52011PC0603




MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Abbażi tal-mandat mogħti lilha mill-Kunsill[1], il-Kummissjoni Ewropea nnegozjat mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw bil-ħsieb li jiġġedded il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw, tas-17 ta’ Marzu 2008. Wara dawn in-negozjati, kien inizjalat Protokoll ġdid fil-15 ta’ Ġunju 2011.

In-negozjati tal-Protokoll il-ġdid damu minħabba l-konsultazzjonijiet li saru fl-2011 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ginea Bissaw fil-kuntest tal-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Cotonou. Billi ż-żmien li kien fadal għall-konklużjoni ta’ Protokoll ġdid qabel jiskadi l-Protokoll ta' qabel kien limitat ħafna, iż-żewġ partijiet iddeċidew li jikkonkludu Protokoll għal sena, sabiex ikollhom iż-żmien meħtieġ biex jevalwaw il-prospetti ta’ Protokoll futur aktar fit-tul.

Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta’ sena li jibda mis-16 ta’ Ġunju 2011. Dan iġedded it-termini tal-Protokoll ta' qabel kif ukoll jinkludi klawżola li tippermetti s-sospensjoni tiegħu f’każ li d-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi ma jiġux rispettati.

Din il-proċedura ġiet inizjalata b’mod parallel mal-proċeduri dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tadotta l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll innifsu, kif ukoll mar-Regolament tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri tal-UE.

L-għan ewlieni tal-Protokoll tal-Ftehim huwa li jżomm l-opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fil-limiti tas-surplus disponibbli. Il-Kummissjoni bbażat ruħha, fost oħrajn, fuq ir-riżultati ta’ valutazzjoni ex post li twettqet minn esperti esterni u fuq il-parir tal-Kumitat xjentifiku mwaqqaf fil-kuntest ta' dan il-Ftehim.

L-għan ġenerali huwa li tkompli l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw favur l-istabbiliment ta’ qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea Bissaw, fl-interess taż-żewġ Partijiet.

Il-Protokoll il-ġdid jikkonforma max-xewqa taż-żewġ Partijiet li jsaħħu s-sħubija u l-kooperazzjoni fis-settur tas-sajd bl-istrumenti kollha finanzjarji disponibbli. Għal dan il-għan, qed tiġi mfakkra l-ħtieġa li jkun stabbilit qafas xieraq għall-iżvilupp tal-investimenti.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja globali tal-Protokoll ta’ EUR 7 500 000 għall-perjodu kollu hija bbażata fuq: a) massimu ta’ 27 awtorizzazzjoni għall-bastimenti tat-tonn u ta’ 8.800 TGR (tunnellaġġ gross reġistrat) għall-bastimenti ta—sajd bit-tkarkir, li jwassal għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 4 550 000 u b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jammonta għal EUR 2 950 000. Dan l-appoġġ jilħaq l-għanijiet tal-politika nazzjonali tas-sajd.

B’mod aktar speċifiku, il-Protokoll – bħal dak ta’ qablu – jipprovdi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin:

- 4.400 TGR għall-bastimenti bi friża għas-sajd bit-tkarkir għall-gambli

- 4.400 TGR għall-bastimenti bi friża għas-sajd bit-tkarkir tal-ħut u ċ-ċefalopodi

- 23 bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun/bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

- 14-il bastiment tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill, bil-kunsens tal-Parlament, jadotta b’Deċiżjoni dan il-Protokoll il-ġdid.

2011/0257 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew[2],

Billi:

(1) Fis-17 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 241/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea-Bissaw [Ginea Bissaw] [3].

(2) L-Unjoni nnegozjat mar-Repubblika tal-Ginea Bissaw Protokoll ġdid li joffri lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fihom il-Ginea Bissaw teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fuq is-sajd.

(3) Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat il-Protokoll il-ġdid fil-15 ta’ Ġunju 2011.

(4) Dan il-Protokoll il-ġdid ġie ffirmat abbażi tad-Deċiżjoni Nru …/2011/UE[4][5] u għandu japplika provviżorjament mis-16 ta’ Ġunju 2011.

(5) Għandu jiġi konkluż dan il-Protokoll,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet huwa approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 14 tal-Protokoll, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll[6].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

PROTOKOLL miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

Artikolu 1 Perjodu ta’ applikazzjoni u opportunitajiet tas-sajd

1. Mis-16 ta’ Ġunju 2011 u għal perjodu ta’ sena, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikoli 5 u 6 tal-Ftehim huma stabbiliti kif ġej:

- Krustaċji u speċijiet demersali

a) bastimenti bi friża għas-sajd bit-tkarkir għall-gambli: 4 400 TGR fis-sena;

b) bastimenti bi friża għas-sajd bit-tkarkir għall-ħut u ċ-ċefalopodi: 4 400 TGR fis-sena;

- Speċijiet b'tendenza kbira li jpassu ħafna (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness 1 għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982)

c) bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bi friża u bastimenti bil-konz: 23 bastiment;

d) bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief: 14-il bastiment;

2. Il-paragrafu 1 japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll .

3. B’applikazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux jeżerċitaw l-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea Bissaw sakemm ma jkollhomx liċenzja għas-sajd maħruġa fil-qafas ta’ dan il-Protokoll u skont il-proċeduri deskritti fl-Annessi għal dan il-Protokoll.

Artikolu 2Kontribuzzjoni finanzjarja u kontribuzzjoni speċifika – Modalitajiet ta' ħlas

1. Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim hija stabbilita għal EUR 7 miljun.

2. Madankollu, f’każ ta’ titjib fl-użu tal-opportunitajiet tas-sajd previsti fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta’ dan il-Protokoll mill-bastimenti tal-Unjoni, l-Unjoni għandha tagħti ammont finanzjarju addizzjonali lill-Ginea Bissaw li jkun proporzjonali għal dik iż-żieda, fil-limiti tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti minn dan il-Protokoll u sa massimu ta’ Eur 1 miljun fis-sena. Iż-żewġ Partijiet għandhom jaqblu li jiddeterminaw, fi ħdan il-Kumitat Konġunt u sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll, il-perjodu ta’ referenza, l-indiċi bażi u l-mekkaniżmi speċifiċi tal-ħlas.

3. Il-paragrafu 1 japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 6, 7, 8, 9, 11 u 12 ta’ dan il-Protokoll.

4. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandu jsir mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2012.

5. Soġġetta għall-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll, l-allokazzjoni ta’ din il-kontribuzzjoni tiġi deċiża fil-kuntest tal-Liġi Finanzjarja tal-Ginea Bissaw u għalhekk taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw

6. Mal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq tiżdied kontribuzzjoni speċifika tal-Unjoni ta’ EUR 500 000 fis-sena allokata għat-twaqqif ta’ sistema sanitarja u fitosanitarja tal-prodotti tas-sajd. Madankollu, iż-żewġ Partijiet jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jiddeċiedu li jallokaw parti minn din il-kontribuzzjoni speċifika għat-tisħiħ tas-sistema ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea Bissaw. Din il-kontribuzzjoni għandha titmexxa skont id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3 ta’ dan il-Protokoll.

7. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3 ta’ dan il-Protokoll, il-ħlas tal-kontribuzzjoni speċifika msemmija fil-paragrafu 6 m’għandux isir aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2012.

8. Il-ħlasijiet previsti f’dan l-Artikolu għandhom isiru f’kont uniku tat-Teżor Pubbliku miftuħ fil-Bank Ċentrali tal-Ginea Bissaw, li r-referenzi tiegħu għandhom jiġu kkomunikati kull sena mill-Ministeru.

Artikolu 3Kontribuzzjoni speċifika għall-appoġġ tat-titjib tal-kundizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji tal-prodotti tas-sajd u għall-monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tas-sajd

1. Il-kontribuzzjoni speċifika tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 2(6) ta’ dan il-Protokoll għandha tikkontribwixxi, b’mod partikolari, biex is-settur tas-sajd jilħaq il-konformità mal-istandards sanitarji u, jekk ikun meħtieġ, għall-politika ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tal-Ginea Bissaw.

2. Il-ġestjoni tal-ammont korrispondenti taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ginea Bissaw u tissejjes fuq l-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet, bi qbil komuni, tal-azzjonijiet li għandhom jitwettqu u l-programmazzjoni annwali relatata magħhom.

3. Mingħajr preġudizzju għall-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet ta’ dawn l-għanijiet u skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8 u 9 ta’ dan il-Protokoll, iż-żewġ Partijiet jaqblu li jiffukaw fuq:

a) l-azzjonijiet kollha biex jitjiebu l-kundizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji tal-prodotti tas-sajd inkluż it-tisħiħ tal-Awtorità kompetenti, il-konformità mal-istandards tas-CIPA (ISO 9000), it-taħriġ tal-aġenti kif ukoll il-konformità tal-qafas ġuridiku meħtieġ; u, jekk ikun meħtieġ,

b) l-azzjonijiet kollha ta’ appoġġ għall-monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tas-sajd, inkluża s-sorveljanza tal-ilmijiet tal-Ginea Bissaw minn fuq il-baħar u mill-ajru, it-twaqqif ta’ sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS) tal-bastimenti tas-sajd, it-titjib tal-qafas ġuridiku kif ukoll l-applikazzjoni tiegħu f'każ ta' ksur;

4. Rapport annwali dettaljat jitressaq għall-approvazzjoni lill-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim.

5. Madankollu l-UE tirriżerva d-dritt li tissospendi l-ħlas tal-kontribuzzjoni speċifika prevista fl-Artikolu 2(6) ta’ dan il-Protokoll, u dan mill-ewwel sena tal-Protokoll, kemm f’każ ta’ tilwim dwar l-ipprogrammar ta’ azzjonijiet kif ukoll meta r-riżultati miksuba, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, ma jkunux konformi mal-ipprogrammar.

Artikolu 4 Kooperazzjoni xjentifika

1. Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli, b’mod partikolari billi jippromwovu l-kooperazzjoni fil-livell tas-sottoreġjun relatat mas-sajd responsabbli u speċjalment fil-kuntest tal-Commission Sous Régionale des Pêches (Kummissjoni Sottoreġjonali tas-Sajd, CSRP).

2. Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex japprofondixxu ċerti kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp tal-istat tar-riżorsi fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea Bissaw; għal dan il-għan għandha ssir laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt tal-anqas darba fis-sena, skont l-Artikolu 4(1) tal-Ftehim. Jistgħu wkoll jiġu organizzati laqgħat oħra ta' dan il-Kumitat Xjentifiku Konġunt fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, u f'każ ta' bżonn iddikjarat fil-qafas ta' dan il-Ftehim.

3. Iż-żewġ Partijiet, abbażi tal-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika konġunta annwali u abbażi wkoll tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), u tas-CECAF (Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant) u l-organizzazzjonijiet reġjonali jew internazzjonali oħra kollha fil-qasam li fihom iż-żewġ Partijiet huma membri jew irrappreżentati, għandhom jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim sabiex jadottaw, jekk ikun il-każ u bi qbil komuni, miżuri li jwasslu għal ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd

Artikolu 5 Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

1. L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fl-Artikolu 1 jistgħu jiżdiedu bi qbil komuni sakemm, skont il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika konġunta annwali msemmija fl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim, din iż-żieda ma tkunx ta’ ħsara għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-Ginea Bissaw. F'każ bħal dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1), għandha tiżdied proporzjonalment u pro rata temporis . Madankollu, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-UE ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fl-Artikolu 2(1).

2. F’każ fejn, min-naħa l-oħra, il-Partijiet jaqblu dwar l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim li jimplikaw tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd stipulati fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis . Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll, din il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tiġi sospiża mill-Unjoni Ewropea f’każ li ma tkun tista' titwettaq l-ebda waħda mill-opportunitajiet tas-sajd previsti f’dan il-Protokoll.

3. It-tqassim tal-opportunitajiet tas-sajd bejn id-diversi kategoriji ta’ bastimenti jista’ jkun ukoll soġġett għal reviżjoni bi qbil komuni bejn iż-żewġ Partijiet u skont kull rakkomandazzjoni oħra li tista’ ssir mil-laqgħa xjentifika konġunta annwali fir-rigward tal-ġestjoni tal-istokkijiet li jistgħu jintlaqtu minn dan it-tqassim mill-ġdid. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar l-aġġustament korrispondenti fil-kontribuzzjoni finanzjarja meta jkun iġġustifikat mit-tqassim mill-ġdid tal-opportunitajiet tas-sajd.

