanzi interessati. Liċenzji speċjali fit-tifsira ta' paragrafu 2 għandhom jingħataw fil-prinċipju għal tul ta' żmien mhux limitat imma jistgħu jiġu sospiżi jew revokati mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-kondizzjonijiet ta' paragrafu 4, it-tielet sentenza."

(c) il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"6.        Minn [18-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni] l-operaturi għandhom ikunu mitluba li jiksbu reġistrazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jqiegħdu fis-suq sustanzi skedati tal-Kategorija 2 tal-Anness I. Barra minn hekk, l-utenti għandhom ikunu mitluba biex jiksbu reġistrazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jkollhom sustanzi skedati tas-sottokategorija 2A tal-Anness I. Jistgħu jingħataw reġistrazzjonijiet speċjali mill-awtoritajiet kompetenti lill-farmaċiji, bereġ ta' mediċini veterinarji, ċerti tipi ta' awtoritajiet pubbliċi jew tal-forzi armati. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom jiġu meqjusa bħala validi biss għall-użu ta' sustanzi skedati ta' kategorija 2 tal-Anness I fi ħdan l-ambitu tad-dazji uffiċjali tal-operaturi kkonċernati".

(d) qed jiddaħħlu l-paragrafi 6a u 6b li ġejjin:

"6a.       Kull operatur li jippossjedi reġistrazzjoni riferita fil-paragrafu 6 għandu jipprovdi sustanzi skedati ta' sottokategorija 2A tal-Anness I lill-operaturi jew l-utenti l-oħra li jippossjedu din ir-reġistrazzjoni u jkunu ffirmaw dikjarazzjoni tal-konsumatur kif provvdut fl-Artikolu 4(1).

6b.        Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw jekk jagħtux ir-reġistrazzjoni jew le, għandhom jagħtu CAS b'mod partikolari l-kompetenza u l-integrità tal-applikant. Ir-reġistrazzjoni għandha tiġi rrifjutata jekk ikun hemm bażi raġonevoli li tixħet dubju fuq kemm l-applikant jew l-uffiċjal responsabbli għall-kummerċ fis-sustanzi skedati ikun idoneu u affidabbli. Ir-reġistrazzjoni tista' tiġi sospiża jew revokata mill-awtoritajiet kompetenti kull meta jkun hemm bażi raġonevoli li twassal lil wieħed jemmen li l-pussessur m'għadux persuna kompetenti u idoneu li jżomm ir-reġistrazzjoni, jew li l-kondizzjonijiet li fuqhom ngħatat ir-reġistrazzjoni m'għandhomx issodisfati."

(e) Fil-paragrafu 7, tiddaħħal is-sentenza li ġejja:

"Operatur jew utent li jkunu mikrointrapriża fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' mikrokumpaniji, dawk żgħar u dawk medji[21] m’għandhomx ikunu mitluba li jħallsu xi miżati bħal dawn."

(f) għandhom jiżdiedu l-paragrafi 8 u 9 li ġejjin:

"8.        L-awtoritajiet kompetenti għandhom idaħħlu l-operaturi u l-utenti li jkunu kisbu l-liċenzja msemmija fil-paragrafu 2 jew reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 f'bażi tad-dejta Ewropew dwar prekursuri tad-droga li għandu jiġi żviluppat mill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 13a.

9.          Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 15a fir-rigward ta’:

(a) ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għall-għoti tal-liċenzja msemmija fil-paragrafu 2;

(b) ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 6;

(c) Il-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet għall-elenkar tal-operaturi u l-utenti li jkunu kisbu liċenzja jew reġistrazzjoni f'bażi tad-dejta Ewropew dwar il-prekursuri tad-droga msemmija fil-paragrafu 8."

(3) L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.        Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-Artikoli 6 u 14, kull operatur stabbilit fil-Komunità li jipprovdi konsumatur b'sustanza skedata ta' kategoriji 1 jew 2 tal-Anness I għandu jikseb dikjarazzjoni mill-konsumatur li turi l-użu speċifiku tas-sustanzi skedati. Dikjarazzjoni separata għandha tinħtieġ għal kull sustanza skedata. Din id-dikjarazzjoni għandha tikkonforma mal-mudell dikjarat f'punt 1 tal-Anness III. Fil-każ ta' persuni legali, d-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu magħmula fuq karta tan-noti intitolata"

(b) għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"4.        Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15a li jikkonċernaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għall-kisba u l-użu ta' dikjarazzjonijiet tal-konsumatur. "

(4) Fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:

"7.      Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15a dwar ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għad-dokumentazzjoni ta’ taħlitiet li fihom sustanzi elenkati fl-Anness I."

