52012DC0669

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EWROPEW EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Reviżjoni tal-Edukazzjoni:Ninvestu fil-ħiliet għal eżiti soċjoekonomiċi aħjar /* COM/2012/0669 final */


1.           edukazzjoni u ħiliet – ass strateġiku ewlieni għat-tkabbir

L-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ għall-iżvilupp tal-ħiliet huma essenzjali sabiex jitkattru t-tkabbir u l-kompetittività: il-ħiliet jiddeterminaw il-kapaċità tal-Ewropa sabiex tiżdied il-produttività. Fil-futur imbiegħed, il-ħiliet jistgħu jakkawżaw innovazzjoni u tkabbir, imexxu l-produzzjoni ‘l fuq fil-katina tal-valur, jistimulaw il-konċentrazzjoni ta’ ħiliet fuq livell ogħla fl-UE u jiffurmaw is-suq futur tax-xogħol. Tul l-aħħar deċenju, ż-żieda massiva fil-fornitura globali ta’ persuni b’ħiliet għolja toħloq sfida għall-Ewropa. Iż-żmien meta l-kompetizzjoni ġiet prinċiparjament minn pajjiżi li setgħu joffru biss ħiliet ta’ xogħol baxxi ġie fi tmiemu. Il-kwalità tal-edukazzjoni u l-fornitura ta’ ħiliet żdiedet globalment u l-Ewropa jeħtieġ li tirrispondi

L-edukazzjoni Ewropea u s-sistema ta’ taħriġ għadhom wisq ‘il bogħod milli jipprovdu l-ħiliet addattati għall-impjegabilità, u mhumiex qegħdin jaħdmu b’mod adekwat man-negozji jew mal-ħaddiema sabiex iġibu l-esperjenzi tat-tagħlim eqreb tar-realtà tal-ambjent tax-xogħol Dawn in-nuqqasijiet fil-ħiliet huma ta’ tħassib kbir għall-kompetittività tal-industrija Ewropea[1].

Minkejja l-progress matul dawn l-aħħar ħames snin fil-persentaġġi ta’ dawk kwalifikati minn edukazzjoni ogħla, hemm bżonn ta’ sforzi sostnuti sabiex tintlaħaq il-mira ta’ 40 % taż-żagħżagħ li jkompli fl-edukazzjoni ogħla.

Minkejja t-titjib tal-effikaċja f’dawn l-aħħar ħames snin, it-tluq bikri mill-iskola jibqa’ wieħed ta’ livelli inaċċettabli f’ħafna Stati Membri, bħalma huma Spanja b’26,5 % u l-Portugall bi 23,2 %. L-azzjoni mmirata tibqa’ neċessarja biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola permezz ta’ strateġiji komprensivi, b’mira, bbażata fuq evidenza hekk kif imsejjħa fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li ġiet adottata dan l-aħħar.

Tibqa’ teżisti evidenza sinifikanti ta’ nuqqas ta' riżultati f’żoni oħrajn: miljun adult għandhom biss livell baxx ta' edukazzjoni; kważi 20 % taż-żagħżagħ ta’ 15-il sena għandhom nuqqas ta’ kapaċità fil-qari; u l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni tul il-ħajja hija biss ta’ 8,9 %.

Sas-sena 2020, 20 % aktar impjiegi se jirrikjedu ħiliet ta’ livell ogħla. Hemm bżonn li l-edukazzjoni titqawwa kemm fl-istandards kif ukoll fil-livelli tal-għanijiet biex jaqblu ma’ din id-domanda kif ukoll tinkoraġġixxi l-ħiliet trasversali li jinħtieġu sabiex jassiguraw li ż-żagħżagħ kapaċi jkunu imprenditorjali u jadattaw għat-tibdil li b’mod inevitabbli qed jiżdied fis-suq tax-xogħol matul il-karriera tagħhom.

Il- missjoni ġenerali tal-edukazzjoni u tat-taħriġ tinkorpora objettivi bħalma huma ċ-ċittadinanza attiva, l-iżvilupp personali u l-benesseri. Filwaqt li dawn jimxu id f’id mal-ħtieġa biex jittejbu l-ħiliet għall-impjegabilità, fl-isfond ta’ tkabbir ekonomiku kajman u forza ta’ xogħol li qed tiċkien minħabba tixjiħ demografiku, l-aktar sfidi urġenti għall-Istati Membri huma li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-ekonomija u li jiffukaw fuq soluzzjonijiet sabiex jittrattaw żieda mgħaġġla ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ. F’din il-kommunikazzjoni, l-enfasi qiegħda titpoġġa fuq il-wasla tal-ħiliet addattati għall-impjegabilità, biż-żieda fl-effiċjenza u l-inklussività fl-edukazzjoni tagħna u fl-instituzzjonijiet ta’ taħriġ u bil-ħidma kollaborattiva ma’ persuni interessati relevanti.

Il-kamp u r-ritmu tar-riformi għandu jgħola sabiex il-ħiliet ta’ kwalità għolja jkunu jistgħu jappoġġjaw kemm lit-tkabbir kif ukoll lill-impjieg. Il-Kummissjoni hawn tidentifika numru limitat ta’ prijoritajiet strateġiċi li għandhom jiġu indirizzati mill-Istati Membri, flimkien ma’ azzjonijiet ġodda tal-UE biex tieħu vantaġġ mill-isforzi nazzjonali. Il-prijoritajiet jirriflettu r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi tal-Pajjiż[2]li l-Kummissjoni għamlet lil numru ta’ Stati Membri u jappoġġjaw l-Istħarriġ Annwali ta’ Tkabbir għall-2012[3]Fost dawn, qed tingħata attenzjoni partikolari għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ. Din il-Kommunikazzjoni tkopri erba’ oqsma essenzjali sabiex tiġi indirizzata din il-kwistjoni u fejn l-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi.

• L-iżvilupp ta’ edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ ta’ livell dinji sabiex tgħola l-kwalità tal-ħiliet vokazzjonali

• Il-promozzjoni ta’ tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol tinkludi il-kwalità għall-iskemi ta' taħriġ, l-apprentistat u l-mudelli doppji ta’ tagħlim biex jgħinu fit-tranżizzjoni mit-tagħlim għax-xogħol

• Il-promozzjoni ta’ sħubija bejn l-instituzzjonijiet pubbliċi u privati (sabiex jassiguraw kurrikulu xieraq u provvediment ta’ ħiliet)

• Il-promozzjoni ta’ mobiltà permezz tal-programm propost Erasmus għal Kulħadd[4]

Dawn il-kwistjonijiet huma ta’ rilevanza diretta għall-pakkett dwar l-Impjieg taż-Żagħżagħ għandhom jitressqu mill-Kummissjoni qabel l-aħħar tal-2012. Il-Pakkett taż-Żagħżagħ se jipproponi għodda ġdida sabiex tindirizza l-qgħad fost iż-żagħżagħ u jiffaċilita t-transizzjonijiet tax-xogħol.

Sabiex tissejjes il-gwida provduta hawn, din il-Kommunikazzjoni hija akkumpanjata minn: dokumenti tal-pajjjiżi li jagħtu sintesi tal-performanza u r-riforma politika tal-Istati Membri fl-oqsma ewlenin koperti mill-Komunikazzjoni; l-ewwel edizzjoni tal-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ,li jagħti stampa tal-fornitura tal-ħiliet attwali u tal-progress lejn il-miri ewlenija tal-Ewropa tal-2020; U ħames Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal oħrajn, li jivvalorizzaw l-evidenza tal-politika u prattika tajba.

2.           sfidi fl-istati membri li se jkunu indirizzati fis-Semestru Ewropew

2.1.        It-tisħiħ tal-ħiliet għas-seklu 21

Il-ħiliet trasversali u basiċi

L-isforzi jridu jikkonċentraw fuq l-iżvilupp ta’ ħiliet trasversali…

Ekonomiji moderni, bbażati fuq l-għerf jeħtieġu nies b’ħiliet ogħla u aktar relevanti. Il-previżjonijiet tas-CEDEFOP ibassru li l-proporzjon tal-impjiegi fl-UE li jirrikjedu kwalifiki fuq livell terzjarju se jiżdied minn 29 % fl-2010 għal 34 % fl-2020, filwaqt li l-proporzjon ta’ impjiegi b’ħiliet baxxi se jaqa’ fl-istess perjodu minn 23 % għal 18 %. Il-ħiliet trasversali bħalma huma l-abbiltà biex taħseb b’mod kritiku, li tieħu inizzjattiva, li ssolvi l-problemi u taħdem b’kollaborazzjoni se jippreparaw lill-individwi għal varjetà ta’ rotot li ma jistgħux jitbassru tal-karrieri tal-lum.