4. Ir-reviżjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' hawn fuq, għandhom jiġu deċiżi bi qbil komuni bejn iż-żewġ Partijiet fil-qafas tal-Kumitat konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim.

Artikolu 6Opportunitajiet t as-sajd ġodda u sajd sperimentali

1. F’każ li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jkunu interessati f’attivitajiet tas-sajd li mhumiex indikati fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, l-Unjoni għandha tikkonsulta lill-Ginea Bissaw biex tinkiseb awtorizzazzjoni eventwali għal dawn l-attivitajiet il-ġodda. F'dak il-każ, il-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-kundizzjonijiet applikabbli għal dawn l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd u, jekk ikun meħtieġ, jemendaw dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

2. Il-Partijiet jistgħu jwettqu kampanji tas-sajd sperimentali fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea Bissaw, skont il-parir tal-Kumitat xjentifiku konġunt previst fl-Artikolu 4 tal-Ftehim. Għal dan il-għan, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet biex jiddeterminaw, skont il-każ, ir-riżorsi l-ġodda, il-kundizzjonijiet u parametri oħra importanti.

3. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom jingħataw għal perjodu bi prova ta’ massimu ta’ sitt xhur.

4. Meta l-Partijiet jikkonkludu li l-kampanji tas-sajd sperimentali jkunu taw riżultati pożittivi, fir-rigward tal-preservazzjoni tal-ekosistemi u tal-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi bijoloġiċi, ikunu jistgħu jingħataw opportunitajiet tas-sajd ġodda lil bastimenti tal-Unjoni skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 5 ta’ dan il-Protokoll u sakemm dan jiskadi u skont l-isforz permess. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiżdied skont id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 ta’ dan il-Protokoll.

5. Il-qabdiet li jsiru matul is-sajd sperimentali huma l-proprjetà tas-sid tal-bastiment. Mhux permess li jinqabdu speċijiet li d-daqs tagħhom mhuwiex regolat u dawk li s-sajd, iż-żamma abbord u l-bejgħ tagħhom mhumiex awtorizzati mil-liġi tal-Ginea Bissaw.

Artikolu 7Sospensjoni u reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja f’ċirkostanzi mhux normali

1. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u tal-kontribuzzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll jistgħu jiġu sospiżi mill-Unjoni Ewropea jekk:

1. ċirkostanzi mhux normali, minbarra fenomeni naturali, jimpedixxu t-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona ekonomika esklussiva (ŻEE) tal-Ginea Bissaw,jew

2. l-Unjoni Ewropea tinnota li fil-Ginea Bissaw hemm ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi kif previsti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou,

Id-deċiżjoni għal sospensjoni għandha tittieħed wara konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ Partijiet fi żmien xahrejn wara t-talba ta’ waħda mill-Partijiet, u bil-kundizzjoni li l-Unjoni Ewropea tkun ħallset l-ammont kollu dovut fil-mument tas-sospensjoni.

2. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u tal-kontribuzzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll, għandu jibda mill-ġdid hekk kif il-Partijiet jistabbilixxu, bi qbil komuni u wara konsultazzjonijiet, li ċ-ċirkostanzi li jkunu kkawżaw il-waqfien tal-attivitajiet tas-sajd ikunu spiċċaw u/jew is-sitwazzjoni tkun tali li tippermetti li l-attivitajiet tas-sajd jinbdew mill-ġdid.

3. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti Ewropej jistgħu jiġu sospiżi flimkien mas-sospensjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 2. F’każ li l-attivitajiet jibdew mill-ġdid, il-validità ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandha tiġi estiża għall-istess tul ta’ żmien tal-perjodu ta’ sospensjoni tal-attivitajiet tas-sajd.

Artikolu 8Kontribut tal-Ftehim ta’ sħubija fl-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Ginea Bissaw

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) għandha tikkontribwixxi, sa 35% tal-ammont tagħha, jiġifieri Eur 2 450 000, għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd fil-Ginea Bissaw, bil-għan li jinħoloq sajd sostenibbli u responsabbli fl-ilmijiet tiegħu.

2. Il-ġestjoni tal-ammont korrispondenti taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ginea Bissaw u tissejjes fuq l-identifikazzjoni, miż-żewġ Partijiet, bi qbil komuni, tal-għanijiet li għandhom jinkisbu u l-programmazzjoni annwali u multiannwali relatata, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-ġestjoni korretta tar-riżorsi tas-sajd, it-tisħiħ tar-riċerka xjentifika, tal-kapaċità ta’ kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Bissaw u t-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-prodotti tas-sajd.

3. Mingħajr preġudizzju għall-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet ta’ dawn l-għanijiet u skont il-prijoritajiet tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tas-settur tas-sajd tal-Ginea Bissaw u bl-għan li tkun żgurata ġestjoni sostenibbli u responsabbli tas-settur, iż-żewġ Partijiet jaqblu li jiffukaw, fost oħrajn, fuq l-oqsma ta’ intervent li ġejjin: il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, ir-riċerka xjentifika u l-ġestjoni u l-immaniġġjar tal-attivitajiet tas-sajd.

Artikolu 9 Metodi ta' implimentazzjoni tal-appoġġ lill-politika settorjali tas-sajd tal-Ginea Bissaw

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(3), l-Unjoni Ewropea u l-Ministeru għandhom jaqblu fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim, u minn meta jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll, dwar:

(a) il-linji gwida annwali li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-politika tas-sajd tal-Ginea Bissaw bil-għan li jinħoloq sajd sostenibbli u responsabbli u, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 8(2).

(b) il-miri annwali li għandhom jintlaħqu kif ukoll il-kriterji u l-indikaturi li għandhom jintużaw sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali. L-Anness III jindika l-elementi bażiċi dwar l-għanijiet u l-indikaturi tar-rendiment li għandhom jitqiesu fil-qafas tal-Protokoll.

2. Kull bidla f’dawn il-linji gwida, għanijiet u f’dawn il-kriterji u indikaturi ta’ evalwazzjoni, għandha tkun approvata miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat konġunt.

3. L-allokazzjoni lill-Ginea Bissaw tal-appoġġ finanzjarju msemmi fl-Artikolu 8(1) ta’ dan il-Protokoll għandu jiġi kkomunikat lill-Unjoni Ewropea meta l-linji gwida, il-miri, il-kriterji u l-indikaturi ta’ evalwazzjoni jiġu approvati mill-Kumitat Konġunt.

4. Il-Ministeru għandu jikkomunika din l-allokazzjoni lill-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard minn 4 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

5. Ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ipprogrammati u ffinanzjati dwar ir-riżultati miksuba kif ukoll dwar kwalunkwe diffikultà li tista' tinstab, għandu jitressaq għall-approvazzjoni lill-Kumitat konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim.

6. Madankollu, l-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li taddatta jew li tissospendi l-ħlas tal-ammont stabbilit fl-Artikolu 8(1) tal-Protokoll, f’każ li l-evalwazzjoni annwali tar-riżultati effettivi tal-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd tiġġustifika dan, u wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

Artikolu 10Integrazzjoni ekonomika tal-operaturi tal-U njoni fis-settur tas-sajd fil-Ginea Bissaw

1. Iż-żewġ partijiet jintrabtu li jippromwovu l-integrazzjoni ekonomika tal-operaturi tal-Unjoni fl-industrija kollha tas-sajd tal-Ginea Bissaw.

2. Iż-żewġ Partijiet jintrabtu partikolarment li jippromwovu l-ħolqien ta’ assoċjazzjonijiet temporanji bejn l-operaturi tal-Unjoni u operaturi tal-Ginea Bissaw bil-għan li jisfruttaw b’mod konġunt ir-riżorsi tas-sajd taż-żona ekonomika esklussiva tal-Ginea Bissaw.

3. Assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi tfisser kull assoċjazzjoni bbażata fuq kuntratt stabbilit għal perjodu limitat bejn is-sidien tal-Unjoni u persuni fiżiċi jew ġuridiċi mill-Ginea Bissaw bl-għan li jistadu jew jisfruttaw b'mod konġunt il-kwoti tal-Ginea Bissaw permezz ta’ bastiment wieħed jew aktar li jtajru bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u li jaqsmu l-qligħ jew it-telf f’termini ta’ kostijiet tal-attività ekonomika li daħlu għalihom konġuntament.

4. Il-Ginea Bissaw għandha tagħti l-awtorizzazzjoni meħtieġa sabiex l-assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi stabbiliti għall-finijiet tal-isfruttament tar-riżorsi tas-sajd tal-baħar ikunu jistgħu joperaw fiż-żoni tas-sajd tagħha.

5. Il-bastimenti tal-Unjoni li ddeċiedew li joħolqu assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi fil-kuntest tal-Protokoll fis-seħħ, għall-kategoriji tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta’ dan il-Protokoll, għandhom jiġu eżentati mill-ħlas ta' tariffi ta' liċenzji. Barra minn hekk, mit-tielet sena tal-Protokoll, il-Ginea Bissaw għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-ħolqien ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi. L-ammont kumplessiv ta’ dan l-appoġġ ma għandux jaqbeż l-20 % tal-ammont totali tat-tariffi mħallsa mis-sidien fil-kuntest ta' dan il-Protokoll.

6. Il-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-modalitajiet finanzjarji u tekniċi li jippermettu l-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ u l-inkoraġġiment ta’ assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi, fil-kuntest tal-Protokoll fis-seħħ.

Artikolu 11Tilwim – Sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll

1. L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda miż-żewġ Partijiet wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat konġunt jekk waħda miż-żewġ Partijiet twettaq ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi kif previsti mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou.

2. Barra minn hekk, kull tilwima bejn il-partijiet kemm fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u l-Annessi għalih kif ukoll fl-applikazzjoni tagħhom għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni bejn il-partijiet fi ħdan il-Kumitat konġunt, li, jekk ikun hemm il-ħtieġa, għandha issir f’laqgħa straordinarja.

3. L-applikazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ xi waħda mill-partijiet meta t-tilwima bejn iż-żewġ Partijiet tkun meqjusa bħala waħda serja u l-konsultazzjonijiet li jkunu saru fi ħdan il-Kumitat Konġunt skont il-paragrafu 1 aktar 'il fuq ma jkunux wasslu għal soluzzjoni bonarja.

4. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll hija soġġetta għal avviż bil-miktub mill-Parti kkonċernata dwar l-intenzjoni tagħha, li għandu jingħata mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ.

5. F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni bonarja għat-tilwim ta’ bejniethom. Meta tali soluzzjoni tinkiseb, il-Protokoll jerġa' jibda japplika mill-ġdid u s-somma tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont it-tul ta’ żmien li fih l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.

Artikolu 12Sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-impen ji tal-Ginea Bissaw għal sajd responsabbli u sostenibbli

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll, f’każ li l-Ginea Bissaw tonqos li tirrispetta l-impenn tagħha li taħdem favur sajd responsabbli u sostenibbli l-aktar permezz tal-osservanza tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tas-sajd annwali definiti mill-gvern tal-Ginea Bissaw, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża skont id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 11(3) u (4).

Artikolu 13Sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba nuqqas ta’ ħlas

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4, f’każ li l-Unjoni Ewropea tonqos milli tagħmel il-ħlasijiet previsti fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

a) L-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Bissaw għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta’ ħlas. Il-Kummissjoni Ewropea għandha twettaq il-verifiki xierqa u, jekk ikun meħtieġ, twettaq il-ħlas fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-avviż.

b) Fin-nuqqas ta’ ħlas jew ġustifikazzjoni xierqa għan-nuqqas ta’ ħlas fiż-żmien stipulat fil-paragrafu (a) ta' hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Bissaw ikollhom id-dritt li jissospendu l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan minnufih.

Il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid meta jsir il-ħlas inkwistjoni.

Artikolu 14Dħul fis-seħħ

1. Dan il-Protokoll u l-Annessi għalih għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

2. Dawn għandhom japplikaw provviżorjament mis-16 ta’ Ġunju 2011.

3. Dan il-Protokoll u l-Annessi għalih għandhom japplikaw għal perjodu ta’ sena li jibda mill-applikazzjoni provviżorja tiegħu. Il-partijiet jintrabtu li jibdew mill-aktar fis possibbli negozjati sabiex jikkonkludu Protokoll ġdid li jieħu post dan il-Protokoll meta jiskadi. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jikkonkludu dawn in-negozjati fi żmien massimu ta’ 9 xhur, jiġifieri mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2012.

