13.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/23 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Strumenti finanzjarji tal-UE għall-affarijiet interni”
2012/C 277/05
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
— |
jilqa' l-inizjattiva li għandha l-għan li tikseb żona ġenwina ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja permezz ta’ proposti baġitarji li jirrikonoxxu l-importanza li l-baġit għall-immigrazzjoni, l-asil u s-sigurtà jingħata r-riżorsi neċessarji; |
— |
jafferma l-importanz a tal-bidliet proposti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li għandhom impatt dirett fuq l-obbligi tagħhom u fuq il-ħajja ta’ kuljum tal-persuni li jgħixu fl-Unjoni Ewropea; |
— |
jenfasizza l-importanza li tingħata risposta għat-tħassib dwar is-sigurtà, li ġej minn żieda fil-mobbiltà globali, fi ħdan il-kuntest tal-protezzjoni universali tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; |
— |
jilqa' l-fatt li l-flessibbiltà u l-ksib tar-riżultati jingħataw attenzjoni speċjali, waqt li jenfasizza li dan jeħtieġ ippjanar tajjeb kif ukoll parteċipazzjoni u involviment mill-partijiet interessati kollha. Għalhekk jenfasizza l-bżonn li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll partijiet interessati oħra, bħall-organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati, is-soċjetà ċivili u l-benefiċjarji nfushom, jiġu involuti sa mill-fażi tal-ippjanar, peress li dawn ta’ spiss jimplimentaw il-programmi u l-proġetti; |
— |
jemmen li l-aċċess għall-finanzjament ittejjeb ħafna permezz tar-riformi proposti. Madankollu, iħeġġeġ li jkomplu jiġu żviluppati l-mekkaniżmi sabiex tinxtered l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament. F'pajjiżi ikbar, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jintużaw sabiex jiġu organizzati konsultazzjonijiet reġjonali u lokali li jippermettu l-parteċipazzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet u l-partijiet interessati li joperaw iktar 'il bogħod mill-bliet prinċipali. |
Relatur |
is-Sur AZZOPARDI (MT/PPE), Sindku tar-Rabat, Għawdex |
||||||||||
Dokumenti ta’ referenza |
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Valutazzjoni ġenerali
1. |
jilqa' l-inizjattiva li għandha l-għan li tikseb żona ġenwina ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja permezz ta’ proposti baġitarji li jirrikonoxxu l-importanza li l-baġit għall-immigrazzjoni, l-asil u s-sigurtà jingħata r-riżorsi neċessarji (1); |
2. |
jappoġġja s-semplifikazzjoni tal-istrumenti eżistenti, fejn ingħaqdu f'żewġ fondi; |
3. |
jafferma l-importanza tal-bidliet proposti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li għandhom impatt dirett fuq l-obbligi tagħhom u fuq il-ħajja ta’ kuljum tal-persuni li jgħixu fl-Unjoni Ewropea; |
4. |
jenfasizza l-importanza li tingħata risposta għat-tħassib dwar is-sigurtà, li ġej minn żieda fil-mobblità globali, fi ħdan il-kuntest tal-protezzjoni universali tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; |
5. |
jissottolinja li dan jista' jinkiseb permezz tal-implimentazzjoni ta’ strumenti koerenti fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja abbażi tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, is-solidarjetà u r-responsabbiltà, waqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni (2); |
6. |
jemmen li hemm bżonn li jinħoloq bilanċ bejn il-partijiet tal-infiq relatati mas-sigurtà u l-fruntieri u l-infiq f'oqsma bħall-integrazzjoni tal-migranti u l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza għal dawk li qegħdin ifittxu l-asil; |
7. |
jappoġġja l-ħolqien ta’ baġit ibbażat fuq il-ħtiġijiet li jgħinu jiġu żviluppati sinerġiji bejn l-istrumenti finanzjarji tal-UE, partikolarment bejn il-Fondi Strutturali u l-fondi fil-qasam tal-affarijiet interni. Il-baġit tal-Unjoni għandu jalloka biżżejjed riżorsi għall-qasam tal-affarijiet interni, kemm permezz tal-Fondi Strutturali kif ukoll permezz tal-istrumenti speċjalizzati fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja; |
8. |
jindika li bir-revoka tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI tintilef il-possibbiltà li l-istrumenti l-oħra tal-Unjoni u tal-Komunità jintużaw b'mod komplementari, u dan jillimita b'mod konsiderevoli l-flessibbiltà mixtieqa fl-użu tal-istrumenti finanzjarji u jhedded il-kontinwazzjoni mingħajr diffikultà tal-proġetti reġjonali transkonfinali fil-qasam tas-sigurtà interna, li s'issa kienu jiġu ffinanzjati permezz tal-appoġġ tal-Objettiv 3 bbażat fuq il-FEŻR. Għalhekk huwa favur li tinżamm il-komplementarjetà bejn l-istrumenti Komunitarji; |
9. |
