52011PC0566

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed /* KUMM/2011/0566 finali - 2011/0243 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it‑testi li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar, biex jiżguraw li d‑dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

2.           Il-kodifikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed u li jħassar ir‑Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94[2] inbdiet mill-Kummissjoni. Ir‑Regolament il-ġdid kellu jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih[3].

3.           Fil-frattemp, daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona. L-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il‑Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti lil-leġiżlatur jiddelega lill‑Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex jissumplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv. L-atti legali li jiġu adottati b’dan il-mod mill-Kummissjoni huma, skont it-terminoloġija użata mit-Trattat il-ġdid, “atti delegati” (Artikolu 290(3)).

4.           Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 fih dispożizzjoni li fir-rigward tagħha tali delega ta’ setgħa tkun opportun. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-kodifikazzjoni tar‑Regolament (KE) Nru 417/2002 tiġi ttrasformata f'riformulazzjoni sabiex jiġu introdotti l-emendi neċessarji.

5.           Il-proposta ta’ riformulazzjoni tħejjiet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fil‑lingwi uffiċjali kollha tar-Regolament (KE) Nru 417/2002 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il‑korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness II tar-Regolament irriformulat.

ê 417/2002 (adattat)

2011/0243 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed

(Riformulazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 100 Õ (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[5],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

ò ġdid

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed u li jħassar ir-Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 2978/94[6] ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali[7]. Peress li jridu jsiru iżjed emendi, dan ir-Regolament għandu jiġi rriformulat fl-interess taċ‑ċarezza.

ê 417/2002 Premessa 1

(2) Fil-qafas tal-politika komuni tat-trasport, għandhom jittieħdu miżuri sabiex isaħħu s‑sigurtà u jipprevjenu t-tniġġis fit-trasport marittimu.

ê 417/2002 Premessa 2 (adattat)

(3) Ö L-Unjoni Õ hija serjament ikkonċernata bl-inċidenti marittimi li jinvolvu tankers taż-żejt u t-tniġġis assoċjat tal-linji kostali tagħha u l-ħsara lill-fawna u l-flora u r‑riżorsi marittimi l-oħra.

ê 417/2002 Premessa 3

(4) Fil-komunikazzjoni tagħha “politika komuni dwar ibħra siguri”, il-Kummissjoni enfasizzat it-talba tal-Kunsill straordinarju dwar l-Ambjent u t-Trasport tal‑25 ta' Jannar 1993 sabiex tappoġġja l-azzjoni fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar it-tnaqqis tad-differenza tas-sigurtà bejn bastimenti ġodda u dawk eżistenti billi ttejjeb u/jew telimina b'mod gradwali l-bastimenti eżistenti.

ê 417/2002 Premessa 4

(5) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar politika komuni dwar ibħra siguri[8], il-Parlament Ewropew laqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u għamel sejħa b'mod partikolari sabiex tittieħed azzjoni sabiex jittejbu l-livelli ta' sigurtà ta' tankers.

ê 417/2002 Premessa 5

(6) Bir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 1993 dwar politika komuni dwar ibħra siguri[9], il-Kunsill appoġġja bis-sħiħ l-għanijiet tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni.

ê 417/2002 Premessa 6

(7) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-roqgħa taż-żejt barra mill-kosta Franċiża adottata fl‑20 ta' Jannar 2002, il-Parlament Ewropew laqa' l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex iġġib 'il quddiem id-data li fiha tankers taż-żejt ikunu obbligati li jkollhom kostruzzjoni ta' buq doppju.

ê 1726/2003 Premessa 9

(8) Il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar id-diżastru tat-tanker taż-żejt “Prestige” barra mill-kosta tal-Galicia fil-21 ta' Novembru 2002 sejjaħ għal miżuri aktar iebsin li jistgħu jidħlu fis-seħħ aktar malajr, u qal li dan id-diżastru l-ġdid reġa’ enfasizza l-ħtieġa għal azzjoni effettiva fuq livell internazzjonali u dak tal-UE sabiex titjieb b'mod sinifikanti s-sigurtà marittima.

