52012PC0514

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja EU Aid Volunteers /* COM/2012/0514 final - 2012/0245 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Kif previst fl-Artikolu 214(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), din il-proposta tistabbilixxi l-qafas għal Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja, li għandu jippermetti kontribuzzjonijiet konġunti mill-EU Aid Volunteers f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja. L-għan tagħha huwa li tesprimi l-valuri umanitarji tal-Unjoni u solidarjetà man-nies fil-bżonn, permezz tal-promozzjoni ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja effettiv u viżibbli, li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni biex twieġeb għal kriżijiet umanitarji u biex tibni l-kapaċità u r-reżiljenza ta’ komunitajiet vulnerabbli jew affettwati minn diżastri f'pajjiżi terzi.

L-Unjoni trid tiżgura għajnuna umanitarja adegwata quddiem iż-żieda fin-numru u d-daqs tal-kriżijiet umanitarji, kemm diżastri naturali kif ukoll kriżijiet ikkawżati mill-bniedem. Voluntiera mħejjija tajjeb jistgħu jikkontribwixxu għall-kapaċità tal-Unjoni sabiex tlaħħaq ma' dawn il-ħtiġijiet umanitarji addizzjonali.

It-titjib tal-mobilizzazzjoni tal-kapaċità tal-volontarjat taċ-ċittadini Ewropej jista’ wkoll jipprojetta immaġni pożittiva tal-Unjoni fid-dinja u jrawwem interess għal proġetti pan-Ewropej b'appoġġ tal-attivitajiet ta' għajnuna umanitarja. Filwaqt li l-volontarjat qed jiżdied għal bosta attivitajiet, għad hemm potenzjal sinifikanti li tiġi żviluppata aktar is-solidarjetà fost iċ-ċittadini tal-Unjoni ma' popli f'pajjiżi terzi li huma vittmi ta' kriżijiet maħluqa mill-bniedem jew minn diżastri naturali. Iċ-ċittadini Ewropej iqisu l-għajnuna umanitarja bħala s-settur fejn il-volontarjat għandu l-ikbar impatt u t-twaqqif ta' Korp Volontarju Ewropew ta' għajnuna Umanitarja jgawdi appoġġ konsiderevoli fosthom. Maġġoranza kbira taċ-ċittadini Ewropej esprimew ukoll appoġġ enormi għall-attivitajiet tal-Unjoni sabiex tipprovdi għajnuna umanitarja. Madankollu, hemm ħtieġa li tkompli tiġi promossa l-komunikazzjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni biex jittejbu l-livelli ta' għarfien dwar l-għajnuna umanitarja tal-Unjoni u l-viżibilità tagħha[1].

Il-proposta tibni fuq il-Komunikazzjoni tal-2010 'Kif iċ-ċittadini tal-UE jesprimu s-solidarjetà tagħhom permezz tal-volontarjat: L-ewwel riflessjonijiet ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja'[2]. Il-Komunikazzjoni tippreżenta l-prinċipji gwida, il-lakuni u l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jingħata kontribut pożittiv għall-għajnuna umanitarja tal-Unjoni. Biex jiġu ttestjati xi karatteristiċi possibbli tal-iskema, tnedew serje ta' proġetti pilota, li l-lezzjonijiet miksuba minnhom huma meqjusa f’din il-proposta.

Il-Kunsill[3] u l-Parlament Ewropew[4] esprimew appoġġ qawwi għall-inizjattiva, waqt li affermaw mill-ġdid ir-rwol ewlieni tal-Unjoni fil-promozzjoni tal-volontarjat u identifikaw xi wħud mill-komponenti ewlenin ta' dan il-Korp.

Il-proposta tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politika esterna tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-għanijiet tal-għajnuna umanitarja tal-Unjoni li tippreserva l-ħajja, tipprevjeni u ttaffi s-sofferenza umana u żżomm id-dinjità tal-bniedem. Hija ssaħħaħ il-benefiċċji mogħtija għall-komunitajiet ospitanti f'pajjiżi terzi u l-impatt li l-attivitajiet ta' volontarjat ikollhom fuq il-voluntiera nfushom. Barra minn hekk, it-taħriġ u l-esperjenza ta' tagħlim informali li l-voluntiera jakkwistaw huwa investiment qawwi fil-kapital uman li jtejjeb l-impjegabilità tagħhom fl-ekonomija globali u b'hekk jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Il-konsistenza ma' politiki u miri oħra tal-Unjoni

Ingħatat attenzjoni partikolari biex tkun żgurata koordinazzjoni mill-qrib bejn l-azzjonijiet tal-Korp Volontarju ta' Għajnuna Umanitarja u l-politika u l-azzjonijiet għall-għajnuna umanitarja tal-Unjoni mwettqa taħt il-politiki esterni tal-UE, b’mod partikolari fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Il-Korp Volontarju ta' Għajnuna Umanitarja, filwaqt li huwa ċċentrat fuq l-għanijiet ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni, għandu jikkontribwixxi wkoll għal firxa ta' politiki interni oħrajn tal-Unjoni bħat-tagħlim, iż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza attiva.

Il-Korp Umanitarju Volontarju se jimla l-lakuni li mhumiex koperti minn programmi Ewropej eżistenti bħalma hu s-Servizz Volontarju Ewropew. Fil-fatt, l-attivitajiet tas-Servizz Volontarju Ewropew iseħħu primarjament fi ħdan l-Ewropa, huma kkonċentrati fuq il-promozzjoni ta' żgħażagħ sa tletin sena biex isaħħu l-koeżjoni soċjali u l-fehim reċiproku fi ħdan l-Unjoni, u mhumiex ibbażati fuq prinċipji umanitarji. L-għanijiet tal-Korp Umanitarju Volontarju, l-ambitu u l-attivitajiet tiegħu jikkorrespondu għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-attivitajiet u l-operazzjonijiet umanitarji.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Sa mill-ewwel preżentazzjoni tal-proposta ta' Korp Volontarju ta' Għajnuna Umanitarja tal-UE fl-abbozz tat-Trattat Kostituzzjonali, saru żewġ analiżi esterni fl-2006 u l-2010 u sensiela ta' konsultazzjonijiet ma' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati sabiex tiġi evalwata s-sitwazzjoni attwali fil-qasam tal-volontarjat fl-għajnuna umanitarja, jinkixfu n-nuqqasijiet u l-isfidi eżistenti, u jiġu identifikati għanijiet u prijoritajiet għall-azzjoni.

Il-persuni interessati, inklużi l-organizzazzjonijiet prinċipali tal-għajnuna umanitarja (NGOs, il-Familja tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar, aġenziji tan-NU), organizzazzjonijiet ewlenin tal-volontarjat, voluntiera individwali, rappreżentanti ta' Stati Membri u atturi rilevanti oħra ġew ikkonsultati speċifikament f'żewġ konferenzi apposta[5] u permezz ta' konsultazzjoni pubblika onlajn. Minbarra dan, diversi kwistjonijiet marbuta mal-Korp Volontarju ta' Għajnuna Umanitarja ġew diskussi mill-Istati Membri fi ħdan il-grupp ta' ħidma tal-Kunsill dwar l-għajnuna umanitarja u alimentari[6]. Il-konsultazzjonijiet inkludew ukoll forum pubbliku onlajn dwar isem xieraq għall-Korp. Analiżi bir-reqqa wasslet għall-għażla ta' "EU Aid Volunteers " bħala isem xieraq għall-inizjattiva u dan għandu minn issa 'l quddiem jintuża sabiex wieħed jirreferi kemm għall-inizjattiva kif ukoll għall-voluntiera individwali li se jiġu mmobilizzati fl-operazzjonijiet umanitarji.

Tħejja rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt sabiex jeżamina l-għażliet tal-politika u l-impatti potenzjali tagħhom. Dan il-proċess kien akkumpanjat minn Grupp ta' Tmexxija dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt li kien jinvolvi s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni[7] u bbenefika mill-input ta’ studju ta' tħejjija estern. Il-lezzjonijiet miksuba u l-konklużjonijiet minn żewġ seminars organizzati mal-koordinaturi tal-proġett pilota ġew ikkunsidrati[8].

Il-kummenti kollha mill-partijiet interessati kienu kkunsidrati b'mod sħiħ u huma riflessi fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-problemi ewlenin identifikati huma:

(1) Nuqqas ta' approċċ strutturat tal-UE rigward il-volontarjat;

(2) Viżibiltà ħażina tal-azzjoni umanitarja u s-solidarjetà tal-UE man-nies fil-bżonn;

(3) Nuqqas ta' mekkaniżmi konsistenti tal-identifikazzjoni u tal-għażla madwar l-Istati Membri;

(4) Nuqqas ta’ voluntiera kwalifikati disponibbli għall-għajnuna umanitarja;

(5) In-nuqqasijiet fir-rigward tal-kapaċità għal żieda f’daqqa tal-għajnuna umanitarja;

(6) Kapaċità dgħajfa tal-organizzazzjonijiet ospitanti;

Il-valutazzjoni tal-impatt eżaminat għadd ta' għażliet ta' politika li jirriżultaw mill-kumbinament ta' moduli u modi ta' ġestjoni differenti:

L-Għażla ta' Politika 1, li tinkludi: (1) Żvilupp ta’ standards għall-identifikazzjoni, l-għażla u t-taħriġ tal-voluntiera u (2) Żvilupp ta’ mekkaniżmu ta’ ċertifikazzjoni għall-organizzazzjonijiet li jibagħtu l-voluntiera;

L-Għażla ta' Politika 2, inklużi l-moduli skont l-Għażla 1 flimkien ma’ (3) Appoġġ għat-taħriġ għal voluntiera tal-UE fil-qasam tal-għajnuna umanitarja (4) Ħolqien ta' reġistru tal-UE ta' voluntiera mħarrġa, (5) Żvilupp ta' standards u mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni għal ġestjoni tal-volontarji fl-organizzazzjonijiet ospitanti;

L-Għażla ta' Politika 3, inklużi l-moduli kollha taħt l-Għażla 2 flimkien ma’ (6) Sostenn għall-mobilizzazzjoni ta' voluntiera tal-UE, (7) Bini ta' kapaċità f’organizzazzjonijiet ospitanti tal-pajjiżi terzi (8) Twaqqif ta' netwerk tal-UE ta' voluntiera umanitarji. Din l-Għażla tiġi implimentata bi sħubija ma' organizzazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja li għandhom jidentifikaw, jagħżlu u jallokaw il-voluntiera.

L-Għażla ta' Politika 4, inklużi l-moduli kollha taħt l-Għażla 3 implimentati bil-metodu tal-ġestjoni diretta mill-Kummissjoni Ewropea.

Abbażi ta’ din il-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali potenzjali, l-Għażla ta' Politika Nru 3 ġiet irrakkomandata bħala l-għażla l-aktar effiċjenti u effettiva biex tindirizza l-problemi identifikati.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Din il-proposta tistabbilixxi l-proċeduri u r-regoli għat-tħaddim tal-EU Aid Volunteers kif previst fl-Artikolu 214(5) tat-Trattat. Hija ssegwi approċċ ta' awtorizzazzjoni u hija limitata għall-elementi essenzjali meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament, inkluż li tispeċifika l-għanijiet ġenerali u operazzjonali tagħha, il-prinċipji u l-azzjonijiet li fihom tikkonsisti, id-dispożizzjonijiet għall-assistenza finanzjarja u d-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tiegħu.

Il-proposta ssegwi l-prinċipji tal-għajnuna umanitarja (l-Artikolu 4) u d-definizzjoni tal-għajnuna umanitarja mill-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja[9]. Minbarra r-rispons għall-kriżijiet, hija tkopri wkoll il-prevenzjoni tad-diżastri, it-tħejjija u l-operazzjonijiet ta' rkupru kif ukoll l-attivitajiet ta' għajnuna umanitarja li jimmiraw li jżidu l-kapaċitajiet tal-komunitajiet u jibnu r-reżiljenza tagħhom għall-kriżijiet.

L-elementi ewlenin tal-proposta jikkonċernaw l-azzjonijiet differenti tal-Volunteria tal-Għajnuna tal-UE li jistgħu jiġu appoġġjati permezz tal-assistenza finanzjarja u implimentati minn benefiċjarji differenti fuq il-bażi ta' programm ta' ħidma annwali tal-Kummissjoni (l-Artikolu 21). Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[10], il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tiddelega t-tmexxija tal-programm lil aġenzija eżekuttiva.

Il-proposta tispeċifika t-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin:

– Standards dwar voluntiera kandidati u EU Aid Volunteers (l-Artikolu 9)

Il-Kummissjoni se tiżviluppa l-istandards li sejrin jistabbilixxu l-qafas tal-politika u r-rekwiżiti minimi li jiżguraw ir-reklutaġġ u t-tħejjija effettivi, effiċjenti u koerenti ta' voluntiera kandidati u l-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-EU Aid Volunteers li huma l-azzjonijiet ewlenin ta' din l-inizjattiva. L-istandards se jiżguraw l-obbligu ta' kura u jkopru b’mod partikolari r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, rekwiżiti minimi dwar il-kopertura tas-sussistenza, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż rilevanti oħra, il-kopertura tal-assigurazzjoni u elementi oħra rilevanti.

– Ċertifikazzjoni (l-Artikolu 10)

Organizzazzjonijiet li jibagħtu li jixtiequ jagħżlu, jippreparaw u jużaw EU Aid Volunteers se jkollhom jiġu ċċertifikati għall-konformità ma’dawn l-istandards. Huma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti differenti tal-eliġibbiltà u jsegwu proċedura ta' ċertifikazzjoni differenzjata (li għandha tiġi definita f'atti ta’ implimentazzjoni), filwaqt li titqies in-natura u l-kapaċità tagħhom (eż. korpi pubbliċi tal-Istati Membri, NGOs). L-atturi tal-protezzjoni ċivili u tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp li jaġixxu fil-qasam tal-għajnuna umanitarja għandhom jiġu kkunsidrati eliġibbli wkoll. Mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni differenzjata se jiġi stabbilit għal organizzazzjonijiet ospitanti eliġibbli. Għalkemm kumpaniji privati mhumiex eliġibbli bħala organizzazzjonijiet li jibagħtu jew dawk ospitanti, huma jistgħu jkunu assoċjati mal-proġetti u jikkofinanzjaw parti mill-kostijiet tal-voluntier sabiex jinkoraġġixxu l-volontarjat korporattiv kif imħeġġeġ fil-Komunikazzjoni ‘Strateġija mġedda tal-UE għall-2011-14 għar-Responsabbiltà Soċjali tal-Intrapriżi’[11].

– L-identifikazzjoni u l-għażla ta' voluntiera kandidati (l-Artikolu 11)

Il-EU Aid Volunteers huma miftuħa għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni kif ukoll persuni li għandhom in-nazzjonalità u li jgħixu legalment fl-UE fuq bażi fit-tul. Suġġett għal ftehimiet kif imsemmi fl-Artikolu 23(1), ċittadini minn pajjiżi kandidati u potenzjalment kandidati u minn pajjiżi sħab mill-Politika Ewropea tal-Viċinat jistgħu jipparteċipaw fil-EU Aid Volunteers .

Fuq il-bażi ta' programm ta' ħidma annwali, il-Kummissjoni se tippubblika s-sejħiet għall-proposti għall-identifikazzjoni u l-għażla ta' voluntiera kandidati minn organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati. Organizzazzjonijiet li jibagħtu li jkunu ngħataw il-kuntratti bi tweġiba għal dawn is-sejħiet se jidentifikaw u jagħżlu voluntiera kandidati għat-taħriġ wara valutazzjoni minn qabel tal-ħtiġijiet f'pajjiżi terzi billi jibagħtu jew jilqgħu organizzazzjonijiet jew atturi rilevanti oħra.

– Taħriġ u preparazzjoni ta' qabel il-mobilizzazzjoni (l-Artikolu 12)

Il-voluntiera kandidati magħżula jgħaddu minn taħriġ imfassal apposta, b'kunsiderazzjoni tal-esperjenza preċedenti tagħhom. Il-programm ta' taħriġ jiġi organizzat mill-Kummissjoni u jiġi implimentat minn organizzazzjonijiet b’għarfien espert speċifiku fit-taħriġ. Barra minn hekk, bħala parti mit-taħriġ tagħhom u skont il-ħtiġijiet tagħhom ta' taħriġ, il-voluntiera kandidati jkunu jistgħu jiksbu esperjenza prattika permezz ta' missjonijiet ta’ apprendistat jew forom oħra ta’ preparazzjoni fuq perjodu qasir qabel il-mobilizzazzjoni mogħtija minn organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati.

– Reġistru ta' EU Aid Volunteers (l-Artikolu 13)

Voluntiera kandidati għandhom jiġu vvalutati għal kemm ikunu ppreparati biex jiġu mobilizzati f'pajjiżi terzi. Jekk jirnexxu, huma għandhom jiġu inklużi f'Reġistru ta' EU Aid Volunteers eliġibbli għall-mobilizzazzjoni li se jkun amministrat mill-Kummissjoni. Ir-reġistru se jinkludi wkoll voluntiera li diġà ġew mobilizzati, jekk huma lesti li jitqiesu għall-mobilizzazzjoni fil-ġejjieni.

– Il-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers f'pajjiżi terzi (l-Artikolu 14)

Fuq il-bażi tal-programm ta' ħidma annwali tagħha, il-Kummissjoni se tippubblika sejħiet għall-proposti għall-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers minn organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati. Organizzazzjonijiet li jibagħtu li jkunu ngħataw kuntratti bi tweġiba għal dawn is-sejħiet jistgħu jagħżlu voluntiera mir-Reġistru u jimmobilizzawhom lejn l-organizzazzjonijiet ospitanti. Il-Kummissjoni tista' wkoll timmobilizza voluntiera mir-Reġistru tal-Kummissjoni fl-uffiċċji tal-għajnuna umanitarja fuq il-post jew f'operazzjonijiet ta' rispons f'pajjiżi terzi permezz taċ-Ċentru għal Rispons ta' Emerġenza[12] li jiffaċilita r-rispons tal-Unjoni għad-diżastri. It-termini speċifiċi tal-mobilizzazzjoni jiġu stipulati f'kuntratt bejn l-organizzazzjoni li tibgħat u l-voluntier.

– Il-bini tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet ospitanti (l-Artikolu 15)

Permezz ta' din l-azzjoni, il-Kummissjoni tista' tappoġġja azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti sabiex tiżgura ġestjoni effettiva tal-EU Aid Volunteers u impatt sostenibbli tax-xogħol tagħhom, inkluża l-promozzjoni tal-volontarjat lokali.

– In-Netwerk tal-EU Aid Volunteers (l-Artikolu 16)

Din l-azzjoni tipprevedi t-twaqqif ta' Netwerk tal-EU Aid Volunteers li se jiġi ġestit mill-Kummissjoni. Dan se jikkonsisti fl-interazzjoni bejn il-EU Aid Volunteers u se jiffaċilitaha, u se jwettaq ukoll attivitajiet speċifiċi, partikolarment permezz tal-qsim tal-għarfien u t-tixrid ta' informazzjoni. Għandu wkoll jappoġġa attivitajiet bħal seminars, workshops u attivitajiet ta' eks-voluntiera.

– Komunikazzjoni, tkattir tal-għarfien u viżibbiltà (l-Artikolu 17)

Din l-azzjoni għandha tappoġġja azzjonijiet ta’ informazzjoni pubblika, komunikazzjoni u tkattir tal-għarfien għall-promozzjoni tal-Korp Umanitarju Volontarju u għall-inkoraġġiment tal-volontarjat fl-għajnuna umanitarja. Il-Kummissjoni se tiżviluppa pjan ta' azzjoni tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, li se jiġi implimentat mill-benefiċjarji kollha, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u dawk ospitanti.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-modalitajiet ta' xi wħud mill-azzjonijiet permezz ta' atti delegati (kif previst fl-Artikolu 25) dwar standards u indikaturi ta’ emenda għal għanijiet operazzjonali; jew permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni (l-Artikolu 24) inkluż il-mekkaniżmu taċ-ċertifikazzjoni u l-modalitajiet tal-programm ta' taħriġ).

Bażi legali

Il-bażi legali ta' din il-proposta hija l-Artikolu 214(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Prinċipju tas-sussidjarjetà

Billi t-twaqqif tal-EU Aid Volunteers mill-Unjoni huwa previst f'bażi legali speċifika fit-Trattat, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Prinċipju tal-proporzjonalità332

Il-proposta tindirizza nuqqasijiet identifikati fl-iskemi tal-volontarjat eżistenti u ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet.

Il-piż amministrattiv li jaqa' fuq l-Unjoni huwa limitat u jiżgura l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-mobilizzazzjoni tal-voluntiera f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, inkluż l-iżvilupp ta' standards, mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni, programm ta' taħriġ u Reġistru ta' voluntiera mħarrġa. L-azzjonijiet ewlenin li jirrigwardaw l-EU Aid Volunteers relatati mal-identifikazzjoni, l-għażla, it-tħejjija, u l-mobilizzazzjoni ta' voluntiera se jiġu deċentralizzati u implimentati mill-organizzazzjonijiet li jibagħtu u dawk ospitanti. Il-Kummissjoni għandha barra minn hekk l-intenzjoni li tiddelega t-tmexxija tal-programm lil aġenzija eżekuttiva.

Għażla tal-istrument

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Baġit għall-Ewropa 2020”[13] tipprevedi impenji baġitarji għat-twaqqif ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (il-EU Aid Volunteers ) ta' EUR 239,1 miljun fi prezzijiet attwali.

2012/0245 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja

EU Aid Volunteers

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 214(5) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkonsultaw lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Wara li ttrażmettew l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Is-solidarjetà hija valur fundamentali tal-Unjoni u hemm potenzjal għal aktar żvilupp ta' mezzi ta' turija ta’ solidarjetà taċ-ċittadini tal-Unjoni ma' nies f'pajjiżi terzi li huma vulnerabbli għal kriżijiet maħluqa mill-bniedem jew minn diżastri naturali jew affettwati minnhom.

(2)       Il-volontarjat huwa espressjoni konkreta u viżibbli tas-solidarjetà li tippermetti lill-individwi biex jiddedikaw l-għarfien, il-ħiliet u l-ħin tagħhom għas-servizz ta' bnedmin oħra bħalhom, mingħajr interess primarju fi gwadann finanzjarju.

(3)       Il-viżjoni tal-Unjoni ta' għajnuna umanitarja, li tinkludi għan komuni, prinċipji u prassi tajba u qafas komuni biex titwassal l-għajnuna umanitarja tal-Unjoni, hija stipulata fil-"Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja"[14]. Il-Kunsens Ewropew jenfasizza l-impenn sod tal-Unjoni biex tiddefendi u tippromwovi l-prinċipji umanitarji fundamentali tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza. L-azzjonijiet tal-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-EU Aid Volunteers ") għandhom jiġu ggwidati mill-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

(4)       L-għajnuna umanitarja tal-Unjoni hija mwassla f'sitwazzjonijiet fejn joperaw strumenti oħra relatati mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-protezzjoni ċivili. Il-EU Aid Volunteers għandhom jaħdmu b'koerenza u komplementarjetà ma' politiki u strumenti rilevanti sabiex isir l-aktar użu effettiv ta' dawn l-istrumenti filwaqt li sistematikament jiġu promossi l-prinċipji umanitarji u l-għanijiet tal-iżvilupp fit-tul. Għandhom jiġu mfittxija sinerġiji tal-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, iċ-Ċentru għal Rispons ta' Emerġenza stabbilit bid-Deċiżjoni XX/XXXX[15] u mas-SEAE u d-Delegazzjonijiet tal-UE sabiex jiġi kkoordinat ir-rispons għall-kriżijiet umanitarji tal-Unjoni f’pajjiżi terzi.

(5)       In-numru, l-ambitu u l-kumplessità ta' kriżijiet umanitarji fid-dinja żdiedu b’mod sinifikanti matul is-snin u dan wassal għal żieda fid-domanda fuq atturi umanitarji sabiex jipprovdu rispons effettiva, effiċjenti u koerenti u biex jappoġġjaw il-komunitajiet lokali tal-pajjiżi terzi sabiex dawn isiru anqas vulnerabbli u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għad-diżastri.

(6)       Il-voluntiera jistgħu jsaħħu l-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja u jikkontribwixxu għall-professjonalizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja meta jkunu adegwatament magħżula, mħarrġa u ppreparati għall-mobilizzazzjoni sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jgħinu lin-nies fil-bżonn bl-aktar mod effettiv.

(7)       Jeżistu skemi tal-volontarjat fl-Ewropa u madwar id-dinja li jiffukaw fuq il-mobilizzazzjoni f’pajjiżi terzi. Ħafna drabi dawn huma skemi nazzjonali li jiffokaw prinċipalment jew esklussivament fuq proġetti ta' żvilupp. Il-EU Aid Volunteers għandhom, għalhekk, jevitaw id-dupplikazzjoni u għandhom iżidu l-valur billi jipprovdu opportunitajiet għal voluntiera biex jikkontribwixxu flimkien għal operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja biex b’hekk tissaħħaħ iċ-ċittadinanza attiva tal-Unjoni Ewropea u billi jrawmu l-kooperazzjoni tranżnazzjonali tal-organizzazzjonijiet implimentattivi li jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Korp.

(8)       Hemm lakuni f’dan ix-xenarju ta' volontarjat umanitarju li l-EU Aid Volunteers jistgħu jimlew bil-voluntiera bil-profili adattati mmobilizzati fil-mument it-tajjeb fil-post it-tajjeb. Dan jista' jinkiseb l-aktar billi jiġu pprovduti standards Ewropej dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' voluntiera umanitarji, parametri maqbula b'mod komuni għat-taħriġ u t-tħejjija ta' voluntiera umanitarji għall-mobilizzazzjoni, reġistri mtejba ta' voluntiera potenzjali li huma identifikati abbażi tal-ħtiġijiet fil-post, u opportunitajiet għal voluntiera biex jikkontribwixxu għal operazzjonijiet umanitarji mhux biss billi jiġu mmobilizzati iżda wkoll permezz ta' appoġġ klerikali u attivitajiet ta’ volontarjat onlajn[16].

(9)       Is-sigurtà u s-sikurezza tal-voluntiera għandhom jibqgħu tal-akbar importanza.

(10)     L-Unjoni twettaq l-azzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tagħha fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet implimentattivi. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jaqdu rwol sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers biex jiggarantixxu t-teħid ta' responsabbiltà diretta mill-atturi fil-qasam u sabiex jimmassimizzaw l-assorbiment potenzjali tal-azzjonijiet tal-Korp Volontarju. L-Unjoni għandha tafda lill-organizzazzjonijiet implimentattivi notevolment bl-identifikazzjoni, l-għażla, it-tħejjija u l-mobilizzazzjoni tal-EU Aid Volunteers f'konformità mal-istandards stabbiliti mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha, barra minn hekk, tkun tista’ tutilizza voluntiera mħarrġa u ppreparati b'suċċess għall-mobilizzazzjoni, fejn xieraq.

(11)     Kumpaniji privati jistgħu jkollhom rwol importanti u jikkontribwixxu għall-operazzjonijiet umanitarji tal-Unjoni b’mod partikolari permezz tal-volontarjat tal-impjegati[17].

(12)     Il-volontarjat f'għajnuna umanitarja jista’ jgħin sabiex iżomm iż-żgħażagħ attivi, jikkontribwixxi għall-iżvilupp personali u l-għarfien interkulturali tagħhom, u jtejjeb il-kompetenzi tagħhom u l-impjegabilità f'ekonomija globali. Dan, għalhekk, jikkontribwixxi għall-"Inizjattiva ta' Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ"[18] u sensiela ta' għanijiet ewlenin oħra tal-Unjoni, bħall-inklużjoni soċjali, l-impjiegi, iċ-ċittadinanza attiva, l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet[19].

(13)     Il-prinċipji ta' opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni tal-Unjoni jissuġġerixxu li ċ-ċittadini u r-residenti regolari tal-Unjoni f'kull settur tal-ħajja u età għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw bħala ċittadini attivi. Fid-dawl tal-isfidi speċifiċi tal-kuntest umanitarju, il-parteċipanti fil-EU Aid Volunteers għandhom ikunu ‘l fuq minn 18-il sena.

(14)     Status legali ċar huwa prerekwiżit kruċjali għall-voluntiera biex dawn jipparteċipaw fil-mobilizzazzjoni f'pajjiżi barra l-Unjoni. It-termini li fuqhom jiġu mobilizzati l-voluntieri għandhom ikunu definiti kuntrattwalment, inklużi l-istandards għall-protezzjoni u s-sikurezza tal-voluntieri, ir-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, il-kopertura tal-assigurazzjoni, il-kopertura tas-sussistenza, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż rilevanti oħra. L-eliġibbiltà tal-voluntiera għall-mobilizzazzjoni f'pajjiżi terzi għandha tkun suġġetta għal arranġamenti adegwati ta' sikurezza u sigurtà.

(15)     Il-EU Aid Volunteers għandhom jappoġġjaw organizzazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja lokali f'pajjiżi terzi. L-attivitajiet tagħhom għandhom iżidu l-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet ospitanti sabiex jittrattaw kriżijiet umanitarji u professjonalment jimmaniġġjaw EU Aid Volunteers, biex jużaw b’mod effettiv il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom u biex jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet tal-voluntieri jkollhom impatt sostenibbli fuq il-komunitajiet lokali biex b’hekk jgħinu lin-nies fil-bżonn affettwati minn kriżijiet umanitarji, li huma l-benefiċjarji finali tal-għajnuna umanitarja tal-Unjoni.

(16)     Id-dispożizzjonijiet finanzjarji ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014 peress li huma relatati mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. L-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għandha tiġi implimentata skont ir-Regolament Nru xxx/2012[20] applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ir-Regolament Finanzjarju). Minħabba n-natura speċifika tal-azzjoni tal-EU Aid Volunteers , huwa xieraq li jkun stipulat li l-assistenza finanzjarja tista' tingħata lil persuni fiżiċi, u persuni ġuridiċi tal-liġi pubblika u privata. Huwa wkoll importanti li r-regoli ta' dak ir-Regolament jiġu sodisfatti, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja stabbiliti fih.

(17)     L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu mħarsa permezz ta' miżuri proporzjonali tul iċ-ċiklu tal-infiq kollu kemm hu, li jinkludi l-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod ħażin u, fejn xieraq, sanzjonijiet. Huwa meħtieġ ukoll li jittieħdu miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi, u li jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu rkuprati fondi mitlufa, indebitament imħallsa jew użati skorrettament skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet[21], ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra[22] u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)[23].

(18)     Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi aderenti, dawk kandidati, dawk tal-EFTA u pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, għandha tkun possibbli fuq il-bażi ta' konvenzjonijiet dwar il-kooperazzjoni.

(19)     Sabiex ikun possibbli rispons u titjib kontinwu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-istandards għall-ġestjoni ta' EU Aid Volunteers u l-emenda tal-indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(20)     Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni[24]. Il-proċedura tal-eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni tal-mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni, il-programm ta' taħriġ u l-programm annwali tax-xogħol tal-Korp.

(21)     Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji li huma rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

(22)     L-ipproċessar tad-dejta personali huwa mwettaq fil-qafas ta' dan ir-Regolament u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju u proporzjonat għall-għanijiet li jiġi żgurat it-tħaddim mingħajr xkiel tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers . Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali mill-Kummissjoni se jiġi rregolat mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data[25]. Kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali minn organizzazzjonijiet implimentattivi stabbiliti legalment fl-Unjoni se jkun irregolat mid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta 95/46/KE[26].

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I Għan, Kamp ta' Applikazzjoni u Definizzjonijiet

Artikolu 1 Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (minn hawn' il quddiem imsejjaħ "il-EU Aid Volunteers ") bħala qafas għal kontribuzzjonijiet konġunti mill-EU Aid Volunteers f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-funzjonament tal-EU Aid Volunteers u regoli għall-għoti ta' assistenza finanzjarja.

Artikolu 2 Kamp ta' Applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

1.           il-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi.

2.           azzjonijiet ġewwa l-Unjoni li jappoġġjaw, jippromwovu u jħejju l-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.

3.           Azzjonijiet ġewwa u barra mill-Unjoni bil-għan li tinbena l-kapaċità ta' organizzazzjonijiet f’pajjiżi terzi ospitanti għall-ġestjoni ta' EU Aid Volunteers.

Artikolu 3 Għan

L-għan tal-EU Aid Volunteers għandu jkun li jesprimu l-valuri umanitarji u s-solidarjetà tal-Unjoni man-nies fil-bżonn, permezz tal-promozzjoni ta' inizjattiva tal-EU Aid Volunteers effettiva u viżibbli, li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni biex twieġeb għal kriżijiet umanitarji u għall-bini tal-kapaċità u r-reżiljenza tal-komunitajiet vulnerabbli jew affettwati minn diżastri f'pajjiżi terzi.

Artikolu 4 Il-prinċipji ġenerali

1.           L-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers għandhom jitmexxew skont il-prinċipji tal-għajnuna umanitarja tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza.

2.           L-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers għandhom jirrispondu għall-bżonnijiet tal-komunitajiet lokali u l-organizzazzjonijiet ospitanti u għandhom jikkontribwixxu għall-professjonalizzazzjoni tal-għoti tal-għajnuna umanitarja.

3.           Is-sikurezza u s-sigurtà tal-voluntiera għandhom ikunu prijorità.

4.           Il-EU Aid Volunteers għandhom jippromwovu attivitajiet komuni u l-parteċipazzjoni ta' voluntiera minn pajjiżi differenti u jrawmu proġetti konġunti u sħubiji tranżnazzjonali bejn l-organizzazzjonijiet implimentattivi, kif imsemmija fl-Artikolu 10.

Artikolu 5 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, dawn id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) "voluntier" tfisser persuna li tagħżel, bir-rieda u l-motivazzjoni libera u mingħajr interess primarju fi qligħ finanzjarju, li tinvolvi ruħha f'attivitajiet li jibbenefikaw il-komunità, lilha nnifisha, u s-soċjetà inġenerali.