jindika li hemm bżonn ċertu livell ta’ flessibbiltà fil-funzjonament tal-baġit u tal-istrumenti finanzjarji, li jippermetti li jkun hemm reviżjoni ġenwina f'nofs it-term skont il-prijoritajiet politiċi identifikati, filwaqt li jenfasizza li din il-flessibbiltà għandha tiġi żviluppata b'tali mod li teżisti flimkien mal-allokazzjoni ġusta tar-riżorsi; |
10. |
jilqa' politika dwar l-immigrazzjoni li tibda fil-pajjiżi tal-oriġini u li tqis l-eżiġenzi tas-suq tax-xogħol Ewropew kif ukoll il-bidla demografika, li twassal għal sistema li hija ta’ benefiċċju għall-partijiet kollha, inklużi l-pajjiżi tal-oriġini li ta’ spiss jibbenefikaw minn pagamenti mill-UE (3); |
11. |
jenfasizza l-bżonn li jkun hemm kooperazzjoni b'saħħitha fil-livell tal-UE sabiex tinkiseb koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni kif ukoll sabiex tinkiseb Sistema Ewropea Komuni tal-Asil; |
12. |
jenfasizza l-bżonn li jkun hemm trasparenza fl-użu tal-baġit b'tali mod li l-proposti, il-proġetti u r-riżultati miksuba jkunu viżibbli, aċċessibbli faċilment u li jinftiehmu miċ-ċittadin ordinarju; |
Dwar l-ipprogrammar u l-ġestjoni tal-Fondi
13. |
jilqa' l-fatt li l-flessibbiltà u l-ksib tar-riżultati jingħataw attenzjoni speċjali, waqt li jenfasizza li dan jeħtieġ ippjanar tajjeb kif ukoll parteċipazzjoni u involviment mill-partijiet interessati kollha. Għalhekk jenfasizza l-bżonn li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll partijiet interessati oħra, bħall-organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati, is-soċjetà ċivili u l-benefiċjarji nfushom, jiġu involuti sa mill-fażi tal-ippjanar, peress li dawn ta’ spiss jimplimentaw il-programmi u l-proġetti; |
14. |
jenfasizza l-bżonn li jkun hemm monitoraġġ u evalwazzjoni indipendenti sabiex jiġi assigurat użu effiċjenti tal-fondi u ġestjoni b'saħħitha mill-organizzazzjonijiet li jimplimentaw. Dan jista' jkun ta’ inċentiv sabiex titjieb il-prestazzjoni istituzzjonali. Il-partijiet interessati kollha jridu jipparteċipaw fl-għażla tal-indikaturi kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi. Il-Kumitat jindika li ċerti indikaturi kwalitattivi jistgħu jkunu effiċjenti u effettivi mil-lat ta’ spejjeż. Il-Kumitat jappella wkoll li l-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament isaħħu s-sorveljanza tal-Fondi sabiex joħroġ l-element indipendenti tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; |
Aċċess għall-finanzjament
15. |
jemmen li l-aċċess għall-finanzjament ittejjeb ħafna permezz tar-riformi proposti. Madankollu, iħeġġeġ li jkomplu jiġu żviluppati l-mekkaniżmi sabiex tinxtered l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament. F'pajjiżi ikbar, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jintużaw sabiex jiġu organizzati konsultazzjonijiet reġjonali u lokali li jippermettu l-parteċipazzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet u l-partijiet interessati li joperaw 'il bogħod mill-bliet prinċipali; |
Allokazzjoni tar-riżorsi
16. |
jindika li minkejja l-aspetti pożittivi tas-semplifikazzjoni u l-flessibbiltà, ir-riformi proposti jwasslu wkoll għal inċertezza dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi bejn is-setturi differenti u bejn il-kwistjonijiet tematiċi. Għalhekk jenfasizza l-importanza li l-fondi għandhom jiġu allokati abbażi tal-bżonnijiet permezz ta’ analiżi bir-reqqa tal-bżonnijiet fejn il-prijoritajiet jiġu allokati skont approċċ ibbażat fuq id-drittijiet. Dan jista' jinkiseb permezz ta’ mekkaniżmi u salvagwardji eżistenti sabiex tiġi żgurata prijoritizzazzjoni effiċjenti, inkluża l-parteċipazzjoni mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati oħra fit-tfassil tal-istrateġiji nazzjonali; |
17. |
jenfasizza l-bżonn li l-fondi jiġu distribwiti b'mod ugwali skont il-kapaċità istituzzjonali u l-proposti tal-proġetti u mhux jingħataw biss lil ftit benefiċjarji; |
18. |
jemmen li, f'każ li ma jkunx hemm biżżejjed fondi għandha tingħata prijorità lill-fondi intiżi biex jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni, inklużi dawk li jindirizzaw l-istandards bażiċi ta’ għajxien, il-kwistjonijiet relatati mal-ġeneru u d-dritt għall-asil, flimkien mar-riżorsi sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiġġestixxu l-flussi migratorji; |
Parteċipazzjoni obbligatorja tal-partijiet interessati
19. |
jenfasizza l-importanza ta’ approċċ parteċipattiv sabiex jinkisbu riżultati effettivi, u jappoġġja l-proposta li tobbliga lill-Istati Membri jorganizzaw sħubijiet mal-awtoritajiet pubbliċi kollha kkonċernati u mal-partijiet interessati rilevanti, inklużi s-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programmi nazzjonali; |