…ħiliet intraprenditorjali partikolari…

L-attenzjoni għandha tiffoka b’mod partikolari fuq l-iżvilupp tal-ħiliet intraprenditorjali [5]għax dawn mhux biss jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ negozju ġdid imma wkoll għall-impjegabbiltà taż-żagħżagħ. Madankollu, fuq livell nazzjonali sitt Stati Membri biss għandhom strateġija speċifika għall-edukazzjoni tal-intraprenditorija[6]. Biex tindirizza dan, fl-2013 il-Kummissjoni se tippubblika gwida ta’ politika sabiex tappoġġja t-titjib fil-kwalità u prevalenza tal-edukazzjoni tal-intraprenditorija madwar l-UE. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw ħiliet intraprenditorjali permezz ta’ modi ġodda u kreattivi ta’ tagħlim mogħti u dak miksub mill-iskola primarja ’l quddiem, minbarra li jiffokaw minn edukazzjoni sekondarja għal dik ogħla dwar l-opportunità tal-ħolqien tan-negozju bħala destinazzjoni għal karriera. L-esperjenza fid-dinja reali, permezz ta’ tagħlim ibbażat fuq il-problemi u r-rabtiet mal-intrapriża, għandhom ikunu inkorporati fid-dixxiplini kollha u mfassla fuq il-livelli kollha tal-edukazzjoni. Iż-żagħżagħ kollha għandhom minn tal-anqas jibbenifikaw minn esperjenza intraprenditorjali prattika waħda qabel ma jħallu l-edukazzjoni obbligatorja. Huwa important li jitqies l-impatt ta’ din il-ħidma, u sabiex tappoġġja lill-Istati Membri, il-Kummissjoni se tidentifika għodda sabiex tevalwa l-progress u turi l-kisba tal-ħiliet intraprenditorjali. Fil-livell tal-instituzzjoni individwali, il-progress se jissaħħaħ b’qafas ta’ awtovalutazzjoni, li jitwettaq b’mod konġunt mal-OECD, sabiex jiggwida u javvanza fl-iżvilupp tal-instituzzjonijiet tal-edukazzjoni intraprenditorjali fil-livelli kollha nklużi l-iskejjel u l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ (ETV).

...filwaqt li d-domanda għal ħiliet regatati ma’ STEM għadha għolja

Is-suġġetti xjentifiċi huma importanti wkoll. Id-domanda għall-forza tax-xogħol kwalifikata fit-teknoloġija u fis-setturi intensivi tar-riċerka hija u se tibqa’ f’livell għoli, b’impatt fuq id-domanda ta’ ħiliet relatai max-xjenza, mat-teknoloġija, mal-inġenerija u mal-matematika (STEM). Wasal iż-żmien li jsir kull sforz sabiex jenfasizza l-iSTEM bħala żona prijoritarja tal-edukazzjoni, u jiżdied l-impenn fil-livelli kollha. Minkejja li l-isfida wiesgħa huma magħrufin sew, bħalma hi l-ħtieġa sabiex tagħmlu aktar attraenti għan-nisa, bħalissa huwa importanti wkoll li jiżdied il-fehim tat-triq tal-karriera segwita mill-gradwati tal-iSTEM

…imma l-ewwel pass għandu jkun dak li l-ħiliet ta’ bażi jew bażiċi jinkisbu minn kulħadd…

Il-ħiliet bażiċi tal-kitba, tal-għadd, tal-matematika u tax-xjenza huma l-pedament fundamentali għal aktar tagħlim kif jidher fl-akkumpanjament tal-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2012, u huma t-triq li twassal għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali. Dawn il-ħiliet qegħdin xorta waħda jerġgħu jiġu ddefiniti mir-revoluzzjoni diġitali li għadha għaddejja, peress li l-forom ġodda ta’ qari u kitba u d-diversità ta’ sorsi ta’ informazzjoni qegħdin jibdlu n-natura tagħhom.

Madwar l-UE, r-riformi għandhom kurrikulu simplifikat. Dawn introduċew testijiet nazzjonali standardizzati; stabbilixxew infrastruttura taċ-ċentri tal-kitba, tal-matematika u tax-xjenza; ħolqu netwerks tal-għalliema u żvilupp professjonali kontinwu; u tiżdied l-azzjoni sabiex itejbu l-litteriżmu diġitali u tal-mezzi tax-xandir. Madankollu,tibqa’ teżisti l-prestazzjoni u li tindirizza l-għanijiet baxxi issa huwa urġenti. Il-proporzjon ta' żagħżagħ ta’ 15-il sena fl-Ewropa li għadhom ma akkwistawx il-ħiliet bażiċi huwa ta’ bejn wieħed u ieħor 20 %, filwaqt li ħames pajjiżi għandhom ‘il fuq minn 25 % ta’ studenti b’kapaċità baxxa fil-qari. L-Istati Membri jridu jintroduċu riformi sistematiċi ġodda sabiex isaħħu l-iskrining bikri u l-interventi għad-diffikultajiet fit-tagħlim u sabiex jissostitwixxu r-repetizzjoni jew tal-gruppi skont l-abbiltajiet b’sosten akbar fit-tagħlim.

Dawn l-isforzi fi ħdan l-iskejjel obbligatorji jridu jkunu ppreċeduti minn edukazzjoni bikrija tat-tfulija u attenzjoni bi kwalità għolja u affordabbli. Dawn għandhom jiġu kkumplimentati bi programmi tal-familja dwar il-kitba u l-għadd kif ukoll programme ta’ ħiliet bażiċi tal-adulti ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari permezz ta’ tagħlim fuq ix-xogħol. L-isforzi huma neċċessarji sabiex jiżdied il-livell ta’ parteċipazzjoni li bħalissa huwa baxx ħafna fit-tagħlim tal-adulti f’ħafna mill-Istati Membri[7], u hemm bżonn ta’ politika fuq bażi ta’ evidenza bbażata fuq ir-riżultati dwar l-istħarriġ tal-PIAAC[8]. Il-parteċipazzjoni medja tal-adulti fl-edukazzjoni tul il-ħajja fl-UE hija dik ta' 8.9 %. F’sebgħa Stati Membri l-parteċipazzjoni tal-adulti hija waħda baxxa ta’ 5 % jew inqas.

…filwaqt li t-tagħlim tal-lingwa huwa importanti għall-impjieg u jeħtieġ attenzjoni partikolar

F’dinja ta’ skambji internazzjonali, l-abbiltà li titkellem lingwi barranin huwa fattur għall-kompetittività. Il-lingwi huma aktar u aktar importanti sabiex jiżdiedu l-livelli ta’ impjegabilità[9] u mobilità taż-żagħżagħ, u ħiliet dgħajjfin tal-lingwa huma xkiel ewlieni għaċ-ċaqlieq liberu tal-ħaddiema. Fir-rigward tan-negozji, dawn jirrikjedu l-ħiliet tal-lingwa meħtieġa sabiex jiffunzjonaw fis-suq globali.

Kif imniżżel fl-akkumpanjament tad-Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal dwar il-Lingwi, l-ewwel Stħarriġ Ewropew dwar il-Kompetenza fil-Lingwi[10] juri li, minkejja l-investiment f’ħafna pajjiżi, is-sistemi edukattivi f'numru ta' Stati Membri xorta għadhom mhux effiċjenti biżżejjed[11] biex ilaħqu ma’ dawn l-isfidi. Fi Franza 14 % biss tal-istudenti laħqu l-livell ta’ utent indipendenti ta’ lingwa barranija fl-aħħar tal-edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell, u fir-Renju Unit dan kien biss ta’ 9 %. Hemm bżonn ta’ riforma aktar mgħaġġla mill-Istati Membri, li tibbaża fuq metodoloġiji u teknologiji ġodda sabiex jgħallmu kemm l-ewwel kif ukoll it-tieni lingwa barranija, b’għan li tintlaħaq il-mira mfissra mill-Kapijiet tal-Istati bħala 'il-lingwa materna u tnejn'[12].

Ħiliet Vokazzjonali

Iż-żieda fil-kwalità tal-ħiliet vokazzjonali tirrikjedi l-iżvilupp tas-sistemi ta’ eċċellenza ETV...

Iż-żieda tal-ħiliet bażiċi u trasversali weħidhom mhux se jkunu biżżejjed sabiex jiġġeneraw it-tkabbir u l-kompetittività, u għad hemm wisq distanza bejn l-ambjent tal-edukazzjoni u l-post tax-xogħol. L-investiment immirat lejn l-ETV, b’mod partikolari t-taħriġ inizjali u kontinwu, huwa vitali għall-innovazzjoni, t-tkabbir u l-kompetittività. Il-valur tal-ETV, u b’mod notevoli s-sistemi ta’ taħriġ doppju, fil-faċilitar tal-impjieg taż-żagħżagħ huwa llum l-ġurnata rikonoxxut b’mod qawwi.

Xi pajjiżi Ewropej diġa’ għandhom sistemi eċċezzjonali tal-ETV (il-Ġermanja, l-Awstrija, d-Danimarka u l-Olanda) b’mekkaniżmi inkorporati sabiex jadattaw għall-ħtieġa tal-ħiliet kurrenti u future u b’hekk it-taħriġ huwa mmexxi aktar skont id-domanda. Dawn jirrapportaw inqas problemi relatati ma’ nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u juru rati aħjar ta’ impjiegi għaż-żagħżagħ, u f’dawn il-pajjiżi l-edukazzjoni tal-ETV hija karatteriżżata minn sistemi doppji li għandhom proporzjon għoli ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol. Ħafna oħrajn, tipikament fl-Ewropa tan-Nofsinhar, għadhom lura f’dak li għandu x’jaqsam ma’ parteċipazzjoni, kwalità, eżiti u attrattività Figura nru. 1 turi d-disparità bejn il-pajjiżi li għandhom persentaġġ u huma involuti fl-ETV u l-edukazzjoni ġenerali fil-livell secondarju għoli. Dawn id-differenzi huma minħabba t-tradizzjonijiet u l-perċezzjonijiet soċjo-kulturali, d-diversi strutturi ta’ sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u tal-ekonomija u s-suq tax-xogħol,ir-riformi meħuda, dwar kemm huma involuti l-imsieħba soċjali kif ukoll il-prospetti tal-impjiegi tal-gradwati tal-ETV, u l-preferenzi tal-individwi.