ê 417/2002 Premessa 7

(9) L- IMO stabbiliet, fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti, 1973 u l-Protokoll tal-1978 relatat magħha (MARPOL 73/78), regoli ta' prevenzjoni ta' tniġġis miftiehma internazzjonalment li jaffettwaw id-disinn u l‑operazzjoni ta' tankers taż-żejt. L-Istati Membri huma partijiet f’MARPOL 73/78.

ê 417/2002 Premessa 8

(10) Skont l-Artikolu 3.3 ta’ MARPOL 73/78, dik il-Konvenzjoni ma tapplikax għal bastimenti tal-gwerra, bastimenti navali awżiljarji jew bastimenti oħra li huma ta' jew operati minn Stat u użati biss għal servizzi governattivi mhux kummerċjali.

ê 417/2002 Premessa 9

(11) Paragun tal-età ta' bastiment u l-istatistika tal-inċidenti turi rati ta' inċidenti li jiżdiedu għal bastimenti aktar qodma. Ġie miftiehem internazzjonalment li l-adozzjoni tal‑emendi tal-1992 għal MARPOL 73/78 li jeħtieġu l-applikazzjoni ta' standards ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt eżistenti b'buq wieħed meta jkollhom ċerta età tipprovdi għal dawk il-bastimenti livell ogħla ta' protezzjoni kontra tniġġis aċċidentali ta' żejt fil-każ ta' kolliżjoni jew inkaljar.

ê 417/2002 Premessa 10 (adattat)

(12) Hu fl-interess tal-Ö Unjoni Õ li tadotta miżuri sabiex tassigura li tankers taż-żejt li jidħlu f'xi port u f'xi terminal 'il barra mix-xtut Ö jew li jankraw f’żona Õ li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri u tankers taż-żejt li jtajru l-bnadar tal-Istati Membri jkunu konformi mar-Regolament Ö 20 Õ tal-Anness I ta’ MARPOL 73/78 kif rivedut fl-Ö 2004 Õ bir-Riżoluzzjoni MEPC Ö 117(52) adottata mill-Kumitat dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent Marittimu (MEPC) Õ sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' tniġġis aċċidentali biż-żejt fl-ibħra Ewropej.

ê 457/2007 Premessa 4 (adattat)

(13) Ö Ir-Riżoluzzjoni MEPC 114(50), adottata fl-4 ta' Diċembru 2003, introduċiet Regolament 21 ġdid fl-Anness I ta’ MARPOL 73/78 dwar il-prevenzjoni ta' tniġġis permezz ta' żejt minn tankers taż-żejt meta jġorru taż-żejt (HGO) li tipprojbixxi l-ġarr ta' HGO f’tankers b’buq wieħed. Õ Il-paragrafi 5, 6 u 7 tar-Regolament Ö 21 Õ jipprovdu għall-possibbiltà ta' eżenzjonijiet mill-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet Ö ta' dak Õ ir-Regolament. Id-dikjarazzjoni magħmula mill‑Presidenza Taljana tal-Kunsill Ewropew f’isem l-Unjoni Ewropea, irreġistrata fir‑rapport uffiċjali tal-MEPC fil-ħamsin sessjoni tiegħu (MEPC 50/3), tesprimi impenn politiku illi dawn l-eżenzjonijiet mhumiex se jintużaw.

ê 417/2002 Premessa 11 (adattat)

(14) L-emendi għal MARPOL 73/78 adottati mill-IMO fis-6 ta' Marzu 1992 daħlu fis-seħħ fis-6 ta' Lulju 1993. Dawn il-miżuri jimponu rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt ikkonsenjati nhar is-6 ta' Lulju 1990 jew wara mmirati għall-prevenzjoni tat-tniġġis miż-żejt fil-każ ta' kolliżjoni jew inkaljar. Fi ħdan dawn l-emendi, skema ta' tnaqqis b'mod gradwali tat-tankers taż-żejt b'buq wieħed, ikkonsenjati qabel dik id-data li daħlet fis-seħħ fis-6 ta' Lulju 1995 teħtieġ li tankers ikkonsenjati qabel l-1 ta' Ġunju 1982 ikunu konformi mal-istandards ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti sa mhux aktar tard minn 25 sena u, f'ċerti każijiet, 30 sena wara d-data ta' meta jkunu ġew ikkonsenjati. Tankers taż-żejt eżistenti b'buq wieħed bħal dawn ma jitħallewx joperaw wara l- Ö 2005 Õ u, f'ċerti każijiet, l-2012 sakemm ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti tar-Regolament Ö 19 Õ tal-Anness I ta’ MARPOL 73/78. Għal tankers taż-żejt eżistenti b'buq wieħed ikkonsenjati wara l-1 ta' Ġunju 1982 jew dawk ikkonsenjati qabel l-1 ta' Ġunju 1982 u li ġew ikkonvertiti sabiex ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ MARPOL 73/78 dwar it-tankijiet tas-saborra segregati u l-lokalizzazzjoni protettiva tagħhom, dan il-limitu ta' żmien għandu jintlaħaq sa mhux aktar tard mill‑2026.

ê 417/2002 Premessa 12 (adattat)

(15) Emendi importanti għar-Regolament Ö 20 Õ tal-Anness I ta’ MARPOL 73/78 kienu adottati fis-27 ta' April 2001 mis-46 sessjoni tal-MEPC bir-Riżoluzzjoni MEPC 95(46) Ö u fl-4 ta' Diċembru 2003 permezz tar-Riżoluzzjoni MEPC 111(50) Õ li fihom skema ġdida aċċellerata ta' tnaqqis b'mod gradwali għal tankers taż-żejt b'buq wieħed kienet ġiet introdotta. Id-dati finali rispettivi li fihom tankers għandhom ikunu konformi mar-Regolament Ö 19 Õ tal-Anness I ta’ MARPOL 73/78 jiddependu mid-daqs u l-età tal-bastiment. It-tankers taż-żejt f'dik l-iskema huma għalhekk maqsuma fi tliet kategoriji skond it-tunnellaġġ, il-kostruzzjoni u l-età tagħhom. Dawn il-kategoriji kollha, inkluża l-anqas waħda, Ö il-Kategorija Õ 3, huma importanti għall-kummerċ Ö fi ħdan l-Unjoni Õ.

ê 417/2002 Premessa 13 (adattat)

(16) Id-data finali li fiha tankers taż-żejt b'buq wieħed għandeliminati b'mod gradwali hija l-anniversarju tad-data tal-konsenja tal-bastiment, skont skeda li tibda fl-2003 sal‑Ö 2005 Õ għat-tankers taż-żejt tal-Kategorija 1, u sal-Ö 2010 Õ għat-tankers taż-żejt tal-Kategorija 2 u 3.

ê 417/2002 Premessa 15 (adattat)

(17) Ir-Regolament Ö 20 tal-Anness I ta’ MARPOL 73/78 Õ jintroduċi rekwiżit li t‑tankers Ö kollha Õ taż-żejt Ö b’buq wieħed Õ jistgħu jkomplu joperaw wara l‑anniversarju tad-data tal-konsenja tagħhom fl-2005 biss soġġett għal konformità mal‑Iskema tal-Ivverifikar tal-Kondizzjoni (CAS), adottata fis‑27 ta' April 2001 permezz tar-Riżoluzzjoni MEPC 94(46) Ö kif emendata ir‑Riżoluzzjoni MEPC 99(48) tal-11 ta' Ottubru 2002 u ir-Riżoluzzjoni MEPC 112(50) tal-4 ta' Diċembru 2003 Õ. Il-CAS timponi obbligu li l-amministrazzjoni tal-Istat tal‑bandiera toħrog Dikjarazzjoni ta' Konformità u tkun involuta fil-proċeduri ta' spezzjoni tas-CAS. Ö Il-CAS hija intiża sabiex tiskopri difetti strutturali f'tankers taż-żejt li qed jeqdiemu u għandha tapplika għat-tankers kollha taż-żejt li għandhom età ta' iktar minn 15-il sena. Õ

ê 417/2002 Premessa 16 (adattat)

(18) Ir-Regolament Ö 20.5 tal-Anness I ta’ MARPOL 73/78 Õ jippermetti eċċezzjoni għat-tankers taż-żejt tal-Kategorija 2 u 3 sabiex joperaw, taħt ċerti ċirkostanzi, lil hinn mil-limitu ta' żmien tal-eliminazzjoni b'mod gradwali tagħhom. Ir‑Regolament Ö 20.8.2 tal-istess Anness Õ jagħti d-dritt lill-Partijiet f’MARPOL 73/78 sabiex jiċħdu d-dħul fil-portijiet jew terminals 'il barra mix-xtut taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom lil tankers taż-żejt imħollija joperaw permezz ta' din l‑eċċezzjoni. L-Istati Membri ddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jużaw dan id-dritt. Id‑Deċiżjoni ta' rikors għal dan id-dritt Ö għandha Õ tiġi komunikata lill-IMO.

ê 417/2002 Premessa 17

(19) Huwa importanti li jkun assigurat li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma jipperikolawx is-sigurtà tal-ekwipaġġ jew tat-tankers taż-żejt fit-tfittix għal post tal‑kenn jew post ta' refuġju.

ê 417/2002 Premessa 18

(20) Sabiex it-tarznari fl-Istati Membri jitħallew isewwu tankers taż-żejt b'buq wieħed, l‑Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjonijiet sabiex jippermettu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' bastimenti bħal dawn, basta li ma jkunux iġorru xi tagħbija.

ê 219/2009 Art. 1, Anness pt. 7.4 (adattat)

ð ġdid

(21) ð Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat bl-iskop li temenda ï ċerti referenzi għar-Regolamenti rilevanti f’MARPOL 73/78 u għar-Riżoluzzjonijiet MEPC 111(50) u 94(46), sabiex ir-referenzi jiġu allinjati mal-emendi għal dawk ir-Regolamenti u r-Riżoluzzjonijiet adottati mill‑IMO, sa fejn tali emendi ma jwessgħux il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir‑Regolament.Dawn l-emendi għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[10].

ê 417/2002 (adattat)

è1 1726/2003 Art. 1 pt. 1

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Skop

L-iskop ta' dan ir-Regolament hu li jistabbilixxi skema ta' dħul gradwali aċċellerat għall‑applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti ta’ MARPOL 73/78 Ö , kif definita fl-Artikolu 3, Õ għat-tankers taż-żejt b'buq wieħed è1 , u li jiġi pprojbit it‑trasport lejn u mill-portijiet tal-Istati Membri ta' prodotti taż-żejt tqil ġo tankers taż-żejt b’buq wieħed ç.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

ê 1726/2003 Art. 1 pt. 2 (adattat)

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal tankers taż-żejt ta' tunnellaġġ ta' 5 000 tunnellata metrika u aktar:

Ö (a)    li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru; Õ

Ö (b)    li jidħlu jew joħorġu minn port jew minn stallazzjoni barra mix-xtut fejn jinħażen iż‑żejt jew li jankraw f’post li jkun taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru, irrispettivament mill-bandiera tagħhom. Õ

Għall-iskopijiet tal-Artikolu 4(3), dan ir-Regolament għandu japplika għal tankers taż-żejt ta' tunnellaġġ ta' 600 tunnellata metrika u aktar.

ê 417/2002

2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-bastimenti tal-gwerra, bastimenti navali awżiljarji jew bastimenti oħra, tal-proprjetà ta’ Stat jew operati minnu u użati, f’dak il‑mument, biss fuq servizz mhux kummerċjali tal-gvern. L-Istati Membri għandhom, sa fejn hu raġonevoli u prattikabbli, iħabirku sabiex jirrispettaw dan ir-Regolament għall-bastimenti msemmija f'dan il-paragrafu.

ê 1163/2009 Art. 1(1)

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.           ‘MARPOL 73/78’ tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat‑Tniġġis mill-Bastimenti, tal-1973, kif emendata bil-Protokoll tal-1978 relatat magħha, fil-verżjonijiet aġġornati tagħhom;

2.           ‘tanker taż-żejt’ tfisser tanker taż-żejt kif definit fir-Regolament 1.5 tal-Anness I ta' MARPOL 73/78;

3.           ‘piż nett’ tfisser piż nett kif definit fir-Regolament 1.23 tal-Anness I ta' MARPOL 73/78;

4.           ‘tanker taż-żejt tal-Kategorija 1’ tfisser tanker taż-żejt b'piż nett ta' 20 000 tunnellata jew aktar, li jġorr żejt mhux maħdum, żejt karburanti, zejt diżil tat-tip oħxon jew żejt lubrifikanti bħala tagħbija, jew b'piż nett ta' 30 000 tunnellata jew aktar li jġorr żejt differenti minn dawk imsemmija hawn fuq u li mhuwiex konformi mar-rekwiżiti fir‑Regolamenti 18.1 sa 18.9, 18.12 sa 18.15, 30.4, 33.1, 33.2, 33.3, 35.1, 35.2 u 35.3 tal-Anness I ta' MARPOL 73/78;

5.           ‘tanker taż-żejt tal-Kategorija 2’ tfisser tanker taż-żejt b'piż nett ta' 20 000 tunnellata jew aktar, li jġorr żejt mhux maħdum, żejt karburanti, zejt diżil tat-tip oħxon jew żejt lubrifikanti bħala tagħbija, jew b'piż nett ta' 30 000 tunnellata jew aktar li jġorr żejt differenti minn dawk imsemmija hawn fuq u li jkun konformi mar-rekwiżiti definiti fir-Regolamenti 18.1 sa 18.9, 18.12 sa 18.15, 30.4, 33.1, 33.2, 33.3, 35.1, 35.2 u 35.3 tal-Anness I ta' MARPOL 73/78 u li jkollu tankijiet bis-saborra segregata li jkunu jinsabu f’post protett (SBT/PL);

6.           ‘tanker taż-żejt tal-Kategorija 3’ tfisser tanker taż-żejt b'piż nett ta' 5 000 tunnellata jew aktar, iżda inqas minn dak speċifikat fid-definizzjonijiet 4 u 5;

7.           ‘tanker taż-żejt b'buq wieħed’ tfisser tanker taż-żejt li ma jkunx konformi mar‑rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti tar-Regolamenti 19 u 28.6 tal‑Anness I ta' MARPOL 73/78;

8.           ‘tanker taż-żejt b’buq doppju’ tfisser:

(a)     tanker taż-żejt b'piż nett ta' 5 000 tunnellata jew aktar, li jkun konformi mar‑rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti tar-Regolamenti 19 u 28.6 tal-Anness I ta' MARPOL 73/78, jew mar-rekwiżiti tar-Regolament 20.1.3 tal-istess konvenzjoni; jew

(b)     tanker taż-żejt b'piż nett ta' 600 tunnellata jew aktar, iżda inqas minn 5 000 tunnellata, b'tankijiet jew spazji b’qigħan doppji konformi mar‑Regolament 19.6.1 tal-Anness I ta' MARPOL 73/78, u b'tankijiet jew spazji mal-ġnub imqassma skont ir-Regolament 19.3.1 tal-istesss konvenzjoni, u konformi mad-dispożizzjonijiet rigward id-distanza w stipulati fir‑Regolament 19.6.2 tal-istess konvenzjoni;

9.           ‘età’ tfisser l-età tal-bastiment, espressa f’għadd ta' snin mid-data tal-konsenja tiegħu;

10.         ‘żejt diżil tat-tip oħxon’ tfisser żejt diżil kif definit fir-Regolament 20 ta' Anness I ta' MARPOL 73/78;

11.         ‘żejt karburanti’ tfisser distillati ħoxnin ta’ żejt mhux maħdum jew ir-residwi minnu jew taħlit ta' dawn il-prodotti, kif iddefiniti fir-Regolament 20 tal-Anness I ta' MARPOL 73/78;

12.         ‘gradi ħoxnin taż-żejt’ tfisser:

(a)     żjut mhux maħduma li għandhom densità ta' aktar minn 900 kg/m3 f'temperatura ta' 15°C[11];

(b)     żjut, għajr għal żjut mhux maħduma, li għandhom densità ta' aktar minn 900 kg/m3 f'temperatura ta' 15°C, jew b'viskożità kinematika ta' aktar minn 180 mm 2/s f'temperatura ta' 50°C[12];

(c)     il-bitum, il-qatran u l-emulsjonijiet tagħhom.

ê 417/2002 (adattat)

Artikolu 4

Konformità mar-rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti minn tankers taż‑żejt b’buq wieħed

1. L-ebda tanker taż-żejt ma għandu jitħalla jopera taħt il-bandiera ta' Stat Membru, u l-ebda tanker taż-żejt, irrispettivament mill-bandiera tiegħu, ma għandu jitħalla jidħol fil-portijiet jew terminals 'il barra mix-xtut taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat Membru sakemm tali tanker ma jkunx tanker taż-żejt b’buq doppju Ö . Õ

ê 1726/2003 Art. 1 pt. 4(c)

è1 1163/2009 Art. 1(2)

2. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, tankers taż-żejt tal-Kategorija 2 jew 3 li huma mgħammra biss b'qigħan doppji jew ġnub doppji li ma jintużawx għall-ġarr taż-żejt u li huma estiżi tul it-tank kollu li fih titgħabba l-merkanzija, jew bi spazji ta' bwieq doppji li ma jintużawx għall-ġarr taż-żejt u li huma estiżi tul it-tank kollu li fih titgħabba l-merkanzija, imma li ma jikkonformawx mal-kondizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tar‑è1 Regolament 20.1.3 tal-Anness I ta' MARPOL 73/78 ç, jistgħu jibqgħu jitħaddmu imma mhux aktar tard mill-anniversarju tad-data tal-konsenja tal-bastiment fl-2015 jew id‑data meta l-bastiment jagħlaq 25 sena mid-data tal-konsenja tiegħu, liema minnhom tiġi l‑aktar kmieni.

ê 457/2007 Art. 1

3. L-ebda tanker li jġorr gradi ħoxnin taż-żejt ma għandu jitħalla jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru, għajr jekk ikun tanker taż-żejt b’buq doppju.

L-ebda tanker li jġorr gradi ħoxnin taż-żejt, irrispettivament mill-bandiera li jkun qed itajjar, ma għandu jitħalla jidħol jew joħroġ mill-portijiet jew mit-terminals ’il barra mix-xtut jew li jankra f’zoni taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru, għajr jekk ikun tanker taż-żejt b’buq doppju.

ê 1726/2003 Art. 1 pt. 4(e)

4. Tankers taż-żejt li joperaw esklużivament f'portijiet u fi tbaħħir intern jistgħu jiġu eżentati mill-obbligu msemmi fil-paragrafu 3 bil-kondizzjoni li jkunu debitament iċċertifikati taħt il‑leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-kanali li wieħed jista' jbaħħar fihom.

ê 1726/2003 Art. 1 pt. 5

Artikolu 5

Konformità mal-Iskema tal-Ivverifikar tal-Kondizzjoni

Irrispettivament mill-bandiera tiegħu, tanker taż-żejt b’buq wieħed li għandu aktar minn ħmistax-il sena m'għandux jitħalla jidħol jew iħalli portijiet jew stallazzjonijiet barra x-xtut fejn jinħażen iż-żejt jew jankra f'postijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, sakemm ma jikkonformax mal-iskema tal-ivverifikar tal-kondizzjoni msemmija fl-Artikolu 6.

ê 1726/2003 Art. 1 pt. 6

è1 2172/2004 Art. 1 pt. 2

Artikolu 6

Skema tal-ivverifikar tal-kondizzjoni

Għall-iskopijiet tal-Artikolu 5, għandha tapplika l-iskema tal-ivverifikar tal-kondizzjoni adottata permezz tar-è1 Riżoluzzjoni MEPC 94(46) tas-27 ta' April 2001 kif emendata bir‑Riżoluzzjoni MEPC 99(48) tal-11 ta' Ottubru 2002 u bir-Riżoluzzjoni MEPC 112(50) tal‑4 ta' Diċembru 2003 ç.

ê 417/2002 (adattat)

è1 1163/2009 Art. 1(3)

Artikolu 7

Data finali

Wara l-anniversarju tad-data tal-konsenja tal-bastiment fl-2015 Ö , is-segwenti ma għandhomx jitħallew aktar: Õ

(a)          it-tkomplija tal-operazzjoni, skont ir-è1 Regolament 20.5 tal-Anness I ta' MARPOL 73/78 ç, ta’ tankers taż-żejt tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3 taħt il-bandiera ta' Stat Membru; u

(b)          id-dħul fil-portijiet jew fit-terminals li huma 'l barra mix-xtut taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat Membru ta' tankers taż-żejt oħra tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3, irrispettivament mill-fatt li jkomplu joperaw taħt il-bandiera ta' Stat terz skont ir‑è1 Regolament 20.5 tal-Anness I ta' MARPOL 73/78 ç.

Artikolu 8

Eżenzjonijiet għal bastimenti f'diffikultà jew għal bastimenti li għandhom jissewwew

ê 1726/2003 Art. 1 pt. 7

B'deroga minn l-Artikoli 4, 5 u 7, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista', suġġett għad‑dispożizzjonijiet nazzjonali, tippermetti, taħt ċirkustanzi eċċezzjonali, li bastiment individwali jidħol jew iħalli port jew stallazzjoni barra x-xtut fejn jinħażen iż-żejt jew jankra f'post li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru, meta:

ê 417/2002

è1 1163/2009 Art. 1(4)(a)(i)

è2 1163/2009 Art. 1(4)(a)(ii)

è3 1163/2009 Art. 1(4)(b)

(a)          tanker taż-żejt ikun f'diffikultà u qiegħed ifittex post ta' refuġju;

(b)          tanker taż-żejt mhux mgħobbi qiegħed jipproċedi lejn xi port għat-tiswija.

Artikolu 9

Notifika lill-IMO

1. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-IMO bid-deċiżjoni tiegħu li jiċħad id-dħul lit‑tankers taż-żejt, skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, li joperaw skont ir‑è1 Regolament 20.5 tal-Anness I ta' MARPOL 73/78 ç fil-portijiet jew fit-terminals 'il barra mix-xtut taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, abbażi tar-è2 Regolament 20.8.2 tal-Anness I ta' MARPOL 73/78 ç.

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-IMO jekk jippermetti, jissospendi, jirtira jew jirrifjuta l-operazzjoni ta' tanker taż-żejt tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 intitolat li jtajjar il-bandiera tiegħu, skont l-Artikolu 5, abbażi tar-è3 Regolament 20.8.1 tal-Anness I ta' MARPOL 73/78 ç.

ê 417/2002

Artikolu 10

Proċedura ta' emenda

ê 219/2009 Anness pt. 7.4.2

ð ġdid

Il-Kummissjoni tista' ð tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 bl-iskop li temenda ï r‑referenzi f'dan ir-Regolament għar-Regolamenti tal-Anness I ta’ MARPOL 73/78, kif ukoll għar-Riżoluzzjonijiet MEPC 111(50) u 94(46) kif emendat bir-Riżoluzzjonijiet MEPC 99(48) u 112(50), sabiex ir-referenzi jiġu allinjati mal-emendi għal dawk ir‑Regolamenti u r-Riżoluzzjonijiet adottati mill-IMO, sa fejn tali emendi ma jwessgħux il-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).

ê 2099/2002 Art. 11 pt. 3 (adattat)

L-emendi għal Ö MARPOL 73/78 Õ jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

ò ġdid

Artikolu 11

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal tul indeterminat.