20. |
iħeġġeġ għalhekk li l-isħubija tal-partijiet interessati tissaħħaħ u ssir obbligatorja. Jindika li attwalment, il-prinċipju fil-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali (4) jista' ma jwassalx għal parteċipazzjoni b'mod li jkun vinkolanti b'mod suffiċjenti. Filwaqt li l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni huma vinkolanti, f'oqsma oħra hemm ħafna diskrezzjoni dwar jekk sħubija sinifikanti hux ser tiġi implimentata jew le; |
21. |
jissuġġerixxi li jista' ma jkunx adegwat li tinħatar awtorità responsabbli waħda għall-azzjonijiet kollha appoġġjati mill-fondi, minkejja li din tista' twassal għal semplifikazzjoni. Sabiex id-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod imparzjali għandu jkun hemm it-trasparenza, il-kontrolli u l-bilanċi. Huwa mħasseb li jista' jkun hemm kwistjonijiet legali li ma jippermettux lil awtorità delegata li taħdem taħt is-superviżjoni tal-awtorità responsabbli nazzjonali. Għalhekk jissuġġerixxi li r-regolamenti għandhom ikunu biżżejjed flessibbli sabiex jikkunsidraw ir-regoli nazzjonali kollha fl-UE u m'għandhomx jisfurzaw lill-Istati Membri jbiddlu l-istrutturi kostituzzjonali tagħhom jekk l-għan jista' jinkiseb ukoll b'approċċ ta’ sħubija; |
Sistema Ewropea Komuni tal-Asil
22. |
jilqa' l-progress li sar sabiex titwaqqaf “Sistema Ewropea Komuni tal-Asil” filwaqt li jenfasizza li l-għan tagħha għandu jkun li tikseb l-istandards tal-pajjiżi b'sistemi u strutturi aħjar u mhux twassal għal tnaqqis ġenerali fil-kwalità bħal dawk li għandhom sistemi inqas b'saħħithom; |
23. |
jixtieq li jkun hemm aktar ċarezza dwar jekk l-Uffiċċju Ewropew għas-Sostenn tal-Asil hux ser juża biss fondi allokati direttament lilu jew ser ikun jista' jaċċessa l-Fondi tal-Affarijiet Interni; |
Akkoljenza u integrazzjoni tal-persuni bi protezzjoni internazzjonali u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi
24. |
jinnota b'sodisfazzjon li ġiet rikonoxxuta l-importanza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-sistemi ta’ akkoljenza u asil kif ukoll fl-integrazzjoni taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi u l-migranti legali; |
25. |
ifaħħar l-idea li jkun hemm enfasi fuq l-aktar persuni vulnerabbli, inklużi l-vittmi tat-traffikar; |
26. |
jenfasizza li l-integrazzjoni għandha tiffoka fuq azzjonijiet sostenibbli fit-tul, waqt li jiġi mfakkar li l-integrazzjoni hija proċess reċiproku fejn l-azzjonijiet jistgħu jiġu indirizzati lejn il-komunitajiet ospitanti u dawk tal-migranti; |
27. |
jissuġġerixxi li l-Fondi għall-Affarijiet Interni għandhom jappoġġjaw ukoll l-azzjonijiet rakkomandati mill-Kummissjoni Ewropea, waqt li jirrikonoxxi l-approċċ ta’ governanza f'diversi livelli fit-Tieni Aġenda Ewropea għall-Integrazzjoni (5); |
28. |
jindika li l-prattiċi amministrattivi ta’ detenzjoni fl-UE kollha ġew analizzati bir-reqqa mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u mill-awtoritajiet tad-drittijiet tal-bniedem u jenfasizza li l-finanzjament tal-proġetti marbuta mad-detenzjoni tal-persuni għandu jassigura li detenzjoni bħal din hija konformi mal-liġi tal-UE u mad-deċiżjonijiet tal-KEDB; |
29. |
jenfasizza li l-membri tal-familja li jibbenefikaw mill-protezzjoni internazzjonali fi Stati Membri differenti għandhom jitħallew jgħixu flimkien u jgawdu minn protezzjoni fl-istess Stat Membru; |
Kondiviżjoni tar-responsabbiltà u rilokazzjoni fl-UE
30. |
jenfasizza li r-reġjuni fil-fruntieri tal-Ewropa għandhom jirċievu aktar appoġġ adegwat fir-rigward tal-asil u l-migrazzjoni, speċjalment fi żminijiet ta’ diffikultà partikolari; (6) |
31. |
jenfasizza li l-kriterji u l-mekkaniżmi għar-rilokazzjoni m'għandhomx ikunu ta’ natura diskriminatorja u għandhom jiffukaw fuq l-aktar persuni vulnerabbli, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet tas-suq tax-xogħol tal-UE, partikolarment għall-persuni li attwalment jgħixu f'żoni fejn l-aċċess għas-suq tax-xogħol huwa limitat. M'għandhomx jiffukaw fuq li jagħtu prijorità lill-persuni li għandhom ħafna ħiliet u li diġà jinsabu integrati fis-soċjetà ospitanti; |
32. |
jindika li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu f'pożizzjoni tajba sabiex jinvolvu ruħhom fit-twaqqif ta’ mekkaniżmi bħal dawn (7); |
33. |
huwa tal-fehma li s-solidarjetà sabiex jiġu appoġġjati l-pajjiżi li għandhom piżijiet għandha tkun kondizzjonali fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u fuq ir-rispett għall-istandards ta’ akkoljenza tal-UE, u dan għandu jipprovdi inċentivi għat-titjib tagħhom; |
Programm tal-UE għas-sistemazzjoni mill-ġdid
34. |
jilqa' t-twaqqif ta’ programm tal-UE dwar is-sistemazzjoni mill-ġdid u jħeġġeġ il-ħolqien ta’ qafas ċar żviluppat minn sħubija bejn il-KEDB, l-UNHCR u l-NGOs, waqt li jitqiesu l-aħjar prattiki f'partijiet oħra tad-dinja. L-UE għandha tkun ta’ eżempju, billi tfittex li tidentifika u tipprovdi protezzjoni lil dawk li l-aktar li jintesew mill-komunità internazzjonali; |
35. |
jenfasizza l-bżonn li jkun hemm inċentivi u informazzjoni dwar il-benefiċċji sabiex jiżdied in-numru ta’ postijiet imwiegħda mill-Istati Membri għas-sistemazzjoni mill-ġdid; |
36. |
jenfasizza l-bżonn li tinżamm distinzjoni ċara bejn sistemazzjoni mill-ġdid minn pajjiżi terzi u rilokazzjoni fi ħdan l-UE, kif ukoll in-numru ta’ persuni allokati għal dawn iż-żewġ programmi; |
Ritorn volontarju assistit
37. |
jerġa' jafferma li l-programmi għandhom, bħala prinċipju, jiġu operati fuq bażi purament volontarja u b'konformità mal-għanijiet tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, li twassal għall-integrazzjoni soċjali fit-tul tal-persuni kkonċernati (8). Ir-ritorn għandu jkun vijabbli u jassigura li ma jitnieda l-ebda proġett ġdid dwar il-migrazzjoni (9). Dan jista' jinkiseb permezz ta’ sħubijiet ma’ organizzazzjoni internazzjonali speċjalizzata bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni; |
38. |
jindika li s-suċċess tal-istrateġiji għar-ritorn ma jistax jitkejjel sempliċiment abbażi tan-numru ta’ persuni rritornati, peress li dan huwa indikatur purament kwantitattiv. L-indikatur jista' jintgħażel bħala n-numru ta’ persuni rritornati f'rabta man-numru ta’ każijiet, waqt li jitqiesu l-fatturi ta’ kwalità fuq perjodu fit-tul; |
Strateġija tas-Sigurtà Interna
39. |
jenfasizza l-involviment indispensabbli tiegħu fil-proċess għat-titjib tas-sigurtà interna tal-Ewropa flimkien mal-bżonn li tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
40. |
jenfasizza li l-finanzjament għall-Fond għas-Sigurtà Interna għandu jqis il-bżonn li jkun hemm investiment f'aktar riċerka, titwettaq l-innovazzjoni u jiġi skambjat l-għarfien fl-oqsma bħaċ-ċibersigurtà, il-forensika, il-protezzjoni tal-infrastruttura kruċjali u s-sigurtà urbana u li l-Kummissjoni Ewropea tippromovi dan b'konformità mal-bżonn dejjem jikber li jiġu indirizzati problemi dejjem aktar speċifiċi u kumplessi; |
41. |
jerġa' jafferma l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fil-kooperazzjoni tal-pulizija u tas-sigurtà, liema involviment jista' jitwettaq permezz ta’ taħriġ, skambju tal-aħjar prattika u programmi ta’ prevenzjoni kif ukoll permezz tal-iżvilupp ta’ għodod u sistemi tal-IT komuni u komunikazzjoni aħjar; |
Il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata
42. |
jirrakkomanda li jissaħħu n-netwerks attwali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u li dawn jintużaw f'kull Stat Membri, jew jekk ikun hemm bżonn jitwaqqfu oħrajn ġodda, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-prattika t-tajba b'rabta mal-integrazzjoni soċjali, it-tagħlim professjonali u l-fehim tal-estremiżmu vjolenti li jinbet fid-distretti u nħawi lokali. Dan jista' jappoġġja l-ħidma li ssir permezz tan-netwerks Ewropej kontra r-radikalizzazzjoni li nħolqu reċentement; |
43. |
jissuġġerixxi li l-finanzjament relatat mal-Fond għas-Sigurtà Interna jinkludi l-konsultazzjoni pubblika fil-livell lokali fl-Istati Membri u li jilħaq lil dawk li ma jħossuhomx parti mis-soċjetà. Dan jista' jgħin sabiex ikun hemm fehim tad-diversi aspetti tal-esperjenzi u l-kunċetti lokali dwar it-terroriżmu u l-motivazzjonijiet li jwasslu għall-estremiżmu; |
44. |
jenfasizza l-bżonn li l-prattiki tal-banek u n-negozji jiġu analizzati b'aktar reqqa sabiex jiġu identifikati u indirizzati l-finanzi tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata permezz tal-ħasil tal-flus u l-akkoppjar tal-attivitajiet kriminali man-negozji b'għan leġittimu; |
45. |
ifakkar ukoll fl-importanza li jiġu kkonfiskati l-assi kriminali, li bla dubju huwa mezz importanti għall-ġlieda ta’ kwalunkwe reat ta’ natura trasversali u għalhekk jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet leġislazzjoni sabiex jissaħħaħ il-qafas legali tal-UE dwar il-konfiska (10); |
46. |
jindika li filwaqt li s-sħubijiet pubbliċi-privati jista' jkollhom impatti pożittivi, għandha tiġi evitata l-privatizzazzjoni tas-sigurtà; |
Kontroll tal-fruntieri u salvataġġ
47. |
jenfasizza l-bżonn li l-kontroll tal-fruntieri jiġi ffinanzjat b'mod adegwat (11). Fl-istess ħin jikkunsidra li, fid-dawl tal-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, hemm dubji dwar kemm l-investiment għoli fil-kontroll tal-fruntieri huwa l-aktar mod effettiv u effiċjenti li jwassal għal tibdil sinifikanti fit-tul; |
48. |
jenfasizza l-bżonn għal monitoraġġ indipendenti tal-azzjonijiet fil-fruntieri minn organizzazzjoni bħall-UNHCR sabiex jiġi assigurat li d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, inkluża l-ugwaljanza bejn is-sessi, qegħdin jiġu rispettati; |
49. |
jenfasizza li l-ħajja tal-bniedem għandha titqies qabel kull kwistjoni oħra u jappella għal aktar kooperazzjoni fost l-Istati Membri u kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-persuni salvati sabiex jiġu pprovduti inċentivi għas-salvataġġ. Iħoss li kondiviżjoni awtomatika tar-responsabbiltà tista' tgħin biex jiġu salvati aktar ħajjiet fuq il-baħar; |
Reazzjoni għall-emerġenzi
50. |
jilqa' t-tibdil li għandu l-għan li jżid il-veloċità li biha jkun hemm reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; |
51. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni timpenja ruħha fl-ippjanar u l-iżvilupp ta’ operazzjonijiet transkonfinali li jinvolvu l-parteċipazzjoni attiva tar-reġjuni fil-fruntieri. Dan għandu jippermetti li r-reġjuni jaqsmu l-esperjenzi tagħhom fil-protezzjoni ċivili u jipprovdu bażi operattiva soda li fuqha jistgħu jibnu forza Ewropea tar-reazzjoni għall-emerġenza; |
52. |
jappella lill-Kummissjoni tieħu rwol ta’ ġestjoni diretta aħjar fis-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex jinżamm livell ta’ superviżjoni u tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni transkonfinali; |
53. |
iħeġġeġ lill-Istati Membri jwaqqfu timijiet multidixxiplinari għar-reazzjoni rapida f'każijiet ta’ emerġenza meta s-sitwazzjoni ta’ emerġenza jkollha elementi bħal flussi mħallta ta’ migrazzjoni fejn huwa essenzjali l-għarfien fil-liġi tal-asil u d-drittijiet tal-bniedem; |
54. |
jindika li xi emerġenzi jistgħu jkunu sitwazzjonijiet fuq perjodu fit-tul u li l-fondi għall-emerġenzi jrid ikun disponibbli sakemm iddum l-emerġenza; |
Aspetti esterni tal-ġestjoni tal-migrazzjoni
55. |
jilqa' approċċ aktar koerenti għall-aspetti interni u esterni tal-ġestjoni tal-migrazzjoni u s-sigurtà interna, waqt li jindika li hemm bżonn tal-kooperazzjoni u d-djalogu mal-pajjiżi terzi sabiex tiġi indirizzata l-immigrazzjoni irregolari u tingħata attenzjoni speċjali lill-migrazzjoni legali; |
56. |
jindika li l-awtoritajiet lokali u reġjonali li huma l-eqreb jew li għandhom l-iktar rabtiet b'saħħithom mal-pajjiżi terzi jistgħu jipprovdu r-rabtiet importanti għall-kooperazzjoni tal-UE ma’ dawn il-pajjiżi, u b'hekk jagħtu kontribut sostanzjali għat-titjib tar-relazzjonijiet u l-kundizzjonijiet ta’ għajxien fil-bliet u r-reġjuni tal-oriġini u tat-tranżitu (12). Permezz tal-kooperazzjoni tiegħu mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi wara t-tkabbir u dawk ġirien (pereżempju permezz tal-Gruppi ta’ Ħidma u l-Kumitati Konsultattivi Konġunti, il-CORLEAP u l-ARLEM), il-KtR jinsab fl-aħjar post sabiex jippromovi l-objettivi tal-fondi lil hinn mill-fruntieri tal-UE; |
57. |
ma jarax linja ċara bejn l-attivitajiet ta’ żvilupp u dawk mhux relatati mal-iżvilupp fir-rigward tal-pajjiżi terzi u jappella għall-koerenza u l-koordinazzjoni bejn il-proġetti għall-għajnuna u l-iżvilupp li huma ffinanzjati u l-proġetti għall-affarijiet interni, immexxija permezz ta’ spirtu ta’ solidarjetà u kondiviżjoni tar-responsabbiltà mal-pajjiżi terzi; |
58. |
jappella għal salvagwardji sabiex l-Istati Membri jiġu ostakolati milli jsegwu l-interessi nazzjonali proprji tagħhom permezz tal-aspett estern tal-Fondi tal-Affarijiet Interni kif ukoll mekkaniżmi li jassiguraw it-trasparenza fil-kooperazzjoni bilaterali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi. |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI
COM(2011)750 final
Regolament li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża
Emenda 1
Artikolu 3
Ibdel it-test tal-paragrafu 2(b) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
Il-kisba ta’ dan l-objettiv għandha titkejjel fuq indikaturi bħal, fost oħrajn, l-iżvilupp ta’ tagħmir għall-kontrol tal-fruntieri u l-qbid ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi irregolari fil-fruntieri esterni fil-korrispondenza mar-riskju tat-taqsima relevanti tal-fruntiera esterna. |
Il-kisba ta’ dan l-objettiv għandha titkejjel fuq indikaturi bħal, fost oħrajn, l-iżvilupp ta’ tagħmir għall-kontrol tal-fruntieril-qbid ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi irregolari fil-fruntieri esterni fil-korrispondenza mar-riskju tat-taqsima relevanti tal-fruntiera esterna. |
Raġuni
Ara l-punt 5. Dawk li jittrattaw flussi mħallta tal-migrazzjoni jeħtieġu livell ta’ għarfien tad-dritt għall-asil sabiex dan id-dritt jiġi sodisfatt.