Figura nru. 1 – Distribuzzjoni ta’ studenti tas-sekondarja għolja (ISCED 3) bl-orjentazzjoni tal-programm (ġenerali jew vokazzjonali). %. (2010)

 Sors: Bażi tad-data tal-Eurostat[13], ġbir ta' data UOE

It-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol u b’mod notevoli l-apprentistat u mudelli doppja oħrajn jgħinu sabiex jiffaċilitaw t-transizzjoni mit-tagħlim għax-xogħol. Dawn jirrikjedu qafas regolatorju ċar, rwoli definiti għall-parteċipanti differenti u jridu jagħmlu parti integrali mas-sistema edukattiva kollha. L-approċċ li jsejjes is-sistema doppja – edukazzjoni bbażati f'klassi waħda fejn oħra b'esperjenza prattika fil-post tax-xogħol - għandu rwol potenzjali importanti x'jilgħab fil-livell terzjarju.

Sabiex wieħed jakkwista eċċellenza fl-ETV, il-kurrikulu jrid jkun sistematikament imġedded, it-trasferiment għandu jkun kostantement modernizzat u n-negozji, b’mod speċjali l-SMEs, iridu jinvolvu ruħhom b’mod attiv; kif imniżżel fid-Dokument tal-Ħidma tal-Persunal mehmuż. L-ETV għandha tkun tista' tirreaġixxi għad-domanda għall-ħiliet vokazzjonali avvanzat, magħmul għall-kuntest ekonomiku reġjonali. Għandha wkoll bżonn tiftaħ il-bibien għal dawk li jridu aċċess għall-edukazzjoni ogħla, kif ukoll għall-individwi li għandhom bżonn jerġgħu jidħlu fit-tagħlim sabiex jaġġornaw il-ħiliet tagħhom.

…li jista’ jikkontribwixxi bil-kbir fit-tnaqqis min-nuqqas ta' kapaċitajiet

Is-sistemi tal-ETV jistgħu u jrid ikollhom rwol ewlieni fl-indirizzar tan-nuqqas ta’ kapaċitajiet b’mod speċjali għas-setturi b'potenzjal għat-tkabbir bħalma huma l-ICT, is-saħħa u l-kura, t-teknoloġija b'emissjoni baxxa ta' karbonju, s-servizzi personalizzati, is-servizzi tan-negozju, l-ekonomija marittima[14] u s-setturi ambjentali, jew dawk li għaddejjin minn trasformazzjoni kbira jeħtieġ li jkollhom forza tax-xogħol b’ħiliet aħjar. Investiment immirat fl-ETV sabiex jindirizza n-nuqqas ta’ kapaċitajiet jista’ jsostni t-tkabbir f’dawn is-setturi. Dawn is-setturi għandhom ukoll ikunu mħeġġa sabiex jagħmlu użu mill-għodda Ewropej għall-kwalifiki eżitenti (il-QEK), għall-kreditu (l-ECVET) u l-assigurazzjoni tal-kwalità (l-EQAVET) sabiex jiffaċilitaw il-mobilità ta’ ħaddiema b'ħiliet speċjalizzati  

…permezz ta’ livell ogħla ta’ koperazzjoni fil-livell Ewropew

It-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol bħalma huma l-approċċi doppji, għandu jkun il-pilastru ċentrali tas-sistemi tal-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ madwar l-Ewropa, bl-għan li jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ, jiffaċilita t-transizzjoni mit-tagħlim għall-qgħad u jirrispondi għall-ħtieġa ta’ ħiliet ta’ suq tax-xogħol. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, il-laqgħa li se ssir f’Berlin bejn il-Ministri tal-Edukazzjoni tal-UE f’Diċembru 2012 se tkun l-ewwel pass lejn livelli ġodda ta’ koperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ. Il-Ministri se jiffirmaw memorandum b’enfażi lejn l-ambizzjonijiet tagħhom għall-ETV madwar l-Ewropa: iridu jitjiebu l-attraenza u l-kwalità tal-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ; it-toroq li jwasslu għat-tagħlim iridu jilħqu livelli ogħla ta’ edukazzjoni; l-imsieħba socjali u partijiet oħra relevanti interessati jridu jkunu nvoluti b’mod attiv fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni; u għandha tiġi introdotta żieda fil-miżuri ta’ mobilità. Sabiex jingħata sosten lil din il-koperazzjoni, il-Kummissjonu se tistabbilixxi livell ġdid ta’ Alliance for Apprenticeships tal-UE sabiex tressaq il-viżjoni 'l quddiem, billi tgħaqqad flimkien lill-Istati Membri u firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati sabiex jitgħallmu mingħand xulxin u jieħdu azzjoni fuq livell nazzjonali.

2.2.        L-istimular miftuħ u t-tagħlim flessibli

Titjib fir-riżultati tat-tagħlim, valutazzjoni u rikonoxximent

L-għanijiet għandhom ikunu immexxija mir-riżultati tat-tagħlim…

L-edukazzjoni u t-taħriġ jistgħu jikkontribwixxu biss għat-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol jekk it-tagħlim jiffoka fuq it-tagħrif, il-ħiliet u l-kompetenzi li jakkwistaw l-istudenti (ir-riżultati tat-tagħlim) permezz tal-proċess ta’ tagħlim, milli fuq li jiħi komplu stadju speċifiku jew fuq il-ħin imqatta' l-iskola.

Filwaqt li l-approċċ tar-riżultati tat-tagħlim huwa diġa’ l-bażi tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki u l-qafas nazzjonali tal-kwalifiki, din iċ-ċaqlieqa fundamentali għadha ma ġietx perkolata b’mod sħiħ permezz tat-tagħlim u l-valutazzjoni. L-instituzzjonijiet fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ għadhom iridu jadattaw sabiex ikunu jistgħu jżidu fir-relevanza u fil-kwalità ta’ sehemhom fl-edukazzjoni lill-istudenti u lis-suq tax-xogħol, sabiex jitwessa l-aċċess u jiffaċilitaw t-transizzjonijiet bejn toroq edukattivi u ta’ taħriġ differenti.

…u l-poter tal-valutazzjoni jeħtieġ li jkun sfruttat aħjar

Dan li jiġi assesjat jista’ ħafna drabi jiddetermina dak li fih valur u dak li hu mgħallem. Filwaqt li ħafna Stati Membri rriformaw l-kurrikulu, tibqa’ xorta sfida biex jimmodernizzaw il-valutazzjoni għas-sapport fit-tagħlim. Kif imniżżel fl-anness tad-Dokument tal-Ħidma tal-Persunal dwar il-valutazzjoni tal-kompetenzi prinċipali, il-poter tal-valutazzjoni ġie sfruttat b’kompetenzi definiti skont ir-riżultati tat-tagħlim u t-twessigħ tal-iskop tat-testi u l-eżamijiet sabiex tkoprihom. Il-valutazzjoni għall-iskop formattiv sabiex jingħata ta’ kuljum is-sapport lit-tagħlim tal-ħiliet tal-istudenti teħtieġ wkoll li tintuża b'mod aktar wiesa'. F’dan il-kuntest, il-potenzjal ta’ teknoloġiji ġodda sabiex jgħinu għat-tiftix ta’ modi għall-valutazzjoni ta’ kompetenzi prinċipali jeħtieġ li jkun esplorat bi sħiħ.

Barra mill-iskola, l-individwi jeħtieġu wkoll li jkunu kapaċi li jkollhom ħiliethom assesjati, validati u rikonoxxuti, billi jkun provdut profili tal-ħiliet lill-ħaddiema potenzjali. L-informazzjoni dwar il-kwalità u l-kwantità tal-ħiliet madwar il-populazzjoni se tagħti permess lill-awtoritajiet sabiex iwasslu għal titjib fl-iskarsezzi potenzjali u jiffokaw fuq iż-żoni li għandhom l-aqwa redditu fuq l-investiment L-isforzi għandhom ikomplu sabiex jiżviluppaw l-għodda għall-valutazzjoni tal-ħiliet individwali, b’mod partikolari f’dawk iż-żoni b’soluzzjoni tal-problemi, bi ħsieb kritiku, b’kollaborazzjoni u b’inizjattiva imprenditorjali.

Il-kwalifiki għandhom joffru kemm jista’ jkun opportunitajiet…

Numru ta’ strumenti Ewropej bħalma hu l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (il-QEK), il-Europass, is-Sistema Ewropea tat-Trasferiment ta' Krediti (l-ECTS u l-ECVET), il-klassifikazzjoni multilingwali ta’ Ħiliet/Kompetenzi, Kapaċitajiet, u Xogħol Ewropej (l-ESCO) u l-oqfsa ta' assigurazzjoni tal-kwalità ġew implimentati fl-aħħar deċennju biex isostnu l-mobilità ta’ dawk li qegħdin jitgħallmu u tal-ħaddiema. Dawn l-għodda qegħdin itejbu t-trasparenza, pereżempju li jagħmlu l-kwalifiki komparabbli madwar il-pajjiżi (il-QEK) u jitrasferixxu l-punti ta’ kreditu (l-ECTS).

