15.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 11/85 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill: Il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (Riformulazzjoni)”
COM(2012) 403 final - 2012/0196 (COD)
2013/C 11/20
Nhar il-11 ta’ Settembru 2012 u nhar it-12 ta’ Settembru 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom
COM(2012) 403 final – 2012/196 (COD).
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-484 sessjoni plenarja tiegħu tal-14 u l-15 ta’ Novembru 2012 (seduta tal-14 ta’ Novembru 2012), b’151 vot favur u 5 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, 14 ta’ Novembru 2012.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON