13.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 107/1


POŻIZZJONI (UE) Nru 6/2012 TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI

bil-ħsieb għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju

Adottat mill-Kunsill fil-21 ta’ Frar 2012

2012/C 107 E/01

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (2) jirrikjedi li oġġetti b'użu doppju (inklużi software u teknoloġija) ikunu suġġetti għal kontroll effettiv meta jiġu esportati minn jew fi transitu mill-Unjoni, jew jitwasslu lejn pajjiż terz bħala riżultat tas-servizzi ta’ senserija pprovduti minn sensar residenti jew stabbilit fl-Unjoni.

(2)

Sabiex l-Istati Membri u l-Unjoni jkunu jistgħu jikkonformow mal-impenji internazzjonali tagħhom, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jistabbilixxi l-lista komuni ta’ oġġetti b'użu doppju msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, li jimplimenta l-kontrolli tal-użu doppju li dwarhom intlaħaq ftehim internazzjonali. Dawn l-impenji ttieħdu fil-kuntest tal-parteċipazzjoni fi ħdan il-Grupp tal-Awstralja, ir-Reġim għall-Kontroll tat-Teknoloġija Missilistika, il-Grupp tal-Fornituri Nukleari, l-Arranġament ta’ Wassenaar u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 jipprovdi għal lista mniżżla fl-Anness I li għandha tiġi aġġornata b’konformità mal-obbligi u l-impenji rilevanti, u kull modifika tagħhom, li l-Istati Membri aċċettaw bħala membri tar-reġimi internazzjonali ta’ nonproliferazzjoni u l-arranġamenti għall-kontroll tal-esportazzjoni, jew bir-ratifika tat-trattati internazzjonali rilevanti.

(4)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 għandu jiġi emendat biex iqis it-tibdil li ntlaħaq ftehim dwaru fi ħdan il-Grupp tal-Awstralja, il-Grupp tal-Fornituri Nukleari, ir-Reġim għall-Kontroll tat-Teknoloġija Missilistika u l-Arranġament ta’ Wassenaar, wara l-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Sabiex ikunu ffaċilitati r-referenzi għall-awtoritajiet għall-kontroll tal-esportazzjoni u l-operaturi, għandha tiġi ppubblikata verżjoni aġġornata u kkonsolidata tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 għandu jiġi emendat biex jirrifletti dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 għandu jiġi sostitwit bl-Anness ta’ dan it-test fir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-30 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ …

(2)  ĠU L 134, 29.05.2009, p. 1.


ANNESS

"ANNESS I

Lista msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament

LISTA TA' OĠĠETTI B'UŻU DOPPJU

Din il-lista timplimenta kontrolli ta’ oġġetti b'użu doppju maqbula internazzjonalment inkluż l-Arranġament ta’ Wassenaar, ir-Reġim għall-Kontroll tat-Teknoloġija Missilistika (MTCR), il-Grupp tal-Fornituri Nukleari (NSG), il-Grupp tal-Awstralja u l-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi (CWC).

WERREJ

Noti

Akronimi u abbrevjazzjonijiet

Definizzjonijiet

Kategorija 0

Materjali, faċilitajiet u tagħmir nukleari

Kategorija 1

Materjali speċjali u tagħmir relatat

Kategorija 2

L-ipproċessar ta’ materjali

Kategorija 3

Elettronika

Kategorija 4

Kompjuters

Kategorija 5

Telekommunikazzjoni u "sigurtà tal-informazzjoni"

Kategorija 6

Sensuri u lasers

Kategorija 7

Navigazzjoni u avjonika

Kategorija 8

Materjal navali

Kategorija 9

Aerospazju u propulsjoni

NOTI ĠENERALI GĦALL-ANNESS I

1.

Għall-kontroll ta’ oġġetti li huma ddisinjati jew modifikati għal użu militari, ara l-lista/i rilevanti ta’ kontrolli tal-merkanzija militari miżmuma mill-Istati Membri individwali. Referenzi f'dan l-Anness li jiddikjaraw "ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI" jirreferu għall-istess listi.

2.

L-għan tal-kontrolli msemmija f'dan l-Anness m'għandux ikun megħlub mill-esportazzjoni ta’ oġġetti mhux ikkontrollati (inklużi pjanti) li fihom komponent ikkontrollat wieħed jew aktar meta l-komponent jew il-komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġetti u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw għal skopijiet oħrajn.

:

Meta jiġi vvalutat jekk il-komponent jew komponenti kkontrollati għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jintiżnu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxi l-komponent jew komponenti kkontrollati bħala l-element prinċipali tal-oġġetti li jkun qed jiġu akkwistati.

3.

L-oġġetti speċifikati f'dan l-Anness jinkludu oġġetti kemm ġodda kif ukoll użati.

4.

F'ċerti każijiet sustanzi kimiċi huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għas-sustanzi kimiċi tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew in-numru CAS. In-numri CAS qed jingħataw biex jgħinu fl-identifikazzjoni ta’ sustanza kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi peress li xi forom tas-sustanza kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li fihom sustanza kimika elenkata jista' wkoll ikollhom numri CAS differenti.

NOTA DWAR IT-TEKNOLOĠIJA NUKLEARI (NTN)

(Għandha tinqara flimkien mat-taqsima E tal-Kategorija 0.)

It-"teknoloġija" direttament assoċjata ma’ kwalunkwe oġġett ikkontrollat fil-Kategorija 0 hi kkontrollata skont id-dispożizzjonijiet tal-Kategorija 0.

"Teknoloġija" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta’ oġġetti taħt kontroll tibqa' taħt kontroll anke meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ikkontrollati.

L-approvazzjoni ta’ oġġetti għall-esportazzjoni tawtorizza wkoll l-esportazzjoni lill-istess utent finali tat-"teknoloġija" minima meħtieġa għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni u t-tiswija tal-oġġetti.

Kontrolli fuq trasferiment ta’ "teknoloġija" ma japplikawx għal informazzjoni "fl-isfera pubblika" jew għal "riċerka xjentifika bażika".

NOTA ĠENERALI DWAR IT-TEKNOLOĠIJA (GTN)

(Għandha tinqara flimkien mat-taqsima E tal-Kategoriji 1 sa 9.)

L-esportazzjoni tat-"teknoloġija" li hi "meħtieġa" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta’ oġġetti kkontrollati fil-Kategoriji 1 sa 9, hi kkontrollata skont id-dispożizzjonijiet tal-Kategoriji 1 sa 9.

"Teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta’ oġġetti taħt kontroll tibqa' taħt kontroll anke meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ikkontrollati.

Il-kontrolli ma japplikawx għal dik it-"teknoloġija" li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) u t-tiswija ta’ dawk l-oġġetti li mhumiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata.

:

Dan ma jirrilaxxax tali "teknoloġija" speċifikata f'1E002.e., 1E002.f., 8E002.a. u 8E002.b.

Kontrolli fuq trasferiment ta’ "teknoloġija" ma japplikawx għal informazzjoni "fl-isfera pubblika", għal "riċerka xjentifika bażika" jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għal applikazzjonijiet għal privattivi.

NOTA ĠENERALI DWAR IS-SOFTWARE (GSN)

(Din in-nota tipprevali fuq kwalunkwe kontroll fit-taqsima D tal-Kategoriji 0 sa 9.)

Il-Kategoriji 0 sa 9 ta’ din il-lista ma jikkontrollawx "software" li hu jew:

a.

Ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jkun:

1.

Mibjugħ mill-ħażniet f'postijiet ta’ bejgħ bl-imnut, mingħajr restrizzjoni, permezz ta':

a.

Transazzjonijiet minn fuq il-bank;

b.

Transazzjonijiet bil-posta;

c.

Transazzjonijiet elettroniċi; jew

d.

Transazzjonijiet ta’ ordni bit-telefon; u

2.

Iddisinjati għal installazzjoni mill-utent mingħajr ebda appoġġ sostanzjali ieħor mill-fornitur; jew

:

L-entrata a. tan-Nota Ġenerali dwar is-Software ma tirrilaxxax "software" speċifikat fil-Kategorija 5 - Parti 2 ("Sigurtà tal-Informazzjoni").

b.

"Fl-isfera pubblika".

AKRONIMI U ABBREVJAZZJONIJIET UŻATI F'DAN L-ANNESS

Akronimu jew abbrevjazzjoni, meta użat bħala terminu definit, jinstab f' ‧Definizzjonijiet ta’ Termini użati f'dan l-Anness‧.

Akronimu jew abbrevjazzjoni

Tifsira

ABEC

Kumitat ta’ l-Inġiniera tad-Direzzjoni Annulari

AGMA

Assoċjazzjoni tal-Manifatturi Amerikani ta’ l-Ingranaġġi

AHRS

sistema ta’ referenza ta’ attitudni u direzzjoni

AISI

Istitut Amerikan tal-Ħadid u l-Azzar

ALU

unità loġika aritmetika

ANSI

Istitut ta’ l-Istandards Nazzjonali Amerikan

ASTM

is-Soċjetà Amerikana għall-Ittestijar u l-Materjali

ATC

kontroll tat-traffiku tal-ajru

AVLIS

separazzjoni iżotopika ta’ fwar atomiku bil-laser

CAD

disinn megħjun mill-kompjuter

CAS

Servizz ta’ l-Astratti tal-Kimiċi

CCITT

Kumitat Konsultattiv Internazzjonali tat-Telegrafu u t-Telefonija

CDU

unità ta’ kontroll u viżwalizzazzjoni

CEP

żball ċirkolari probabbli

CNTD

depożitu termiku b'nukleazzjoni kontrollata

CRISLA

reazzjoni kimika permezz ta’ attivazzjoni iżotopika selettiva bil-laser

CVD

depożizzjoni ta’ sustanza kimika mill-fwar

CW

gwerra kimika

CW (għal-lasers)

mewġa kontinwa

DME

tagħmir li jkejjel id-distanza

DS

direzzjonalment solidifikat

EB-PVD

depożitu fiżiku f'fażi ta’ fwar permezz ta’ raġġ elettroniku

EBU

European Broadcasting Union

ECM

immaxinjar elettrokimiku

ECR

riżonanza elettroċiklotrun

EDM

magni ta’ skariku elettriku

EEPROMS

memorja li tinqara biss programmabbli u li titħassar elettrikament

EIA

Assoċjazzjoni tal-Industriji Elettroniċi

EMC

kompatibbiltà elettromanjetika

ETSI

Istitut Ewropew għall-Istandards tat-Telekomunikazzjoni

FFT

trasformat Fourier rapidu (Fast Fourier Transform)

GLONASS

sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita

GPS

sistema ta’ pożizzjonar globali

HBT

transisters etero-bipolari

HDDR

irrekordjar diġitali b'densità għolja

HEMT

transisters b'mobbiltà għolja tal-elettroni

ICAO

Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili

IEC

Kummissjoni Internazzjonali Elettro-teknika

IEEE

Istitut tal-Inġiniera Elettriċi u Elettroniċi

IFOV

kamp tal-viżjoni istantanju

ILS

sistema ta’ nżul bi strument

IRIG

inter-range instrumentation group

ISA

atmosfera standard internazzjonali

ISAR

radar b'apertura sintetika bil-maqlub

ISO

Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni

ITU

Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni

JIS

Japanese Industrial Standard

JT

Joule-Thomson

LIDAR

rilevament u kejl tad-distanza bid-dawl

LRU

unità rimpjazzabbli fil-post

MAC

kodiċi ta’ awtentikar tal-messaġġ

Mach

proporzjon tal-veloċità ta’ oġġett mal-veloċità tal-ħoss (imsemmi għal Ernst Mach)

MLIS

separazzjoni iżotopika molekulari bil-laser

MLS

sistemi ta’ nżul bil-microwave

MOCVD

depożizzjoni bi fwar kimiku ta’ sustanza organo-metallika

MRI

immaġini b'riżonanza manjetika

MTBF

ħin medju bejn il-ħsarat

Mtops

miljun operazzjoni teoretika kull sekonda

MTTF

ħin medju qabel il-ħsara

NBC

Nukleari, Bijoloġiku u Kimiku

NDT

test mhux distruttiv

PAR

radar ta’ approċċ ta’ preċiżjoni

PIN

numru ta’ identifikazzjoni personali

ppm

partijiet kull miljun

PSD

densità spettrali tal-qawwa

QAM

quadrature-amplitude-modulation

RF

frekwenza tar-radju

SACMA

Suppliers of Advanced Composite Materials Association

SAR

radar b'apertura sintetika

SC

monokristall

SLAR

radar laterali fl-ajru

SMPTE

Society of Motion Picture and Television Engineers

SRA

assemblaġġ rimpjazzabbli fil-laboratorju

SRAM

memorja statika ta’ aċċess każwali

SRM

Metodi Rakkomandati mill-SACMA

SSB

faxxa laterali unika

SSR

radar sekondarju ta’ sorveljanza

TCSEC

kriterji ta’ evalwazzjoni għal sistema ta’ kompjuter fdata

TIR

qari totali indikat

UV

ultravjola

UTS

limitu tar-reżistenza għat-tensjoni

VOR

firxa omni-direzzjonali ta’ frekwenza għolja ħafna

YAG

granata tal-aluminju/l-ittriju

DEFINIZZJONIJIET TAT-TERMINI UŻATI F'DAN L-ANNESS

Definizzjonijiet ta' termini bejn ‧virgoletti singoli‧ jingħataw f'Nota Teknika mal-punt rilevanti.

Definizzjonijiet ta' termini bejn "virgoletti doppji" huma kif ġej:

:

Referenzi għall-kategorija jingħataw fil-parentesi wara t-terminu ddefinit.

"Adattat għal użu fil-gwerra" (1) tfisser kwalunkwe modifika jew selezzjoni (bħal alterazzjoni fil-purezza, ħajja fuq l-ixkaffa, virulenza, karatteristiċi disseminattivi, jew reżistenza għal radjazzjoni UV) iddisinjati sabiex iżidu l-effettività fil-produzzjoni ta' ferimenti ta' bnedmin jew annimali, fid-degradazzjoni ta' tagħmir jew fil-ħsara lill-għelejjel jew lill-ambjent.

"Aġent ta' kontroll ta' rvellijiet" (1) tfisser sustanzi li, taħt il-kondizzjonijiet mistennija ta' użu għall-finijiet ta' kontroll ta' rvellijiet, jipproduċu rapidament fin-nies irritazzjoni sensorja jew effetti fiżiċi li jinkapaċitaw u li jispiċċaw fi żmien qasir wara li jintemm l-esponiment.

Gassijiet tad-dmugħ jaqgħu taħt "aġenti ta' kontroll ta' rvellijiet".

"Aġilità tal-frekwenza tar-radar" (6) tfisser kwalunkwe teknika li tibdel, f'sekwenza psewdo-każwali, il-frekwenza tat-trasportatur ta' trasmettitur radar tal-impuls bejn l-impulsi jew bejn gruppi ta' impulsi b'ammont ugwali jew ikbar mill-faxxa tal-frekwenza tal-impuls.

"Algoritmu asimmetriku" (5) tfisser algoritmu kriptografiku li juża ċwievet differenti, matematikament relatati għall-kodifikazzjoni u d-deċifrar.

:

Użu komuni ta' "algoritmi asimmetriċi" hu amministrazzjoni taċ-ċwievet.

"Algoritmu simmetriku" (5) tfisser algoritmu kriptografiku li juża ċavetta identika għall-kodifikazzjoni kif ukoll għad-deċifrar.

:

Użu komuni ta' "algoritmi simmetriċi" hija l-kunfidenzjalità tad-data.

"Allokati mill-ITU" (3 5) tfisser l-allokazzjoni ta' faxex ta' frekwenza skont l-edizzjoni attwali tar-Regolamenti tar-Radju tal-ITU għal servizzi primarji, permessi u sekondarji.

:

Allokazzjonijiet addizzjonali u alternattivi m'humiex inklużi.

"Amplifikazzjoni ottika" (5), fil-komunikazzjoni ottika, tfisser teknika ta' amplifikazzjoni li tintroduċi ksib ta' sinjali ottiċi li jkunu ġew iġġenerati minn sors ottiku separat, mingħajr konverżjoni f'sinjali elettriċi, jiġifieri bl-użu ta' ampifikaturi ottiċi semikondutturi, amplifikaturi luminixxenti tal-fibra ottika.

"Analizzaturi dinamiċi tas-sinjali" (3) tfisser "analizzaturi tas-sinjali" li jużaw teknika diġitali ta' teħid ta' kampjuni u ta' trasformazzjoni sabiex juru viżwali ta' spettru Fourier tal-forma tal-mewġa partikolari inkluża informazzjoni dwar l-amplitudni u l-fażi.

:

Allokazzjonijiet addizzjonali u alternattivi m'humiex inklużi.

"Analizzaturi tas-sinjal" (3) tfisser tagħmir li kapaċi jkejjel u juri l-karatteristiċi bażiċi tal-komponenti ta' frekwenza unika ta' sinjali b'ħafna frekwenzi.

"Antenna b'arranġament f'fażijiet, orjentabbli elettronikament" (5 6) tfisser antenna li tifforma raġġ permezz ta' fażi li takkoppja, jiġifieri, id-direzzjoni tar-raġġ huwa kkontrollat mill-koeffiċjenti ta' eċċitazzjoni kumplessi tal-elementi li jirradjaw u d-direzzjoni ta' dak ir-raġġ tista' tvarja fl-ażimut jew fl-elevazzjoni, jew fi tnejn, bl-applikazzjoni, kemm fit-trasmissjoni u r-riċeviment, ta' sinjal elettroniku.

"APP" (4) hu ekwivalenti għal "L-Ogħla Rendiment Aġġustat".

"Arranġament tas-sensur ottiku għall-kontroll tat-titjir" (5) huwa netwerk ta' sensuri ottiċi distribwiti, li jużaw raġġi tal-"laser", sabiex jipprovdi data dwar il-kontroll tat-titjir fi żmien reali għall-ipproċessar abbord.

"Assemblaġġ elettroniku" (2 3 4 5) tfisser numru ta' komponenti elettroniċi (jiġifieri, ‧elementi ta' ċirkwiti‧, ‧komponenti diskreti‧, ċirkwiti integrati, eċc.) konnessi flimkien sabiex jagħmlu (a) funzjoni(jiet) speċifika (speċifiċi), sostitwibbli bħala entità u normalment jistgħu jiġu żmuntati.

:

‧Element ta' ċirkwit‧: parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta' ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transister wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċc.

:

‧Komponent diskret‧: ‧element ta' ċirkwit‧ ippakkjat separatament bil-konnessjonijiet esterni tiegħu stess.

"Atomizzazzjoni ċirkolari" (1) tfisser proċess sabiex tiċċekken nixxiegħa jew għadira ta' metall imdewweb f'taqtir żgħir ta' dijametru ta' 500 mikrometru jew inqas b'forza ċentrifugali.

"Atomizzazzjoni f'vakwu" (1) tfisser proċess sabiex tiċċekken nixxiegħa ta' metall imdewweb fi qtar żgħir ta' dijametru ta' 500 mikrometru jew inqas bl-evoluzzjoni rapida ta' gass maħlul mal-espożizzjoni f'vakwu.

"Atomizzazzjoni tal-gass" (1) tfisser proċess sabiex tnaqqas il-fluss ta' liegi tal-metall mdewweb għal qtar ta' dijametru ta' 500 mikrometru jew inqas bi fluss ta' pressjoni għolja ta' gass.

"Attivazzjoni kriptografika" (5) tfisser kwalunkwe teknika li tattiva jew tħaddem il-kapaċità kriptografika, permezz ta' mekkaniżmu sigur li jiġi implimentat mill-manifattur tal-oġġett u li huwa marbut unikament mal-oġġett jew mal-klijent li tkun qed tiġi attivata jew titħaddem għalih il-kapaċità kriptografika (pereżempju ċavetta tal-liċenzja bbażata fuq numru tas-serje jew strument ta' awtentikazzjoni bħal ċertifikat iffirmat diġitalment).

:

Tekniki u mekkaniżmi tal-"attivazzjoni kriptografika" jistgħu jiġu implimentati bħala hardware, "software" jew "teknoloġija".

"Camming" (2) tfisser iċ-ċaqliq tal-assi f'rotazzjoni waħda tal-fus prinċipali mkejjel f'ajruplan b'mod perpendikulari mal-wiċċ tal-fus, f'punt qrib iċ-ċirkonferenza tal-wiċċ tal-fus (Referenza: ISO 230/1 1986, paragrafu 5.63).

"CEP" (ċirku ta' probabbiltà ugwali) (7) huwa kejl tal-preċiżjoni, ir-raġġ taċ-ċirku ċċentrat fuq il-bersall, f'distanza speċifika, fejn jimpattaw 50 % tal-kariki splussivi.

"Ċellola tal-karburant" (8) hija apparat elettrokimiku li jikkonverti l-enerġija kimika direttament għal elettriku b'kurrent dirett (DC) billi jikkonsma karburant minn sors estern.

"Ċirkuwiti integrati tat-tip tal-pellikola" (3) tfisser arranġament ta' ‧elementi ta' ċirkwit‧ u interkonnessjonijiet metalliċi ffurmati minn depożitu ta' pellikola ħoxna jew irqiqa fuq "sottostrat" ta' iżolazzjoni.

:

‧Element ta' ċirkwit‧ huwa parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta' ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transister wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċc.

"Ċirkwit integrat b'ħafna ċippi" (3) tfisser żewġ "ċirkwiti integrati monolitiċi" jew iktar magħquda ma' "sottostrat" komuni.

"Ċirkwit integrat ibridu" (3) tfisser kwalunkwe kombinazzjoni ta' ċirkwit(i) integrat(i), jew ċirkwit integrat b' ‧elementi ta' ċirkwit‧ jew ‧komponenti diskreti‧ konnessi flimkien sabiex iwettqu funzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi, u li għandhom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Ikollhom mill-inqas tagħmir wieħed mhux inkapsulat;

b.

Konnessi flimkien bl-użu ta' metodi tipiċi ta' produzzjoni ta' ċirkwiti integrati;

c.

Sostitwibbli bħala entità; u

d.

Normalment ma jistgħux jiġu żmuntati.

:

‧Element ta' ċirkwit‧: parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta' ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transister wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċc.

:

‧Komponent diskret‧: ‧element ta' ċirkwit‧ ippakkjat separatament bil-konnessjonijiet esterni tiegħu.

"Ċirkwit integrat monolitiku" (3) tfisser kombinazzjoni ta' ‧elementi ċirkwiti‧ attivi jew passivi jew it-tnejn li:

a.

Huma ffurmati permezz ta' proċessi ta' diffużjoni, proċessi ta' impjantazzjoni jew proċessi ta' depożizzjoni fi jew fuq biċċa materjal semikonduttur, dik li tissejjaħ ‧ċippa‧;

b.

Jistgħu jiġu kkunsidrati bħala assoċjati b'mod indivisibbli; u

c.

Jesegwixxu l-funzjoni(jiet) ta' ċirkwit.

:

‧Element ta' ċirkwit‧ huwa parti funzjonali unika attiva jew passiva ta' ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transister wieħed, resister wieħed, kapasiter wieħed, eċc.

"Ċirkwit integrat ottiku" (3) tfisser "ċirkwit integrat monolitiku" jew "ċirkwit integrat ibridu", li fih parti waħda jew iktar, iddisinjat sabiex jiffunzjona bħala fotosensur jew fotoemittent jew sabiex jeżegwixxi funzjoni ottika jew elettro-ottika waħda jew aktar.

"Densifikazzjoni iżostatika taħraq" (2) tfisser il-proċess ta' applikazzjoni ta' pressjoni waqt l-ikkastjar f'temperaturi li jaqbżu 375 K (102 °C) f'kavità magħluqa ġo diversi tipi ta' mezzi (gass, likwidu, partiċelli solidi, eċc.) sabiex tinħoloq forza ugwali fid-direzzjonijiet kollha għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' spazji vojta interni fl-ikkastjar.

"Densità ekwivalenti" (6) tfisser il-massa ta' ottiku kull unità ta' erja ottika proġettata fuq il-wiċċ ottiku.

"Densità totali tal-kurrent" (3) tfisser in-numru totali ta' tidwir tal-ampere fil-bobin (jiġifieri t-total tan-numru ta' tidwir multiplikat bil-kurrent massimu li jinġarr minn kull dawra) diviż bis-sezzjoni trasversali totali tal-bobin (inklużi l-filamenti superkonduttivi, il-matriċi metallika fejn hemm il-filamenti superkonduttivi, il-materjal inkapsulanti, kanali li jkessħu, eċċ.).

"Devjazzjoni tal-pożizzjonament angolari" (2) tfisser id-differenza massima bejn il-pożizzjonament angolari u l-pożizzjonament angolari attwali, imkejla b'mod preċiż ħafna wara li l-muntaġġ li jżomm l-oġġett ta' ħidma jkun tneħħa mill-pożizzjonament inizjali tiegħu (ref. VDI/VDE 2617, Abbozz: ‧Imwejjed rotatorji fuq makkinarji li jkejlu l-koordinati‧).

"Dewmien tal-propagazzjoni tal-bieb bażiku" (3) tfisser il-valur tad-dewmien tal-propagazzjoni li jikkorrispondi għall-bieb bażiku użat f'"ċirkwit integrat monolitiku". Għal ‧familja‧ ta' "ċirkwiti integrati monolitiċi", dan jista' jkun speċifikat jew bħala d-dewmien tal-propagazzjoni għal bieb tipiku fil-‧familja‧ partikolari jew bħala d-dewmien tal-propagazzjoni tipiku għal bieb fil-‧familja‧ partikolari.

:

"Dewmien tal-propagazzjoni tal-bieb bażiku" m'għandux ikun konfuż mad-dewmien tad-dħul/ħruġ ta' "ċirkwit integrat monolitiku" kumpless.

:

‧Familja‧ tikkonsisti fiċ-ċirkwiti integrati kollha li għalihom dawn li ġejjin huma applikati skont il-metodoloġija u l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattura tagħhom minbarra l-funzjonijiet rispettivi tagħhom:

a.

L-arkitettura komuni tal-hardware u tas-software;

b.

It-teknoloġija komuni tad-disinn u l-proċess;

c.

Il-karatteristiċi bażiċi komuni.

"Durata tal-impuls" (6) hija d-durata ta' impuls "laser" imkejla fil-livelli ta' Wisa' Sħiħ Nofs Intensità (FWHI).

"Durata tal-laser" (def) tfisser il-ħin li matulu l-"laser" jipproduċi r-radjazzjoni "laser", li għal-"lasers pulsati" jikkorrispondi għall-ħin li matulu jinħareġ impuls wieħed jew serje ta' impulsi konsekuttivi.

"Element prinċipali" (4), kif japplika fil-Kategorija 4, huwa "element prinċipali" meta l-valur tas-sostituzzjoni tiegħu jkun iktar minn 35 % tal-valur totali tas-sistema li tagħha huwa element. Il-valur tal-element huwa l-prezz imħallas għall-element mill-fabbrikant tas-sistema, jew mill-integratur tas-sistema. Il-valur totali huwa l-prezz tal-bejgħ normali internazzjonali lil partijiet li m'għandhomx x'jaqsmu fil-punt tal-fabbrikazzjoni jew tal-konsolidazzjoni tal-konsenji.

"Estrazzjoni mit-tidwib" (1) tfisser proċess ta' ‧solidifikazzjoni rapida‧ u estrazzjoni ta' prodott ta' liega li qisu żigarella permezz tal-inserzjoni ta' segment qasir ta' blokka kiesħa rotanti f'banju ta' liega tal-metall imdewba.

:

‧Solidifikazzjoni rapida‧: solidifikazzjoni ta' materjal imdewweb b'rati ta' tkessiħ ogħla minn 1 000 K/s.

"Faċilitajiet ta' produzzjoni" (7 9) tfisser "tagħmir tal-produzzjoni" u software iddisinjat apposta għalhekk integrati fi stallazzjonijiet għal "żvilupp" jew għal fażi ta' "produzzjoni" waħda jew iktar.

"Fattur tal-iskala" (ġiroskopju jew aċċellerometru) (7) tfisser il-proporzjon tal-bidla fil-ħruġ ma' bidla fid-dħul li hu intenzjonat li jitkejjel. Il-fattur tal-iskala huwa ġeneralment evalwat bħala l-pendil tal-linja dritta li tista' tiġi adattata bil-metodu tal-inqas kwadrati għad-data ta' dħul-ħruġ miksuba billi d-dħul jitvarja ċiklikament tul il-medda tad-dħul.

"Faxxa tal-frekwenza f'ħin reali" (3) għal "analizzaturi tas-sinjal dinamiċi" hi l-usa' medda tal-frekwenza li l-analizzatur jista' jipproduċi sabiex juri jew jaħżen fil-kwantità mingħajr ma joħloq diskontinwità fl-analiżi tad-data tad-dħul. Għal analizzaturi b'iktar minn kanal wieħed, għandha tintuża l-konfigurazzjoni tal-kanal li jipproduċi l-usa' "faxxa tal-frekwenza f'ħin reali" sabiex isir il-kalkolu.

"Faxxa tal-frekwenza frazzjonali" (3 5) tfisser il-"Faxxa tal-frekwenza istantanja" diviża bil-frekwenza ċentrali, espressa bħala persentaġġ.

"Faxxa tal-frekwenza istantanja" (3 5 7) tfisser il-faxxa tal-frekwenza li fuqha s-saħħa tal-produzzjoni tibqa' kostanti b'varjazzjoni ta' 3 dB mingħajr aġġustament ta' parametri operattivi oħra.

"Fiss" (5) tfisser li l-algoritmu li jikkowdja jew tal-kompressjoni ma jistax jaċċetta parametri forniti esternament (eż., varjabbli kriptografiċi jew ċwievet) u ma jistax jiġi modifikat mill-utent.

"Fl-isfera pubblika" (GTN NTN GSN), hekk kif tapplika f'dan id-dokument, tfisser "teknoloġija" jew "software" li jkunu saru disponibbli mingħajr restrizzjoni wara d-disseminazzjoni ulterjuri tiegħu (restrizzjonijiet tad-dritt tal-awtur ma jneħħux "teknoloġija" jew "software" milli jkunu "fl-isfera pubblika").

"Formatura superplastika" (1 2) tfisser proċess ta' deformazzjoni li juża s-sħana għal metalli li huma normalment karatterizzati b'valuri baxxi ta' elongazzjoni (inqas minn 20 %) fil-punt li jinqasmu kif determinat f'temperatura ambjentali normali bl-ittestjar konvenzjonali tar-reżistenza għat-tensjoni, sabiex jinkisbu elongazzjonijiet waqt l-ipproċessar li huma mill-inqas id-doppju ta' dawk il-valuri.

"Fus inklinabbli" (2) tfisser fus li jżomm għodda li jbiddel, waqt il-proċess ta' mmaxinjar, il-pożizzjonament angolari tal-linja ċentrali tiegħu fir-rigward ta' xi assi ieħor.

"Fużibbli" (1) tfisser li jista' jkun inkroċjat jew polimerizzat aktar (imwebbes) bl-użu ta' sħana, radjazzjoni, katalizzaturi, eċċ., jew li jista' jinħall mingħajr piroliżi (ħruq sa ma jsir faħam).

"Ġeografikament imxerred" (6) huwa fejn kull post huwa ‘l bogħod mill-oħrajn kollha b'iktar minn 1 500 m fi kwalunkwe direzzjoni. Sensuri mobbli huma dejjem ikkunsidrati "ġeografikament imxerrda".

"Ġestjoni tal-qawwa" (7) tfisser it-tibdil tal-qawwa trasmessa tas-sinjal tal-altimetru sabiex il-qawwa riċevuta fl-altitudni tal-"inġenju tal-ajru" tkun dejjem fil-minimu neċessarju sabiex tiddetermina l-altitudni.

"Gradjometri manjetiċi" (6) huma strumenti ddisinjati sabiex isibu l-varjazzjoni spazjali tal-kampijiet manjetiċi minn sorsi esterni għall-istrument. Huma jikkonsistu f' "manjetometri" u elettronika assoċjata li l-produzzjoni tagħhom huwa kejl tal-gradjent tal-kamp manjetiku.

:

Ara wkoll "gradjometru manjetiku intrinsiku".

"Gradjometru manjetiku intrinsiku" (6) hu element uniku ta' kejl tal-gradjent tal-kamp manjetiku u elettronika assoċjata li l-produzzjoni tagħhom hi miżura ta' gradjent tal-kamp manjetiku.

:

Għall-iżotopi tal-plutonju u l-uranju-233, il-piż tal-iżotopi fi grammi;

Għal uranju arrikkit b'1 fil-mija jew aktar fl-iżotopu uranju-235, il-piż tal-element fi grammi mmultiplikat bil-kwadrat tal-arrikiment tiegħu espress bħala frazzjon tal-piż f'deċimali;

Għal uranju arrikkit b'anqas minn 1 fil-mija fl-iżotopu uranju-235, il-piż tal-element fi grammimmultiplikat b'0.0001;

"Gramm effettiv" (0 1) ta' "materjal fissili speċjali" tfisser:

a.

Għall-iżotopi tal-plutonju u l-uranju-233, il-piż tal-iżotopi fi grammi;

b.

Għal uranju arrikkit b'1 fil-mija jew aktar fl-iżotopu uranju-235, il-piż tal-element fi grammi mmultiplikat bil-kwadrat tal-arrikiment tiegħu espress bħala frazzjon tal-piż f'deċimali;

c.

Għal uranju arrikkit b'anqas minn 1 fil-mija fl-iżotopu uranju-235, il-piż tal-element fi grammi mmultiplikat b'0,0001;

"Ħażna ewlenija" (4) tfisser il-ħażna primarja għad-data jew għal istruzzjonijiet għal aċċess rapidu minn unità ċentrali ta' proċessar. Din tikkonsisti fil-ħażna interna ta' "kompjuter diġitali" u kwalunkwe estensjoni ġerarkika għal dan, bħal ħażna moħbija jew ħażna estiża b'aċċess mhux sekwenzali.

"Ħin sabiex tinbidel il-frekwenza" (3 5) tfisser il-ħin (jiġifieri, dewmien) li jieħu sinjal meta jinbidel minn frekwenza prodotta speċifikata inizjali biex jasal għal jew fi ± 0,05 % ta' frekwenza prodotta speċifikata finali. Oġġetti li għandhom medda ta' frekzenza speċifika ta' inqas minn 0,05 % madwar iċ-ċentru ta' frekwenza tagħhom huma definiti li mhumiex kapaċi jibdlu l-frekwenza.

"Ħin ta' ssetiljar" (3) tfisser il-ħin meħtieġ għall-ħruġ sabiex jasal sa nofs bit tal-valur finali meta jkun hemm swiċċjar bejn kwalunkwe żewġ livelli tal-konvertitur.

"Ħjut" (1) huwa mazz ta' ‧filamenti‧ mibrumin.

:

‧Filament‧ huwa mazz ta' "monofilamenti" (tipikament iktar minn 200) irranġati b'mod bejn wieħed u ieħor parallel.

"Imħallat" (1) tfisser taħlit minn filament għal filament ta' fibri termoplastiċi u fibri ta' rinfurzar sabiex tiġi prodotta taħlita ta' "matriċi" ta' rinfurzar ta' fibri f'forma ta' fibri totali.

"Immunotossina" (1) hija konjugat ta' antikorp monoklonali speċifiku monoċellulari u "tossina" jew "sotto-unità ta' tossina", li b'mod selettiv taffettwa ċ-ċelluli morda.

"Inċertezza tal-kejl" (2) hija l-parametru karatteristiku li jispeċifika f'liema medda madwar il-valur tal-produzzjoni l-valur korrett ta' kwantità varjabbli miżurabbli jaqa' f'livell ta' kunfidenza ta' 95 %. Dan jinkludi d-devjazzjonijiet sistematiċi mhux ikkoreġuti, ir-reazzjonijiet mhux ikkoreġuti u d-devjazzjonijiet każwali (ref. ISO 10360-2, jew VDI/VDE 2617).

"Inġenju tal-ajru ċivili" (1 3 4 7) tfisser dawk l-"inġenji tal-ajru" elenkati skont id-deżinjazzjoni f'listi ta' ċertfikazzjoni li turi li huma tajbin għat-titjir ippubblikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili sabiex itiru fuq rotot ċivili kummerċjali interni u esterni jew għal użu leġittimu ċivili, privat jew ta' negozju.

:

Ara wkoll "inġenju tal-ajru".

"Insegwiment awtomatiku tal-bersall" (6) tfisser teknika ta' proċessar li awtomatikament tiddetermina u tipproduċi valur estrapolat tal-pożizzjoni l-aktar probabbli tal-bersall f'ħin reali.

"Intonabbli" (6) tfisser il-kapaċità ta' "laser" li jipproduċi ħruġ kontinwu fit-tulijiet ta' mewġ kollha fuq firxa ta' diversi transizzjonijiet tal-"laser". "Laser" bl-għażla tal-linja jipproduċi tulijiet ta' mewġ diskreti fi transizzjoni ta' "laser" waħda u ma jitqiesx bħala "intonabbli".

"Iżolazzjoni" (9) hija applikata lill-komponenti ta' mutur rokit, jiġifieri l-kaxxa, iż-żennuna, id-dħul, l-għeluq tal-kaxxa, u tinkludi folji kompożiti tal-lastiku kkurati jew semi-kkurati li fihom materjal iżolanti jew refrattorju. Hija tista' wkoll tkun inkorporata bħala boots jew flaps li jtaffu l-isforz.

"Karenatura tat-tarf" (9) tfisser komponent ta' ħolqa stazzjonarju (solidu jew issegmentat) imwaħħal mal-wiċċ ta' ġewwa tal-kejsing tat-turbina tal-magna jew element fit-tarf ta' barra tax-xafra tat-turbina, li prinċipalment tipprovdi siġill għall-gass bejn il-komponenti stazzjonarji u dawk li jduru.

"Kisja interna" (9) hija adatta għar-rabta bejn il-propellant solidu u l-kaxxa jew il-kisja iżolanti. Normalment tixrid ibbażat fuq polimeru likwidu ta' materjali refrattarji jew iżolanti, eż. carbon filled hydroxyl terminated polybutadiene (HTPB) jew polimeru ieħor b'aġenti kurattivi addizzjonali sprejjati jew simentati fuq l-intern tal-kaxxa.

"Kodiċi tal-oġġett" (9) tfisser forma eżegwibbli permezz ta' tagħmir ta' espressjoni konvenjenti ta' proċess wieħed jew aktar ("kodiċi tas-sors" (lingwa tas-sors)) li ġiet ikkompilata minn sistema li tipprogramma.

"Kodiċi tas-sors" (jew lingwa tas-sors) (6 7 9) hija espressjoni konvenjenti ta' proċess wieħed jew aktar li jista' jinbidel minn sistema ta' programmar f'forma eżegwibbli minn tagħmir ("kodiċi tal-oġġett" (jew lingwa tal-oġġett)).

"Koltivazzjonijiet ħajja iżolati" (1) tinkludi koltivazzjonijiet ħajja reqdin u fi preparati niexfa.

"Kompjuter b'arranġament sistoliku" (4) tfisser kompjuter fejn il-fluss u l-modifika tad-data huma dinamikament kontrollabbli fil-livell tax-xatba tal-loġika mill-utent.

"Kompjuter diġitali" (4 5) tfisser tagħmir li jista', fil-forma ta' kwantità varjabbli diskreta waħda jew aktar, iwettaq dan kollu li ġej:

a.

Jaċċetta data;

b.

Jaħżen data jew struzzjonijiet f'tagħmir tal-ħażna fiss jew modifikabbli (li tista' ssir kitba fuqu);

c.

Jipproċessa data permezz ta' sekwenza ta' struzzjonijiet maħżuna li huma modifikabbli;

d.

Jipprovdi ħruġ ta' data.

:

Modifikazzjonijiet ta' sekwenza maħżuna ta' istruzzjonijiet tinkludi s-sostituzzjoni ta' tagħmir ta' ħażna fiss, iżda mhux bidla fiżika fil-wajering jew l-interkonnessjonijiet

"Kompjuter newrali" (4) tfisser tagħmir tal-komputazzjoni ddisinjat jew immodifikat sabiex jimita l-imġiba ta' newron jew ġabra ta' newroni, jiġifieri tagħmir tal-komputazzjoni li jingħaraf bil-kapaċità tal-hardware tiegħu li jimmodula l-piżijiet u n-numri tal-interkonnessjonijiet ta' multipliċità ta' komponenti tal-komputazzjoni abbażi ta' data preċedenti.

"Kompjuter ottiku" (4) tfisser kompjuter iddisinjat jew immodifikat sabiex juża d-dawl sabiex jirrappreżenta d-data u li l-elementi loġiċi tal-komputazzjoni tiegħu huma bbażati fuq tagħmir ottiku akkoppjat direttament.

"Komposti III/V" (6) tfisser prodotti polikristallini jew monokristallini binarji jew kumplessi li jikkonsistu minn elementi tal-gruppi IIIA u VA tat-tabella ta' klassifikazzjoni perjodika ta' Mendeleyev (eż., arsenur tal-gallju, arsenur tal-gallju-aluminju, fosfur tal-indju).

"Kompożitu" (1 2 6 8 9) tfisser "matriċi" u fażi addizzjonali jew fażijiet addizzjonali li jikkonsisti f'partiċelli, fibri tal-kristalli, fibri jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom, preżenti għal skop jew skopijiet speċifiċi.

"Kompressjoni tal-impuls" (6) tfisser l-ikkowdjar u l-ipproċessar ta' impuls ta' sinjal radar ta' duratura twila f'waħda ta' duratura qasira, filwaqt li jinżammu l-benefiċċji ta' impuls b'enerġija qawwija.

"Kontroll numeriku" (2) tfisser il-kontroll awtomatiku ta' proċess eżegwit b'tagħmir li jagħmel użu minn data numerika normalment introdotta waqt li l-operazzjoni tkun qiegħda sseħħ (ref. ISO 2382).

"Kontroll tal-kontorn" (2) tfisser żewġ movimenti jew aktar "ikkontrollati numerikament" li joperaw skont l-istruzzjonijiet li jispeċifikaw il-pożizzjonament meħtieġali jmiss u r-rati ta' dħul meħtieġa għal dik il-pożizzjonament. Dawn ir-rati ta' dħul ivarjaw waħda skont l-oħra sabiex jinħoloq kontorn mixtieq (ref. ISO/DIS 2806 1980).

"Kontroll tat-titjir primarju" (7) tfisser stabbiltà ta' "inġenju tal-ajru" jew kontroll tal-immanuvrar li juża ġeneraturi ta' forza/mument, jiġifieri uċuħ ta' kontroll aerodinamiċi jew gwida tal-ispinta propulsiva.

"Kontroll totali tat-titjir" (7) tfisser kontroll awtomatizzat ta' kwantitajiet varjabbli tal-istat u t-trajettorja ta' "inġenju tal-ajru" sabiex jintlaħqu objettivi ta' missjoni li jirrispondu għal bidliet fid-data fil-ħin reali li jirrigwardaw objettivi, perikli jew "inġenji tal-ajru" oħrajn.

"Kontrollur tal-aċċess fin-netwerk" (4) tfisser wiċċ fiżiku għal netwerk ta' swiċċjar imqassam. Dan juża mezz komuni li jaħdem f'kull parti bl-istess "rata ta' trasferiment diġitali" bl-użu ta' arbitraġġ (eż., token jew carrier sense) għat-trasmissjoni. Indipendentement minn kull wieħed ieħor, huwa jagħżel pakketti ta' data jew gruppi ta' data (eż., IEEE 802) indirizzati lilu. Huwa assemblaġġ li jista' jiġi integrat f'kompjuter jew f'tagħmir ta' telekomunikazzjoni sabiex tipprovdi aċċess għall-komunikazzjoni.

"Kontrollur tal-kanal ta' komunikazzjoni" (4) tfisser l-interface fiżiku li jikkontrolla l-fluss ta' informazzjoni diġitali sinkrona jew asinkrona. Hi assemblaġġ li jista' jkun integrat fil-kompjuter jew fl-tagħmir ta' telekomunikazzjoni sabiex jipprovdi aċċess għall-komunikazzjoni.

"Kostanti tal-ħin" (6) huwa l-ħin meħud mill-applikazzjoni ta' stimolu tad-dawl għall-inkrement kurrenti sabiex jilħaq valur ta' 1-1/e immultiplikat bil-valur finali (jiġifieri 63 % tal-valur finali).

"Kriptografija" (5) tfisser id-dixxiplina li tinkorpora l-prinċipji, il-mezzi u l-metodi għat-trasformazzjoni tad-data sabiex taħbi l-kontenut tal-informazzjoni tagħha, tipprevjeni l-modifika mhux osservata tagħha jew tipprevjeni l-użu mhux awtorizzat tagħha. Il-"Kriptografija" hi limitata għat-trasformazzjoni tal-informazzjoni bl-użu ta' ‧parametru sigriet‧ wieħed jew aktar (eż., kwantitajiet kripto-varjabbli) jew amministrazzjoni taċ-ċavetta assoċjata.

:

‧Parametru sigriet‧: kwantità kostanti jew ċavetta li tinżamm sigrieta mill-oħrajn jew kondiviża biss fi grupp.

"Kriptografija kwantistika" (5) tfisser familja ta' tekniki għall-istabbiliment ta' ċavetta kondiviża għall-"kriptografija" permezz ta' kejl tal-karatteristiċi kwantistiċi-mekkaniċi ta' sistema fiżika (inklużi dawk il-karatteristiċi fiżiċi espliċitament irregolati mill-ottika kwantistika, it-teorija tal-kamp kwantistiku jew l-elettrodinamika kwantistika).

"Kumpensi kollha disponibbli" (2) tfisser wara li jiġu kkunsidrati l-miżuri kollha fattibbli disponobbli għall-manifattur biex jimminimizza kull żball sistematiku ta' pożizzjonament għall-mudell partikolari ta' għodda bil-magna jew żbalji tal-kejl għall-magna partikolari ta' kejl bil-koordinati.

"Kwalifikat għall-użu spazjali" (3 6 8) tirreferi għal prodotti ddisinjati, fabbrikati u ttestjati sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet speċjali elettriċi, mekkaniċi jew ambjentali għall-użu fil-varar u t-tqegħid ta' satelliti jew sistemi ta' titjir f'altitudni għolja li jaħdmu f'altitudni ta' 100 km jew ogħla.

"Laser" (0 2 3 5 6 7 8 9) hu ġabra ta' komponenti li jipproduċu dawl koerenti kemm fl-ispazju kif ukoll fil-ħin li hu amplifikat b'emissjoni simulata ta' radjazzjoni.

:

Ara wkoll: "Laser kimiku"; "Laser b'Enerġija Għolja Ħafna";"Laser tat-trasferiment".

"Laser b'Enerġija Għolja Ħafna" ("SHPL") (6) tfisser "laser" li kapaċi jitfa' (it-total jew porzjon ta') l-enerġija ta' ħruġ li teċċedi 1 kJ f'ħin ta' 50 ms jew b'medja jew enerġija ta' mewġa kontinwa ogħla minn 20 kW.

"Laser bi trasferiment" (6) tfisser "laser" eċċitat permezz tat-trasferiment ta' enerġija miksuba mill-kolliżjoni ta' atomu jew molekula li ma tipproduċix effett laser ma' atomu jew molekula li tipproduċi effett laser.

"Laser CW" (6) tfisser "laser" li jipproduċi enerġija tal-ħruġ nominalment kostanti għal aktar minn 0,25 sekondi.

"Laser kimiku" (6) tfisser "laser" fejn l-ispeċi fi stat eċċitat tkun prodotta permezz tal-enerġija minn reazzjoni kimika.

"Laser tal-impuls" (6) tfisser "laser" b' "durata tal-impuls" li hi inqas minn jew ugwali għal 0,25 sekondi.

"Liega mekkanika" (1) tfisser il-proċess ta' formazzjoni ta' liega li jirriżulta mill-għaqda, it-tkissir u l-għaqda mill-ġdid ta' trabijiet tal-liega elementari u primi b'impatt mekkaniku. Partiċelli mhux metalliċi jistgħu jiġu inkorporati fil-liega biż-żieda tat-trabijiet meħtieġa.

"Linearità" (2) (normalment imkejla f'termini ta' non-linearità) tfisser id-devjazzjoni massima tal-karatteristika attwali (medja ta' qari superjuri u inferjuri), pożittiva jew negattiva, minn linja dritta hekk pożizzjonata sabiex tugwalizza u timminimizza d-devjazzjonijiet massimi.

"L-ogħla qawwa" (6), tfisser l-ogħla livell ta' qawwa miksub fid-"duratura tal-laser". "Ħjut" u "rovings" kontinwi;

"L-Ogħla Rendiment Aġġustat" (4) hi l-ogħla rata aġġustata li fiha l-"kompjuters diġitali" jwettqu addizzjonijiet u multiplikazzjoni ta' punt li jvarja ta' 64-bit jew akbar, u hu espress f'Weighted TeraFLOPS (WT) b'unitajiet ta' 1012 operazzjonijiet ta' punt li jvarja aġġustat kull sekonda.

:

Ara l-Kategorija 4, Nota Teknika.

"L-ottimizzazzjoni tat-trajettorja tat-titjir" (7) hija proċedura li timminimizza d-devjazzjonijiet minn trajettorja mixtieqa f'erba' dimensjonijiet (spazju u ħin) abbażi tal-immassimizzar tal-prestazzjoni jew l-effettività għal kompiti tal-missjoni.

"Manjetometri" (6) huma strumenti ddisinjati sabiex jirrilevaw kampijiet manjetiċi minn sorsi esterni għall-istrument. Huma jikkonsistu f'element ta' rilevament ta' kamp manjetiku uniku u elettronika assoċjata li l-produzzjoni tagħhom huwa kejl tal-kamp manjetiku.

"Materjali enerġetiċi" (1) tfisser sustanzi jew taħlitiet li jkollhom reazzjoni kimika sabiex jirrilaxxaw enerġija meħtieġa għall-applikazzjoni intenzjonata tagħhom. "Splussivi", "pirotekniċi" u "propellanti" huma sottoklassijiet ta' materjali enerġetiċi.

"Materjal fissili speċjali" (0) tfisser plutonju-239, uranju-233, "uranju arrikkit fl-iżotopi 235 jew 233", u kwalunkwe materjal li jinkludi lil dawn.

"Materjali fibrużi jew bil-filamenti" (0 1 8) jinkludu:

a.

"Monofilamenti" kontinwi;

b.

"Ħjut" u "rovings" kontinwi;

c.

"Ħjut", drappijiet, tapiti u żigarelli li jkunu;

d.

Fibri maqtugħin, fibri prinċipali u kutri tal-fibri koerenti;

e.

Fibri tal-kristall, kemm monokristallina jew polikristallina, ta' kwalunkwe tul;

f.

Polpa tal-poliamidi aromatiċi.

"Materjali reżistenti għal korrużjoni mill-UF6" (0) jistgħu jkunu ram, azzar inossidabbli, aluminju, ossidu tal-aluminju, liegi tal-aluminju, nikil jew liegi li fihom 60 fil-mija piż jew iktar nikil u polimeri idrokarburi fluworuati reżistenti għall-UF6, kif adatt għat-tip ta' proċess ta' separazzjoni.

"Matriċi fuq il-pjan fokali" (6 8) tfisser saff planari lineari jew bi-dimensjonali, jew taħtlita ta' saffi planari, ta' elementi ta' rilevaturi individwali, b'elettronika li tinqara jew mingħajrha, li jaħdmu fil-pjan fokali.

:

Dan mhux intenzjonat li jinkludi arranġament ta' elementi rilevaturi singoli fuq xulxin jew kwalunkwe żewġ, tliet jew erba' elementi rilevaturi dment li d-dewmien u l-integrazzjoni ma jitwettqux fl-element.

"Matriċi" (1 2 8 9) tfisser fażi sostanzjalment kontinwa li timla l-ispazju bejn il-partiċelli, il-fibri tal-kristall jew il-fibri.

"Medda strumentata" (6) tfisser il-medda speċifikata mhux ambigwa viżwalizzata ta' radar.

"Meħtieġ" (NĠT 1-9), kif applikat għal "teknoloġija", jirreferi għal dik il-biċċa biss ta' "teknoloġija" li hi partikolarment responsabbli sabiex tilħaq jew testendi l-livelli ta' prestazzjoni, il-karatteristiċi jew il-funzjonijiet ikkontrollati. "Teknoloġija""meħtieġa" bħal din tista' tkun kondiviża bejn oġġetti differenti.

"Mikroċirkwit tal-mikrokompjuter" (3) tfisser "ċirkwit integrat monolitiku" jew "ċirkwit integrat b'ħafna ċippi" li fih unità loġika aritmetika (ALU) li kapaċi twettaq istruzzjonijiet ta' skop ġenerali minn ħażna interna, fuq data li tinsab fil-ħażna interna.

:

Il-"mikroċirkwit tal-mikroproċessur" normalment ma jkunx fih ħażna integrali aċċesibbli għall-utent, għalkemm il-ħażna preżenti fiċ-ċippa tista' tintuża waqt li titwettaq il-funzjoni loġika.

:

Dan jinkludi settijiet ta' ċippi li huma ddisinjati sabiex jaħdmu flimkien sabiex jipprovdu l-funzjoni ta' "mikroċirkwit tal-mikroproċessur".

"Mikroċirkwit tal-mikroproċessur" (3) tfisser "ċirkwit integrat monolitiku" jew "ċirkwit integrat b'ħafna ċippi" li jinkludi unità loġika aritmetika (ALU) li kapaċi twettaq serje ta' struzzjonijiet ta' skop ġenerali minn ħażna esterna.

"Mikroorganiżmi" (1 2) tfisser batteri, virus, mikoplażmi, riketzji, klamidji jew fungi, sew naturali, imkabbra jew modifikati, kemm fil-forma ta' ‧kulturi ħajjin iżolati‧ jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie deliberatament imlaqqam jew ikkontaminat b'dawn il-kulturi.

"Mirja deformabbli" (6) (magħrufa wkoll bħala mirja ottiċi adattivi) tfisser mirja li jkollhom:

a.

Wiċċ uniku kontinwu ottiku li jirrifletti li hu dinamikament deformat bl-applikazzjoni ta' torques jew forzi individwali għall-kumpens tad-distorsjonijiet fil-forma tal-mewġa ottika inċidenti fuq il-mera; jew

b.

Elementi multipli ottiċi li jirriflettu li jistgħu jkunu individwalment jew dinamikament pożizzjonati mill-ġdid bl-applikazzjoni ta' torque jew forzi individwali għall-kumpens tad-distorsjonijiet fil-forma tal-mewġa ottika inċidenti fuq il-mera.

"Missili" (1 3 6 7 9) tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta' vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ, kapaċi jwasslu kariku splussiv ta' mill-inqas 500 kg għal medda ta' mill-inqas 300 km.

"Modulu speċifiku" (0 1 9) huwa l-modulu ta' Young f'pascals, ekwivalenti għal N/m2 diviż bil-piż speċifiku fi N/m3, imkejjel f'temperatura ta' (296 + 2) K ((23 + 2) °C) u umdità relattiva ta' (50 + 5)%.

"Monofilament" (1) jew filament huwa l-iżgħar inkrement ta' fibra, normalment ta' diversi mikrometri fid-dijametru.

"Navigazzjoni b'Riferiment għal Bażijiet ta' Data" ("DBRN") (7) tfisser sistemi li jużaw diversi sorsi ta' data ta' immappjar ġeografiku preċedentement imkejla integrata sabiex tipprovdi informazzjoni ta' navigazzjoni eżatta taħt kondizzjonijiet dinamiċi. Is-sorsi tad-data jinkludu mapep batimetriċi, mapep stellari, mapep tal-gravità, mapep manjetiċi jew mapep tal-art diġitali 3-D.

"Netwerk ta' erja lokali" (4 5) hija sistema tal-komunikazzjoni tad-data li għandha l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Tippermetti numru arbitrarju ta' ‧tagħmir tad-data‧ indipendenti li jikkomunikaw direttament ma' xulxin;

b.

Hija konfinata għal żona ġeografika ta' qies moderat (eż., bini ta' uffiċini, impjant, kampus, maħżen).

:

‧Tagħmir tad-data‧ tfisser tagħmir li kapaċi jittrasmetti jew jirċievi sekwenzi ta' informazzjoni diġitali.

"Netwerk ta' erja personali" (5) tfisser sistema ta' komunikazzjoni tad-data li għandha l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Tippermetti numru arbitrarju ta' ‧tagħmir tad-data‧ indipendenti jew interkonnessi li jikkomunikaw direttament ma' xulxin; u

b.

Hija konfinata għal komunikazzjoni bejn tagħmir fil-viċinanza immedjata ta' individwu jew kontrollur tat-tagħmir (pereżempju kamra, uffiċċju, jew karozza waħda).

:

‧Tagħmir tad-data‧ tfisser tagħmir li kapaċi jittrasmetti jew jirċievi sekwenzi ta' informazzjoni diġitali.

"Pixel attiv" (6 8) hu element minimu (uniku) tal-arranġament tal-istat solidu li għandu funzjoni ta' trasferiment fotoelettrika meta jkun espost għar-radjazzjoni mid-dawl (elettromanjetika).

"Polarizzazzjoni" (aċċellerometru) (7) tfisser il-medja fuq perijodu ta' żmien speċifikat tal-valuri indikati minn aċċellerometru, imkejla f'kondizzjonijiet operattivi speċifikati, li ma għandhiex korrelazzjoni mal-aċċelerazzjoni tad-dħul jew ir-rotazzjoni. Il-"polarizzazzjoni" hi espressa fi g jew f'metri kull sekonda kwadra (g jew m/s2) (IEEE Std 528-2001) (Micro g = 1 × 10-6 g).

"Polarizzazzjoni" (ġiroskopju) (7) tfisser il-medja fuq perijodu ta' żmien speċifikat tal-valuri indikati minn ġiroskopju, imkejla f'kondizzjonijiet operattivi speċifikati, li ma għandhiex korrelazzjoni mar-rotazzjoni tad-dħul jew l-aċċelerazzjoni. Il-"polarizzazzjoni" hi tipikament espressa fi gradi fis-siegħa (deg/hr). (IEEE Std 528-2001).

"Preċedentement separat" (0 1) tfisser l-applikazzjoni ta' kwalunkwe proċess intenzjonat li jżid il-konċentrazzjoni tal-iżotopu kkontrollat.

"Preċiżjoni" (2 6), normalment imkejla f'termini ta' impreċiżjoni, tfisser id-devjazzjoni massima, pożittiva jew negattiva, ta' valur indikat minn stardard aċċettat jew valur ta' veru.

"Preforom tal-fibra tal-karbonju" (1) tfisser arranġament b'ordni ta' fibri mhux miksija jew miksija maħsuba sabiex jikkostitwixxu qafas ta' parti qabel il-"matriċi" ma tkun introdotta sabiex tifforma "kompożitu".

"Pressa iżostatika" (2) tfisser tagħmir kapaċi sabiex jippressa kavità magħluqa permezz ta' diversi mezzi (gass, likwidi, partiċelli solidi, eċċ) sabiex joħloq pressjoni ugwali fid-direzzjonijiet kollha fil-kavità fuq oġġett tal-ħidma jew fuq materjal.

"Pressjoni idrawlika b'azzjoni diretta" (2) tfisser proċess ta' deformazzjoni li juża borża flessibbli mimlija bil-fluwidu f'kuntatt dirett mal-oġġett tal-ħidma.

"Proċessar f'ħin reali" (2 6 7) tfisser l-ipproċessar tad-data b'sistema ta' kompjuter li tipprovdi livell meħtieġ ta' servizz, bħala funzjoni tar-riżorsi disponibbli, f'ħin ta' rispons garantit, ikun xi jkun il-piż fuq is-sistema, meta stimulat b'avveniment estern.

"Proċessar tas-sinjal" (3 4 5 6) tfisser l-ipproċessar ta' sinjali li jġorru l-informazzjoni li ġejjin minn barra b'algoritmi bħal kompressjoni tal-ħin, filtrazzjoni, estrazzjoni, selezzjoni, korrelazzjoni, konvoluzzjoni jew it-trasformazzjonijiet bejn id-dominji (eż. trasformat Fourier rapidu jew trasformat Walsh).

"Produzzjoni" (NĠT NTN Kollha) tfisser il-fażijiet kollha tal-produzzjoni, bħal: kostruzzjoni, inġinerija tal-produzzjoni, manifattura, integrazzjoni, assemblaġġ (immuntar), spezzjoni, ittestjar, assigurazzjoni tal-kwalità.

"Profili aerodinamiċi b'ġeometrija varjabbli" (7) tfisser l-użu ta' flaps jew tabs fit-tarf ta' wara ta' ġewnaħ, jew paletti ċatti jew immejlin rashom 'l isfel fuq il-pern, li l-pożizzjonament tagħhom tista' tiġi kkontrollata fit-titjir.

"Programm" (2 6) tfisser sekwenza ta' struzzjonijiet sabiex jitwettaq proċess, jew konvertibbli, f'forma eżegwibbli minn kompjuter elettroniku.

"Programmabbiltà aċċessibbli għall-utent" (6) tfisser il-faċilità li tippermetti lill-utent idaħħal, jimmodifika jew jissostitwixxi "programmi" b'metodi minbarra:

a.

Bidla fiżika fil-wajering jew l-interkonnessjonijiet; jew

b.

L-issettjar tal-kontrolli tal-funzjonijiet li jinkludu d-dħul ta' parametri.

"Qawwa medja tal-ħruġ" (6) tfisser l-enerġija totali tal-ħruġ tal-"laser" f'joules diviża bid-"durata tal-laser" f'sekondi.

"Qbiż tal-frekwenza" (5) tfisser forma ta' "spettru mifrux" fejn il-frekwenza tat-trasmissjoni ta' kanal ta' komunikazzjoni wieħed tinbidel b'sekwenza ta' passi każwali jew psewdo-każwali diskreti.

"Rabta ta' diffużjoni" (1 2 9) tfisser rabta molekulari fi stat solidu ta' mill-anqas żewġ metalli separati f'oġġett uniku b'saħħa konġunta ekwivalenti għal dik tal-materjal l-aktar dgħajjef.