ANNESS I

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-GINEA BISSAW MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI

Kapitolu I - Formalitajiet applikabbli għat-talba u l-ħruġ tal-liċenzji

Taqsima 1 Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-bastimenti kollha

1. Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jiksbu liċenzja għas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea Bissaw

2. Sabiex bastiment ikun eliġibbli, is-sid, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma għandhomx ikunu pprojbiti mill-attivitajiet tas-sajd fil-Ginea Bissaw. Għandhom ikunu f’qagħda regolari fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-Ginea Bissaw, fis-sens li għandhom ikunu ssodisfaw l-obbligi kollha preċedenti relatati mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Ginea Bissaw fil-kuntest tal-ftehimiet dwar is-sajd konklużi mal-Unjoni.

3. Kull bastiment tal-Unjoni li jitlob liċenzja tas-sajd jista’ jkun irrappreżentat minn aġent residenti fil-Ginea Bissaw. L-isem u l-indirizz ta’ dan ir-rappreżentant għandhom jissemmew fl-applikazzjoni għal-liċenzja.

4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni għandhom iressqu applikazzjoni lill-Ministeru, permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Ginea Bissaw, għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim, mill-inqas 20 jum qabel id-data tal-bidu tal-validità mitluba.

5. L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu lill-Ministeru skont il-formoli pprovduti għal dan il-għan mill-gvern tal-Ginea Bissaw li mudell tagħhom jinsab fl-Appendiċi 1. L-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex l-informazzjoni li jirċievu fl-applikazzjoni għal-liċenzja tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali. Din l-informazzjoni għandha tintuża biss fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-sajd.

6. Kull applikazzjoni għal-liċenzja għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

- prova tal-ħlas tat-tariffi għall-perjodu tal-validità tagħha kif ukoll tal-ammont previst fil-Kapitolu VII, il-punt 13.

- kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skont id-dispożizzjonijiet partikolari li japplikaw għat-tip ta’ bastiment skont dan il-Protokoll.

7. Il-ħlas tat-tariffi għandu jsir fil-kont indikat mill-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw.

8. It-tariffi jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-port u l-ispejjeż għas-servizzi.

9. Il-liċenzji għall-bastimenti kollha jinħarġu mill-Ministeru, fi żmien 20 jum wara li jaslu d-dokumenti kollha msemmija fil-punt 6 hawn fuq, lis-sidien jew lir-rappreżentanti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Ginea Bissaw.

10. F’każ li, meta tiġi ffirmata l-liċenzja, l-uffiċċji tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea jkunu magħluqa, din għandha tintbagħat direttament lill-aġent tal-bastiment b’kopja lid-Delegazzjoni.

11. Il-liċenzja għandha tinħareġ f’isem il-bastiment indikat u mhix trasferibbli.

12. Madankollu, fuq talba tal-Unjoni Ewropea u f'każ ta’ forza maġġuri ppruvata, il-liċenzja ta’ bastiment tista’ tiġi sostitwita b’liċenzja ġdida stabbilita f’isem bastiment ieħor b’karatteristiċi simili għal dawk tal-bastiment li ser ikun sostitwit, mingħajr ma jkollha titħallas tariffa oħra. Madankollu, jekk it-tunnellaġġ gross reġistrat (TGR) tal-bastiment li ssostitwixxa jkun ogħla minn dak tal-bastiment sostitwit, id-differenza fit-tariffa titħallas pro rata temporis.

13. Sid il-bastiment issostitwit, jew rappreżentant tiegħu, għandu jagħti lura l-liċenzja annullata lill-Ministeru permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

14. Id-data li fiha l-liċenzja l-ġdida ssir valida hija dik meta s-sid jagħti lura l-liċenzja annullata lill-Ministeru. Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Ginea Bissaw għandha tiġi mgħarrfa bit-trasferiment tal-liċenzja.

15. Il-liċenzja għandha tinżamm abbord il-ħin kollu, mingħajr preġudizzju għal dak li huwa previst fil-Kapitolu I, Taqsima 2, punt 1.

16. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jippromwovu l-istabbiliment ta’ sistema ta’ liċenzji msejsa esklussivament fuq skambju elettroniku tal-informazzjoni u tad-dokumenti kollha deskritti hawn fuq. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jippromwovu mill-aktar fis possibbli s-sostituzzjoni tal-liċenzja tal-karti b’waħda elettronika ekwivalenti bħal-lista tal-bastimenti awtorizzati biex jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw.

17. Il-partijiet jintrabtu li, fl-ambitu tal-Kumitat konġunt, jissostitwixxu r-referenzi kollha f’dan il-Protokoll għal TGR b’TG u b’konsegwenza ta’ dan jaddattaw id-dispożizzjonijiet hekk milquta. Din is-sostituzzjoni ssir wara li jsir konsultazzjonijiet tekniċi xierqa bejn il-Partijiet.

Taqsima 2 Dispożizzjonijiet partikolari li japplikaw għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

1. Il-liċenzja għandha tinżamm abbord f'kull ħin. L-Unjoni Ewropea żżomm aġġornat abbozz ta’ lista ta’ bastimenti li għalihom tintalab liċenzja għas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. L-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw għandhom jiġu nnotifkati meta jiġi stabbilit dan l-abbozz u sussegwentement kull darba li jiġi aġġornat. Meta jasal dan l-abbozz tal-lista kif ukoll in-notifika tal-ħlas bil-quddiem mibgħuta mill-Kummissjoni Ewropea lill-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw, il-bastiment jiġi rreġistrat mill-awtorità kompetenti tal-Ginea Bissaw fuq lista ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd, li tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet inkarigati mill-kontroll tas-sajd kif ukoll lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Ginea Bissaw. F’dan il-każ, kopja ta’ din il-lista tintbagħat lis-sid mid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u għandha tinżamm abbord minflok il-liċenzja tas-sajd sakemm din tinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-Ginea Bissaw.

2. Il-liċenzji huma validi għal sena.

3 It-tariffi huma kkalkulati għal kull bastiment abbażi ta’ rati annwali stabbiliti fl-iskedi tekniċi tal-Protokoll. Fil-każ ta’ liċenzji trimestrali jew semestrali, it-tariffi huma kkalkulati pro rata temporis u miżjuda bi 3% jew 2% rispettivament sabiex jiġu koperti l-ispejjeż rikorrenti għall-ħruġ tal-liċenzji.

4. Il-liċenzji jinħarġu wara li jsir il-ħlas lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-ammonti skont l-iskeda teknika korrispondenti.

5. Il-kalkolu finali tat-tariffi dovuti għas-sena kurrenti jiġi deċiż mill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju tas-sena sussegwenti, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet magħmula minn kull sid u kkonfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti għall-verifika tad-dejta dwar il-qabdiet fl-Istati Membri, bħall-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografíá), u l-IPIMAR (Instituto Português de Investigaçao Maritima), permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

6. Dan il-kalkolu għandu jiġi kkomunikat fl-istess ħin lill-Ministeru u lis-sidien tal-bastimenti.

7. Il-ħlas eventwali addizzjonali għandu jsir mis-sidien lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Ginea Bissaw sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2012, fil-kont imsemmi fil-paragrafu 7 tat-Taqsima 1.

8. Madankollu, jekk il-kalkolu finali huwa inqas mill-ammont tal-ħlas bil-quddiem stipulat fil-punt 3, l-ammont residwu korrispondenti ma jitħallasx lura lis-sid.

Taqsima 3 Dispożizzjonijiet speċjali li japplikaw għall-bastimenti tat-tkarkir

1. Minbarra d-dokumenti msemmija fit-taqsima 1, il-punt 6 ta’ dan il-Kapitolu, kull applikazzjoni għal-liċenzja għall-bastimenti msemmija f’din it-taqsima għandha tkun akkumpanjata minn:

- kopja awtentikata tad-dokument maħruġ mill-Istat Membru u li jiċċertifika t-tunnellaġġ tal-bastiment f'TGR, kif ukoll

- ċertifikat ta’ konformità maħruġ mill-Ministeru wara l-ispezzjoni teknika tal-bastiment li tkun saret skont il-Kapitolu VIII, punt 3.2.

2. F'każ ta' applikazzjoni għal-liċenzja ġdida għal bastiment li diġà kien fil-pussess ta' liċenzja fil-kuntest ta' dan il-Protokoll u li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu jkunu baqgħu l-istess, din l-applikazzjoni għandha tintbagħat, permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Ginea Bissaw, lill-Ministeru, akkumpanjata biss mill-prova tal-ħlas tat-tariffa għall-perjodi kkonċernati kif ukoll mill-ammont previst fil-Kapitolu VII, il-punt 13. Il-Ministeru għandu jawtorizza l-liċenzja l-ġdida filwaqt li jinkludi referenza għall-ewwel applikazzjoni għal-liċenzja mressqa fil-kuntest tal-Protokoll fis-seħħ.

3. Biex tiġi ddeterminata l-validità tal-liċenzji, għandha ssir referenza għall-perjodi annwali definiti kif ġej:

- l-ewwel perjodu: mis-16 ta’ Ġunju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011

- it-tieni perjodu: mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-15 ta’ Ġunju 2012

4. L-ebda liċenzja ma tista’ tibda matul perjodu annwali u tispiċċa matul il-perjodu annwali ta’ wara.

5. Trimestru jikkorrispondi għal wieħed mill-perjodi ta’ tliet xhur li jibdew jew fl-1 ta’ Jannar, jew mill-1 ta’ April, jew fl-1 ta’ Lulju, jew fl-1 ta’ Ottubru, ħlief għall-ewwel u l-aħħar perjodu tal-Protokoll li huma rispettivament mis-16 ta’ Ġunju 2011 sat-30 ta’ Settembru 2011 u mill-1 ta’ April 2012 sal-15 ta’ Ġunju 2012.

6. Il-liċenzji huma validi għal sena, sitt xhur jew tliet xhur. Dawn jistgħu jiġġeddu.

7. Il-liċenzja għandha tinżamm dejjem abbord.

8. It-tariffi huma kkalkulati għal kull bastiment abbażi ta’ rati annwali stabbiliti fl-iskedi tekniċi tal-Protokoll. Fil-każ tal-liċenzji trimestrali jew semestrali, it-tariffi huma kkalkulati pro rata temporis u miżjuda bi 3% jew 2% rispettivament sabiex jiġu koperti l-ispejjeż rikorrenti għall-ħruġ tal-liċenzji.

Kapitolu II – Żoni tas-sajd

Il-bastimenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 tal-Protokoll huma awtorizzati li jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet li jinsabu lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linji bażi.

Kapitolu III – Sistema ta’ Dikjarazzjoni tal-qabdiet għall-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-i lmijiet tal-Ginea Bissaw

1. It-tul ta’ vjaġġ ta’ bastiment tal-Unjoni għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa definit kif ġej:

- jew iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul u l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw;

- jew il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw u t-trasbord;

- jew il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw u l-ħatt fil-Ginea Bissaw.

2. Il-bastimenti kollha awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw fil-kuntest tal-Ftehim huma obbligati jikkomunikaw il-qabdiet tagħhom lill-Ministeru, skont il-modalitajiet li ġejjin:

2.1 Id-dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu l-qabdiet li jsiru mill-bastiment matul kull vjaġġ. Dawn għandhom jiġu kkomunikati lill-Ministeru bil-fax, bil-posta jew bil-posta elettronika b'kopja lill-Kummissjoni Ewropea, permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni fil-Ginea Bissaw, fi tmiem kull vjaġġ u, f'kull każ, qabel ma l-bastiment iħalli l-ibħra tas-sajd tal-Ginea Bissaw. Fil-każ li din il-komunikazzjoni ssir bil-posta elettronika, għandhom minnufih jintbagħtu elettronikament avviżi tal-wasla lill-bastiment minn kull waħda miż-żewġ destinazzjonijiet b’kopja reċiproka. Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn, dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-aħħar ta’ kull spedizzjoni.

2.2 L-oriġinali stampati tad-dikjarazzjonijiet mibgħuta bil-fax jew bil-posta elettronika matul perjodu annwali ta’ validità tal-liċenzja skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I, it-taqsima 2, il-punt 2 għall-bastimenti li jistadu għat-tonn, u t-taqsima 3, il-punt 3 għall-bastimenti għas-sajd bit-tkarkir għandhom jintbagħtu lill-Ministeru fi żmien 45 jum wara t-tmiem tal-aħħar vjaġġ magħmul f’dak il-perjodu. Kopji stampati għandhom jintbagħtu lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni fil-Ginea Bissaw.