(b) "voluntier kandidat" tfisser persuna eliġibbli fis-sens tal-Artikolu 11(1) li tapplika għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-EU Aid Volunteers .

(c) “EU Aid Volunteer” tfisser voluntier kandidat li ġie magħżul, imħarreġ, ivvalutat bħala eliġibbli u rreġistrat bħala disponibbli għall-mobilizzazzjoni f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi.

(d) "għajnuna umanitarja" tfisser l-attivitajiet u l-operazzjonijiet maħsuba biex jipprovdu assistenza ta' emerġenza bbażata fuq l-eżiġenzi mmirata biex issalva l-ħajjiet, tipprevjeni u ttaffi s-sofferenza umana u tippreserva d-dinjità umana quddiem kriżijiet maħluqa mill-bniedem jew diżastri naturali. Hija tinkludi operazzjonijiet ta’ għajnuna, sokkors u protezzjoni fi kriżijiet umanitarji jew il-konsegwenzi diretti tagħhom, miżuri ta’ appoġġ biex jiġi żgurat l-aċċess għal nies fil-bżonn u sabiex tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-assistenza, kif ukoll azzjonijiet immirati lejn it-tisħiħ tat-tħejjija għad-diżastri u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, u li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-kapaċità li wieħed ilaħħaq mal-kriżijiet u jirkupra minnhom.

(e) "pajjiż terz" tfisser pajjiż barra mill-Unjoni fejn iseħħu l-attivitajiet u l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja kif imsemmi taħt (d).

Artikolu 6 Koerenza u komplimentarjetà tal-azzjoni tal-Unjoni

1.           Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma’ oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif ukoll ma’ politiki rilevanti oħra tal-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel bejn is-sostenn, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp.

2.           Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex itejbu l-konsistenza u l-koerenza bejn skemi nazzjonali tal-volontarjat rilevanti u l-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers .

3.           L-Unjoni għandha trawwem il-kooperazzjoni ma' organizzazzjoni internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, u sħab tal-għajnuna umanitarja oħra fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers .

Artikolu 7 Għanijiet operazzjonali

1.           Il-EU Aid Volunteers għandhom isegwu l-għanijiet operazzjonali li ġejjin:

(a) Żieda u titjib tal-kapaċità tal-Unjoni biex tipprovdi għajnuna umanitarja.

Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

– in-numru ta' EU Aid Volunteers immobilizzati jew lesti għall-mobilizzazzjoni;

– l-għadd ta' nies li ntlaħqu mill-għajnuna umanitarja mogħtija mill-Unjoni.

(b) It-titjib tal-kapaċitajiet u l-kompetenzi tal-voluntiera fil-qasam tal-għajnuna umanitarja u l-kundizzjonijiet li fihom qed jaħdmu.

Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

– in-numru ta' voluntiera mħarrġa u l-kwalità tat-taħriġ fuq il-bażi tal-analiżi u l-livell ta' sodisfazzjon;

– in-numru ta' organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati li japplikaw l-istandards għall-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni ta' EU Aid Volunteers.

(c) Il-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti u t-trawwim tal-volontarjat f'pajjiżi terzi.

Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

– in-numru u t-tip ta' azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità;

– l-għadd ta' persunal u voluntiera minn pajjiżi terzi li jipparteċipaw f'azzjonijiet ta' bini ta' kapaċità.

(d) Il-promozzjoni tal-viżibilità tal-valuri ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni.

Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

– il-livell tal-għarfien tal-EU Aid Volunteers dwar l-għajnuna umanitarja tal-UE;

– il-livell ta' għarfien dwar il-EU Aid Volunteers fost il-popolazzjoni fil-mira fl-Unjoni, il-komunitajiet ta’ pajjiżi terzi li jipparteċipaw u li jibbenefikaw u atturi umanitarji oħrajn.

(e) It-titjib tal-koerenza u l-konsistenza tal-volontarjat madwar l-Istati Membri sabiex jittejbu l-opportunitajiet għaċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex jipparteċipaw fl-attivitajiet u l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.

Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

– in-numru ta' organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati;

– it-tixrid u r-replikazzjoni tal-istandards dwar il-ġestjoni tal-EU Aid Volunteers minn skemi ta' volontarjat oħra.

2.           L-indikaturi msemmija taħt il-paragrafu 1(a) sa (e) għandhom jintużaw għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-analiżi tal-prestazzjoni kif xieraq. Dawn huma indikattivi u jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25 sabiex titqies l-esperjenza mill-kejl tal-progress.

KAPITOLU II AZZJONIJIET TAL-VOLUNTIERA TAL-GĦAJNUNA EWROPEA

Artikolu 8 Azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers

Il-EU Aid Volunteers għandhom isegwu l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 7 permezz tat-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin:

– L-iżvilupp u ż-żamma ta' standards dwar voluntiera kandidati u EU Aid Volunteers;

– L-iżvilupp u ż-żamma ta' mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni għall-organizzazzjonijiet li jibagħtuhom u jospitawhom;

– L-identifikazzjoni u l-għażla ta' voluntiera kandidati;

– It-twaqqif ta' programm ta' taħriġ u appoġġ għat-taħriġ u missjonijiet ta’ apprendistat;

– It-twaqqif, iż-żamma u l-aġġornament ta' Reġistru ta' EU Aid Volunteers;

– Il-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers f'pajjiżi terzi għall-attivitajiet u l-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja;

– Il-bini tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet ospitanti;

– It-twaqqif u l-ġestjoni ta' Netwerk tal-EU Aid Volunteers ;

– Il-komunikazzjoni, it-tqajjim tal-kuxjenza u l-viżibilità;

– Attività anċillari li tippromwovi r-responsabbiltà, it-trasparenza u l-effikaċja tal-EU Aid Volunteers .

Artikolu 9 Standards dwar voluntiera kandidati u EU Aid Volunteers

1.           Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 25 sabiex twaqqaf standards għal:

(a) l-identifikazzjoni, l-għażla u t-tħejjija ta' voluntiera kandidati għall-mobilizzazzjoni f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja;

(b) il-ġestjoni u l-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers f'pajjiżi terzi.

2.           Dawn l-istandards għandhom jiżguraw l-obbligu ta' kura u b’mod partikolari jkopru r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, rekwiżiti minimi dwar il-kopertura tas-sussistenza, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż rilevanti oħra, il-kopertura tal-assigurazzjoni, proċeduri tas-sigurtà u elementi oħra rilevanti.

Artikolu 10 Ċertifikazzjoni

1.           Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' ċertfikazzjoni li jiżgura li l-organizzazzjonijiet li jibagħtu jikkonformaw mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 9 u mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni differenzjat għall-organizzazzjonijiet ospitanti.

2.           L-organizzazzjonijiet li jibagħtu għandhom ikunu eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni, jekk ikunu attivi fil-qasam tal-għajnuna umanitarja kif definit fl-Artikolu 5(d) u jekk ikunu jiffurmaw parti minn kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) Organizzazzjonijiet mhux għall-profitt mhux governattivi ffurmati skont il-liġi ta' Stat Membru u li l-kwartieri ġenerali tagħhom jinsabu fi ħdan l-Unjoni;

(b) il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC), il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u n-Nofs Qamar l-Aħmar;

(c) Korpi tal-liġi pubblika rregolati mil-liġi ta' Stat Membru.

Organizzazzjonijiet mhux għall-profitt mhux governattivi u korpi legali pubbliċi stabbiliti fil-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 23 għandhom ukoll ikunu eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Artikolu u l-ftehimiet imsemmija fih.

3.           Organizzazzjonijiet f’pajjiżi terzi li jsegwu l-istandards imsemmija fl-Artikolu 9(1)(b) għandhom ikunu eliġibbli bħala organizzazzjonijiet ospitanti jekk ikunu attivi fil-qasam tal-għajnuna umanitarja kif definitia fl-Artikolu 5(d) u jkunu jagħmlu parti minn kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) Organizzazzjonijiet mhux għall-profitt mhux governattivi li joperaw jew huma stabbiliti f'pajjiż terz taħt il-liġijiet fis-seħħ f'dak il-pajjiż;

(b) Korpi tal-liġi pubblika rregolati mil-liġi ta' pajjiż terz;

(c) Aġenziji u organizzazzjonijiet internazzjonali.

4.           Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw jistgħu jimplimentaw azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers f'assoċjazzjoni ma' organizzazzjonijiet privati li jaħdmu għall-profitt.

5.           Il-funzjonament u l-modalitajiet tal-mekkaniżmi għaċ-ċertifikazzjoni għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 11 L-identifikazzjoni u l-għażla ta' voluntiera kandidati;

1.           Ċittadini tal-Unjoni, persuni bin-nazzjonalità ta' pajjiżi terzi li huma residenti fit-tul fi Stat Membru tal-Unjoni u ċittadini mill-pajjiżi u organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 23(1) taħt il-kundizzjonijiet imsemmija f'dak l-Artikolu, li għandhom età ta' 18-il sena u iktar huma eliġibbli biex japplikaw bħala voluntiera kandidati.

2.           Fuq il-bażi ta' evalwazzjoni minn qabel tal-ħtiġijiet f'pajjiżi terzi mill-organizzazzjonijiet li jibagħtu jew jospitaw jew atturi rilevanti oħra, l-organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati jistgħu jidentifikaw u jagħżlu kandidati għal taħriġ.

3.           L-identifikazzjoni u l-għażla ta' voluntiera kandidati għandhom jikkonformaw mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 9(1)(a).

Artikolu 12 It-taħriġ tal-voluntiera kandidati u l-missjonijiet ta’ apprendistat

1.           Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta' taħriġ sabiex tħejji lill-voluntiera kandidati fit-twettiq ta’ attivitajiet umanitarji u għall-mobilizzazzjoni f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.

2.           Voluntiera kandidati li ġew identifikati u magħżula skont l-Artikolu 11 għandhom ikunu eliġibbli biex jieħdu sehem fil-programm ta' taħriġ. L-ambitu u l-kontenut individwali tat-taħriġ li kull kandidat voluntier jeħtieġ li jwettaq għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tiegħu waqt li titqies esperjenza preċedenti.

3.           Bħala parti mit-taħriġ tagħhom u b’mod partikolari l-preparazzjoni tagħhom għall-mobilizzazzjoni l-voluntiera kandidati jistgħu jagħmlu missjonijiet ta’ apprendistat f’organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati, fejn possibbli f'pajjiż ieħor għajr il-pajjiż ta' oriġini tagħhom.

4.           Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-voluntiera kandidati li ma jkunux ibbenefikaw minn missjoni ta’ apprendistat jistgħu jingħataw, fejn xieraq, preparazzjoni addizzjonali minn qabel minn organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati. Din il-preparazzjoni u l-missjoni tal-apprendistat għandhom jikkonformaw mal-istandards għall-preparazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)(a).

5.           Il-programm ta' taħriġ għandu jinkludi valutazzjoni ta’ kemm il-voluntiera kandidati huma preparati biex jiġu mmobilizzati f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.

6.           Il-modalitajiet tal-programm ta' taħriġ u l-proċedura tal-valutazzjoni ta' kemm voluntiera kandidati huma ppreparati għall-mobilizzazzjoni għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 13 Reġistru tal-EU Aid Volunteers

1.           Voluntiera kandidati li jkunu għaddew b'suċċess mill-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(5) għandhom jiġu kkunsidrati EU Aid Volunteers. Dawn jistgħu jiġu inklużi bħala tali fir-reġistru ta' EU Aid Volunteers (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ 'ir-Reġistru') u jkunu eliġibbli għall-mobilizzazzjoni.

2.           Il-Kummissjoni għandha tistabilixxi, iżżomm u taġġorna r-reġistru u għandha tirregola l-aċċess u l-użu tiegħu.

Artikolu 14 Mobilizzazzjoni ta’ EU Aid Volunteers f’pajjiżi terzi

1.           EU Aid Volunteers inklużi fir-Reġistru jistgħu jiġu mmobilizzati f'attivitajiet u operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja kif definiti fl-Artikolu 5(d):

(a) minn organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati lejn organizzazzjonijiet ospitanti f’pajjiżi terzi, jew

(b) mill-Kummissjoni lejn l-uffiċċji tal-għajnuna umanitarja fuq il-post tal-Kummissjoni jew f’operazzjonijiet ta’ rispons f’pajjiżi terzi.

2.           Għall-mobilizzazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1(a), l-organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikatati għandhom jiżguraw konformità mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 9.

3.           It-termini speċifiċi tal-mobilizzazzjoni ta' volontarji għandhom ikunu indikati f’kuntratt bejn l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u l-voluntier, inkluż it-tul u l-post tal-mobilizzazzjoni u d-dmirijiet tal-voluntier.

4.           Għall-mobilizzazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1(b), il-Kummissjoni għandha tiffirma “kuntratt tal-mobilizzazzjoni tal-voluntiera” mal-voluntiera, li jiddefinixxi t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-mobilizzazzjoni tagħhom. Il-mobilizzazzjoni tal-voluntiera ma għandhiex tikkonferixxi fuq il-voluntier id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mir-“Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” u "Il-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea”.

Artikolu 15 Tkabbir tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti

Il-Kummissjoni għandha tappoġġja attivitajiet immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-EU Aid Volunteers u l-impatt sostenibbli tax-xogħol tagħhom, inkluż:

(a) taħriġ fl-immaniġġjar tal-voluntiera, l-ikkowċjar, it-tħejjija u r-rispons għad-diżastri u oqsma rilevanti oħrajn għall-persunal u l-voluntiera minn organizzazzjonijiet ospitanti;

(b) skambju tal-aħjar prattiki, assistenza teknika, programmi ta' ġemellaġġ u skambju ta' persunal u voluntiera, il-ħolqien ta' netwerks u azzjonijiet oħra rilevanti bil-għan li tittejjeb il-ġestjoni tal-EU Aid Volunteers f’pajjiżi terzi u li jiġi inkoraġġit u appoġġjat il-volontarjat ta’ kwalità f’pajjiżi terzi.

Artikolu 16 Netwerk tal-EU Aid Volunteers

1.           Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tmexxi Netwerk tal-EU Aid Volunteers (minn issa 'l quddiem "in-Netwerk").

2.           In-netwerk għandu jiffaċilita l-interazzjoni fost il-voluntiera kandidati u l-EU Aid Volunteers li qed jipparteċipaw jew li pparteċipaw fl-inizjattiva; bejn dawn il-voluntiera u benefiċjarji oħra tal-EU Aid Volunteers , notevolment dawk imsemmija fl-Artikolu 15 u fost atturi rilevanti oħra; Huwa għandu jipprovdi opportunitajiet għal interazzjoni virtwali, b’mod partikolari permezz tal-qsim tal-għarfien u t-tixrid ta' informazzjoni dwar l-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers; u għandu jappoġġja attivitajiet oħra xierqa bħalma huma seminars u workshops.

3.           In-Netwerk għandu wkoll jipprovdi u jippromwovi opportunitajiet għall-volontarjat onlajn biex jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet tal-EU Aid Volunteers .

Artikolu 17 Komunikazzjoni, tqajjim tal-kuxjenza u viżibilità;

1.           Il-Kummissjoni għandha tappoġġja azzjonijiet tal-informazzjoni pubblika, il-komunikazzjoni u t-tqajjim tal-kuxjenza biex tippromwovi l-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers u tinkoraġġixxi l-volontarjat fl-għajnuna umanitarja fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-azzjonijiet tagħha.

2.           Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa pjan ta' azzjoni dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni dwar l-għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati tal-Korp Umanitarju Volontarju li għandu jiddefinixxi attivitajiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni diretti lejn il-pubbliku, b’mod partikolari ċ-ċittadini Ewropej u l-voluntiera kandidati potenzjali futuri u l-benefiċjarji tal-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers . Il-benefiċjari kollha tal-EU Aid Volunteers, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, għandhom jimplimentaw dan il-pjan ta' azzjoni.

3.           L-EU Aid Volunteers għandhom, fejn meħtieġ bl-għajnuna u d-direzzjoni tal-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, jipparteċipaw f'attivitajiet xierqa ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u tqajjim tal-kuxjenza qabel, matul u wara l-mobilizzazzjoni sabiex jippromwovu l-EU Aid Volunteers u l-ħidma tagħhom fih. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi dawk l-attivitajiet, li m’għandhomx jimponu obbligi sproporzjonati fuq il-voluntiera.

KAPITOLU III Dispożizzjonijiet finanzjarji

Artikolu 18 Azzjonijiet eliġibbli

1.           L-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8 għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna finanzjarja, inkluż il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll miżuri mmirati biex isaħħu l-koordinazzjoni bejn l-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers u skemi oħra rilevanti fil-livell nazzjonali u internazzjonali.

2.           L-allokazzjoni finanzjarja li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 tista' tkopri wkoll spejjeż marbuta mal-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u valutazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers u għall-ksib tal-għanijiet tagħha.

3.           Din in-nefqa tista', b'mod partikolari, tkopri studji, laqgħat ta' esperti, azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, safejn huma relatati mal-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament, spejjeż marbuta man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni (inkluża l-interkonnessjoni tagħhom ma' sistemi eżistenti jew tal-futur imfassla biex jippromwovu skambju ta' dejta transettorjali u tagħmir relatat), flimkien mal-ispejjeż kollha oħrajn tekniċi u amministrattivi għall-għajnuna mġarrba mill-Kummissjoni.

Artikolu 19 Benefiċjarji finanzjarji

Assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament tista' tingħata lil persuni naturali u persuni ġuridiċi, kemm jekk regolatii mid-dritt privat kif ukoll minn dak pubbliku, li mbagħad ikunu jitqiesu bħala benefiċjarji finanzjarji fis-sens tar-Regolament Finanzjarju XX/2012.

Artikolu 20 Ir-riżorsi tal-Baġit

L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2014 sa 2020 huwa ta' EUR 239 100 000 fi prezzijiet attwali. Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2020 biex ikopru spejjeż simili, sabiex l-azzjonijiet li ma jkunux għadhom lesti sal-31 ta' Diċembru 2020 ikunu jistgħu jibqgħu jiġu ġestiti.

Artikolu 21 Tipi ta' intervent finanzjarju u proċeduri implimentattivi

1.           Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza finanzjarja min-naħa tal-Unjoni skont ir-Regolament Finanzjarju XX/2012 applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.

2.           Assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament tista' tieħu kwalunkwe mill-forom provduti mir-Regolament Finanzjarju.

3.           Sabiex timplimenta dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma annwali tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2). Dan jistabbilixxi l-għanijiet li jiġu segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Huwa jkun jinkludi wkoll id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammonti allokati għal kull azzjoni u skeda indikattiva taż-żmien ta' implimentazzjoni. Rigward l-għotjiet, dawn għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali tal-evalwazzjoni u r-rata massima tal-kofinanzjament.

4.           Il-Kummissjoni tista' tikkunsidra l-valur miżjud u l-vantaġġi tal-ġestjoni li jinkisbu jekk jinħoloq Fond Fiduċjarju tal-UE.

Artikolu 22 Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.           Il-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni jkunu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività oħra illegali, b’kontrolli effettivi u, jekk jinkixfu irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsin ħażin u, fejn xieraq, b’pieni effettivi, proporzjonati u ta' deterrent.

2.           Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa tal-awditjar, abbażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha tal-għajnuna finanzjarja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha, li rċevew fondi tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament.

3.           L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament minn finanzjament bħal dan skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività oħra illegali li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim għall-għoti jew ma’ deċiżjoni għall-għoti jew kuntratt dwar finanzjament mill-Unjoni.

4.           Mingħajr preġudizzju għas-subparagrafi 1 u 2, ftehimiet ta' kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, ftehimiet għal għotjiet, deċiżjonijiet ta' għotjiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jintitolaw espressament lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lil OLAF sabiex jagħmlu tali awditjar, kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet.

KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 23 Kooperazzjoni ma' pajjiżi oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali

1.           L-EU Aid Volunteers għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta':

(a) Ċittadini u organizzazzjonijiet li jibagħtu mill-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati, il-pajjiżi kandidati potenzjali u pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fi programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet ta' Qafas u fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsilli tal-Assoċjazzjoni rispettivi, jew arranġamenti simili;

(b) ċittadini u organizzazzjonijiet li jibagħtu mill-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE;

(c) ċittadini u organizzazzjonijiet li jibagħtu minn pajjiżi Ewropej oħra, suġġett għall-konklużjoni ta' ftehimiet bilaterali ma' dawk il-pajjiżi.

(d) persunal minn organizzazzjonijiet internazzjonali li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 11(1).

(2) Din il-koperazzjoni għandha tkun imsejsa, fejn rilevanti, fuq approprjazzjonijiet supplementari mingħand dawk il-pajjiżi parteċipanti li għandhom jingħataw skont proċeduri miftiehma ma’ dawk il-pajjiżi.

Artikolu 24 Proċedura tal-kumitat

1.           Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 17 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 li jirrigwarda l-għajnuna umanitarja. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 25 Eżerċizzju tal-poteri ddelegati lill-Kummissjoni

1.           Is-setgħa sabiex jiġu adottati atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.           Is-setgħa li jkunu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 7(2) u 9 għandha tkun ikkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' seba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.           Id-delega ta' setgħat tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4.           Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           Att delegat jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 26 kontroll u valutazzjoni

1.           L-azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja għandhom jiġu mmonitorjati regolarment sabiex tkun segwita l-implimentazzjoni tagħhom, u jiġu evalwati regolarment permezz ta' evalwazzjoni esterna indipendenti biex jiġu vvalutati l-effiċjenza, l-effikaċja u l-impatti tagħhom fir-rigward tal-għanijiet tal-EU Aid Volunteers. Dan il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni għandu jinkludi r-rapporti msemmija fil-paragrafu 5 u attivitajiet oħra fuq aspetti speċifiċi ta' dan ir-Regolament li jistgħu jitnedew fi kwalunkwe ħin matul l-implimentazzjoni tiegħu.

2.           Fil-fażi ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsultazzjoni regolari mal-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-voluntiera, l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u dawk ospitanti, il-popolazzjoni lokali megħjuna, l-organizzazzjonijiet umanitarji u l-ħaddiema fuq il-post. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jerġgħu jidħlu bħala informazzjoni fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.

3.           Organizzazzjonijiet li jibagħtu li jimmobilizzaw voluntiera f'operazzjonijiet barra l-Unjoni, għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom u jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti ta' monitoraġġ fuq bażi regolari.

4.           Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lis-SEAE u lid-Delegazzjonijiet tal-UE dwar l-attivitajiet tal-EU Aid Volunteers skont ftehimiet ta' ħidma rilevanti.