"Radar spettru mifrux" (6) – ara "Spettru mifrux tar-radar".

"Rata ta' trasferiment diġitali" (def) tfisser ir-rata totali ta' bits tal-informazzjoni li hi trasferita direttament fuq kwalunkwe tip ta' mezz.

:

Ara wkoll "rata ta' trasferiment diġitali totali".

"Rata ta' trasferiment diġitali totali" (5) tfisser in-numru ta' bits, inkluż il-kodifika tal-linji, bits supplimentari eċc. għal kull unità ta' ħin li jgħaddu bejn tagħmir li jikkorrispondi f'sistema ta' trasmissjoni diġitali.

:

Ara wkoll "rata ta' trasferiment diġitali".

"Rata tal-moviment" (ġiroskopju) (7) tfisser il-komponent tal-produzzjoni tal-ġiroskopju li hi funzjonament indipendenti mir-rotazzjoni tad-dħul. Hi espressa bħala rata angolari. (IEEE STD 528-2001).

"Reattur nukleari" (0) tfisser reattur komplut kapaċi li jaħdem b'mod li tinżamm katina ta' reazzjonijiet ta' fissjoni kkontrollata li ssostni lilha nfisha. "Reattur nukleari" jinkludi l-oġġetti kollha fil-kontenitur tar-reattur jew li huma mqabbda miegħu direttament, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell tal-enerġija fil-qalba, u l-komponenti li normalment ikun fihom, jiġu f'kuntatt dirett ma' jew jikkontrollaw l-aġent tat-tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur.

"Reżistenza għat-tensjoni speċifika" (0 1 9) hija l-limitu tar-reżistenza għat-tensjoni f'pascals, ekwivalenti għal N/m2 diviż bil-piż speċifiku fi N/m3, imkejla f'temperatura ta' (296 + 2) K ((23 + 2) °C) u umdità relattiva ta' (50 + 5)%.

"Riċerka xjentifika bażika" (GTN NTN) tfisser xogħol sperimentali jew teoretiku magħmul prinċipalment sabiex tinkiseb konoxxenza ġdida tal-prinċipji fundamentali ta' fenomeni jew fatti osservabbli, mhux primarjament dirett lejn għan jew objettiv prattiku speċifiku.

"Ripetibbiltà" (7) tfisser kemm ikun qrib lejn xulxin kejl ripetut tal-istess kwantità varjabbli taħt l-istess kondizzjonijiet operattivi meta jkun hemm bidliet fil-kondizzjonijiet jew perijodu mhux operattivi bejn il-kejl. (Referenza: (IEEE STD 528-2001 (devjazzjoni standard ta' 1 sigma))

"Riżoluzzjoni" (2) tfisser l-inqas inkrement ta' tagħmir li jkejjel; fuq strumenti diġitali, il-bit l-anqas sinifikanti (ref. ANSI B-89.1.12).

"Robot" (2 8) tfisser mekkaniżmu ta' manipulazzjoni, li jista' jkun tat-tip ta' trajettorja kontinwa jew punt sa punt, jista' juża sensuri, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Huwa multifunzjonali;

b.

Huwa kapaċi li jippożizzjona jew jorjenta materjali, partijiet, għodod jew tagħmir speċjali permezz ta' movimenti varjabbli fi spazju bi tliet dimensjonijiet;

c.

Jinkorpora tliet biċċiet jew aktar ta' tagħmir ta' servizz b'ħolqa magħluqa jew miftuħa li jistgħu jinkludu muturi pass pass;

d.

Għandu "programmabbiltà aċċessibbli għall-utent" permezz ta' metodu għallem/erġa' isma' jew permezz ta' kompjuter elettroniku li jista' jkun kontrollur loġiku programmabbli, jiġifieri mingħajr intervent mekkaniku.

:

Id-definizzjoni ta' hawn fuq ma' tinkludix it-tagħmir li ġej:

1.

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni li huma kontrollabli biss manwalment jew permezz ta' teleoperatur;

2.

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni b'sekwenza fissa li huma tagħmir li jiċċaqlaq awtomatizzat, li jaħdmu skont movimenti programmati ffissati mekkanikament. Il-programm huwa limitat mekkanikament b'waqfiet iffissati, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza ta' ċaqliq u s-selezzjoni tal-mogħdijiet jew angoli m'humiex varjabbli u ma jistgħux jinbidlu b'mezzi mekkaniċi, elettroniċi jew elettriċi;

3.

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni ta' sekwenza varjabbli mekkanikament ikkontrollata li huma tagħmir awtomatizzat li jiċċaqlaq, li joperaw skont movimenti programmati li huma ffissati mekkanikament.

Il-programm huwa mekkanikament limitat b'waqfiet fissi iżda aġġustabbli, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza tal-movimenti u l-għażla tal-mogħdijiet jew l-angoli huma varjabbli fil-limiti tad-disinn tal-programm fiss. Varjazzjonijiet jew modifiki tad-disinn tal-programm (eż., bidliet tal-pinnijiet jew skambji ta' kammijiet) f'waħda mill-assi taċ-ċaqliq jew aktar jitwettqu biss permezz ta' operazzjonijiet mekkaniċi;

4.

Mekkaniżmi ta' manipulazzjoni ta' sekwenza varjabbli mhux servo-kontrollati li huma tagħmir awtomatizzat li jiċċaqlaq, li joperaw skont movimenti programmati ffissati mekkanikament. Il-programm huwa varjabbli iżda s-sekwenza tipproċedi biss bis-sinjal binarju minn tagħmir binarju elettriku ffissat mekkanikament jew b'waqfiet aġġustabbli;

5.

Krejnijiet tal-istakkjar definiti bħala sistemi manipulaturi b'koordinati Kartesjani fabbrikati bħala parti integrali ta' arranġament vertikali ta' kontenituri ta' ħażna u ddisinjati sabiex jaċċessaw il-kontenut ta' dawn il-kontenituri għal skop ta' ħażna jew ġbir.

"Rotazzjoni falza" (2) (rotazzjoni mhix vera) tfisser ċaqliq radjali f'rotazzjoni waħda tal-fus ewlieni mkejjel fi pjan perpendikulari mal-assi tal-fus f'punt fuq il-wiċċ rotanti intern jew estern li jrid jiġi ttestjat (Referenza: ISO 230/1 1986, paragrafu 5.61).

"Roving" (1) huwa mazz (tipikament 12-120) ta' ‧filamenti‧ bejn wieħed u ieħor paralleli.

:

‧Filament‧ huwa mazz ta' "monofilamenti" (tipikament fuq 200) irranġati b'mod bejn wieħed u ieħor parallel.

"Sensittività radjanti" (6). Sensittività radjanti (mA/W) = 0,807 × (tul ta' mewġ f'nm) × l-Effiċjenza Kwantistika (QE).

:

Il-QE hija normalment espressa bħala perċentwal; madankollu, għall-finijiet ta' din il-formola, il-QE hija espressa bħala numru deċimali inqas minn wieħed, pereżempju 78 % huwa 0,78.

"Sensuri monospettrali li juru immaġini" (6) huma kapaċi li jiksbu data tal-immaġini minn faxxa spettrali diskreta waħda.

"Sensuri tal-immaġini multispettrali" (6) kapaċi jiksbu simultanjament jew f'serje data tal-immaġini minn żewġ faxex spettrali diskreti jew iktar. Sensuri li għandhom iktar minn għoxrin faxxa spettrali diskreta ġieli jissejħu sensuri tal-immaġini iperspettrali.

"Sett ta' gwida" (7) tfisser sistemi li jintegraw il-proċess ta' kejl u l-komputazzjoni tal-pożizzjonament u l-veloċità ta' vettura (jiġifieri navigazzjoni) b'dak ta' komputazzjoni u trasmissjoni ta' kmandi lis-sistemi ta' kontroll tat-titjir tal-vetturi sabiex jikkoreġu t-trajettorja.

"SHPL" hija ekwivalenti għal "laser b'enerġija għolja ħafna".

"Sigurtà tal-informazzjoni" (4 5) hi l-mezzi u l-funzjonijiet kollha li jiżguraw l-aċċessibbiltà, il-kunfidenzjalità jew l-integrità tal-informazzjoni jew il-komunikazzjonijiet, minbarra l-mezzi u l-funzjonijiet maħsuba sabiex jissalvagwardjaw kontra funzjonament ħażin. Din tinkludi "kriptografija", "attivazzjoni kriptografika", ‧kriptanaliżi‧, protezzjoni kontra l-emanazzjonijiet kompromettenti u s-sigurtà tal-kompjuter.

:

"Kriptanaliżi": analiżi ta' sistema kriptografika jew id-dħul u l-ħruġ tagħha sabiex toħroġ kwantitajiet varjabbli kunfidenzali jew data sensittiva, inkluż test ċar.

"Sinjalazzjoni b'kanal komuni" (5) hija metodu ta' sinjalazzjoni fejn jintuża kanal uniku bejn ċentrali tal-iskambji biex iwassal, permezz ta' messaġġi b'tikketta, informazzjoni ta' sinjalazzjoni relatata ma' pluralità ta' ċirkwiti jew sejħiet u informazzjoni oħra bħal dik użata għall-amministrazzjoni tan-netwerk.

"Sintetizzatur tal-frekwenza" (3) tfisser kwalunkwe tip ta' sors ta' frekwenza, tkun xi tkun it-teknika attwali użata, li jipprovdu multipliċità ta' frekwenzi ta' ħruġ simultanji jew alternattivi, minn produzzjoni waħda jew iktar, ikkontrollati bi, derivati minn jew dixxiplinati minn numru inqas ta' frekwenzi standard (jew master).

"Sistemi anti-torque bil-kontroll taċ-ċirkulazzjoni jew kontroll tad-direzzjoni bil-kontroll taċ-ċirkulazzjoni" (7) huma sistemi li jużaw arja minfuħa fuq uċuħ aerodinamiċi sabiex iżidu jew jikkontrollaw il-forzi ġġenerati mill-uċuħ.

"Sistemi esperti" (7) tfisser sistemi li jipprovdu riżultati bl-applikazzjoni tar-regoli lil data li hija maħżuna indipendentement mill-"programm" u kapaċi li jagħmlu kwalunkwe minn dan li ġej:

a.

Jimmodifikaw awtomatikament il-"kodiċi tas-sors" introdott mill-utent;

b.

Jipprovdu tagħrif marbut ma' klassi ta' problemi f'lingwa kważi naturali; jew

c.

Jakkwistaw it-tagħrif meħtieġ għall-iżvilupp tagħhom (taħriġ simboliku).

"Sistemi FADEC" (7 9) tfisser sistemi ta' kontroll diġitali tal-magna b'awtorità sħiħa (Full Authority Digital Engine Control) - sistema ta' kontroll elettroniku diġitali għal magna b'turbin tal-gass li kapaċi tikkontrolla l-magna awtonomament tul il-firxa operattiva kollha tagħha, minn meta jkun meħtieġ li tistartja l-magna sakemm ikun meħtieġ li tintefa, f'kundizzjonijiet kemm normali kif ukoll bil-ħsara.

"Sistemi ta' kontroll attiv tat-titjir" (7) huma sistemi li jiffunzjonaw sabiex jipprevjenu ċaqliq jew tagħbijiet strutturali mhux mixtieqa ta' "inġenji tal-ajru" u ta' missili permezz tal-ipproċessar awtonomu tal-informazzjoni minn sensuri multipli sabiex wara jiġu pprovduti l-kmandi preventivi meħtieġa għall-kontroll awtomatiku.

"Sistemi ta' kumpens" (6) jikkonsistu fis-sensur ta' skalar primarju, f'sensur ta' referenza wieħed jew aktar (eż. manjetometri vettorjali) flimkien ma' software li jippermetti t-tnaqqis tal-ħoss dovut għar-rotazzjoni ta' oġġetti ibsin tal-pjattaforma.

"Software" (NĠS Kollha) tfisser ġabra ta' "programm" jew ‧mikroprogramm‧ wieħed jew aktar stabbiliti fi kwalunkwe mezz tanġibbli ta' espressjoni.

:

‧Mikroprogramm‧ tfisser sekwenza ta' struzzjonijiet elementari, miżmuma f'ħażna speċjali, li l-eżekuzzjoni tagħhom tinbeda bl-introduzzjoni tal-istruzzjoni ta' referenza tiegħu f'reġistru ta' struzzjonijiet.

"Sottostrat" (3) tfisser folja ta' materjal bażi sew jekk b'disinn ta' interkonnessjoni jew mingħajru u li fuqu jew fih jinstabu ‧komponenti diskreti‧ jew ċirkwiti integrati jew it-tnejn.

:

‧Komponent diskret‧: ‧element ta' ċirkwit‧ ippakkjat separatament bil-konnessjonijiet esterni tiegħu stess.

‧Element ta' ċirkwit‧: parti funzjonali waħda attiva jew passiva ta' ċirkwit elettroniku, bħal dajowd wieħed, transister wieħed, resister wieħed, kapaċitur wieħed, eċc

"Sottostrati grezzi" (6) tfisser komposti monolitiċi b'dimensjonijiet tajbin għall-produzzjoni ta' elementi ottiċi bħal mirja jew twieqi ottiċi.

"Sotto-unità ta' tossin" (1) huwa komponent strutturalment u funzjonalment diskret ta' "tossin" sħiħ.

"Spettru mifrux" (5) tfisser it-teknika li permezz tagħha l-enerġija f'kanal ta' komunikazzjoni f'faxxa relattivament dejqa tinfirex fuq spettru ta' enerġija ħafna usa'.

"Spettru mifrux tar-radar" (6) tfisser kwalunkwe teknika ta' modulazzjoni għat-tifrix tal-enerġija li toriġina minn sinjal li għandu faxxa tal-frekwenza relattivament dejqa, fuq medda ta' frekwenzi ħafna usa', billi tuża' kkowdjar każwali jew psewdo-każwali.

"Splussivi" (1) tfisser sustanzi jew taħlitiet ta' sustanzi solidi, likwidi jew f'forma ta' gass li, fl-applikazzjoni tagħhom bħala kariki primarji, kariki booster, jew kariki prinċipali f'testati, demolizzjoni u applikazzjonijiet oħra, huma meħtieġa li jisplodu.

"Spostament angulari każwali" (7) tfisser l-iżball angulari li jakkumula li hu dovut għall-ħoss abjad fir-rata angolari. (IEEE STD 528-2001)

"Stabbiltà" (7) tfisser id-devjazzjoni standard (1 sigma) tal-varjazzjoni ta' parametru partikolari mill-valur kalibrat tiegħu mkejjel taħt kondizzjonijiet ta' temperatura stabbli. Dan jista' jiġi espress bħala funzjoni tal-ħin.

"Stat parteċipant" (7 9) huwa Stat li jipparteċipa fl-Arranġament ta' Wassenaar.

"Stati (mhux) Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi" (1) huma dawk l-Istati li għalihom il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Kumulazzjoni u l-Użu ta' Armi Kimiċi daħlet (ma daħlitx) fis-seħħ

"Superkondutturi" (1 3 5 6 8) tfisser materjali, jiġifieri metalli, liegi jew komposti, li jistgħu jitilfu r-reżistenza elettrika kollha, jiġifieri li jistgħu jilħqu konduttività elettrika infinita u jġorru kurrenti elettriċi kbar ħafna mingħajr sħana b'effett Joule.

:

L-istat "superkonduttiv" ta' materjal huwa karatterizzat individwalment b' "temperatura kritika", kamp manjetiku kritiku, li hija funzjoni tat-temperatura, u densità ta' kurrent kritika li hija, madankollu, funzjoni kemm tal-kamp manjetiku kif ukoll tat-temperatura.

"Superliegi" (2 9) tfisser liegi abbażi ta' nikil, kobalt jew ħadid li għandhom saħħa aqwa minn kwalunkwe liega fis-serje AISI 300 f'temperaturi ogħla minn 922 K (649 °C) taħt kondizzjonijiet ambjentali u operattivi ħorox.

"Swiċċjar ottiku" (5) tfisser it-traffikar jew l-iswiċċjar ta' sinjali f'forma ottika mingħajr konverżjoni għal sinjali elettriċi.

"Tabella rotatorja kompożita" (2) tfisser mejda li tippermetti lill-oġġetti tal-ħidma sabiex idur u jinklina madwar żewġ assi mhux paralleli, li jistgħu jkunu kkoordinati b'mod simultanju għal "kontroll tal-kontorn".

"Tagħmir tal-produzzjoni" (1 7 9) tfisser għodod, mudelli, ġiggijiet, mandrini tat-torn, forom, forom imnaqqxin, muntaġġi ddisinjati, mekkaniżmi ta' allinjament, tagħmir ta' ttestjar, makkinarju ieħor jew komponenti għalihom, limitati għal dawk iddisinjati apposta jew modifikati għall-"iżvilupp" jew għal fażi tal-"produzzjoni" waħda jew iktar.

"Tagħmir tat-tarf" (2) tfisser tagħmir li jaħtaf, ‧unitajiet ta' għodda attivi‧ u kwalunkwe għodda oħra mwaħħla mal-pjanċa tal-bażi fit-tarf ta' driegħ manipulatur ta' "robot".

:

‧Unità ta' għodda attiva‧ tfisser apparat għall-applikazzjoni ta' qawwa motiva, ipproċessar tal-enerġija jew rilevament lill-oġġett tal-ħidma.

"Taħlita kimika" (1) tfisser prodotti solidu, likwidu jew taħt forma ta' gass magħmul minn żewġ komponenti jew aktar li ma jirreaġixxux flimkien taħt il-kondizzjonijiet li fihom it-taħlita hi maħżuna.

"Tejp" (1) hu materjal magħmul minn "monofilamenti", ‧filamenti‧, "rovings", "wajers" jew "ħjut" eċc., intreċċati jew unidirezzjonali, normalment mgħaqqdin minn qabel bir-resina.

:

‧Filament‧ huwa mazz ta' "monofilamenti" (tipikament iktar minn 200) irranġati b'mod bejn wieħed u ieħor parallel.

"Teknoloġija" (NĠT NTN Kollha) tfisser informazzjoni speċifika meħtieġa għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' oġġetti. Din l-informazzjoni tieħu l-forma ta' ‧data teknika‧ jew ‧assistenza teknika‧.

:

‧Assistenza teknika‧ tista' tieħu forom bħal struzzjonijiet, abbiltajiet, taħriġ, tagħrif tax-xogħol u servizzi ta' konsulenza u tista' tinvolvi t-trasferiment ta' ‧data teknika‧.

:

‧Data teknika‧ tista' tieħu forom bħal blueprints, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formoli, tabelli, disinni u speċifikazzjonijiet tal-inġinerija, manwali u struzzjonijiet bil-miktub jew irrekordjati fuq mezzi jew tagħmir oħrajn bħal diska, tejp, u memorji li jinqraw biss.

"Temperatura kritika" (1 3 5) (xi kultant imsejħa it-temperatura transitorja) ta' materjal "superkonduttiv" speċifiku tfisser it-temperatura li fiha l-materjal jitlef ir-reżistenza kollha għall-fluss ta' kurrent elettriku dirett.

"Tempra Rapida" (1) tfisser proċess ta' ‧solidifikazzjoni rapida‧ ta' nixxiegħa ta' metal imdewweb li jaħbat ma' blokka kiesħa rotanti, u jifforma prodott li jixbaħ lil laqxa, żigarella jew virga.

:

‧Solidifikazzjoni rapida‧: solidifikazzjoni ta' materjal imdewweb b'rati ta' tkessiħ ogħla minn 1 000 K/s.

"Tifrik" (1) tfisser proċess sabiex materjal jiċċekken f'partiċelli żgħar permezz ta' tgħaffiġ jew tħin.

"Tkabbir tal-immaġini" (4) tfisser l-ipproċessar ta' immaġini li jġorru l-informazzjoni li ġejjin minn barra permezz ta' algoritmi bħal kompressjoni tal-ħin, iffiltrar, estrazzjoni, għażla, korrelazzjoni, konvoluzzjoni jew trasformazzjonijiet bejn id-dominji (eż. trasformat Fourier rapidu jew trasformat Walsh). Dan ma jinkludix alogoritmi li jużaw trasformazzjoni lineari jew tar-rotazzjoni biss ta' immaġini waħda, bħal traduzzjoni, selezzjoni tal-karatteristiċi, reġistrazzjoni jew kolorazzjoni falza.

"Tkessiħ Rapidu" (1) tfisser proċess ta' ‧solidifikazzjoni rapida‧ ta' nixxiegħa ta' metall imdewweb li taħbat ma' blokka kiesħa, bil-formazzjoni ta' prodott li jixbaħ lil laqxa

:

‧Solidifikazzjoni rapida‧ - solidifikazzjoni ta' materjal imdewweb b'rati ta' tkessiħ ogħla minn 1 000 K/s.

"Tolleranza għal ħsara" (4) hija l-kapaċità ta' sistema tal-kompjuter, wara kwalunkwe ħsara serja fi kwalunkwe komponent tal-hardware jew is-"software" tiegħu, li jkompli jaħdem mingħajr l-intervent uman, fil-livell ta' servizz partikolari li jipprovdi: kontinwità fil-ħidma, integrità tad-data u rkupru ta' servizzi fi żmien partikolari.

"Tossini" (1 2) tfisser tossini fil-forma ta' preparati jew taħlitiet deliberatament iżolati, irrispettivament minn kif ġew prodotti, minbarra tossini preżenti bħala kontaminanti ta' materjali oħra bħala kampjuni patoloġiċi, għelejjel, oġġetti tal-ikel jew ħażniet ta' żerriegħa ta' "mikroorganiżmi".

"Traċċi tas-sistema" (6) tfisser rapport tal-pożizzjonament tat-titjir ta' inġenju tal-ajru li huwa proċessat, korrelatat (fużjoni tad-data tal-bersall tar-radar mal-pożizzjonament tal-pjan tat-titjira) u aġġornat disponibbli għall-kontrolluri taċ-ċentru tal-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru.

"Trasdutturi tal-pressjoni" (2) huma tagħmir li jikkonvertu l-kejl tal-pressjoni f'sinjal elettriku.

"Uranju arrikkit fl-iżotopi 235 jew 233" (0) tfisser uranju li fih l-iżotopi 235 jew 233, jew it-tnejn, f'tali ammont li l-abbundanza tal-proporzjon tas-somma ta' dawn l-iżotopi mal-iżotopu 238 hija iktar mill-proporzjon tal-iżotopu 235 mal-iżotopu 238 li jseħħ fin-natura (proporzjon tal-iżotopu 0,71 fil-mija).

"Uranju mfaqqar" (0) tfisser uranju mfaqqar fl-iżotopu 235 inqas minn dak li jinstab fin-natura.

"Uranju naturali" (0) tfisser uranju li fih it-taħlitiet ta' iżotopi li jseħħu fin-natura.

"Użu" (NĠT NTN Kollha) tfisser tħaddim, stallazzjoni (li tinkludi stallazzjoni fil-post), manutenzjoni (iċċekkjar), tiswija, rinnovament totali u restawr.

"Vaċċin" (1) huwa prodott mediċinali f'formulazzjoni farmaċewtika lliċenzjata minn, jew li għandha awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni jew prova klinika minn, l-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiż ta' manifattura jew tal-użu, li huwa intenzjonat sabiex jistimola rispons immunoloġiku prottettiv fil-bnedmin jew fl-annimali sabiex jipprevjeni mard f'min jew f'xiex jiġi amministrat.

"Vettura spazjali" (7 9) tfisser satelliti attivi u passivi u sondi spazjali.

"Vettura tal-ajru bla Ekwipaġġ" ("UAV") (9) tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru li kapaċi jibda titjira u jwettaq titjira u navigazzjoni kkontrollati mingħajr ebda preżenza umana abbord.

"Vetturi eħfef mill-arja" (9) tfisser bżieżaq jew vapuri tal-arja li sabiex itiru jużaw l-arja taħraq jew gassijiet eħfef mill-arja bħall-elju jew l-idroġenu.

"Wajer" (1) huwa mazz ta' "monofilamenti", normalment bejn wieħed u ieħor paralleli.

"Żvilupp" (NĠT NTN Kollha) hu relatat mal-fażijiet kollha qabel il-produzzjoni serjali, bħal: disinn, riċerka dwar disinn, analiżi tad-disinn, kunċetti tad-disinn, immuntar u ttestjar ta' prototipi, skemi ta' produzzjoni ta' piloti, data tad-disinn, proċess tat-trasformazzjoni tad-data tad-disinn fi prodott, disinn ta' konfigurazzjoni, disinn ta' integrazzjoni, arranġamenti skont pjan.

KATEGORIJA 0

MATERJALI, FAĊILITAJIET, U TAGĦMIR NUKLEARI

0A
Sistemi, Tagħmir u Komponenti

0A001
"Reatturi Nukleari" u tagħmir u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għalihom, kif ġej:

a.

"Reatturi Nukleari";

b.

Kontenituri tal-metall, jew partijiet ewlenin prodotti fil-fabbrika għalihom, inkluża l-parti ta’ fuq tal-kontenitur tar-reattur għal kontenitur tal-pressjoni ta’ reattur, iddisnjati jew ippreparati apposta sabiex jinkludu l-qalba ta’ "reattur nukleari";

c.

Tagħmir manipulattiv iddisinjat apposta jew ippreparat sabiex jinserixxi jew ineħħi l-karburant f' "reattur nukleari";

d.

Vireg tal-kontroll iddisinjati apposta jew ippreparati għall-kontroll tal-proċess ta’ fissjoni f' "reattur nukleari", strutturi ta’ appoġġ jew ta’ sospensjoni għalihom, mekkaniżmi li jħaddmu l-vireg u tubi gwida tal-vireg;

e.

Tubi ta’ pressjoni ddisinjati apposta jew ippreparati sabiex ikun fihom elementi ta’ karburant u l-aġent tat-tkessiħ primarju f' "reattur nukleari" fi pressjoni operattiva ta’ aktar minn ta’ 5,1 MPa;

f.

Metall u liegi taż-żirkonju fil-forma ta’ tubi jew assemblaġġi ta’ tubi fejn il-proporzjon ta’ ħafnju għal żirkonju huwa inqas minn 1:500 partijiet bil-piż, iddisinjati apposta jew ippreparati għall-użu f' "reattur nukleari";

g.

Pompi ta’ aġenti tat-tkessiħ iddisinjati apposta jew ippreparati għaċ-ċirkulazzjoni tal-aġent tat-tkessiħ primarju ta’ "reatturi nukleari";

h.

'Interni ta’ reatturi nukleari' ddisinjati apposta jew ippreparati għall-użu f' "reattur nukleari", inklużi kolonni ta’ appoġġ għall-qalba, kanali tal-karburant, tarki termali, defletturi, pjanċi tal-grilja tal-qalba, u pjanċi ta’ diffużjoni;

:

F' 0A001.h ‧interni ta’ reatturi nukleari‧ tfisser kwalunkwe struttura ewlenija fil-kontenitur ta’ reattur li għandha funzjoni waħda jew aktar bħal appoġġ tal-qalba, li żżomm l-allinjament tal-karburant, tidderieġi l-fluss tal-aġent tat-tkessiħ primarju, tipprovdi tarki tar-radjazzjoni għar-reċipjent tar-reattur, u tiggwida l-istrumentazzjoni fil-qalba.

i.

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana (ġeneraturi tal-istim) iddisinjati apposta jew ippreparati għal użu fiċ-ċirkwit tal-aġent tat-tkessiħ primarju ta’ "reattur nukleari";

j.

Strumenti għar-rilevament u t-tkejjil tan-newtroni ddisinjati apposta jew ippreparati sabiex jiddeterminaw il-livelli ta’ fluss ta’ newtroni fil-qalba ta’ "reattur nukleari".

0B
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni

0B001
Impjant għas-separazzjoni ta’ iżotopi ta’ "uranju naturali", "uranju mfaqqar" u "materjali fissili speċjali", u tagħmir u komponenti ddisinjati apposta jew ippreparati għalihom, kif ġej:

a.

Impjant iddisinjat apposta għas-separazzjoni ta’ iżotopi ta’ "uranju naturali", "uranju mfaqqar", u "materjali fissili speċjali", kif ġej:

1.

Impjant għas-separazzjoni b'ċentrifuga tal-gass;

2.

Impjant għas-separazzjoni b'diffużjoni gassuża;

3.

Impjant għas-separazzjoni aerodinamika;

4.

Impjant għas-separazzjoni bi skambju kimiku;

5.

Impjant għas-separazzjoni bi skambju joniku;

6.

Impjant għas-separazzjoni iżotopika ta’ fwar atomiku bil-"laser" (AVLIS);

7.

Impjant għas-separazzjoni iżotopika molekulari bil-"laser" (MLIS);

8.

Impjant għas-separazzjoni bil-plażma;

9.

Impjant għas-separazzjoni elettromanjetika;

b.

Ċentrifugi tal-gass u assemblaġġi u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni b'ċentrifugi tal-gass, kif ġej:

:

F' 0B001.b ‧materjal ta’ proporzjon saħħa-għal-densità għoli‧ tfisser xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Azzar Maraging b'limitu ta’ reżistenza għat-tensjoni ta’ 2 050 MPa jew aktar;

b.

Liegi tal-aluminju b'limitu ta’ reżistenza għat-tensjoni ta’ 460 MPa jew aktar;

c.

"Materjali fibrużi jew bil-filamenti" b’ "modulu speċifiku" ta’ iktar minn 3,18 × 106 m u ta’ "reżistenza għat-tensjoni speċifika" ikbar minn 76,2 × 103 m;

1.

Ċentrifugi tal-gass;

2.

Assemblaġġi ta’ skrejjen kompleti;

3.

Ċilindri ta’ tubi tal-iskrejjen bi ħxuna tal-ħajt ta’ 12 mm jew inqas, dijametru ta’ bejn 75 mm u 400 mm, magħmulin minn ‧materjali ta’ proporzjon saħħa-għal-densità għoli‧;

4.

Ċrieki jew imniefaħ bi ħxuna tal-ħajt ta’ 3 mm jew inqas u dijametru ta’ bejn 75 mm u 400 mm u ddisinjati sabiex jagħtu appoġġ lokali lit-tubu ta’ skrun jew sabiex jagħqqdu numru minnhom flimkien, magħmulin minn ‧materjali ta’ proporzjon saħħa-għal-densità għoli‧

5.

Dijaframmi b'dijametru ta’ bejn 75 mm u 400 mm għal immuntar fit-tubu ta’ skrun, magħmulin minn ‧materjali ta’ proporzjon saħħa-għal-densità għoli‧

6.

Għotjien ta’ fuq jew ta’ isfel b'dijametru ta’ bejn 75 mm u 400 mm sabiex jiffittjaw mat-truf tat-tubu ta’ skrun, magħmulin minn ‧materjali ta’ proporzjon saħħa-għal-densità għoli‧

7.

Kuxxinetti ta’ sospensjoni manjetika li jikkonsistu f'kalamita f'għamla ta’ ħolqa sospiża f'alloġġament magħmul minn jew protett b’ "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6" li fihom mezz li jtaffi u li għandhom igganċjar tal-kalamita b'biċċa polari jew bit-tieni kalamita mmuntata mal-għatu ta’ fuq tal-iskrun;

8.