(5) Fl-Artikolu 7, jiżdied it-tieni paragrafu li ġej:

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15a dwar ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għall-ittikettjar ta’ taħlitiet li fihom sustanzi elenkati fl-Anness I."

(6) L-Artikolu 8 jinbidel b'dan li ġej:

"1       L-operaturi għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti immedjatament b'kull ċirkostanza, bħal ma huma ordnijiet jew tranżazzjonijiet mhux tas-soltu li jinvolvu t-tqegħid fis-suq ta' sustanzi skedati, li jissuġġerixxi li dawn is-sustanzi seta' inbidlitilhom ir-rotta għall-fabbrikazzjoni illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi. Għal dan il-għan, l-operaturi għandhom jipprovdu kull informazzjoni disponibbli li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-leġittimità ta’ ordni jew tranżazzjoni rilevanti.

2.       L-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni rilevanti fil-qosor dwar it-tranżazzjonijiet tagħhom li jinvolvu sustanzi skedati.

3.       Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15a dwar ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għal operaturi biex jipprovdu l-informazzjoni imsemmi fil-paragrafu 2. "

(7) Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi, u l-industrija tal-kimika, b'mod partikolari rigward sustanzi mhux skedati, il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna linji gwida biex jassistu l-industrija tal-kimika.”

(8) Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2.      Kull Stat Membru jista' jadotta l-miżuri meħtieġa biex l-awtoritajiet kompetenti ikunu f'pożizzjoni li jikkontrollaw u jimmonitorjaw tranżazzjonijiet suspettużi ta' sustanzi mhux skedati, b'mod partikolari:

(a) li jiksbu informazzjoni dwar kull ordni għal sustanzi mhux skedati jew operazzjonijiet li jinvolvu sustanzi mhux skedati;

(b) li jidħlu fil-bini tan-negozju tal-operatur sabiex jiksbu evidenza ta' tranżazzjonijiet suspettużi ta' sustanzi mhux skedati.

3.       L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrispettaw informazzjoni ta' negozju kunfidenzali."

(9) L-Artikolu 13a li ġej huwa inserit:

“Artikolu 13a

Bażi ta' dejta

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa Bażi tad-Dejta Ewropew dwar prekursuri tad-droga bil-funzjonijiet li ġejjin:

(a) jiffaċilita l-komunikazzjoni tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13(1), l-analiżi u s-sinteżi tagħha fuq il-livell tal-Unjoni, u r-rappurtar lill-Bord Internazzjonali tal-Kontroll tan-Narkotiċi skont l-Artikolu 13(2);

(b) joħloq reġistru Ewropew tal-operaturi u l-utenti, li ngħataw liċenzja skont l-Artikolu 3 (2) jew reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3(6);

(c) jagħmilha possibbli għall-operaturi biex jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b'informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 8(2) f' forma elettronika, kif speċifikat fil-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 14."

(10) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 13b li ġej:

“Artikolu 13b

Protezzjoni tad-dejta

1.       L-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jsir skont id-Direttiva 95/46/KE[22] u taħt is-superviżjoni tal-awtorità pubblika indipendenti tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 28 ta' din id-Direttiva.

2.       L-ipproċessar tad-dejta personali mill-Kummissjoni, inkluż għall-għan tal-bażi tad-dejta Ewropew previsti fl-Artikolu 13a, għandhom jitwettqu skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[23] u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta."

(11) L-Artikoli 14 u 15 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"Artikolu 14

Atti ta’ Implimentazzjoni

1.       Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

(a) regoli dwar kif jiġu prodotti dikjarazzjonijiet mill-klijent msemmija fl-Artikolu 4 f'forma elettronika, fejn xieraq;

(b) regoli dwar kif għandha tingħata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2) f'forma elettronika lil bażi tad-dejta Ewropew, fejn xieraq.

2.       L-atti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14a(2).

Artikolu 14a

Proċedura ta’ Kumitat

1.       Il-Kummissjoni tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Prekursuri tad-Droga stabbilit mill-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005([24]). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.       Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

L-Artikolu 15

Adattament tal-Annessi

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15a sabiex tadatta l-Annessi I, II u III għal xejriet ġodda fid-dirottament tal-prekursuri tad-droga u biex issegwi emenda għat-tabelli fl-Anness mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 15a

Eżerċizzju tad-delega

1.       Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija konferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.       Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(9), 4(4), 5(7), 7, 8(2), 13a(2), 15 għandha tingħata għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ta' emenda].

