20.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/9 |
Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping
2011/C 19/09
1. Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma tiġix imnedija reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri ta' antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
2. Il-Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ta' ħsara.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.
3. Il-limitu taż-żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, biex tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, B-1049 Brussell (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
Il-prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta' skadenza |
Ġilda tal-kamoxxa |
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
Dazju tal-antidumping |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2006 (ĠU L 251, 14.9.2006, p. 1) |
15.9.2011 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Fax +32 22956505.