Kuxxinetti ippreparati apposta li jikkonsistu f'assemblaġġ b'għatu bil-pern immuntat fuq damper;

9.

Pompi molekulari li jikkonsistu f'ċilindri li għandhom skanalaturi elikojdali interni mmaxinjati jew bl-estrużjoni u toqob immaxinjati internament;

10.

Partijiet stazzjonarji tal-magna f'forma ta’ ċrieki għall-isterisi (jew rilluttanza) tal-muturi multifażi AC għal tħaddim sinkroniku ġewwa vakwu fil-medda tal-frekwenzi ta’ 600 sa 2 000 Hz u ta’ firxa ta’ qawwa ta’ 50 sa 1 000 Volt-Amps;

11.

Kontenituri/alloġġamenti ta’ ċentrifuga sabiex iżommu fihom l-assemblaġġ ta’ tubu ta’ skrun ta’ ċentrifuga tal-gass, li jikkonsistu f'ċilindru riġidu ta’ ħxuna tal-ħajt sa 30 mm bi truf immaxinjati bi preċiżjoni u magħmulin minn jew protetti b’ "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6";

12.

Tubi għall-estrazzjoni b'dijametru intern li jwassal sa 12 mm għall-estrazzjoni tal-gass UF6 minn ġewwa t-tubu ta’ skrun ta’ ċentrifuga b'azzjoni ta’ tubu Pitot, magħmulin minn jew protetti b’ "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6";

13.

Varjanti tal-frekwenza (konvertituri jew invertituri) iddisinjati apposta jew ippreparati sabiex jissuplixxu lill-partijiet stazzjonarji ta’ magna taċ-ċentrifuga għall-arrikiment tal-gass, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

a.

Produzzjoni fuq diversi fażijiet ta’ 600 sa 2 000 Hz;

b.

Kontroll tal-frekwenza aħjar minn 0,1 %;

c.

Distorsjoni armonika ta’ inqas minn 2 %;

d.

Effiċjenza ikbar minn 80 %;

14.

Valvi tal-imniefaħ magħmulin minn jew protetti b’ "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6", b'dijametru ta’ 10 mm sa 160 mm;

c.

Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni b'diffużjoni gassuża, kif ġej:

1.

Barrieri għad-diffużjoni gassuża magħmulin minn "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6" metalliċi, tal-polimer jew taċ-ċeramika porużi, b'daqs tal-pori ta’ 10 sa 100 nm, ħxuna ta’ 5 mm jew inqas, u, għal forom tubulari, dijametru ta’ 25 mm jew inqas;

2.

Alloġġamenti tal-propagaturi tal-gass magħmulin minn jew protetti b’ "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6";

3.

Kompressuri (tat-tip ta’ spjazzament pożittiv, ċentrifugali u fluss assjali) jew ventilaturi tal-gass b'kapaċità ta’ volum ta’ ġbid tal-arja ta’ 1 m3/min jew iktar ta’ UF6, u pressjoni ta’ skarika li twassal sa 666,7 kPa, magħmulin minn jew protetti b’ "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6";

4.

Siġilli ta’ xaftijiet li jduru għal kompressuri jew ventilaturi speċifikati f'0B001.c.3. u ddisinjati sabiex jillimitaw l-infiltrazzjoni ta’ gass buffer għal inqas minn 1 000 cm3/min.;

5.

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana magħmulin minn aluminju, ram, nikil, jew liegi li fihom iktar minn 60 fil-mija nikil, jew taħlitiet ta’ dawn il-metalli bħala tubi miksija, iddisinjati sabiex jaħdmu fi pressjoni sub-atmosferika b'rata ta’ telf li tillimita l-għoli tal-pressjoni sa inqas minn 10 Pa fis-siegħa taħt differenzjal ta’ pressjoni ta’ 100 kPa;

6.

Valvi tal-imniefaħ magħmulin minn jew protetti b’ "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6", b'dijametru ta’ 40 mm sa 1 500 mm;

d.

Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni aerodinamika, kif ġej:

1.

Żennuni għas-separazzjoni li jikkonsistu minn kanali kkurvati f'forma ta’ inċiżjoni li għandhom raġġ ta’ kurvatura inqas minn 1 mm, reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, u li għandhom xifer irqiq fiż-żennuna li jissepara l-gass li jgħaddi miż-żennuna f'żewġ nixxigħat;

2.

Tubi ċilindriċi jew konikali bi dħul tanġenzjali mħaddmin bil-fluss, (tubi vortiċi), magħmulin minn jew protetti b’ "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6" b'dijametru ta’ bejn 0,5 cm u 4 cm u proporzjon ta’ tul għal dijametru ta’ 20:1 jew inqas u b'daħla tanġenzjali waħda jew aktar;

3.

Kompressuri (tat-tip ta’ spjazzament pożittiv, ċentrifugali u fluss assjali) jew ventilaturi tal-gass b’ kapaċità ta’ volum ta’ ġbid tal-arja ta’ 2 m3/min jew iktar, magħmulin minn jew protetti b’ "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6", u siġilli ta’ xaftijiet li jduru għalihom;

4.

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana magħmulin minn jew protetti b’ "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6";

5.

Alloġġamenti tal-element għas-separazzjoni aerodinamika, magħmulin minn jew protetti b’ "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6" sabiex ikollhom fihom tubi vortiċi jew żennuni għas-separazzjoni;

6.

Valvi tal-imniefaħ magħmulin minn jew protetti b’ "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6", b'dijametru ta’ 40 sa 1 500 mm;

7.

Sistemi tal-ipproċessar għas-separazzjoni tal-UF6 mill-gass trasportatur (idroġenu jew elju) għal kontenut ta’ UF6 ta’ 1 ppm jew inqas, inkluż:

a.

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana krijoġeniku u krijoseparaturi li jilħqu temperaturi ta’ 153K (– 120 °C) jew inqas;

b.

Unitajiet ta’ tkessiħ krijoġeniċi li jilħqu temperaturi ta’ 153K (– 120 °C) jew inqas;

c.

Żennuni għas-separazzjoni jew unitajiet ta’ tubu vortiċi għas-separazzjoni tal-UF6 mill-gass trasportatur;

d.

Trappoli kesħin għall-UF6 li jilħqu temperaturi ta’ 253 K (– 20 °C) jew inqas;

e.

Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni bi skambju kimiku, kif ġej:

1.

Kolonni b'impuls likwidu-likwidu bi skambju mgħaġġel b'ħin ta’ permanenza tal-istadju ta’ 30 sekonda jew inqas u reżistenti għall-aċidu idrokloriku konċentrat (eż. magħmulin minn jew protetti b'materjali tal-plastik adatti bħal polimeri ta’ fluworokarbon jew ħġieġ);

2.

Kuntatturi ċentrifugali likwidu-likwidu bi skambju mgħaġġel b'ħin ta’ permanenza tal-istadju ta’ 30 sekonda jew inqas u reżistenti għall-aċidu idrokloriku konċentrat (e.ż. magħmulin minn jew protetti b'materjali tal-plastik addatti bħal polimeri ta’ fluworokarbon jew ħġieġ);

3.

Ċelloli elettrokimiċi għat-tnaqqis reżistenti għal soluzzjonijiet konċentrati tal-aċidu idrokloriku, għat-tnaqqis tal-uranju minn stat ta’ valenza għal ieħor;

4.

Tagħmir li jitma' lil ċelloli elettrokimiċi għat-tnaqqis sabiex jittieħed l-U+4 mill-fluss organiku u, għal dawk il-partijiet f'kuntatt mal-fluss tal-proċess, magħmulin minn jew protetti b'materjali addatti (eż. ħġieġ, polimeri tal-fluworokarbon, sulfat tal-polifenil, sulfon tal-polietere u grafita bir-reżina);

5.

Sistemi ta’ preparazzjoni ta’ tmigħ għall-produzzjoni ta’ soluzzjoni ta’ klorur tal-uranju ta’ purità kbira li jikkonsistu f'tagħmir ta’ dissoluzzjoni, estrazzjoni ta’ solvent u/jew skambju ta’ joni għall-purifikazzjoni u għaċ-ċelloli elettrolitiċi għat-tnaqqis tal-uranju U+6 jew U+4 għal U+3;

6.

Sistemi ta’ ossidazzjoni tal-uranju għall-ossidazzjoni ta’ U+3 għal U+4;

f.

Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni bi skambju ta’ joni, kif ġej:

1.

Reżini ta’ skambju joniku li jirreaġixxu malajr, reżini pellikulari jew porużi makro-rettikulati fejn il-gruppi attivi ta’ skambju kimiku huma limitati għal kisja fuq il-wiċċ ta’ struttura ta’ appoġġ inattiva u poruża, u strutturi kompożiti oħra ta’ kull forma addatta, inklużi partiċelli jew fibri, b'dijametri ta’ 0,2 mm jew inqas, reżistenti għall-aċidu idrokloriku konċentrat u ddisinjati sabiex ikollhom tnaqqis bin-nofs tar-rata ta’ skambju f'inqas minn 10 sekondi u kapaċi li jaħdmu f'temperaturi ta’ bejn 373 K (100 °C) u 473 K (200 °C);

2.

Kolonni ta’ skambju joniku (ċilindriċi) b'dijametru ikbar minn 1 000 mm, magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-aċidu idrokloriku konċentrat (eż. titanju jew plastik tal-fluworokarbonju) u kapaċi jaħdmu b'temperaturi bejn 373 K (100 °C) u 473 K (200 °C) u pressjonijiet ogħla minn 0,7 MPa;

3.

Sistemi ta’ rifluss ta’ skambju joniku (sistemi ta’ ossidazzjoni jew riduzzjoni kimika jew elettrokimika) għar-riġenerazzjoni tal-aġenti kimiċi ta’ riduzzjoni jew ossidazzjoni użati f'kaskati ta’ arrikiment bi skambju joniku;

g.

Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni iżotopika tal-fwar atomiku bil-"laser" (AVLIS), kif ġej:

1.

Kanuni b'raġġ elettroniku ta’ enerġija għolja bi strixxa jew bl-iskannjar b'enerġija prodotta ta’ aktar minn 2,5 kW/cm għal użu fis-sistemi ta’ vaporizzazzjoni tal-uranju;

2.

Sistemi ta’ maniġġar ta’ metall likwidu għal uranju mdewweb jew liegi tal-uranju, li jikkonsistu fi griġjoli, magħmulin minn jew protetti b'materjali adatti reżistenti għall-korrużjoni u għas-sħana (eż. tantalu, grafit miksi bl-ittrija, grafit miksi b'ossidi tal-art rari oħrajn jew taħlitiet tagħhom), u tagħmir tat-tkessiħ għall-griġjoli;

N.B.:

ARA WKOLL 2A225.

3.

Sistemi ta’ kollettur tal-prodotti u tad-dnub magħmulin minn jew miksija b'materjali reżistenti għas-sħana u għall-korrużjoni tal-fwar jew likwidu tal-metall tal-uranju, bħal grafit miksi bl-ittrija jew it-tantalu;

4.

Alloġġamenti tal-modulu ta’ separazzjoni (kontenituri ċilindriċi jew rettangolari) sabiex ikollhom fihom is-sors tal-fwar tal-metall tal-uranju, il-kanun tar-raġġ elettroniku u l-kolletturi tal-prodotti u d-dnub;

5.

"Lasers" jew sistemi "laser" għas-separazzjoni ta’ iżotopi tal-uranju bi stabbilizzatur tal-frekwenza tal-ispettru għal ħidma fuq perijodi ta’ żmien twal;

N.B.:

ARA WKOLL 6A005 U 6A205.

h.

Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni iżotopiku molekulari "laser" (MLIS) jew reazzjoni kimika permezz ta’ attivazzjoni iżotopika selettiva bil-laser (CRISLA), kif ġej:

1.

Żennuni ta’ espansjoni supersonika għal taħlitiet tat-tkessiħ tal-UF6 u gass trasportatur sa 150 K (– 123 °C) jew inqas u magħmulin minn "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6";

2.

Kolletturi tal-prodott tal-uranju pentafluworidu (UF5) li jikkonsistu f'kolletturi tat-tip tal-filtru, l-impatt, jew taċ-ċiklun jew kombinazzjonijiet tagħhom, u magħmulin minn "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF5/UF6";

3.

Kompressuri magħmulin minn jew protetti b’ "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6", u siġilli ta’ xaftijiet li jduru għalihom;

4.

Tagħmir sabiex jiffluworua l-UF5 (solidu) għal UF6 (gass);

5.

Sistemi tal-ipproċessar sabiex jisseparaw l-UF6 minn gass trasportatur (eż. nitroġenu jew argon) inkluż:

a.

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana krijoġeniċi u krijoseparaturi li jilħqu temperaturi ta’ 153 K (– 120 °C) jew inqas;

b.

Unitajiet ta’ tkessiħ krijoġeniċi li jilħqu temperaturi ta’ 153 K (– 120 °C) jew inqas;

c.

Trappoli kesħin tal-UF6 li jilħqu temperaturi ta’ 253 K (– 20 °C) jew inqas;

6.

"Lasers" jew sistemi "laser" għas-separazzjoni ta’ iżotopi tal-uranju bi stabbilizzatur tal-frekwenza tal-ispettru għal ħidma fuq perijodi ta’ żmien twal;

N.B.:

ARA WKOLL 6A005 U 6A205.

i.

Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni bil-plażma, kif ġej:

1.

Sorsi ta’ enerġija microwave u antenni għall-produzzjoni jew l-aċċellerazzjoni ta’ joni, bi frekwenza ta’ produzzjoni ikbar minn 30 GHz u produzzjoni ta’ enerġija medja ikbar minn 50 kW;

2.

Bobini ta’ eċċitazzjoni tal-joni bi frekwenzi radju għal frekwenzi ta’ iktar minn 100 kHz li jifilħu għal qawwa medja ta’ iktar minn 40 kW;

3.

Sistemi ta’ ġenerazzjoni ta’ plażma tal-uranju;

4.

Sistemi ta’ maniġġar ta’ metall likwidu għal uranju imdewweb jew liegi tal-uranju, li jikkonsistu fi griġjoli, magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni u għas-sħana (eż. tantalu, grafit miksi bl-ittrija, grafit miksija b'ossidi tal-art rari oħrajn jew taħlitiet tagħhom), u tagħmir tat-tkessiħ għall-griġjoli;

N.B.:

ARA WKOLL 2A225.

5.

Kolletturi tal-prodotti u d-dnub magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għas-sħana u għall-korrużjoni mill-fwar tal-uranju bħal grafit miksia bl-ittrija jew it-tantalu;

6.

Alloġġamenti tal-modulu ta’ separazzjoni (ċilindriċi) sabiex ikollhom fihom is-sors tal-plażma tal-uranju, il-bobina tal-eċċitazzjoni bi frekwenza radju u l-kolletturi tal-prodotti u d-dnub u magħmulin minn materjal non-manjetiku adatt (e.ż. azzar inossidabbli);

j.

Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta’ separazzjoni elettromanjetika, kif ġej:

1.

Sorsi joniċi, singoli jew multipli, li jikkonsistu f'sors ta’ fwar, jonizzatur, u aċċelleratur tar-raġġ magħmulin minn materjali non-manjetiċi addatti (eż. grafit, azzar inossidabbli, jew ram) u li kapaċi jipprovdu total ta’ kurrent ta’ raġġ joniku ta’ 50 mA jew ikbar;

2.

Pjanċi ta’ kolletturi joniċi għall-kollezzjoni ta’ raġġi joniċi tal-uranju arrikkit jew imfaqqar, li jikkonsistu f'żewġ inċiżjonijiet u kavitajiet jew aktar magħmulin minn materjali non-manjetiċi addatti (eż. grafit jew azzar inossidabbli);

3.

Alloġġamenti f'vakwu għas-separaturi elettromanjetiċi tal-uranju magħmulin minn materjali non-manjetiċi addatti (eż. azzar inossidabbli) u ddisinjati sabiex jaħdmu fi pressjonijiet ta’ 0,1 Pa jew inqas;

4.

Partijiet ta’ pol manjetiku b'dijametru ikbar minn 2 m;

5.

Provvisti ta’ enerġija ta’ vultaġġ għoli għal sorsi joniċi, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Kapaċi għal ħidma kontinwa;

b.

Produzzjoni tal-vultaġġ ta’ 20 000 V jew ikbar;

c.

Produzzjoni tal-kurrent ta’ 1 A jew ikbar;

d.

Regolazzjoni tal-vultaġġ aħjar minn 0.01 % fuq perijodu ta’ 8 sigħat;

N.B.:

ARA WKOLL 3A227.

6.

Provvisti ta’ enerġija għal kalamiti (enerġija għolja, kurrent dirett) li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Kapaċi għal ħidma kontinwa bi produzzjoni tal-kurrent ta’ 500 A jew akbar b'vultaġġ ta’ 100 V jew ikbar;

b.

Regolazzjoni tal-kurrent jew tal-vultaġġ aħjar minn 0,01 % fuq perijodu ta’ 8 sigħat.

N.B.:

ARA WKOLL 3A226.

0B002
Sistemi awżiljarji, tagħmir u komponenti, iddisinjati jew ippreparati apposta, kif ġej, għal impjant ta’ separazzjoni tal-iżotopi speċifikat f'0B001, magħmulin minn jew protetti b’ "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6":

a.

Awtoklavi ta’ alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment;

b.

Desublimaturi jew trappoli kesħin, użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta’ arrikkiment għal trasferiment sussegwenti waqt it-tisħin;

c.

Stazzjonijiet tal-prodotti u tad-dnub sabiex jiġi trasferit l-UF6 ġewwa l-kontenituri;

d.

Stazzjonijiet ta’ likwefazzjoni jew solidifikazzjoni użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta’ arrikkiment billi jikkompressaw, ikessħu u jikkonvertu l-UF6 f'forma likwida jew solida;

e.

Sistemi ta’ kanen u sistemi ta’ intestazzjoni ddisinjati apposta sabiex jittrasportaw l-UF6 fil-kaskati tad-diffużjoni gassuża, ċentrifugali jew aerodinamika;

f.

1.

Kolletturi jew intestazzjonijiet taħt vakwu li għandhom kapaċità ta’ ġbid tal-arja ta’ 5 m3/minuta jew aktar; jew

2.

Pompi tal-vakwu ddisinjati apposta għall-użu f'atmosferi li fihom l-UF6;

g.

Spettrometri tal-massa/sorsi joniċi għall-UF6 iddisinjati apposta jew ippreparati sabiex jieħdu kampjuni on-line ta’ alimentazzjoni, prodotti jew dnub, minn flussi ta’ gass UF6 u li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Riżoluzzjoni tal-unità għall-massa ta’ iktar minn 320 amu;

2.

Sorsi joniċi kostruwiti minn jew miksija b'nikromju jew monel, jew ibbanjat bin-nikil;

3.

Sorsi ta’ jonizzazzjoni b'bumbardament ta’ elettroni;

4.

Sistema ta’ kollettur adatta għall-analiżi iżotopika.

0B003
Impjant għall-konverżjoni tal-uranju u tagħmir iddisinjat apposta jew ippreparat għalih, kif ġej:

a.

Sistemi għall-konverżjoni ta’ konċentrati ta’ minerali tal-uranju għal UO3;

b.

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO għal UF6;

c.

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO3 għal UO2;

d.

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO2 għal UF4;

e.

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF4 għal UF6;

f.

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF4 għal uranju metall;

g.

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF6 għal UO2;

h.

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UF6 għal UF4;

i.

Sistemi għall-konverżjoni ta’ UO2 għal UCl4.

0B004
Impjant għall-produzzjoni jew il-konċentrazzjoni ta’ ilma tqil, dewterju u komposti tad-dewterju u tagħmir u komponenti ddisinjati apposta jew ippreparati għalih, kif ġej:

a.

Impjant għall-produzzjoni ta’ ilma tqil, dewterju jew komposti tad-dewterju, kif ġej:

1.

Impjanti għall-iskambju ilma-sulfid tal-idroġenu;

2.

Impjanti għall-iskambju ammonja-idroġenu;

b.

Tagħmir u komponenti, kif ġej:

1.

Torrijiet għall-iskambju ilma-sulfid tal-idroġenu fabbrikati minn azzar bil-karbonju fin (eż. ASTM A516) b'dijametri ta’ 6 m sa 9 m, li kapaċi jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn jew ugwali għal 2 MPa u b'konċessjoni għall-korrużjoni ta’ 6 mm jew ikbar;

2.

Blowers jew kompressuri ċentrifugali ta’ stadju singolu, bi pressjoni baxxa (jiġifieri 0,2 MPa) għaċ-ċirkulazzjoni tal-gass tas-sulfid tal-idroġenu (jiġifieri gass li fih iktar minn 70 % H2S) b'kapaċità ta’ fluss ikbar minn jew daqs 56 m3/sekonda meta jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn jew daqs 1,8 MPa ta’ ġbid u li għandhom siġilli ddisinjati għas-servizz H2S imxarrab;

3.

Torrijiet għall-iskambju ammonja-idroġenu ikbar minn jew daqs 35 m fl-għoli b’ dijametri ta’ 1,5 m sa 2,5 m kapaċi li jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn 15 MPa;

4.

Elementi interni tat-torri, inklużi kuntatturi tal-istadji, u pompi tal-istadji, inkluż dawk li huma sommerġibbli, għall-produzzjoni ta’ ilma tqil bl-użu tal-proċess ta’ skambju ammonja-idroġenu;

5.

Krakkizzanti tal-ammonja bi pressjonijiet ta’ tħaddim ikbar minn jew daqs 3 MPa għall-produzzjoni ta’ ilma tqil bl-użu tal-proċess ta’ skambju ammonja-idroġenu;

6.

Analizzaturi b'assorbiment infra-aħmar kapaċi għal analiżi on-line tal-proporzjon idroġenu/dewterju fejn il-konċentrazzjonijiet tad-dewterju huma daqs jew ikbar minn 90 %;

7.

Berners katalitiċi għall-konverżjoni ta’ gass tad-dewterju arrikkit f'ilma tqil bl-użu tal-proċess ta’ skambju ammonja-idroġenu;

8.

Sistemi kompluti ta’ titjib għall-ilma tqil, jew kolonni għalihom, sabiex titjieb il-konċentrazzjoni tad-dewterju fl-ilma tqil sal-kwalità tajba għar-reatturi.

0B005
Impjanti iddisinjati apposta għall-fabbrikazzjoni ta’ elementi karburanti ta’ "reattur nukleari" u tagħmir iddisinjat apposta jew ippreparat għalihom.

:

Impjant għall-fabbrikazzjoni ta’ elementi karburanti ta’ "reattur nukleari" jinkludi tagħmir li:

a.

Normalment jiġi f'kuntatt dirett ma’ jew jipproċessa jew jikkontrolla direttament il-fluss tal-produzzjoni ta’ materjali nukleari;

b.

Jissiġilla l-materjali nukleari fil-ġewwieni tal-kisi;

c.

Jiċċekkja l-integrità tal-kisi jew tas-siġill;

d.

Jiċċekkja t-trattament tal-finitura tal-karburant issiġillat.

0B006
Impjanti għar-riproċessar tal-elementi karburanti irradjati ta’ "reattur nukleari", u tagħmir u komponenti ddisinjati apposta jew ippreparati għalihom.

:

0B006 jinkludi:

a.

Impjant għar-riproċessar tal-elementi karburanti irradjati ta’ "reattur nukleari" inkluż tagħmir u komponenti li normalment jiġu f'kuntatt dirett ma’ u jikkontrollaw direttament il-karburant irradjat u l-materjal nukleari ewlieni u l-flussi tal-ipproċessar tal-prodott tal-fissjoni;

b.

Magni għat-tqattigħ jew it-tqattigħ f'biċċiet żgħar ħafna tal-element karburanti, jiġifieri tagħmir li jitħaddem mill-bogħod sabiex iqatta', iqatta' f'biċċiet, iqatta' f'biċċiet żgħar ħafna jew iġiżż l-assemblaġġi, il-mazzi jew il-vireg ta’ karburant irradjat ta’ "reattur nukleari";

c.

Dissoluturi, tankijiet ta’ sikurezza kritika (eż. tankijiet b'dijametru żgħir, annulari jew ċatti) iddisinjati apposta jew ippreparati għad-dissoluzzjoni ta’ karburant irradjat ta’ "reattur nukleari", li kapaċi jirreżistu likwidi jaħarqu u korrożivi ħafna, u li jistgħu jiġu mgħobbija u miżmuma mill-bogħod;

d.

Estratturi tas-solvent tal-kontrokurrent u tagħmir għal ipproċessar tal-iskambju joniku ddisinjati apposta jew ippreparati għal użu f'impjant għar-riproċessar ta’ "uranju naturali", "uranju mfaqqar" jew "materjali fissili speċjali" irradjati;

e.

Kontenituri għaż-żamma jew il-ħażna ddisinjati apposta sabiex ikunu kritikament siguri u reżistenti għall-effetti korrożivi tal-aċidu nitriku;

:

Kontenituri għaż-żamma jew il- ħażna jista' jkollhom dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Ħitan jew strutturi interni b'ekwivalent ta’ boron (ikkalkulat għall-elementi kostitwenti kollha kif definit fin-nota għal 0C004) ta’ mill-inqas tnejn fil-mija;

2.

Dijametru massimu ta’ 175 mm għal kontenituri ċilindriċi;

3.

Wisa' massimu ta’ 75 mm għal kontenitur kemm ċatt kif ukoll annulari.

f.

Strumentazzjoni tal-kontroll tal-proċess iddisinjata apposta jew ippreparata għal monitoraġġ jew kontroll tar-riproċessar ta’ "uranju naturali", "uranju mfaqqar" jew "materjali fissili speċjali" irradjati.

0B007
Impjant għall-konverżjoni tal-plutonju u tagħmir iddisinjat apposta jew ippreparat għalih, kif ġej:

a.

Sistemi għall-konverżjoni tan-nitrat tal-plutonju għal ossidu;

b.

Sistemi għall-produzzjoni tal-plutonju metall.

0C
Materjali

0C001
"Uranju naturali" jew "uranju mfaqqar" jew torju fil-forma ta’ metall, liega, kompost kimiku jew konċentrat u kwalunkwe materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn imsemmija;

:

0C001 ma jikkontrollax dawn li ġejjin:

a.

Erba' grammi jew inqas ta’ "uranju naturali" jew "uranju mfaqqar" meta jkun miżmum f'komponent sensittiv fi strumenti;

b.

"Uranju mfaqqar" immanifatturat apposta għall-applikazzjonijiet ċivili non-nukleari li ġejjin:

1.

Ilqugħ;

2.

Ippakkjar;

3.

Saborri li għandhom massa ta’ mhux iktar minn 100 kg;

4.

Kontro-piżijiet li għandhom massa ta’ mhux iktar minn 100 kg;

c.

Liegi li fihom inqas minn 5 % torju;

d.

Prodotti taċ-ċeramika li fihom it-torju, li ġew immanifatturati għal użu non-nukleari.

0C002
"Materjali fissili speċjali"

:

0C002 ma jikkontrollax erba' "grammi effettivi" jew inqas meta jkunu f'komponent sensittiv fi strumenti.

0C003
Dewterju, ilma tqil (ossidu tad-dewterju) u komposti oħrajn tad-dewterju, u taħlitiet u soluzzjonijiet li jkunu fihom id-dewterju, fejn il-proporzjon iżotopiku tad-dewterju għall-idroġenu hu ogħla minn 1:5 000.

0C004
Grafit, grad nukleari, b'livell ta’ purità ta’ inqas minn 5 partijiet fil-miljun ta’ ‧ekwivalent tal-boron‧ u b'densità ikbar minn 1,5 g/cm3.

N.B.:

ARA WKOLL 1C107

:

0C004 ma jikkontrollax dawn li ġejjin:

a.

Manifatturi ta’ grafit li għandhom massa ta’ inqas minn 1 kg, ħlief għal dawk iddisinjati apposta jew ippreparati għal użu f'reattur nukleari;

b.

Trab tal-grafit.

:

F'0C004, ‧ekwivalent tal-boron‧ (BE) huwa definit bħala s-somma ta’ BEz għal impuritajiet (eskluż BEcarbon billi l-karbonju mhux meqjus bħala impurità) inkluż il-boron, fejn:

BEz (ppm) = CF × konċentrazzjoni tal-element Z f'ppm;

Formula

u σB u σZ huma t-trans-sezzjonijiet tal-ġbir tan-newtroni termiċi (f'barns) għall-boron naturali u l-element Z rispettivament, u AB u AZ huma l-mases atomiċi tal-boron naturali u l-element Z rispettivament.

0C005
Komposti jew trabijiet ippreparati apposta għall-manifattura ta’ barrieri għad-diffużjoni gassuża, reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6 (eż. nikil jew liegi li fihom 60 fil-mija bil-piż jew iktar nikil, ossidu tal-aluminju u polimeri ta’ idrokarbori fluworuati kompletament), li għandhom purità ta’ 99,9 fil-mija bil-piż jew iktar u medja tal-qies tal-partiċelli ta’ inqas minn 10 mikrometri mkejla bl-istandard tas-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u l-Materjali (ASTM) B330 u grad għoli ta’ uniformità fil-qies tal-partiċelli.

0D
Software

0D001
"Software" iddisinjat apposta jew immodifikat għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta’ oġġetti speċifikati f'din il-Kategorija.

0E
Teknoloġija

0E001
"Teknoloġija" skont in-Nota dwar it-Teknoloġija Nukleari għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta’ oġġetti speċifikati f'din il-Kategorija.

KATEGORIJA 1

MATERJALI SPEĊJALI U TAGĦMIR RELATAT

1A
Sistemi, Tagħmir u Komponenti

1A001
Komponenti magħmula minn komposti fluworuati, kif ġej:

a.

Siġilli, gaskits, siġillanti jew bżieżaq tal-karburant, iddisinjati apposta għall-użu f' "inġenju tal-arju" jew fl-aerospazju, magħmulin minn iktar minn 50 % bil-piż tal-materjali speċifikati f'1C009.b. jew 1C009.c.;

b.

Polimeri u kopolimeri pjeżoelettriċi, magħmulin minn materjali ta’ fluworidu tal-viniliden (CAS 75-38-7), speċifikati f'1C009.a., li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Fil-forma ta’ folja jew pellikola; u

2.

Bi ħxuna ta’ iktar minn 200 μm;

c.

Siġilli, gaskits, sitijiet tal-valv, bżieżaq jew dijaframmi, li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Magħmulin minn fluworoelastomeri li fihom mill-inqas grupp wieħed ta’ viniletere bħala unità kostituttiva; u

2.

Iddisinjati apposta għall-użu f' "inġenji tal-ajru", l-aerospazju jew ‧missili‧.

:

F'1A001.c., ‧missila‧ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ.

1A002
Strutturi jew laminati "kompożiti", li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

N.B.:

ARA WKOLL 1A202, 9A010 u 9A110

a.

Jikkonsistu f'"matriċi" organika u materjali speċifikati f'1C010.c., 1C010.d. jew 1C010.e.;

b.

