21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/201


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/83/KE fir-rigward tal-farmakoviġilanza”

COM(2012) 52 finali – 2012/0025 (COD)

2012/C 181/37

Nhar is-27 ta’ Frar 2012 u s-16 ta’ Frar 2012 rispettivament, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew iddeċidew, b'konformità mal-Artikoli 114 u 168(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE, fir-rigward tal-farmakoviġilanza

COM(2012) 52 final 2012/0025 (COD).

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti u li, barra minn hekk, diġà ta fehmtu fl-opinjoni tiegħu CESE 1022/2009, adottata fl-10 ta’ Ġunju 2009 (1), iddeċieda, matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu tat-28 u tad-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’ Marzu), b'158 vot favur, vot wieħed kontra u 6 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokument imsemmi.

Brussell, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU C 306, 16.12.2009, p. 18.