2.3 Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn u l-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ għandhom jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom permezz tal-formola korrispondenti fil-ġurnal ta’ abbord li l-mudell tagħha tinsab fl-Appendiċi 2. Għall-perjodi li matulhom il-bastiment ma kienx fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw, huwa marbut li jdaħħal nota fil-ġurnal ta’ abbord bir-referenza segwenti “Barra miż-ŻEE tal-Ginea Bissaw”.

2.4 Il-bastimenti tat-tkarkir għandhom jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom permezz tal-formola li l-mudell tagħha jinsab fl-Appendiċi 3, billi jindikaw il-qabdiet totali skont l-ispeċi u x-xahar kalendarju jew parti minnu

2.5 Il-formoli għandhom jimtlew b’mod li jinqraw faċilment u għandhom ikunu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment.

3. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-gvern tal-Ginea Bissaw jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment ikkonċernat sakemm jitlestew il-formalitajiet u li japplika l-pieni previsti mir-regolamenti fis-seħħ fil-Ginea Bissaw fuq sid il-bastiment, u f’każ ta’ reċidività, li ma jġeddidx il-liċenzja. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi infurmata b'dan.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jiftiehmu sabiex jistabbilixxu sistema ta’ skambju elettroniku ta’ din l-informazzjoni.

Kapitolu IV – Qabdiet inċidentali

Il-livell ta’ qabdiet inċidentali għal kull impriża tas-sajd prevista fil-kuntest tal-Protokoll huwa stabbilit skont il-leġiżlazzjoni tal-Ginea Bissaw u għandu jkun speċifikat fl-iskedi tekniċi ta’ kull kategorija.

Kapitolu V – Imbark tal-baħrin

Is-sidien li jkollhom liċenzji tas-sajd skont il-Ftehim għandhom jikkontribwixxu għat-taħriġ vokazzjonali prattiku taċ-ċittadini tal-Ginea Bissaw u għat-titjib tas-suq tax-xogħol, skont il-kundizzjonijiet u l-limiti li ġejjin:

1. kull sid ta’ bastiment tat-tkarkir għandu jintrabat li jħaddem:

- tliet sajjieda baħrin għall-bastimenti ta’ inqas minn 250 TGR,

- erba’ sajjieda baħrin għall-bastimenti ta’ bejn 250 TGR u 400 TGR,

- ħames sajjieda baħrin għall-bastimenti ta’ bejn 400 TGR u 650 TGR,

- sitt sajjieda baħrin għall-bastimenti ta’ aktar minn 650 TGR.

2. Is-sidien għandhom jagħmlu ħilithom sabiex itellgħu abbord baħrin oħrajn mill-Ginea Bissaw.

3. Is-sidien għandhom jagħżlu liberament permezz tar-rappreżentanti tagħhom il-baħrin li għandhom jittellgħu abbord il-bastimenti tagħhom.

4. Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jikkomunika l-ismijiet tal-baħrin mill-Ginea Bissaw li jittellgħu abbord il-bastiment ikkonċernat lill-Ministeru, b'referenza għall-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ..

5. Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol tapplika kollha kemm hi għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tal-UE. B’mod partikolari din tirrigwarda d-dritt ta’ assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt tal-ħaddiema għan-negozjar kollettiv u, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tal-professjonijiet.

6. Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin mill-Ginea Bissaw, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, għandhom isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien u l-baħrin u/jew it-trejd unjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom flimkien mal-Ministeru. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju ta' sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f'każ ta' mewt, mard u f'każ ta' inċident.

7. Is-salarju tal-baħrin mill-Ginea Bissaw jitħallas minn sid il-bastiment. Dan għandu jiġi stabbilit qabel ma jinħarġu l-liċenzji, bi qbil komuni bejn is-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw. Madankollu, il-kundizzjonijiet tal-ħlas tal-baħrin mill-Ginea Bissaw ma jistgħux ikunu inferjuri għal dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-bastimenti tal-Ginea Bissaw u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għall -istandards tal-ILO.

8. Kull baħri impjegat mill-bastimenti tal-Unjoni għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejliet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, sid il-bastiment awtomatikament jinħall mill-obbligu li jtella’ lil dan il-baħri abbord.

9. Fil-każ li l-baħrin mill-Ginea Bissaw ma jittellgħux abbord għal raġunijiet oħrajn għajr dawk stipulati fil-punt preċedenti, is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni kkonċernati għandhom iħallsu, għall-ispedizzjoni tas-sajd, somma fissa ekwivalenti għas-salarji tal-baħrin li ma ttellgħux abbord, fl-iqsar żmien possibbli.

10. Din is-somma titħallas f’kont speċifiku magħżul minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Bissaw u għandha tgħin sabiex jiġu ffinanzjati l-istrutturi pubbliċi ta’ taħriġ professjonali fil-qasam tas-sajd.

Kapitolu VI - Miżuri tekniċi

1. Il-bastimenti li jistadu għal speċijiet b'tendenza kbira li jpassu ħafna għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT għal dak li għandu x'jaqsam mal-irkaptu tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

2. Fir-rigward tal-bastimenti tat-tkarkir, il-miżuri speċifiċi jinsabu f’kull skeda teknika korrispondenti.

3. L-għeluq tas-sajd jew ta’ impriża tas-sajd minħabba waqfien għal raġunijiet bijoloġiċi huwa applikat mill-Ginea Bissaw mingħajr diskriminazjoni għall-bastimenti kollha li jipparteċipaw fis-sajd imsemmi, kemm jekk nazzjonali, tal-Unjoni, kif ukoll jekk ikunu rreġistrati f’pajjiż terz.

4 . Abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt u jekk ikun meħtieġ, iż-żewġ Partijiet għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kumitat Konġunt dwar il- miżuri korrettivi eventwali relatati mal-waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi li għandhom jiġu applikati.

5. F’każ li l-Ginea Bissaw ikollha tieħu miżuri ta’ emerġenza li jwasslu għall-għeluq tas-sajd barra minn dak/dawk imsemmi/ja fil-punt 3, hawn fuq, jew iż-żieda fil-perjodu ta' żmien ta' waqfien previst, għandha tissejjaħ laqgħa tal-Kumitat konġunt sabiex tivvaluta l-impatt tal-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri fuq il-bastimenti tal-Unjoni.

6. Meta l-applikazzjoni tal-punti 4 u 5 hawn fuq tirriżulta f’żieda fil-perjodu/i ta’ għeluq tas-sajd, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom, fi ħdan il-Kumitat konġunt bil-għan li jadattaw il-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd li jirriżultaw minn dawn il-miżuri għall-Unjoni.

Kapitolu VII – Osservaturi abbord il-bastimenti tat-tkarkir

1. Il-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw bħala parti mill-Ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi maħtura mill-Ginea Bissaw, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

1.1 Kull bastiment tas-sajd bit-tkarkir għandu jtella' osservatur abbord maħtur mill-Ministeru responsabbli tas-sajd.F’dan il-każ, il-port tal-imbark għandu jiġi stabbilit bi qbil komuni bejn il-Ministeru responsabbli għas-sajd u s-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom.

1.2 Il-Ministeru għandu jistabbilixxi l-lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll il-lista tal-osservaturi maħtura. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu stabbiliti u wara kull tliet xhur f’każ li jiġu aġġornati.

1.3 Il-Ministeru għandu jikkomunika lis-sidien ikkonċernati jew lir-rappreżentanti tagħhom l-isem tal-osservatur maħtur, sabiex jitla’ abbord il-bastiment waqt il-ħruġ tal-liċenzja.

2. Iż-żmien li l-osservatur iqatta' abbord il-bastiment għandu jkun stabbilit mill-Ministeru, mingħajr ma jaqbeż, bħala regola ġenerali, iż-żmien meħtieġ sabiex iwettaq dmirijietu.. Il-Ministeru għandu jinforma lis-sid jew lir-rappreżentant tiegħu dwar dan meta jikkomunika l-isem tal-osservatur magħżul biex jittella' abbord il-bastiment ikkonċernat.

3. Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur huma ddefiniti bi qbil komuni bejn sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw.

4. L-imbark tal-osservatur li jsir fil-bidu tal-ewwel vjaġġ għandu jsir fil-port tal-Ginea Bissaw, u f’każ ta’ tiġdid tal-liċenzja, isir fil-port magħżul minn sid il-bastiment.

5. Is-sidien ikkonċernati għandhom jikkomunikaw fi żmien ġimagħtejn u b’avviż ta’ għaxart ijiem bil-quddiem, id-dati u l-portijiet stabbiliti għall-imbark tal-osservaturi.

6. F’każ li l-osservatur jittella’ abbord f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-osservatur jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu abbord osservatur mill-Ginea Bissaw joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha sabiex jiġi żgurat li l-osservatur jittieħed lura f'pajjiżu malajr kemm jista' jkun, bl-ispejjeż jiġu mħallsa mis-sid.

7. F’każ li l-osservatur ma jkunx preżenti fil-post u fil-ħin miftiehma u sa tnax-il siegħa, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella’ abbord lil dan l-osservatur.

8. Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ibħra tal-Ginea Bissaw, għandu jwettaq id-dmirijiet li ġejjin:

8.1 josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

8.2 jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti involuti f'operazzjonijiet tas-sajd;

8.3 jieħu kampjuni bijoloġiċi skont il-programmi xjentifiċi;

8.4 jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;

8.5 jivverifika d-dejta li tidher fil-ġurnal ta’ abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw;

8.6 jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jistima l-qabdiet skartati;

8.7 jikkomunika mill-inqas darba fil-ġimgħa, bir-radju, id-dejta dwar is-sajd, inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u inċidentali li jkunu abbord.

9. Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u mentali tal-osservatur waqt il-qadi ta' dmirijietu.

10. L-osservatur għandu jkollu l-faċilitajiet kollha meħtieġa għall-qadi ta' dmirijietu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-qadi tax-xogħol tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, li jinkludu b’mod partikolari l-ġurnal ta' abbord u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex jiffaċilitaw it-twettiq tal-kompiti tiegħu.

11. Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

11.1 jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kundizzjonijiet tat-tlugħ abbord kif ukoll il-preżenza tiegħu abbord la jwaqqfu u lanqas ifixklu l-operazzjonijiet tas-sajd,

11.2 jirrispetta l-proprjetà u l-irkaptu li jinsabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument tal-bastiment imsemmi,

11.3 ifassal rapport dwar l-attivitajiet li jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Bissaw. Dawn l-awtoritajiet, wara l-ipproċessar u fi żmien ġimgħa, għandhom jibagħtu kopja tar-rapport lid-Delegazzjoni tal-Kummisjoni Ewropea f’Bissaw.

12. Fi tmiem il-perjodu ta’ osservazzjoni u qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jagħmel rapport tal-attivitajiet li jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Bissaw b'kopja lill-Kummissjoni Eworpea. Dan jiffirmah quddiem il-kaptan li jista’ jżid jew jitlob li jiżdiedu bħala anness għalih il-kummenti kollha li huwa jqis li huma utli u jiffirma taħthom. Kopja tar-rapport tingħata lill-kaptan tal-bastiment qabel ma l-osservatur jitniżżel l-art.

13. Sid il-bastiment huwa responsabbli għall-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tal-osservaturi bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali, filwaqt li titqies l-istruttura tal-bastiment.

Bħala kontribut għall-ispejjeż li jinħolqu mill-preżenza tal-osservatur abbord, sid il-bastiment għandu jħallas lill-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw, flimkien mal-ħlas tat-tariffa, somma ta’ Eur 12 għal kull TGR fis-sena, pro rata temporis , għal kull bastiment involut fl-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw.

14. Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-osservatur jitħallsu mill-Ministeru

Kapitolu VIII– Osservaturi abbord il-bastimenti tas-sajd għat-tonn

Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw mill-aktar fis possibbli mal-pajjiżi interessati dwar id-definizzjoni ta’ sistema ta’ osservaturi reġjonali u l-għażla tal-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd kompetenti.