Jikkonsistu f'"matriċi" tal-metall jew tal-karbonju, u xi wieħed minn dan li ġej:

1.

"Materjali fibrużi jew filamentari" li għandhom dan kollu li ġej:

a.

"Modulu speċifiku" li jeċċedi 10,15 × 106 m; u

b.

"Reżistenza speċifika għat-tensjoni" li teċċedi 17,7 × 104 m; jew

2.

Materjali speċifikati f'1C010.c.

:

1A002 ma jikkontrollax strutturi jew laminati kompożiti magħmulin minn "materjali fibrużi u filamentari" tal-karbonju mimlija b'reżina epossidika użati għat-tiswija ta’ strutturi jew laminati ta’ "inġenji tal-ajru ċivili", li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Erja mhux iktar minn 1 m2;

b.

Tul mhux iktar minn 2,5 m; u

c.

Wisa' mhux iktar minn 15 mm.

:

1A002 ma jikkontrollax oġġetti nofshom lesti, iddisinjati apposta għal applikazzjonijiet purament ċivili kif ġej:

a.

Merkanzija sportiva;

b.

Industrija awtomobilistika;

c.

Industrija tal-għodod bil-magna;

d.

Applikazzjonijiet mediċi.

:

1A002.b.1. ma jikkontrollax oġġetti nofshom lesti li fihom mhux aktar minn żewġ dimensjonijiet ta’ filamenti mnissġin u ddisinjati apposta għall-applikazzjonijiet kif ġej:

a.

Fran tat-trattament ta’ metalli bi sħana għall-ittemprar ta’ metalli;

b.

Tagħmir għall-produzzjoni ta’ kristalli sintetiċi tas-silikon.

:

1A002 ma jikkontrollax oġġetti lesti, iddisinjati apposta għal applikazzjoni speċifika.

1A003
Manifatturi ta’ poliimidi aromatiċi mhux "fużibbli" fil-forma ta’ pellikoli, folji, tejp jew żigarelli li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Ħxuna ta’ iżjed minn 0,254 mm; jew

b.

Miksijin jew laminati b'karbonju, grafit, metalli jew sustanzi manjetiċi.

:

1A003 ma jikkontrollax il-manifatturi meta miksija jew laminati bir-ram u ddisinjati għall-produzzjoni ta’ ċirkwiti elettroniċi stampati.

:

Għal poliimidi aromatiċi "fużibbli" fi kwalunkwe forma, ara 1C008.a.3.

1A004
Tagħmir u komponenti protettivi u ta’ rilevament, minbarra dawk speċifikati fil-kontrolli tal-merkanzija militari, kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL 2B351 U 2B352.

a.

Maskri tal-gass, filtri u tagħmir ta’ dekontaminazzjoni għalihom, iddisinjati jew immodifikati għad-difiża kontra xi wieħed minn dan li ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1.

Aġenti bijoloġiċi "adattati għal użu fil-gwerra";

2.

Materjali radjuattivi "adattati għal użu fil-gwerra";

3.

Aġenti tal-gwerra kimika (CW); jew

4.

"Aġenti ta’ kontroll ta’ rvellijiet" li jinkludu:

a.

α-Bromobenżenaċetonitril, (Ċjanur tal-bromobenżil) (CA) (CAS 5798-79-8);

b.

[(2-klorofenil)metilen] propandinitril, (o-Klorobenżilidenemalononitril (CS) (CAS 2698-41-1);

c.

2-Kloro-1-feniletanon, Fenilaċil klorid (ω-kloroaċetofenon) (CN) (CAS 532-27-4);

d.

Dibenż-(b,f)-1,4-ossiażepina, (CR) (CAS 257-07-8);

e.

10-Kloro-5,10-diidrofenarsażin, (Fenarsażin klorid), (Adamsit), (DM) (CAS 578-94-9);

f.

N-Nonanoilmorfolin, (MPA) (CAS 5299-64-9);

b.

Ilbies protettiv, ingwanti u żraben, iddisinjati apposta jew immodifikati għad-difiża kontra xi wieħed minn dan li ġej:

1.

Aġenti bijoloġiċi "adattati għal użu fil-gwerra";

2.

Materjali radjuattivi "adattati għal użu fil-gwerra"; jew

3.

Aġenti tal-gwerra kimika (CW);

c.

Sistemi ta’ rilevament, iddisinjati apposta jew immodifikati għar-rilevament jew l-identifikazzjoni ta’ xi wieħed minn dan li ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1.

Aġenti bijologiċi "adattati għal użu fil-gwerra";

2.

Materjali radjuattivi "adattati għal użu fil-gwerra"; jew

3.

Aġenti tal-gwerra kimika (CW).

d.

Tagħmir elettroniku ddisinjat għar-rilevament jew l-identifikazzjoni awtomatika tal-preżenza ta’ residwi ta’ "splussivi" u li jużaw tekniki ta’ ‧rilevament ta’ traċċi‧ (pereżempju mewġ akustiku tal-wiċċ, spettrometrija tal-mobbiltà jonika, spettrometrija tal-mobbiltà divrenzjali, spettromettrija tal-massa).

:

‧Rilevament ta’ traċċi‧ hija definta bħala l-kapaċità ta’ rilevament ta’ anqas minn 1 ppm fwar, jew 1 mg solidu jew likwidu.

:

1A004.d. ma jikkontrollax tagħmir iddisinjat apposta għall-użu fil-laboratorju.

:

1A004.d. ma jikkontrollax bibien tas-sigurtà li wieħed jgħaddi minnhom mingħajr ma jkun hemm kuntatt.

:

1A004 ma jikkontrollax:

a.

Dożimetri għall-monitoraġġ tar-radjazzjoni personali;

b.

Tagħmir illimitat bid-disinn jew bil-funzjoni sabiex jipproteġi kontra perikli speċifiċi għas-sigurtà residenzjali jew l-industriji ċivili, inkluża dik

1.

tal-mini;

2.

tal-barrieri;

3.

tal-agrikoltura;

4.

tal-farmaċewtika;

5.

tal-mediċina;

6

veterinarja;

7.

ambjentali;

8.

tat-trattament tal-iskart;

9.

tal-ikel.

1.

1A004 jinkludi tagħmir u komponenti li ġew identifikati, ittestjati b'suċċess għal standards nazzjonali jew ipprovati li b'xi mod ieħor huma effettiv, għar-rilevament jew id-difiża kontra materjali radjuattivi "adattati għal użu fil-gwerra", aġenti bijoloġiċi "adattati għal użu fil-gwerra", aġenti tal-gwerra kimika, ‧simulanti‧ jew "aġenti ta’ kontroll ta’ rvellijiet", anke jekk it-tagħmir jew il-komponenti bħal dawn huma użati fl-industrija ċivili bħal dik tal-mini, il-barrieri, l-agrikoltura, il-farmaċewtika, il-mediċina, l-industrija veterinarja, dik ambjentali, it-trattament tal-iskart, jew l-industrija tal-ikel.

2.

‧Simulant‧ hu sustanza jew materjal li jintuża minflok aġent tossiku (kimiku jew bijoloġiku) fit-taħriġ, ir-riċerka, l-ittestjar jew l-evalwazzjoni.

1A005
Ilbies korazzat, u komponenti ddisinjati apposta għalih, minbarra dawk manifatturati għal standards jew speċifikazzjonijiet militari jew l-ekwivalenti tagħhom fil-prestazzjoni.

N.B.:

ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

.:

Għal "materjali fibrużi jew filamentari" użati fil-manifattura tal-ilbies korazzat, ara 1C010.

:

1A005 ma jikkontrollax ilbies korazzat jew ilbies protettiv meta jkunu qed jakkumpanjaw l-utent tagħhom għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

:

1A005 ma jikkontrollax ilbies korazzat iddisinjat sabiex jipprovdi protezzjoni frontali biss minn frammenti kif ukoll l-effett ta’ splużjoni minn apparat splussiv non-militari.

1A006
Tagħmir iddisinjat apposta jew immodifikat għar-rimi ta’ apparat splussiv improvviżat, kif ġej, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:

N.B.:

ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

a.

Vetturi li jitħaddmu mill-bogħod;

b.

‧Disruptors‧

:

‧Disruptors‧ huma apparati ddisinjati apposta bil-għan li jipprevjenu l-operazzjoni ta’ apparat splussiv billi jixħtu projettili likwidu, solidu jew fraġli.

:

1A006 ma jikkontrollax tagħmir li jkun akkumpanjat mill-operatur tiegħu.

1A007
Tagħmir u apparat, iddisinjati apposta biex jinizjaw splużjoni, u apparat li fih "materjali enerġetiċi", permezz ta’ mezzi elettriċi, kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI, 3A229 u 3A232.

a.

Settijiet li jixegħlu detonaturi splussivi ddisinjati sabiex iħaddmu d-detonaturi splussivi speċifikati f'1A007.b.;

b.

Detonaturi splussivi mħaddma bl-elettriku, kif ġej:

1.

Pont li jisplodi (EB);

2.

Wajer pont li jisplodi (EBW);

3.

Trasmettitur ta’ impuls (Slapper);

4.

Inizjaturi ta’ fojl li jisplodi (EFI).

1.

Il-kelma inizjatur xi kultant tintuża minflok il-kelma detonatur.

2.

Għall-finijiet ta’ 1A007.b. id-detonaturi konċernati kollha jutilizzaw konduttur elettriku żgħir (pont, wajer pont jew fojl) li jivvaporizza b'mod splussiv meta impuls elettriku ta’ kurrent għoli rapidu jiġi mgħoddi minnu. F'tipi nonslapper, il-konduttur li jisplodi jibda detonazzjoni kimika f'materjal splussiv ħafna ta’ kuntatt bħal PETN (pentaeritritoltetranitrat). F'detonaturi slapper, il-vaporizzazzjoni splussiva tal-konduttur elettriku tħaddem flyer jew slapper minn naħa għal oħra ta’ fetħa, u l-impatt tas-slapper fuq splussiv jibda detonazzjoni kimika. F'xi wħud mid-disinji, is-slapper huwa mħaddem minn forza manjetika. It-terminu detonatur tal-fojl li jisplodi jista' jirreferi għal EB jew għal detonatur tat-tip slapper.

1A008
Kariki, tagħmir u komponenti, kif ġej:

a.

‧Kariki ffurmati‧ li għandhom dawn kollha li ġejjin:

1.

Kwantità Splussiva Netta (NEQ) akbar minn 90 g;

2.

Dijametru tal-kejsing ta’ barra daqs jew akbar minn 75 mm;

b.

Kariki li jaqtgħu f'forma lineari li għandhom dawn kollha li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1.

Tagħbija splussiva akbar minn 40 g/m; u

2.

Wisa' ta’ 10 mm jew aktar;

c.

Korda għad-detonatur b'tagħbija splussiva fil-qalba akbar minn 64 g/m;

d.

Għodod tal-qtugħ, ħlief għal dawk speċifikati f'1A008.b., u għodod ta’ stakkar, li għandhom Kwantità Splussiva Netta (NEQ) akbar minn 3.5 kg.

:

‧Kariki ffurmati‧ huma kariki splussivi ffurmati biex jiffokaw l-effetti tal-forza tal-isplużjoni.

1A102
Komponenti karbonju-karbonju pirolizzati risaturati ddisinjati għal vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew rokits sonda speċifikati f'9A104.

1A202
Strutturi kompożiti, minbarra dawk speċifikati f'1A002, fil-forma ta’ tubi u li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL 9A010 U 9A110.

a.

Dijametru intern ta’ bejn 75 mm u 400 mm;

b.

Magħmulin bi kwalunkwe wieħed mill-"materjali fibrużi u filamentari" speċifikati f'1C010.a. jew b. jew 1C210.a. jew b'materjali pre-impregnati bil-karbonju speċifikati f'1C210.c.

1A225
Katalizzaturi miksijin bil-platinu ddisinjati apposta jew ippreparati għall-promozzjoni tar-reazzjoni ta’ skambju iżotopiku tal-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkuprar tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta’ ilma tqil.

1A226
Imballaġġi speċjalizzati li jistgħu jintużaw fis-separazzjoni ta’ ilma tqil minn ilma ordinarju, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Magħmulin minn malja ta’ bronż fosforuż kimikament trattata sabiex ittejjeb il-kapaċità li tixxarrab; u

b

Iddisinjati sabiex jintużaw fit-torrijiet tad-distillazzjoni fil-vakwu.

1A227
Twieqi bi lqugħ għar-radjazzjoni ta’ densità għolja (ħġieġ taċ-ċomb jew ieħor), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u frejmijiet iddisinjati apposta għalihom:

a.

‧Żona kiesħa‧ ikbar minn 0,09 m2;

b.

Densità ikbar minn 3 g/cm3;

c.

Ħxuna ta’ 100 mm jew aktar.

:

F'1A227 t-terminu ‧żona kiesħa‧ jfisser il-parti viżwali tat-tieqa esposta għall-iktar livell baxx ta’ radjazzjoni fl-applikazzjoni tad-disinn.

1B
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni

1B001
Tagħmir għall-produzzjoni jew l-ispezzjoni ta’ strutturi jew laminati "kompożiti" speċifikati f'1A002 jew "materjali fibrużi jew filamentari" speċifikati f'1C010, kif ġej, u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalihom:

N.B.:

ARA WKOLL 1B101 U 1B201.

a.

Magni għat-tkebbib tal-filament, li l-movimenti tagħhom għall-pożizzjonament, it-tgeżwir u t-tkebbib tal-fibri huma koordinati u programmati fi tliet assi jew aktar ta’ "servopożizzjonament primarju", iddisinjati apposta għall-manifattura ta’ strutturi jew laminati "kompożiti", minn "materjali fibrużi jew filamentari";

b.

Magni għat-tqegħid tat-tejp, li l-movimenti tagħhom għall-ippożizzjonar u t-tqegħid tat-tejp jew il-folji huma koordinati u programmati f'ħames assi jew aktar ta’ "servopożizzjonament primarju", iddisinjati apposta għall-manifattura ta’ strutturi "kompożiti" ta’ korp ta’ ajruplan jew ‧missila‧;

:

F'1B001.b., ‧missila‧ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ.

c.

Magni tal-insiġ multidirezzjonali u multidimensjonali jew magni tad-dafar, inklużi adattaturi u kittijiet għall-modifika, iddisinjati apposta jew immodifikati għall-insiġ, id-dafar jew l-immaljar ta’ fibri, għal strutturi "kompożiti";

:

Għall-iskopijiet ta’ 1B001.c., it-teknika ta’ dafar tinkludi n-niting.

d.

Tagħmir iddisinjat apposta jew adattat għall-produzzjoni ta’ fibri rinforzanti, kif ġej:

1.

Tagħmir għall-konverżjoni ta’ fibri polimeriċi (bħal poliakrilonitril, rejon, żift jew polikarbosilan) f'fibri ta’ karbonju jew fibri ta’ karbur tas-silikon, inkluż tagħmir speċjali sabiex jissikka l-fibra waqt it-tisħin;

2.

Tagħmir għad-depożizzjoni kimika mill-fwar ta’ elementi jew komposti, fuq sottostrati filamentari msaħħna, għall-manifattura ta’ fibri tal-karbur tas-silikon;

3.

Tagħmir għall-estrużjoni bl-umdità ta’ ċeramika refrattarja (bħal ossidu tal-aluminju);

4.

Tagħmir għall-konverżjoni tal-aluminju li fih fibri prekursuri f'fibri tal-alumina permezz ta’ trattament ta’ sħana;

e.

Tagħmir sabiex jipproduċi pre-impregnati speċifikati f'1C010.e. bil-metodu ta’ tidwib bis-sħana;

f.

Tagħmir għall-ispezzjoni non-distruttiva ddisinjat apposta għal materjali "kompożiti", kif ġej:

1.

Sistemi ta’ tomografija permezz tar-raġġi × għal spezzjoni tad-difetti tri-dimensjonali;

2.

Magni tal-ittestjar ultrasoniċi kkontrollati b'mod diġitali li l-movimenti tagħhom għall-ippożizzjonar tat-transmettituri jew tar-riċevituri huma koordinati u programmati simultanjament f'erba' assi jew aktar sabiex jissegwew il-kontorni tri-dimensjonali tal-komponent taħt spezzjoni;

g.

Magni għat-tqegħid tal-wajers, li l-movimenti tagħhom għall-pożizzjonament u tqegħid ta’ wajers jew folji huma koordinati u programmati f'żewġ assi jew aktar ta’ "servopożizzjonament primarju", iddisinjati apposta għall-manifattura ta’ strutturi "kompożiti" ta’ korp tal-ajru jew ta’ ‧missila‧.

:

Għall-iskop ta’ 1B001, l-assi ta’ ‧servopożizzjonament primarju‧ jikkontrollaw, taħt id-direzzjoni ta’ programm tal-kompjuter, il-pożizzjoni tat-tagħmir tat-tarf (jiġifieri, ir-ras) fl-ispazju mqabbel mal-biċċa li qed tinħadem fl-orjentament u d-direzzjoni korretta biex jinkiseb il-proċess mixtieq.

1B002
Tagħmir sabiex jipproduċi liegi tal-metall, trab ta’ liegi tal-metall jew materjali tal-liegi, iddisinjati apposta sabiex jevitaw il-kontaminazzjoni u ddisinjati apposta għall-użu f'wieħed mill-proċessi speċifikati f'1C002.c.2.

N.B.:

ARA WKOLL 1B102.

1B003
Għodod, forom, forom imħaffrin jew muntaġġi, għal "formazzjoni superplastika" jew "irbit bid-diffużjoni" ta’ titanju, aluminju jew il-liegi tagħhom, iddisinjati apposta għall-manifattura ta’ xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Strutturi ta’ korp ta’ ajruplan jew tal-aerospazju;

b.

Magni ta’ "inġenji tal-ajru" jew tal-aerospazju;

c.

Komponenti ddisinjati apposta għall-istrutturi speċifikati f'1B003.a. jew għall-magni speċifikati f'1B003.b.

1B101
Tagħmir, minbarra dak speċifikat f'1B001, għall-"produzzjoni" ta’ kompożiti strutturali kif ġej; u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalih:

N.B.:

ARA WKOLL 1B201.

:

Komponenti u aċċessorji speċifikati f'1B101 inkluż forom imħaffrin, mandrini tat-torn, forom, muntaġġi u għodod għall-ippressar tal-preforma, ikkurar, ikkastjar, tgħaqqid bis-sħana jew irbit ta’ strutturi kompożiti, laminati u manifatturi tagħhom.

a.

Magni għat-tkebbib tal-filament jew magni għat-tqegħid tal-fibri li l-movimenti tagħhom għat-tqegħid, it-tgeżwir u t-tkebbib ta’ fibri jistgħu jiġu koordinati u programmati fi tliet assi jew aktar, iddisinjati għall-manifattura ta’ strutturi jew laminati kompożiti minn materjali fibrużi jew filamentari, u kontrolli li jikkoordinaw u jipprogrammaw;

b.

Magni ta’ tqegħid ta’ tejp li l-movimenti tagħhom għat-tqegħid jew il-pjazzament tat-tejp u l-folji jistgħu jiġu koordinati u programmati f'żewġ assi jew aktar, iddisinjati għall-manifattura ta’ strutturi kompożiti ta’ korp tal-ajruplan jew ‧missili‧;

c.

Tagħmir iddisinjat jew immodifikat għall-"produzzjoni" ta’ "materjali fibrużi jew filamentari" kif ġej:

1.

Tagħmir għall-konverżjoni ta’ fibri polimeriċi (bħal poliakrilonitril, rejon jew polikarbosilan) inkluż tagħmir speċjali sabiex tissikka l-fibra waqt it-tisħin;

2.

Tagħmir għad-depożizzjoni bil-fwar ta’ elementi jew komposti fuq sottostrati tal-filamenti msaħħna;

3.

Tagħmir għall-estrużjoni bl-umdità ta’ ċeramika refrattarja (bħall-ossidu tal-aluminju);

d.

Tagħmir iddisinjat jew modifikat għat-trattament speċjali tal-wiċċ tal-fibri jew għall-produzzjoni ta’ pre-impregnati u pre-formati speċifikati fil-punt 9C110.

:

1B101.d. jinkludi rombli, tagħmir għat-tiġbid, għall- kisi, għall-qtugħ u forom tal-qtugħ.

1B102
"Tagħmir tal-produzzjoni" tat-trab tal-metall, minbarra dak speċifikat f'1B002, u komponenti kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL 1B115.b.

a.

"Tagħmir tal-produzzjoni" tat-trab tal-metall li jista' jintuża għall-"produzzjoni", f'ambjent ikkontrollat, ta’ materjali sferiċi jew atomizzati speċifikati f'1C011.a., 1C011.b., 1C111.a.1., 1C111.a.2. jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

b.

Komponenti ddisinjati apposta għal "tagħmir tal-produzzjoni" speċifikat f'1B002 jew 1B102.a.

:

1B102 jinkludi:

a.

Ġeneraturi tal-plażma (ġett forma ta’ arka ta’ frekwenza għolja) li jistgħu jintużaw sabiex jinkisbu trabijiet metalliċi atomizzati jew sferiċi bl-organizzazzjoni tal-proċess f'ambjent argon-ilma;

b.

Tagħmir ta’ elettrosplużjoni li jista' jintuża sabiex jinkisbu trabijiet metalliċi atomizzati jew sferiċi bl-organizzazzjoni tal-proċess f'ambjent argon-ilma;

c.

Tagħmir li jista' jintuża għall-"produzzjoni" ta’ trabijiet tal-aluminju sferiċi bil-polverizzazzjoni ta’ tidwiba f'ambjent inert (eż. nitroġenu).

1B115
Tagħmir, minbarra dak speċifikat f'1B002 jew 1B102, għall-produzzjoni ta’ propellant u kostitwenti ta’ propellant, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalih:

a.

"Tagħmir tal-produzzjoni" għall-"produzzjoni", l-immaniġġar jew l-ittestjar għall-aċċettazzjoni ta’ propellanti likwidi jew kostitwenti ta’ propellanti speċifikati f'1C011.a., 1C011.b., 1C111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari;

b.

"Tagħmir tal-produzzjoni" għall-"produzzjoni", l-immaniġġar, it-taħlit, l-ikkurar, l-ikkastjar, l-ippressar, l-immaxinjar, l-estrużjoni jew l-ittestjar għall-aċċettazzjoni ta’ propellanti jew kostitwenti ta’ propellanti solidi speċifikati f'1C011.a., 1C011.b., 1C111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

:

1B115.b. ma jikkontrollax tagħmir għat-taħlit diskontinwu, kontinwu jew imtieħen ta’ enerġija bil-fluwidu. Għall-kontroll ta’ tagħmir għat-taħlit diskontinwu, kontinwu jew imtieħen ta’ enerġija bil-fluwidu ara 1B117, 1B118 u 1B119.

:

Għal tagħmir iddisinjat apposta għall-produzzjoni ta’ merkanzija militari, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

:

1B115 ma jikkontrollax tagħmir għall-"produzzjoni", l-immaniġġar u l-ittestjar għall-aċċettazzjoni tal-karbur tal-boron.

1B116
Żennuni ddisinjati apposta għall-produzzjoni ta’ materjali miksubin pirolitikament ifformati fuq forma, mandrin jew sottostrati oħra minn gassijiet prekursuri li jiddikomponu fil-firxa tat-temperatura 1 573 K (1 300 °C) sa 3 173 K (2 900 °C) fi pressjonijiet ta’ 130 Pa sa 20 kPa.

1B117
Tagħmir għat-taħlit diskontinwu li għandu tagħmir għat-taħlit taħt vakwu fil-firxa ta’ zero sa 13,326 kPa u b'kapaċità ta’ kontroll tat-temperatura tal-kamra tat-taħlit u li għandu dawn li ġejjin kollha, u komponenti ddisinjati apposta għalih:

a.

Kapaċità volumetrika totali ta’ 110 litri jew aktar;

b.

Mill-inqas wieħed mix-xaftijiet għat-taħlit/impastar immuntat lil hinn miċ-ċentru.

1B118
Tagħmir għat-taħlit kontinwu li għandu tagħmir għat-taħlit taħt vakwu fil-firxa ta’ zero sa 13,326 kPa u b'kapaċità ta’ kontroll tat-temperatura tal-kamra tat-taħlit u li għandu xi wieħed minn dan li ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalih:

a.

Żewġ xaftijiet jew aktar għat-taħlit/impastar;

b.

Xaft li jdur uniku li joxxilla u li għandu pinnijiet/snien tal-impastar fuq ix-xaft kif ukoll fil-ġewwieni tal-ħitan tal-kamra tat-taħlit.

1B119
Imtieħen tal-enerġija bil-fluwidu li jistgħu jintużaw sabiex għat-tifrik jew it-tħin tas-sustanzi speċifikati f'1C011.a., 1C011.b., 1C111 jew fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

1B201
Magni għat-tkebbib ta’ filament, minbarra dawk speċifikati f'1B001 jew 1B101, u tagħmir relatat, kif ġej:

a.

Magni għat-tkebbib ta’ filament li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Għandhom movimenti għall-ippożizzjonar, it-tgeżwir, u t-tkebbib ta’ fibri koordinati u programmati f'żewġ assi jew aktar;

2.

Iddisinjati apposta sabiex jiffabbrikaw strutturi jew laminati kompożiti minn "materjali fibrużi jew filamentari";

3.

Kapaċi jkebbu rotors ċilindriċi ta’ dijametru bejn 75 u 400 mm u tulijiet ta’ 600 mm jew ikbar;

b.

Kontrolli li jikkoordinaw u jipprogrammaw għall-magni tat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f'1B201.a.;

c.

Mandrini ta’ preċiżjoni għall-magni tat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f'1B201.a.

1B225
Ċelluli elettrolitiċi għall-produzzjoni tal-fluworu b'kapaċità ta’ produzzjoni ikbar minn 250 g ta’ fluworu fis-siegħa.

1B226
Separaturi elettromanjetiċi tal-iżotopi ddisinjati għal, jew mgħammra bi, sorsi joniċi singoli jew multipli li kapaċi jipprovdu kurrent totali ta’ raġġ joniku ta’ 50 mA jew ogħla.

:

1B226 jinkludi separaturi:

a.

Li kapaċi jarrikkixxu iżotopi stabbli;

b.

Bis-sorsi joniċi u l-kolletturi t-tnejn fil-kamp manjetiku u dawk il-konfigurazzjonijiet fejn huma barra mill-kamp manjetiku.

1B227
Konvertituri tas-sintesi tal-ammonja jew unitajiet tas-sintesi tal-ammonja, fejn il-gass tas-sintesi (nitroġenu u idroġenu) jinġibed minn kolonna ta’ skambju ta’ pressjoni għolja ammonja/idroġenu u l-ammonja sintetizzata hija rritornata ġewwa l-kolonna msemmija.

1B228
Kolonni ta’ distillazzjoni krijoġeniċi tal-idroġenu li għandhom il-karatterisitiċi kollha li ġejjin:

a.

Iddisinjati sabiex jaħdmu b'temperaturi interni ta’ 35 K (– 238 °C) jew inqas;

b.

Iddisinjati sabiex jaħdmu bi pressjoni interna ta’ 0,5 sa 5 MPa;

c.

Magħmula jew minn:

1.

Azzar inossidabbli tas-serje 300 b'kontenut baxx ta’ kubrit u bin-numru tal-qies tal-frak awstenitiku ASTM (jew standard ekwivalenti) ta’ 5 jew ikbar;

2.

Materjali ekwivalenti li huma krijoġeniċi kif ukoll kompatibbli mal-H2;

d.

B'dijametri interni ta’ 1 m jew ikbar u tulijiet effettivi ta’ 5 m jew ikbar.

1B229
Kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfid tal-idroġenu u ‧kuntatturi interni‧, kif ġej:

N.B.:

Għal kolonni li huma ddisinjati apposta jew ippreparati għall-produzzjoni ta’ ilma tqil ara 0B004.

a.

Kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfid tal-idroġenu, li għandhom il-karatterisitiċi kollha li ġejjin:

1.

Jistgħu jaħdmu fi pressjonijiet ta’ 2 MPa jew iktar;

2.

Magħmula minn azzar bil-karbonju bin-numru qies tal-frak awstenitiku ASTM (jew standard ekwivalenti) ta’ 5 jew ikbar;

3.

B'dijametru ta’ 1,8 m jew ikbar;

b.

‧Kuntatturi interni‧ għal kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfid tal-idroġenu speċifikati f'1B229.a.

:

‧Kuntatturi interni‧ tal-kolonni huma pjanċi segmentati li għandhom dijametru mmuntat effettiv ta’ 1,8 m jew ikbar, huma ddisinjati sabiex jiffaċilitaw il-kuntattar kontrokurrenti u magħmulin minn azzar inossidabbli b'kontenut ta’ karbonju ta’ 0,03 % jew inqas. Dawn jistgħu jkunu pjanċi li jgħarblu, pjanċi bil-valvi, pjanċi bil-kapep għall-bżieżaq, jew pjanċi turbogradilja.

1B230
Pompi kapaċi jiċċirkulaw soluzzjonijiet ta’ katalizzatur ta’ amidju tal-potassju konċentrati jew dilwiti f'ammonja likwida (KNH2/NH3), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Mitbuqin (jiġifieri ssiġillati ermetikament);

b.

Kapaċità ikbar minn 8,5 m3/h;

c.

Waħda mill-karatteristċi li ġejjin:

1.

Għal soluzzjonijiet ta’ amidju tal-potassju konċentrati (1 % jew iktar), pressjoni ta’ tħaddim ta’ 1,5 sa 60 MPa;

2.

Għal soluzzjonijiet ta’ amidju tal-potassju dilwiti (inqas minn 1 %), pressjoni ta’ tħaddim ta’ 20 sa 60 MPa.

1B231
Faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

a.

Faċilitajiet jew impjanti għall-produzzjoni, l-irkupru, l-estrazzjoni, il-konċentrazzjoni, jew l-immaniġġar tat-tritju;

b.

Tagħmir għal faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, kif ġej:

1.

Unitajiet ta’ refriġerazzjoni bl-idroġenu jew bl-elju li kapaċi jkessħu sa 23 K (– 250 °C) jew inqas, b'kapaċità tat-tneħħija tas-sħana ogħla minn 150 W;

2.

Sistemi ta’ ħażna jew ta’ purifikazzjoni tal-iżotopi tal-idroġenu bl-użu ta’ idruri metalliċi bħala l-mezz tal-ħażna jew tal-purifikazzjoni.

1B232
Turbini ta’ espansjoni jew settijiet ta’ turbina ta’ espansjoni-kompressur li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Iddisinjati sabiex jaħdmu b'temperatura tal-ħruġ ta’ 35 K (–238 °C) jew inqas;

b.

Iddisinjati għal fluss ta’ gass idroġenu ta’ 1 000 kg/h jew ikbar.

1B233
Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

a.

Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju;

b.

Tagħmir għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, kif ġej:

1.

Kolonni ta’ skambju likwidu-likwidu ppakkjati ddisinjati apposta għall-amalgami tal-litju;

2.

Pompi għal merkurju jew amalgama tal-litju;

3.

Ċelluli tal-elettroliżi għal amalgama tal-litju;

4.