Dawn l-istrumenti ma kinux żviluppati f’iżolament minn xulxin; madankollu, hemm post għal koerenza aktar qrib fejn l-għodda u s-servizzi differenti – li jinkludu t-trasperenza u r-rikonoxximent tal-kwalifiki, tal-validazzjoni ta’ tagħlim u iggwidar tul ta’ ħajja formali u mhux formali jiġu offruti b’mod kkoordinat. Dan se jikkontribwixxi għal mobilità reali Ewropea fejn l-għarfien ta’ persuna, Il-ħiliet tagħha u l-kompetenzi jistgħu jinftiehmu b’mod ċar u jiġu rikonoxxuti malajr. Il-ħolqien tal-Żona Ewropea tal-Ħiliet u l-Kwalifiki se jappoġġja dan il-kuntest sabiex jikseb it-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kwalifiki akkademiċi bejn il-fruntieri, miġbura fl-edukazzjoni vokazzjonali u ogħla.

…u r-rikonoxximent akkademiku jista’ jwitti t-triq

Ir-rikonoxximent kemm tal-kwalifiki tal-edukazzjoni ogħla kif ukoll dawk li jagħmlu possibli l-aċċess għall-edukazzjoni ogħla kien fuq l-aġenda politika Ewropea għal ftit żmien. Il-mobilità akkademika qiegħda kulma tmur tiżdied b’riżultat tal-tibdil fl-istrutturi tas-sitemi ta’ edukazzjoni ogħla, u din l-internazzjonalizzazzjoni tiġi kkumplimentata f’dan il-kuntest għall-promozzjoni tal-UE bħala destinazzjoni għall-istudju u r-riċerka[15]. Madankollu, sabiex l-UE tkun aktar attraenti għall-istudenti u r-riċerkaturi jeħtieġu approċċi aħjar għar-rikonoxximent, kif ukoll applikazzjoni aktar sistematika u kkoordinata tas-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti (ECTS) u titjibiet fl-applikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riżultati tat-tagħlim. Barra minn hekk, dan se jikkontribwixxi għaż-Żona Ewropea tal-Ħiliet u l-Kwalifiki.

L-iżvilupp li għaddej dwar il-Proċess ta’ Bolonja jipprovdi kontribuzzjoni importanti għall-promozzjoni tat-trasparenza u rikonoxximent xieraqta’ kwalifiki edukattivi ogħla fl-Ewropa kif ukoll barra. Bħala parti minn din u l-Communiqué riċenti ta’ Bukarest, il-pajjiżi impenjati sabiex itejbu ir-rikonoxximent akkademiku tad-diplomi. Dan jinkludi tgħarbil fil-leġislazzjoni nazzjonali kontra l-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent ta’ Lisbona u jinkoraġixxi l-validazzjoni tal-proċeduri instituzzjonali ta’ rikonoxximent għall-garanzija tal-kwalità. Grupp Pathfinder ta’ pajjiżi qed jittestja modi kif jintlaħaq l-għarfien ta’ rikonoxximent awtomatiku ta’ lawrji akkademiċi kumparabbli. L-għan tiegħu huwa sabiex ipoġġu lill-istudenti f’livell ugwali, irrispettivament mill-oriġini tal-lawrji akkademiċi tagħhom, billi jċaqalqu l-attenzjoni tar-rikonoxximent tal-lawrji akkademiċi tal-individwi għall-approċċ ibbażat fuq fidi fis-sistema li fiha ġiet mgħotija d-diploma.

Ibbenifika mill-potenzjal tal-ICT u Riżorsi tal-Edukazzjoni Miftuħin għat-tagħlim

Ir-rivoluzzjoni diġitali ġġib magħha opportunitajiet importanti għall-edukazzjoni…

It-teknoloġija toffri opportunitajiet bla preċedent sabiex jittejbu il-kwalità, l-aċċess u l-ekwità fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Din hija lieva importanti għal aktar tagħlim effettiv u għat-tnaqqis fl-ostakoli għall-edukazzjoni, b’mod partikolari dawk soċjali. L-individwi jistgħu jitgħallmu kullimkien, f’kull żmien, flimkien ma’ toroq flessibbli u individwalizzati.

It-tagħlim diġitali u t-tendenzi riċenti fir-Riżorsi Edukattivi Miftuħa[16] (OER) qed jippermettu t-tibdil fundamentali fid-dinja edukattiva, billi jespandu l-offerta edukattiva lil hinn mill-formati u l-fruntieri tradizzjonali. Modi ġodda ta’ tagħlim, kkaratterizzati mill-personalizazzjoni, l-impenn, l-użu ta’ midja diġitali, l-kollaborazzjoni, l-prattika minn isfel għal fuq u fejn dak li qed jitgħallem jew l-għalliem huwa dak li joħloq il-kontenut tat-tagħlim qegħdin ikunu emerġenti, billi jiġu faċilitati mit-tkabbir esponenzjali fl-OER li jinsab fuq l-internet. L-Ewropa għandha tuża l-potenzjal tal-OER ħafna aktar milli kif inhu l-każ bħalissa. Dan jirrikjedi ħiliet tajbin tal-kompjuter, imma xi Stati Membri għadhom xorta lura kif jidher fil- Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2012, b’9 Stati Membri b’aktar minn 50 % ta’ żagħżagħ bejn is-16 u l-74 sena bla ħiliet tal-kompjuter jew bi ftit. Filwaqt li l-użu tal-ICT fl-edukazzjoni u t-taħriġ kien għoli fir-rigward tal-aġenda tal-politika, l-elementi kritiċi mhumiex qegħdin f’posizzjoni sabiex ikun jista’ jsir it-tagħlim diġitali u l-OER biex jiġu integrati madwar is-setturi kollha edukattivi u ta’ taħriġ. Strateġija koerenti fil-livell tal-UE tista’ tindirizza l-iskop, il-qies u l-kumplessità tal-isfidi li jappoġġjaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-katina kollha tal-partijiet interessati.

…u wasal iż-żmien sabiex jiżdied l-użu tal-ICT fit-tagħlim…

Ir-riċerka li saret riċentament[17] turi li l-inugwaljanzi jippersistu fid-disponibilità tal-għodda u l-kontenut edukattiv bbażat fuq l-ICT. Il-valutazzjoni bbażata fuq l-ICT hija ħafna drabi rakkomandata imma rarament tiġi indikata kif għandha tkun applikata. Għat-tagħlim personalizzat u flessibli, l-użu tat-teknoloġiji għandhom ikunu inkorporati fil-prattika edukattiva. Proġetti pilota fuq skala kbira fl-ambjent tal-ħajja reali għandhom jidentifikaw kif, meta u fejn l-ICT jista’ jintuża b'mod effettiv fl-approċċi pedagoġiċi u ta’ valutazzjoni. Li taqleb ir-riċerka fi prattika edukattiva huwa aktar neċċessarju f’ambjent li qed jinbidel b’rata mgħaġġla. Kommunitajiet ta’ prattika (eż. L-eTwinning; L-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija (l-EIT) il-Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni) u ċentri ta’ eċċellenza fil-bażi tal-ICT għandhom jiżviluppaw aktar, l-istess bħat-trasferiment mgħaġġel ta’ riċerka innovattiva fil-prattika edukattiva. F’dan kollu, l-ingaġġar u l-kollaborazzjoni tal-partijiet interessati huma kondizzjoni għas-suċċess.

…sabiex tivvalorizza għarfien disponibbli liberament

Il-kwalità ta’ edukazzjoni tiddependi fuq taħlita ta’ materjali edukattivi differenti Sabiex jinkiseb dan, jeħtieġ l-aċċess aktar wiesgħa u l-użu tal-OER sabiex jiġu akkumpanjati minn standards bi kwalità ċara u mekkaniżmi sabiex jivvalutaw u jivvalidaw il-ħiliet u l-kompetenzi akkwistati permezz tiegħu. L-istituzzjonijiet edukattiva u ta’ taħriġ li għadhom ma integrawx l-OER għandhom ifittxu wkoll il-kooperazzjoni tal-produtturi edukattivi aktar avvanzati fit-teknoloġija sabiex jissodisfaw l-aspettattivi ta’ dawk li qed jitgħallmu dak li jinħoloq b'mod diġitali. L-għalliema għandhom tendenza li jakkwistaw il-ħiliet tat-tagħlim tal-ICT permezz ta’ edukazzjoni formali aktar milli permezz ta’ żvilupp professjonali; Jeħtieġ li huma jkunu atrezzati għall-potenzjal ta' teknoloġiji ġodda fil-mod ta' kif jgħallmu, sabiex jistimolaw u jinvolvu lil dawk li qed jitgħallmu.

Is-suq edukattiv qed jiġi trasformat. Hemm numri ta’ produtturi mhux kummerċjali tal-OER li qed jikbru minbarra l-avvanzi teknoloġiċi bħalma huma l-aċċess miftuħ, il-qsim ta’ fajls permezz tal-internet u sorsi miftuħa, u l-pubblikaturi tal-edukazzjoni u industrija aktar wiesgħa tkompli taddatta għal dan it-tibdil. Huma qegħdin diġa’ jirrevedu l-mudelli ta’ negozju tagħhom sabiex jipprofittaw minn opportunitajiet kummerċjali ġodda.