Kapitolu IX - Kontroll

1. Skont il-Kapitolu I, it-taqsima 2, il-punt 1, l-Unjoni Ewropea għandha żżomm lista aġġornata ta' bastimenti li nħarġitilhom liċenzja għas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tkun innotifikata lill-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw responsabbli għall-kontroll tas-sajd, hekk kif tiġi stabbilita u wara kull darba li tiġi aġġornata.

2. Il-bastimenti li jistadu għal speċijiet b'tendenza kbira li jpassu ħafna jitniżżlu fil-lista msemmija fil-punt preċedenti malli tasal in-notifika tal-ħlas bil-quddiem imsemmija fil-Kapitolu I, it-taqsima 2, il-punt 3 ta’ dan l-Anness. F’dan il-każ, kopja konformi tal-lista tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn għandha tintbagħat lis-sid u għandha tinżamm abbord minflok il-liċenzja tas-sajd sakemm tintbagħat din tal-aħħar mill-awtorità kompetenti tal-Ginea Bissaw.

3. Spezzjonijiet tekniċi għall-bastimenti tat-tkarkir

3.1 Darba fis-sena, kif ukoll wara bidliet fit-tunnellaġġ tiegħu jew bidliet fil-kategorija tas-sajd li titlob l-użu ta’ tipi ta’ rkaptu tas-sajd differenti, il-bastimenti tat-tkarkir tal-Unjoni kollha għandhom jidħlu fil-port tal-Ginea Bissaw sabiex isirulhom l-ispezzjonijiet kif previst mir-regolamenti fis-seħħ. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom isiru fi żmien 48 siegħa mill-wasla tal-bastiment fil-port.

3.2 Meta l-bastiment jinstab li huwa konformi, il-kaptan tal-bastiment jingħata ċertifikat, b’validità ugwali għal-liċenzja, li jiġi estiż awtomatikament għall-bastimenti li jġeddu l-liċenzja tagħhom matul dik is-sena. Madankollu il-perjodu massimu ta' validita ma jistax ikun ta' aktar minn sena. Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm dejjem abbord.

3.3 L-ispezzjoni teknika servi sabiex tivverifika l-konformità tal-karatteristiċi tekniċi u tal-irkaptu abbord u sabiex tivverifika li d-dispożizzjonijiet dwar l-ekwipaġġ ikunu ġew issodisfati.

3.4 L-ispejjeż marbuta mal-ispezzjoni għandhom jitħallsu mis-sid u huma stabbiliti skont ir-rati stabbiliti mir-regolamenti tal-Ginea Bissaw. Dawn ma jistgħux ikunu ogħla mis-somom normalment imħallsa mill-bastimenti l-oħrajn għall-istess servizzi.

3.5 In-nuqqas ta’ rispett tad-dispożizzjonijiet previsti fil-punti 3.1 u 3.2 hawn fuq iwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm is-sid jissodisfa dawn l-obbligi.

4. Dħul fiż-żona u ħruġ minnha:

Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea involuti f’attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Ginea Bissaw, skont il-Ftehim, għandhom jikkomunikaw lill-istazzjon tar-radju tal-Ministeru responsabbli mis-sajd id-data u l-ħin, kif ukoll il-pożizzjoni tagħhom waqt kull dħul fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw u l-ħruġ minnha.

Meta jinħarġu l-liċenzji, il-Ministeru tas-Sajd għandu jgħarraf lis-sidien bil-kodiċi tar-radju, il-frekwenza u l-ħinijiet tax-xogħol tal-istazzjon.

F’każ li r-radju ma jkunx jista’ jintuża, il-bastimenti jistgħu jużaw mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn, bħalma huma t-teleks, il-fax (bin-numru 20.11.57, in-numru 20.19.57, in-numru 20.69.50) jew it-telegramma.

4.1 Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jinnotifikaw, mill-inqas 24 siegħa qabel, lill-Ministeru bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw jew joħorġu minnha. Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn, dan il-perjodu jitnaqqas għal 6 sigħat.

4.2 Mal-avviż ta' ħruġ, kull bastiment għandu jikkomunika wkoll il-pożizzjoni tiegħu u l-volum u l-ispeċijiet tal-qabdiet miżmuma abbord. Dawn il-komunikazzjonijiet preferibbilment għandhom isiru bil-fax, u jekk ma jkunx possibbli, fil-każ tal-bastimenti li ma jkunux mgħammra b'fax, bir-radju jew bil-posta elettronika.

4.3 Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-Ministeru jitqies bħala bastiment mingħajr liċenzja.

4.4 In-numri tal-fax u tat-telefown kif ukoll l-indirizz elettroniku jingħataw ukoll meta tinħareġ il-liċenzja tas-sajd.

5. Proċeduri ta’ kontroll

5.1 Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu involuti f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tas-sajd tal-Ginea Bissaw, għandhom jippermettu u jiffaċilitaw it-tlugħ abbord u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal tal-Ginea Bissaw inkarigat mill-ispezzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd.

5.2. Dawn l-uffiċjali m’għandhomx jibqgħu abbord għal aktar mill-ħin meħtieġ sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.

5.3 Wara kull spezzjoni u kontroll, il-kaptan tal-bastiment għandu jingħata ċertifikat.

6. Tlugħ abbord il-bastimenti

6.1 Il-Ministeru għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Delegazzjoni tagħha fil-Ginea Bissaw, fi żmien massimu ta’ 48 siegħa, b’kull tlugħ abbord u b'kull applikazzjoni ta' penali fuq bastiment tal-Unjoni, fl-ilmijiet tas-sajd tal-Ginea Bissaw.

6.2 Fl-istess waqt, il-Kummissjoni Ewropea għandha tirċievi rapport fil-qosor dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal dan it-tlugħ abbord.

7. Rapport dwar it-tlugħ abbord

7.1 Il-kaptan tal-bastiment, wara li tinkiteb id-dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat kostali, għandu jiffirmaha.

7.2 Din il-firma ma tippreġudikax id-drittijiet u l-mezzi ta' difiża li l-kaptan tal-bastiment jista' juża fil-każ ta' ksur li jkun akkużat li wettaq.

7.3 Skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi fis-seħħ, il-kaptan jista’ jkun mitlub idaħħal il-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet kompetenti.

8. Laqgħa ta' informazzjoni f'każ ta' tlugħ abbord

8.1 Qabel ma jiġu kkunsidrati l-miżuri eventwali fil-konfront tal-kaptan jew tal-ekwipaġġ tal-bastiment jew kull azzjoni oħra li tikkonċerna l-merkanzija u l-irkaptu tal-bastiment, ħlief dawk maħsuba sabiex jinżammu l-provi dwar il-ksur allegat, għandha ssir laqgħa ta’ informazzjoni fuq talba tal-Unjoni, fi żmien jum ta’ xogħol minn meta jiġi riċevut dan it-tagħrif, bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Ministeru, bil-parteċipazzjoni possibbli ta’ rappreżentant tal-Istat Membru kkonċernat.

8.2 Matul din il-laqgħa, il-Partijiet għandhom jiskambjaw bejniethom id-dokumentazzjoni kollha jew kwalunkwe informazzjoni utli li tista' tgħin biex tiċċara ċ-ċirkostanzi tal-fatti allegati. Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiġi infurmat dwar l-eżitu ta' din il-laqgħa kif ukoll dwar kwalunkwe miżura li tista’ tirriżulta mill-ispezzjoni.

9. Regolazzjoni tat-tlugħ abbord

9.1 Qabel ma tinbeda xi proċedura legali, għandu jkun hemm sforz sabiex il-ksur allegat jiġi rranġat permezz ta’ soluzzjoni bonarja. Din il-proċedura għandha tintemm sa mhux aktar tard minn erbat ijiem ta’ xogħol mit-tlugħ abbord.

9.2 F’każ ta’ soluzzjoni bonarja, l-ammont tal-multa applikata għandu jkun iddeterminat skont ir-regoli tal-Ginea Bissaw.

9.3 F'każ li t-tilwima ma setgħetx tissolva bonarjament u f'każ li titressaq quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment għandu jagħmel garanzija bankarja ma' bank magħżul mill-Ministeru, f'ammont li għandu jiġi ffissat b'kunsiderazzjoni għall-kostijiet konnessi mat-tlugħ abbord kif ukoll l-ammont tal-multa u tal-kumpens li jistgħu jeħlu dawk responsabbli għall-ksur.

9.4 Il-garanzija bankarja tkun irrevokabbli qabel ma tintemm il-proċedura ġudizzjarja. Hija tiġi rilaxxata jekk il-proċedura tintemm mingħajr kundanna. Bl-istess mod, f'każ ta' kundanna li twassal għal multa inferjuri għall-garanzija depożitata, id-differenza tingħata lura mill-Ministeru.

9.5 Il-bastiment għandu jinħeles, u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:

- kemm jekk jissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mis-soluzzjoni bonarja;

- kemm wara d-depożitu tal-garanzija bankarja msemmija fil-punt 9.3 aktar 'il fuq u l-aċċettazzjoni tagħha mill-Ministeru, waqt li tkun mistennija t-tkomplija tal-proċedura ġudizzjarja.

10. Osservanza tar-regolamenti

L-informazzjoni kollha rigward il-ksur imwettaq mill-bastimenti tal-Unjoni għandha tkun ikkomunikata regolarment lill-Kummissjoni, permezz tad-Delegazzjoni.

11. Trasbord

11.1 Kull bastiment tal-Unjoni li jixtieq jagħmel trasbord tal-qabdiet fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw għandu jagħmel dan fil-portijiet tal-Ginea Bissaw.

11.2 Is-sidien ta’ dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw lill-Ministeru, mill-inqas 24 siegħa qabel, l-informazzjoni li ġejja:

- l-isem tal-bastimenti tas-sajd li jkunu ser iwettqu t-trasbord;

- l-isem tal-bastiment tal-merkanzija;

- it-tunnellaġġ skont l-ispeċi li tkun ser tiġi ttrasbordati;

- il-jum at-trasbord.

11.3 It-trasbord jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw. Il-bastimenti għandhom għalhekk jagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea Bissaw u jinnotifikawhom bl-intenzjoni tagħhom, jiġifieri jew li jkomplu jistadu jew li joħorġu miż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissaw.

11.4 Kull operazzjoni ta’ trasbord tal-qabdiet li mhix imsemmija fil-punti hawn fuq mhijex permessa fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw. Kull persuna li ma tħarisx din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għal penali stabbilita bir-regolamenti fis-seħħ fil-Ginea Bissaw.

12. Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni li huma involuti f’operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew ta’ trasbord f’port tal-Ginea Bissaw għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-ispezzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi tal-Ginea Bissaw. Wara kull spezzjoni u kontroll fil-port, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment

Kapitolu X – Monitoraġġ bis-satellita tal-bastimenti tas-sajd

Iż-żewġ Partijiet jintrabtu fi ħdan il-Kumitat Konġunt li jiddefinixxu l-modalitajiet ta' monitoraġġ bis-satellita tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu fil-kuntest ta' dan il-Ftehim meta l-kundizzjonijiet tekniċi jinġabru flimkien.

APPENDIċI

1 – Formola ta’ applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd

2 – Statistika tal-qabdiet u tal-isforz

3 - Ġurnal ta’ abbord tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn

Appendiċi 1

FORMOLA

TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL-LIĊENZJA

TAS-SAJD

Għall-użu uffiċjali biss | Rimarki |

Nazzjonalità………………………………….. Numru tal-liċenzja ……………………………. Data tal-firma ……………………………… Data tal-ħruġ …………………. | ……………………………………………….. ……………………………………………….. ……………………………………………….. ………………………………………………... |

APPLIKANT

Isem il-kumpanija:

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija:

Isem u kunjom ta’ min hu responsabbli:

Data u post tat-twelid:

Professjoni:

Indirizz:

Numru ta’ impjegati:

Isem u indirizz tal-aġent:

BASTIMENT

Tip ta’ bastiment: Numru tar-reġistrazzjoni:

Isem ġdid: Isem antik:

Data u post tal-kostruzzjoni:

Nazzjonalità tal-oriġini:

Tul: Wisa’: Fond:

Tunnellaġġ gross: Tunnellaġġ nett:

Tip tal-materjal tal-kostruzzjoni:

Marka tal-magna prinċipali: Tip: Saħħa tal-magna f’HP :

Skrun : Fiss: ( Varjabbli: ( Żennuna: (

Veloċità:

Kodiċi tar-radju: Frekwenza :

Lista tal-istrumenti tas-sondar, navigazzjoni u trasmissjoni:

Radar: ( Sonar: ( skandaljar bil-lett, sonda tax-xibka: (

VHF: ( SSB: ( Navigazzjoni-satellita: ( Oħrajn:

Numru ta’ baħrin :

METODU TA’ KONSERVAZZJONI

Silġ: ( Silġ u tkessiħ: (

Iffriżar: fis-salmura: ( niexef: ( fl-ilma baħar imkessaħ: (

Qawwa totali tat-tkessiħ:

Kapaċità ta’ friża kull 24 siegħa (f’tunnellati):

Kapaċità tal-istivi:

TIP TA’ SAJD

A. Sajd demersali

Sajd demersali max-xatt: ( Sajd demersali fil-fond: (

tip ta’ xibka tat-tkarkir:

għaċ-ċefalopodi: ( għall-gambli: ( għall-ħut: (

Tul tax-xibka tat-tkarkir: Tul tal-lett:

Daqs tal-malji fil-manka:

Daqs tal-malji fil-ġwienaħ:

Veloċità tat-tkarkir:

B. Sajd għall-ħut pelaġiku kbir (tonn)

Bil-qasab : ( Numru ta’ qasab u lenez: (

Bit-tartarun: ( Tul tax-xibka tat-tkarkir: Fond tax-xibka:

Numru ta’ tankijiet: Kapaċità f’tunnellati:

C. Sajd bil-konz u n-nases

Tal-wiċċ: ( tal-qiegħ: (

Tul tal-lenza: Numru ta’ snanar:

Numru ta' lenez:

Numru ta’ nases:

IMPJANT FUQ L-ART

Indirizz u numru ta’ awtorizzazzjoni:

Isem il-kumpanija:

Attivitajiet:

Kummerċ intern tal-ħut bl-ingrossa: ( ta’ esportazzjoni: (

Tip u numru tal-liċenzja tal-kummerċ bl-ingrossa:

Deskrizzjoni tal-impjant tal-ipproċessar u l-konservazzjoni:

Numru ta’ impjegati

N.B. Għal kull tweġiba affermattiva, agħmel salib fil-kaxex apposta.

Kummenti tekniċi

Awtorizzazzjoni mill-Ministeru tal-Istat

Appendiċi 2

MINISTERU TAS-SAJD STATISTIĊI TAL-QABDIET U TAL-ISFORZ TAS-SAJD Xahar: Sena:

Isem tal-bastiment: | Qawwa tal-magna: | Metodu tas-sajd: |

Nazzjonalità: | Tunellaġġ gross (tunnellati) : | Port tal-ħatt l-art: |

Data | Żona tas-sajd | Numru ta’ refgħat tax-xbieki | Numru ta’ sigħat ta’ sajd | Speċijiet ta’ ħut |

ĠURNAL TA’ ABBORD TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN | Konz |

1. Żona tas-sajd |

Lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linja bażi, inkluża ż-żona ta’ ġestjoni komuni bejn il-Ginea Bissaw u s-Senegal, mit-Tramuntana sal-ażimut 268°. |

2. Irkaptu awtorizzat |

Xibka tat-tkarkir standard u rkaptu selettiv ieħor huma awtorizzati. Is-sajd bl-outriggers huwa awtorizzat. Huwa pprojbit l-użu, għal kull tip ta’ rkaptu, ta’ mezzi jew tagħmir kollu li jimblukkaw il-malji tax-xibka jew li jnaqqsu l-azzjoni selettiva tagħhom. Madankollu, bil-għan li jiġi evitat li x-xbiek jitherrew jew jiċċarrtu, huwa permess li jitwaħħlu esklussivament taħt il-parti ta’ isfel tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir fil-fond, sottovesti ta’ protezzjoni tax-xibka jew materjal ieħor. Dawn is-sottovesti għandhom jitwaħħlu biss mal-parti ta’ quddiem u mal-ġnub tal-manka tax-xbiek tat-tkarkir. Għall-parti ta’ fuq tax-xbieki huwa permess li jintuża tagħmir ta’ protezzjoni, bil-kundizzjoni li jikkonsisti f’biċċa waħda biss tax-xibka mill-istess materjal tal-manka, bil-malji stirati jkunu tal-anqas tliet mitt millimetru. L-irduppjar tal-ħajt, sempliċi jew immaljat, li jikkostitwixxu l-manka tax-xibka tat-tkarkir mhuwiex permess. |

3. Daqs minimu tal-malji awtorizzat |

70 mm |

4. L-irkupru bijoloġiku |

Skont il-leġiżlazzjoni tal-Ginea Bissaw. F’każ ta’ nuqqas ta’ dispożizzjonijiet fir-regolamentazzjoni tal-Ginea Bissaw, iż-żewġ Partijiet għandhom jaqblu fi ħdan il-Kumitat konġunt u abbażi tal-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli u approvati mil-laqgħa xjentifika konġunta dwar il-perjodu l-aktar adattat għall-irkupru bijoloġiku. |

5. Qabdiet inċidentali |

Skont il-leġiżlazzjoni tal-Ginea Bissaw: Il-bastimenti tal-ħut ma jistgħux iżommu abbord aktar minn 9 % krustaċji jew 9 % ċefalopodi fuq totalità tal-qbid li sar fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw fi tmiem vjaġġ kif iddefinit fil-Kapitolu III tal-Anness għal dan il-Protokoll. Il-bastimenti tas-sajd għaċ-ċefalopodi ma jistgħux iżommu abbord aktar minn 9% krustaċji fuq totalità tal-qbid li sar fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw fi tmiem vjaġġ kif iddefinit fil-Kapitolu III tal-Anness għal dan il-Protokoll. F’każ li dawn il-perċentwali jaqbżu l-qabdiet inċidentali awtorizzati, għandhom ikunu imposti penali skont il-leġiżlazzjoni tal-Ginea Bissaw. Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kumitat Konġunt biex eventwalment jadattaw ir-rata awtorizzata. |

6. Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi |

Tunnellaġġ awtorizzat (TGR) fis-sena | 4.400 |

Tariffi f’EUR għal kull TGR fis-sena | EUR 229/ TGR/sena Fil-każ ta’ liċenzji trimestrali jew semestrali, it-tariffi jiġu kkalkulati pro rata temporis u miżjuda bi 3 % jew 2 % rispettivament biex ikopru l-ispejjeż rikorrenti għall-ħruġ tal-liċenzji. |

7. Rimarki: |

Il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attività tas-sajd tal-bastimenti huma dawk definiti fl-Anness għall-Protokoll. |

SKEDA 2 - KATEGORIJA TA’ SAJD 2: BASTIMENTI TAT-TKARKIR GĦALL-GAMBLI |

1. Żona tas-sajd |

Lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji bażi, inkluża ż-żona ta’ ġestjoni konġunta bejn il-Ginea Bissaw u s-Senegal, mit-Tramuntana sal-ażimut 268º . |

2. Irkaptu awtorizzat |

Xibka tat-tkarkir standard u rkaptu selettiv ieħor huma awtorizzati. Is-sajd bl-outriggers huwa awtorizzat. Huwa pprojbit l-użu, għal kull tip ta’ rkaptu, ta’ mezzi jew tagħmir kollu li jimblukkaw il-malji tax-xibka jew li jnaqqsu l-azzjoni selettiva tagħhom. Madankollu, bil-għan li jiġi evitat li x-xbiek jitherrew jew jiċċarrtu, huwa permess li jitwaħħlu esklussivament taħt il-parti ta’ isfel tal-manka tax-xbieki tat-tkarkir fil-fond, sottovesti ta’ protezzjoni tax-xibka jew materjal ieħor. Dawn is-sottovesti għandhom jitwaħħlu biss mal-parti ta’ quddiem u mal-ġnub tal-manka tax-xbiek tat-tkarkir. Għall-parti ta’ fuq tax-xbieki huwa permess li jintuża tagħmir ta’ protezzjoni, bil-kundizzjoni li jikkonsisti f’biċċa waħda biss tax-xibka mill-istess materjal tal-manka, bil-malji stirati jkunu tal-anqas tliet mitt millimetru. L-irduppjar tal-ħajt, sempliċi jew immaljat, li jikkostitwixxu l-manka tax-xibka tat-tkarkir mhuwiex permess. |

3. Daqs minimu tal-malji awtorizzat |

40 mm. Il-Ginea Bissaw tintrabat li temenda l-leġiżlazzjoni tagħha sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll bil-ħsieb li l-malji tax-xibka jkunu 50 mm, skont il-leġiżlazzjonijiet eżistenti fis-sottoreġjun, u li jkun japplika għall-flotot kollha li jistadu għall-krustaċji u li joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw. ] |

4. L-irkupru bijoloġiku |

Skont ir-regolamentazzjoni tal-Ginea Bissaw. F’każ ta’ nuqqas ta’ dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni tal-Ginea Bissaw, iż-żewġ Partijiet għandhom jaqblu fi ħdan il-Kumitat Konġunt u abbażi tal-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli u approvati mil-laqgħa xjentifika konġunta dwar il-perjodu l-aktar adattat għall-waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi. |

5. Qabdiet inċidentali |

Skont ir-regolamentazzjoni tal-Ginea Bissaw: Il-bastimenti tas-sajd għall-gambli ma jistgħux iżommu abbord aktar minn 50% ċefalopodi jew ħut fuq totalità tal-qbid li sar fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw fi tmiem vjaġġ kif iddefinit fil-Kapitolu III tal-Anness għal dan il-Protokoll. F’każ li dawn il-perċentwali jaqbżu l-qabdiet inċidentali awtorizzati, għandhom ikunu imposti penali skont il-leġiżlazzjoni tal-Ginea Bissaw. |

6. Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi |

Tunnellaġġ awtorizzat (TGR) fis-sena | 4.400 |

Tariffi f’EUR għal kull TGR fis-sena | EUR 307/ TGR/sena Fil-każ ta’ liċenzji trimestrali jew semestrali, it-tariffi jiġu kkalkulati pro rata temporis u miżjuda bi 3% jew 2% rispettivament biex ikopru l-ispejjeż rikorrenti għall-ħruġ tal-liċenzji. |

7. Rimarki: |

Il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attività tas-sajd tal-bastimenti huma dawk definiti fl-Anness għall-Protokoll. |

SKEDA 3 - KATEGORIJA TA’ SAJD 3: BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIL-QASAB U X-XLIEF |

1. Żona tas-sajd: |

Lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji bażi, inkluża ż-żona ta’ ġestjoni komuni bejn il-Ginea Bissaw u s-Senegal, mit-Tramuntana sal-ażimut 268º. Il-bastimenti li jistadu għat-tonn bil-qasab u x-xlief għandhom ikunu awtorizzati li jistadu għal-lixka ħajja bil-ħsieb li jwettqu l-attivitajiet tagħhom tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw. |

2. Irkaptu awtorizzat u miżuri tekniċi: |

Qasab Purse seines b’lixka ħajja: 16 mm Il-bastimenti li jistadu għal speċijiet b'tendenza kbira li jpassu ħafna għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT), għal dak li għandu x’jaqsam mal-irkaptu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom. |

3. Qabdiet inċidentali: |

Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO f’dan il-qasam, is-sajd tal-ispeċi selaċju (Cetorhinus maximus), great white shark (Carcharodon carcharias), sand tiger shark (Carcharias taurus) u tope shark (Galeorhinus galeus) mhux permess. |

4. Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi: |

Tariffa għal kull tunnellata maqbuda | EUR 25/tunnellata |

Kontribuzzjoni finanzjarja annwali: | EUR 500 għal 20 tunnellata |

Numru ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd | 14 |

5. Rimarki: |

Il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attività tas-sajd tal-bastimenti huma dawk definiti fl-Anness għall-Protokoll. |

SKEDA 4 - KATEGORIJA TA’ SAJD 4: BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUN U BIL-FRIŻA U BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ |

1. Żona tas-sajd: |

Lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji bażi, inkluża ż-żona ta’ ġestjoni komuni bejn il-Ginea Bissaw u s-Senegal, mit-Tramuntana sal-ażimut 268º. |

2. Irkaptu awtorizzat u miżuri tekniċi: |

Tartarun + konz tal-wiċċ Il-bastimenti li jistadu għal speċijiet b'tendenza kbira li jpassu ħafna għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT), għal dak li għandu x’jaqsam mal-irkaptu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom. |