5.           Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a) rapport ta' evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul l-ewwel tliet snin tal-implimentazzjoni tiegħu, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017;

(b) Komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018;

(c) rapport ta' valutazzjoni ex post sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021.

Il-konklużjonijiet tar-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati, jekk xieraq, minn proposti għal emenda ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 27 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

[biex tintuża għal kull proposta jew inizjattiva ppreżentata lill-awtorità leġiżlattiva

(l-Artikoli 28 tar-Regolament Finanzjarju u 22 tar-regoli ta’ implimentazzjoni)]

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/Oqsma ta' politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għan(ijiet)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta' ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA' ĠESTJONI

              2.1.    Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

              2.2.    Sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

              3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

              3.2.5. Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja

1.2.        Qasam/oqsma ta' politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[27]

Qasam tal-Politika kkonċernat u Attività/ Attivitajiet assoċjati:

Qasam ta' Politika 23 Għajnuna umanitarja

23 02 04 – Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida

X Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni ta' tħejjija[28]

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għanijiet

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni li lejhom hija diretta l-proposta/inizjattiva

Titolu 4 – l-Ewropa Globali

1.4.2.     L-għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet tal-ABM/ABB kkonċernata/i

Għan operazzjonali Nru 1

Żieda u titjib tal-kapaċità tal-Unjoni biex tipprovdi għajnuna umanitarja.

Għan operazzjonali Nru 2

It-titjib tal-kapaċitajiet u l-kompetenzi tal-voluntiera fil-qasam tal-għajnuna umanitarja u l-kundizzjonijiet li fihom qed jaħdmu.

Għan operazzjonali Nru 3

Il-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti u t-trawwim tal-volontarjat f'pajjiżi terzi.

Għan operazzjonali Nru 4

Il-promozzjoni tal-viżibilità tal-valuri ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni.

Għan operazzjonali Nru 5

It-titjib tal-koerenza u l-konsistenza tal-volontarjat madwar l-Istati Membri sabiex jittejbu l-opportunitajiet għaċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex jipparteċipaw fl-attivitajiet u l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.

L-attività/ajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

23 02 04 – EU Aid Volunteers (Il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja).

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistenni(ja)

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi li lejhom hija diretta.

Il-proposta se:

- tistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (EU Aid Volunteers) bħala qafas għal kontribuzzjonijiet konġunti minn voluntiera Ewropej f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja;

- tkun immirata lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Unjoni biex tittratta l-kriżijiet umanitarji, tibni għarfien u esperjenza u tipprovdi viżibilità għall-valuri umanitarji tal-Unjoni u għas-solidarjetà mal-vittmi ta' diżastri naturali u kriżijiet maħluqa mill-bniedem f'pajjiżi terzi;

- taqdi l-bżonnijiet tal-komunitajiet vulnerabbli jew affettwati u tikkontribwixxi għall-bini tal-kapaċità f’pajjiżi terzi u r-reżiljenza għad-diżastri;

- taderixxi mal-prinċipji tal-umanità, in-nondiskriminazzjoni, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza tal-għajnuna umanitarja u għandha timmira li tikkontribwixxi għall-professjonalizzazzjoni tal-għoti tal-għajnuna umanitarja;

- tiżgura li s-sikurezza u s-sigurtà tal-EU Aid Volunteers ikunu prijorità;

- timmobilizza l-EU Aid Volunteers f'pajjiżi terzi filwaqt li tevita li jiġu maħnuqa l-impjiegi lokali u l-volontarjat lokali;

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

–          In-numru ta' EU Aid Volunteers mobilizzati jew lesti għall-mobilizzazzjoni;

–          L-għadd ta' nies milħuqa minn għajnuna umanitarja mogħtija mill-Unjoni;

–          In-numru ta' voluntiera mħarrġa u l-kwalità tat-taħriġ fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet bejn il-pari u l-livell ta' sodisfazzjon;

–          In-numru ta' organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati li japplikaw l-istandards għall-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni ta' EU Aid Volunteers;

–          In-numru u t-tip ta' azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità;

–          L-għadd ta' persunal u voluntiera minn pajjiżi terzi li jkunu qed jipparteċipaw f'azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità;

–          Il-livell tal-għarfien tal-EU Aid Volunteers dwar l-għajnuna umanitarja tal-UE;

–          Il-livell ta' għarfien dwar il-Korp Umanitarju Volontarju fost il-popolazzjoni fil-mira fl-Unjoni, il-komunitajiet tal-pajjiżi terzi li jipparteċipaw u li jibbenefikaw u atturi umanitarji oħrajn.

–          It-tixrid u r-replikazzjoni tal-istandards dwar il-ġestjoni ta' EU Aid Volunteers minn skemi ta' volontarjat oħra.

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien

It-Trattat ta' Lisbona jipprevedi fl-Artikolu 214.5 tiegħu:

li, ‘Sabiex jiġi stabbilit qafas għal kontribuzzjonijiet konġunti minn żgħażagħ Ewropej għall-azzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni, għandu jkun stabbilit Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja”. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu r-regoli u l-proċeduri għall-funzjonament ta' dan il-korp.’

Il-Komunikazzjoni ‘Kif iċ-ċittadini tal-UE jesprimu s-solidarjetà tagħhom permezz tal-volontarjat: L-ewwel riflessjonijiet ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja’, COM(2010)683.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati f’Mejju 2011

Dikjarazzjoni bil-miktub tal-PE f'Novembru 2011

1.5.2.     Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-valur miżjud tal-UE jiġi fil-forma ta':

(a) il-karattru Ewropew u tranżnazzjonali tal-EU Aid Volunteers li jgħaqqad flimkien ċittadini tal-Unjoni minn Stati Membri differenti għal kontribuzzjonijiet konġunti f’operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja;

(b) l-inkoraġġiment ta’ kooperazzjoni tranżnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja u partijiet involuti fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Korp;

(c) ftuħ tat-triq għall-ekonomiji tal-iskala u l-effetti permezz ta' komplementarjetajiet u sinerġiji ma’ programmi u politiki rilevanti oħra nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni;

(d) ftuħ tat-triq għal espressjoni tanġibbli tal-valuri Ewropej b’mod ġenerali u b’mod partikolari s-solidarjetà tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha man-nies li huma l-aktar vulnerabbli u fil-bżonn;

(e) kontribuzzjoni għat-tisħiħ taċ-ċittadinanza attiva tal-Unjoni Ewropea billi tingħata s-setgħa liċ-ċittadini tal-Unjoni ta' etajiet differenti u minn sfondi soċjali, edukattivi u professjonali differenti, sabiex jieħdu sehem f’attivitajiet ta' għajnuna umanitarja;

1.5.3.     Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

Dawn il-proposti jibnu fuq:

- l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-proġetti pilota ffinanzjati fil-qafas tas-sejħiet imnedija fl-2011 u fl-2012 rispettivament ‘Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja - Sejħa għall-proposti għal proġetti pilota’;

- analiżi dwar it-twaqqif ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja;

- Il-Komunikazzjoni ‘Kif iċ-ċittadini tal-UE jesprimu s-solidarjetà tagħhom permezz tal-volontarjat: L-ewwel riflessjonijiet ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja’ - COM(2010)683.

1.5.4.     Il-koerenza u s-sinerġija possibbli ma' strumenti rilevanti oħrajn

Konsistenza ma':

- It-Trattat, l-Artikolu 215.4;

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja;

- L-azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja taħt din id-Deċiżjoni ma għandhomx jirċievu assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-applikanti għall-assistenza finanzjarja taħt din id-Deċiżjoni u l-benefiċjarji ta' tali assistenza jipprovduha b'informazzjoni dwar l-assistenza finanzjarja li jirċievu minn sorsi oħra, inkluż il-baġit ġenerali tal-Unjoni, u dwar applikazzjonijiet għaddejjin biex jirċievu tali assistenza.

- Għandhom jiġu mfittxija sinerġiji u komplementarjetà ma’ strumenti oħra tal-Unjoni.

1.6.        Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

¨      Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien limitat

– ¨  Proposta/inizjattiva b’effett minn [ĠĠ/XX]SSSS sa [ĠĠ/XX]SSSS

– ¨  Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

X Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien mhux limitat

Dispożizzjonijiet finanzjarji ta' perjodu limitat:

L-allokazzjoni tal-baġit tkopri mill-1/1/2014 sal-31/12/2020

L-impatt finanzjarju mill-1/1/2014 sal-31/12/2020 (ħlasijiet sal-31/12/2023)

1.7.        Metodu/i ta' ġestjoni previst(i)[29]

X Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

X Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

– X  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[30]

– ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta' ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-Taqsima ‘Kummenti’.

Kummenti

Il-programm jista' jiġi implimentat kemm direttament mill-Kummissjoni (DĠ ECHO) permezz tal-metodu tal-ġestjoni ċentralizzata diretta, jew permezz ta’ aġenzija eżekuttiva (metodu tal-ġestjoni indiretta). Dawn iż-żewġ għażliet jibqgħu miftuħa u se tittieħed deċiżjoni fi żmien xieraq.

Il-EU Aid Volunteers għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta':

(a)        ċittadini u organizzazzjonijiet li jibagħtu mill-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali u pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fi programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet ta' Qafas u fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni rispettivi, jew arranġamenti simili;

(b)        ċittadini u organizzazzjonijiet li jibagħtu mill-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE;

(c)        ċittadini u organizzazzjonijiet li jibagħtu minn pajjiżi oħra Ewropej, suġġett għall-konklużjoni ta’ ftehimiet bilaterali ma’ dawk il-pajjiżi.

(d)        persunal minn organizzazzjonijiet intnernazzjonali li jissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 11(1).

2.         Din il-koperazzjoni għandha tkun imsejsa, fejn rilevanti, fuq approprjazzjonijiet supplementari mingħand dawk il-pajjiżi parteċipanti li għandhom isiru disponibbli skont proċeduri miftiehma ma’ dawk il-pajjiżi.

2.           MIŻURI TA' ĠESTJONI

2.1.        Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja għandhom jiġu mmonitorjati regolarment sabiex tkun segwita l-implimentazzjoni tagħhom, u evalwati regolarment permezz ta' evalwazzjoni esterna indipendenti biex jiġu vvalutati l-effiċjenza, l-effikaċja u l-impatti tagħhom fid-dawl tal-għanijiet tal-EU Aid Volunteers u l-valur miżjud tagħhom għall-UE. Din is-sorveljanza għandha tinkludi r-rapporti msemmija fl-Artikolu 25(5) u attivitajiet oħra fuq aspetti speċifiċi ta' dan ir-Regolament li jistgħu jitnedew fi kwalunkwe ħin matul l-implimentazzjoni tiegħu.

Fil-fażi ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsultazzjoni regolari mal-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-voluntiera, l-organizzazzjonijiet li jibagħtuhom u jospitawhom, l-organizzazzjonijiet umanitarji u ħaddiema fil-qasam. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jerġgħu jidħlu bħala informazzjoni fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.

Organizzazzjonijiet li jimmobilizzaw voluntiera f'operazzjonijiet barra l-Unjoni, għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom u jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti ta' monitoraġġ fuq bażi regolari.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a) rapport ta' evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul l-ewwel tliet snin tal-implimentazzjoni tiegħu, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017;

(b) Komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018;

(c) rapport ta' evalwazzjoni ex post mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021.

Il-konklużjonijiet tar-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati, jekk xieraq, minn proposti għal emenda ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha wkoll regolarment tgħarraf lis-SEAE u d-Delegazzjonijiet tal-UE dwar l-attivitajiet tal-EU Aid Volunteers .

2.2.        Sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat(i)

Il-programm jista’ jiġi implimentat kemm direttament mid-DĠ ECHO (ġestjoni ċentralizzata diretta) jew permezz ta' Aġenzija Eżekuttiva eżistenti (ġestjoni ċentrali indiretta), u se jinkludi l-għoti ta' għotjiet u kuntratti ta' servizzi.

Fiż-żewġ xenarji, ir-riskji li ġejjin ġew identifikati:

(a) Riskju rigward il-kapaċità ta' organizzazzjonijiet imsieħba (partikolarment Organizzazzjonijiet mhux Governattivi żgħar) sabiex jadattaw internament l-istrutturi organizzattivi tagħhom sabiex jirrispondu għall-obbligi kuntrattwali, finanzjarji u ta' prestazzjoni;

(b) Il-limitazzjonijiet tas-sigurtà u l-aċċess li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' attivitajiet f'reġjuni armati u/jew b'aċċess diffiċli, li jistgħu jpoġġu fil-periklu l-integrità tal-implimentaturi (il-voluntiera) u jkollhom impatt fuq il-possibilità li jinkisbu l-għanijiet operazzjonali;

(c) Riskju għar-reputazzjoni tal-Kummissjoni marbuta mar-riskju inerenti li jsir użu ħażin frawdolenti mill-fondi.

Jekk eventwalment tintgħażel l-għażla ta' aġenzija eżekuttiva, riskju addizzjonali jista’ jkun relatat ma':

(d) nuqqasijiet ta’ koordinazzjoni ma' aġenzija eżekuttiva minħabba n-nuqqas ta' definizzjoni ċara tal-limiti tar-responsabbiltajiet fil-ġestjoni u l-kontroll tal-kompiti delegati lill-aġenzija eżekuttiva.

Il-biċċa l-kbira ta' dawn ir-riskji huma mistennija li jitnaqqsu u, fi kwalunkwe każ, se jkunu dejjem soġġetti għal monitoraġġ mill-qrib. Pereżempju, se jiġu applikati miżuri ta' simplifikazzjoni, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju rivedut (pereżempju, l-użu estiż ta' somom f’daqqa u rati fissi).

Abbażi tar-rati identifikati tal-iżbalji fl-aħħar tliet snin, ir-rata potenzjali tal-iżbalji fil-każ tal-ġestjoni ċentralizzata diretta mid-DĠ ECHO probabbilment se tkun taħt it-2%.

F'dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni permezz ta' aġenzija eżekuttiva, jekk wieħed jassumi r-rata globali ta' żbalji ta' aġenzija (l-Aġenzija Eżekuttiva EACEA, pereżempju, ippreżentat fir-rapport annwali ta' attività tagħha tal-2011 rata ta' żbalji ta' 0.81%) il-livell ta' nuqqas ta' konformità huwa mistenni li jkun ta' anqas minn 2%.

2.2.2.     Metodu(i) ta' kontroll previst(i)

Kif inhu l-każ għall-ġestjoni ċentralizzata diretta, se tapplika l-istruttura ta' kontroll ġenerali tad-DĠ ECHO. Il-kontroll għalhekk se jiffoka fuq il-konformità u l-effikaċja ta' proċeduri amministrattivi, operazzjonali u finanzjarji stabbiliti u r-rispett tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Dawn se jaqgħu wkoll fl-ambitu tal-Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC) tad-DĠ ECHO.

Barra minn hekk, għotjiet u kuntratti mogħtija taħt l-istrument se jkunu suġġetti għal awditjar ex-post estern mis-Settur tal-Awditjar Estern tad-DĠ ECHO u għal valutazzjoni mis-sħab esterni. Bħas-soltu, l-azzjonijiet jistgħu jkunu suġġetti għal awditjar u investigazzjonijiet mis-Servizz tal-Awditjar Intern (SAI), il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF. Il-kost mistenni tal-kontroll tad-DĠ ECHO abbażi taċ-ċifri tal-2011 ivarja minn 2,7% għal 3,1%.

Fil-każ ta' implimentazzjoni permezz ta' aġenzija eżekuttiva, il-Kummissjoni se tapplika l-miżuri ta' kontroll meħtieġa għall-aġenziji eżekuttivi skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 dwar l-aġenziji eżekuttivi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tosserva u tikkontrolla li l-aġenzija eżekuttiva twettaq għanijiet xierqa ta' kontroll għall-azzjonijiet li se jiġu fdati taħt il-ġestjoni tagħha. Din is-sorveljanza se tkun integrata fit-termini ta' kooperazzjoni bejn id-DĠ li taqa’ taħtu u l-aġenzija eżekuttiva u fir-rapportar semestrali tal-aġenzija.

Il-karatteristiċi ewlenin tas-sistema tal-kontroll intern ta' aġenzija eżekuttiva (fuq il-bażi tal-EACEA) huma dawn li ġejjin:

(a) Ċirkwiti finanzjarji u segregazzjoni tad-dmirijiet;

(b) Il-kontroll ta' eliġibbiltà tal-kostijiet permezz ta' kontrolli ex ante (analiżi mill-uffiċċju, missjonijiet ta' monitoraġġ);

(c) Proċedura ta’ superviżjoni;

(d) Miżuri ta' simplifikazzjoni u armonizzazzjoni implimentati fi ħdan l-istess programm u bejn programmi differenti (qsim tal-aħjar prassi);

(e) Użu ta’ somom f’daqqa u rati fissi għal xi segmenti/azzjonijiet;

(f) Rappurtar tal-maniġment (mensili, trimestrali u annwali bħall-AAR);

(g) Kontroll ex ante ċentralizzat għall-akkwisti pubbliċi, sejħiet għall-proposti u ftehimiet ta’ għotja;

(h) Kapaċità tal-awditjar intern.

L-attivitajiet tal-Aġenzija Eżekuttiva huma suġġetti għal awditi u investigazzjonijiet mis-Servizz tal-Awditjar Intern (SAI), il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF.

Rigward il-kostijiet tal-kontrolli, l-estimu tagħhom huwa bbażat fuq l-esperjenza tal-passat tal-aġenzija eżekuttiva EACEA. Din tal-aħħar stmat il-kost tal-kontroll taż-żewġ programmi li għandhom jiġu implimentati fil-perjodu 2014-2020: skont iċ-ċifri ppreżentati fir-rapport ta' attività annwali tal-2011, il-kost stmat tal-kontrolli jammonta għal 2,8% u 2,9% tal-baġit totali taż-żewġ programmi. Meta wieħed japplika l-istess riżultati, il-kost stmat tal-kontroll tat-twaqqif tal-EU Aid Volunteers jvarja minn EUR 6,7M għal EUR 6,9M għall-perjodu 2014-2020.

Fir-rigward tad-DĠ ECHO, huwa stmat li l-kost tal-kontroll marbut mar-rwol tiegħu ta' DĠ konġuntament responsabbli għandu jkun ta' madwar EUR 210K, li jirrappreżentaw 0,1% tal-baġit totali. L-implimentazzjoni ta' dawn il-kontrolli, flimkien mal-effett probabbli tas-simplifikazzjonijiet il-ġodda tar-RF, jippermettu l-evitar ta' żbalji materjali (>2%).

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti.

L-ECHO se jfassal ulterjorment l-istrateġija ta' kontra l-frodi tiegħu skont l-istrateġija l-ġdida ta' kontra l-frodi tal-Kummissjoni (CAFS) adottata fl-24 ta' Ġunju 2011 sabiex jiżgura fost l-oħrajn li:

il-kontrolli interni relatati mal-ġlieda kontra l-frodi tal-ECHO ikunu totalment allinjati mas-CAFS;

L-approċċ tal-ġestjoni tar-riskju ta' frodi tad-DĠ ECHO ikun immirat sabiex jidentifika ż-żoni f’riskju ta' frodi u rispons adegwat;

L-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

Sabiex jiġu mitigati l-frodi u l-irregolaritajiet potenzjali, huma previsti l-miżuri li ġejjin.

- Il-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet potenzjali hija diġà meqjusa fl-arranġament tal-programm, permezz tas-simplifikazzjoni tar-regoli u użu usa’ ta' rati fissi u somom f’daqqa.

- Se jsiru kontroll sistematiku ta' finanzjament doppju potenzjali u identifikazzjoni tal-benefiċjarji ta' ħafna għotjiet.

- Se jkun implimentat awditjar ad hoc fejn ikun hemm tħassib serju f’termini ta' irregolaritajiet u/jew suspett ta' frodi.

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

· Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Fl-ordni skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Ewropa Globali || Diff./mhux diff. ([31]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[32] || mill-pajjiżi kandidati[33] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

4 || 23 02 04 Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja EU Aid Volunteers || Diff. || IVA || IVA || LE || IVA/LE

Il-parteċipazzjoni fl-EU Aid Volunteers ser tkun miftuħa għal pajjiżi Ewropej oħra suġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija taħt l-Artikolu 23.

3.2.        Estimu tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru || 4. EWROPA GLOBALI

DĠ: ECHO || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Snin sussegwenti || TOTAL 2014 sa 2020

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || ||

23 02 04 || Impenji || (1) || 21.200 || 23.800 || 27.600 || 32.700 || 37.900 || 44.500 || 51.400 || || 239.100

Pagamenti || (2) || 13.780 || 18.650 || 23.630 || 29.895 || 34.680 || 40.640 || 47.145 || 30.680 || 239.100

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[34] || || || || || || || || ||

|| || (3) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL ta' approprjazzjonijiet għad-DĠ ECHO || Impenji || =1+3 || 21.200 || 23.800 || 27.600 || 32.700 || 37.900 || 44.500 || 51.400 || || 239.100

Pagamenti || =2+3 || 13.780 || 18.650 || 23.630 || 29.895 || 34.680 || 40.640 || 47.145 || 30.680 || 239.100

Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 21.200 || 23.800 || 27.600 || 32.700 || 37.900 || 44.500 || 51.400 || || 239.100

Pagamenti || (5) || 13.780 || 18.650 || 23.630 || 29.895 || 34.680 || 40.640 || 47.145 || 30.680 || 239.100

Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 21.200 || 23.800 || 27.600 || 32.700 || 37.900 || 44.500 || 51.400 || || 239.100

Pagamenti || =5+ 6 || 13.780 || 18.650 || 23.630 || 29.895 || 34.680 || 40.640 || 47.145 || 30.680 || 239.100

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || "Infiq amministrattiv"

f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL 2014 - 2020

DĠ: ECHO ||

Ÿ Riżorsi umani || 1.146 || 1.146 || 1.146 || 1.146 || 1.274 || 1.274 || 1.593 || 8.725

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0.063 || 0.063 || 0.143 || 0.063 || 0.065 || 0.122 || 0.045 || 0.564

TOTAL DĠ ECHO || Approprjazzjonijiet || 1.209 || 1.209 || 1.289 || 1.209 || 1.339 || 1.396 || 1.683 || 9.289

TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Approprjazzjonijiet totali) || 1.209 || 1.209 || 1.289 || 1.209 || 1.339 || 1.396 || 1.683 || 9.289

f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Snin sussegwenti || TOTAL 2014 - 2020

TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Commitments || 22.409 || 25.009 || 28.889 || 33.909 || 39.239 || 45.896 || 53.083 || || 248.434

Payments || 14.989 || 19.859 || 24.919 || 31.104 || 36.019 || 42.036 || 48.828 || 30.680 || 248.434