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati tingħata lill-Kummissjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikoli 12 u 13.

Artikolu 12

Revoka ta’ delega

1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi kwalunkwe ħin.

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega ta’ setgħa għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, f’perijodu ta’ żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ revoka kif ukoll ir-raġunijiet possibbli għal revoka.

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Oġġezzjonijiet għall-atti delegati

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perijodu ta’ żmien għandu jiġi estiż b’xahar.

2. Jekk, meta jiskadi dak il-perijodu, la l-Parlement Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fih.

L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jkunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx.

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li tesprimi oġġezzjonijiet għall-att delegat għandha tispjega r‑raġunijiet għall-oġġezzjonijiet.

ê 417/2002 (adattat)

Artikolu 14

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru Ö 417/2002 Õ huwa imħassar.

ê

Referenzi għar-Regolament mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir‑Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl‑Anness II.

ê 417/2002

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

é

ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu (imsemmija fl-Artikolu 14)

Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 1) ||

Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1) || Artikolu 11 biss

Regolament (KE) Nru 1726/2003 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 249, 1.10.2003, p. 1) ||

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2172/2004 (ĠU L 371, 18.12.2004, p. 26) ||

Regolament (KE) Nru 457/2007 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 113, 30.4.2007, p. 1) ||

Regolament (KE) Nru 219/2009 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109) || Punt 7.4 tal-Anness biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1163/2009 (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 13) ||

_____________

ANNESS II

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 417/2002 || Dan ir-Regolament

Artikolu 1 || Artikolu 1

Artikolu 2(1), kliem introduttorju || Artikolu 2(1), kliem introduttorju

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, l‑ewwel inċiż || Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, it‑tieni inċiż || Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu || Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(2) || Artikolu 2(2)

Artikolu 3 || Artikolu 3

Artikolu 4(1), kliem introduttorju || Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a) || -

Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) || -

Artikolu 4(2) || Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3) || Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4) || Artikolu 4(4)

Artikolu 4(5) || -

Artikolu 4(6) || -

Artikolu 5 || Artikolu 5

Artikolu 6 || Artikolu 6

Artikolu 7, il-kliem introduttorju || Artikolu 7, il-kliem introduttorju

Artikolu 7, l-ewwel inċiż || Artikolu 7(a)

Artikolu 7, it-tieni inċiż || Artikolu 7(b)

Artikolu 7, il-kliem tal-aħħar || Artikolu 7, il-kliem introduttorju

Artikolu 8(1), il-kliem introduttorju || Artikolu 8, il-kliem introduttorju

Artikolu 8(1), l-ewwel inċiż || Artikolu 8(a)

Artikolu 8(1), it-tieni inċiż || Artikolu 8(b)

Artikolu 8(2) || -

Artikolu 9(1) || -

Artikolu 9(2) || Artikolu 9(1)

Artikolu 9(3) || Artikolu 9(2)

Artikolu 10 || -

Artikolu 11 || Artikolu 10

- || Artikolu 11

- || Artikolu 12

- || Artikolu 13

Artikolu 12 || Artikolu 14, l-ewwel paragrafu

- || Artikolu 14, it-tieni paragrafu

Artikolu 13 || Artikolu 15

- || Anness I

- || Anness II

_____________

[1]               COM(87) 868 PV.

[2]               ĠU L 64, 7.3.2002, p. 1.

[3]               Ara l-Anness I għal din il-proposta.

[4]               ĠU C [...], [...], p. [...].

[5]               ĠU C [...], [...], p. [...].

[6]               ĠU L 64, 7.3.2002, p. 1.

[7]               Ara l-Anness I.

[8]               ĠU C 91, 28.3.1994, p. 301.

[9]               ĠU C 271, 7.10.1993, p. 1.

[10]             ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[11]             Jikkorrispondi għal grad API ta' anqas minn 25,7.

[12]             Jikkorrispondi għal viskożità kinematika ta' aktar minn 180 cSt.