Emenda 2
Artikolu 3
Żid paragrafu 2(c) ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 48.
Emenda 3
Artikolu 3
Ibdel it-test tal-paragrafu 3(f) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 55.
Emenda 4
Artikolu 3
Żid paragrafu 3(g) ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 47.
Emenda 5
Artikolu 4
Żid paragrafu 1(f) ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 48.
Emenda 6
Artikolu 4
Żid paragrafu 1(g) ġdid
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Ara l-punti 47 u 48.
Emenda 7
Artikolu 4
Żid paragrafu 1(h) ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 5.
Emenda 8
Artikolu 9
Ibdel it-test tal-paragrafu 2(b) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 5.
Emenda 9
Artikolu 13
Ibdel it-test tal-paragrafu 2(g) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punti 3 u 55.
COM(2011) 751 final
Regolament li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil
Emenda 1
Artikolu 3
Ibdel it-test tal-paragrafu 2(c) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
Il-kisba ta’ dan l-objettiv għandha tiġi mkejjla permezz ta’ indikaturi, fost oħrajn, in-numru ta’ persuni rritornati. |
Il-kisba ta’ dan l-objettiv għandha tiġi mkejjla permezz ta’ indikaturi, fost oħrajn, in-numru ta’ persuni rritornati. |
Raġuni
Ara l-punt 37.
Emenda 2
Artikolu 5
Ibdel it-test tal-paragrafu 1(e) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Il-persunal tas-soċjetà ċivili ta’ spiss jimplimenta l-proġetti ta’ integrazzjoni.
Emenda 3
Artikolu 5
Żid paragrafu 1(g) ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 28.
Emenda 4
Artikolu 6
Ibdel it-test tal-paragrafu (b) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 13.
Emenda 5
Artikolu 7
Żid paragrafu (h) ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 30.
Emenda 6
Artikolu 8
Ibdel it-test tal-paragrafu (a) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 25.
Emenda 7
Artikolu 9
Ibdel it-test tal-paragrafu 1 kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. Fi ħdan l-objettiv speċifiku definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-azzjonijiet eliġibbli għandhom isiru fil-qafas ta’ strateġiji konsistenti, implimentati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, awtoritajiet lokali u/jew reġjonali u ddisinjati speċifikament għall-integrazzjoni, fil-livell lokali u/jew reġjonali, kif xieraq, tal-persuni msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 4(1). F'dan il-kuntest, l-azzjonijiet eliġibbli għandhom partikolarment jinkludu dan li ġej: |
1. Fi ħdan l-objettiv speċifiku definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-azzjonijiet eliġibbli għandhom isiru fil-qafas ta’ strateġiji konsistenti, implimentati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, awtoritajiet lokali u/jew reġjonali u ddisinjati speċifikament għall-integrazzjoni, fil-livell lokali u/jew reġjonali, kif xieraq, tal-persuni msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 4(1). F'dan il-kuntest, l-azzjonijiet eliġibbli għandhom partikolarment jinkludu dan li ġej: |
Raġuni
Ara l-punt 25.
Emenda 8
Artikolu 9
Ibdel it-test tal-paragrafu 1(a) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punti 18 u 23.
Emenda 9
Artikolu 9
Żid paragrafu 1(i) ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 26.
Emenda 10
Artikolu 9
Żid paragrafu 1(j) ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 26.
Emenda 11
Artikolu 10
Żid paragrafu (f) ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Ara l-punti 46 u 54.
Emenda 12
Artikolu 11
Ibdel it-test tal-paragrafu (a) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 27.
Emenda 13
Artikolu 12
Ibdel it-test tal-paragrafu (b) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punti 36 u 37.
Emenda 14
Artikolu 13
Ibdel it-test tal-paragrafu (a) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 36.
Emenda 15
Artikolu 17
Ibdel it-test tal-paragrafu 4 kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||
4. Il-gruppi vulnerabbli ta’ refuġjati li ġejjin għandhom f'kwalunkwe każ ikunu inklużi fil-prijoritajiet komuni ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni u jikkwalifikaw għas-somma sħiħa provduta skont il-paragrafu 2:
|
4. Il-gruppi vulnerabbli ta’ refuġjati li ġejjin għandhom f'kwalunkwe każ ikunu inklużi fil-prijoritajiet komuni ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni u jikkwalifikaw għas-somma sħiħa provduta skont il-paragrafu 2:
|
Raġuni
Ara l-punt 33. Li l-persuni bi bżonnijiet psikoloġiċi jingħataw prijorità hija prattika tajba użata mill-UNHCR u oħrajn.