Sapport lill-għalliema Ewropej[18]

L-għalliema b’mod rapidu jiltaqgħu ma’ domandi ta’ tibdil…

Għalliema ta’ kwalità għolja u mħarrġin sew jgħinu lil dawk li qed jitgħallmu sabiex jiżviluppaw il-kompetenzi li għandhom bżonn fis-suq globali tax-xogħol bbażat fuq il-livelli ta’ ħiliet, u l-evidenza[19] turi li l-influwenza primarja fuq il-performanza ta’ dawk li qed jitgħallmu hija l-kwalità ta’ tagħlim. Madankollu l-għalliema llum jiffaċjaw sfidi bla preċedent. Hekk kif hu elaborat fl-akkumpanjament tad- Dokument tal-Ħidma tal-Persunal, ir-rekwiżiti tal-edukazzjoni li qegħdin dejjem jikbru, l-irtirar massiv tal-għalliema minn ġenerazzjoni ta' 'splużjoni' fir-rata tat-twelid (ara figura nru 2) u n-nuqqas sever ta’ ħaddiema f’xi oqsma ta' suġġetti se jirriżultaw f'żieda fid-domanda għall-edukaturi kwalifikati fil-livelli kollha u sejħa għall-azzjonijiet komprensiva sabiex jagħtu spinta lill-attrattività tal-professjoni. Dawn għandhom jinkludu kemm l-inċentivi finanzjarji u kemm dawk mhux finanzjarji. Il-kriżi u l-forza tax-xogħol disponibbli preżentement, joffru wkoll opportunità li jsir it-tiġdid tal-ħiliet madwar il-professjoni u l-attrazzjoni ta’ persunal ġdid kwalifikat.

Figura nru 2 – Id-distribuzzjoni tal-età tal-għalliema fl-edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell u dawk tal-iskola sekondarja vokazzjonali % (2010)

 Sors: Bażi tad-data tal-Eurostat[20], ġbir ta' data UOE

…li jirrikjedu set ġdid ta’ kompetenzi għall-għalliema, l-għalliema edukaturi u dawk li jmexxu l-edukazzjoni…

Madankollu, strateġiji b’riżorsi tajbin huma neċċessarji għar-reklutaġġ, iż-żamma u l-iżvilupp ta’ għalliema ta’ kwalità għolja, billi jkopru l-edukazzjoni tal-bidu tal-għalliem u l-iżvilupp professjonali twil tal-karriera. L-Istati Membri jridu jistabbilixxu qafas ta’ kompetenza jew profili professionali għall-għalliema li jinkludi edukaturi fl-ETV inizjali u dak kontinwu. Sabiex wieħed jsostni dan, l-irwol tal-għalliem edukatur jrid jkun definit b’mod ċar permezz ta’ kriterja bażika. Flimkien mal-miżuri ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, din għanda tkun il-bażi sabiex terġa’ tfassal is-sistemi ta’ riklutaġġ sabiex tattira u żżomm kandidati ta’ kwalità għolja fit-tagħlim.

Ir-reklutaġġ, il-preparazzjoni u ż-żamma tal-persunal adekwat għall-pożizzjoni ta' tmexxija fil-livelli kollha ta' edukazzjoni huwa daqstant importanti u jirrikjedi aktar investiment. Dawn l-irwoli jeħtieġ li jiffokaw fuq it-titjib tat-tagħlim, li jibqgħu problema f’ħafna Stati Membri minħabba l-volumi ta’ xogħol amministrattivi li qegħdin jikbru. Akkademji tat-tmexxija jew programme ta’ żvilupp personali joffru mudelli ta’ prattika tajba.

…u talba għall-azzjoni b’saħħitha sabiex ssostni approċċi ġodda għat-tagħlim…

Il-kurrikulu, b’mod speċjali fl-ETV, għandu jkun magħmul aktar relevanti għall-post tax-xogħol permezz ta’ kollaborazzjoni kontinwa man-negozji u dawk li jħaddmu, pereżempju l-imprenditur li jinġiebu fil-klassijiet sabiex jittejjeb it-tagħlim. Ir-riformi tal-approċċ tat-tagħlim huma meħtieġa fil-livelli kollha, kif ukoll fl-iżvilupp b’riżorsi professjonali kontinwi li għadhom jinkludu provvista ta’ feedback regolari u sosten mill-għalliema edukaturi. L-għalliema jeħtieġu impenn sod għat-taħriġ: fl-użu ta’ teknoloġiji ġodda; sabiex jitjiebu l-kompetenzi tat-tagħlim ta’ kif wieħed jitgħallem kif jaħsbu għad-diversità u l-inklużjoni; u li jilħqu l-ħtieġijiet ta’ dawk li qed jitgħallmu imma jħossuhom żvantaġġati, bħal każ ta' Ruma, tfal b'diżabiltà jew dawn li ġejjin minn sfond ta' migranti. L-aħħar fokus ta’ dawn l-attivitajiet kollha għandu jkun sabiex itejbu ir-riżultati tat-tagħlim.

…u l-kwalità tat-tagħlim hija kwistjoni kritika fl-edukazzjoni ogħla wkoll

Jekk l-isforzi jinżammu, allura l-Unjoni Ewropea x’aktarx li takkwista l-mira ewlenija ta’ 40 % kompletar ta’ livell ta’ edukazzjoni terzjarja. Kemm ir-riċerka[21] kif ukoll it-tagħlim għandhom jiġu sostnuti bid-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tal-opportunitajiet professjonali tajbin. Imma din għadha qed tgħallem li l-influwenzi primarjament ir-riżultati tal-istudenti, billi jtejbu l-impjegabilità tal-gradwati u jgħollu l-profili tal-instituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla fl-Ewropa mad-dinja kollha. Bħalissa, hemm ftit pajjiżi li għandhom l-istrateġiji sabiex jippromovu l-kwalità fit-tagħlim tal-edukazzjoni ogħla, li jinkludi t-taħriġ tal-persunal li jgħallem il-ħiliet pedagoġiċi. Il-Kummissjoni nediet il-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja, u fl-2013 dan il-grupp se jagħmel rakkomandazzjonijiet lil dawk li jfasslu l-politika u l-instituzzjonijeit ta’ edukazzjoni ogħla dwar kif tiġi promossa l-kwalità fit-tagħlim.

2.3.        Il-promozzjoni ta’ sforz ikkolaborat

Il-finanzjament edukattiv

L-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ huwa element ewlieni għaż-żieda fil-produttività u t-tkabbir ekonomiku u huwa tħassib għal kulħadd…

Minkejja l-istrateġija ċara u r-redditu pożittiv għal żmien twil għall-edukazjoni, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u l-ħtieġa assoċjata mal-konsolidament fiskali waslu sabiex ħafna Stati Membri jnaqqsu l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Mis-sena skolastika 2009/10 b’mod speċjali wara nofs l-2010, numru mhux ħażin ta’ pajjiżi kienu obbligati japplikaw tnaqqis fir-remunerazzjoni għall-għalliema u impjegati pubbliċi oħrajn. Fl-2012, il-maġġoranza ta’ pajjiżi żammew l-arranġamenti tagħhom fir-rigward tal-finanzjament ta’ mekkaniżmu ta’ appoġġ lit-tfal tal-iskola u l-istudenti u/jew lill-familji tagħhom. Mill-pajjiżi li għandhom l-informazzjoni disponibbli Spanja (il-baġit ċentrali), Ċipru u l-Portugall biss irrapportaw nuqqas fil-finanzjament ta’ skemi disponibbli għas-sosten tal-individwi fl-edukazzjoni. Kull infiq anqas illum se jkollu inevitabbilment konsegwenzi serji fiż-żmien medju għal dak twil għall-bażi ta’ ħiliet Ewropea.

Filwaqt li l-kamra għal manuvra tista’ tkun akbar għal xi Stati Membri aktar milli oħrajn, dawn kollha jaqsmu l-istess sfida doppja: sabiex jipprijoritizzaw l-investiment pubbliku fis-settur edukattiv u ta’ tari, u sabiex isibu modi aktar efficienti billi jintużaw ir-riżorsi finanzjarji disponibbli li tista’ teħtieġ għar-riforma strutturali f’sistemi edukattivi partikolari. Il-livell ewlieni sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ huwa billi titjieb il-kwalità tad-dispożizzjonijiet u tiffoka fuq il-prevenzjoni ta’ falliment fl-edukazzjoni. L-Istat Membri qegħdin kulma jmur jiżviluppaw mudelli ta' qsim tal-ispejjeż bejn imsieħba differenti fil-proċess edukattiv – l-istat, in-negozji u l-individwi, il-fundazzjonijiet u universitajiet – bl-għajnuna ta’ investiment pubbliku biex jilleva l-finanzjarjament tas-settur fi sħubija privata.

…u l-enfażi għandha tkun sabiex jiġu massimizzati l-investimenti effikaċi fil-livelli kollha edukattivi…

Prijorità għall-użu aktar effiċjenti ta’ fondi għandu jkun fi stadji edukattivi iaktar bikrija, sabiex jipprevjenu falliment edukattiv bikri u l-konsegwenzi tiegħu fil-maturità (riżultati aħjar l-iskola, rati ta' impjieg, qligħ, prevenzjoni tal-kriminalità, saħħa, eċċ)[22]. Tkun offruta kwalità għolja u l-edukazzjoni tat-tfulija bikrija affordabbli tigwadanja, b’mod partikolari għal gruppi soċjalment żvantaġġati. Għalkemm xi pajjiżi investew aktar sa mis-sena 2000 fil-qasam ta’ edukazzjoni preprimarja u edukazzjoni skolastika, l-investiment pubbliku per capita fil-fażi bikrija tat-tfulija għadha aktar baxxa minn kwalunkwe stadju ieħor.