3.       Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 3(9), 4(4), 5(7), 7, 8(2), 13a(2) u 15 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol dis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew minn data suċċessiva speċifikata fiha. Hija ma tippreġudikax il-validità ta’ atti delegati diġà fis-seħħ.

4.       Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.       Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(9), 4(4), 5(7), 7, 8(2), 13a(2), 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn (2) minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn (2) fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(12) L-Artikolu 16 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 16

Informazzjoni dwar miżuri adottati mill-Istati Membri

1.       L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li jadottaw skont dan ir-Regolament, u b'mod partikolari bil-miżuri adottati skont l-Artikoli 10 u 12. Għandhom jgħarrfuha wkoll b'kull emenda sussegwenti għaliha.

2.       Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

3.       Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni u t-tħaddim ta' dan ir-Regolament sa [78 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. "

(13) L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) It-titolu tal-Anness I jinbidel b’dan li ġej:

"Lista ta' sustanzi skedati";

(b) it-test stabbilit għall-Kategorija 2 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

(14) Fl-Anness III, it-terminu "awtorizzazzjoni/" għandhu jitħassar.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS

"KATEGORIJA 2

SOTTOKATEGORIJA 2A

Sustanza || Desinjazzjoni NM (jekk hi differenti) || Kodiċi tan- NM(1) || Nru SAK(2)

Anidride aċetiku || || 2915 24 00 || 108-24-7

L-imluħ tas-sustanzi mniżżla f’din il-kategorija kull meta l-eżistenza ta’ sustanzi bħal dawn tkun possibbli.

___________________________________________________________________________

(1) ĠU L290, 28.10.2002, p.1.

(2) In-Nru CAS “Chemical Abstracts Service Registry Number” huwa numru ta' identifikazzjoni uniku speċifiku għal kwalunkwe sustanza u għall-istruttura tagħha. In-Nru CAS huwa speċifiku għal kwalunkwe iżomeru u għal kwalunkwe melħ ta' kwalunkwe iżomeru. Għandu jiġi mifhum li n-Nri CAS għall-imluħ tas-sustanzi mniżżlin hawn fuq ser ikunu differenti minn dawk mogħtija.

___________________________________________________________________________

SOTTOKATEGORIJA 2B

Sustanza || Desinjazzjoni NM (jekk hi differenti) || Kodiċi tan- NM(1) || Nru SAK(2)

Phenylacetic acid || || 2916 34 00 || 103-82-2

Aċidu antraniliku || || 2922 43 00 || 118-92-3

Piperidina || || 2933 32 00 || 110-89-4

Permanganat tal-potassju || || 2841 61 00 || 7722-64-7

L-imluħ tas-sustanzi mniżżla f’din il-kategorija kull meta l-eżistenza ta’ sustanzi bħal dawn tkun possibbli.

___________________________________________________________________________

(1) ĠU L290, 28.10.2002, p.1.

(2) In-Nru CAS “Chemical Abstracts Service Registry Number” huwa numru ta' identifikazzjoni uniku speċifiku għal kwalunkwe sustanza u għall-istruttura tagħha. In-Nru CAS huwa speċifiku għal kwalunkwe iżomeru u għal kwalunkwe melħ ta' kwalunkwe iżomeru. Għandu jiġi mifhum li n-Nri CAS għall-imluħ tas-sustanzi mniżżlin hawn fuq ser ikunu differenti minn dawk mogħtija.

___________________________________________________________________________

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Il-qasam jew l-oqsma ta’ politika kkonċernati fl-istruttura tal-ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Objett(ivi)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju

              1.7.    Il-metodu jew metodi ta’ ġestjoni previsti

2.           IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

              2.2.    Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    L-intestatura jew intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja jew il-linji tal-baġit tan-nefqa affettwati

              3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Il-parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 dwar il-Prekursuri tad-Droga

1.2.        Il-qasam (oqsma) ta' politika kkonċernati fl-istruttura tal-ABM/ABB[25]

Titolu 2: L-Intrapriża u l-Industrija

Il-Kapitolu 02.03: Suq intern għall-merkanzija u l-politiki settorjali

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għall-proġett pilota/azzjoni preparatorja[26]

X Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida

1.4.        Objettivi

1.4.1.     L-objettiv jew l-objettivi strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

Wara r-reviżjoni kontinwa tal-acquis eżistenti tas-suq intern u l-implimentazzjoni tiegħu, il-proposta leġiżlattiva l-ġdida timmira li ttejjeb l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-prekursuri tad-droga.