Emenda 16
Artikolu 18
Żid paragrafu 5 ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
|
Raġuni
Ara l-punt 32.
Emenda 17
Artikolu 18
Żid paragrafu 6 ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
|
Raġuni
Ara l-punt 30.
Emenda 18
Artikolu 19
Ibdel it-test tal-paragrafu 1 kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. Sabiex talloka l-ammont indikat fil-punt (c) tal-Artikolu 15(1), sal-31 ta’ Mejju 2017 il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtiġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom, is-sitwazzjoni tagħhom rigward il-flussi migratorji fil-perjodu 2014 sa 2016 u l-iżviluppi mistennija. |
1. Sabiex talloka l-ammont indikat fil-punt (c) tal-Artikolu 15(1), sal-31 ta’ Mejju 2017 il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtiġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom, is-sitwazzjoni tagħhom rigward il-flussi migratorji fil-perjodu 2014 sa 2016 u l-iżviluppi mistennija. |
Raġuni
Is-sitwazzjonijiet fil-qasam tal-migrazzjoni jistgħu jinbidlu mil-lejl għan-nhar u s-sistema għandha tkun flessibbli biżżejjed biex tlaħħaq ma’ dawn il-bidliet.
Emenda 19
Artikolu 22
Ibdel it-test tal-paragrafu 1 kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza. |
1. Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza. |
Raġuni
Ara l-punt 53.
Emenda 20
Artikolu 23
Ibdel it-test tal-paragrafu 2(a) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 15.
Emenda 21
Artikolu 23
Ibdel it-test tal-paragrafu 5(c) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 13. Dan għandu jgħin iżid it-trasparenza tal-mekkaniżmi.
COM(2011)752 final
Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi
Emenda 1
Artikolu 4
Ibdel it-test kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
L-azzjonijiet iffinanzjati mir-Regolamenti Speċifiċi għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali. |
L-azzjonijiet iffinanzjati mir-Regolamenti Speċifiċi għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali. |
Raġuni
Il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem hija parti mill-UE iżda xi kultant ir-riżultati ta’ dawn id-deċiżjonijiet ma jitqiegħdux fil-prattika mill-Istati Membri. Ikun ta’ għajnuna li tiġi enfasizzata l-importanza tagħhom.
Emenda 2
Artikolu 8
Żid paragrafu 5 ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
|
Raġuni
Ara l-punt 53.
Emenda 3
Artikolu 12
Ibdel it-test tal-paragrafu 1 kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. Kull Stat Membru għandu jorganizza, skont ir-regoli u prattiċi nazzjonali attwali, sħubija mal-awtoritajiet u l-korpi kkonċernati għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali. |
1. Kull Stat Membru għandu jorganizza, skont ir-regoli u prattiċi nazzjonali attwali, sħubija mal-awtoritajiet u l-korpi kkonċernati għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali. |
Dawn l-awtoritajiet u l-korpi għandhom jinkludu l-awtoritajiet reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra, u, fejn xieraq, organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali li jirrapreżentaw is-soċjetà ċivili, bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi jew imsieħba soċjali. |
Dawn l-awtoritajiet u l-korpi għandhom jinkludu l-awtoritajiet reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra, u, organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali li jirrapreżentaw is-soċjetà ċivili , bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi jew imsieħba soċjali. |
Raġuni
Il-kelma “rilevanti” flok “fejn xieraq” tneħħi l-element ta’ diskrezzjoni li jista' jwassal għal nuqqas ta’ ċarezza. Il-kontribut mill-gruppi mmirati huwa l-bażi tal-ipprogrammar tal-UE.
Emenda 4
Artikolu 12
Żid it-test tal-paragrafu 4 kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
4. Kull Stat Membru għandu jwaqqaf kumitat ta’ monitoraġġ li jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali. |
4. Kull Stat Membru għandu jwaqqaf kumitat ta’ monitoraġġ li jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali. |
Raġuni
Ara l-punt 13. Dan jista' jwassal għal aktar trasparenza u jiġu evitati kunflitti possibbli ta’ interess.
Emenda 5
Artikolu 12
Ibdel it-test tal-paragrafu 5 kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
5. Il-Kummissjoni tista' tipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat ta’ monitoraġġ f'kapaċità ta’ pariri. |
5. Il-Kummissjoni tipparteċipa fil-ħidma tal-kumitat ta’ monitoraġġ f'kapaċità ta’ pariri. |
Raġuni
Il-parteċipazzjoni mill-Kummissjoni hija importanti ħafna u m'għandhiex tkun fakultattiva.
Emenda 6
Artikolu 14
Żid paragrafu 5(g) ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Ara l-punti 18 u 19.
Emenda 7
Artikolu 20
Żid it-test tal-paragrafu 2(c) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punti 18 u 19. Il-partijiet interessati rilevanti jinsabu f'pożizzjoni tajba sabiex jiġġudikaw il-prestazzjoni ta’ proġett.
Emenda 8
Artikolu 23
Ibdel it-test tal-paragrafu 1(b) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punti 18 u 19.
Emenda 9
Artikolu 25
Żid paragrafu 5(d) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Ara l-punti 18 u 19. Il-partijiet interessati rilevanti jinsabu f'pożizzjoni tajba sabiex jiġġudikaw il-prestazzjoni ta’ proġett.
Emenda 10
Artikolu 48
Ibdel it-test tal-paragrafu 1(b) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 14.
Emenda 11
Artikolu 50
Żid paragrafu 7 kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
|
Raġuni
Ara l-punti 18 u 19.
Emenda 12
Artikolu 51
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri li jipproduċu u jiġbru d-dejta meħtieġa għal evalwazzjonijiet, inkluża dejta marbuta ma’ indikaturi komuni u speċifiċi għal programmi. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri li jipproduċu u jiġbru d-dejta meħtieġa għal evalwazzjonijiet, inkluża dejta marbuta ma’ indikaturi komuni u speċifiċi għal programmi. |
Raġuni
Ara l-punt 13.
Emenda 13
Artikolu 55
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat komuni “Asil, Migrazzjoni u Sigurtà” stabbilit b'dan ir-Regolament. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat skont it-tifsir tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat komuni “Asil, Migrazzjoni u Sigurtà” stabbilit b'dan ir-Regolament. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat skont it-tifsir tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
Raġuni
Ara l-punti 18 u 19.
COM(2011)753 final
Regolament li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tar-riskji
Emenda 1
Artikolu 3
Ibdel it-test tal-paragrafu 2(a) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punti 41 u 55.
Emenda 2
Artikolu 3
Ibdel it-test tal-paragrafu 3(a) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punti 38, 39, 40, 41, 43 u 44.
Emenda 3
Artikolu 4
Ibdel it-test tal-paragrafu 1(a) kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Ara l-punti 38 u 40.
Emenda 4
Artikolu 4
Żid paragrafu 1(h) ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 42.
Emenda 5
Artikolu 4
Żid paragrafu 1(i) ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Ara l-punt 41.
Emenda 6
Artikolu 6
Ibdel it-test tal-paragrafu 1 kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. Il-programm nazzjonali li għandu jiġi preparat taħt l-Istrument u dak li għandu jiġi preparat taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/2012 li jistabbilixxi bħala parti mill-Fond ta’ Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għal fruntieri esterni u l-viża għandu jitfassal konġuntament mill-Istati Membri u propost lill-Kummissjoni bħala programm nazzjonali uniku għall-Fond, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [Regolament Orizzontali]. |
1. Il-programm nazzjonali li għandu jiġi preparat taħt l-Istrument u dak li għandu jiġi preparat taħt ir-Regolament (UE) Nru XXX/2012 li jistabbilixxi bħala parti mill-Fond ta’ Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għal fruntieri esterni u l-viża għandu jitfassal konġuntament mill-Istati Membri u propost lill-Kummissjoni bħala programm nazzjonali uniku għall-Fond, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [Regolament Orizzontali]. |
Raġuni
Ara l-punti 18 u 19.
Emenda 7
Artikolu 14(a)
Żid punt ġdid kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
|
Raġuni
S'issa, l-appoġġ għall-miżuri transkonfinali tal-pulizija seta' jiġi jew mill-programm ISEC (il-programm tal-Kummissjoni għall-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità) jew mill-Objettiv 3 (iffinanzjat mill-FEŻR) (il-prinċipju tal-komplementarjetà – Artikolu 11 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI). Filwaqt li l-miżuri taħt il-programm ISEC kienu ffinanzjati ċentralment mill-UE, il-ġestjoni tal-fondi li jingħataw taħt l-Objettiv 3 kienet deċentralizzata. Skont l-Artikolu 14 tal-abbozz ta’ Regolament dwar il-Fond għas-Sigurtà Interna, id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-2007 ser titħassar fil-perjodu finanzjarju li jmiss, u dan ifisser li l-prinċipju tal-komplementarjetà bejn l-istrumenti tal-Komunità ser jitħassar ukoll u għalhekk mhux ser ikun iktar possibbli li ssir l-għażla bejn il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-finanzjament tal-Objettiv 3. Madankollu, il-vantaġġi tal-flessibbiltà fl-użu ta’ strumenti differenti ta’ finanzjament m'għandhomx jintilfu. Sakemm it-tħassir tal-komplementarjetà jkun intiż sabiex jiġi evitat appoġġ doppju, dan jista' jiġi indirizzat b'mod pjuttost adegwat fil-proċess ta’ implimentazzjoni. Għalhekk nissuġġerixxu li l-prinċipju tal-komplementarjetà u l-klawżola tas-salvagwardja fl-Artikolu 11(3) tal-programm ISEC għandhom jiġu indikati f'Artikolu 14(a) ġdid tar-Regolament dwar il-Fond għas-Sigurtà Interna.
Brussell, 18 ta’ Lulju 2012.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Mercedes BRESSO
(1) CdR 201/2009, punt 1.
(2) CdR 201/2009, punti 8 u 9.
(3) CdR 170/2010, punt 43.
(4) COM(2011)752 final.
(5) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Aġenda Ewropea għall-Integrazzjoni ta’ Persuni bin-Nazzjonalità ta’ Pajjiżi Terzi – COM(2011) 455 final.
(6) CdR 170/2010, punti 41 u 42.
(7) CdR 201/2009, punt 92.
(8) CdR 170/2010, punt 48.
(9) CdR 201/2009, punt 87.
(10) COM (2012) 85.
(11) CdR 210/2008, punt 30.
(12) CdR 201/2009, punti 76 u 77.