L-investiment pubbliku għandu jinżamm fl-edukazzjoni skolastika, iżda l-gvernijiet għandhom ifittxu modi kif jakkwistaw aktar b’dawn ir-riżorsi. Ir-redditi importanti tal-investiment jista’ jinkiseb permezz ta' reklutaġġ aktar effettiv tal-għalliema, ż-żamma u s-sosten professjonali (imfisser fis-sezzjoni 2.2).  

…bi qsim tal-ispejjeż fl-ETV u edukazzjoni ogħla l-għażla sabiex tgħin li tintlaħaq dik il-mira

Ir-redditi pubbliċi u privati fl-ETV, l-edukazzjoni ogħla u t-tagħlim tal-adulti huma kkunsidrati[23]. Fis-sistemi doppji u stabbiliti sew tal-ETV il-kumpaniji jakkwistax redditi fuq żmien twil anki meta l-ispejjeż għall-apprentistat jistgħu l-ewwel jaqbżu d-dħul mill-istrumenti finanzjari mix-xogħol tal-apprentistat. Sabiex tiġi stimulata d-dispożizzjoni tal-apprentistat, il-fondi pubbliċi għandhom jimmiraw b’mod speċjali lejn setturi bi tkabbir ta’ ħtieġa għall-forza tax-xogħol. Il-kumpaniji, min-naħa l-oħra, għandhom iżidu l-investiment fl-ETV tal-bidu b’mod notevoli permezz ta’ l-involviment tagħhom f’mudelli alternattivi ta’ taħriġ, imma wkoll billi jiġu sostnuti skejjel b’tagħmir addattat.

L-ETV kontinwu jista’ jassoċja mar-redditi privati sostanzjali u l-gwadanji tal-produttività għall-impjegati. Ir-riċerka tissuġġerixxi, madankollu, li l-istrumenti ta’ finanzjament pubbliku attwali (kontijiet ta’ tagħlim individwali, sussidji għat-taħriġ eċċ) jistgħu ma jkunux effiċjenti fil-mira tagħhom, billi d-dispożizzjonijiet għandhom ħabta li jiffavorixxu l-parteċipazzjoni ta’ ħaddiema b’ħiliet għoljin u r-redditi privati tagħhom. Il-finanzjament pubbliku f’dan il-qasam għandu bżonn li jkun evalwat sew u jiffoka fuq kif jgħolli l-parteċipazzjoni ġdida tat-taħriġ, b’mod notevoli tal-gruppi żvantaġġati. Ir-responsabbiltà pubblika żżid ukoll fiż-żmien ta’ ristruttura ekonomika. Il-mekkaniżmi sabiex jinqasam il-piż finanzjarju tat-taħriġ bejn l-impjegati, bħalma huma l-finanzjamenti settorali tat-taħriġ, jeħtieġ li jkunu applikati b'mod aktar wiesgħa.

Fl-edukazzjoni ogħla, ġie stabbilit sew li l-investiment jista' jiġġenera redditi sostanzjali kemm għall-individwu kif ukoll għas-soċjetà fil-kobor[24]. Mudelli differenti ta’ finanzjament jinsabu madwar l-Istati Membri, bin-numru ta’ pajjiżi li qed jikber bl-introduzzjoni ta’ qsim ta’ spejjeż akbar fis-sistemi tal-edukazzjoni ogħla tagħhom, fil-konfront tan-numru ta’ studenti li qed jikber u l-pressjoni għar-restrizzjonijiet baġitarji. Filwaqt li l-għażla tal-aktar mekkaniżmu ta’ finanzjament xieraq huwa prerogattiva għall-Istati Membri, il-kunsiderazzjonijiet tal-effiċjenza għandhom jimxu id f’id mat-tħassib fuq l-ekwità u l-aċċess. Il-grad li bih l-istudenti jew oħrajn jikkontribwixxu direttament fuq l-ispejjeż tal-istudji tagħhom[25] u b’mod aktar ġenerali l-effetti tal-qsim tal-ispejjeż, huma kwistjoni ta’ dibattitu u jixirqilhom ikunu sostnuti b’aktar riċerka u analiżi.

Finalment, fil-kuntest ta’ inqas riżorsi, il-gvernijiet iridu jagħmlu użu effettiv tal-Fondi Strutturali disponibbli, b’mod partikolari l-Fond Strutturali Ewropew. Ħafna pajjiżi riċentament riallokaw finanzjament sinifikanti fil-perjodu tal-programmar 2007-13 lejn prijorità ewlenija edukattiva u ta’ taħriġ. Għall-perjodu 2014-2020, tinħtieġ aktar konċentrazzjoni u prijoritizzazzjoni sabiex isostnu l-investiment fl-edukazzjoni u l-infrastruttura rispettiva. L-Erasmus għal Kulħadd 2014-2020 propost, permezz tal-mobilità, l-kooperazzjoni u l-azzjonijiet ta’ sostenn politiku, se jappoġġjaw ukoll l-inizjattivi transnazzjonali ta’ sostenn f’dawn l-oqsma.

Partenarjati

Il-partenarjati jistgħu jipprovdu pjattaforma għall-mira tal-ħiliet ‘xierqa’- jekk huma attivament appoġġjati

Il-partenarjati tal-instituzzjonijiet pubbliċi u privati mhumiex biss sors tal-iffinanzjar edukattiv imma wkoll sors ta’ tagħlim reċiproku, żvilupp konġunt tal-politika u implimentazzjoni. Il-partenarjati jippreżentaw opportunità għall-iżvilupp ta’ aġendi ta’ ħiliet b’mod immirat, innovattiv u ta’ sostenn u li jinkludi dawk involuti fid-dispożizzjoni, fl-applikazzjoni u fl-aġġornament ta’ ħiliet speċifiċi. Dawn jistgħu jgħaqqdu oqsma ta’ politika varji, sotto setturi edukattivi u ta’ tagħlim, atturi pubbliċi u privati, u livelli differenti ta’ governanza[26].

Għall-edukazzjoni u t-taħriġ, approċċ imsaħħaħ tal-partenarjat ifisser li wieħed isir aktar attiv fl-iżvilupp tal-istrateġiji tal-ħiliet, aktar milli sempliċiment ‘fornitur’. Sabiex ikunu ta’ sostenn, il-partenarjati jridu jinbnew fuq oġġettivi ċari u jridu jagħmlu parti sistematika mill-approċċ politiku. Dawn għandhom jinvolvi l-partijiet ikkonċernati, li jinkludu rappreżentattivi mill-organizzazzjonijiet tal-għalliema, imsieħba soċjali u korpi ta’ studenti.

L-approċċ ta’ sħubija huwa fattur ewlieni għas-suċċess tal-iskemi ta’ Garanzija taż-Żagħżagħ (ara il-Pakkett dwar l-Impjieg taż-Żagħżagħ li ġej). L-instituzzjonijiet edukattivi u ta’ taħriġ iridu jiffurmaw parti minn sforz miftiehem ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn sabiex jitfgħu f’posthom dawn l-iskemi komprensivi.

Forom differenti ta’ partenarjati qed ikunu promossi fuq il-livell tal-UE. Il-Komunitajiet magħżula ta’ Għarfien u Innovazzjoni (KICs), sostnuti mill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), jiġbru flimkien l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-kummerċ sabiex jindirizzaw l-iżvilupp ta’ ħiliet b’manjiera integrata ħafna konsistenti mal-ħtieġijiet u l-isfidi għall-atturi ekonomiċi relevanti. Eżempju ieħor, din id-darba fuq settur speċifiku, huwa l-Grand Coalition for ICT Jobs. Il-Koalizzjoni se tgħaqqad flimkien l-industrija, l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-gvernijiet sabiex jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħiliet fis-settur tal-ICT.

Il-programm ta’ finanzjament Erasmus għal Kulħadd propost se jipprovdi wkoll inċentivi għall-partenarjati Se jingħata sosten lill-Alleanza tal-Għarfien sabiex timplimenta sett komprensiv ta’ attivitajiet li jistimula l-qsim, tpartit u l-fluss tal-għarfien bejn instituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u intrapriżi. Dawn jimmiraw biex iħaddnu eċċellenza u innovazzjoni u joħolqu kurrikulu multidixxiplinarju ġdid għall-promozzjoni tal-ħiliet bħalma huma l-intrapreditorija, s-soluzzjoni tal-problemi dak il-ħin stess u l-ħsieb kreattiv. Fix-xena tal-ETV, il-fondi se jkunu provduti lill-Alleanzi tal-Ħiliet Settorali, li jgħaqqdu l-instituzzjonijiet ta’ taħriġ, l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet professjonali, sabiex jiddisinjaw il-kurrikulu u l-programmi ta’ taħriġ. Kemm l-Għerf kif ukoll l-Aleanza tal-Ħaliet Settorali se jibbenefikaw minn xogħol ta’ imsieħba soċjali li għaddej bħalissa sabiex jiddentifikaw il-ħtieġa tal-ħiliet speċifiċi settorali, li jinkludu dawn fuq livell tal-UE permezz tal-Kunsilli Ewropej dwar il-Ħiliet Settorali.

3          PRIJORITAJIET GĦALL-ISTATI MEMBRI

In-natura u l-urġenza varjabbli tal-isfidi li qed jiffaċċjaw l-Istati Membri jirrikjedu l-użu ta’ strumenti differenti implimentati fuq skali differenti ta’ żmien, u tinħtieġ azzjoni konġunta kemm mid-dinja edukattiva kif ukoll mill-impjieg. Sforzi sabiex tingħata spinta l-provvista tal-ħiliet relevanti u bi kwalità għolja għandhom jimxu id f’id mal-azzjonijiet fil-mira sabiex twassal għat-transizzjoni mill-iskejjel għax-xogħol, tnaqqas l-ostakli għall-mobilità u jimpruvjaw il-funzjonament tas-suq tax-xogħol biex b’hekk iż-żagħżagħ ikollhom aċċess aktar wiesgħa għall-opportunità tax-xogħol.