1.4.2.     L-objettiv jew l-objettivi speċifiċi u l-attività jew l-attivitajiet ABM/ABB kkonċernati

Objettiv speċifiku Nru

L-iżvilupp tal-bażi tad-dejta Ewropea għandu l-għan li jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, u l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

L-attività jew l-attivitajiet tal-ABM/ABB kkonċernati

Titolu 2 – Kapitolu 02.03 suq intern għall-oġġetti, u politika settorjali

1.4.3.     Ir-riżultat(i) u l- impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-proposta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 prinċipalment għandha l-għan li ttejjeb il-prevenzjoni tad-dirottament tal-kummerċ intern għall-UE tal-anidride aċetiku, il-prekursur prinċipali tad-droga tal-eroina, billi testendi r-rekwiżit tar-reġistrazzjoni, li s'issa japplika għall-operaturi li jqiegħdu l-andridu aċetiku fis-suq, biex jinkludi wkoll l-utenti tas-sustanza u billi jittejjeb d-dispożizzjonijiet armonizzati tar-reġistrazzjoni biex jinkiseb ambjent robust aktar ekwu li jippriserva s-suq intern u jevita l-adozzjoni ta' miżuri nazzjonali diverġenti.

Barra minn hekk, tipproponi li jiġi stabbilit u jinżamm bażi tad-dejta Ewropew dwar Prekursuri tad-Droga sabiex jimmodernizza il-ġbir annwali tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri dwar sekwestri u kunsinni bil-baħar imwaqqfa tal-Prekursuri tad-Droga, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, kif ukoll li tinżamm lista tal-operaturi u l-utenti liċenzjati jew reġistrati tal-UE li jinnegozjaw jew jużaw legalment prekursuri tad-droga;

Il-bażi tad-dejta tal-UE dwar il-Prekursuri tad-Droga għandha l-għan li tipprovdi għodda moderna għat-tisħiħ tal-kontroll tal-kummerċ leġittimu tal-prekursuri tad-droga:

- lill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta' rappurtar lill-  Kummissjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u  l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005;

- lill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri u lill-operaturi tal-industrija tal-UE biex jiffaċilitaw  l-iċċekkjar u l-leġittimità ta' klijenti ġpotenzjali biex jitnaqqsu l-piżijiet minn fuq l-operaturi  Marbuta mal-irrappurtar annwali tat-tranżazzjonijiet tagħhom li jinvolvu l-prekursuri tad-droga mal-Artikoli 4 u 8.2 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u mal-Artikoli 17  U 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005,

- lill-Kummissjoni biex tiffaċilita t-tlestija tal-obbligi tagħha lejn il-Bord  Internazzjonali tal-Kontroll tan-Narkotiċi skont Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u  l-Artikolu 32 (1) tar-Regolament Nru 111/2005 kif ukoll lejn l-Istati Membri skont  l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005.

Fl-aħħarnett, il-proposta tadatta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 rigward l-eks Komitoloġija għar-regoli l-ġodda tat-Trattat ta' Lisbona.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Ir-Regolament propost għandu l-għan li jtejjeb il-prevenzjoni tad-dirottament tal-prekursuri tad-droga – partikolarment l-andridu aċetiku - mit-traffikanti mill-kummerċ leġittimu lejn il-produzzjoni ta' drogi illeċiti. Tendenzi annwali ta' dirottament tal-prekursuri tad-drogi fl-UE se jkomplu jinġabru u jiġu rrapportati, lill-pubbliku ġenerali, l-Istati Membri u l-Bord Internazzjonali tal-Kontroll tan-Narkotiċi. L-objettiv hu li tinkiseb tendenza ta’ tnaqqis fil-qabdiet u l-kunsinni bil-baħar imwaqqfa.

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Ir-rekwiżit jew rekwiżiti li jridu jiġiu sodisfatti fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

L-għan ewlieni tal-proposta li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 huwa li jiġu indirizzati id-dgħjufijiet identifikati fil-funzjonament ta' dak ir-Regolament fil-prevenzjoni tad-dirottament ta' ċerti prekursuri tad-droga (partikolarment l-anidride aċetiku) mill-kummerċ leġittimu għall-produzzjoni ta' drogi illeċiti, permezz tal-kontroll u l-monitoraġġ ta’ dan il-kummerċ leġittimu.