Evaporaturi għal soluzzjoni konċentrata ta’ idrossidu tal-litju.

1C
Materjali

:

Metalli u liegi:

Dment li ma ssir ebda dispożizzjoni għall-kuntrarju, il-kliem "metalli" u "liegi" f'1C001 sa 1C012 ikopru forom grezzi u semi-fabbrikati, kif ġej:

Forom grezzi:

Anodi, blalen, żbarri (inkluż żbarri intaljati u żbarri tal-wajer), billetti, blokok, watet, brikketti, tjun, katodi, kristalli, kubi, dadi, frak, granuli, ingotti, bċejjeċ, gerbub, mases tawwalin, trab, rondelli, balal, ċangaturi, biċċiet tondi, sponża, stikek;

Forom semi-fabbrikati (sew jekk miksija, ibbanjati, imtaqqbin jew ippanċjati u sew jekk le):

a.

Materjali tal-ferrobattut jew maħdumin fabbrikati permezz ta’ rrumblar, ġbid, estrużjoni, forġa, estrużjoni b'impatt, ippressar, trammil, atomizzazzjoni u tħin, jiġifieri: angoli, kanali, ċrieki, diski, trab, laqx, fuljetti u folji, metall mikwi, pjanċi, trab, metall ippressat u stampjat, żigarelli, ċrieki, vireg (inklużi vireg issaldjati, vireg tal-wajer, u vireg irrumblati), sezzjonijiet, forom, folji, żigarelli, pajpijiet u tubi (inkluż tondi, kwadri u vojti), wajer imġebbed jew bl-estrużjoni;

b.

Materjal ikkastjat prodott b'ikkastjar ġo ramel, forma, metall, ġips jew tipi ta’ forom oħra, inkluż ikkastjar bi pressjoni għolja, forom magħqudin bis-sħana, u forom magħmula bil-metallurġija tat-trab.

L-għan tal-kontroll m'għandux jintilef bl-esportazzjoni ta’ forom mhux elenkati allegatament prodotti lesti iżda li jirrappreżentaw fir-realtà forom grezzi jew forom semi-fabbrikati.

1C001
Materjali ddisinjati apposta għal użu bħala assorbituri ta’ mewġ elettromanjetiku, jew polimeri intrinsikament konduttivi, kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL 1C101.

a.

Materjali sabiex jassorbu frekwenzi li jeċċedu 2 × 108 Hz iżda inqas minn 3 × 1012 Hz;

:

1C001.a. ma jikkontrollax:

a.

Assorbituri forma ta’ xagħar, magħmula minn fibri naturali jew sintetiċi, miżjudin b'materjal non-manjetiku sabiex jipprovdi l-assorbiment;

b.

Assorbituri li m'għandhom ebda telf manjetiku u bil-wiċċ inċidenti ta’ forma mhux ċatta, inkluż piramidi, konijiet, priżmi u wċuħ spiraliformi;

c.

Assorbituri ċatti, li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Magħmula minn xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Materjali tal-fowm plastiku (flessibli jew mhux flessibli) miżjudin bil-karbonju, jew materjali organiċi, inklużi rabbata, li jipprovdu aktar minn 5 % eku kkomparat mal-metall fuq faxxa ta’ frekwenzi li tiskorri ± 15 % tal-frekwenza ċentrali tal-enerġija inċidentali, u mhux kapaċi jirreżistu temperaturi ogħla minn 450 K (177 °C); jew

b.

Materjali taċ-ċeramika li jipprovdu aktar minn 20 % eku kkomparat mal-metall f'faxxa tal-frekwenzi li teċċedi ± 15 % tal-frekwenza ċentrali tal-enerġija inċidentali, u mhux kapaċi jirreżistu temperaturi ogħla minn 800 K (527 °C);

:

Kampjuni għall-ittestjar tal-assorbiment għal 1C001.a. Nota: 1.c.1. għandu jkunu kwadru b'tal-inqas 5 tulijiet ta’ mewġ tal-frekwenza ċentrali fuq naħa u pożizzjonati fil-kamp imbiegħed tal-element radjanti.

2.

Reżistenza għat-tensjoni inqas minn 7 × 106 N/m2;

3.

Reżistenza għall-kompressjoni inqas minn 14 × 106 N/m2;

d.

Assorbituri ċatti magħmulin minn ferrite sinterizzata, li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Gravità speċifika ogħla minn 4,4;

2.

Temperatura operattiva massima ta’ 548 K (275 °C).

:

Xejn min-Nota 1 għal1C001.a. ma jirrilaxxa materjali manjetiċi sabiex jipprovdu assorbiment meta jkunu jinsabu fiż-żebgħa.

b.

Materjali sabiex jassorbu frekwenzi li jeċċedu 1,5 × 1014 Hz iżda inqas minn 3,7 × 1014 Hz u mhux trasparenti għad-dawl viżibbli;

c.

Materjali polimeriċi intrinsikament konduttivi b’ ‧konduttività elettrika tal-volum‧ ogħla minn 10 000 S/m (Siemens kull metru) jew ‧reżistività tal-wiċċ‧ ta’ inqas minn 100 ohm/kwadrat, ibbażati fuq xi wieħed mill-polimeri li ġejjin:

1.

Polianilin;

2.

Polipirrol;

3.

Politijofen;

4.

Polifenilen-vinilen;

5.

Politijenilen-vinilen.

:

‧Konduttività elettrika tal-volum‧ u ‧reżistività tal-wiċċ‧ għandhom jiġu determinati bl-użu ta’ ASTM D-257 jew ekwivalenti nazzjonali.

1C002
Liegi tal-metall, trab tal-liegi tal-metall jew materjali tal-liegi, kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL 1C202.

:

1C002 ma jikkontrollax liegi tal-metall, trab tal-liegi tal-metall u materjali tal-liegi għas-sottostrati tal-kisi.

:

1.

Il-liegi tal-metall f'1C002 huma dawk li jkollhom persentaġġ ogħla bil-piż tal-metall imsemmi minn kwalunkwe element ieħor.

2.

Il-‧ħajja sa ma jinqasam‧ bl-isforz għandha titkejjel skont l-Istandard ASTM E-139 jew normi nazzjonali ekwivalenti.

3.

Ir-‧reżistenza għall-għejja oligoċiklika‧ għandha titkejjel skont l-Istandard ASTM E-606 "Prattika Rakkomandata għall-Ittestjar tar-Reżistenza għall-Għejja Oligoċiklika b'Amplitudni Kostanti" jew normi ekwivalenti nazzjonali. L-ittestjar għandu jkun assjali bi proporzjon ta’ stress medju ugwali għal 1 u fattur ta’ konċentrazzjoni ta’ stress (Kt) ugwali għal 1. L-istress medju hu definit bħala l-istress massimu li jitnaqqaslu l-istress minimu diviż bl-istress massimu.

a.

Aluminidi, kif ġej:

1.

Aluminidi tan-nikil li jkollhom minimu ta’ 15 % bil-piż ta’ aluminju, massimu ta’ 38 % bil-piż ta’ aluminju u tal-inqas element ieħor li jifforma liega;

2.

Aluminidi tat-titanju li jkollhom 10 % bil-piż jew aktar ta’ aluminju u tal-inqas element ieħor li jifforma liega;

b.

Liegi tal-metall, kif ġej, magħmulin minn trab jew materjal partikulat speċifikat f'1C002.c.:

1.

Liegi tan-nikil li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a.

‧Ħajja sa ma jinqasmu bl-istress‧ ta’ 10 000 siegħa jew itwal f'923 K (650 °C) bi stress ta’ 676 MPa; jew

b.

‧Reżistenza għall-għejja oligoċiklika‧ ta’ 10 000 ċiklu jew aktar fi 823 K (550 °C) bi stress massimu ta’ 1 095 MPa;

2.

Liegi tan-nijobju li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a.

‧Ħajja sa ma jinqasmu bl-istress‧ ta’ 10 000 siegħa jew itwal f'1 073 K (800 °C) bi stress ta’ 400 MPa; jew

b.

‧Reżistenza għall-għejja oligoċiklika‧ ta’ 10 000 ċiklu jew aktar f'973 K (700 °C) bi stress massimu ta’ 700 MPa;

3.

Liegi tat-titanju li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a.

‧Ħajja sa ma jinqasmu bl-istress‧ ta’ 10 000 siegħa jew itwal f'723 K (450 °C) bi stress ta’ 200 MPa;

b.

‧Reżistenza għall-għejja oligoċiklika‧ ta’ 10 000 ċiklu jew aktar f'723 K (450 °C) bi stress massimu ta’ 400 MPa;

4.

Liegi tal-aluminju li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Reżistenza għat-tensjoni ta’ 240 MPa jew aktar f'473 K (200 °C); jew

b.

Reżistenza għat-tensjoni ta’ 415 MPa jew aktar f'temperatura ta’ 298 K (25 °C);

5.

Liegi tal-manjesju li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Reżistenza għat-tensjoni ta’ 345 MPa jew aktar; u

b.

Rata ta’ korrużjoni ta’ inqas minn 1 mm/sena f'soluzzjoni fl-ilma ta’ 3 % ta’ klorur tas-sodju mkejla skont l-istandard ASTM G-31 jew ekwivalenti nazzjonali;

c.

Trab jew materjal partikulat ta’ liega tal-metall, li għandu dan kollu li ġej:

1.

Magħmul minn xi wieħed mis-sistemi ta’ kompożizzjoni li ġejjin:

:

X f'dawn li ġejjin tfisser element wieħed tal-liegi jew aktar.

a.

Liegi tan-nikil (Ni-Al-X, Ni-X-Al) ikkwalifikati għal partijiet jew komponenti ta’ magni b'turbina, jiġifieri b'inqas minn 3 partiċelli non-metalliċi (imdaħħlin waqt il-proċess ta’ manifattura) ikbar minn 100 μm f'109 partiċella tal-liega;

b.

Liegi tan-nijobju (Nb-Al-X jew Nb-X-Al, Nb-Si-X jew Nb-X-Si, Nb-Ti-X jew Nb-X-Ti);

c.

Liegi tat-titanju (Ti-Al-X jew Ti-X-Al);

d.

Liegi tal-aluminju (Al-Mg-X jew Al-X-Mg, Al-Zn-X jew Al-X-Zn, Al-Fe-X jewAl-X-Fe); jew

e.

Liegi tal-manjesju (Mg-Al-X jew Mg-X-Al);

2.

Magħmul f'ambjent ikkontrollat b'xi wieħed minn dawn il-proċessi li ġejjin:

a.

"Atomizzazzjoni f'vakwu";

b.

"Atomizzazzjoni bil-gass";

c.

"Atomizzazzjoni ċentrifugali";

d.

"Tkessiħ rapidu";

e.

"Tempra rapida" u "tifrik";

f.

"Estrazzjoni mit-tidwib" u "tifrik";

g.

"Liega mekkanika";

3.

Kapaċi jifforma materjali speċifikati f'1C002.a. jew 1C002.b.

d.

Materjali lligati li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Magħmulin minn xi waħda mis-sistemi ta’ kompożizzjoni speċifikati f'1C002.c.1.;

2.

Fil-forma ta’ biċċiet żgħar, żigarelli jew vireg irqaq mhux mitħunin;

3.

Prodotti f'ambjent ikkontrollat minn xi wieħed minn dan li ġej:

a.

"Tkessiħ rapidu";

b.

"Tempra rapida"; jew

c.

"Estrazzjoni mit-tidwib".

1C003
Metalli manjetiċi, ta’ kull tip u ta’ kwalunkwe forma, li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Permeabilità relattiva inizjali ta’ 120 000 jew aktar u ħxuna ta’ 0,05 mm jew inqas;

:

Il-kejl tal-permeabilità relattiva inizjali għandu jsir fuq materjali kompletament ittemprati.

b.

Liegi manjetostrittivi li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

1.

Manjetostrizzjoni ta’ saturazzjoni ta’ aktar minn 5 × 10-4; jew

2.

Fattur tal-akkoppjar manjetomekkaniku (k) ta’ aktar minn 0,8; jew

c.

Strippi ta’ liegi amorfi jew 'nanokristallini', li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Kompożizzjoni li għandha minimu ta’ 75 % bil-piż ta’ ħadid, kobalt jew nikil;

2.

Induzzjoni manjetika ta’ saturazzjoni (Bs) ta’ 1,6 T jew aktar;

3.

Xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Ħxuna tal-istrippa ta’ 0,02 mm jew inqas;

b.

Reżistività elettrika ta’ 2 × 10-4 ohm cm jew aktar.

:

Materjali ‧nanokristallini‧ f'1C003.c. huma dawk il-materjali li għandhom daqs ta’ farka ta’ kristall ta’ 50 nm jew inqas, kif determinati bid-diffrazzjoni bir-raġġi-X.

1C004
Liegi tal-uranju titanju jew liegi tat-tungstenu b’ "matriċi" bbażati fuq ħadid, nikil jew ram, li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Densità ogħla minn 17,5 g/cm3;

b.

Limitu elastiku ogħla minn 880 MPa;

c.

Limitu tar-reżistenza għat-tensjoni ogħla minn 1 270 MPa;

d.

Allungament ogħla minn 8 %.

1C005
"Kondutturi""kompożiti""superkonduttivi" f'tulijiet ogħla minn 100 m jew b'massa ikbar minn 100 g, kif ġej:

a.

Kondutturi "kompożiti""superkonduttivi" li fihom ‧filament‧ tan-nijobju-titanju wieħed jew aktar, li għandhom it-tnejn li ġejjin:

1.

Integrati f' "matriċi" li m'hix "matriċi" mħallta tar-ram jew ibbażata fuq ir-ram; u

2.

Għandhom erja tas-sezzjoni trasversali iżgħar minn 0,28 × 10-4 mm2 (6 μm fid-dijametru għal ‧filamenti‧ ċirkulari);

b.

"Kondutturi""kompożiti""superkonduttivi" li jikkonsistu f''filament' "superkonduttiv" wieħed jew aktar li m'hux nijobju-titanju, li għandhom dan kollu li ġej:

1.

"Temperatura kritika" b'induzzjoni manjetika żero ogħla minn 9,85 K (– 263,31 °C);

2.

Jibqgħu fl-istat "superkonduttiv" f'temperatura ta’ 4,2 K (– 268,96 °C) meta jkunu esposti għal kamp manjetiku orjentat fi kwalunkwe direzzjoni perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-konduttur u li jikkorrispondi għal induzzjoni manjetika ta’ 12 T b'densità kritika ta’ kurrent ogħla minn 1 750 A/mm2 fuq is-sezzjoni trasversali totali tal-konduttur;

c.

"Kondutturi""kompożiti""superkonduttivi" li jikkonsistu f''filament' "superkonduttiv" wieħed jew aktar li jibqgħu "superkonduttivi" f'aktar minn 115 K (– 158,16 °C).

:

Għall-iskop ta’ 1C005, il-'filamenti' jistgħu jkunu f'forma ta’ wajer, ċilindru, pellikola, tejp jew żigarella.

1C006
Fluwidi u materjali lubrikanti, kif ġej:

a.

Fluwidi idrawliċi li, bħala ingredjenti prinċipali tagħhom, ikollhom xi wieħed minn dan li ġej:

1.

‧Żjut silaidrakarburi‧ sintetiċi, li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

:

Għall-iskop ta’ 1C006.a.1., ‧żjut silaidrakarburi‧ fihom esklużivament silikon, idroġenu u karbonju.

a.

‧Punt ta’ infjammabbiltà‧ ogħla minn 477 K (204 °C);

b.

‧Punt fejn jitferrgħu‧ ta’ 239 K (– 34 °C) jew inqas;

c.

‧Indiċi ta’ viskożità‧ ta’ 75 jew iktar;

d.

‧Stabbiltà termika‧ f'616 K (343 °C); jew

2.

‧Klorofluworkarburi‧ li għandhom dan kollu li ġej:

:

Għall-iskop ta’ 1C006.a.2., ‧klorofluworkarburi‧ fihom esklużivament karbonju, fluworu u klorin.

a.

Ebda ‧punt ta’ infjammabbiltà‧;

b.

‧Temperatura fejn jieħdu n-nar‧ ogħla minn 977 K (704 °C);

c.

‧Punt fejn jitferrgħu‧ ta’ 219 K (–54 °C) jew inqas;

d.

‧Indiċi ta’ viskożità‧ ta’ 80 jew iktar; u

e.

Punt fejn jagħlu ta’ 473 K (200 °C) jew ogħla;

b.

Materjali lubrikanti li bħala l-ingredjenti prinċipali tagħhom fihom xi wieħed minn dan li ġej:

1.

Fenilen jew eteri jew tioeteri ta’ alkilfenilen, jew it-taħlitiet tagħhom, li jkollhom fihom aktar minn żewġ funzjonijiet ta’ etere jew tioetere jew taħlitiet tagħhom; jew

2.

Fluwidi tas-silikon fluworuat b'viskożità kinematika ta’ inqas minn 5 000 mm2/s (5 000 centistokes) imkejla f'temperatura ta’ 298 K (25 °C);

c.

Fluwidi li jtaffu l-iskossi jew ta’ flottazzjoni li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Purezza li teċċedi 99,8 %;

2.

Fihom inqas minn 25 partiċella ta’ 200 μm jew ikbar fil-qies għal kull 100 ml; u

3.

Magħmulin minn tal-inqas 85 % ta’ xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Dibromotetrafluworoetan (CAS 25497-30-7, 124-73-2, 27336-23-8);

b.

Poliklorotrifluworoetilen (modifiki taż-żejt u tax-xama' biss);

c.

Polibromotrifluworoetilen;

d.

Fluwidi fluworokarburi li jkessħu għall-elettronika li għandhom dan kollu li ġej:

1.

85 % bil-piż jew aktar ta’ xi wieħed minn dan li ġej, jew taħlitiet tagħhom:

a.

Forom monomeriċi ta’ perfluworopolialkiletere-trijażini jew perfluworoalifatiċi-eteri;

b.

Perfluworoalkilamini;

c.

Perfluworoċikloalkani;

d.

Perfluworoalkani;

2.

Densità f'temperatura ta’ 298 K (25 °C) ta’ 1,5 g/ml jew aktar;

3.

Fi stat likwidu f'temperatura ta’ 273 K (0 °C);

4.

60 % bil-piż jew aktar ta’ fluworu.

:

Għall-iskop ta’ 1C006:

1.

Il-'punt ta’ infjammabbiltà' jiġi determinat bl-użu tal-Metodu Cleveland Open Cup deskritt f'ASTM D-92 jew ekwivalenti nazzjonali;

2.

Il-'punt fejn jitferra'' jiġi determinat bl-użu tal-metodu deskritt f'ASTM D-97 jew ekwivalenti nazzjonali;

3.

L-'indiċi tal-viskożità' jiġi determinat bl-użu tal-metodu deskritt f'ASTM D-2270 jew ekwivalenti nazzjonali;

4.

L-'istabbilità termika' tiġi determinata bil-proċedura tal-ittestjar li ġejja jew ekwivalenti nazzjonali:

Għoxrin ml ta’ fluwidu li qed jiġi ttestjat jitqiegħed f'kamra ta’ 46 ml tal-azzar inossidabbli tat-tip 317 li fiha ballun tal-azzar tal-għodda M-10 b'dijametru (nominali) ta’ 12,5 mm, ballun tal-istess daqs tal-azzar 52100 u ieħor tal-bronż navali (60 % Cu, 39 % Zn, 0,75 % Sn); Il-kamra titnaddaf bin-nitroġenu, tiġi ssiġillata fi pressjoni atmosferika u t-temperatura tittella' sa 644 ± 6 K (371 ± 6 °C) u tinżamm hekk għal sitt sigħat; Il-kampjun ikun ikkunsidrat bħala termalment stabbli jekk, fi tmiem il-proċedura ta’ hawn fuq, ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

a.

It-telf fil-piż ta’ kull ballun huwa inqas minn 10 mg/mm2 tal-wiċċ tal-ballun;

b.

Il-bidla fil-viskożità oriġinali kif determinata fi 311 K (38 °C) hija inqas minn 25 %;

c.

L-indiċi ta’ aċidità jew bażiċità totali huwa inqas minn 0,40;

5.

It-'temperatura fejn jieħu n-nar' tiġi determinata bl-użu tal-metodu deskritt f'ASTM E-659 jew ekwivalenti nazzjonali.

1C007
Materjali ta’ bażi ċeramika, materjali taċ-ċeramika mhux "kompożiti", materjali "kompożiti" tal-"matriċi" taċ-ċeramika u materjali prekursuri, kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL 1C107.

a.

Materjali tal-bażi ta’ boruri kumplessi jew singoli tat-titanju, li jkollhom impuritajiet metalliċi totali, esklużi żidiet intenzjonali, ta’ inqas minn 5 000 ppm, qies ta’ partiċella medja daqs jew inqas minn 5 μm u mhux iktar minn10 % tal-partiċelli ikbar minn10 μm;

b.

Materjali taċ-ċeramika mhux "kompożiti" fil-forma grezzi jew semi-fabbrikati, magħmula minn boruri tat-titanju b'densità ta’ 98 % jew aktar tad-densità teoretika;

:

1C007.b. ma jikkontrollax abrażivi.

c.

Materjali "kompożiti" ċeramika-ċeramika b’ "matriċi" ta’ ħġieġ jew ossidu u rinfurzati b'fibri li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Magħmula minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

a.

Si-N;

b.

Si-C;

c.

Si-Al-O-N; jew

d.

Si-O-N; u

2.

Għandhom "reżistenza għat-tensjoni speċifika" ogħla minn 12,7 × 103 m;

d.

Materjali "kompożiti" ċeramika-ċeramika, b'fażi metallika kontinwa jew mingħajrha, li jinkorporaw partiċelli, fibri tal-kristall jew fibri, fejn il-"matriċi" hi ffurmata minn karburi jew nitridi ta’ silikon, żirkonju jew boron;

e.

Materjali prekursuri (jiġifieri materjali polimeriċi jew metallo-organiċi għal użu speċjali) sabiex tkun prodotta kwalunkwe fażi jew fażijiet tal-materjali speċifikati f'1C007.c., kif ġej:

1.

Polidijorganosilani (għall-produzzjoni tal-karbur tas-silikon);

2.

Polisilażani (għall-produzzjoni tan-nitrid tas-silikon);

3.

Polikarbosilażani (għall-produzzjoni ta’ ċeramika b'komponenti ta’ silikon, karbonju u nitroġenu);

f.

Materjali "kompożiti" ċeramika-ċeramika b’ "matriċi" ta’ ħġieġ jew ossidu rinfurzata b'fibri kontinwi minn xi waħda mis-sistemi li ġejjin:

1.

Al2O3 (CAS 1344-28-1); jew

2.

Si-C-N.

:

1C007.f. ma jikkontrollax "kompożiti" li jkollhom fibri minn dawn is-sistemi b'reżistenza għat-tensjoni tal-fibra ta’ inqas minn 700 MPa f'temperatura ta’ 1 273 K (1 000°C) jew b'reżistenza għat-tensjoni qabel il-qsim tal-fibra ta’ aktar minn 1 % pressjoni tal-qsim b'tagħbija ta'100 MPa u 1 273 K (1 000 °C) għal100 siegħa.

1C008
Sustanzi polimeriċi non-fluworuati kif ġej:

a.

Imidi, kif ġej:

1.

Bismaleimidi;

2.

Poliamidi-imidi aromatiċi (PAI) li għandhom 'temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg)' li teċċedi 563 K (290 °C);

3.

Polimidi aromatiċi;

4.

Polieterimidi aromatiċi b'temperatura ta’ transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) ogħla minn 513 K (240 °C).

:

1C008.a. jikkontrolla sustanzi f'forma likwida jew solida "fużibbli", inkluża reżina, trab, boċċi żgħar, pellikola, folja, tejp jew żigarella.

.

Għal poliimidi aromatiċi mhux "fużibbli" fil-forma ta’ pellikoli, folji, tejp jew żigarelli, ara 1A003.

b.

Kopolimeri kristalli likwidi termoplastiċi li għandhom temperatura ta’ distorsjoni bis-sħana ogħla minn 523 K (250 °C) imkejla skont ISO 75-2 (2004), metodu A, jew ekwivalenti nazzjonali, b'tagħbija ta’ 1,80 N/mm2 u magħmula minn:

1.

Xi wieħed mill-komposti li ġejjin:

a.

Fenilin, bifenilin jew naftalin; jew

b.

Fenilin, bifenilin jew naftalin bil-metil, butil-terzjarju jew fenil sostitwit; u

2.

Xi wieħed mill-aċidi li ġejjin:

a.

Aċidu tereftaliku (CAS 100-21-0);

b.

Aċidu 6-idrossi-2 naftojku (CAS 16712-64-4); jew

c.

Aċidu 4-idrossibenżojku (CAS 99-96-7);

c.

Mhux użat;

d.

Ketoni poliarilini;

e.

Sulfidi tal-poliarilin, fejn il-grupp arilin huwa bifenilin, trifenilin jew kombinazzjonijiet tagħhom;

f.

Polibifenilenetersulfun b''temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg)' ogħla minn 513 K (240 °C).

:

It-'temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg)' għal materjali ta’ 1C008 hija determinata bl-użu tal-metodu deskritt f'ISO 11357-2 (1999) jew ekwivalenti nazzjonali. Barra minn hekk, għal materjali 1C008.a.2., it-'temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg)' hija determinata fuq kampjun ta’ test tal-PAI li jkun ġie inizjalment ikkurat b'temperatura minima ta’ 310 °C għal minimu ta’ 15-il minuta.

1C009
Komposti fluworuati mhux ipproċessati kif ġej:

a.

Kopolimeri ta’ fluworur tal-vinilidin li għandhom 75 % jew aktar ta’ struttura kristallina beta mingħajr tiġbid;

b.

Polimidi fluworuati li fihom 10 % bil-piż jew aktar ta’ fluworu kkombinat;

c.

Elastomeri tal-fosfażin fluworuat li fihom ta’ 30 % bil-piż jew aktar ta’ fluworu ikkombinat.

1C010
"Materjali fibrużi jew filamentari", kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL 1C210 U 9C110.

a.

"Materjali fibrużi jew filamentari" organiċi, li għandhom it-tnejn li ġejjin:

1.

"Modulu speċifiku" ogħla minn 12,7 × 106 m;

2.

"Reżistenza għat-tensjoni speċifika" ogħla minn 23,5 × 104 m;

:

1C010.a. ma jikkontrollax il-polietilin.

b.

"Materjali fibrużi jew filamentari", tal-karbonju, li għandhom it-tnejn li ġejjin:

1.

"Modulu speċifiku" ogħla minn 14,65 × 106 m; u

2.

"Reżistenza għat-tensjoni speċifika" ogħla minn 26,82 × 104 m;

:

1C010.b. ma jikkontrollax:

a.

"Materjali fibrużi jew filamentari" għat-tiswija ta’ strutturi jew laminati ta’ "inġenji tal-ajru ċivili", li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Erja mhux iktar minn 1 m2;

2.

Tul mhux iktar minn 2,5 m; u

3.

Wisa' mhux iktar minn 15 mm.

b.

"Materjali fibrużi jew filamentari" ta’ karbonju mqatta' jew mitħun mekkanikament b'tul ta’ 25,0 mm jew inqas.

:

Karatteristiċi għal materjali deskritti f'1C010.b. għandhom jiġu determinati bl-użu ta’ metodi rakkomandati mis-SACMA, SRM 12 sa 17, ISO 10618 (2004) 10.2.1 Metodu A jew ittestjar ekwivalenti nazzjonali għall-wajers u bbażati fuq medja tal-lott.

c.

"Materjali fibrużi jew filamentari" inorganiċi, li għandhom it-tnejn li ġejjin:

1.

"Modulu speċifiku" ta’ aktar minn 2,54 × 106 m;

2.

Punt ta’ tidwib, trattib, dekompożizzjoni jew sublimazzjoni ta’ aktar minn 1 922 K (1 649 °C) f'ambjent inert;

:

1C010.c. ma jikkontrollax:

a.

Fibri tal-ossidu tal-aluminju polikristallin, multifażi, diskontinwu fil-forma ta’ fibri mqattgħin jew ta’ pjastri każwali, li fihom piż ta’ 3 % jew aktar ta’ silika, b'"modulu speċifiku" ta’ inqas minn 10 × 106 m;

b.

Fibri tal-molibdenu u tal-liegi tal-molibdenu;

c.

Fibri tal-boron;

d.

Fibri ta’ ċeramiki diskontinwi b'punt ta’ tidwib, trattib, dekompożizzjoni jew sublimazzjoni aktar baxx minn 2 043 K (1 770°C) f'ambjent inert.

d.

"Materjali fibrużi jew filamentari", li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

1.

Magħmula minn xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Polieterimidi speċifikati f'1C008.a.; jew

b.

Materjali speċifikati f'1C008.b. sa 1C008.f.; jew

2.

Magħmula mill-materjali speċifikati f'1C010.d.1.a. jew 1C010.d.1.b. u "mħallta" ma’ fibri oħrajn speċifikati f'1C010.a., 1C010.b. jew 1C010.c.;

e.

"Materjali fibrużi jew filamentari" impregnati kompletament jew parzjalment bir-reżina jew biż-żift (preimpregnati), "materjali fibrużi jew filamentari" miksija bil-metall jew bil-karbonju (preformati) jew "preformati tal-fibri tal-karbonju", li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a.

"Materjali fibrużi jew filamentari" inorganiċi speċifikati f'1C010.c.; jew

b.

"Materjali fibrużi jew filamentari" organiċi jew tal-karbonju, li għandhom dan kollu li ġej:

1.

"Modulu speċifiku" ta’ iktar minn 10,15 × 106 m; u

2.

"Reżistenza għat-tensjoni speċifika" ta’ iktar minn 17,7 × 104 m; u

2.

Għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Reżina jew żift speċifikat f'1C008 jew 1C009.b.;

b.

'Temperatura ta’ transizzjoni tal-ħġieġ tal-Analiżi Mekkanika Dinamika (DMA Tg)' ta’ 453 K (180 °C) jew aktar u għandhom reżina fenolika; jew

c.

'Temperatura ta’ transizzjoni tal-ħġieġ tal-Analiżi Mekkanika Dinamika (DMA Tg)' ta’ 505 K (232 °C) jew aktar u għandhom reżina jew żift, mhux speċifikat f'1C008 jew 1C009.b., u mhumiex reżina fenolika;

:

"Materjali fibrużi jew filamentari" miksija bil-metall jew bil-karbonju (preformati) jew "preformati tal-fibri tal-karbonju", mhux impregnati bir-reżina jew biż-żift, huma speċifikati bi "materjali fibrużi jew filamentari" f'1C010.a., 1C010.b. jew 1C010.c.

:

1C010.e. ma jikkontrollax:

a.

"materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbonju impregnati b’ "matriċi" ta’ reżina epossidika (preimpregnati) għat-tiswija ta’ strutturi jew laminati ta’ "inġenji tal-ajru ċivili", li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Erja ta’ mhux iktar minn 1 m2;

2.

Tul ta’ mhux iktar minn 2,5 m; u

3.

Wisa' ta’ mhux iktar minn 15 mm.

b.

"materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbonju mekkanikament imqattgħin biċċiet, mitħunin jew maqtugħin, impregnati kompletament jew parzjalment bir-reżina jew biż-żift, ta’ 25,0 mm jew inqas mit-tul meta jintużaw reżina jew żift minbarra dawk speċifikati f'1C008 jew 1C009.b.

:

It-'temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ tal-Analiżi Mekkanika Dinamika (DMA Tg)' għall-materjali speċifikati f'1C010.e. tiġi determinata bl-użu tal-metodu deskritt f'ASTM D 7028-07, jew standard nazzjonali ekwivalenti, fuq kampjun ta’ test fix-xott. Fil-każ ta’ materjali termoriġidi, ill-grad ta’ kkurar ta’ kampjun ta’ test fix-xott għandu jkun minimu ta’ 90 % kif definit f'ASTM E 2160-04 jew standard nazzjonali ekwivalenti.

1C011
Metalli u komposti, kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI u 1C111.

a.

Metalli f'daqs ta’ partiċelli ta’ inqas minn 60 μm kemm jekk sferikali, atomizzati, sferojdali, f'laqx jew mitħuna, manifatturati minn materjal li jikkonsisti minn 99 % jew aktar ta’ żirkonju, manjesju u l-liegi tagħhom;

:

Il-kontenut naturali tal-ħafnju fiż-żirkonju (tipikament 2 % sa 7 %) jingħadd maż-żirkonju.

:

Il-metalli jew il-liegi elenkati f'1C011.a. huma speċifikati kemm jekk il-metalli jew il-liegi huma inkapsulati fl-aluminju, il-manjesju, iż-żirkonju jew il-berillju kif ukoll jekk le.

b.

Boron jew ligi tal-boron, b'daqs ta’ partiċella ta’ 60 μm jew inqas, kif ġej;

1.

Boron b'purezza ta’ 85 % bil-piż jew aktar;

2.

Ligi tal-boron b'kontenut tal-boron ta’ 85 % bil-piż jew aktar;

:

Il-metalli jew il-liegi speċifikati f'1C011.b. huma kkontrollati kemm jekk il-metalli jew il-liegi huma inkapsulati fl-aluminju, il-manjesju, iż-żirkonju jew il-berillju kif ukoll jekk le.

c.

Nitrat tal-gwanidin (CAS 506-93-4);

d.

Nitrogwanidin (NQ) (CAS 556-88-7).

.:

Ara wkoll il-Kontrolli tal-Oġġetti Militari għat-trabijiet tal-metalli mħalltin ma’ sustanzi oħra biex jifformaw taħlita fformolata għal finijiet militari.

1C012
Materjali kif ġej:

:

Dawn il-materjali tipikament jintużaw għal sorsi ta’ sħana nukleari.

a.

Plutonju f'kull forma b'analiżi isotopika tal-plutonju ta’ plutonju-238 ta’ aktar minn 50 % bil-piż;

1C012.a. ma jikkontrollax:

a.

Konsenji b'kontenut ta’ plutonju ta’ 1 g jew inqas;

b.

Konsenji ta’ 3 "grammi effettivi" jew inqas meta jkunu f'komponent ta’ rilevament fi strumenti.

b.

Nettunju-237 "preċedentement separat" taħt kwalunkwe forma.

:

1C012.b. ma jikkontrollax konsenji b'kontenut ta’ nettunju-237 ta’ 1 g jew inqas.

1C101
Materjali u apparat għat-tnaqqis ta’ karatteristiċi osservabbli bħar-riflettività radar, karatteristiċi ultravjola/infra-aħmar u karatteristiċi akustiċi, minbarra dawk speċifikati f'1C001, li jistgħu jintużaw f' 'missili', sottosistemi ta’ "missili" jew vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f'9A012.

:

1C101 jinkludi:

a.

Materjali strutturali u kisjiet iddisinjati apposta għat-tnaqqis tar-riflettività radar;

b.

Kisjiet, inkluż żebgħa, iddisinjati apposta għat-tnaqqis jew l-adattament tar-riflettività jew emissività fil-partijiet microwave, infra-aħmar jew ultravjola tal-ispettru elettromanjetiku.

:

1C101 ma jinkludix kisjiet meta użati apposta għall-kontroll termiku tas-satelliti.

:

F'1C101 ‧missila‧ tfisser sistemi rokit kompluti u sistemi ta’ vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jilħqu medda ta’ aktar minn 300 km.

1C102
Materjali karbonju-karbonju risaturati u pirolizzati ddisinjati għal vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew rokits sonda speċifikati f'9A104.

1C107
Grafit u materjali taċ-ċeramika, minbarra dawk speċifikati f'1C007, kif ġej:

a.

Grafiti fi frak fin b'densità tal-massa ta’ 1,72 g/cm3 jew ikbar, imkejla f'temperatura ta’ 288 K (15 °C), u li għandhom id-daqs tal-frak ta’ 100 μm jew inqas, li jistgħu jintużaw għaż-żennuni tar-rokits u l-ponot ta’ quddiem ta’ vetturi tad-dħul fl-atmosfera, li jistgħu jiġu mmaxinjati ma’ xi wieħed mill-prodotti li ġejjin:

1.

Ċilindri li għandhom dijametru ta’ 120 mm jew akbar u tul ta’ 50 mm jew akbar;

2.

Tubi li għandhom dijametru intern ta’ 65 mm jew akbar u ħxuna tal-ħajt ta’ 25 mm jew akbar u tul ta’ 50 mm jew akbar;

3.

Blokok li għandhom daqs ta’ 120 mm × 120 mm × 50 mm jew akbar;

.:

Ara wkoll 0C004

b.

Grafiti pirolitiċi jew fibrużi rinfurzati, li jistgħu jintużaw għaż-żennuni tar-rokits u l-ponot ta’ quddiem ta’ vetturi tad-dħul fl-atmosfera li jintużaw f' "missili", vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew rokits sonda speċifikati f'9A104;

.:

Ara wkoll 0C004

c.

Materjali kompożiti taċ-ċeramika (kostant dielettriku inqas minn 6 f'kull frekwenza minn 100 MHz sa 100 GHz) għall-użu f'randomes li jistgħu jintużaw fil-"missili", il-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f'9A104;

d.

Ċeramika fi kwantità rinfurzata bil-karbur tas-silikon mhix moħmija u li tista' tiġi mmaxinjata, li tista' tintuża għall-ponot ta’ quddiem li jistgħu jintużaw fil-"missili", il-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f'9A104;

e.

Kompożiti taċ-ċeramika rinfurzati bil-karbur tas-silikon, li jistgħu jintużaw għall-ponot ta’ quddiem, il-vetturi tad-dħul fl-atmosfera u l-flaps taż-żennuni li jistgħu jintużaw fil-"missili", il-vetturi tal-varar fl-ispazju speċifikati f'9A004 jew ir-rokits sonda speċifikati f'9A104.

1C111
Propellanti u sustanzi kimiċi kostitwenti għall-propellanti, minbarra dawk speċifikati f'1C011, kif ġej:

a.

Sustanzi propulsivi:

1.

Trab sferiku tal-aluminju, minbarra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, b'partiċelli ta’ dijametru uniformi ta’ inqas minn 200 μm u kontenut ta’ aluminju ta’ 97 % bil-piż jew aktar, jekk mill-inqas 10 % tal-piż totali huwa magħmul minn partiċelli ta’ inqas minn 63 μm, skont l-ISO 2591:1988 jew ekwivalenti nazzjonali;

:

Daqs ta’ partiċella ta’ 63 μm (ISO R-565) jikkorrispondi għal 250 mesh (Tyler) jew 230 mesh (ASTM standard E-11).

2.

Karburanti tal-metall, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, f'daqs ta’ partiċelli ta’ inqas minn 60 μm, kemm jekk sferikali, atomizzati, sferojdali, f'laqx jew mitħuna, li jikkonsistu minn 97 % jew aktar bil-piż ta’ xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Żirkonju;

b.

Berillju;

c.

Manjesju;

d.

Liegi tal-metalli speċifikati minn a. sa c. hawn fuq;

:

Il-kontenut naturali tal-ħafnju fiż-żirkonju (tipikament 2 % sa 7 %) jingħadd maż-żirkonju.

3.

Sustanzi ossidanti li jistgħu jintużaw f'magni rokit bi propellant likwidu kif ġej:

a.

Triossidu tad-dinitroġenu (CAS 10544-73-7);

b.

Diossidu tan-nitroġenu (CAS 10102-44-0)/tetrossidu tad-dinitroġenu (CAS 10544-72-6);

c.

Pentossidu tad-dinitroġenu (CAS 10102-03-1);

d.

Ossidi Mħallta tan-Nitroġenu (MON);

:

Ossidi Mħallta tan-Nitroġenu (MON) huma soluzzjonijiet ta’ Ossidu Nitriku (NO) fit-Tetrossidu tad-Dinitroġenu/Diossidu tan-Nitroġenu (N2O4/NO2) li jistgħu jintużaw f'sistemi ta’ missili. Hemm firxa ta’ kompożizzjonijiet li jistgħu jiġu indikati bħala MONi jew MONij, fejn i u j huma numri sħaħ li jirrappreżentaw il-persentaġġ ta’ Ossidu Nitriku fit-taħlita (eż., MON3 fih 3 % ta’ Ossidu Nitriku, MON25 fih 25 % ta’ Ossidu Nitriku. L-ogħla limitu huwa MON40, 40 % bil-piż).

e.

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL Aċidu Nitriku Fumanti Aħmar Inibit (IRFNA);

f.

ARA KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI U 1C238 GĦAL Komposti magħmula minn fluworu u wieħed jew aktar minn aloġeni oħrajn, ossiġnu jew nitroġenu;

4.

Derivattivi tal-idrażina, kif ġej:

N.B:

ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

a

Trimetilidrażina (CAS 1741-01-1);

b

Tetrametilidrażina(CAS 6415-12-9);

c

N,N diallilidrażina;

d

Allilidrażina (CAS 7422-78-8);

e

Etilen-diidrażina;

f

Dinitrat tal-monometilidrażina;

g

Nitrat tad-dimetilidrażina asimmetriku;

h

Ażid tal-idrażinju (CAS 14546-44-2);

i

Ażid tad-dimetilidrażinju;

j

Dinitrat tal-idrażinju;

k

Diidrażina tal-aċidu diimmido-ossaliku (CAS 3457-37-2);

l

Nitrat ta’ 2-idrossietilidrażina (HEHN);

m

Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għall-Perklorat tal-idrażinju;

n

Diperklorat tal-idrażinju (CAS 13812-39-0);

o

Nitrat ta’ metilidrażina (MHN);

p

Nitrat ta’ dietilidrażina (DEHN);

q

Nitrat ta’ 3,6-diidrażino tetrażina (Nitrat ta’ 1,4-diidrażina) (DHTN);

5.

Materjali b'densità ta’ enerġija għolja, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, utilizzabbli f' ‧missili‧ jew vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f'9A012;

a.

Karburant imħallat li jinkludi karburant kemm solidu kif ukoll likwidu, pereżempju suspensjoni tal-boron, b'densità ta’ enerġija bbażata fuq il-massa ta’ 40 × 106 J/kg jew iktar;

b.

Karburanti oħra u addittivi ta’ karburanti b'densità ta’ enerġija għolja (eż., kuban, soluzzjonijiet joniċi, JP-10) li għandhom densità ta’ enerġija bbażata fuq il-volum ta’ 37,5 × 109 J/m3 jew iktar, f'temperatura ta’ 20 °C u pressjoni ta’ 101,325 kPa;

:

1C111.a.5.b. ma jikkontrollax karburanti fossili raffinati u bijokarburanti prodotti minn ħxejjex, inkluż karburanti għal magni ċċertifikati biex jintużaw fl-avjazzjoni ċivili, sakemm mhux ifformulati għal ‧missili‧ jew vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ speċifikati f'9A012.

:

F'1C111.a.5. ‧missila‧ tfisser sistemi ta’ rokit kompleti u sistemi ta’ vettura tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jwasslu għal aktar minn 300 km.

b.

Sustanzi polimeriċi:

1.

Polibutadien bir-radikali terminali tal-karbossi (inkluż ilpolibutadien bir-radikali terminali tal-karbossili) (CTPB);

2.

Polibutadien bir-radikali terminali tal-idrossi(inkluż il-polibutadien bir-radikali terminali tal-idrossili) (HTPB), minbarra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari;

3.

Polibutadien-aċidu akriliku (PBAA);

4.

Polibutadien-aċidu akriliku-akrilonitril (PBAN);

5.

Politetraidrofuran polietilen glikol (TPEG);

:

Politetraidrofuran polietilen glikol (TPEG) huwa ko-polimeru blokk ta’ poli 1,4-Butandiol u polietilen-glikol (PEG).

c.

Addittivi u aġenti oħrajn tal-propellant:

1.

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL Karborani, dekarborani, pentaborani u d-derivattivi tagħhom;

2.

Dinitrat tat-trietilen-glikol (TEGDN) (CAS 111-22-8);

3.

2-Nitrodifenilamin (CAS 119-75-5);

4.

Trinitrat tat-trimetiloetan (TMETN) (CAS 3032-55-1);

5.

Dinitrat tad-dietilen glikol (DEGDN) (CAS 693-21-0);

6.

Derivattivi tal-ferroċen kif ġej:

a.

Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għall-katoċen;

b.

Etil-ferroċen (CAS 1273-89-8);

c.

Propil-ferroċen;

d.

Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għal n-butil ferroċen;

e.

Pentil-ferroċen (CAS 1274-00-6);

f.

Diċiklopentil-ferroċen;

g.

Diċikloessil-ferroċen;

h.

Dietil-ferroċen (CAS 1273-97-8);

i.

Dipropil-ferroċen;

j.

Dibutil-ferroċen (CAS 1274-08-4);

k.

Diessil-ferroċen (CAS 93894-59-8);

l.

Aċetil-ferroċen (CAS 1271-55-2) / 1,1'- Diaċetil-ferroċen (CAS 1273-94-5);

m.

Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għal Aċidi karbossiliċi tal-ferroċen;

n.

Ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari għal butaċen;

o.

Derivattivi oħrajn tal-ferroċen li jistgħu jintużaw bħala modifikaturi tar-rata ta’ ħruq tal-propellant rokit, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

:

1C111.c.6.o. ma jikkontrollax derivattivi tal-ferroċen li fihom grupp funzjonali aromatiku ta’ sitt atomi ta’ karbonju marbut mal-molekula tal-ferroċen.

7.

4,5 diażidometil 1-2-metil-1,2,3-triażol (iso-DAMTR), minbarra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

:

Għall-propellanti u s-sustanzi kimiċi kostitwenti għall-propellanti mhux speċifikati f'1C111, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

1C116
Azzar maraging li għandu limitu tar-reżistenza għat-tensjoni ta’ 1 500 MPa jew aktar, imkejla f'temperatura ta’ 293 K (20 °C), fil-forma ta’ folji, pjanċi jew tubi bi ħxuna tal-ħajt jew tal-pjanċa daqs jew inqas minn 5 mm.

N.B.:

ARA WKOLL 1C216.

:

Azzar maraging huma liegi tal-ħadid ġeneralment karatterizzati minn kontenut għoli ta’ nikil, kontenut baxx ħafna ta’ karbonju u l-użu ta’ elementi ta’ sostituzjoni jew preċipitati sabiex jipproduċu t-tisħiħ u t-twebbis biż-żmien tal-liega.

1C117
Materjali għall-produzzjoni ta’ komponenti ta’ ‧missili‧ kif ġej:

a.

Tungstenu u liegi f'forma partikulata b'kontenut ta’ tungstenu ta’ 97 % jew iktar bil-piż u daqs tal-partiċelli ta’ 50 × 10-6 m (50 μm) jew inqas;

b.

Molibdenu u liegi f'forma partikulata b'kontunut ta’ molibdenu ta’ 97 % jew iktar bil-piż u daqs tal-partiċelli ta’ 50 × 10-6 m (50 μm) jew inqas;

c.

Materjali tat-tungstenu f'forma solida li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Xi waħda mill-kompożizzjonijiet materjali li ġejjin:

a.

Tunstenu u liegi li fihom 97 % jew iktar bil-piż ta’ tungstenu;

b.

Tungstenu infiltrat bir-ram li fih 80 % bil-piż jew iktar ta’ tungstenu; jew

c.

Tungstenu infiltrat bil-fidda li fih 80 % bil-piż jew iktar ta’ tungstenu; u

2.

Jistgħu jinħadmu b'magna f'xi wieħed mill-prodotti li ġejjin:

a.

Ċilindri b'dijametru ta’ 120 mm jew iktar u tul ta’ 50 mm jew iktar;

b.

Tubi b'dijametru intern ta’ 65 mm jew iktar u ħxuna tal-ħajt ta’ 25 mm jew iktar u tul ta’ 50 mm jew iktar; jew

c.

Blokok b'daqs ta’ 120 mm × 120 mm × 50 mm jew iktar.

:

F'1C117 ‧missila‧ tfisser sistemi ta’ rokit komplet u sistemi ta’ vettura tal-ajru bla ekwipaġġ li kapaċi jwasslu għal aktar minn 300 km.

1C118
Azzar inossidabbli dupleks stabilizzat bit-titanju (Ti-DSS) li għandu dan kollu li ġej:

a.

Li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Li fih 17,0 - 23,0 fil-mija bil-piż ta’ kromju u 4,5 - 7,0 fil-mija bil-piż ta’ nikil;

2.

Li għandu kontenut ta’ titanju ta’ aktar minn 0,10 fil-mija bil-piż; u

3.

Mikrostruttura ferritika-awstenitika (imsejħa wkoll bħala mikrostruttura ta’ żewġ fażijiet) li mill-inqas 10 fil-mija bil-volum tagħha hija awstenita (skont l-ASTM E-1181-87 jew ekwivalenti nazzjonali); u

b.

Li għandu xi waħda mill-forom li ġejjin:

1.

Ingotti jew żbarri li għandhom daqs ta’ 100 mm jew aktar f'kull dimensjoni;

2.

Folji li għandhom wisa' ta’ 600 mm jew iktar u ħxuna ta’ 3 mm jew inqas;

3.

Tubi li għandhom dijametru estern ta’ 600 mm jew aktar u ħxuna tal-ħajt ta’ 3 mm jew inqas.

1C202
Liegi, minbarra dawk speċifikati f'1C002.b.3. jew.b.4., kif ġej:

a.

Liegi tal-aluminju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

‧Kapaċi għal‧ limitu ta’ reżistenza għat-tensjoni ta’ 460 MPa jew aktar f'temperatura ta’ 293 K (20 °C);

2.

Fil-forma ta’ tubi jew forom solidi ċilindriċi (inklużi dawk mikwija f'forġa) b'dijametru estern ta’ aktar minn 75 mm;

b.

Liegi tat-titanju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

‧Kapaċi għal‧ limitu ta’ reżistenza għat-tensjoni ta’ 900 MPa jew aktar f'temperatura ta’ 293 K (20 °C);

2.

Fil-forma ta’ tubi jew forom solidi ċilindriċi (inklużi dawk mikwija f'forġa) b'dijametru estern ta’ aktar minn 75 mm.

:

Il-frażi liegi ‧kapaċi għal‧ tinkorpora liegi qabel jew wara t-trattament bis-sħana.

1C210
‧Materjali fibrużi jew filamentari‧ jew preimpregnati, minbarra dawk speċifikati f'1C010.a., b. jew e., kif ġej:

a.

‧Materjali fibrużi jew filamentari‧ tal-karbonju jew tal-aramid li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

"Modulu speċifiku"' ta’ 12,7 × 106 m jew akbar;

2.

"Reżistenza għat-tensjoni speċifika" ta’ 235 × 103 m jew akbar;

:

1C210.a. ma jikkontrollax "materjali fibrużi jew filamentari" tal-aramid li għandhom 0,25 fil-mija jew aktar bil-piż ta’ modifikatur ta’ wċuħ tal-fibra bbażat fuq l-esteri;

b.

‧Materjali fibrużi jew filamentari‧ tal-ħġieġ li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

"Modulu speċifiku"' ta’ 3,18 × 106 m jew akbar;

2.

"Reżistenza għat-tensjoni speċifika" ta’ 76,2 × 103 m jew akbar;

c.

"Ħjut", "rovings", "wajers" jew "tejps" kontinwament impregnati bir-reżina fformata bis-sħana b'wisa' ta’ 15 mm jew inqas (preimpregnati), magħmula mill-'materjali fibrużi jew filamentari' tal-karbonju jew tal-ħġieġ speċifikati f'1C210.a. jew b.

:

Ir-reżina tifforma l-matriċi tal-kompożitu.

:

F'1C210, ‧materjali fibrużi jew filamentari‧ hija ristretta għal "monofilamenti", "ħjut", "rovings", "wajers" jew "tejps" kontinwi.

1C216
Azzar maraging, minbarra dak speċifikat f'1C116, ‧kapaċi għal‧ limitu tar-reżistenza għat-tensjoni ta’ 2 050 MPa jew aktar, f'temperatura ta’ 293 K (20 °C).

:

1C216 ma jikkontrollax forom li d-dimensjonijiet lineari kollha fihom huma ta’ 75 mm jew inqas.

:

Il-frażi azzar maraging ‧kapaċi għal‧ tinkorpora azzar maraging qabel jew wara t-trattament bis-sħana.

1C225
Boron arrikkit fl-iżotopu boron-10 (10B) għal aktar mill-abbundanza iżotopika naturali tiegħu, kif ġej: boron elementari, komposti, taħlitiet li fihom il-boron, prodotti maħdumin minnhom, skart jew skrapp ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin.

:

F'1C225 taħlitiet li fihom il-boron jinkludu materjali mgħobbija bil-boron.

:

L-abbundanza iżotopika naturali tal-boron-10 hija bejn wieħed u ieħor 18,5 fil-mija bil-piż (20 fil-mija tal-atomi).

1C226
Tungstenu, karbur tat-tungstenu, u liegi li fihom aktar minn 90 % tungstenu bil-piż, minbarra dak speċifikat minn 1C117, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

F'forom b'simetrija ċilindrika vojta (inklużi segmenti taċ-ċilindru) b'dijametru intern bejn 100 mm u 300 mm;

b.

Massa ta’ aktar minn 20 kg.

:

1C226 ma jikkontrollax il-prodotti manifatturati ddisinjati apposta bħala piżijiet jew kollimaturi tar-raġġi gamma.

1C227
Kalċju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Li fih inqas minn 1 000 parti kull miljun bil-piż ta’ impuritajiet metalliċi minbarra l-manjesju;

b.

Li fih inqas minn 10 partijiet kull miljun bil-piż ta’ boron.

1C228
Manjesju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Li fih inqas minn 200 parti kull miljun bil-piż ta’ impuritajiet metalliċi minbarra l-kalċju;

b.

Li fih inqas minn 10 partijiet kull miljun bil-piż ta’ boron.

1C229
Bismut li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Purezza ta’ 99,99 % jew akbar bil-piż; u

b.

Li fih inqas minn 10 partijiet kull miljun bil-piż ta’ fidda.

1C230
Berillju metall, liegi li fihom aktar minn 50 % berillju bil-piż, komposti tal-berillju, prodotti manifatturati minnhom, u skart jew skrapp ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin, minbarra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Oġġetti Militari.

N.B.:

ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-OĠĠETTI MILITARI

:

1C230 ma jikkontrollax dan li ġej:

a.

Twieqi tal-metall għal magni tar-raġġi-X, jew għal apparat għar-reġistrazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ spieri;

b.

Għamliet ta’ ossidu f'forom fabbrikati jew semi-fabbrikati ddisinjati apposta għal partijiet ta’ komponenti elettroniċi jew bħala sottostrati għal ċirkwiti elettroniċi;

c.

Berill (silikat ta’ berillju u aluminju) fil-forma ta’ żmeraldi jew akkwamarini.

1C231
Ħafnju metall, liegi li fihom aktar minn 60 % ħafnju bil-piż, komposti tal-ħafnju li fihom aktar minn 60 % ħafnju bil-piż, prodotti manifatturati minnhom, skart jew skrapp ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin.

1C232
Elju-3 (3He), taħlitiet li fihom l-elju-3, u prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

:

1C232 ma jikkontrollax prodott jew apparat li jkollu inqas minn 1 g ta’ elju-3.

1C233
Litju arrikkit fl-iżotopu litju-6 (6Li) għal aktar mill-abbundanza iżotopika tiegħu, u prodotti jew apparat li fihom litju arrikkit, kif ġej: litju elementari, liegi, komposti, taħlitiet li fihom il-litju, prodotti maħdumin minnhom, skart jew skrapp ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin.

1C233 ma jikkontrollax dożimetri termoluminixxenti.

:

L-abbundanza iżotopika naturali tal-litju-6 hija bejn wieħed u ieħor 6,5 fil-mija bil-piż (7,5 fil-mija tal-atomi).

1C234
Żirkonju b'kontenut ta’ ħafnju ta’ inqas minn parti waħda ta’ afnju għal 500 parti ta’ żirkonju bil-piż, kif ġej: metall, liegi li fihom aktar minn 50 % żirkonju bil-piż, komposti, prodotti maħdumin minnhom, skart jew skrapp ta’ xi wieħed minn dawn imsemmijin.

:

1C234 ma jikkontrollax iż-żirkonju fil-forma ta’ fojl li għandu ħxuna ta’ 0,10 mm jew inqas.

1C235
Tritju, komposti tat-tritju, taħlitiet li fihom it-tritju fejn il-proporzjon tal-atomi tat-tritju ma’ dawk tal-idroġenu hu ogħla minn parti waħda f'kull 1 000, u prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

:

1C235 ma jikkontrollax prodott jew apparat li fih inqas minn 1,48 × 103 GBq (40 Ci) ta’ tritju.

1C236
Radjunuklidi li jarmu r-radjazzjoni alfa bi żmien ta’ tnaqqis bin-nofs tar-radjazzjoni alfa ta’ 10 ġranet jew aktar iżda inqas minn 200 sena, fil-forom li ġejjin:

a.

Elementari;

b.

Komposti li għandhom attività alfa totali ta’ 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar;

c.

Taħlitiet li għandhom attività alfa totali ta’ 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar;

d.

Prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

:

1C236 ma jikkontrollax prodott jew apparat li fih inqas minn 3,7 GBq (100 millicuries) ta’ attività alfa.

1C237
Radjum-226 (226Ra), liegi tar-radjum-226, komposti tar-radjum-226, taħlitiet li fihom radjum-226, prodotti maħdumin minnhom, u prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

:

1C237 ma jikkontrollax dan li ġej:

a.

Applikaturi mediċi;

b.

Prodott jew apparat li fih inqas minn 0,37 GBq (10 millicuries) ta’ radjum-226.

1C238
Trifluworur tal-kloru (ClF3).

1C239
Splussivi qawwijin, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, jew sustanzi jew taħlitiet li fihom aktar minn 2 % bil-piż tagħhom, b'densità tal-kristalli akbar minn 1,8 g/cm3 u li għandhom veloċità tal-isplużjoni akbar minn 8 000 m/s.

1C240
Trab tan-nikil u metall poruż tan-nikil, minbarra dawk speċifikati f'0C005, kifġej:

a.

Trab tan-nikil li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Kontenut ta’ purezza tan-nikil ta’ 99,0 % bil-piż jew aktar; u

2.

Daqs medju tal-partiċelli ta’ inqas minn 10 mikrometri mkejla bl-istandard B330 tas-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u l-Materjali (ASTM);

b.

Metall poruż tan-nikil prodott mill-materjali speċifikati f'1C240.a.

:

1C240 ma jikkontrollax dan li ġej:

a.

Trab filamentari tan-nikil;

b.

Folji singli porużi tan-nikil b'wiċċ ta’ 1 000 cm2 kull folja jew inqas.

:

1C240.b. jirreferi għall-metall poruż iffurmat bil-kumpattazzjoni u s-sinterizzazzjoni tal-materjali f'1C240.a. sabiex jiġi ffurmat materjal tal-metall b'pori fini interkonnessi fl-istruttura kollha.

1C350
Sustanzi kimiċi, li jistgħu jintużaw bħala prekursuri għal aġenti kimiċi tossiċi, kif ġej, u "taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi" li fihom wieħed jew aktar minnhom:

N.B.:

ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI U 1C450.

1.

Tijodiglikol (111-48-8);

2.

Ossiklorur tal-fosfru (10025-87-3);

3.

Metilfosfonat tad-dimetil (756-79-6);

4.

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL Difluworur tal-metil-fosfonil (676-99-3);

5.

Diklorur tal-metil fosfonil (676-97-1);

6.

Fosfit tad-dimetil (DMP) (868-85-9);

7.

Triklorur tal-fosfru (7719-12-2);

8.

Fosfit tat-trimetil (TMP) (121 45 9);

9.

Klorur tat-tijonil (7719-09-7);

10.

3-Idrossi-l-metilpiperidin (3554-74-3);

11.

Klorur ta’ N,N-diisopropil-(beta)-aminoetil (96-79-7);

12.

N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetan-tijol (5842-07-9);

13.

3-Kinuklidinol (1619-34-7);

14.

Fluworur tal-potassju (7789-23-3);

15.

2-Kloroetanol (107-07-3);

16.

Dimetilamina (124-40-3);

17.

Etilfosfonat tad-dietil (78-38-6);

18.

N,N-dimetilfosforamidat tad-dietil (2404-03-7);

19.

Fosfit tad-dietil (762-04-9);

20.

Idroklorur tad-dimetilamina (506-59-2);

21.

Diklorur tal-etil-fosfinil (1498-40-4);

22.

Diklorur tal-etil-fosfonil (1066-50-8);

23.

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL Difluworur tal-etil-fosfonil (753-98-0);

24.

Fluworur tal-idroġenu (7664-39-3);

25.

Benżilat tal-metil (76-89-1);

26.

Diklorur tal-metil-fosfinil (676-83-5);

27.

N,N-Diisopropil-(beta)-amino-etanol (96-80-0);

28.

Alkoħol pinakoliliku (464-07-3);

29.

ARA L-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI GĦAL O-Etil-2-diisopropilaminoetil-metil-fosfonit (QL) (57856-11-8);

30.

Fosfit tat-trietil (122-52-1);

31.

Triklorur tal-arseniku (7784-34-1);

32.

Aċidu benżiliku (76-93-7);

33.

Metilfosfonit tad-dietil (15715-41-0);

34.

Etilfosfonat tad-dimetil (6163-75-3);

35.

Difluworur tal-etil-fosfinil (430-78-4);

36.

Difluworur tal-metil-fosfonil (753-59-3);

37.

3-Kinuklidun (3731-38-2);

38.

Pentaklorur tal-fosfru (10026-13-8);

39.

Pinakolun (75-97-8);

40.

Ċjanur tal-potassju (151-50-8);

41.

Bifluworur tal-potassju (7789-29-9);

42.

Idroġenu fluworur tal-ammonju jew bifluworur tal-ammonju (1341-49-7);

43.

Fluworur tas-sodju (7681-49-4);

44.

Bifluworur tas-sodju (1333-83-1);

45.

Ċjanur tas-sodju (143-33-9);

46.

Trietanolamina (102-71-6);

47.

Pentasulphid tal-fosfru (1314-80-3);

48.

Di-isopropilamina (108-18-9);

49.

Dietilaminoetanol (100-37-8);

50.

Sulfid tas-sodju (1313-82-2);

51.

Monoklorur tal-kubrit (10025-67-9);

52.

Diklorur tal-kubrit (10545-99-0);

53.

Idroklorur tat-trietanolamina (637-39-8);

54.

Idroklorur ta’ N,N-diisopropil-(Beta)-aminoetilklorur (4261-68-1);

55.

Aċidu metilfosfoniku (993-13-5);

56.

Metilfosfonat tad-dietil (683-08-9);

57.

Diklorur ta’ N,N-dimetilaminofosforil (677-43-0);

58.

Fosfit tat-triiżopropil (116-17-6);

59.

Etildietanolamina (139-87-7);

60.

O,O-Dietil fosforotijoat (2465-65-8);

61.

O,O-Dietil fosforoditijoat (298-06-6);

62.

Essafluworosilikat tas-sodju (16893-85-9);

63.

Diklorur metilfosfonotijojku (676-98-2);

:

Għall-esportazzjoni lil "Stati mhux Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi", 1C350 ma jikkontrollax "taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi" li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati 1C350.1,.3,.5,.11,.12,.13,.17,.18,.21,.22,.26,.27,.28,.31,.32,.33,.34,.35,.36,.54,.55,.56,.57 u.63 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 10 % bil-piż tat-taħlita.

:

Għall-esportazzjoni lil "Stati Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi", 1C350 ma jikkontrollax "taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi" li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati 1C350.1,.3,.5,.11,.12,.13,.17,.18,.21,.22,.26,.27,.28,.31,.32,.33,.34,.35,.36,.54,.55,.56,.57 u.63 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.

:

1C350 ma jikkontrollax "taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi" li fihom sustanza kimika waħda jew aktar minn dawk speċifikati fl-entrati 1C350.2,.6,.7,.8,.9,.10,.14,.15,.16,.19,.20,.24,.25,.30,.37,.38,.39,.40,.41,.42,.43,.44,.45,.46,.47,.48,.49,.50,.51,.52,.53,.58,.59,.60,.61 u.62 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.

:

1C350 ma jikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.

1C351
Patoġeni tal-bniedem, żoonosi u "tossini", kif ġej:

a.

Virus, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b'tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

1.

Virus Andes;

2.

Virus Chapare;

3.

Virus Chikungunya;

4.

Virus Choclo;

5.

Virus tad-deni emoraġiku Kongo-Krimejan;

6.

Virus tad-deni ta’ Dengue;

7.

Virus Dobrava-Belgrad;

8.

Virus tal-enċefalite ekwina orjentali;

9.

Virus Ebola;

10.

Virus Guanarito;

11.

Virus Hantaan;

12.

Virus Hendra (Morbillivirus ekwin);

13.

Virus tal-enċefalite Ġappuniża;

14.

Virus Junin;

15.

Virus tal-Foresta ta’ Kyasanur;

16.

Virus Laguna Negra;

17.

Virus Louping ill;

18.

Virus Lujo;

19.

Virus tad-deni ta’ Lassia;

20.

Virus tal-korjomeningite limfoċitika;

21.

Virus Machupo;

22.

Virus Marburg;

23.

Virus tal-ġidri tax-xadini;

24.

Virus tal-enċefalite Murray Valley;

25.

Virus Nipah;

26.

Virus tad-deni emoraġiku ta’ Omsk;

27.

Virus Oropouche;

28.

Virus Powassan;

29.

Virus tad-deni ta’ Rift Valley;

30.

Virus Rocio;

31.

Virus Sabia;

32.

Virus Seoul;

33.

Virus Sin Nombre;

34.

Virus tal-enċefalite ta’ St Louis;

35.

Virus tal-enċefalite li jinġarr mill-bergħud (Virus tal-enċefalite Russa tal-Ħarifa-Sajf);

36.

Virus tal-Varjola;

37.

Virus tal-enċefalite ekwina tal-Venezwela;

38.

Virus tal-enċefalite ekwina tal-Punent;

39.

Virus tad-deni isfar;

b.

Riketzji, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b'tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

1.

Coxiella burnetii;

2.

Bartonella quintana (Rochalimaea quintana, Rickettsia quintana);

3.

Rickettsia prowasecki;

4.

Rickettsia rickettsii;

c.

Batterji, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b'tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

1.

Bacillus anthracis;

2.

Brucella abortus;

3.

Brucella melitensis;

4.

Brucella suis;

5.

Chlamydia psittaci;

6.

Clostridium botulinum;

7.

Francisella tularensis;

8.

Burkholderia mallei (Pseudomonas mallei);

9.

Burkholderia pseudomallei (Pseudomonas pseudomallei);

10.

Salmonella typhi;

11.

Shigella dysenteriae;

12.

Vibrio cholerae;

13.

Yersinia pestis;

14.

Tipi ta’ clostridium perfringens li jipproduċu t-tossina epsilon;

15.

Escherichia coli enteroemorraġika, serotip O157 u serotipi oħrajn li jipproduċu l-verotossina;

d.

“Tossini”, kif ġej, u “sotto-unità ta’ tossini” tagħhom:

1.

Tossini Botulinum;

2.

Tossini Clostridium perfringens;

3.

Konotossina;

4.

Riċinu;

5.

Sassitossina;

6.

Tossina Shiga;

7.

Tossini ta’ Staphylococcus aureus;

8.

Tetrodotossina;

9.

Verotossina u proteini li jwaqqfu l-attività tar-ribosoma tat-tip shiga;

10.

Microcistina (Cyanginosin);

11.

Aflatossini;

12.

Abrina;

13.

Tossina tal-kolera;

14.

Tossina ta’ diaċetossixirpenol;

15.

Tossina T-2;

16.

Tossina HT-2;

17.

Modeksina;

18.

Volkensina;

19.

Lektina 1 Viscum album (Viskumina);

:

1C351.d. ma jikkontrollax it-tossini botulinum jew il-konotossini f'forma ta’ prodotti li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

1.

Huma formulazzjonijiet farmaċewtiċi ddisinjati sabiex jingħataw lill-bnedmin fit-trattament ta’ kondizzjonijiet mediċi;

2.

Huma ppakkjati lesti għat-tqassim bħala prodotti mediċi;

3.

Huma awtorizzati minn awtorità tal-istat sabiex jiġu kummerċjalizzati bħala prodotti mediċi.

e.

Fungi, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b'tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

1.

Coccidioides immitis;

2.

Coccidioides posadasii.

:

1C351 ma jikkontrollax il-“vaċċini” jew l-“immunotossini”.

1C352
Patoġeni tal-annimali, kif ġej:

a.

Virus, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b'tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

1.

Virus tad-deni tal-ħnieżer Afrikan;

2.

Virus tal-influwenza avjarja, li huma:

a.

Mhux ikkaratterizzati; jew

b.

Definiti fl-Anness I(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur (ĠU L.10 14.1.2006 p. 16) bħala li għandhom patoġeniċità għolja, kif ġej:

1.

Virus tat-tip A b'IVPI (indiċi ta’ patoġeniċità fil-vini) ta’ aktar minn 1,2 fi flieles ta’ 6 ġimgħat; jew

2.

Virus tat-tip A tas-sottotipi H5 jew H7 b'sekwenzi tal-ġenoma kkodifikati għal aċidi amminiċi bażiċi multipli fil-post fejn tinqasam il-molekula tal-emaglutinina simili għal dak osservat għal viruses oħrajn tal-HPAI, li jindika li l-molekula tal-emaglutinina tista' tinqasam bi proteażi ospitanti ubikwa;

3.

Virus tal-Bluetongue;

4.

Virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer;

5.

Virus tal-ġidri tal-mogħoż;

6.

Virus tal-erpete tal-ħnieżer (marda ta’ Aujeszky);

7.

Virus tad-deni tal-ħnieżer (Virus tal-kolera tal-ħnieżer);

8.

Virus Lyssa;

9.

Virus tal-marda ta’ Newcastle;

10.

Virus tal-Peste des petits ruminants;

11.

Enterovirus tal-ħnieżer tat-tip 9 (virus tal-marda vexxikolari tal-ħnieżer);

12.

Virus Rinderpest;

13.

Virus tal-ġidri tan-ngħaġ;

14.

Virus tal-marda ta’ Teschen;

15.

Virus tal-istomatite vexxikolari;

16.

Virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda;

17.

Virus tal-marda Afrikana taż-żwiemel.

b.

Mycoplasma mycoides, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b'tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

1.

Is-sottospeċi mycoides SC (small colony) tal-mycoplasma mycoides;

2.

Is-sottospeċi capripneumoniae tal-mycoplasma capricolum.

:

1C352 ma jikkontrollax il-“vaċċini”.

1C353
Elementi ġenetiċi u organiżmi modifikati ġenetikament, kif ġej:

a.

Organiżmi modifikati ġenetikament jew elementi ġenetiċi li fihom sekwenzi ta’ aċidu nuklejku assoċjati mal-patoġeniċità tal-organiżmi speċifikati f'1C351.a., 1C351.b., 1C351.c, 1C351.e., 1C352 jew 1C354;

b.

Organiżmi modifikati ġenetikament jew elementi ġenetiċi li fihom sekwenzi ta’ aċidu nuklejku li jikkodifikaw għal xi waħda mit-“tossini” speċifikati f'1C351.d. jew is-“sotto-unitajiet ta’ tossini” tagħhom.

:

1.

Elementi ġenetiċi jinkludu, inter alia, kromosomi, ġenomi, plasmidi, transposoni u vetturi kemm jekk ġenetikament modifikati jew le.

2.

Sekwenzi ta’ aċidu nuklejku assoċjati mal-patoġeniċità ta’ xi wieħed mill-mikro-organiżmi speċifikati f'1C351.a., 1C351.b., 1C351.c., 1C351.e., 1C352 jew 1C354 tfisser kwalunkwe sekwenza speċifika għall-mikro-organiżmu speċifikat li:

a.

Fiha nnifisha jew permezz tal-prodotti traskritti jew tradotti tagħha tirrapreżenta periklu sinifikanti għas-saħħa tal-bnedmin, tal-annimali jew tal-pjanti;

b.

Hija magħrufa li ttejjeb il-kapaċità ta’ mikro-organiżmu speċifikat, jew ta’ kwalunkwe organiżmu ieħor li fih tista' tiġi inserita jew integrata b'xi mod ieħor, li tikkawża ħsara serja lis-saħħa tal-bnedmin, tal-annimali jew tal-pjanti.

:

1C353 ma japplikax għal sekwenzi ta’ aċidu nuklejku assoċjati mal-patoġeniċità ta’ Escherichia coli enteroemorraġika, serotip O157 u razez oħra li jipproduċu verotossina, minbarra dawk li jikkodifikaw għall-verotossina, jew għas-sotto-unitajiet tagħha.

1C354
Patoġeni tal-pjanti, kif ġej:

a.

Virus, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal inkluż materjal ħaj li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b'tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

1.

Timovirus latenti Andin tal-patata;

2.

Virojde tat-tuberu fusiformi tal-patata;

b.

Batterji, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b'tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

1.

Xanthomonas albilineans;

2.

Xanthomonas campestris pv. citri inklużi razez magħrufa bħala Xanthomonas campestris pv. citri tipi A,B,C,D,E jew inkella klassifikati bħala Xanthomonas citri, Xanthomonas campestris pv. aurantifolia jew Xanthomonas campestris pv. citrumelo;

3.

Xanthomonas oryzae pv. Oryzae (Pseudomonas campestris pv. Oryzae);

4.

Clavibacter michiganensis subsp. Sepedonicus (Corynebacterium michiganensis subsp. Sepedonicum jew Corynebacterium Sepedonicum);

5.

Ralstonia solanacearum Razez 2 u 3 (Pseudomonas solanacearum Razez 2 u 3 jew Burkholderia solanacearum Razez 2 u 3);

c.

Fungi, kemm jekk naturali, imsaħħa jew modifikati, jew fil-forma ta’ “koltivazzjonijiet ħajja iżolati” jew bħala materjal li ġie mlaqqam jew ikkontaminat apposta b'tali koltivazzjonijiet, kif ġej:

1.

Colletotrichum coffeanum var. virulans (Colletotrichum kahawae);

2.

Cochliobolus miyabeanus (Helminthosporium oryzae);

3.

Microcyclus ulei (syn. Dothidella ulei);

4.

Puccinia graminis (syn. Puccinia graminis f. sp. tritici);

5.

Puccinia striiformis (syn. Puccinia glumarum);

6.

Magnaporthe grisea (pyricularia grisea/pyricularia oryzae).

1C450
Sustanzi kimiċi tossiċi u prekursuri ta’ sustanzi kimiċi tossiċi, kif ġej, u "taħlitiet kimiċi" li fihom waħda jew aktar minnhom:

N. B.:

ARA WKOLL L-ENTRATA 1C350, 1C351.d. U L-KONTROLLI TA' MERKANZIJA MILITARI.

a.

Sustanzi kimiċi tossiċi, kif ġej:

1.

Amiton: O,O-Dietil S- [2-(dietilamino)etil] fosforotijolat (78-53-5) u mluħa alkilati jew protonati korrispondenti;

2.

PFIB: 1,1,3,3,3-Pentafluworo-2-(trifluworometil)-1-propene (382-21-8);

3.

ARA KONTROLLI TA' MERKANZIJA MILITARI GĦAL BZ: Benżilat ta’ 3-Kinuklidinil (6581-06-2);

4.

Fosġenu: Diklorur tal-karbonil (75-44-5);

5.

Klorur ta’ ċjanoġenu (506-77-4);

6.

Ċjanur tal-idroġenu (74-90-8);

7.

Kloropikrin: Trikloronitrometan (76-06-2);

:

Għall-esportazzjoni lejn "Stati mhux Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi", 1C450 ma jikkontrollax "taħlitiet kimiċi" li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1C450.a.1. u.a.2. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 1 % bil-piż tat-taħlita.

:

Għal esportazzjonijiet lejn "Stati Parti għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi", 1C450 ma jikkontrollax "taħlitiet kimiċi" li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrata 1C450.a.1. u.a.2. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.

:

1C450 ma jikkontrollax "taħlitiet kimiċi" li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1C450.a.4.,.a.5.,.a.6. u.a.7. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.

:

1C450 ma jikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.

b.

Prekursuri ta’ sustanzi kimiċi tossiċi, kif ġej:

1.

Sustanzi kimiċi, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli ta’ Merkanzija Militari jew f'1C350, li fihom atomu tal-fosfru li hemm marbut miegħu grupp wieħed ta’ metil, etil jew propil (normali jew iso) iżda l-ebda atomu ieħor tal-karbonju.

:

1C450.b.1 ma jikkontrollax il-Fonofos: Etilfosfonotijolotijonat ta’ O-Etil S-fenil (944-22-9);

2.

Dialidi fosforamidiċi ta’ N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)], minbarra d-diklorur ta’ N,N-Dimetilaminofosforil;

:

Ara 1C350.57. għad-diklorur ta’ N,N-Dimetilaminofosforil.

3.

N,N-dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)]-fosforamidati ta’ dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)], minbarra N,N-dimetilfosforamidat ta’ dietil li huwa speċifikat f'1C350;

4.

N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] aminoetil-2-kloruri u mluħa protonati korrispondenti, minbarra il-klorur ta’ N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetil jew l-idroklorur ta’ N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetil klorur li huma speċifikati f'1C350;

5.

N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] aminoetan-2-oli u mluħa protonati korrispondenti, minbarra N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetanol (96-80-0) u N,N-Dietilaminoetanol (100-37-8) li huma speċifikati f'1C350;

:

1C450.b.5. ma jikkontrollax dan li ġej:

a.

N,N-Dimetilaminoetanol (108-01-0) u mluħa protonati korrispondenti;

b.

Imluħa protonati ta’ N,N Dietilaminoetanol (100-37-8);

6.

N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] aminoetan-2-tijoli u mluħa protonati korrispondenti, minbarra N,N-Diisopropil-(beta)-aminoetan tijol li huwa speċifikat f'1C350;

7.

Ara 1C350 għal etildietanolamina (139-87-7);

8.

Metildietanolamina (105-59-9).

:

Għall-esportazzjoni lejn "Stati mhux Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi", 1C450 ma jikkontrollax "taħlitiet kimiċi" li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1C450.b.1.,.b.2.,.b.3.,.b.4.,.b.5. u.b.6. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 10 % bil-piż tat-taħlita.

:

Għall-esportazzjoni lejn "Stati Parti għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi", 1C450 ma jikkontrollax "taħlitiet kimiċi" li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrati 1C450.b.1.,.b.2.,.b.3.,.b.4.,.b.5. u.b.6. fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.

:

1C450 ma jikkontrollax "taħlitiet kimiċi" li fihom wieħed jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati fl-entrata 1C450.b.8 fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 30 % bil-piż tat-taħlita.

:

1C450 ma jikkontrollax prodotti identifikati bħala oġġetti għall-konsumatur ippakkjati għall-bejgħ bl-imnut għall-użu personali jew ippakkjati għall-użu individwali.

1D
Software

1D001
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta’ tagħmir speċifikat f'1B001 sa 1B003.

1D002
"Software" għall-"iżvilupp" ta’ prodotti laminati jew "kompożiti" b’ "matriċi" organika, "matriċi" metallika jew "matriċi" tal-karbonju.

1D003
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat sabiex jippermetti lit-tagħmir iwettaq il-funzjonijietta' tagħmir speċifikat f'1A004.c. jew 1A004.d.

1D101
"Software" iddisinjat apposta jew modifikat għall-"użu" tal-oġġetti speċifikati f'1B101, 1B102, 1B115, 1B117, 1B118 jew 1B119.

1D103
"Software" iddisinjat apposta għall-analiżi ta’ karatteristiċi osservabbli mnaqqsa bħar-riflettività tar-radar karatteristiċi ultravjola/infra-aħmar u karatteristiċi akustiċi.

1D201
"Software" iddisinjat apposta għall-"użu" tal-oġġetti speċifikati f'1B201.

1E
Teknoloġija

1E001
"Teknoloġija" skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta’ tagħmir jew materjali speċifikati f'1A001.b., 1A001.c., 1A002 sa 1A005, 1A006.b., 1A007, 1B jew 1C.

1E002
"Teknoloġija" oħra kif ġej:

a.

"Teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta’ polibenżotijażoli jew polibenżossiażoli;

b.

"Teknoloġija" għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" ta’ komposti tal-fluworoelastomer li fihom mill-inqas monomeru wieħed tal-viniletere;

c.

"Teknoloġija" għad-disinn jew il-"produzzjoni" tal-materjali bażi jew materjali taċ-ċeramika mhux "kompożiti" li ġejjin:

1.

Materjali bażi li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Xi waħda mill-kompożizzjonijiet li ġejjin:

1.

Ossidi sempliċi jew kumplessi taż-żirkonju u ossidi kumplessi tas-silikon jew aluminju;

2.

Nitruri sempliċi tal-boron (forom kristallini kubiċi);

3.

Karburi sempliċi jew kumplessi tas-silikon jew tal-boron;

4.

Nitruri sempliċi jew kumplessi tas-silikon;

b.

Waħda mit-total ta’ impuritajiet tal-metall li ġejjin (minbarra żiediet intenzjonali):

1.

Anqas minn 1 000 ppm għal ossidi jew karburi sempliċi; jew

2.

Anqas minn 5 000 ppm għal komposti kumplessi jew nitruri sempliċi; u

c.

Li huma xi wieħed minn dan li ġej:

1.

Id-diossidu taż-żirkonju (CAS 1314-23-4) b'daqs medju tal-partiċella, daqs jew inqas minn 1 μm u mhux aktar minn 10 % tal-partiċelli akbar minn 5 μm;

2.

Materjali bażi oħrajn b'daqs medju tal-partiċella, daqs jew anqas minn 5 μm u mhux aktar minn 10 % tal-partiċelli akbar minn 10 μm; jew

3.

Li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Platelets bil-proporzjon ta’ tul għal ħxuna ta’ aktar minn 5;

b.

Fibri tal-kristall bil-proporzjon ta’ tul għal dijametru ta’ aktar minn 10 għal dijametri ta’ inqas minn 2 μm; u

c.

Fibri kontinwi jew mqattgħin ta’ inqas minn 10 μm fid-dijametru;

2.

Materjali taċ-ċeramika mhux "kompożiti" magħmula mill-materjali speċifikati f'1E002.c.1;

:

1E002.c.2. ma jikkontrollax "teknoloġija" għad-disinn jew il-produzzjoni ta’ barraxa.

d.

"Teknoloġija" għall-"produzzjoni" ta’ fibri ta’ poliamidi aromatiċi;

e.

"Teknoloġija" għall-installazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija tal-materjali speċifikati f'1C001;

f.

"Teknoloġija" għat-tiswija ta’ strutturi "kompożiti", prodotti laminati jew materjali speċifikati f'1A002, 1C007.c. jew 1C007.d.;

:

1E002.f. ma jikkontrollax "teknoloġija" għat-tiswija ta’ strutturi ta’ "inġenji tal-ajru ċivili" bl-użu ta’ "materjali fibrużi jew bil-filamenti" tal-karbonju u reżini epossidiċi, li jinsabu fil-manwali tal-manifatturi tal-inġenji tal-ajru.

g.

‧Libreriji (bażijiet ta’ data tekniċi parametriċi)‧ iddisinjati apposta jew modifikati sabiex jippermettu lit-tagħmir iwettaq il-funzjonijiet ta’ tagħmir speċifikat f'1A004.c. jew 1A004.d.

:

Għall-iskop ta’ 1E002.g., ‧librerija (bażijiet ta’ data tekniċi parametriċi)' ifisser ġabra ta’ informazzjoni teknika, li referenza għaliha tista‧ ttejjeb ir-rendiment tat-tagħmir jew is-sistemi rilevanti.

1E101
"Teknoloġija" skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" tal-oġġetti speċifikati f'1A102, 1B001, 1B101, 1B102, 1B115 sa 1B119, 1C001, 1C101, 1C107, 1C111 sa 1C118, 1D101 jew 1D103.

1E102
"Teknoloġija" skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" ta’ "software" speċifikat f'1D001, 1D101 jew 1D103.

1E103
"Teknoloġija" għar-regolamentazzjoni ta’ temperatura, pressjoni jew atmosfera f'awtoklavi jew idroklavi, meta jkunu użati għall-"produzzjoni" ta’ "kompożiti" jew "kompożiti" ipproċessati parzjalment.

1E104
"Teknoloġija" relatata mal-"produzzjoni" ta’ materjali derivati pirolitikament imsawra fuq forma, fus jew sottostrat ieħor minn gassijiet prekursuri li jiddekomponu fil-medda ta’ temperaturi minn 1 573 K (1 300 °C) sa 3,173 K (2 900 °C) u pressjoni ta’ 130 Pa sa 20 kPa.

:

1E104 jinkludi "teknoloġija" għall-kompożizzjoni ta’ gassijiet prekursuri, rati ta’ fluss u skedi u parametri għall-kontroll tal-proċess.

1E201
"Teknoloġija" skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"użu" tal-oġġetti speċifikati f'1A002, 1A007, 1A202, 1A225 sa 1A227, 1B201, 1B225 sa 1B233, 1C002.b.3. jew.b.4., 1C010.b., 1C202, 1C210, 1C216, 1C225 sa 1C240 jew 1D201.

1E202
"Teknoloġija" skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" jew il-"produzzjoni" tal-oġġetti speċifikati f'1A007, 1A202 jew 1A225 sa 1A227.

1E203
"Teknoloġija" skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-"iżvilupp" ta’ "sofware" speċifikat f'1D201.

KATEGORIJA 2

L-IPPROĊESSAR TA' MATERJALI

2A
Sistemi, Tagħmir u Komponenti

:

Għal kuxxinetti li jaħdmu b'mod silenzjuż, ara l-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

2A001
Kuxxinetti anti-frizzjoni u sistemi ta’ kuxxinetti, kif ġej, u komponenti għalihom:

N.B.:

ARA WKOLL 2A101.

:

2A001 ma jikkontrollax boċċi b'tolleranzi speċifikati mill-manifattur skont l-ISO 3290 bħala ta’ grad 5 jew inqas.

a.

Kuxxinetti u kuxxinetti bir-rombli solidi, li għandhom it-tolleranzi kollha speċifikati mill-manifattur skont l-ISO 492 Klassi ta’ Tolleranza 4 (jew ekwivalenzi nazzjonali), jew aħjar, u li għandhom kemm ċrieki u elementi li jduru (ISO 5593), magħmula minn monel jew berillju;

:

2A001.a. ma jikkontrollax kuxxinetti bir-rombli bil-ponta.

b.

Mhux użat;

c.

Sistemi ta’ kuxxinetti manjetiċi attivi li jużaw xi wieħed minn dan li ġej:

1.

Materjali b'densitajiet ta’ fluss ta’ 2,0 T jew aktar u b'reżistenza għall-forza ta’ aktar minn 414 MPa;

2.

Id-disinji kollha għall-polarizzazzjoni omopolari ta’ elettromanjeti 3D għall-attwaturi; jew

3.

Sensuri li jagħtu l-pożizzjonament f'temperatura għolja (450 K (177 °C) u ogħla).

2A101
Kuxxinetti bir-rombli radjali, minbarra dawk speċifikati f'2A001, li għandhom it-tolleranzi kollha speċifikati skont l-ISO 492 Klassi ta’ Tolleranza 2 (jew ANSI/ABMA Standard 20 Klassi ta’ Tolleranza ABEC-9 jew ekwivalenzi oħra nazzjonali), jew aħjar u li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

a.

Dijametru tat-toqba taċ-ċirku intern bejn 12 mm u 50 mm;

b.

Dijametru tat-toqba taċ-ċirku estern bejn 25 mm u 100 mm;

c.

Wisgħa ta’ bejn 10 mm u 20 mm.

2A225
Griġjoli magħmula minn materjali reżistenti għall-metalli aktinidi likwidi, kif ġej:

a.

Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Volum ta’ bejn 150 cm3 u 8 000 cm3;

2.

Magħmula minn jew miksija minn xi wieħed mill-materjali li ġejjin, li għandhom purezza ta’ 98 % jew aktar bil-piż:

a.

Fluworur tal-kalċju (CaF2);

b.

Żirkonat tal-kalċju (metażirkonat) (CaZrO3);

c.

Sulfid taċ-ċerju (Ce2S3);

d.

Ossidu tal-erbju (erbja) (Er2O3);

e.

Ossidu tal-ħafnju (ħafnja) (HfO2);

f.

Ossidu tal-manjesju (MgO);

g.

Liega b'nitrur ta’ nijobju-titanju-tungstenu (bejn wieħed u ieħor 50 % Nb, 30 % Ti, 20 % W);

h.

Ossidu ta’ ittriju (ittrija) (Y2O3);

i.

Ossidu taż-żirkonju (żirkonja) (ZrO2);

b.

Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Volum ta’ bejn 50 cm3 u 2 000 cm3; u

2.

Magħmula minn jew miksija bit-tantalu, li għandhom purezza ta’ 99,9 % jew aktar bil-piż;

c.

Griġjoli li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Volum ta’ bejn 50 cm3 u 2 000 cm3;

2.

Magħmula minn jew miksija bit-tantalu, li għandhom purezza ta’ 98 % jew aktar bil-piż;

3.

Miksija bil-karbur, in-nitrur, il-borur tat-tantalu jew kwalunkwe għaqda ta’ dawn.

2A226
Valvi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

‧Daqs nominali‧ ta’ 5 mm jew akbar;

b.

Li għandhom siġill minfaħ;

c.

Magħmula fl-intier tagħom minn jew miksija bl-aluminju, liega tal-aluminju, nikil jew liega tan-nikil li fihom aktar minn 60 % nikil bil-piż.

:

Għall-valvi bi ftuħ għad-dħul u ħruġ ta’ dijametri differenti, id-'daqs nominali' fi 2A226 jirreferi għall-iżgħar dijametru.

2B
Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni

:

1.

L-assi tal-kontorn paralleli sekondarji (eż., l-assi-w f'magni għat-tħaffir orizzontali jew assi rotatorju sekondarju li l-linja ċentrali tiegħu hi parallela mal-assi rotatorju primarju) ma jingħaddux man-numru totali tal-assi tal-kontorn. M'hemmx bżonn li l-assi rotatorji jkunu jduru b'aktar minn 360 °. Assi rotatorju jista' jitħaddem permezz ta’ apparat lineari (e.ż., vit jew ingranaġġ u fus bis-snien).

2.

Għall-iskopijiet ta’ 2B, in-numru ta’ assi li jistgħu jkunu ko-ordinati simultanjament għall-"kontroll tal-kontorn" huwa n-numru ta’ assi li tulhom jew madwarhom, matul l-ipproċessar tal-oġġett tal-ħidma, isiru movimenti simultanji u inter-relatati bejn l-oġġett tal-ħidma u biċċa għodda. Dan ma jinkludix kwalunkwe assi addizzjonali li tulu jew madwaru jsir moviment ieħor relattiv fil-magna bħal:.

a.

Sistemi ta’ preparazzjoni tal-mola f'magni tat-tisnin;

b.

Assi rotatorji paralleli ddisinjati għall-immuntar ta’ oġġetti tal-ħidma separati;

c.

Assi rotatorji ko-lineari ddisinjati sabiex jimmanipulaw l-istess oġġett tal-ħidma billi jżommuh f'ċokk ta’ torn minn truf differenti.

3.

In-nomenklatura tal-assi għandha tkun skont l-Istandard Internazzjonali ISO 841, 'Magni b'Kontroll Numeriku – Nomenklatura ta’ Assi u Movimenti'.

4.

Għall-iskopijiet ta’ 2B001 sa 2B009 "fus inklinabbli" hu kkonsidrat bħala assi rotatorju.

5.

‧Preċiżjoni tal-pożizzjonament dikjarat‧ li ġejja minn qisien magħmula skont l-ISO 230/2 (1988)  (1) jew ekwivalenzi nazzjonali jistgħu jintużaw għal kull mudell ta’ għodda bil-magna bħala alternattiva għat-testijiet ta’ magni individwali. Il-'preċiżjoni tal-pożizzjonament dikjarat' tfisser il-valur ta’ preċiżjoni mogħti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur huwa stabbilit bħala rappreżentattiv tal-preċiżjoni ta’ mudell ta’ magna speċifika.

Determinazzjoni tal-'Preċiżjoni tal-Pożizzjonament Dikjarat'

a.

Agħżel ħames magni ta’ mudell sabiex jiġu evalwati;

b.

Kejjel il-preċiżjoni tal-assi lineari skont l-ISO 230/2 (1988)  (1) ;

c.

Iddetermina l-valuri A għal kull assi ta’ kull magna. Il-metodu sabiex jiġi kkalkulat il-valur A huwa deskritt fl-istandard tal-ISO;

d.

Iddetermina l-valur medju tal-valur A ta’ kull assi. Dan il-valur medju  jsir il-valur iddikjarat ta’ kull assi għall-mudell (ÂxÂy …);

e.

Peress li l-lista fil-Kategorija 2 tirreferi għal kull assi lineari ser ikun hemm valuri ddikjarati daqs kemm hemm assi lineari;