3. Daqs minimu tal-malji awtorizzat |

Standards rakkomandati mill-ICCAT |

4. Qabdiet inċidentali: |

Fir-rigward tar-rakkomandazzonijiet tal-ICCAT u tal-FAO f’dan il-qasam, is-sajd tal-gabdoll (Cetorhinus maximus), il-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias), it-tawru (Carcharias taurus) u l-kelb il-baħar (Galeorhinus galeus) mhux permess |

5. Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi: |

Tariffa għal kull tunnellata maqbuda | EUR 35/tunnellata |

Kontribuzzjoni finanzjarja annwali: | EUR 3 150 għal 90 tunnellata |

Numru ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd | 23 |

6. Rimarki: |

Il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attività tas-sajd tal-bastimenti huma dawk definiti fl-Anness għall-Protokoll. |

Anness III:

Elementi bażiċi dwar l-għanijiet u l-indikaturi tar-rendiment li għandhom jiġu rispettati fil-kuntest tal-Artikoli 3, 8 u 9 tal-Protokoll

Prijoritajiet strateġiċi u għanijiet | Indikaturi |

1. Titjib tal-kundizzjonijiet sanitarji għall-iżvilupp tas-settur tas-sajd |

Tħejjija biex tinkiseb approvazzjoni għall-esportazzjoni | Żvilupp/adozzjoni mill-Parlament u implimentazzjoni ta’ regolamentazzjoni dwar il-kundizzjonijiet minimi tal-iġjene u sanità applikabbli għall-bastimenti industrijali, għall-kenuri u għall-impriżi tas-sajd Twaqqif tal-Awtorità Kompetenti Konformità tas- Centro de Investigação Pesqueira Aplicada (CIPA) mal-istandards (ISO 9000) Laboratorju mgħammar biex iwettaq l-analiżi mikrobijoloġika u kimika Pjan ta’ monitoraġġ u ta’ analiżi tal-gambli (PNVAR 2008) adottat u integrat fil-leġiżlazzjoni Numru ta’ spetturi sanitarji mħarrġa Numru ta’ uffiċjali sanitarji u tal-Ministeru tas-sajd imħarrġa fl-istandards iġjeniċi Approvazzjoni miksuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea |

1.1 Modernizzazzjoni u adattament għall-istandards sanitarji tal-flotta industrijali u tal-flotta artiġjanali | Numru ta’ bastimenti industrijali konformi mal-istandards Numru ta’ kenuri tal-injam sostitwiti b’kenuri magħmula b’materjali adatti (f’valur assolut u f’%) Numru ta’ kenuri mgħammra b’kaxxi tas-silġ Żieda fin-numru ta’ punti ta’ ħatt l-art Bastimenti artiġjanali u bastimenti għas-sajd kostali miġjuba f’konformità mal-istandards sanitarji (numru f’valur assolut u f’%) |

1.2 Żvilupp tal-infrastrutturi, b’mod partikolari l-infrastrutturi tal-port | Riabilitazzjoni tal-port ta’ Bissaw u estensjoni tal-port tas-sajd Riabilitazzjoni skont l-istandards tas-suq tal-ħut tal-port għall-ħatt l-art tal-qabdiet tas-sajd artiġjanali u industrijali Konformità tal-port ta’ Bissaw mal-istandards internazzjonali (ratifika tal-Konvenzjoni OLAS) Tneħħija ta’ bastimenti mkissrin mill-port |

1.3 Promozzjoni tal-prodotti tas-sajd (kundizzjonijiet sanitarji u fitosanitarji tal-prodotti mħatta l-art u pproċessati). | Sistema ta’ spezzjoni tal-prodotti tas-sajd adattata u operattiva Sensibilizzazzjoni tal-atturi għar-regoli tal-iġjene (numru ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ organizzati u numru ta’ persuni mħarrġa) Laboratorju għall-analiżi operattiv Numru ta’ siti żviluppati għall-ħatt l-art u l-ipproċessar artiġjanali Promozzjoni ta’ sħubiji tekniċi u kummerċjali ma’ operaturi privati barranin Tnedija tal-proċess ta’ tikkettar ekoloġiku tal-prodotti tal-Ginea Bissaw |

2. Titjib tal-monitoraġġ, kontroll u sorveljanza taż-żona tas-sajd |

Titjib tal-qafas ġuridiku | Adozzjoni ta’ Ftehim bejn il-Ministeru tas-Sajd u dak tad-Difiża rigward is-sorveljanza u l-kontroll Adozzjoni u implimentazzjoni ta’ Pjan Nazzjonali ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza |

2.1 Tisħiħ tal-monitoraġġ, kontroll u sorveljanza | Ħolqien ta’ korp operattiv ta’ kontrolluri indipendenti marbuta b’ġurament (numru ta’ persuni impjegati u mħarrġa) u allokazzjoni korrispondenti tal-baġit imdaħħla fil-liġi finanzjarja Numru ta’ jiem ta’ sorveljanza fuq il-baħar: 250 jum/sena fi tmiem il-perjodu ta’ żmien tal-Protokoll Numru ta’ spezzjonijiet fil-port u fuq il-baħar Numru ta’ spezzjonijiet mill-ajru Numru ta’ bullettini statistiċi ppubblikati Rata ta’ kopertura tar-radar Rata ta’ kopertura tal-VMS tal-flotta kollha Implimentazzjoni ta’ programm ta’ taħriġ adattat għat-tekniki ta’ sorveljanza (numru ta’ sigħat ta’ taħriġ, numru ta’ tekniċi mħarrġa, eċċ.) |

2.2 Monitoraġġ tat-tlugħ abbord il-bastimenti | Titjib tat-trasparenza tas-sistema tat-tlugħ abbord, tal-penali u tal-ħlas ta’ multi Titjib tar-regoli dwar il-ħlas tal-multi u introduzzjoni ta’ projbizzjoni ta’ ħlas tal-multi għajr dawk finanzjarji Titjib tas-sistema tal-ġbir tal-multi Pubblikazzjoni tal-istatistika annwali tal-multi miġbura Twaqqif ta’ lista sewda ta’ bastimenti li fuqhom ġew imposti sanzjonijiet Żvilupp u pubblikazzjoni annwali ta’ statistika dwar sanzjonijiet Pubblikazzjoni ta’ rapport annwali tal-FISCAP |

3. Titjib tal-ġestjoni tas-sajd |

Ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-gambli u ċ-ċefalopodi | Żamma fl-2007 tal-ftehimiet eżistenti mal-pajjiżi terzi u l-Unjoni Ewropea. Madankollu, f’każ li ma jintużawx l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lil pajjiżi terzi fl-1 ta’ Jannar 2007, dawn l-opportunitajiet ma għandhomx ikunu mobilizzati għas-sena 2008 u għas-snin sussegwenti. L-ebda opportunità tas-sajd mhi se tingħata lill-bastimenti tas-sajd mikrija. Abbandun definittiv u terminazzjoni formali ta’ kull ftehim ma’ kumpaniji jew assoċjazzjonijiet/impriżi Ewropej fi żmien tletin jum mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. |

3.1 Modernizzazzjoni u tisħiħ tar-riċerka tas-sajd | Tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ riċerka tas-CIPA |

3.2 Titjib fl-għarfien fil-qasam tas-sajd | Sajd tat-tkarkir annwali mwettaq Numru ta’ stokkijiet evalwati Numru ta’ programmi ta’ riċerka Numru ta’ rakkomandazzjonijiet maħruġa u segwiti dwar l-istat tar-riżorsi prinċipali (b’mod partikolari miżuri ta’ ffriżar u konservazzjoni tal-istokkijiet sfruttati żżejjed) Evalwazzjoni tal-isforzi tas-sajd annwali għall-ispeċijiet li huma suġġetti għal pjan ta’ żvilupp Sistema ta’ ġestjoni tal-isforz tas-sajd operattiv (twaqqif ta’ bażi ta' dejta, strumenti ta’ monitoraġġ statistiku, twaqqif ta’ netwerks ta’ servizzi responsabbli mill-ġestjoni tal-flotta, pubblikazzjoni tal-bullettini statistiċi, eċċ.) |

3.3 Żvilupp ikkontrollat tas-sajd | Adozzjoni ta’ Pjan Annwali ta’ ġestjoni tas-sajd industrijali qabel il-bidu tas-sena kkonċernata. Adozzjoni u implimentazzjoni ta’ pjan ta’ żvilupp dwar riżorsi sfruttati żżejjed Żamma ta’ skedi tal-bastimenti fiż-Żona Ekonomika Esklussiva, li jinkludu s-sajd artiġjanali Numru ta’ pjanijiet ta’ żvilupp imfassla, implimentati u evalwati |

3.4 Titjib fl-effikaċja tas-servizzi tekniċi tal-Ministeru tas-Sajd u tal-Ekonomija Marittima u tas-servizzi li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tas-settur; | Tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi Tfassil u applikazzjoni ta’ programm ta’ taħriġ u taħriġ mill-ġdid (numru ta’ aġenti mħarrġa, numru ta’ sigħat ta’ taħriġ, eċċ.) Tisħiħ ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni, konsultazzjoni u kooperazzjoni mal-imsieħba Tisħiħ tas-sistema ta’ ġbir ta’ dejta u ta’ monitoraġġ statistiku tas-sajd |

3.5 Tisħiħ tas-sistema ta’ ġestjoni tal-liċenzji u ta’ monitoraġġ tal-bastimenti. | Numru ta’ sigħat ta’ taħriġ għat-tekniċi Numru ta’ tekniċi mħarrġa. Tnedija tas-servizzi u tal-istatistika fuq in-netwerk |

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1. Isem tal-proposta/inizjattiva

1.2. Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4. Għan(ijiet)

1.5. Ġustifikazzjoni(jiet) għall-proposta/inizjattiva

1.6. Tul tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju tagħha

1.7. Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1. Dispożizzjonijiet ta’ monitoraġġ u rappurtar

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1. Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja(i) baġitarja(i) tal-infiq affettwat

3.2. Impatt stmat fuq l-infiq

3.2.1. Sinteżi tal-impatt stmat fuq l-infiq

3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.4. Kompatibbiltà mal-pjan finanzjarju attwali

3.2.5. Parteċipazzjoni minn terzi fil-finanzjament

3.3. Impatt stmat fuq id-dħul

QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Titlu tal-proposta/inizjattiva

Proposta ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw.

Il-qasam/l-oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB [7]

11. – Affarijiet marittimi u sajd

11.03 - Sajd internazzjonali u liġi tal-baħar

Natura tal-proposta/inizjattiva

( Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

( Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida wara proġett pilota / azzjoni ta’ tħejjija [8]

X Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

( Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni direzzjonata mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

Għanijiet

L-għan(ijiet) stateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni msemmi(ja) mill-proposta/inizjattiva

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet tas-sajd ma’ pajjiżi terzi jwieġbu għall-għan ġenerali li jżommu u jħarsu l-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-flotta tas-sajd f’ilmijiet imbiegħda, u li jiġu żviluppati relazzjonijiet fi spirtu ta’ sħubija bl-għan li jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi ta’ ħut lil hinn mill-ilmijiet tal-UE.

Il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd (FPA) jiżguraw ukoll il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji li jsiru f’politiki oħra Ewropej (użu sostenibbli ta’ riżorsi ta’ Stati terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux irregolat (IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi msieħba fl-ekonomija globali, kif ukoll governanza aħjar tas-sajd fuq il-livell politiku u finanzjarju).

Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u attività/attiv itajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata(i)

Għan speċifiku nru 1[9]

Li jkun hemm kontribuzzjoni għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet mhux tal-Unjoni, li l-Ewropa żżomm il-preżenza tagħha f’sajd li jsir f’ilmijiet imbiegħda u li jkunu mħarsa l-interessi tas-settur Ewropew tas-sajd u tal-konsumaturi permezz ta’ negozjati u l-konklużjoni ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-sajd ma’ Stati mal-kosta, skont politiki oħra Ewropej.

Attività/attivitajiet AMB/ABB kkonċernata/i

L-affarijiet marittimi u s-sajd, is-sajd internazzjonali u l-Liġi dwar il-baħar, ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd (intestatura tal-baġit 11.0301)

Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

L-ispeċifikazzjoni tal-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/il-popolazzjoni msemmija.

Il-konklużjoni tal-Protokoll tikkontribwixxi biex jinżamm il-livell preċedenti tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti Ewropej fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw.

Il-Protokoll jikkontribwixxi wkoll għall-aħjar ġestjoni u konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni ta’ programmi adottati fuq livell nazzjonali mill-pajjiż imsieħeb.