Il-Bażi tad-Dejta tal-UE tal-Prekursuri tad-Droga għandu jiffaċilita l-monitoraġġ u l-attivitajiet tal-kontroll mill-Istati Membri, kif ukoll il-kompiti tal-irrappurar tal-Istati Membri u l-operaturi.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-objettiv ta' din il-proposta, partikolarment biex jissaħħu miżuri ta' kontroll fuq l-anidride aċetiku sabiex jiġi ostakolat id-dirottament tiegħu mis-suq intern tal-UE filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri biss waħedhom u l-azzjoni mill-Unjoni tkun aktar effiċjenti għar-raġunijiet li ġejjin:

1. Xi Stati Membri jħossuhom legalment ipprevenuti milli jadottaw miżuri nazzjonali ta' kontroll li jmorru lil hinn mil-leġiżlazzjoni tal-UE fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, li jagħti s-setgħa lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri nazzjonali li huma meħtieġa sabiex jippermettu lill-awtoritajiet tagħhom biex iwettqu l-kompiti tagħhom ta' kontroll u monitoraġġ. Huma jargumentaw li l-leġiżlazzjoni tal-UE qed tissuġġetta lilll-operaturi biss għal miżuri ta' kontroll (L-ebda obbligu mhu qed jiġi impost fuq l-utenti aħħarin), li għandha tiġi mifhuma bħala deċiżjoni intenzjonali u vinkolanti mil-leġiżlatur tal-UE li l-utenti aħħarin ma għandhomx ikunu soġġetti għall-kontroll tal-leġiżlazzjoni dwar il-prekursuri tad-drogi.

2. Għall-kuntrarju, Stati Membri oħra qed jikkontemplaw jew diġà bbażaw kontrolli nazzjonali sostantivi fuq l-Artikolu 10, li jwassal fl-ewwel istanza għal approċċi differenti ta' kontroll fi Stati Membri differenti li jistgħu jkunu ta' detriment għall-funzjonament tas-suq tal-Unjoni u, it-tieni, azzjonijiet iżolati fl-Istati Membri individwali jirriskjaw li l-problema tintefa' minn fuq Stat Membru għall-ieħor hekk kif it-traffikanti jfittxu li jisfruttaw il-punt debboli tas-suq tal-Unjoni. Kombinazzjoni ta' miżuri nazzjonali differenti ma tkux effetiva daqs approċċ armonizzat fil-livell tal-UE. Dan huwa wkoll ikkonfermat mill-fatt li kemm l-Istati Membri kif ukoll is-seturi tal-industriji kkonċernati appellaw lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni għall-preservazzjoni tas-suq intern b'ambjent ekwu għan-negozju, minflok iserrħu wisq fuq miżuri nazzjonali supplimentari.

1.5.3.     It-tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-Kummissjoni wettqet analiżi bir-reqqa tal-funzjonament tar-Regolament eżistenti (KE) Nru 273/2004 u tas-7 ta' Jannar 2010, il-Kummissjoni Ewropea adottat rapport dwar l-implimentazzjoni u t-tħaddim tal-leġiżlazzjoni tal-UE eżistenti dwar il-prekursuri tad-droga[27]. Filwaqt li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ikkonkludiet li b'mod ġenerali il-leġiżlazzjoni qiegħda taħdem sew[28], identifikat xi dgħufijiet u għamlet xi rakkomandazzjonijiet kif dawn għandhom jiġu indirizzati, inkluż b’mod partikolari modifika ta' xi rekwiżiti għas-sustanzi tal-Kategorija 2 – jew speċifikament għall-anidride aċetiku jew għal kull sustanza tal-Kategorija 2 – sabiex jiskoraġġixxu d-dirottament mis-suq intern tal-UE.

Din il-proposta għandha l-għan li tindirizza din ir-rakkomandazzjoni tar-Rapport tal-Kummissjoni bili temenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 prinċipalment għandha l-għan li ttejjeb il-prevenzjoni tad-dirottament tal-kummerċ intern għall-UE ta' anidride aċetiku, il-prekursur prinċipali tad-droga eroina, billi testendi r-rekwiżit tar-reġistrazzjoni, li s'issa japplika għall-operaturi li jqiegħdu l-andridu aċetiku fis-suq, biex jinkludi wkoll l-utenti tas-sustanza u billi jittejjeb id-dispożizzjonijiet armonizzati tar-reġistrazzjoni biex jinkiseb ambjent robust aktar ekwu li jippriserva s-suq intern u jevita l-adozzjoni ta' miżuri nazzjonali diverġenti.

1.5.4.     Il-koerenza u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra

Din il-proposta hija kompletament konsistenti mal-objettivi tal-Istrateġija dwar id-Drogi tal-UE 2005-2012 u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi (2009-2012), li tistabbilixxi l-objettiv li jitnaqqas id-dirottament u t-traffikar fl-Unjoni jew li jgħaddi minnha ta’ Prekursuri tad-Droga użati fil-produzzjoni tad-drogi illeċiti, fl-aħħar mill-aħħar bil-għan li titnaqqas il-provvista tad-drogi illeċiti liċ-ċittadini tal-UE filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u livell għoli ta' sigurtà.