Il-Pakkett dwar l-Impjieg taż-Żagħżagħ se jgħajat lill-Istati Membri sabiex jintensifikaw l-isforzi fill-qasam tat-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, il-mobiltà u l-iskema ta’ tagħlim, u li tippromwovi partenarjati (li jinkludu l-edukazzjoni) sabiex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Garanziji taż-Żagħżagħ bħala risposta immedjata għall-kriżi tal-qgħad fost iż-Żagħżagħ.

B’mod konformi mal-azzjonijiet imressqin fir-Rakkmandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż tal-2012, il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-Istati Membri tagħha sabiex jitressqu r-riformi edukattivi sabiex jikkumbattu l-qgħad fost iż-żagħżagħ u jagħtu spinta lill-provvista tal-ħiliet permezz tal-azzjonijiet li ġejjin:

1. Il-promozzjoni eċċellenti fl-edukazzjoni vokazzjonali u fit-taħriġ (l-ETV). L-azzjonijiet ewlenin qegħdin jiżviluppaw skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali, is-sistemi doppja tal-ETV bi kwalità għolja, it-tiqrib tal-politika tal-ETV bi strateġiji ta’ żvilupp ekonomiku reġjonali/lokali fosthom għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, li tippermetti l-permeabilità ma’ offerti edukattivi oħrajn, biż-żvilupp taċ-ċiklu qasir bi kwalifiki terzjarji (sentejn) li jiffoka fuq l-oqsma identifikati ta’ nuqqas ta’ ħiliet b’mod speċjali fejn hemm tkabbir potenzjali bħal eżempju fl-ICT, fil-ħiliet tas-saħħa u dawk ambjentali, u li jitqawwew il-partenarjat u n-netwerks lokali, nazzjonali u internzzjonali bejn il-kumpaniji b’mod speċjali l-SMEs u l-fornituri tal-ETV.

2. Jimpruvjaw il-performanza tal-gruppi ta’ studenti b’riskji għoljin tat-tluq bikri mill-iskola u l-ħiliet bażiċi baxxi. L-azzjonijiet ewlenin qegħdin ipoġġu f’posthom l-kwalità għolja u l-aċċessibiltà fl-edukazzjoni bikrija tat-tfulija u l-attenzjoni, billi jsaħħu it-tagħlim tal-ħiliet bażiċi bħalma huma l-kitba, l-għadd, il-matematika u x-xjenza, l-iskoperta bikrija ta’ studenti b’kapaċità baxxa fil-ħiliet bażiċi fil-fażijiet kollha tal-iskola u jipprovdu appoġġ individwalizzat kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ strateġiji bbażati fuq l-evidenza sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola.

3. Tissaħħaħ il-provvista ta’ ħiliet transversali li jżiedu l-impjegabbilità bħalma huma l-inizzjattiva intraprenditorjali, il-ħiliet diġitali u l-lingwi barranin. L-azzjonijiet ewlenin qegħdin jassiguraw li l-miżuri jittieħdu sabiex jiġu tradotti l-ġiliet transversali fil-kurrikulu sa minn stajdi bikrija ta’ edukazzjoni sal-ogħla edukazzjoni, bl-użu ta’ approċċi pedagoġiċi innovattivi u li jiffukaw fuq l-istudent, u li jiddisinjaw għodod ta’ valutazzjoni li permezz tagħhom il-livell ta’ kompetenza jistgħu jkunu valutati b’mod effettiv u evalwati. Iż-żagħżagħ kollha għandom jibbenifikaw fuq minn tal-anqas esperjenza intrapreditorjali waħda qabel iħallu l-edukazzjoni obbligatorja.

4. Inaqqsu n-numru ta’ adulti b’ħiliet baxxi L-azzjonijiet ewlenin qed jiffissaw miri nazzjonali u strateġiji, billi jżidu l-inċentivi għat-taħriġ tal-adulti mill-kumpaniji, jivvalidaw il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba barra l-edukazzjoni formali, u jissettjaw punti ta’ aċċess (punt ta’ kuntatt wieħed) li jintegraw s-servizzi ta’ tagħlim differenti fuq żmien twil bħalma huma l-validazzjoni u l-gwida ta’ karriera li joffru tagħlim imfassal għall-individwi li qed jitgħallmu.

5. Jiżdied l-użu tal-ICT fit-tagħlim appoġġjat u l-aċċess għal kwalità għolja tal-OER. L-azzjonijiet ewlenin qegħdin jiġu mmodernizzati fl-infrastruttura skolastika tal-ICT, bl-appoġġ mogħti lit-tagħlim ibbażat fuq l-ICT u l-prattiki tal-assesjar, bil-promozzjoni tat-trasparenza tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ dawk li jużaw il-kontenut diġitalizzat, billi jistabbilixxu mekkaniżmi sabiex jivvalidaw u jirrikonoxxu l-ħiliet u l-kompetenzi akkwistati permezz ta’ l-OER u l-instituzjonijiet edukattivi u ta’ taħriġ sabiex jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom bil-ħruġ tal-OER.

6. Jirrevedu u jsaħħu l-profili professjonali tal-professjonijiet tat-tagħlim kollha (għalliema ta’ kull livell, il-mexxejja edukattivi, l-edukattivi għalliema). L-azzjonijiet ewlenin qegħdin jaraw l-effett kif ukoll l-kwalità akkademika u pedogoġika tal-Eukazzjoni Inizjali tal-Għalliema, bl-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ riżorsi koerenti u adattati, l-iżvilupp selettiv, inizjali u professjonali tal-impjegati tat-tagħlim ibbażati fuq kompetenzi ddefeniti b’mod ċar li jenħtieġu f’kull stajdu tal-karriera tat-tagħlim, u ż-żieda tal-kompetenza diġitali tal-għalliema.

L-implimentazzjoni ta’ dawk ir-riformi mhux se jkunu ta’ suċċess mingħajr l-effiċjenza tal-finanzjament edukattiv. Sabiex tindirizza l-isfida kumplessa, il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri sabiex jistimulaw id-dibattiti nazzjonali dwar il-modi kif jiġu provduti mekkaniżmi ta’ finanzjament sostenibbli sabiex itejbu l-istabbiltà u l-effiċjenza, filwaqt li jidderieġi l-appoġġ lejn dawn li għandhom tendenza li jipparteċipaw anqas. Fost dawn, trid tingħata attenzjoni partikolari lejn l-iżvilupp tal-finanzjament tal-iskemi għall-ETV u t-tagħlim tal-adulti li hu ffinanzjat permezz ta’ responsabbiltà maqsuma bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-intrapriżi u l-kontribuzzjonijiet individwali appropjati (eż. fondi ta’ taħriġ settorali, l-imposti għat-taħriġ, eċċ) u jimmiraw għall-attrazzjoni ta’ kumpaniji kbar u SMEs sabiex jipprovdu t-taħriġ ibbażat fuq ix-xogħol tal-ETV.

              4.LIVELL EWROPEW TA’ KOORDINAZZJONI U KONTRIBUZZJONIJIET

Filwaqt li r-responsabbiltà u l-istrumenti sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet identifikati f’din il-kommunikazzjoni jibqgħu f’idejn l-Istati Membri, ir-riformi ambizzjużi li hemm bżonn jgħajtu għal sforz konġunt kemm mill-UE kif ukoll mill-Istati Membri. Fuq livell tal-UE, se tingħata wkoll attenzjoni immedjata lill-azzjonijiet ewlenin li ġejjin:

1. Titjib fl-attenzjoni ta’ pajjiż speċifiku u appoġġ lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom sabiex jimplimentaw il-prijoritajiet identifikati minn:

- monitoraġġ tal-progress f’kull Stat Membru fil-kuntest tas-Simestru Ewropew li jmiss u jdaħħlu r-riżultati ta’ din l-eżaminazzjoni tal-pajjiż fil-preparazzjonijiet tal-abbozz tal-2013 tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

- tissaħħaħ il-bażi analitika tal-monitoraġġ tal-pajjiż permezz ta’ i) analiżi regolari mill-pari fil-qafas tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ, ii) qafas għal kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-OECD fil-qasam ta’ politika ta’ ħiliet. Fi ħdan il-kuntest ta’ dan il-qafas, il-portal pubbliku “Education and Skills Online Assessment" ser jitnied fil-ħarifa tal-2013, billi jħalli l-individwi u l-intrapriżi, permezz tal-metodoloġija PIAAC, għall-ħiliet b’punt ta’ riferiment kontra dawk li jużaw stħarriġ ieħor; iii) titjib fil-monitoraġġ b’punti ta’ riferimenti edukattivi u ta’ taħriġ, li jinkludu punt ta’ riferiment ġdid fuq it-tagħlim tal-lingwi billi jelaboraw fuq id-Dokument tal-Ħidma tal-Persunal dwar il-Lingwi.

2. Jitħaffef it-titjib fit-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, b’mod partikolari billi tiġi stabbilita l-EU-level Alliance for Apprenticeships (ara wkoll il-Pakkett dwar l-Impjieg taż-Żagħżagħ li ġej) Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni se tappoġġja Memorandum dwar il-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ, billi tgħaqqad flimkien numru ta’ Stati Membri sabiex jitgħallmu minn approċċi u skemi b’suċċess.

3. Il-ħolqien ta’ Qasam Ewropew għall-Ħiliet u Kwalifiki sabiex tiġi promossa konverġenza b’saħħitha bejn it-trasparenza u l-għodod ta’ rikonoxximent tal-UE sabiex jassiguraw li l-ħiliet u l-kwalifiki jistgħu jintlaħqu b’mod faċli bejn il-fruntieri, bbażati fuq evalwazzjonijiet li għaddejin u jsegwu r-riżultati tal-approċċ tat-tagħlim.

4. Il-Funzjonament tat-Tkabbir Edukattiv sabiex jissaħħaħ l-impenn tal-forza tax-xogħol li fih il- ħiliet u huwa mħarreġ b’mod kontinwu u jerġa jkun imħarreġ minn:

- monitoraġġ ta’ azzjonijiet meħudin mill-Istati Membri sabiex jagħtu prijorità lin-nefqa fit-titjib tat-tkabbir u fl-iżvilupp ta’ qafas ibbażat fuq l-evidenza li tanalizza l-effiċjenza tan-nefqa pubblika għall-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ kwalità;

- li jibda dibattitu għall-ewwel darbu fuq il-livell tal-UE b’partijiet involuti relevanti fuq il-benefiċċji tal-investiment f’setturi edukattivi u ta’ taħriġ differenti (it-taħriġ vokazzjonali, it-tagħlim tal-adulti, l-edukazzjoni ogħla) u modi kif tiżdied l-effiċjenza tan-nefqa;

- Li tesplora mal-Imsieħba Soċjali fuq livell tal-UE l-għażliet sabiex jiżdied b’mod sinifikattiv il-livell ta’ taħriġ proviżjonali għall-adulti li jaħdmu fil-kumpaniji, b’ħarsa li tipprovdi l-ħiliet mill-ġdid u ttejjeb il-ħiliet tal-forza tax-xogħol. Din il-konsultazzjoni se ssir wara ħafna konsultazzjonijet għaddejjin dwar il-Qafas ta’ Kwalità tat-Tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol sabiex b’mod sħiħ jikkunsidraw ir-riżultati tagħha.

5. Janalizzaw l-impatt li jipprovdu appoġġ tal-EU sabiex jgħollu l-aċċess u l-użu tal-OER u l-ICT, billi jistabbilixxu parametri ta’ kwalità u proċessi ta’ ċertifikazzjoni għall-OER, l-iżvilupp li jħalli l-prattiki tat-tagħlim fl-ICT u li joħolqu dimenzjoni tal-UE għall-edukazzjoni fuq l-internet. Ir-riżultati ta’ dan ix-xogħol preparatorju se jwassal għall-inizjattiva ewropea ġdida dwar “Il-Ftuħ tal-Edukazzjoni”.

6.  Azzjoni edukattiva intraprenditorjali li tinkludi: il-gwida tal-pubblikazzjoni tal-politika fuq l-edukazzjoni intraprenditorjali fl-2013; billi jiġi stabbilit, u konġunt mal-OECD, qafas ta’ gwida għall-instituzzjonijiet edukattivi intraprenditorjali; u l-iżvilupp ta’ għodod sabiex jsir il-monitoraġġ tal-progress u l-akkwist tal-kompetenzi intraprenditorjali.

7.  Il-partenarjati bejn l-edukazzjoni, il-kummerċ u r-riċerka bħall-Alleanza tal-Għarfien, l-Alleanza fil-Ħiliet Settorjali u l-azzjonijiet ta’ partinarjat fi ħdan il-programm Sklodowska-Curie se jkun promoss permezz tal-programm Erasmus għal Kulħadd 2014-2020 propost u Horizon 2020 sabiex jadattaw sistemi fl-edukazzjoni u t-taħriġ li joqorbu għall-ħtieġa tal-kumpaniji, b’mod speċjali l-SMEs.

              5.      KONKLUŻJONIJIET

L-Ewropa se terġa tibda’ tkabbar permezz ta’ ħaddiema bi produttività ogħla u bi provvista għolja ta’ ħiliet, u hija din ir-riforma tas-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ li hi essenzjali sabiex jinkiseb dan. Din il-Kommunikazzjoni u l-analiżi tal-pajjiż provduta fl-akkumpanjament tad-Dokument tal-Ħidma tal-Persunal huma maħsubin sabiex jagħtu l-impetu lill-gvernijiet,lill-instituzzjonijiet edukattivi u ta’ taħriġ, lill-għalliema, lill-kummerċ u imsieħba oħrajn simili sabiex jingħaqdu flimkien, skont iċ-ċirkustanzi nazzjonali, bi spinta kkordinata għar-riforma. Fuq livell nazzjonali, l-Istati Membri huwa mistiedna sabiex iwettqu r-riflessi tagħhom dwar dan id-dokument permezz ta’ dibattiti mal-Parlamentarji tagħhom u partijiet interessati relevanti sabiex javvanzaw fir-riformi.

Il-Kummissjoni tassigura li l-kontribuzzjoni edukattiva u l-investiment fil-ħiliet għat-tkabbir u impjieg huma riflessi b’mod komplet fis-Simestru Ewropew. Hi se tuża l-pjattaformi Ewropej għad-djalogu bħalma huma l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-proċess ta’ Bolonja għall-Edukazjoni Ogħla u l-proċess ta’ Kopenħagen għall-ETV kif ukoll l-instrumenti ta’ finanzjament sabiex tenfasizza s-sens ta’ urġenza dwar il-prijoritajiet identifikati hawn.

[1]               Aġġornament fil-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali COM (2012) 582

[2]               http://ec.europa.eu/europe2020/index_en.htm

[3]               Stħarriġ tat-tkabbir Annwali COM (2011) 815

[4]               Erasmu għal kulħadd huwa l-programm propost mill-UE għall-edukazzjoni, taħriġ, żagħżagħ u sport imressaq mill-Kummissjoni Ewropea fit-23 ta' Novembru 2011

[5]               Għal prospett dwar ħiliet intraprenditorjali, cf id-Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal dwar il-valutazzjoni tal-Kompetenzi Prinċipali

[6]               L-Edukazzjoni Intraprenditorja fl-Iskola Ewropea - Strateġiji Nazzjonali, Kurrikulu u Riżultati tat-Tagħlim (Eurydice 2012)

[7]               Cf. Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2012

[8]               Il-Programm dwar l-Assessjar Internazzjonali tal-Kompetenzi tal-Adulti - il-PIAAC Għal aktar informazzjoni żur is-sit http://ec.europa.eu/education/literacy/resources/statistics/more-info/index_en.htm

[9]               http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2011:372:0027:01:EN:HTML

[10]             http://ec.europa.eu/languages/eslc/index.html

[11]             Cf. Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-2012

[12]             Il-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona, Marzu 2002.

[13]             Għal noti dwar data fuq pajjiż speċifiku rreferi għal websajt tal-Eurostat

[14]             L-opportunitajiet fit-Tkabbir Marittimu għat-tkabbir sostenibbli fis-settur tal-baħar u dak marittimu fil-COM(2012) 494

[15]             Il-proposta tal-Kummissjoni li ġejja għat-tibdil tad-Direttiva 2004/114.KE u 2005/71/KE

[16]             Ir-Riżorsi Edukattivi Miftuħa l-OER), hekk definiti mill-UNESCO fl-2002, huma “il-materji ta' tagħlim u riċerka li qegħdin fid-domanju pubbliku jew rilaxxati b’liċenzja ta’ propjetà intelletwali li tippermetti użu liberu, adattament u distribuzzjoni". L-Edukazzjoni Miftuħa (l-OE) hija kunċett aktar wiesgħa li tirreferi għall-prattika u l-organizzazzjonijiet mmirati sabiex ineħħu l-ostakoli sabiex wieħed jidħol fl-edukazzjoni. L-OER hija parti mill-OE, li rciviet tefa' tajba permezz tal-użu tal-ICT. Għal iktar tagħrif jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit elettroniku tal-UNESCO fuq l-OER: http://www.unesco.org/new/en/communication-and-information/access-to-knowledge/open-educational-resources

[17]             http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/documents/key_data_series/129EN.pdf

[18]             Cf. Id-deinizzjoni fid-Dokument tal-Ħidma tal-Persunal dwar is-Sapport lill-Professjonijiet tal-Tagħlim għal Riżultati ta’ Tagħlim Aħjar

[19]             Cf.. Cf. Ibid, OECD Education at a Glance 2012

[20]             Għal noti dwar data fuq pajjiż speċifiku rreferi għal websajt tal-Eurostat

[21]http://ec.europa.eu/euraxess/pdf/research_policies/Towards_a_European_Framework_for_Research_Careers_final.pdf

[22]             Cf. EURYDICE (li ġej), Tendenzi Reċenti fil-Finanzjament Pubbliku tal-Edukazzjoni Ewropea

[23]             Cf. Ibid, OECD Education at a Glance 2012

[24]             Cf. OECD L-Edukazzjoni Illum, id-29 ta’ Ġunju 2012

[25]             Cf. EURYDICE (2012), Miżati nazzjonali ta’ l-istudenti u sistemi ta' support 2011/2012

[26]             Għall-prattika tal-Istati Membri cf. Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal u toroq flessibli għall-iżvilupp tal-ħiliet fuq żmien twil