Indikaturi tar-riżultati u l-impatti

Rata ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd (% tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd użati meta mqabbla mad-disponibbiltà offruta mill-Protokoll);

Ġbir u analiżi tad-dejta dwar il-qabdiet u tal-valur kummmerċjali tal-ftehim;

Kontribuzzjoni għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-Unjoni u għall-istabilizzazzjoni tas-suq tal-Unjoni (flimkien ma’ FPA oħrajn);

Numru ta’ laqgħat tekniċi u ta’ kumitati konġunti.

Raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva

Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi(u) ssodisfatt(i) fuq perjodu ta’ żmien qasir jew twil

Il-Protokoll għall-perjodu 2007-2011 skada fil-15 ta’ Ġunju 2011. Il-Protokoll il-ġdid ikopri l-perjodu bejn is-16 ta’ Ġunju 2011 u l-15 ta’ Ġunju 2012. Proċedura dwar l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ deċiżjoni għall-applikazzjoni proviżorja tiegħu tinbeda b’mod parallel ma’ din il-proċedura.

Il-Protokoll il-ġdid se jippermetti li jiġi provdut qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Ewropea u b’mod partikolari, se jippermetti lis-sidien tal-bastimenti jiksbu awtorizzazzjonijiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea Bissaw mis-16 ta’ Ġunju 2011. Barra minn hekk, il-Protokoll il-ġdid isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ginea Bissaw bl-għan li jippromwovi l-iżvilupp ta’ politika ta’ sajd sostenibbli.

Il-valur miżjud tal-involviment Komunitarju

F’dak li jirrigwarda dan il-Protokoll il-ġdid, in-nuqqas ta’ intervent mill-Unjoni iwassal għal ftehimiet privati li ma jagħtux garanzija ta’ sajd sostenibbli. L-Unjoni Ewropea tispera wkoll li b’dan il-Protokoll, il-Ginea Bissaw tkompli tikkoopera b’mod effikaċi mal-Unjoni għal sajd sostenibbli.

Il-fondi tal-Protokoll se jippermettu wkoll lill-Ginea Bissaw li tkompli bl-isforzi fl-ippjanar strateġiku għall-implimentazzjoni tal-politiki tagħha fil-qasam tas-sajd.

Il-lezzjonijiet li ħarġu minn esperjenzi simili

Il-Partijiet iddeċidew li jadottaw Protokoll għal sena li matulu huma sejrin jevalwaw il-prospetti ta’ Protokoll futur aktar fit-tul. Għaldaqstant ma kienx hemm il-ħtieġa li jinbidlu l-opportunitajiet tas-sajd, minħabba li l-pariri xjentifiċi ma ssuġġerewx bidla bħal din. Għalhekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja inżammet fl-istess livell tal-Protokoll preċedenti.

Kompatibilità u sinerġija possibbli ma’ strumenti finanzjarji oħrajn

Il-fondi mħallsa skont il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd huma magħmula minn dħul funġibbli fil-baġits tal-imsieħba ġejjin minn Stati terzi. Madankollu, l-allokazzjoni ta’ parti minn dawn il-fondi għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet fil-qasam tal-politika settorjali tal-pajjiż hija kundizzjoni għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-FPAs. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament minn donaturi oħra ta’ fondi internazzjonali biex iwettqu proġetti u/jew programmi fuq livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.

Tul tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju tagħha

X Proposta/inizjattiva għal perjodu ta’ żmien limitat.

X Proposta/inizjattiva fis-seħħ mis-16 ta’ Ġunju 2011 sal-15 ta’ Ġunju 2012.

X Impatt finanzjarju mill-2011 sal-2012

( Proposta/inizjattiva għal perjodu ta’ żmien illimitat

- Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn [SSSS] sa [SSSS],

- segwit minn tħaddim sħiħ.

(Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i) [10]

x Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

( Ġestjoni indiretta ċentralizzata b’delega ta’ kompiti implimentattivi lil:

- ( aġenziji eżekuttivi

- ( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet [11]

- ( korpi nazzjonali pubbliċi/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

- ( persuni inkarigati mill-eżekuzzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, identifikati fl-att bażiku kkonċernat skont l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

( Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

( Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li għad iridu jiġu speċifikati)

Jekk ikunu indikati diversi metodi ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok speċifika fit-taqsima “Rimarki”.

Rimarki

[…]

MIŻURI TA’ ĠESTJONI

Dispożizzjonijiet ta’ monitoraġġ u rappurtaġġ

Għandhom jiġu speċifikati l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (DĠ MARE, b’kollaborazzjoni mal-espert tas-sajd tagħha bbażat f’Dakar u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’Bissaw) sejra tiżgura monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, speċjalment f’termini ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi u f’termini ta’ dejta dwar il-qbid.

Barra minn hekk, il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat konġunt li matulha l-Kummissjoni u l-pajjiż terz jevalwaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu u jagħmlu, fejn ikun meħtieġ, aġġustamenti fil-programmazzjoni u, fejn xieraq, fil-kontribuzzjoni finanzjarja.

Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

Riskju/i identifikat(i)

L-implimentazzjoni ta’ Protokoll tas-sajd iġġib magħha ċertu numru ta’ riskji, pereżempju: l-ammonti maħsuba għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd mhumiex allokati kif miftiehem (nuqqas ta’ programmazzjoni).

Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Huwa previst djalogu formali bbażat fuq il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali. L-analiżi konġunta tar-riżultati msemmija fil-paragrafu 2.1 tagħmel ukoll parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll.

Barra minn hekk, il-Protokoll fih klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tiegħu, taħt ċerti kundizzjonijiet u f’ċirkostanzi determinati.

Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri għall-prevenzjoni u l-protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-Kummissjoni tintrabat li tipprova tistabbilixxi djalogu politiku permanenti u konsultazzjoni sabiex tkun tista’ ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Fil-każijiet kollha, kwalunkwe ħlas li jsir mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ Ftehim dwar is-Sajd huwa suġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji normali tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li jiġu identifikati b’mod komplut il-kontijiet bankarji tal-Istati terzi li fihom ikunu depożitati l-ammonti tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Fil-każ speċifiku tal-Protokoll partikolari, l-Artikolu 2(8) jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja kollha għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku li jkun infetaħ minn istituzzjoni finanzjarja maħtura mill-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw.

IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u intestatura/i tal-baġit ta’ nefqa affettwata/i

- Intestaturi tal-baġit eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-intestatura tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Intestatura tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Parteċipazzjoni |

Numru [Deskrizzjoni………………………………………...] | AD/AMD [12] | mill-pajjiżi tal-EFTA [13] | mill-pajjiżi kandidati [14] | Minn pajjiżi terzi | skont l-Artikolu 18.1.(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

2 | 11.0301 Ftehimiet internazzjonali fil-qasam tas-sajd | AD | LE | LE | LE | LE |

- Intestaturi tal-baġit ġodda mitluba

(mhux applikabbli)

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-intestatura baġitarja.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Intestatura tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Parteċipazzjoni |

Numru [Deskrizzjoni ……………………………………...…] | AD/AMD | mill-pajjiżi tal-EFTA | mill-pajjiżi kandidati | Minn pajjiżi terzi | skont l-Artikolu 18.1.(aa) tar-Regolament Finanzjarju |

[…] | [XX.YY.YY.YY] […] | […] | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE |

Impatt stmat fuq in-nefqa

Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta’ Euro (sa 4 punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | 2 | Konservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali |

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

( Impjiegi tat-Tabella tal-Persunal (karigi ta’ uffiċjali u ta’ aġenti temporanji) |

xx 01 01 01 (fil-kwartieri ġenerali u fl-Uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni) | 0,5 | 0,5 |

XX 01 01 02 (b’delegazzjoni) |

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) |

10 01 05 01 (Riċerka diretta) |

( Persunal estern (Ekwivalenti għall-full-time FTE)[26] |

XX 01 02 01 (IK, SNE, INT tal-baġit globali) | 0 | 0 | 0 | 0 |

XX 01 02 02 (IK, IL, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) | 0.1 | 0.1 |

10 01 05 02 (IK, SNE, INT fuq ir-Riċerka diretta) |

11010404 (IK, attaché responsabbli mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali) | 0.25 | 0.25 |

TOTAL | 0.85 | 0.85 |

- XX huwa l-Qasam Politiku jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat

Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani għandhom ikunu koperti bl-allokazzjonijiet mogħtija diġà lill-amministrazzjoni ta’ din l-azzjoni u/jew jitqassmu mill-ġdid fid-DĠ, ikkumplimentati skont il-każ bi kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi fil-qafas tal-proċedura annwali ta’ allokazzjoni fid-dawl tal-limiti baġitarji eżistenti.

.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji/b'kuntratt | Ġestjoni u kontroll tal-proċess tan-negozjar/negozjar mill-ġdid tal-FPA u tal-approvazzjoni tar-riżultat tan-negozjati mill-istituzzjonijiet; ġestjoni tal-FPA attwali, inkluż il-kontroll finanzjarju u operattiv permanenti; ġestjoni tal-liċenzji |

Persunal estern | Monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali |

Konformità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

- x Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

- ( Il-proposta teħtieġ l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura kkonċernata tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega liema hu l-ipprogrammar mill-ġdid li huwa meħtieġ, u speċifika l-intestaturi tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

- ( Il-proposta teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali [29].

Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

Parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

- X Il-proposta ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

- Il-proposta tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ Euro (sa 3 punti deċimali)

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | daħħal snin kemm meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara punt 1.6) | Total |

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | ... daħħal snin kemm meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara punt 1.6) |

Artikolu …………. | | | | | | | | | |Għal dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/linji tan-nefqa tal-baġit affettwata/affettwati

[…]

Speċifika l-metodu tal-kalkolazzjoni tal-impatt fuq id-dħul.

[…]

[1] Adottat fis-27 ta’ Settembru 2010 mill-Kunsill għall-Agrikoltura u s-Sajd

[2] ĠU C …

[3] ĠU L 75, 18.3.2008, p. 49.

[4] ĠU C …

[5] ĠU: referenzi tad-dok..

[6] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll sejra tkun ippubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

[7] ABM: Activity Based Management (Ġestjoni bbażata fuq l-attività) – ABB: Activity Based Budgeting (Baġit ibbażat fuq l-attività)

[8] Kif imsemmi fl-Artikolu 49.6.a jew b tar-Regolament Finanzjarju.

[9] N.B.: Fid-“dikjarazzjonijiet tal-attivitajiet” stabbiliti mill-baġit tal-2010 dan huwa l-għan speċifiku Nru 2; ara r-referenza: http://www.cc.cec/budg/bud/proc/adopt/_doc/_pdf/2010/apb2010-working-documents-part1-11-mare.pdf

[10] L-ispjegazzjonijiet dwar il-metodi ta’ ġestjoni kif ukoll ir-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fuq il-websajt BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_fr.html

[11] Kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[12] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati

[13] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

[14] Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati tal-Balkani tal-Punent

[15] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[16] Peress li l-ħlas ma jistax isir qabel l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jkun li ma jsirx qabel l-2012.

[17] Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-Unjoni (preċedentement linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta

[18] Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi: a) EUR 4 550 000 għad-drittijiet tal-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw, u b) EUR 2 950 000, li jikkorrispondi għall-appoġġ lill-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw.

[19] L-ispejjeż amministrattivi jkopru sentejn baġitarji, peress li l-Protokoll ikopri l-perjodu bejn Ġunju 2011 – Ġunju 2012. In-nefqa f’riżorsi umani hija kkalkolata pro rata għal kull sena

[20] Stima tal-ispejjeż rigward xogħlijiet ta’ monitoraġġ fuq il-post

[21] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva

[22] Ir-riżultati jirreferu għall-prodotti u s-servizzi li se jkunu pprovduti (eż. numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ kilometri ta’ toroq mibnija...)

[23] Kif deskritt fil-parti 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi...”

[24] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva

[25] Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentement linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta

[26] IK= Impjegat Kuntrattwali; IL= Impjegati Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat; INT= temporanji ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet)

[27] Taħt il-limitu massimu għal impjegati esterni minn approprjazzjonijiet operattivi (ex-linji “BA”).

[28] Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR ) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[29] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim bejn l-istituzzjonijiet.

[30] Fir-rigward tar-riżorsi tradizzjonali tagħha stess (dazji doganali, tariffi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.