1.6.        It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju

¨ Il-proposta/l-inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

– ¨  Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

x (Proposta/inizjattiva ta’ ta' tul ta' żmien bla limitu

– Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn Jannar 2014 sa Diċembru 2014

– segwit minn operat fuq skala sħiħa mill-01 ta' Jannar 2015 (Stmata).

1.7.        Il-metodu/metodi ta’ ġestjoni previst(i)[29]

x Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

¨ Il-Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[30]

– ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku relevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Il-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Il-ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Il-ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (trid tiġi speċifikata)

Jekk hemm indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

2.           IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

(1) Kull sena l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-każijiet fejn il-kunsinna ta' prekursuri tad-droga ġiet sospiża jew issekwestrata.

(2) L-Istati Membri għandhom regolarment jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-operaturi u l-utenti liċenzjati u rreġistrati tagħhom li huma nvoltui fil-kummerċ jew ikollhom pussess ta' prekursuri tad-droga, it-tranżazzjonijiet rispettivi tagħhom.

(3) Il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, se tħejji rapport b'mod regolari fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri u kull sena se tissottometti l-informazzjoni globali tal-UE dwar sekwestri u l-kunsinni bil-baħar imwaqqfa ta' prekursuri tad-droga fl-Unjoni lill-Istati Membri u lill-Bord Internazzjonali tal-Kontroll tan-Narkotiċi. Barra minn hekk il-Kummissjoni se tipprepara għar-rilaxx għall-pubbliku tar-rapport annwali tagħha dwar sekwestri tal-UE tal-prekursuri tad-drogi u l-kunsinni bil-baħar imwaqqfa.

2.2.        Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Ir-riskju jew riskji identifikati

Ir-riskji ewlenin huma:

- Nuqqas tal-Istati Membri biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom dwar l-irrappurtar u/jew l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-operaturi u l-utenti liċenzjati/reġistrati;

- Implimentazzjoni mhux uniformi tal-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri;

- Sistemi ta' kontroll mhux suffiċjenti fl-Istati Membri b'mod partikolari dwar operaturi u utenti bil-liċenzja u/jew irreġistrati.

2.2.2.     Il-metodu jew metodi ta’ kontroll previsti

L-Istati Membri diġà ħatru awtoritajiet responsabbli għall-issorveljar tal-implimentazzjoni tal-leġilazzjoni u biex jagħtu l-liċenzji u r-reġistrazzjoni lill-operaturi u l-utenti leġittimi involuti fil-kummerċ tal-prekursuri tad-droga.

L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni hija mmonitorjata permezz ta' laqgħat regolari tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali maħtura responsabbli għall-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-Prekursuri tad-Droga;

Il-ġestjoni ta’ kuljum tal-Bażi tad-Dejta tal-UE dwar il-Prekursuri tad-Droga se taqa' taħt ir-responsabbiltà tas-Servizzi tal-Kummissjoni inkarigati li jsegwu l-leġiżlazzjoni tal-UE tal-Prekursuri tad-Droga, prinċipalment DĠ ENTR u d-DĠ TAXUD.

2.3.        Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

L-ebda riskju partikolari ta' frodi jew irregolaritajiet ma ġie identifikat.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        L-intestatura jew intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja jew il-linji tal-baġit tan-nefqa affettwati

· Il-linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni……………………...……….] || Diff./mhux diff. ([31]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[32] || mill-pajjiżi kandidati[33] || mill-pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1a. Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || L-Artikolu 02.03.01 It-tħaddim u l-iżvilupp tas-suq intern, partikolarment fl-oqsma ta’ notifika, ċertifikazzjoni u approssimazzjoni settorjali || Diff./ DA || IVA || LE || LE || LE

· Linji ġodda tal-baġit mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura… ……………………………..] || Diff/Mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || mill-pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| || || || || ||

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru 1a || Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

DĠ: ENTR || || || Sena 2014[34] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020[35] || IT-TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

l-Artikolu 02.03.01 - It-tħaddim u l-iżvilupp tas-suq intern, partikolarment fl-oqsma ta’ notifika, ċertifikazzjoni u approssimazzjoni settorjali || Impenji || (1) || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.315

Pagamenti || (2) || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.315

Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || || || ||

Pagamenti || (2a) || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[36] || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit || || (3) || || || || || || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet għad-DĠ ENTR || Impenji || = 1+1a +3 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.315