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali

– X  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta' impenn f'EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs ò || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL 2014 - 2020

OUTPUTS

|| Tip ta' output[35] || L-ispiża medja tal-produzzjoni || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Numru totali ta' outputs || Spiża totali

GĦAN OPERAZZJONALI Nru 1 Żieda u titjib tal-kapaċità tal-Unjoni biex tipprovdi għajnuna umanitarja || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || Ir-Reġistru, Nru ta' apprendistati, Nru ta' voluntiera mobilizzati || 0.014 || 376 || 5.271 || 941 || 13.367 || 1130 || 15.976 || 1356 || 20.222 || 1560 || 22.867 || 1950 || 27.361 || 2291 || 32.074 || 9604 || 137.136

Total parzjali għall-għan operazzjonali Nru 1 || 376 || 5.271 || 941 || 13.367 || 1130 || 15.976 || 1356 || 20.222 || 1560 || 22.867 || 1950 || 27.361 || 2291 || 32.074 || 9604 || 137.136

Indika l-għanijiet u l-outputs ò || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL 2014 - 2020

OUTPUTS

|| Tip ta' output[36] || L-ispiża medja tal-output || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Numru totali ta' outputs || Spiża totali

GĦAN OPERAZZJONALI Nru 2 It-titjib tal-kapaċitajiet u l-kompetenzi tal-voluntiera fil-qasam tal-għajnuna umanitarja u l-kundizzjonijiet li fihom qed jaħdmu || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || Taħriġ tal-voluntiera, żvilupp ta' standards || 0.0075 || 938 || 7.034 || 711 || 5.330 || 837 || 6.280 || 863 || 6.476 || 1193 || 8.946 || 1535 || 11.511 || 1600 || 12.000 || 7677 || 57.576

Total parzjali għall-għan operazzjonali Nru 2 || 938 || 7.034 || 711 || 5.330 || 837 || 6.280 || 863 || 6.476 || 1193 || 8.946 || 1535 || 11.511 || 1600 || 12.000 || 7677 || 57.576

GĦAN OPERAZZJONALI Nru 3 Il-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti u t-trawwim tal-volontarjat f'pajjiżi terzi || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || Nru ta' maniġers tal-voluntiera /voluntiera lokali / ħarreġ lil min iħarreġ/numru ta' parteċipanti seminars/ || 0.00471 || 1418 || 6.681 || 785 || 3.700 || 857 || 4.038 || 901 || 4.244 || 1037 || 4.886 || 849 || 3.999 || 1263 || 6.000 || 7110 || 33.549

Total parzjali għall-għan operazzjonali Nru 3 || 1418 || 6.681 || 785 || 3.700 || 857 || 4.038 || 901 || 4.244 || 1037 || 4.886 || 849 || 3.999 || 1263 || 6.000 || 7110 || 33.549

Indika l-għanijiet u l-outputs ò || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL 2014 - 2020 ||

OUTPUTS ||

|| Tip ta' output[37] || L-ispiża medja tal-output || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Nru ta' outputs || Spiża || Numru totali ta' outputs || Spiża totali ||

|| GĦAN OPERAZZJONALI Nru 4 Li tiġi promossa l-viżibbiltà tal-valuri tal-għajnuna umanitarja tal-Unjoni || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| - Output || L-iżvilupp ta' Netwerk tal-EU Aid Volunteers ; konferenzi, komunikazzjoni, viżibilità; numru ta' karigi ta' voluntiera onlajn || 0,00081 || 300 || 1.737 || 700 || 0.940 || 1300 || 0.769 || 1700 || 1.395 || 2000 || 0.769 || 2000 || 1.053 || 2000 || 0.826 || 10000 || 7.488

|| Total parzjali għall-għan operazzjonali Nru 4 || 300 || 1.737 || 700 || 0.940 || 1300 || 0.769 || 1700 || 1.395 || 2000 || 0.769 || 2000 || 1.053 || 2000 || 0.826 || 10000 || 7.488

|| GĦAN OPERAZZJONALI Nru 5 It-titjib tal-koerenza u l-konsistenza tal-volontarjat fost l-Istati Membri sabiex jittejbu l-opportunitajiet għaċ-ċittadini tal-Unjoni li jipparteċipaw f'attivitajiet u operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| - Output || L-iżvilupp ta' standards, reviżjoni, mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni || || || 0.477 || || 0.464 || || 0.538 || || 0.364 || || 0.433 || || 0.575 || || 0.500 || || 3.351

|| Total parzjali għall-għan operazzjonali Nru 5 || || 0.477 || || 0.464 || || 0.538 || || 0.364 || || 0.433 || || 0.575 || || 0.500 || || 3.351

|| KOST TOTALI || 3032 || 21.200 || 3137 || 23.800 || 4124 || 27.600 || 4820 || 32.700 || 5790 || 37.900 || 6334 || 44.500 || 7154 || 51.400 || 34391 || 239.100

3.2.3.     Estimu tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' approprjazzjonijiet amministrattivi

– X  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 1.146 || 1.146 || 1.146 || 1.146 || 1.274 || 1.274 || 1.593 || 8.725

Nefqa amministrattiva oħra || 0.063 || 0.06.3 || 0.143 || 0.063 || 0.065 || 0.122 || 0.045 || 0.564

Total Parzjali INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 1.209 || 1.209 || 1.289 || 1.209 || 1.339 || 1.396 || 1.683 || 9.289

Barra mill-INTESTATURA 5[38] tal-qafas finanzjarju pluriennali || NA || NA || NA || NA || NA || NA || NA || NA

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || || || || ||

Total parzjali Barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || NA || NA || NA || NA || NA || NA || NA || NA

TOTAL || 1.209 || 1.209 || 1.289 || 1.209 || 1.339 || 1.396 || 1.683 || 9.289

Iċ-ċifri ta’ hawn fuq se jiġu aġġustati skont ir-riżultati tal-proċess imbassar tal-esternalizzazzjoni.

3.2.3.2.  Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' riżorsi umani

– X  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat iktar ’l isfel:

L-estimu għandu jiġi espress f’ammonti sħaħ (jew sa mhux iktar minn ċifra waħda wara l-punt deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

Ÿ Il-karigi fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 7

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f'unitajiet Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[39]

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-‘pakkett globali’) || 6 || 6 || 6 || 6 || 8 || 8 || 11

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 04 yy[40] || - fil-Kwartieri Ġenerali[41] || || || || || || ||

- fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) || || || || || || ||

Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || || || || || ||

TOTAL || 12 || 12 || 12 || 12 || 14 || 14 || 18

23 huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jagħmel tajjeb għalihom persunal mid-DĠ li huwa diġà assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew li ġie riallokat fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ allokoazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Iċ-ċifri ta’ hawn fuq se jiġu aġġustati skont ir-riżultati tal-proċess imbassar tal-esternalizzazzjoni.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || L-Iżvilupp tal-Politika u l-kunċetti. Atti u miżuri ta’ implimentazzjoni.

Persunal estern || Ġestjoni ta' ftehimiet dwar l-għotjiet u kuntratti; implimentazzjoni u segwitu tal-ħidma politika; appoġġ amministrattiv.

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– X  Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 skont il-Komunikazzjoni ‘Baġit għall-Ewropa 2020’ (COM(2011)500 final).

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi r-riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’riprogrammazzjoni tkun meħtieġa, billi tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti li jikkorrispondu magħhom.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teżiġi l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[42].

Spjega x’inhu mitlub, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti li jikkorrispondu magħhom.

[…]

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

– Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal is-snin kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) || Totali

Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

Il-proposta tipprovdi għal kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi mill-pajjiżi tal-EFTA li huma membri taż-ŻEE, il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn strateġija ta' qabel l-adeżjoni u minn pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

3.3.        Estimu tal-impatt fuq id-dħul

– Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨         fuq ir-riżorsi proprji

¨         fuq id-dħul mixxellanju

f’miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Linja tal-baġit tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva[43]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal il-kolonni kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ….…………. || || || || || || || ||

Għal dħul assenjat mixxellanju, speċifika l-linja(i) tal-baġit tan-nefqa affettwata(i).

[…]

Speċifika l-metodu tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[…]

[1]               Ewrobarometru Standard 73/2010, Ewrobarometru speċjali 343/2010 u Ewrobarometru Speċjali 384/2012.

[2]               COM(2010) 683.

[3]               Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja mill-25 ta' Mejju 2011.

[4]               Dikjarazzjoni bil-miktub 25/2011 tal-Parlament Ewropew mid-9 ta’ Mejju 2011.

[5]               Fl-2010 fi Brussell u fl-2011 f'Budapest – fejn aktar minn 150 organizzazzjoni interessata pparteċipaw b’mod attiv.

[6]               COHAFA.

[7]               SG, SJ, DĠ BUDG, DĠ DEVCO, FPIS, is-SEAE, DĠ EAC, EACEA, DĠ EMPL, DĠ ELARG.

[8]               Żewġ seminars dwar il-kapitalizzazzjoni ġew organizzati f’Diċembru 2011 u Ġunju 2012 fi Brussell b'aktar minn 70 parteċipant.

[9]               ĠU C 25, 2008, p. 1.

[10]             ĠU L 11, 2003, p. 1.

[11]             COM(2011) 681 final.

[12]             Stabbilit bid-Deċiżjoni X/XX dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

[13]             COM(2011) 500 final.

[14]             ĠU C 25, 2008, p. 1.

[15]             Għadha mhix ippubblikata.

[16]             Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010) 683 "Kif iċ-ċittadini tal-UE jesprimu s-solidarjetà tagħhom permezz tal-volontarjat: L-ewwel riflessjonijiet ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja’, (ĠU C 121/59, 2011).

[17]             Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ‘Strateġija rinnovata tal-UE 2011-14 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva’ COM(2011) 681 final (ĠU C 37, 2012, p.24).

[18]             Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2011) 933 (ĠU C 102, 2012, p.35)

[19]             Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2011) 568 'il-Politiki tal-UE u l-Volontarjat: Ir-Rikonoxximent u l-Promozzjoni fl-UE tal-Ħidmiet Volontarji Transkonfinali' (ĠU C 335, 2011, p.19),

[20]             Għadu mhux ippubblikat.

[21]             ĠU L 312, 1995, p.1.

[22]             ĠU L 292, 1996, p.2.

[23]             ĠU L 136, 1999, p.1.

[24]             ĠU L 55, 2011, p.13.

[25]             ĠU L 8, 2001, p.1.

[26]             ĠU L 281, 1995, p.31.

[27]             ABM: Ġestjoni Abbażi tal-Attivitajiet – ABB: Ibbaġittjar Abbażi tal-Attivitajiet.

[28]             Kif inhu msemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[29]             Dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit elettroniku BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[30]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[31]             Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux Differenzjati

[32]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[33]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[34]             L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet tal-UE (linji eks ‘BA’), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[35]             L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu fornuti (pereżempju, in-numru ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, in-numru ta' km ta' toroq mibnija, eċċ).

[36]             L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu fornuti (pereżempju, in-numru ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, in-numru ta' km ta' toroq mibnija, eċċ).

[37]             L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu fornuti (pereżempju, in-numru ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, in-numru ta' km ta' toroq mibnija, eċċ).

[38]             L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet tal-UE (linji ‘BA’ preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[39]             CA= Aġent b’kuntratt; INT= persunal tal-aġenzija (‘Intérimaire’); JED= ‘Jeune Expert en Délégation’ (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat;

[40]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (eks linji ‘BA’).

[41]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[42]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[43]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-kostijiet tal-ġbir.