Pagamenti || = 2+2a +3 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.045 || 0.315

Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

ŸTOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet Taħt l-INTESTATURA <….> tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || = 4+ 6 || || || || || || || ||

Pagamenti || = 5+ 6 || || || || || || || ||

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/mill-inizjattiva:

Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

ŸTOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta' referenza) || Impenji || = 4+ 6 || || || || || || || ||

Pagamenti || = 5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || “ Nefqa amministrattiva ”

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

DĠ: ENTR || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || IT-TOTAL

Ÿ Riżorsi umani || || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.756

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

TOTAL DĠ ENTR || Approprjazzjonijiet || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.756

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total ta' impenji = (Total ta' pagamenti) || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.756

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || IT-TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0.153 || 0.153 || 0.153 || 0.153 || 0.153 || 0.153 || 0.153 || 1.071

Pagamenti || 0.153 || 0.153 || 0.153 || 0.153 || 0.153 || 0.153 || 0.153 || 1.071

3.2.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi.

– x Il-proposta/l-inizjattiva teżiġi l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi, kif ġie spjegat iktar ’l isfel[37]:

f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Indika l-objettivi u r-riżultati ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || IT-TOTAL ||

|| RIŻULTATI ||

|| || Tip ta’ output[38] || Spiża medja tar-riżultat || Numru ta' outputs || Spiża || Numru ta' outputs || Spiża || Numru ta' outputs || Spiża || Numru ta' outputs || Spiża || Numru ta' outputs || Spiża || Numru ta' outputs || Spiża || Numru ta' outputs || Spiża || L-għadd totali ta' outputs || Totali totali

L-OBJETTIV SPEĊIFIKU NUMRU 1[39] || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || || || 1 || 0.045 || 1 || 0.045 || 1 || 0.045 || 1 || 0.045 || 1 || 0.045 || 1 || 0.045 || 1 || 0.045 || 7 || 0.315 ||

- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || ||

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2… || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal tal-objettiv speċifiku nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || ||

SPIŻA TOTALI || 1 || 0.045 || 1 || 0.045 || 1 || 0.045 || 1 || 0.045 || 1 || 0.045 || 1 || 0.045 || 1 || 0.045 || 7 || 0.315 ||

3.2.3.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– x Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || IT-TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.756

Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali[40] || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || || || || ||

Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

IT-TOTAL || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.756

3.2.3.2.  L-istima tar-riżorsi umani meħtieġa

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani

– x Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tkun espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

|| || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

Ÿ Karigi tal-pjan ta' stabiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

|| 02 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| Ÿ Persunal estern (Ekwivalenti tal-Unità Full Time: FTE)[41] ||

|| XX 01 02 01 (CA, INT, ENS mill-"pakkett globali") || || || || || || ||

|| XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 04 yy[42] || - fil-Kwartieri Ġenerali[43] || || || || || || ||

|| - fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (AK, INT, ENS għar-riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (AK, INT, ENS għar-riċerka diretta) || || || || || || ||

|| Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || || || || || ||

|| IT-TOTAL || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108 || 0.108

02 huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal mid-Direttorat Ġenerali li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ġie trasferit lejn id-Direttorat Ġenerali, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-Direttorat Ġenerali li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Il-ġestjoni u l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE li jiżguraw Suq Uniku għall-kimiċi – b'mod partikolari għal prekursuri tad-droga. Jippreparaw, jippresjedu u jiktbu rapporti ta’ laqgħat ta’ gruppi ta’ ħidma u kumitati regolatorji biex jiżguraw l-implimentazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni. Jassistu lill-Istati Membri u l-industrija. Jippreparaw dokumenti ta' gwida rilevanti, kif ukoll ‘Mistoqsijiet u Tweġibiet' kif miftiehem f' kooperazzjoni mill-qrib ma'l-awtoritajiet tal-Istati Membri u partijiet interessati oħra. Jippubblikaw rapporti annwali dwar sekwestri u l-kunsinni bil-baħar imwaqqfa. Jissorveljaw żamma u żvilupp ulterjuri ta' bażi tad-dejta Ewropew dwar il-Prekursuri tad-Droga. Jwieġbu mistoqsijiet parlamentari. Jippreparaw adattamenti għall-progress tekniku u jwettqu konsultazzjonijiet bejn is-servizzi. Jiżguraw l-kooperazzjoni mill-qrib ma' DĠ TAXUD, li huwa responsabbli għall-monitoraġġ estern tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga.

Persunal estern ||

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– x Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzarju multiannwali mill-2014 u l-2020.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’tip ta’ programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teżiġi l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.[44]

Spjega dak li huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– x Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament li l-istima tiegħu tidher hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-terminu tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3.        L-impatt stmat fuq id-dħul

– x Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ¨         fuq id-dħul mixxellanju

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Linja tad-dħul tal-baġit || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva[45]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal il-kolonni li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu … … … …. || || || || || || || ||

Għad-dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/linji tan-nefqa tal-baġit milquta.

Speċifika l-metodu tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[1]               Il-Bord Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kontroll tan-Narkotiċi.

[2]               Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 u l-Artikolu 32 tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 dwar l-implimentazzjoni u t-tħaddim tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-monitoraġġ u l-kontroll tal-kummerċ tal-prekursuri tad-drogi COM(2009)709 final, disponibbli fuq: http://eur‑lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2009:0709:FIN:en:PDF.

[3]               Għal aktar dettalji, ara taħt it-Taqsima 4.2.2 "Punti pożittivi u negattivi tal-leġiżlazzjoni" tar-Rapport imsemmi hawn fuq COM (2009) 709 final.

[4]               L-Istrateġija dwar id-Drogi tal-UE 2005-2012, approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Novembru tal-2004 (15074/04 CORDROGUE 77 SAN 187 ENFOPOL 187 RELEX 564).

[5]               Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2009-2012 (2008/C 326/09).

[6]               L-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi addizzjonalment tikkumplimenta dawn iż-żewġ dimensjonijiet ewlenin bi tliet temi li jaħdmu flimkien li ġejjin: koordinazzjoni; kooperazzjoni internazzjonali u l-informazzjoni; riċerka u evalwazzjoni.

[7]               Għal aktar dettalji ara http://ec.europa.eu/justice/newsroom/Anti-drugs/opinjoni/111027_en.htm.

[8]               L-Artikolu 168 TFUR (tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea).

[9]               L-Artikolu 67 TFUE.

[10]             Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 1.

[11]             Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-funzjonament u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prekursuri tad-droga – it-3016 laqgħa tal-Kunsill tal-Kompetittività, Brussell, il-25 ta’Mejju 2010.

[12]             Il-valutazzjoni tal-impatt hija disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/governance/impact/ia_carried_out/cia_2012_en.htm.

[13]               ĠU C , , p. .

[14]               ĠU C , , p. .

[15]               ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1.

[16]               Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 u l-Artikolu 32 tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 dwar l-implimentazzjoni u t-tħaddim tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-monitoraġġ u l-kontroll tal-kummerċ tal-prekursuri tad-drogi COM(2009)709 final.

[17]               ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[18]               ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

[19]               ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[20]               ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

[21]               ĠU L 124, 20.5.2003, p.36.

[22]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[23]             ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[24]             ĠU L 22, 26.1.2005, p.1.

[25]             ABM: Activity-Based Management (Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività) – ABB: Activity-Based Budgeting (Ibbaġitjar Skont l-Attività).

[26]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[27]             Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 u l-Artikolu 32 tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 dwar l-implimentazzjoni u t-tħaddim tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-monitoraġġ u l-kontroll tal-kummerċ tal-prekursuri tad-drogi COM(2009)709 final disponibbli fuq.    http://eur‑lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2009:0709:FIN:mt:PDF.

[28]             Għal aktar dettalji, ara taħt it-Taqsima 4.2.1 "Punti pożittivi u negattivi tal-leġiżlazzjoni" tar-rapport imsemmi hawn fuq COM (2009) 209 final.

[29]             Id-dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u tar-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fil-websajt tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[30]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[31]             Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff.= Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[32]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[33]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent

[34]             Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[35]             L-ispejjeż previsti wkoll wara l-2020 minħabba n-natura tal-proġett (għall-manutenzjoni tal-bażi tad-dejta).

[36]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), tar-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[37]             L-ebda informazzjoni fuq l-outputs s'issa ma hi disponibbli peress li l-proġett pilota tal-bażi tad-dejta Ewropew għadu mhux żviluppat.

[38]             Outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (pereżempju in-numru ta' skambji ffinanzjati ta' studenti, in-numru ta' km ta' toroq mibnija eċċ.).

[39]             Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi...”

[40]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), tar-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[41]             CA= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE = espert nazzjonali ssekondat.

[42]             Taħt il-livell massimu għal persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (dawk li kienu l-linji "BA").

[43]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[44]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[45]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, it-taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara li minnhom jitnaqqsu 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.